Proċedura : 2015/2351(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0250/2016

Testi mressqa :

A8-0250/2016

Dibattiti :

PV 27/10/2016 - 4
CRE 27/10/2016 - 4

Votazzjonijiet :

PV 27/10/2016 - 8.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0426

RAPPORT     
PDF 798kWORD 298k
28.7.2016
PE 575.158v01-00 A8-0250/2016

dwar il-valutazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2013-2015

(2015/2351(INI))

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Rapporteur: Andrea Bocskor

EMENDI
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-valutazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2013-2015

(2015/2351(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, speċjalment l-Artikoli 14, 15, 21, 24 u 32 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ għall-2016-2018(2) u r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2014 dwar Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2014-2015(3),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ(4),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 u t-8 ta' Frar 2013 biex tinħoloq Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2009 dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018)(6),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ ("ET 2020")(7),

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar il-programm Erasmus+ u strumenti oħra sabiex titrawwem il-mobilità fl-ETV - approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja(8),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni, adottata fil-laqgħa informali tal-ministri għall-edukazzjoni tal-UE fis-17 ta' Marzu 2015 f'Pariġi,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (mill-2010 sal-2018), adottat mill-Kunsill fit-23 ta' Novembru 2015,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2015 intitolata "L-Abbozz tar-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (mill-2010 sal-2018)" (COM(2015)0429) u d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Riżultati tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ b'fokus speċjali fuq it-tieni ċiklu (2013-2015)" (SWD(2015)0168) u "Is-Sitwazzjoni taż-żgħażagħ fl-UE" (SWD(2015)0169),

  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Awwissu 2015 intitolata "Abbozz tar-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u fit-taħriġ (ET2020) - Prijoritajiet Ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u fit-taħriġ" (COM(2015)0408),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata "Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-11  ta' Settembru 2013 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2010-2012(9) u tat-18 ta' Mejju 2010 dwar Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ - Investiment u Responsabbilizzazzjoni(10),

  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar it-tagħlim tal-UE fl-iskejjel(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar il-promozzjoni tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2015 dwar is-segwitu għall-implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja(13),

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar ir-rwol tad-djalogu interkulturali, id-diversità kulturali u l-edukazzjoni fil-promozzjoni tal-valuri fundamentali tal-UE(14),

  wara li kkunsidra r-Rapport Parallel (Shadow Report) dwar il-Politika dwar iż-Żgħażagħ ippubblikat mill-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ,

  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2014 dwar Qafas ta' Kwalità għat-Traineeships,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, (A8-0250/2016),

A.  billi ż-żgħażagħ għandhom ikunu involuti b'mod attiv fl-ippjanar, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-politiki kollha relatati maż-żgħażagħ;

B.  billi ż-żgħażagħ għandhom jiġu megħjuna u mogħtija s-setgħa sabiex jindirizzaw il-problemi tassew serji li qed iħabbtu wiċċhom magħhom bħalissa u biex jittrattaw l-isfidi li se jħabbtu wiċċhom magħhom fil-futur permezz ta' politiki taż-żgħażagħ iktar rilevanti, effettivi u kkoordinati aħjar u użu mmirat tar-riżorsi tal-politiki ekonomiċi, tal-impjieg u soċjali fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE;

C.  billi hemm bżonn li jissaħħu l-integrazzjoni sistematika tal-politika taż-żgħażagħ, il-kooperazzjoni transettorjali, l-azzjoni soċjali fi ħdan l-UE u s-sinerġija bejn l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ u strateġiji Ewropej oħra bħal dawk relatati mal-edukazzjoni, it-taħriġ, is-saħħa u l-impjieg, sabiex jiġi garantit li t-tfassil tal-politika, kemm attwalment kif ukoll fil-futur, jindirizza b'mod effettiv is-sitwazzjonijiet u l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ, li qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' problemi ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg severi, u billi f'dan ir-rigward il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fit-tfassil tal-politika hi kruċjali;

D.  billi l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni huwa applikat fil-qasam taż-żgħażagħ, imnebbaħ mill-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-impjieg;

E.  billi wieħed mill-objettivi stabbiliti għall-programm Erasmus+ huwa li jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018); billi f'dan ir-rigward jeħtieġ jiġu żgurati kemm l-aċċess għall-għotjiet għal proġetti tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ taħt il-programm Erasmus+ imġedded kif ukoll it-tneħħija tal-ostakli għall-eliġibbiltà ta' proġetti żgħar;

F.  billi l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2010-2018) għandha tmien oqsma ta' azzjoni ewlenin li fihom għandhom jittieħdu l-inizjattivi - l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjieg u l-intraprenditorija, is-saħħa u l-benesseri, il-parteċipazzjoni, l-attivitajiet volontarji, l-inklużjoni soċjali, iż-żgħażagħ u d-dinja kif ukoll il-kreattività u l-kultura;

G.  billi t-tielet u l-aħħar ċiklu bbażat fuq tliet snin tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2010-2018) sejjer jipprijoritizza l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ kollha, speċjalment dawk li jkunu ġejjin minn ambjenti żvantaġġati, il-parteċipazzjoni aktar b'saħħitha fil-ħajja demokratika u f'dik ċivika u t-tranżizzjoni aktar faċli lejn is-suq tax-xogħol;

H.  billi l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2010-2018) tenfasizza l-ħtieġa għal djalogu strutturat u kontinwu bejn dawk li jfasslu l-politika u ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ; jinnota madankollu li 57 % tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fl-UE jqisu li l-għarfien espert taż-żgħażagħ ma jitqiesx fit-tfassil tal-politiki dwar iż-żgħażagħ;

I.  billi l-politika dwar iż-żgħażagħ għandha tkun ibbażata fuq id-drittijiet u għandha tappoġġa l-iżvilupp taż-żgħażagħ kollha, filwaqt li tiżgura t-twettiq tad-drittijiet u tal-potenzjal taż-żgħażagħ, filwaqt li tevita l-istigmatizzazzjoni ta' gruppi speċifiċi;

J.  billi huwa importanti li jiġi enfasizzat li ż-żgħażagħ huma politikament involuti f'ħafna modi, iżda l-parteċipazzjoni tagħhom fl-elezzjonijiet qed tonqos;

K.  billi huwa importanti li jiġi żgurat li ż-żgħażagħ kollha jkollhom aċċess għall-edukazzjoni ta' kwalità - kemm formali kif ukoll mhux formali - u t-taħriġ, għax iż-żgħażagħ Ewropej tal-lum qed jiffaċċjaw rati għolja ta' qgħad f'ħafna Stati Membri, impjiegi instabbli u żieda fir-riskju tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali, u b'mod partikolari ż-żgħażagħ b'livell baxx ta' kwalifiki, iż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) u dawk bi bżonnijiet speċjali jew li ġejjin minn kuntesti soċjoekonomiċi żvantaġġati bħall-minoranzi etniċi, rifuġjati, migranti u persuni li jfittxu l-ażil li għandhom probabilità ikbar li jkunu qiegħda u marġinalizzati;

L.  billi jinħtieġu sforzi kontinwi sabiex jiżdiedu l-livelli ta' parteċipazzjoni fis-swieq tax-xogħol fost in-nisa – b'mod partikolari wara l-liv tal-maternità u fil-każ ta' ommijiet waħedhom – u l-migranti żgħażagħ, żgħażagħ li jabbandunaw l-iskola kmieni, żgħażagħ b'livell baxx ta' kwalifiki, żgħażagħ b'diżabilità u żgħażagħ f'riskju ta' diskriminazzjoni;

M.  billi l-edukazzjoni u t-taħriġ jistgħu jikkontribwixxu sabiex jiġu indirizzati d-distakkament soċjali, l-emarġinazzjoni u r-radikalizzazzjoni taż-żgħażagħ u biex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ u biex tiżdied il-kuxjenza fost iż-żgħażagħ dwar l-importanza tal-valuri fundamentali tal-UE; billi l-approċċi interkulturali u interreliġjużi huwa kruċjali għall-bini ta' rispett reċiproku u għall-integrazzjoni taż-żgħażagħ fl-edukazzjoni u fil-ħajja soċjali, kif ukoll sabiex jiġu miġġielda l-preġudizzji u l-intolleranza;

N.  billi n-natura speċifika tal-attività sportiva u l-kontribut tagħha għall-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ żvantaġġati, speċjalment ir-rifuġjati u l-migranti, ifissru li l-isport jgħin biex jingħelbu l-ksenofobija u r-razziżmu;

O.  billi ż-żgħażagħ huma l-futur u għandhom jitqiesu bħala riżorsa b'potenzjal enormi għall-futur tas-soċjetajiet Ewropej;

P.  billi huwa ta' importanza kruċjali li l-perspettiva tal-ġeneru tiġi inkorporata f'politiki dwar iż-żgħażagħ li jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi u l-isfidi speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa żgħażagħ u l-bniet, fl-istadji kollha tal-proċess politiku; billi fil-politika dwar iż-żgħażagħ jeħtieġ jiġu inklużi miżuri speċifiċi sensittivi għad-dimensjoni tal-ġeneru fi kwistjonijiet bħall-ġlieda kontra l-vjolenza fil-konfront tan-nisa u l-bniet, l-edukazzjoni dwar is-sess u r-relazzjonijiet, u l-edukazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi;

Q.  billi l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ li jsofru diskriminazzjoni multipla, inklużi ż-żgħażagħ b'diżabilità jew b'kundizzjonijiet ta' saħħa mentali, u ż-żgħażagħ li jidentifikaw lilhom infushom bħala LGBTI, ukoll għandhom jingħataw kunsiderazzjoni speċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki dwar iż-żgħażagħ;

R.  billi l-inklużjoni soċjali u l-mobilità soċjali jridu jkunu prijoritajiet ċentrali tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, u għaldaqstant irid ikollha speċifikament fil-mira ż-żgħażagħ minn gruppi vulnerabbli, bħaż-żgħażagħ li qed iħabbtu wiċċhom mal-faqar u l-esklużjoni soċjali, iż-żgħażagħ minn żoni rurali iżolati jew dawk li jkunu ġejjin minn komunitajiet marġinalizzati bħalma huma l-minoranzi etniċi, ir-rifuġjati u dawk li jfittxu l-ażil;

Rakkomandazzjonijiet ġenerali

1.  Jilqa' r-Rapport taż-Żgħażagħ tal-15 ta' Settembru 2015 ibbażat fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas imġedded għal kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (mill-2010 sal-2018) (COM(2015)0429), li jinkludi r-riżultati ewlenin tal-aħħar ċiklu ta' tliet snin tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ u jipproponi prijoritajiet għaċ-ċiklu li jmiss; jirrakkomanda lill-awtoritajiet tal-UE u lil dawk nazzjonali, reġjonali u lokali biex jiżguraw li l-programmi differenti fil-livell tal-UE li jittrattaw il-politiki taż-żgħażagħ ikunu kkomunikati, implimentati u kkoordinati tajjeb sabiex jirreaġixxu għall-ħtiġijiet il-ġodda fid-dawl tal-isfidi soċjali u edukattivi tal-ġejjieni;

2.  Iqis il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni bħala mezz xieraq iżda insuffiċjenti bħala mezz ta' qafas għall-politiki dwar iż-żgħażagħ li jeħtieġ li jiġi kkomplementat b'miżuri oħrajn; itenni s-sejħa tiegħu għal kooperazzjoni eqreb u skambju tal-aħjar prattiki dwar il-kwistjonijiet taż-żgħażagħ fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jaqblu dwar indikaturi u parametri referenzjarji ċari sabiex ikun jista' jiġi mmonitorjat il-progress miksub;

3.  Jenfasizza li l-inklużjoni taż-żgħażagħ b'diżabilità fl-impjieg hija neċessarja sabiex ikun jistgħu jkollhom ħajja indipendenti u jkunu integrati bis-sħiħ fis-soċjetà bħala parteċipanti attivi u kontributuri reali;

4.  Jenfasizza l-importanza tad-Djalogu Strutturat bħala mezz biex jinvolvi liż-żgħażagħ, kemm dawk li huma involuti f'organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u dawk li mhumiex; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiżdiedu u jitjiebu l-attivitajiet ta' komunikazzjoni, il-viżibilità u l-kwalità tal-proċess, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari fir-rigward tal-involviment tal-gruppi vulnerabbli u marġinalizzati, sabiex il-politiki dwar iż-żgħażagħ jiġu żviluppati, implimentati u evalwati b'aktar effett fil-livelli kollha u biex titrawwem iċ-ċittadinanza attiva fost iż-żgħażagħ; jitlob it-tisħiħ tad-Djalogu Strutturat bħala għodda parteċipattiva ta' kwalità għaż-żgħażagħ fil-qafas ta' kooperazzjoni ta' appoġġ għaż-żgħażagħ li jmiss;

5.  Jinnota l-impatt tat-tieni ċiklu tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2013-2015) fl-enfasizzar tal-importanza ta' approċċ adattabbli għall-politika dwar iż-żgħażagħ b'involviment transsettorjali u fuq diversi livelli; japprezza d-Djalogu Strutturat mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-aċċess taż-żgħażagħ għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja, kif ukoll għall-impjiegi; ifakkar fit-tmien oqsma ta' azzjoni li qed jiġu promossi mill-Istrateġija għaż-Żgħażagħ tal-UE;

6.  Jenfasizza l-importanza tal-Istrateġija għaż-Żgħażagħ tal-UE, fid-dawl tar-rata tant għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE, il-persentaġġi għoljin u li jvarjaw bil-kbir ta' NEETs (żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ), u l-isfidi tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fost iż-żgħażagħ; jenfasizza li ċ-ċiklu li jmiss (2016-2018) għandu jikkontribwixxi għaż-żewġ objettivi tal-Istrateġija għaż-Żgħażagħ, billi jiġu identifikati u ttrattati l-kawżi tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, bħat-tluq bikri mill-iskola, titrawwem l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ, isir investiment fl-edukazzjoni, internships, apprendistati u taħriġ vokazzjonali fil-ħiliet li jirriflettu l-opportunitajiet, il-ħtiġijiet u l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol, u billi tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għas-suq tax-xogħol f'termini ta' miżuri li jiżguraw koordinament aħjar tal-programmi tal-edukazzjoni, il-politika tal-impjiegi u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; jirrimarka li l-atturi tas-suq tax-xogħol jeħtiġilhom ikunu appoġġati fl-isforzi tagħhom biex jimplimentaw l-Iskema tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, sabiex jiġi żgurat li, mhux aktar tard minn erba' xhur wara li jispiċċaw l-iskola, iż-żgħażagħ ikunu jew impjegati, jew qed jistudjaw jew qed jagħmlu taħriġ (jew taħriġ mill-ġdid) vokazzjonali;

7.  Jenfasizza li l-implimentazzjoni effikaċi tal-Istrateġija għaż-Żgħażagħ tal-UE għandha tkun marbuta mill-qrib mal-kisba tal-miri ewlenin ta' Ewropa 2020, partikolarment dawk li 75 % tal-popolazzjoni ta' bejn l-20 u l-64 sena jkunu f'impjieg u li l-akbar għadd possibbli ta' żgħażagħ joħorġu mill-faqar u l-esklużjoni soċjali; jinnota li, għalkemm kien hemm tnaqqis f'xi Stati Membri mill-2013 'l hawn, għad hemm tħassib reali dwar il-fatt li r-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ għadha kważi d-doppju tar-rata ġenerali tal-qgħad, b'madwar 8 miljun żagħżugħ Ewropew li għadhom qiegħda; jenfasizza, għaldaqstant, l-importanza li jiġu indirizzati l-każijiet ta' żbilanċ ġeografiku bejn il-provvista u d-domanda f'termini ta' impjiegi, kemm fi ħdan l-Istati Membri kif ukoll bejniethom, permezz tal-bidliet għall-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol (EURES), bil-għan li jittejbu l-opportunitajiet ta' impjiegi għaż-żgħażagħ u tinkiseb koeżjoni soċjali akbar;

8.  Jenfasizza l-importanza li ċ-ċiklu li jmiss tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ jinkludi fl-objettivi tiegħu lir-rifuġjati u l-persuni li jfittxu asil żgħażagħ, jiżgura t-trattament ugwali u mhux diskriminatorju tagħhom, l-aċċess għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjieg u l-inklużjoni soċjali, u b'hekk jgħinhom jibnu l-identità tagħhom fil-pajjiżi ospitanti u jagħmlu użu sħiħ mit-talenti u l-potenzjal tagħhom, u jevitaw li jispiċċaw emarġinati u diżillużi;

9.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-eżodu ta' mħuħ u l-perikli tiegħu għal ċerti Stati Membri, b'mod partikolari dawk li qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet u huma inklużi fil-programmi ta' aġġustament, fejn numru dejjem jikber ta' gradwati qed ikollhom imorru jaħdmu barra minn pajjiżhom minħabba r-rati enormi ta' qgħad, u b'hekk qed iċaħħdu lill-pajjiżi kkonċernati mir-riżorsi umani l-iktar ta' valur u produttivi tagħhom;

10.  Jenfasizza l-potenzjal tat-teknoloġiji l-ġodda biex isir kuntatt maż-żgħażagħ u jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jieħdu vantaġġ minn dawk it-teknoloġiji sabiex isaħħu d-djalogu maż-żgħażagħ u l-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw fis-soċjetà;

11.  Jenfasizza l-importanza li ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ ikunu involuti fit-tiswir tal-prijoritajiet u t-tfassil ta' Qafas tal-UE ġdid għall-Kooperazzjoni dwar iż-Żgħażagħ post-2018;

12.  Jirrakkomanda lill-Istati Membri u lill-UE jimplimentaw valutazzjoni tal-impatt tal-politiki li għandhom liż-żgħażagħ fil-mira tagħhom;

13.  Jikkunsidra l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, it-tfassil tal-politika abbażi tal-evidenza, gruppi ta' esperti, attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari u reviżjonijiet bħala għodod importanti f'kooperazzjoni bejn is-setturi orjentata lejn ir-riżultat bħala appoġġ għaż-żgħażagħ; jenfasizza l-importanza tat-tixrid tar-riżultati ta' dawn l-attivitajiet sabiex l-impatt jiġi mmassimizzat;

14.  Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni transsettorjali fil-livelli kollha u b'mod partikolari bejn l-istrateġiji differenti tal-UE li jaffettwaw liż-żgħażagħ (strateġiji attwali u futuri tal-UE dwar iż-Żgħażagħ, l-Edukazzjoni u t-Taħriġ, is-Saħħa, l-Impjieg, eċċ.);

15.  Jenfasizza l-importanza u l-ħtieġa tat-tisħiħ u l-iżvilupp ulterjuri ta' strateġiji u inizjattivi mmirati lejn il-prevenzjoni tal-vjolenza u l-bullying fl-iskejjel;

16.  Jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni ta' kwalità, imfassla għall-ħtiġijiet tat-tifel/tifla jew żagħżugħ(a) individwali, fosthom bejn il-familji, il-komunitajiet reliġjużi u l-iskejjel, il-komunitajiet lokali, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u l-edukazzjoni formali, mhux formali jew informali, sabiex iż-żgħażagħ jiġu ggwidati u megħjuna fi triqthom lejn integrazzjoni sħiħa fis-soċjetà billi jingħatalhom post sikur biex jikbru u jitgħallmu;

17.  Jissuġġerixxi l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam tal-politika dwar iż-żgħażagħ, speċjalment f'dawk l-Istati Membri fejn għandhom kompetenza f'dan il-qasam;

18.  Jisħaq fuq l-importanza tal-promozzjoni ta' stili ta' ħajja sani għall-prevenzjoni tal-mard, u jqis li jeħtieġ li ż-żgħażagħ jingħataw informazzjoni korretta u assistenza fir-rigward ta' problemi serji fil-qasam tas-saħħa mentali, bħall-użu u d-dipendenza fuq it-tabakk, l-alkoħol u d-droga;

19.  Ifakkar fil-valur tal-inklużjoni ta' dimensjoni interġenerazzjonali fil-politiki dwar iż-żgħażagħ u fil-bżonn li jinħoloq djalogu aqwa bejn il-ġenerazzjonijiet differenti;

20.  Jenfasizza l-importanza li jiġi indirizzat il-faqar fost żgħażagħ minn sfondi soċjoekonomikament żvantaġġati, dawk b'ġenituri qiegħda u dawk li ma rnexxilhomx ikissru ċ-ċiklu soċjoekonomiku tal-familja tagħhom;

21.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu taħriġ effikaċi fil-lingwa nazzjonali, skont il-prinċipji tal-multilingwiżmu u n-nondiskriminazzjoni u abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-prinċipji Ewropej, u biex iżidu l-appoġġ lill-istituti edukattivi li jgħallmu fl-ilsien nattiv ta' minoranzi nazzjonali jew minoranzi lingwistiċi;

22.  Ifakkar fil-mira ewlenija ta' Ewropa 2020 li l-proporzjon ta' dawk li jħallu l-edukazzjoni u t-taħriġ qabel iż-żmien għandu jkun anqas minn 10 %; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi miġġieled it-tluq bikri mill-iskola, li huwa fattur li jikkontribwixxi għall-qgħad, permezz ta' djalogu bejn is-settur tal-edukazzjoni, is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u s-sħab soċjali, billi jiġu identifikati n-nuqqasijiet tas-sistema tal-iskejjel u tas-soċjetà, jingħata appoġġ lill-istudenti biex isibu l-metodi ta' tagħlim tagħhom stess, jiġu implimentati kurrikuli rilevanti u interessanti, tinħoloq sistema b'saħħitha u żviluppata sew ta' gwida personalizzata b'servizzi ta' parir u orjentazzjoni ta' kwalità għolja għall-istudenti kollha, speċjalment mal-ewwel sinjali ta' tluq mill-iskola qabel iż-żmien, billi l-istudenti jiġu infurmati b'mod adegwat dwar l-opportunitajiet futuri tas-suq tax-xogħol u l-karrieri, inklużi profili tax-xogħol tekniċi u artiġjanali, billi jiġu pprovduti edukazzjoni fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika, kif ukoll tagħlim li jikkombina xogħol u skola, jiġu żgurati apprendistati ta' kwalità, internships u possibbiltajiet ta' taħriġ fil-post tax-xogħol, u billi l-istudenti jingħataw opportunità oħra fil-forma ta' taħriġ vokazzjonali;

23.  Jistieden lill-Istati Membri jippreżentaw rapporti bbażati fuq l-għarfien u l-evidenza dwar is-sitwazzjoni soċjali taż-żgħażagħ u l-kundizzjonijiet ta' għajxien tagħhom, u jfasslu pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali u jimplimentawhom b'mod konsistenti;

24.  Jenfasizza li l-promozzjoni ta' aktar opportunitajiet u opportunitajiet indaqs għaż-żgħażagħ kollha, iż-żieda fl-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u s-solidarjetà u l-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni fir-rigward taż-żgħażagħ, b'mod partikolari fuq il-bażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika jew id-diżabilità, għandhom ikunu ċentrali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ;

25.  Jinnota li l-politiki u l-istrateġiji nazzjonali dwar iż-żgħażagħ għandhom jiġu żviluppati maż-żgħażagħ u għaż-żgħażagħ;

26.  Jilqa' pożittivament, b'mod partikolari, is-siwi tal-Qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018) fit-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea u l-ftuħ u l-iżvilupp tal-opportunitajiet u l-vantaġġi offruti mill-proġett ta' integrazzjoni Ewropea liż-żgħażagħ, u f'dan ir-rigward jistieden lill-Kummissjoni tkompli u tiżviluppa l-qafas wara l-2018;

27.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu strutturi edukattivi neċessarji għall-integrazzjoni tar-rifuġjati żgħażagħ, billi jitħallew jitgħallmu l-lingwa tal-pajjiż li fih ingħataw l-asil, ilestu t-taħriġ inizjali tagħhom jew iġibu l-ħiliet diġà miksuba fuq livell Ewropew, bil-għan li tkun aġevolata l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà Ewropea;

28.  Jappella għal miżuri mmirati fir-rigward tal-istudenti li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien, li għandhom bżonn gwida, ħiliet u taħriġ kif ukoll sistema effikaċi fl-edukazzjoni bikrija li tidentifika lil dawk li jinsabu f'riskju li jsiru studenti li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien jew żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ sabiex jingħataw assistenza minn età żgħira u jitbiegħdu minn dan l-iżvantaġġ;

29.  Jipproponi lill-Istati Membri jqisu l-prinċipju tas-"solidarjetà interġenerazzjonali" fl-ambitu tal-politiki tal-pensjonijiet u jieħdu kont tal-impatt li dawn għandhom jew se jkollhom fuq iż-żgħażagħ;

30.  Jilqa' pożittivament ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' April 2016 dwar it-tagħlim tal-UE fl-iskejjel, u għaldaqstant jistieden lill-Istati Membri jippromwovu għarfien aktar estensiv tal-UE permezz ta' edukazzjoni formali, mhux formali u informali, b'mira partikolari fuq il-kooperazzjoni ta' min jagħti edukazzjoni formali u mhux formali / informali, li tista' tirnexxi bis-saħħa ta' strateġija kontinwa tal-UE għaż-żgħażagħ;

31.  Jistieden lill-Istati Membri jinvolvu lill-organizzazzjonijiet indipendenti b'mod aktar intensiv fil-proċess ta' implimentazzjoni, partikolarment fil-livell lokali, u jtejbu l-koordinament bejn il-proċeduri eżistenti fl-istrateġija ta' wara l-2018 (eż. permezz ta' involviment fuq skala tal-UE fil-kumitati dwar l-assistenza soċjali għaż-żgħażagħ, eċċ.) sabiex l-istrateġija tal-UE dwar iż-żgħażagħ tibqa' siewja;

32.  Jenfasizza l-bżonn li ż-żgħażagħ jingħataw għarfien u fehim sod tal-UE, anki bis-saħħa tat-tagħlim dwar il-valuri fundamentali, il-governanza u l-proċessi deċiżjonali tal-UE, biex b'hekk ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom f'riflessjoni kritika dwar l-UE u jsiru ċittadini Ewropej responsabbli u attivi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jippromwovu dimensjoni tal-UE fl-edukazzjoni, bil-għan li jippreparaw lil dawk li jitgħallmu jgħixu u haħdmu f'Unjoni dejjem aktar kumplessa u integrata, li jkunu jistgħu u jmisshom isawru;

Impjieg u edukazzjoni

33.  Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-aħjar użu mill-politiki u l-oqfsa finanzjarji tal-UE u dawk nazzjonali disponibbli sabiex jiġi promoss investiment xieraq fiż-żgħażagħ u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u sikuri; jinsisti fil-livelli kollha fuq l-iskemi ta' mobilità li jirriżultaw fit-titjib tal-ħiliet u tal-kompetenzi għaż-żgħażagħ, u jingħataw fiduċja fihom infushom, jiżviluppaw il-kurżità u l-interess tagħhom f'modi oħra ta' tagħlim u involviment fis-soċjetà; jirrakkomanda bis-saħħa r-rikonoxximent u l-valutazzjoni ta' dawk il-ħiliet, imsaħħa permezz tal-mobilità; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiggarantixxu li ż-żgħażagħ ikollhom aċċess aħjar għall-informazzjoni dwar il-programmi u l-inizjattivi kollha li jistgħu jibbenefikaw minnhom;

34.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ il-programm Erasmus+, speċjalment fir-rigward tal-apprendistati, u b'hekk jippromwovu u jrawmu ulterjorment it-taħriġ u l-karrieri transkonfinali u l-mobilità tax-xogħol fost iż-żgħażagħ u jipprovdu lil dawn tal-aħħar ħiliet u kompetenzi għall-ħajja, inklużi ħiliet lingwistiċi, filwaqt li jwessgħulhom l-opportunità u ċ-ċans li jipparteċipaw kemm fis-suq tax-xogħol kif ukoll fis-soċjetà, ikunu xi jkunu l-kwalifiki akkademiċi, il-ħiliet jew il-livell ta' edukazzjoni tagħhom; jesprimi tħassib li l-mobilità tal-apprendisti għadha ma laħqitx il-livelli mixtieqa, u jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-kumpaniji u lill-iskejjel isibu mezzi biex jegħlbu l-ostakli li fadal għall-mobilità tal-apprendisti; jenfasizza l-importanza li jingħata appoġġ liż-żgħażagħ fil-proġetti ta' mobilità tagħhom, minħabba l-età u s-sitwazzjoni finanzjarja ħafna drabi instabbli tagħhom, inkluż billi jitneħħew ċerti restrizzjonijiet indiretti fuq il-mobilità, bħalma huma d-diffikultajiet ta' akkomodazzjoni u trasport;

35.  Jappella għal opportunitajiet imtejba għall-istudenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali biex ikollhom esperjenzi ta' xogħol f'pajjiżi ġirien sabiex irawmu fehim aħjar tal-prattiki tax-xogħol u ta' taħriġ ta' Stati Membri, pereżempju permezz ta' finanzjament tal-ispejjeż tal-ivjaġġar għal studenti li jibqgħu jgħixu fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom; jirrimarka li l-mobilità fit-taħriġ hija assi vitali meta wieħed jiġi biex jidħol fis-suq tax-xogħol, iżda wkoll biex wieħed jifhem u jinvolvi ruħu fil-proġett Ewropew billi jesperjenzah; jenfasizza l-importanza li jiġi implimentat qafas Ewropew li jippromwovi l-mobilità, bħala parti mill-apprendistat u t-taħriġ vokazzjonali; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jisiltu vantaġġ sħiħ min-netwerk tal-EURES biex jappoġġaw il-mobilità tal-ħaddiema żgħażagħ fi ħdan l-UE, inkluża l-mobilità fl-apprendistati;

36.  Jenfasizza l-importanza tal-istruzzjoni u t-tagħlim tal-ħiliet bażiċi ġenerali bħall-ICT, il-matematika, il-ħsieb kritiku, il-lingwi barranin, il-mobilità eċċ., li jippermettu liż-żgħażagħ jadattaw faċilment għall-ambjent soċjali u ekonomiku li qed jinbidel;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jagħtu spinta lit-taħriġ fl-ICT sabiex jgħammru liż-żgħażagħ kollha bil-ħiliet elettroniċi rilevanti meħtieġa għas-suq tax-xogħol, pereżempju billi jerġgħu jallokaw finanzjament fi ħdan l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

38.  Itenni li t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) għandhom rwol importanti x'jiżvolġu fl-iżvilupp personali u professjonali taż-żgħażagħ, u jirrikonoxxi l-potenzjal tagħhom biex jagħtu r-riedni liż-żgħażagħ billi jlaqqgħuhom fi tweġiba għall-problemi soċjali u jitħallew jikkollegaw ma' xulxin lil hinn mill-ostakli ġeografiċi, soċjali, reliġjużi, ekonomiċi u tal-ġeneru; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiggarantixxu li ż-żgħażagħ kollha jkunu mgħammra tajjeb b'ħiliet u kapaċitajiet aġġornati fl-ambitu tal-ICT;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu programmi għaż-żgħażagħ u edukattivi li jtejbu l-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet u jiffaċilitawlhom id-dħul f'setturi li tradizzjonalment kienu ddominati mill-irġiel fejn huma sottorappreżentati, bħall-intraprenditorjat, l-ICT, u x-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, u l-matematika (STEM);

40.  Itenni l-potenzjal enormi tas-sinerġiji bejn is-setturi STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija, matematika) u l-ICT u l-oqsma tal-arti u d-diżinn u l-industriji kreattivi, li jittrasformaw is-STEM fi STEAM (xjenza, teknoloġija, inġinerija, arti, matematika), u jenfasizza l-potenzjal ta' tali sinerġiji biex iressqu aktar żgħażagħ, partikolarment nisa u bniet, lejn oqsma STEM;

41.  Jistieden lill-Istati Membri jħeġġu lin-nisa jibdew taħriġ u karrieri fis-setturi fejn huma sottorappreżentati bħas-STEM u l-IT;

42.  Jissottolinja l-bżonn li jkun żgurat li ż-żgħażagħ ikollhom l-opportunità jiksbu, bħala minimu, ħiliet diġitali bażiċi u għarfien u l-fehim dwar il-midja, biex ikunu jistgħu jaħdmu, jitgħallmu u jipparteċipaw attivament fis-soċjetà moderna;

43.  Josserva li anki jekk iż-żgħażagħ jegħlbu l-isfida reali li jsibu impjieg, mhux neċessarjament ikollhom żgurati l-mezzi biex jgħixu f'livell ogħla mis-soll tal-faqar f'bosta Stati Membri;

44.  Jappella għat-tkomplija tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; jappella biex jiġu proposti aġġustamenti sussegwenti f'termini ta' regolamentazzjoni u riżorsi sabiex jiġu megħluba l-ostakoli eżistenti għall-implimentazzjoni sa tmiem il-qafas finanzjarju attwali;

45.  Jitlob għal koordinament aħjar fil-livelli kollha bejn il-kurrikuli fl-edukazzjoni u t-taħriġ u l-ħtiġijiet tas-swieq tax-xogħol li qegħdin jinbidlu; jitlob li, bil-għan li jinkisbu l-objettivi ta' politika ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE, u fid-dawl tal-inugwaljanzi persistenti bejn iż-żoni urbani, periurbani u rurali, l-kampanji ta' informazzjoni, sensibilizzazzjoni u valorizzazzjoni tal-programmi ta' mobilità jkunu stabbiliti fl-istituti tat-tagħlim ġenerali u vokazzjonali tal-Unjoni; jenfasizza, madankollu, l-importanza li jiġi rrispettat il-valur tal-għarfien u li nistinkaw li nipprovdu edukazzjoni kompluta u sħiħ ta' bażi akkademiku sod; iħeġġeġ titjib tad-djalogu u l-kooperazzjoni bejn in-negozji u l-universitajiet, bl-għan li jiġu żviluppati programmi edukattivi li jgħamru liż-żgħażagħ bil-ħiliet, l-għarfien u l-kompetenzi meħtieġa; jappella, f'dan ir-rigward, għal kooperazzjoni aktar stretta bejn l-istituti edukattivi, l-impriżi, partikolarment l-SMEs, u s-servizzi tal-impjiegi; jissuġġerixxi li, f'dan ir-rigward, l-Istati Membri jadottaw l-aħjar prattiki ta' xulxin;

46.    Jissottolinja l-fatt li approċċ edukattiv olistiku u inklużiv hu essenzjali sabiex l-istudenti kollha jħossuhom milqugħa u inklużi u jħossu li għandhom is-setgħa jieħdu deċiżjonijiet dwar l-edukazzjoni tagħhom; jirrimarka li waħda mill-akbar sfidi tas-soċjetajiet tagħna hija li l-istudenti jħallu l-iskola mingħajr kwalifiki; jirrimarka wkoll li l-ġlieda kontra dan il-fenomenu hija wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħna, billi dan iwassal għall-esklużjoni soċjali; jirrimarka li minbarra l-aġġustament tas-sistemi ta' taħriġ, iridu jiġu introdotti miżuri speċifiċi għal dawk li jinsabu fl-akbar diffikultà; ifakkar li t-traineeships u l-apprendistati għandhom iwasslu għall-impjieg u li l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kompiti assenjati għandhom jgħinu lit-trainees jiksbu l-esperjenza prattika u l-ħiliet rilevanti meħtieġa biex jidħlu fis-suq tax-xogħol; jemmen li, sabiex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ, huwa fundamentali li l-partijiet interessati pubbliċi u privati reġjonali u lokali jkunu involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tat-taħlita rilevanti tal-politiki;

47.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ mill-edukazzjoni għax-xogħol, inkluż billi jiżguraw internships u apprendistati ta' kwalità, billi jagħtu liż-żgħażagħ drittijiet definiti b'mod ċar li jinkludu l-aċċess għall-protezzjoni soċjali, kuntratti bil-miktub u vinkolanti u remunerazzjoni ġusta, biex b'hekk jiżguraw li ż-żgħażagħ ma jkunux iddiskriminati meta jiġu biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, kif ukoll billi jinfurmaw lill-istudenti b'mod adegwat dwar l-opportunitajiet futuri tas-suq tax-xogħol;

48.  Jenfasizza li r-rati tal-qgħad jonqsu b'mod ċar hekk kif jogħla l-livell tal-edukazzjoni miksub, u li b'hekk jeħtieġ li jkun hemm promozzjoni u investiment f'opportunitajiet ta' edukazzjoni għolja għaż-żgħażagħ fl-UE;

49.  Jindika, madankollu, li l-edukazzjoni ma għandhiex tipprovdi biss ħiliet u kompetenzi rilevanti għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, iżda għandha tikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp personali u l-iżvilupp taż-żgħażagħ sabiex tagħmilhom ċittadini proattivi u responsabbli; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa għal edukazzjoni ċivika fis-sistema edukattiva sħiħa, kemm dik formali kif ukoll dik mhux formali;

50.  Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu opportunitajiet ta' karriera doppja għal żgħażagħ b'talent sportiv, b'mod li jkunu jistgħu jiżviluppaw it-talent tagħhom bħala atleti filwaqt li jakkwistaw ukoll ħiliet edukattivi;

51.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu inklużi elementi ta' tagħlim imprenditorjali fil-livelli kollha u fil-forom kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ, billi l-fatt li jiddaħħal sa mill-bidu nett l-ispirtu imprenditorjali fost iż-żgħażagħ huwa mod effikaċi biex ikun miġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ djalogu attiv u kooperazzjoni bejn il-komunità universitarja u l-impriżi, bl-għan li jiġu żviluppati programmi edukattivi li jagħtu liż-żgħażagħ il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jkunu promossi u appoġġati l-politiki għall-iżvilupp tal-imprenditorija fost iż-żgħażagħ, speċjalment fil-qasam kulturali u kreattiv u fil-qasam tal-isport sabiex jinħolqu impjiegi sikuri u ta' kwalità u tingħata spinta lill-iżvilupp u l-koezjoni soċjali tal-komunitajiet; jissottolinja wkoll l-potenzjal offrut mill-volontarjat f'termini ta' ksib ta' ħiliet, tisħiħ tal-iżvilupp personali u opportunitajiet biex iż-żgħażagħ jiskopru l-vokazzjoni tagħhom;

52.  Jindika li l-imprenditorija tirrikjedi l-iżvilupp ta' ħiliet trasversali bħalma huma l-kreattività, il-ħsieb kritiku, is-sens ta' kollaborazzjoni f'tim u sens ta' inizjattiva, li jikkontribwixxu għall-iżvilupp personali u professjonali taż-żgħażagħ u jiffaċilitaw it-tranżizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol; jemmen li hemm bżonn, għalhekk, li l-parteċipazzjoni minn imprendituri tiġi ffaċilitata u mħeġġa fil-proċess edukattiv;

53.  Jenfasizza l-importanza ta' aktar investiment fin-negozji li qed jibdew u fiż-żgħażagħ li jiddedikaw ruħhom għall-intraprenditorija, billi l-aċċess tagħhom għall-kapital inizjali u għal netwerks ta' mentors kummerċjali bl-esperjenza;

54.    Ifakkar li l-impjiegi u l-intraprenditorija jikkostitwixxu waħda mit-tmien prijoritajiet identifikati fl-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2010-2018); jenfasizza li l-ħidma fost iż-żgħażagħ u t-tagħlim mhux formali, b'mod partikolari permezz ta' organizzazzjonijiet ta' intraprendituri żgħażagħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, li joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jiżviluppaw proġetti innovattivi, jiksbu esperjenza intraprenditorjali u jakkwistaw il-mezzi u l-kunfidenza sabiex iniedu n-negozji tagħhom stess, għandhom rwol kruċjali fl-iżvilupp tal-potenzjal kreattiv u innovattiv taż-żgħażagħ, inkluż l-ispirtu intraprenditorjali u l-ħiliet intraprenditorjali u ċiviċi tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li jinħoloq ambjent li jiffavorixxi l-intraprenditorija u negozji ġodda innovattivi fl-interess tal-impjieg taż-żgħażagħ fl-Ewropa; jenfasizza li jridu jitneħħew l-ostakli kollha li jipprevjenu liż-żgħażagħ milli jiżviluppaw l-ideat, il-potenzjal u l-attitudnijiet tagħhom;

55.    Jirrakkomanda enfasi akbar fuq l-intraprenditorija fl-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ bħala element ewlieni biex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku; jinnota li fl-2014 wieħed biss minn kull ħames żgħażagħ Ewropej kien jixtieq jibda n-negozju tiegħu, fid-dawl tal-fatt li jara din l-idea diffiċli li titwettaq; jiffavorixxi l-għoti ta' prijorità lill-iżvilupp ta' kultura intraprenditorjali minn età bikrija, regolamenti dwar ix-xogħol flessibbli li jippermettu kemm ix-xogħol u l-istudju, l-edukazzjoni doppja, u l-aċċess għall-finanzjament;

56.  Ifakkar li l-industriji kreattivi huma fost l-iktar setturi imprenditorjali u li jikbru malajr, u li l-edukazzjoni kreattiva tiżviluppa ħiliet trasferibbli bħall-ħsieb kreattiv, is-soluzzjoni tal-problemi, is-sens ta' kollaborazzjoni f'tim u l-inġenjożità; jirrikonoxxi li s-setturi tal-arti u tal-midja jiġbdu partikolarment liż-żgħażagħ;

57.  Jissottolinja l-importanza tal-imprenditorija soċjali bħala mutur tal-innovazzjoni, l-iżvilupp soċjali u l-impjiegi, u jistieden għaldaqstant lill-UE u lill-Istati Membri jippromwovuha aħjar u jsaħħulha r-rwol tagħha;

58.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jieħdu miżuri biex jinċentivaw l-imprenditorija billi joħolqu ambjent aktar favorevoli għall-imprendituri u għall-ftuħ ta' negozji ġodda għat-tnedija ta' start-ups kummerċjali, li jistgħu jinkludu skemi u miżuri għall-faċilitazzjoni tal-għoti tal-kreditu min-naħa tal-banek, regolamentazzjoni semplifikata kif ukoll skemi ta' ħelsien mit-taxxa u miżuri li jippermettu liż-żgħażagħ jimplimentaw l-ideat kummerċjali tagħhom; jiffavorixxi metodi ta' taħriġ li jrawmu mentalità imprenditorjali u kreattiva u r-reklutaġġ tal-gradwati bħala imprendituri żgħażagħ;

59.  Jissottolinja li, sabiex ikunu jistgħu jiġġieldu l-qgħad fost iż-żgħażagħ, l-Istati Membri jeħtieġu konsulenti tal-karriera mħarrġa sew li jkollhom għarfien tal-opportunitajiet ta' edukazzjoni akkedemika u vokazzjonali u jkunu konxji mis-suq tax-xogħol attwali, l-iżviluppi prevedibbli fl-Istati Membri u s-setturi ġodda fl-ekonomiji tagħhom;

60.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ liż-żgħażagħ biex jibdew il-ħajja indipendenti tagħhom u jistabbilixxu l-familji tagħhom bl-għajnuna ta' allowances għall-akkomodazzjoni, arranġamenti preferenzjali u tnaqqis tat-taxxi fuq id-dħul, u jipprovdu self preferenzjali għall-istudenti;

61.  Jenfasizza l-importanza tar-rikonoxximent u l-validazzjoni reċiproċi tal-ħiliet, il-kompetenzi u l-għarfien li ġew akkwistati permezz tat-tagħlim informal, it-tagħlim mhux formali u t-tagħlim tul il-ħajja, għax il-validazzjoni tagħhom huwa kruċjali biex juri u jivvalorizza l-għarfien differenti u għani tal-individwi, partikolarment ta' individwi b'inqas opportunitajiet; Jirrimarka li l-validazzjoni tal-ħiliet tikkontribwixxi għat-titjib tal-aċċess għall-edukazzjoni formali u għal opportunitajiet professjonali ġodda, filwaqt li ssaħħaħ l-awtostima u l-motivazzjoni għat-tagħlim, l-iżvilupp tal-valuri, aptitudnijiet u ħiliet għaż-żgħażagħ, kif ukoll għat-tagħlim dwar iċ-ċittadinanza u l-involviment demokratiku f'kull livell; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex joħolqu mekkaniżmi ta' validazzjoni komprensivi sal-2018, kif indikat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, f'kollaborazzjoni stretta ma' kull parti interessati ewlenija, fosthom l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ;

62.    Jenfasizza l-importanza tat-tagħlim formali, informali u mhux formali, anke bħala parti minn attivitajiet ta' assoċjazzjoni, għall-iżvilupp tal-valuri, kompetenzi u ħiliet fost iż-żgħażagħ, kif ukoll għat-tagħlim dwar iċ-ċittadinanza u l-involviment demokratiku; jiġbed l-attenzjoni għall-firxa ta' possibbiltajiet ta' taħriġ u mudelli disponibbli fl-Istati Membri u, b'mod partikolari, għat-tagħlim li jikkombina xogħol u skola, li jistgħu jtaffu d-diffikultajiet tat-tranżizzjoni mill-edukazzjoni jew it-taħriġ għall-impjieg; jappoġġa l-implimentazzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw rikonoxximent koerenti u validu, madwar l-Ewropa kollha, tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba permezz ta' tagħlim formali, informali u mhux formali u t-traineeships, bil-għan li jitnaqqas id-distakk bejn in-nuqqas ta' ħiliet u n-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet osservati fis-suq tax-xogħol Ewropew, u jipprovdu appoġġ għal tali attivitajiet fil-qafas tal-programmi rilevanti tal-UE; jitlob, barra minn hekk, li fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) tingħata aktar attenzjoni lil-lingwi, speċjalment dawk tal-pajjiżi ġirien, sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni u l-impjegabbiltà tal-istudenti kkonċernati fis-suq tax-xogħol transfruntiera;

63.    Jinnota li, minħabba l-mewġa ta' diġitalizzazzjoni attwali u t-tendenzi l-ġodda fis-suq tax-xogħol, aktar u aktar żgħażagħ qed jiltaqgħu ma' forom ġodda ta' impjiegi li jibbilanċjaw bejn il-flessibbiltà u s-sigurtà; jenfasizza l-importanza ta' edukazzjoni adegwata għaż-żgħażagħ li jkollha l-għan li tenfasizza r-rwol ta' mekkaniżmi ta' protezzjoni soċjali fl-iżvilupp tal-karriera;

64.  Jemmen li intervent bikri u politiki proattivi tas-suq tax-xogħol jirrappreżentaw bidla mill-indirizzar tas-sintomi tal-privazzjoni tul diversi ġenerazzjonijiet għall-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji kmieni fil-ħajja, sabiex jiġi evitat il-qgħad u tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni mill-ġdid; jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari dwar is-sitwazzjoni ta' dawk l-aktar emarġinati u li jinsabu fl-akbar riskju li jsibu ruħhom qiegħda;

65.    Jenfasizza l-importanza ta' programmi miftuħa u ta' aċċess faċli sabiex issir ħidma ma' żgħażagħ li ġejjin minn ambjenti anqas stimulanti;

66.  Jenfasizza l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja u li jittejbu l-opportunitajiet edukattivi u tal-impjieg taż-żgħażagħ permezz tar-rikonoxximent reċiproku transfruntiera u l-kompatibilità tal-kwalifiki u tal-lawrji akkademiċi sabiex tissaħħaħ is-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità; jappella li jkun hemm espansjoni, evalwazzjoni u adattament kontinwi għal rekwiżiti ta' taħriġ li qed jinbidlu tar-rikonoxximent transfruntiera tal-kwalifiki u l-lawrji, u jinnota li dan għandu jiġi żgurat fuq livell Ewropew u fil-pajjiżi kollha li ngħaqdu maż-żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja u dawk inklużi fil-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki;

67.  Jenfasizza, f'dan ir-rigward, ir-rwol importanti tat-tagħlim mhux formali u informali, kif ukoll tal-parteċipazzjoni f'attivitajiet sportivi u ta' volontarjat, fl-istimolazzjoni tal-iżvilupp tal-kompetenzi u l-ħiliet ċiviċi, soċjali u interkulturali; jenfasizza l-fatt li xi pajjiżi għamlu progress sinifikanti fl-iżvilupp ta' qafas ġuridiku rilevanti, filwaqt li oħrajn isibu diffiċli biex joħolqu strateġiji komprensivi ta' validazzjoni; jenfasizza, għaldaqstant, il-ħtieġa li jiġu żviluppati strateġiji komprensivi li jippermettu l-validazzjoni;

68.  Jenfasizza l-importanza li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet u d-diskrepanzi fil-ħiliet billi tiġi promossa u ffaċilitata l-mobilità għal dawk li jitgħallmu u għall-għalliema permezz ta' użu aħjar tal-għodod u l-programmi kollha tal-UE; jirrimarka li l-mobilità fit-taħriġ hija vantaġġ vitali meta wieħed jiġi biex jidħol fis-suq tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri mmirati lejn l-iżgurar tal-koordinazzjoni, il-kumplimentarjetà u ilkoerenza bejn il-fondi strutturali għall-mobilità, inkluż il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), per eżempju, u programmi oħra bħall-Erasmus+; Jenfasizza, f'dan ir-rigwar, ir-rwol importanti ta' programmi ta' mobilità bħall-Erasmus+ biex jistimolaw l-iżvilupp ta' ħiliet u l-kompetenzi orizzontali u l-iskambji interkulturali fost iż-żgħażagħ; jilqa' t-trasformazzjoni tal-websajt tal-EU Skills Panorama;

69.  Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol tal-programm Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ biex jiksbu impjieg ta' kwalità fit-tul; huwa tal-fehma li l-mobbiltà professjonali hija meħtieġa biex jiġi sfruttat il-potenzjal taż-żgħażagħ; jinnota li bħalissa 217,7 miljun persuna għandhom impjieg fl-UE, li minnhom 7,5 miljun (3,1 %) qed jaħdmu fi Stat Membru ieħor; jinnota, barra minn hekk, li, skont stħarriġ tal-UE, iż-żgħażagħ huma aktar suxxettibbli li jkunu mobbli u li jieħdu ħiliet u kwalifiki ġodda lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom;

70.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ u tappoġġa l-mobilità tal-istudenti fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, billi tippromwovi l-iskema Erasmus għall-Apprendisti;

71.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu vantaġġ sħiħ mir-riforma attwali tan-netwerk tal-EURES biex jappoġġjaw il-mobilità tal-ħaddiema żgħażagħ minn pajjiż għal ieħor fl-UE, inkluża l-mobilità fl-apprendistati u t-traineeships; jistieden lill-Istati Membri jaġġornaw regolarment il-postijiet vakanti u l-curricula vitae; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-proċess ta' tqabbil ta' impjiegi fil-EURES biex ikun żgurat li ż-żgħażagħ jirċievu offerti ta' impjieg adegwati u ta' kwalità li jirriflettu l-curriculum vitae tagħhom;

72.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu sistemi doppji ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali ta' kwalità b'koordinazzjoni mal-atturi ekonomiċi lokali u reġjonali, wara l-iskambju tal-aħjar prattiki u skont in-natura speċifika ta' kull sistema edukattiva, sabiex jintgħeleb it-tqabbil ħażin tal-ħiliet, bħalissa u fil-futur;

73.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jistabbilixxu għotjiet innovattivi u flessibbli għat-trawwim tal-ħiliet artistiċi u sportivi fil-qasam tal-kultura, l-edukazzjoni u t-taħriġ; jappoġġa lill-Istati Membri li qed jistinkaw biex jintroduċu skemi ta' boroż ta' studju għall-studenti b'ħiliet ippruvati f'ambitu edukattiv, sportiv u artistiku;

74.  Jinnota li t-tluq bikri mill-iskola u l-tluq mill-iskola mingħajr kwalifiki jikkostitwixxu sfidi kbar għas-soċjetajiet tagħna peress li dawn iwasslu għall-eżistenza prekarja u għall-esklużjoni soċjali, u li l-ġlieda kontrihom għandha tkun waħda mill-ikbar objettivi tagħna; ifakkar li l-mobilità, l-adattament tas-sistemi ta' edukazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri individwalizzati jistgħu jġibu soluzzjonijiet għall-persuni l-aktar f'diffikultà sabiex titnaqqas ir-rata ta' abbandun bikri fl-edukazzjoni u t-taħriġ;

75.  Jenfasizza l-bżonn li jinħoloq kuntratt għall-istudenti li jippermetti li l-istudenti universitarji u tat-taħriġ vokazzjonali jikkombinaw l-istudju max-xogħol, preferibbilment f'impriżi fil-qasam li għalih qed jitħarrġu, b'garanzija li jlestu l-istudji li jkunu bdew;

76.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitkomplew l-isforzi biex jonqos it-tluq bikri mill-iskola u titrawwem l-edukazzjoni taż-żgħażagħ żvantaġġjati;

77.    Jinnota li minkejja tnaqqis fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri wara r-rekord irreġistrat fl-2013, il-qgħad fost iż-żgħażagħ jibqa' kwistjoni inkwetanti ferm fl-UE, peress li madwar 8 miljun żagħżugħ Ewropew ma jistgħux isibu xogħol u l-proporzjon ta' dawk li jiffaċċjaw qgħad fit-tul jew xogħol part-time involontarju jew status ta' traineeship baqa' għoli;

Riżorsi finanzjarji

78.  Jenfasizza l-importanza ta' investiment strateġiku, anke mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, b'mod partikolari mill-Fond Soċjali Ewropew, għall-iżvilupp reġjonali, il-kompetittività u l-ħolqien ta' traineeships b'livell għoli ta' kwalità, apprendistati u impjiegi sostenibbli; jinnota li għandha tingħata attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ NEETs;

79.    Jinnota li l-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 dam ftit xhur ma nbeda u li l-ewwel valutazzjoni tal-politiki tal-Unjoni f'dan il-perjodu, u b'mod partikolari ta' dawk dedikati għaż-żgħażagħ, ma tistax tkun rappreżentattiva b'mod sħiħ tal-impatt reali tagħhom;

80.    Jirrimarka li fil-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti, il-Qorti tal-Awdituri stmat li r-rata ta' żball għal tranżazzjonijiet magħmula fil-kuntest tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja (LLP) u l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni (YiA) kienet 'il fuq minn 4 %; jistenna li l-Kummissjoni tkun indirizzat dawk l-iżbalji fl-implimentazzjoni tal-programm Erasmus+;

81.    Jieħu nota tal-fatt li fl-2013, ir-rata ta' eżekuzzjoni tal-baġit għall-programmi 2007-2013, b'mod partikolari l-LLP, il-Programm Kultura, il-programm MEDIA u l-programm YiA, kienet ta' 100 %; iqis, madankollu, li r-rata ta' eżekuzzjoni waħidha mhijiex indikatur sinifikanti tal-effettività tal-programmi sabiex jiġi vvalutat is-suċċess tagħhom;

82.    Jinsab imħasseb dwar il-fatt li fi tmiem l-2013, id-diskrepanza bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn u dawk ta' pagament adottati rriżultat f'nuqqas ta' pagamenti (pereżempju, fil-każ tal-programm Erasmus+ dan ammonta għal EUR 202 miljun), b'riperkussjonijiet negattivi għas-sena ta' wara; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li din is-sitwazzjoni ma tirrepetix ruħha fil-kuntest tal-programmi l-ġodda;

83.    Ifakkar li r-riluttanza min-naħa taż-żgħażagħ li jibdew negozji tikkontribwixxi wkoll għar-rata baxxa ta' tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, u għalhekk iqis neċessarju li jingħata appoġġ liż-żgħażagħ biex jibdew negozju tagħhom;

84.    Jilqa' l-fatt li aktar minn EUR 12,4 biljun mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) ġew allokati għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ matul il-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid;

85.    Jinnota b'sodisfazzjon li 110 300 żagħżugħ f'sitwazzjoni ta' qgħad ipparteċipaw f'azzjonijiet iffinanzjati mill-YEI fl-2014; jilqa' l-fatt li l-kapijiet ta' stat u ta' gvern tal-UE ddeċidew li jallokaw EUR 6,4 biljun f'fondi tal-Unjoni (EUR 3,2 biljun mill-FSE u EUR 3,2 biljun minn linja baġitarja ġdida) lill-Garanzija għaż-Żgħażagħ (YG); jenfasizza, madankollu, li f'ċerti Stati Membri għad hemm xi diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

86.  Jitlob li l-UE u l-Istati Membri jsaħħu l-miżuri li jiggarantixxu li l-apprendistati u t-traineeships ma jissostitwixxux postijiet ta' xogħol professjonali, ma jintużawx bħala sors ta' impjieg prekarju u fl-istess ħin jiġu żgurati l-intitolamenti kollha neċessarji u relatati tax-xogħol, inklużi dawk rimunerattivi u finanzjarji;

87.  Jitlob li jkun hemm miżuri mmirati u ssimplifikati għat-tisħiħ fil-kapaċità tal-Istat Membru biex jagħmel użu mill-finanzjament disponibbli permezz tal-Fondi Strutturali Ewropej, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, l-inizjattiva "Zgħażagħ Attivi", l-inizjattiva "L-ewwel impjieg EURES tiegħek", l-Orizzont 2020 u programmi u azzjonijiet fil-qasam taċ-ċittadinanza;

88.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi tal-għoti ta' riżorsi finanzjarji lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, peress li dawk spiss ma jkollhomx il-kapaċità li jittrattaw proċessi ta' applikazzjoni kkumplikati meta japplikaw għall-appoġġ mid-diversi programmi tal-UE;

89.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-programm Erasmus+ billi jimmiraw aħjar fuq persuni tal-livell edukattivi kollha sabiex itejbu l-prospetti ta' impjieg taż-żgħażagħ u jitrawmu karriera transfruntiera u mobilità tax-xogħol ġusta; jappoġġja t-tagħlim interkulturali, iċ-ċittadinanza Ewropea u l-edukazzjoni taż-żgħażagħ fl-ambitu tad-demokrazija u l-valuri, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex waqt ir-reviżjoni ta' nofs it-term biex tfittex u tneħħi l-ostakli fil-proċedura ta' finanzjament li qed jagħmluha diffiċli biex jinkisbu dawn l-objettivi, sabiex il-programm Erasmus + jista' jkun aktar effettiv f'dan ir-rigward;

90.    Jilqa' l-fatt li l-programm Erasmus qabeż il-parametru referenzjarju ta' 3 miljun student; jinnota s-suċċess sostnut li dan il-programm emblematiku tal-Unjoni gawda sa mill-bidu tiegħu, u jemmen li huwa importanti li dan il-programm ikompli jirċievi l-appoġġ;

91.  Jiddispjaċih dwar il-varjazzjonijiet kbar fost l-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-għadd ta' studenti tal-Erasmus mibgħuta u milqugħa; jirrakkomanda kampanji ta' informazzjoni aktar enerġetiċi u s-simplifikazzjoni tar-regoli;

92.  Ifakkar lill-Istati Membri li għandhom jimpenjaw ruħhom biex jestendu l-finanzjament nazzjonali bħala element komplementari għall-approprjazzjonijiet tal-FSE u l-YEI sabiex jiżguraw l-ispinta meħtieġa favur l-impjiegi għaż-żgħażagħ; jikkunsidra neċessarju, barra minn hekk, li l-istrumenti użati u l-għotjiet mogħtija għandhom jippermettu ħajja dinjituża; jitlob, għalhekk, valutazzjoni tal-livelli tal-għotjiet fid-dawl tal-għoli tal-ħajja reali f'kull Stat Membru;

93.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw l-iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ; jitlob għal impenn politiku kontinwu għall-Garanzija għaż-Żgħażagħ bħala riforma fit-tul u strutturali, li tiżgura integrazzjoni tas-suq tax-xogħol sostenibbli permezz ta' offerti ta' kwalità għolja;

94.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ il-Garanzija għaż-Żgħażagħ, fuq il-bażi ta' koperazzjoni b'saħħitha bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, is-sistemi edukattivi u s-servizzi tal-impjiegi; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ għandha tkun integrata għalkollox fil-pjanijiet nazzjonali dwar l-impjiegi u fl-ippjanar fil-qasam tal-politiki taż-żgħażagħ u tal-edukazzjoni, u għandha tiġi kkomunikata estensivament liż-żgħażagħ kollha; ifakkar li l-involviment ta' organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-komunikazzjoni, fl-evalwazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ huwa kruċjali għas-suċċess tagħha;

95.  Ifakkar li n-nisa u l-irġiel żgħażagħ minn ċirkostanzi soċjoekonomiċi differenti jiffaċċjaw kundizzjonijiet differenti tas-suq tax-xogħol f'etajiet differenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu kunsiderazzjonijiet speċifiċi għall-ġeneru u soċjo-ekonomiċi bħal dawn fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki dwar iż-żgħażagħ u s-suq tax-xogħol bħal ma hija l-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

96.  Iqis li l-livelli partikolarment għolja ta' nuqqas ta' sigurtà tal-impjiegi fost iż-żgħażagħ, flimkien mat-tixjiħ tal-popolazzjoni Ewropea, jirrappreżentaw sfida kbira għas-sostenibbiltà, is-suffiċjenza u l-adegwatezza tas-sistemi tal-pensjoni u huma ta' ħsara kbira għas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tal-anqas jevitaw l-abbużi tal-għotjiet ipprovduti taħt l-Iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ, u biex jiffavorixxu, tal-anqas għal kuntratti stabbiliti fil-qafas tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, kuntratti li jippermettu liż-żgħażagħ iħallsu kontribuzzjonijiet għas-sistemi tas-sigurtà soċjali nazzjonali;

97.    Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw u jimmonitorjaw bis-sħiħ l-effikaċja tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, billi jagħmlu użu sħiħ mill-fondi li l-UE qegħditilhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex jimplimentaw miżuri li jippromwovu l-impjieg taż-żgħażagħ permezz tal-integrazzjoni taż-żgħażagħ, inklużi dawk b'diżabilità, fis-suq tax-xogħol b'impjieg, apprendistat jew taħriġ fi żmien erba' xhur minn meta jitilqu mill-iskola jew jitilfu x-xogħol, billi, pereżempju, joħolqu sistemi ta' gwida għall-karrieri tul il-ħajja u mfasslin apposta, uffiċċji ta' reġistrazzjoni, punti ta' informazzjoni, u metodi ta' ġbir ta' data, u billi jħeġġu lil dawk qiegħda jirreġistraw bil-ħsieb li tinkiseb stampa tas-sitwazzjoni reali fir-rigward tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, kif ukoll billi jtejbu s-servizzi offruti miċ-ċentri tal-impjiegi għaż-żgħażagħ li qed ifittxu x-xogħol;

98.    Iħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw mingħajr dewmien il-fatturi ewlenin ta' suċċess għall-implimentazzjoni tal-Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ, bħall-kwalità u s-sostenibbiltà tal-offerti tal-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ ulterjuri, l-inklużjoni soċjali, is-sinerġiji ma' oqsma oħra ta' politika (relatati mas-sistemi edukattivi, is-suq tax-xogħol, is-servizzi soċjali u ż-żgħażagħ) u l-kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati rilevanti kollha, sabiex iż-żgħażagħ jiġu integrati fis-suq tax-xogħol, jitnaqqsu r-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u jinkiseb impatt pożittiv fit-tul f'termini ta' prevenzjoni tal-esklużjoni soċjali u tal-esklużjoni mis-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ li jinsabu fi tranżizzjoni bejn l-iskola u s-suq tax-xogħol;

99.  Jitlob li jitwessa' l-ambitu tal-enfasi tal-Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ għaż-żgħażagħ mingħajr impjieg li m'għandhomx ħiliet jew li għandhom livell baxx ta' ħiliet, biex tkopri wkoll lill-gradwati żgħażagħ u lil dawk li diġà lestew it-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll li l-limitu tal-età tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, li huwa ta' 25 sena, jiżdied għal 29 sena sabiex jirrifletti r-realtà li ħafna gradwati u dawk li jidħlu fis-suq tax-xogħol qed iqarrbu t-tletin sena;

100.  Jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni jwettqu skambju tal-prattiki tajba u jitgħallmu minn xulxin; jindika l-importanza li ssir valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ mill-Istati Membri fl-2014 u l-2015; jenfasizza l-importanza li tiġi vvalutata l-effikaċja tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ fuq perjodu medju, b'enfasi fuq il-kisbiet li għamlet biex tgħin liż-żgħażagħ jakkwistaw ħiliet u jsibu impjieg, u li titkompla din l-inizjattiva; jindika, barra minn hekk, li l-involviment tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fl-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ huwa kruċjali għas-suċċess tagħha;

101.  Jistenna b'ħerqa l-preżentazzjoni tar-rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ aktar tard din is-sena mill-Kummissjoni;

102.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni fl-Istati Membri tal-Garanzija tal-UE għaż-Żgħażagħ, li mistenni jitlesta fil-bidu tal-2017, se jipprovdi valutazzjoni aktar ċara tar-riżultati tal-programm; iqis li, fost l-oħrajn, ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-effiċjenza u r-riżultati fit-tul tiegħu;

103.  Jistieden lill-Istati Membri kollha jintroduċu introjtu minimu garantit sabiex joffru liż-żgħażagħ li jkunu spiċċaw l-iskola u l-università r-riżorsi li jeħtieġu biex jgħixu b'mod deċenti sakemm isibu xogħol;

104.  Ifakkar lill-Kummissjoni fl-importanza li jiġi żgurat livell għoli ta' sensibilizzazzjoni fost iż-żgħażagħ dwar il-programmi u l-opportunitajiet disponibbli biex jipparteċipaw, kif ukoll li jiġi żgurat li l-informazzjoni offruta dwar il-programmi tkun ta' kwalità għolja, bl-użu ta' indikaturi kwantifikabbli (pereżempju r-rispons u l-involviment tal-gruppi fil-mira);

105.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw politiki ekonomiċi espansjonisti li joffru aktar flessibbiltà fil-qasam tal-investiment pubbliku fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-apprendistati ta' kwalità għolja;

106.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu aktar u mhux inaqqsu l-finanzjament tal-baġit nazzjonali tagħhom għall-politiki taż-żgħażagħ, l-arti, il-kultura, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jidderieġu l-investimenti fl-edukazzjoni inklużiva li twieġeb għall-isfidi tas-soċjetà fir-rigward tal-iżgurar ta' aċċess indaqs u opportunitajiet għal kulħadd, inklużi żgħażagħ li ġejjin minn sfondi soċjoekonomiċi differenti, kif ukoll gruppi vulnerabbli u żvantaġġjati;

107.  Jirrakkomanda l-inklużjoni tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ fil-QFP, u li l-Istati Membri jaħdmu fuq l-iżvilupp ta' strateġiji nazzjonali bl-għan li jinkisbu sinerġiji bejn Erasmus +, il-FSE, l-EYI u Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ, u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri linji gwida ċari dwar il-valutazzjoni tal-impatt;

108.  Jitlob lill-Kummissjoni tuża skema komprensiva ta' monitoraġġ għall-programmi taż-żgħażagħ li tgħaqqad flimkien l-indikaturi għar-riżultati mistennija, eżiti konkreti u riżultati fit-tul;

109.  Jisħaq fuq il-fatt li hemm bżonn li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq il-prestazzjoni u r-riżultati u jinsab kuntent li l-qafas regolatorju l-ġdid għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 jinkludi dispożizzjonijiet għar-rapportar dwar ir-riżultati mill-Istati Membri;

110.  Ifakkar li 68 % tal-baġit tal-FSE jintefaq fuq proġetti li fihom iż-żgħażagħ jistgħu potenzjalment ikunu wieħed mill-gruppi fil-mira;

111.  Jenfasizza l-bżonn li jiġu promossi l-għotjiet għad-djar biex jintlaħqu l-ħtiġijiet li jinqalgħu meta jkun impossibbli li l-istudenti jsegwu taħriġ vokazzjonali jew korsijiet universitarji fil-belt tagħhom stess ta' residenza jew fi bliet inqas minn 50 km 'il bogħod;

Parteċipazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijiet:

112.  Jitlob li jkun hemm sħubijiet aktar sodi bejn l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-awtoritajiet pubbliċi bl-għan li jiżdiedu l-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet tagħhom fit-tfassil tal-politika; iqis l-irwol taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet sportivi fl-iżvilupp tal-ħiliet ta' parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u fit-titjib tal-kwalità f'dak li jirrigwarda l-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet bħala ta' importanza speċjali, b'attenzjoni speċjali għall-fatt li ż-żgħażagħ jikkontribwixxu fis-soċjetà u anke jipprovdu soluzzjonijiet għall-isfidi kontemporanji tas-soċjetà Ewropea; Jenfasizza r-rwol uniku li jaqdu l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fl-iżvilupp ta' sens ta' ċittadinanza madwar il-prattika tal-valuri u l-proċessi demokratiċi;

113.  Jenfasizza l-valur tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ bħala entitatijiet li jipprovdu tagħlim dwar iċ-ċittadinanza u edukazzjoni dwar il-valuri, il-ħiliet u l-kompetenzi demokratiċi, u jirrikonoxxi l-kontribut tagħhom għat-titjib tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi demokratiċi;

114.  Jenfasizza l-importanza vitali tat-tagħlim informali u mhux formali, l-arti, l-isport, il-volontarjat u l-attivitajiet soċjali biex iħeġġu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-koeżjoni soċjali bħala għodda li jista' jkollha impatt enormi fuq il-komunitajiet lokali u tista' tgħin biex jiġu indirizzati ħafna mill-isfidi soċjetali;

115.  Jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw b'mod strett mal-prinċipji ta' inklużività fil-ħidma fost iż-żgħażagħ, b'enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ b'diżabilità;

116.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati b'mod intensiv il-kuxjenza dwar iċ-ċittadinanza, il-litteriżmu medjatiku u diġitali, il-ħsieb kritiku u l-komprensjoni interkulturali, bl-użu ta' firxa wiesgħa ta' strumenti li huma familjari maż-żgħażagħ (pereżempju n-netwerks soċjali); jenfasizza r-rwol sinifikanti li għandhom dawn il-programmi u l-edukazzjoni biex jipprevjenu r-radikalizzazzjoni fost iż-żgħażagħ;

117.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu forom ġodda ta' parteċipazzjoni ekonomika miż-żgħażagħ, bħat-tendenza li kulma jmur qed tikber li jużaw għodod tal-ekonomija kollaborattiva;

118.  Jenfasizza li l-attivitajiet volontarji politiċi, soċjali, kulturali u sportivi taż-żgħażagħ fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali għandhom jiġu appoġġati u rikonoxxuti aħjar għall-valur tagħhom bħala forma importanti ta' tagħlim mhux formali li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin għall-ħajja u biex jippromwovi valuri bħall-kooperazzjoni, is-solidarjetà, l-ugwaljanza u l-ġustizzja; jenfasizza, madankollu, li r-rieda taż-żgħażagħ li jiżviluppaw attivitajiet volontarji ma tistax titqies finalment bħala sostitut irħis għas-servizzi li għandhom jieħdu ħsiebhom l-Istati Membri; jitlob li l-attivitajiet volontarji jiġu rikonoxxuti u rikonoxxuti jew validati għalkollox;

119.  Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu l-parteċipazzjoni demokratika mill-istudenti żgħażagħ u biex jgħinu liż-żgħażagħ fl-edukazzjoni biex jipparteċipaw fl-edukazzjoni tagħhom u jikkontribwixxu għaliha permezz tas-sħubija tagħhom fl-organizzazzjonijiet tal-istudenti;

120.  Jenfasizza li fehim aħjar tal-valuri tal-UE, tal-funzjonament tal-UE u tad-diversità Ewropea huwa kruċjali sabiex tiġi promossa parteċipazzjoni fid-demokrazija u titrawwem iċ-ċittadinanza attiva fost iż-żgħażagħ;

121.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-akbar użu possibbli mill-għodod diġitali l-ġodda u tisfrutta għalkollox l-opportunitajiet offruti mill-midja soċjali fl-edukazzjoni u t-taħriġ, tipprovdi taħriġ immirat ta' kwalità fil-midja li jħeġġeġ l-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku u l-ħsieb kritiku, u tippromwovi u tħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fit-teħid tad-deċiżjonijiet kif ukoll fil-ħajja ċivika, kulturali u soċjali tas-soċjetà, sabiex tiżdied l-impjegabbiltà u jissaħħu l-intraprenditorjat, l-innovazzjoni u l-kultura; jirrikonoxxi wkoll il-potenzjal tal-għodod diġitali li għandhom jintużaw bħala mezz effettiv fil-ġlieda kontra l-bullying, id-diskorsi ta' mibegħda u r-radikalizzazzjoni;

122.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-kapital uman u soċjali li ż-żgħażagħ jirrappreżentaw huwa wieħed mir-riżorsi l-aktar importanti tal-Ewropa u garanti għall-futur tagħha. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għalhekk ma jaffordjawx jaħlu l-potenzjal inerenti fl-għarfien, il-kreattività u l-ħiliet tad-90 miljun żagħżugħ u żagħżugħa tal-Ewropa.

Il-kriżi ekonomika laqtet liż-żgħażagħ b'mod partikolarment ħażin. Id-diskrepanza bejn ċerti kategoriji ta' żgħażagħ żdiedet ukoll, filwaqt li xi wħud minnhom tilfu l-post tagħhom fil-ħajja soċjali u ċivili. Din is-sitwazzjoni hija aggravata aktar minħabba l-fatt li, fil-każ ta' xi wħud minnhom, hemm riskju ta' passività, esklużjoni u iżolament soċjali u saħansitra ta' radikalizzazzjoni vjolenti.

Il-politika taż-żgħażagħ hija kompetenza tal-Istati Membri, filwaqt li r-rwol tal-Unjoni Ewropea huwa wieħed ta' koordinazzjoni, gwida u appoġġ. Peress li mhuwiex possibbli li wieħed jadotta kwalunkwe miżura leġiżlattiva fil-livell tal-UE f'dan il-qasam, tfassal il-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni. Dan il-metodu jlaqqa' l-ministri kkonċernati tal-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill tal-UE u huma jifformulaw ħafna prinċipji u objettivi fi ħdan il-qasam tagħhom. Sussegwentement, l-Istati Membri huma ħielsa li jiddeċiedu f'liema forma u safejn għandhom jaċċettaw dawn il-prinċipji u l-objettivi u biex jinkorporawhom fl-istrateġiji nazzjonali taż-żgħażagħ tagħhom. Fil-każ ta' pajjiżi b'indikaturi statistiċi sfavorevoli, ikun utli li jiġu adottati l-aħjar prattiki u miżuri ta' politika taż-żgħażagħ ippruvati u ttestjati fil-parti l-kbira tagħhom, u jiġu applikati b'mod usa' dawk il-miżuri fformulati permezz tal-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni li qegħdin jagħtu riżultati pożittivi. (Waqt li jitqies li kull Stat Membru għandu l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu u l-problemi individwali tiegħu, bla dubju, ngħidu aħna, mhuwiex possibbli li tinħareġ l-istess preskrizzjoni għal kull marda, iżda huwa aktar faċli li wieħed jagħmel bħas-soltu: huwa possibbli li jiġu adottati approċċi ppruvati u ttestjati minn bnadi oħrajn).

Il-Qafas ta' Kooperazzjoni bejn iż-Żgħażagħ jappoġġja l-miżuri varji adottati mill-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea inter alia permezz ta' ġbir ta' data, tagħlim reċiproku, skambji ta' esperjenza u djalogu maż-żgħażagħ.

Il-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, jew fi kliem ieħor tal-politika taż-żgħażagħ, li jkopri l-perjodu 2010/2018, jiddefinixxi tmien oqsma ta' azzjoni, jiġifieri: l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjieg u l-intraprenditorija, is-saħħa u l-benesseri, il-parteċipazzjoni, il-volontarjat, l-inklużjoni soċjali, iż-żgħażagħ u d-dinja, il-kreattività u l-kultura. L-istrateġija għandha żewġ prijoritajiet ġenerali:

1.  li tiffaċilita t-tranżizzjoni mill-iskola għad-dinja tax-xogħol, u

2.  li tippromwovi ċ-ċittadinanza attiva, l-inklużjoni soċjali u s-solidarjetà fost iż-żgħażagħ. Dan sar partikolarment importanti dan l-aħħar minħabba r-radikalizzazzjoni taż-żgħażagħ u l-ħtieġa għall-prevenzjoni tagħha.

Fir-rigward tal-indikaturi tal-edukazzjoni, qegħdin jitfaċċaw xejriet pożittivi. Dan huwa minnu minkejja li jeżistu differenzi sinifikanti bejn id-data ta' xi wħud mill-Istati Membri. B'mod ġenerali, it-tluq bikri mill-iskola qiegħed jonqos. Iċ-ċifra għall-grupp ta' età ta' 18-24 sena niżlet minn 13.9 % fl-2010 għal 11.1 % fl-2014. Madankollu, iċ-ċifri jibqgħu għoljin fi Spanja, l-Italja, Malta, il-Portugall u r-Rumanija. Il-perċentwal ta' persuni gradwati żdied minn 33.8 % fl-2010 għal 37.9 % fl-2014. Dan ifisser li terz miż-żgħażagħ fl-Ewropa (fil-grupp ta' età ta' bejn 30-34 sena) huma gradwati, filwaqt li 82 % tal-grupp ta' età ta' bejn 20-24 sena għandhom ċertifikat ta' edukazzjoni sekondarja ogħla. Għalkemm il-qgħad fost il-gradwati żdied, fl-UE kollha r-rata tal-qgħad għadha ħafna aktar baxxa fosthom milli fost in-nies l-inqas edukati tal-istess età. Fl-istess ħin, in-nuqqas ta' impjieg hija problema għall-membri ta' dan il-grupp ukoll, kif ukoll il-fatt li huma kkwalifikati żżejjed fir-rigward tal-opportunitajiet offruti fis-suq tax-xogħol, jew inkella huma kkwalifikati fil-qasam il-ħażin.

Bosta żgħażagħ qegħdin jibnu s-sistema ta' kuntatti tagħhom, mhux biss fil-komunità lokali iżda anke f'dik globali: fl-2014, 82 % taż-żgħażagħ kienu membri ta' xi tip ta' netwerk soċjali onlajn. Iż-żgħażagħ spiss jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u politika permezz tal-midja soċjali, filwaqt li meta mqabbla mal-ġenerazzjonijiet akbar fl-età, inqas minnhom jivvutaw. Minkejja dan, ħafna minnhom huma membri attivi tal-komunitajiet lokali tagħhom. Fl-2014, żagħżugħ wieħed minn kull tnejn kien membru ta' mill-inqas organizzazzjoni, klabb jew komunità waħda u wieħed minn kull erbgħa kien qiegħed jagħmel volontarjat.

Bosta żgħażagħ għandhom diffikultà sabiex isibu impjiegi ta' kwalità għalihom infushom, u dan min-naħa l-oħra huwa ostaklu serju għall-indipendenza tagħhom. Fiż-żminijiet reċenti, il-qgħad fost iż-żgħażagħ naqas f'ħafna mill-Istati Membri, iżda n-numri involuti għadhom iqajmu tħassib. Filwaqt li fi Frar 2013, il-qgħad medju taż-żgħażagħ (fost il-grupp ta' età ta' bejn 15-29 sena) fl-Ewropa laħaq l-ogħla livell ta' 23.9 %, iċ-ċifra korrispondenti niżlet għal 20 % sa Novembru 2015. F'xi Stati Membri, madankollu, is-sitwazzjoni xorta għadha inkwetanti, bil-qgħad fost iż-żgħażagħ jaqbeż l-40%.

Fl-2014, il-qgħad fost iż-żgħażagħ fil-grupp ta' età ta' bejn 15-19-il sena fl-UE kien ta' 26.3%, filwaqt li l-grupp ta' età ta' bejn 20-24 sena kien ta' 20.6% u l-grupp ta' età ta' bejn 25-29 sena kien ta' 13.6%. 8.7 miljun żagħżugħ u żagħżugħa fl-Ewropa ma jistgħux isibu impjieg u qegħdin jiffaċċjaw qgħad fit-tul jew jaħdmu biss part-time.

B'kollox, hemm 13.7 miljun żagħżugħ u żagħżugħa NEETs fl-Ewropa. Kważi 27 miljun żagħżugħ jinsab f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali. Ir-rata ta' faqar hija ogħla fost iż-żgħażagħ meta mqabbla mal-popolazzjoni kollha, u x-xogħol part-time involontarju, jew f'ħafna każijiet, pożizzjonijiet temporanji fit-tul, jesponu lil din il-ġenerazzjoni għal riskju ta' kwalità tal-ħajja baxxa fuq perjodu ta' żmien twil.

Ir-riskju ta' nuqqas ta' attività, faqar u esklużjoni soċjali ma jaffettwax liż-żgħażagħ kollha b'mod ugwali. Dawk li jibdew il-ħajja bi prospetti dgħajfin spiss ibatu minn żvantaġġi multipli. Iż-żgħażagħ li twieldu f'familji foqra, bi sfond ta' migrazzjoni, jew f'komunità ta' minorità lingwistika jew kulturali (pereżempju r-Roma), li kibru taħt is-sorveljanza tal-Istat, li għandhom ftit kwalifiki skolastiċi jew li jaffaċċjaw problemi ta' saħħa jibdew ħajjithom bi żvantaġġ ħafna akbar, għalhekk hemm aktar ċans li jsiru NEETs. It-tfal imwielda fl-UE lil ġenituri immigranti li ġejjin minn barra l-UE għandhom rati ta' qgħad ta' kważi 50 % ogħla miż-żgħażagħ li jgħixu hemmhekk.

Għaldaqstant hemm diskrepanza kbira bejn iż-żewġ gruppi ta' żgħażagħ: dawk li għandhom viżjoni tal-futur tagħhom, li jibqgħu jistudjaw, li huma kunfidenti li sejrin isibu impjieg tajjeb u li jipparteċipaw fil-ħajja soċjali, ċivili u kulturali, minn naħa, u dawk li għandhom ftit tama li jiksbu suċċess u li jinsabu f'riskju ta' marġinalizzazzjoni. Din id-diskrepanza tipperikola l-koeżjoni soċjali u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli fit-tul. Minħabba li l-popolazzjoni qiegħda tixjiħ, l-Ewropa teħtieġ b'mod urġenti li tattiva liż-żgħażagħ u tħeġġeġ il-paternità responsabbli.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni komplew il-kooperazzjoni tagħhom bejn l-2013 u l-2015 bil-għan li jippromwovu l-impjieg taż-żgħażagħ, l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol, l-aċċettazzjoni soċjali u l-parteċipazzjoni ċivika attiva. Fid-dawl tar-riżultati, jista' jingħad li sar progress f'bosta oqsma, iżda jeħtieġ li nsibu aktar soluzzjonijiet sabiex innaqqsu l-qgħad fost iż-żgħażagħ, intejbu l-kwalità tal-ħajja taż-żgħażagħ u l-prospetti tal-futur, niksbu opportunitajiet ugwali, inżidu l-għarfien ċiviku personali taż-żgħażagħ, inżidu l-parteċipazzjoni soċjali u nipprevjenu r-radikalizzazzjoni vjolenti. Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi kollha, hemm bżonn ta' kooperazzjoni aktar sistematika fil-livell tal-UE u tal-Istat Membri f'bosta oqsma tal-politika, bħall-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politika soċjali, il-politika taż-żgħażagħ u tal-kultura, tal-isport u tas-saħħa. Huwa wkoll importanti li jkun hemm finanzjament xieraq disponibbli sabiex titħallas l-implimentazzjoni tal-programmi għaż-żgħażagħ, fejn l-UE u l-Istati Membri t-tnejn li huma għandhom rwol importanti. B'mod ġenerali jista' jingħad li l-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni qiegħed jaħdem, iżda fil-futur hemm bżonn ta' kooperazzjoni aktar intensiva. Il-kooperazzjoni u d-djalogu effettivi fost il-partijiet interessati varji huma importanti.

Jien ninsab konvint li d-djalogu strutturat tal-UE bejn dawk li jieħdu d-deċizjonijiet politiċi, iż-żgħażagħ u r-rappreżentanti tagħhom huma l-aktar strument importanti sabiex wieħed isir jaf il-fehmiet taż-żgħażagħ. Sa mill-2013, id-djalogu strutturat ġie żviluppat kontinwament u issa diġà għandu pożizzjoni aktar stabbilita fl-istrateġija għaż-żgħażagħ. Id-djalogu tal-UE għandu wkoll influwenza fuq id-djalogi nazzjonali li għaddejjin bħalissa. Minbarra d-djalogu strutturat, l-Istati Membri għandhom jagħmlu aktar sforzi sabiex jiżguraw li l-programmi tal-UE u l-għotjiet immirati lejn iż-żgħażagħ jilħqu kemm jista' jkun minnhom (billi jadattaw għad-drawwiet u d-domandi taż-żgħażagħ, b'mod partikolari permezz tal-midja soċjali).

Fil-perjodu 2016-2018, permezz tal-qafas għall-kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ, għandna nfittxu li nħeġġu gruppi ta' żgħażagħ li jkunu kbar u diversi kemm jista' jkun biex jadottaw rwol attiv fil-komunitajiet lokali u globali u fil-ħajja ċivili u demokratika. Permezz tal-qafas għall-kooperazzjoni għandha ngħinu wkoll bl-istess mod liż-żgħażagħ biex isibu impjiegi u jipparteċipaw fil-ħajja tas-soċjetà. Il-kooperazzjoni fuq politiki relatati mal-impjieg, il-volontarjat u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja ċivika għandha tiġi ssupplimentata mill-finanzjament tal-UE taħt il-programm Erasmus+. L-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol u l-iżvilupp tal-kapital uman tagħhom sejrin ukoll ikunu appoġjati minn strumenti oħrajn bħall-Fond Soċjali Ewropew, il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ. Sabiex il-finanzjament jiġi allokat b'mod aktar effettiv, ikun utli li jiġu riveduti l-oqfsa li ntużaw f'perjodi differenti.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50.

(2)

ĠU C 417, 15.12.2015, p. 1.

(3)

ĠU C 183, 14.6.2014, p. 5.

(4)

ĠU C 120, 26.4.2013, p 1.

(5)

EUCO 37/13

(6)

ĠU C 311, 19.12.2009, p. 1.

(7)

ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.

(8)

Testi adottati, P8_TA(2016)0107.

(9)

Testi adottati, P7_TA(2013)0364.

(10)

ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 21.

(11)

Testi adottati, P8_TA(2016)0106.

(12)

Testi adottati, P8_TA(2015)0292.

(13)

Testi adottati, P8_TA(2015)0107.

(14)

Testi adottati, P8_TA(2016)0005.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (21.4.2016)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar Valutazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2013-2015

(2015/2351(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Derek Vaughan

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li t-tnedija tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 ħadet ftit xhur u li l-ewwel valutazzjoni tal-politiki tal-Unjoni f'dan il-perjodu, u b'mod partikolari ta' dawk għaż-żgħażagħ, ma tistax tkun rappreżentattiva b'mod sħiħ tal-impatt reali tagħhom;

2.  Jirrimarka li fil-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti, il-Qorti tal-Awdituri stmat li r-rata ta' żball għat-tranżazzjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja (LLP) u l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni (YiA) kienet 'il fuq minn 4 %; jistenna li l-Kummissjoni laħqet indirizzat dawk l-iżbalji fl-implimentazzjoni tal-programm Erasmus+;

3.  Jieħu nota tal-fatt li fl-2013, ir-rata ta' eżekuzzjoni tal-baġit għall-programmi 2007-2013, b'mod partikolari l-programmi LLP, Kultura, MEDIA u YiA, kienet ta' 100 %; iqis, madankollu, li r-rata ta' eżekuzzjoni waħidha mhijiex indikatur sinifikanti tal-effettività tal-programmi sabiex jiġi vvalutat is-suċċess tagħhom;

4.  Huwa mħasseb li, fi tmiem l-2013, id-diskrepanza bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn u dawk ta' pagament adottati rriżultat f'nuqqas ta' pagamenti (pereżempju, fil-każ tal-programm Erasmus+ dan ammonta għal EUR 202 miljun), b'riperkussjonijiet negattivi għas-sena ta' wara; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li din is-sitwazzjoni ma tirrepetix ruħha fil-kuntest tal-programmi l-ġodda;

5.  Jilqa' l-fatt li l-programm Erasmus qabeż il-punt ta' riferiment ta' 3 miljun student; jinnota s-suċċess sostnut li dan il-programm ewlieni tal-Unjoni gawda sa mill-bidu tiegħu, u jemmen li huwa importanti li dan il-programm ikompli jirċievi l-appoġġ;

6.  Jiddispjaċih dwar il-varjazzjonijiet kbar fost l-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-għadd ta' studenti tal-Erasmus kemm mibgħut kif ukoll riċevut; jirrakkomanda kampanji ta' informazzjoni aktar enerġetiċi u s-simplifikazzjoni tar-regoli;

7.  Jinnota li minkejja tnaqqis fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri insegwitu tar-rekord irreġistrat fl-2013, il-qgħad fost iż-żgħażagħ jibqa' kwistjoni inkwetanti ferm fl-UE, peress li hemm madwar 8 miljun żagħżugħ Ewropew li ma jistgħux isibu xogħol u l-proporzjon ta' dawk li jiffaċċjaw qgħad fit-tul jew xogħol part-time involontarju jew status ta' traineeship baqa' għoli;

8.  Jirrakkomanda enfasi aktar qawwija fuq l-intraprenditorija fl-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ bħala element ewlieni biex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku; jinnota li fl-2014 wieħed biss minn kull ħames żgħażagħ Ewropej kien jixtieq jibda n-negozju tiegħu, fid-dawl tal-fatt li jara din l-idea diffiċli li titwettaq; jiffavorixxi l-għoti ta' prijorità lill-iżvilupp ta' kultura intraprenditorjali minn età bikrija, regolamenti dwar ix-xogħol flessibbli li jippermettu kemm ix-xogħol u l-istudju, l-edukazzjoni doppja, u l-aċċess għall-finanzjament;

9.  Ifakkar li r-riluttanza min-naħa taż-żgħażagħ li jiftħu negozji tikkontribwixxi wkoll għar-rata baxxa ta' tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, u għalhekk iqis neċessarju li jingħata appoġġ liż-żgħażagħ biex jibdew negozju tagħhom;

10.  Jilqa' l-fatt li aktar minn EUR 12,4 biljun mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) ġew allokati għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ matul il-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid;

11.  Jinnota b'sodisfazzjon li 110 300 żagħżugħ f'sitwazzjoni ta' qgħad ipparteċipaw f'azzjonijiet iffinanzjati mill-YEI fl-2014; jilqa' l-fatt li l-kapijiet ta' stat u ta' gvern tal-UE ddeċidew li jallokaw EUR 6,4 biljun f'fondi tal-Unjoni (EUR 3,2 biljun mill-FSE u EUR 3,2 biljun minn linja baġitarja ġdida) lill-Garanzija għaż-Żgħażagħ (YG); jenfasizza, madankollu, li f'ċerti Stati Membri għad hemm xi diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-YG u l-YEI;

12.  Ifakkar lill-Istati Membri li għandhom jimpenjaw ruħhom biex jestendu l-finanzjament nazzjonali bħala element komplementari għall-approprjazzjonijiet tal-FSE u l-YEI sabiex jiżguraw l-ispinta meħtieġa favur l-impjiegi għaż-żgħażagħ; jikkunsidra neċessarju, barra minn hekk, li l-istrumenti użati u l-għotjiet mogħtija għandhom jippermettu ħajja dinjituża; jitlob, għalhekk, valutazzjoni tal-livelli tal-għotjiet fid-dawl tal-għoli tal-ħajja reali f'kull Stat Membru;

13.  Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol tal-programm Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ biex jiksbu impjieg ta' kwalità fit-tul; huwa tal-fehma li l-mobbiltà professjonali hija meħtieġa biex jiġi sfruttat il-potenzjal taż-żgħażagħ; jinnota li bħalissa hemm 217,7 miljun persuna li qed jaħdmu fl-UE, li minnhom 7,5 miljun (3,1 %) qed jaħdmu fi Stat Membru ieħor; jinnota, barra minn hekk, li, skont stħarriġ tal-UE, iż-żgħażagħ huma aktar suxxettibbli li jkunu mobbli u li jġibu lura ħiliet u kwalifiki ġodda fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom;

14.  Jirrakkomanda l-inklużjoni tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ fil-QFP, u li l-Istati Membri jaħdmu fuq l-iżvilupp ta' strateġiji nazzjonali bl-għan li jinkisbu sinerġiji bejn Erasmus +, il-FSE, l-EYI u Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ, u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri linji gwida ċari dwar il-valutazzjoni tal-impatt;

15.  Jitlob lill-Kummissjoni tuża skema komprensiva ta' monitoraġġ għall-programmi taż-żgħażagħ li tgħaqqad flimkien l-indikaturi għar-riżultati mistennija, eżiti konkreti u riżultati fit-tul;

16.  Jisħaq fuq il-fatt li hemm bżonn li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq il-prestazzjoni u r-riżultati u jinsab kuntent li l-qafas regolatorju l-ġdid għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 jinkludi dispożizzjonijiet għar-rapportar dwar ir-riżultati mill-Istati Membri;

17.  Ifakkar li 68 % tal-baġit tal-FSE jintefaq fuq proġetti li fihom iż-żgħażagħ jistgħu potenzjalment ikunu wieħed mill-gruppi fil-mira;

18.  Jinnota li l-politiki u l-istrateġiji nazzjonali dwar iż-żgħażagħ għandhom jiġu żviluppati maż-żgħażagħ u għaż-żgħażagħ;

19.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar "Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE - L-implimentazzjoni fl-Istati Membri", li għandu jitlesta fil-bidu tal-2017, se jipprovdi valutazzjoni aktar ċara tar-riżultati tal-programm.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

20.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Dan Nica, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Caterina Chinnici, Cătălin Sorin Ivan, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Julia Pitera, Miroslav Poche, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Georg Mayer


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (30.5.2016)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar valutazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2013-2015

(2015/2351(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Tom Vandenkendelaere

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota l-impatt tat-tieni ċiklu tal-Istrateġija għaż-Żgħażagħ (2013-2015), billi dan enfasizza l-importanza ta' approċċ adattabbli għall-politika taż-żgħażagħ b'involviment transsettorjali u fuq diversi livelli; japprezza d-djalogu strutturat mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-aċċess taż-żgħażagħ għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja, kif ukoll għall-impjiegi; ifakkar fit-tmien oqsma ta' azzjoni promossi mill-Istrateġija għaż-Żgħażagħ;

2.  Jenfasizza l-importanza tal-Istrateġija għaż-Żgħażagħ, fid-dawl tar-rata ta' qgħad allarmanti fost iż-żgħażagħ fl-UE, il-persentaġġi għoljin u li jvarjaw bil-kbir ta' NEETs (żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ), u l-isfidi tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fost iż-żgħażagħ; jenfasizza li ċ-ċiklu li jmiss (2016-2018) għandu jikkontribwixxi għaż-żewġ objettivi tal-Istrateġija għaż-Żgħażagħ, billi jiġu identifikati u ttrattati l-kawżi tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, bħat-tluq bikri mill-iskola, titrawwem l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ, isir investiment fl-edukazzjoni, internships, apprendistati u taħriġ vokazzjonali fil-ħiliet li jirriflettu l-opportunitajiet, il-ħtiġijiet u l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol, u billi tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għas-suq tax-xogħol f'termini ta' miżuri li jiżguraw koordinament aħjar tal-programmi tal-edukazzjoni, il-politika tal-impjiegi u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; jirrimarka li l-atturi tas-suq tax-xogħol jeħtiġilhom ikunu appoġġati fl-isforzi tagħhom biex jimplimentaw l-Iskema tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, sabiex jiġi żgurat li, mhux aktar tard minn erba' xhur wara li jispiċċaw l-iskola, iż-żgħażagħ ikunu jew impjegati, jew qed jistudjaw jew qed jagħmlu taħriġ (jew taħriġ mill-ġdid) vokazzjonali;

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw politiki ekonomiċi espansjonisti li joffru aktar flessibbiltà fil-qasam tal-investiment pubbliku fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-apprendistati ta' kwalità għolja;

4.  Jenfasizza li l-implimentazzjoni effikaċi tal-Istrateġija għaż-Żgħażagħ għandha tkun marbuta mill-qrib mal-kisba tal-miri ewlenin ta' Ewropa 2020, partikolarment dawk li 75 % tal-popolazzjoni ta' bejn l-20 u l-64 sena jkunu f'impjieg u li l-akbar għadd possibbli ta' żgħażagħ joħorġu mill-faqar u l-esklużjoni soċjali; jinnota li, għalkemm kien hemm tnaqqis f'xi Stati Membri mill-2013 'l hawn, għad hemm tħassib reali dwar il-fatt li r-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ tibqa' kważi d-doppju tar-rata ġenerali tal-qgħad, b'madwar 8 miljun żagħżugħ Ewropew li għadhom qiegħda; jenfasizza, għaldaqstant, l-importanza li jiġu indirizzati l-każijiet ta' żbilanċ ġeografiku bejn il-provvista u d-domanda f'termini ta' impjiegi, kemm fi ħdan l-Istati Membri kif ukoll bejniethom, permezz tal-bidliet għall-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol (EURES), bil-għan li jittejbu l-opportunitajiet ta' impjiegi għaż-żgħażagħ u tinkiseb koeżjoni soċjali akbar;

5.  Ifakkar fil-mira ewlenija ta' Ewropa 2020 li s-sehem ta' dawk li jħallu l-edukazzjoni u t-taħriġ qabel iż-żmien għandu jkun anqas minn 10 %; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi miġġieled it-tluq bikri mill-iskola, li huwa fattur li jikkontribwixxi għall-qgħad, permezz ta' djalogu bejn is-settur tal-edukazzjoni, is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u s-sħab soċjali, billi jiġu identifikati n-nuqqasijiet tas-sistema tal-iskejjel u tas-soċjetà, jingħata appoġġ lill-istudenti biex isibu l-metodi ta' tagħlim tagħhom stess, jiġu implimentati kurrikuli rilevanti u interessanti, tinħoloq sistema b'saħħitha u żviluppata sew ta' gwida personalizzata b'servizzi ta' parir u orjentazzjoni ta' kwalità għolja għall-istudenti kollha, speċjalment mal-ewwel sinjali ta' tluq mill-iskola qabel iż-żmien, billi l-istudenti jiġu infurmati b'mod adegwat dwar l-opportunitajiet futuri tas-suq tax-xogħol u l-karrieri, inklużi profili tax-xogħol tekniċi u artiġjanali, billi jiġu pprovduti edukazzjoni fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika, kif ukoll tagħlim li jikkombina xogħol u skola, jiġu żgurati apprendistati ta' kwalità, internships u possibbiltajiet ta' taħriġ fil-post tax-xogħol, u billi l-istudenti jingħataw opportunità oħra fil-forma ta' taħriġ vokazzjonali;

6.  Jissottolinja l-fatt li approċċ edukattiv olistiku u inklużiv hu essenzjali sabiex l-istudenti kollha jħossuhom milqugħa u inklużi u jħossu li għandhom is-setgħa jieħdu deċiżjonijiet dwar l-edukazzjoni tagħhom; jirrimarka li waħda mill-akbar sfidi tas-soċjetajiet tagħna hija li l-istudenti jħallu l-iskola mingħajr kwalifiki; jirrimarka wkoll li l-ġlieda kontra dan il-fenomenu hija wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħna, billi dan iwassal għall-esklużjoni soċjali; jirrimarka li minbarra l-aġġustament tas-sistemi ta' taħriġ, iridu jiġu introdotti miżuri speċifiċi għal dawk li jinsabu fl-akbar diffikultà; ifakkar li t-traineeships u l-apprendistati għandhom iwasslu għall-impjieg u li l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kompiti assenjati għandhom jgħinu lit-trainees jiksbu l-esperjenza prattika u l-ħiliet rilevanti meħtieġa biex jidħlu fis-suq tax-xogħol; jemmen li, sabiex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ, huwa fundamentali li l-partijiet interessati pubbliċi u privati reġjonali u lokali jkunu involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tat-taħlita rilevanti tal-politiki;

7.  Jemmen li l-politiki taż-żgħażagħ tal-Istati Membri għandhom ikunu kkoordinati mill-qrib ma' politiki oħra u li għandhom jinstabu aktar sinerġiji; jirrakkomanda wkoll li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-iskejjel, in-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi u partijiet interessati oħra tas-suq tax-xogħol bil-għan li ssir stima tal-ħiliet futuri meħtieġa biex jiġi evitat in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u biex jiġi ffaċilitat il-proċess li bih iż-żgħażagħ jagħżlu profili ta' impjiegi li tabilħaqq jaqblu mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol;

8.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ mill-edukazzjoni għax-xogħol, inkluż billi jiżguraw internships u apprendistati ta' kwalità, billi jagħtu liż-żgħażagħ drittijiet definiti b'mod ċar li jinkludu l-aċċess għall-protezzjoni soċjali, kuntratti bil-miktub u vinkolanti u remunerazzjoni ġusta, biex b'hekk jiżguraw li ż-żgħażagħ ma jkunux iddiskriminati meta jiġu biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, kif ukoll billi jinfurmaw lill-istudenti b'mod adegwat dwar l-opportunitajiet futuri tas-suq tax-xogħol;

9.  Jenfasizza li r-rati tal-qgħad jonqsu b'mod ċar hekk kif il-livell tal-edukazzjoni miksub jiżdied, u li b'hekk jeħtieġ li jkun hemm promozzjoni u investiment f'opportunitajiet ta' edukazzjoni għolja għaż-żgħażagħ fl-UE;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jagħtu spinta lit-taħriġ fl-ICT sabiex jgħammru liż-żgħażagħ kollha bil-ħiliet elettroniċi rilevanti meħtieġa għas-suq tax-xogħol, pereżempju billi jerġgħu jallokaw finanzjament fi ħdan l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

11.  Jenfasizza l-importanza tat-tagħlim formali, informali u mhux formali, inkluż bħala parti minn attivitajiet ta' assoċjazzjoni, għall-iżvilupp tal-valuri, il-kompetenzi u l-ħiliet fost iż-żgħażagħ, kif ukoll għat-tagħlim dwar iċ-ċittadinanza u l-involviment demokratiku; jiġbed l-attenzjoni għall-firxa ta' possibbiltajiet ta' taħriġ u mudelli disponibbli fl-Istati Membri u, b'mod partikolari, għat-tagħlim li jikkombina xogħol u skola, li jistgħu jtaffu t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni jew it-taħriġ għall-impjieg; jappoġġa l-implimentazzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw rikonoxximent koerenti u validu, madwar l-Ewropa kollha, tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba permezz ta' tagħlim formali, informali u mhux formali u t-traineeships, bil-għan li jitnaqqas id-distakk bejn in-nuqqas ta' ħiliet u n-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet osservati fis-suq tax-xogħol Ewropew, u jipprovdu appoġġ għal tali attivitajiet fil-qafas tal-programmi rispettivi tal-UE; jitlob, barra minn hekk, li fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali tingħata aktar attenzjoni lil-lingwi, speċjalment dawk tal-pajjiżi ġirien, sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni u l-impjegabbiltà tal-istudenti kkonċernati fis-suq tax-xogħol transkonfinali;

12.  Iqis li l-livelli partikolarment għolja ta' nuqqas ta' sigurtà tal-impjiegi fost iż-żgħażagħ, flimkien mat-tixjiħ tal-popolazzjoni Ewropea, jirrappreżentaw sfida kbira għas-sostenibbiltà, is-suffiċjenza u l-adegwatezza tas-sistemi tal-pensjoni u huma ta' ħsara kbira għas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tal-anqas jevitaw l-abbużi tal-għotjiet ipprovduti taħt l-Iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ, u biex jiffavorixxu, tal-anqas għal kuntratti stabbiliti fil-qafas tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, kuntratti li jippermettu liż-żgħażagħ iħallsu kontribuzzjonijiet għas-sistemi tas-sigurtà soċjali nazzjonali;

13.  Ifakkar li l-impjiegi u l-intraprenditorija jikkostitwixxu waħda mit-tmien prijoritajiet identifikati fl-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2010-2018); jenfasizza li l-ħidma fost iż-żgħażagħ u t-tagħlim mhux formali, b'mod partikolari permezz ta' organizzazzjonijiet ta' intraprendituri żgħażagħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, li joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jiżviluppaw proġetti innovattivi, jiksbu esperjenza intraprenditorjali u jakkwistaw il-mezzi u l-kunfidenza sabiex iniedu n-negozji tagħhom stess, għandhom rwol kruċjali fl-iżvilupp tal-potenzjal kreattiv u innovattiv taż-żgħażagħ, inkluż l-ispirtu intraprenditorjali u l-ħiliet intraprenditorjali u ċiviċi tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li jinħoloq ambjent li jiffavorixxi l-intraprenditorija u negozji ġodda innovattivi fl-interess tal-impjieg taż-żgħażagħ fl-Ewropa; jenfasizza li jridu jitneħħew l-ostakli kollha li jipprevjenu liż-żgħażagħ milli jiżviluppaw l-ideat, il-potenzjal u l-attitudnijiet tagħhom;

14.  Jinnota li, minħabba d-diġitalizzazzjoni attwali u t-tendenzi l-ġodda fis-suq tax-xogħol, aktar u aktar żgħażagħ qed jiltaqgħu ma' forom ġodda ta' impjiegi li jibbilanċjaw bejn il-flessibbiltà u s-sigurtà; jenfasizza l-importanza ta' edukazzjoni adegwata għaż-żgħażagħ li jkollha l-għan li tenfasizza r-rwol ta' mekkaniżmi ta' protezzjoni soċjali fl-iżvilupp tal-karriera;

15.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ il-programm Erasmus+, speċjalment fir-rigward tal-apprendistati, u b'hekk jippromwovu u jrawmu ulterjorment it-taħriġ u l-karrieri transkonfinali u l-mobilità tax-xogħol fost iż-żgħażagħ u jipprovdu lil dawn tal-aħħar ħiliet u kompetenzi għall-ħajja, inklużi ħiliet lingwistiċi, filwaqt li jwessgħulhom l-opportunità u ċ-ċans li jipparteċipaw kemm fis-suq tax-xogħol kif ukoll fis-soċjetà, ikunu xi jkunu l-kwalifiki akkademiċi, il-ħiliet jew il-livell ta' edukazzjoni tagħhom; jesprimi tħassib li l-mobilità tal-apprendisti għadha ma laħqitx il-livelli mixtieqa, u jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-kumpaniji u lill-iskejjel isibu soluzzjonijiet biex jegħlbu l-ostakli li fadal għall-mobilità tal-apprendisti; jenfasizza l-importanza li jingħata appoġġ liż-żgħażagħ fil-proġetti ta' mobilità tagħhom, minħabba l-età u s-sitwazzjoni finanzjarja ħafna drabi instabbli tagħhom, inkluż billi jitneħħew ċerti restrizzjonijiet indiretti fuq il-mobilità, bħalma huma d-diffikultajiet ta' akkomodazzjoni u trasport;

16.  Jappella għal opportunitajiet imtejba għall-istudenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali biex ikollhom esperjenzi ta' xogħol f'pajjiżi ġirien sabiex irawmu fehim aħjar tal-prattiki tax-xogħol u ta' taħriġ ta' Stati Membri, pereżempju permezz ta' finanzjament tal-ispejjeż tal-ivjaġġar għal studenti li jibqgħu jgħixu fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom; jirrimarka li l-mobilità fit-taħriġ hija assi vitali meta wieħed jiġi biex jidħol fis-suq tax-xogħol, iżda wkoll biex wieħed jifhem u jinvolvi ruħu fil-proġett Ewropew billi jesperjenzah; jenfasizza l-importanza li jiġi implimentat qafas Ewropew li jippromwovi l-mobilità, bħala parti mill-apprendistat u t-taħriġ vokazzjonali; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jisiltu vantaġġ sħiħ min-netwerk tal-EURES biex jappoġġaw il-mobilità tal-ħaddiema żgħażagħ fi ħdan l-UE, inkluża l-mobilità fl-apprendistati;

17.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw u jimmonitorjaw bis-sħiħ l-effikaċja tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, billi jagħmlu użu sħiħ mill-fondi li l-UE qegħditilhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex jimplimentaw miżuri li jippromwovu l-impjieg taż-żgħażagħ permezz tal-integrazzjoni taż-żgħażagħ, inklużi dawk b'diżabilità, fis-suq tax-xogħol b'impjieg, apprendistat jew taħriġ fi żmien erba' xhur minn meta jitilqu mill-iskola jew jitilfu x-xogħol, billi, pereżempju, joħolqu sistemi ta' gwida għall-karrieri tul il-ħajja u mfasslin apposta, uffiċċji ta' reġistrazzjoni, punti ta' informazzjoni, u metodi ta' ġbir ta' data, u billi jħeġġu lil dawk qiegħda jirreġistraw bil-ħsieb li tinkiseb stampa tas-sitwazzjoni reali fir-rigward tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, kif ukoll billi jtejbu s-servizzi offruti miċ-ċentri tal-impjiegi għaż-żgħażagħ li qed ifittxu x-xogħol;

18.  Jistieden lill-Istati Membri kollha jintroduċu introjtu minimu garantit sabiex joffru liż-żgħażagħ li jkunu spiċċaw l-iskola u l-università r-riżorsi li jeħtieġu biex jgħixu b'mod deċenti sakemm isibu xogħol;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ u tappoġġa l-mobilità tal-istudenti fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, billi tippromwovi l-iskema Erasmus għall-Apprendisti;

20.  Jemmen li intervent bikri u politiki proattivi tas-suq tax-xogħol jirrappreżentaw bidla mill-indirizzar tas-sintomi ta' tiċħid multiġenerazzjonali lejn l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji kmieni fil-ħajja, sabiex jiġi evitat il-qgħad u tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni mill-ġdid; jiġbed l-attenzjoni partikolarment għas-sitwazzjoni ta' dawk l-aktar emarġinati u li jinsabu fl-akbar riskju li jsibu ruħhom qiegħda;

21.  Jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni jwettqu skambju tal-prattiki tajba u jitgħallmu minn xulxin; jindika l-importanza li ssir valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ mill-Istati Membri fl-2014 u l-2015; jenfasizza l-importanza li tiġi vvalutata l-effikaċja tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ fuq perjodu medju, b'enfasi fuq il-kisbiet li għamlet biex tgħin liż-żgħażagħ jakkwistaw ħiliet u jsibu impjieg, u li titkompla din l-inizjattiva; jindika, barra minn hekk, li l-involviment tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fl-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ huwa kruċjali għas-suċċess tagħha;

22.  Ifakkar lill-Kummissjoni fl-importanza li jiġi żgurat livell għoli ta' sensibilizzazzjoni fost iż-żgħażagħ dwar il-programmi u l-opportunitajiet disponibbli biex jipparteċipaw, kif ukoll li jiġi żgurat li l-informazzjoni offruta dwar il-programmi tkun ta' kwalità għolja, bl-użu ta' indikaturi kwantifikabbli (pereżempju r-rispons u l-involviment tal-gruppi fil-mira);

23.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw mingħajr dewmien il-fatturi ewlenin ta' suċċess għall-implimentazzjoni tal-Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ, bħall-kwalità u s-sostenibbiltà tal-offerti tal-impjiegi, edukazzjoni u taħriġ ulterjuri, l-inklużjoni soċjali, is-sinerġiji ma' oqsma oħra ta' politika (relatati mas-sistemi edukattivi, is-suq tax-xogħol, is-servizzi soċjali u ż-żgħażagħ) u l-kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati rilevanti kollha, sabiex iż-żgħażagħ jiġu integrati fis-suq tax-xogħol, jitnaqqsu r-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, kif ukoll jinkiseb impatt pożittiv fit-tul f'termini ta' prevenzjoni tal-esklużjoni soċjali u esklużjoni mis-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ li jinsabu fi tranżizzjoni mill-iskola għas-suq tax-xogħol;

24.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni fl-Istati Membri tal-Garanzija tal-UE għaż-Żgħażagħ, li mistenni jitlesta fil-bidu tal-2017, se jipprovdi valutazzjoni aktar ċara tar-riżultati tal-programm; iqis li, fost l-oħrajn, ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-effiċjenza u r-riżultati fit-tul tiegħu;

25.  Jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw b'mod strett mal-prinċipji ta' inklużività fil-ħidma fost iż-żgħażagħ, b'enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ b'diżabilità;

26.  Jitlob li jitwessa' l-ambitu tal-enfasi tal-Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ għaż-żgħażagħ mingħajr impjieg li m'għandhomx ħiliet jew li għandhom livell baxx ta' ħiliet, biex tkopri wkoll lill-gradwati żgħażagħ u lil dawk li diġà lestew it-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll li l-limitu tal-età tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, li huwa ta' 25 sena, jiżdied għal 29 sena sabiex jirrifletti r-realtà li ħafna gradwati u dawk li jidħlu fis-suq tax-xogħol qed iqarrbu t-tletin sena;

27.  Jistieden lill-Istati Membri jippreżentaw rapporti bbażati fuq l-għarfien u l-evidenza dwar is-sitwazzjoni soċjali taż-żgħażagħ u l-kundizzjonijiet ta' għajxien tagħhom, u jfasslu pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali u jimplimentawhom b'mod konsistenti;

28.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati b'mod intensiv il-kuxjenza dwar iċ-ċittadinanza, il-litteriżmu medjatiku u diġitali, il-ħsieb kritiku u l-fehim interkulturali, bl-użu ta' firxa wiesgħa ta' strumenti li huma familjari maż-żgħażagħ (pereżempju n-netwerks soċjali); jenfasizza r-rwol sinifikanti li għandhom dawn il-programmi u l-edukazzjoni biex jipprevjenu r-radikalizzazzjoni fost iż-żgħażagħ;

29.  Jenfasizza li l-promozzjoni ta' aktar opportunitajiet u opportunitajiet indaqs għaż-żgħażagħ kollha, iż-żieda fl-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u s-solidarjetà u l-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni fir-rigward taż-żgħażagħ, b'mod partikolari fuq il-bażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika jew id-diżabilità, għandhom ikunu ċentrali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ;

30.  Jenfasizza l-importanza li ċ-ċiklu li jmiss tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ jinkludi fl-objettivi tiegħu lir-rifuġjati u l-persuni li jfittxu asil żgħażagħ, jiżgura t-trattament ugwali u mhux diskriminatorju tagħhom, l-aċċess għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjieg u l-inklużjoni soċjali, u b'hekk jgħinhom jibnu l-identità tagħhom fil-pajjiżi ospitanti u jagħmlu użu sħiħ mit-talenti u l-potenzjal tagħhom, u jevitaw li jispiċċaw emarġinati u diżillużi;

31.  Jenfasizza l-importanza ta' programmi miftuħa u ta' aċċess faċli sabiex issir ħidma ma' żgħażagħ li ġejjin minn ambjenti anqas stimulanti;

32.  Jistieden lill-Istati Membri jħeġġu lin-nisa jibdew taħriġ u karrieri fis-setturi fejn huma sottorappreżentati bħas-setturi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika u l-IT.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.5.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Tiziana Beghin, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Thomas Händel, Marian Harkin, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Jan Keller, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Kostadinka Kuneva, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Javi López, Morten Løkkegaard, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Georgi Pirinski, Marek Plura, Terry Reintke, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Maria Arena, Amjad Bashir, Lynn Boylan, Rosa Estaràs Ferragut, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Joachim Schuster, Csaba Sógor, Helga Stevens, Ivo Vajgl, Tom Vandenkendelaere, Gabriele Zimmer

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Fernando Ruas


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

13.7.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Angel Dzhambazki, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Andrew Lewer, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Stefano Maullu, Luigi Morgano, Michaela Šojdrová, Yana Toom, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mary Honeyball, Dietmar Köster

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Julia Reid, Helga Stevens


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

22

+

ALDE

Mircea Diaconu, María Teresa Giménez Barbat, Yana Toom

ENF

Dominique Bilde

PPE

Andrea Bocskor, Svetoslav Hristov Malinov, Stefano Maullu, Michaela Šojdrová, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

S&D

Silvia Costa, Giorgos Grammatikakis, Mary Honeyball, Petra Kammerevert, Dietmar Köster, Krystyna Łybacka, Luigi Morgano, Julie Ward

Verts/ALE

Jill Evans, Helga Trüpel

6

-

ECR

Angel Dzhambazki, Andrew Lewer, Helga Stevens

EFDD

Julia Reid

GUE/NGL

Nikolaos Chountis, Curzio Maltese

1

0

EFDD

Isabella Adinolfi

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali - Politika tal-privatezza