RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi

2.8.2016 - (COM(2015)0750 – C8-0358/2015 – 2015/0269(COD)) - ***I

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Vicky Ford
Rapporteur għal opinjoni (*): Bodil Valero, Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
(*)  Proċedura b'kumitati assoċjati - Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura


Proċedura : 2015/0269(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0251/2016

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi

(COM(2015)0750 – C8-0358/2015 – 2015/0269(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0750),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0358/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mis-Senat Pollakk u l-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0251/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  B'reazzjoni għall-atti terroristiċi li seħħew dan l-aħħar li wrew lakuni fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/477/KEE speċjalment fir-rigward tad-diżattivazzjoni tal-armi u fir-regoli dwar il-konvertibbiltà u l-immarkar, l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà adottata f'April 2015 u d-Dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Interni tad-29 ta' Awwissu 2015 sejħu għar-reviżjoni ta' din id-Direttiva u għal approċċ komuni dwar id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar bħala prevenzjoni kontra l-attivazzjoni mill-ġdid u l-użu mill-kriminali.

imħassar

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Iż-żamma u l-iskambju ta' informazzjoni skont din id-Direttiva huma soġġetti għall-konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

_____________________

 

1a  Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)   Jeħtieġ li jiġi kkunsidrat il-fatt li t-terroriżmu u r-reati serji mhumiex se jitwaqqfu b'mod effikaċi billi jinħolqu ostakli mhux meħtieġa għall-kaċċaturi u t-tiraturi li jħarsu l-liġi.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fl-istess Direttiva 91/477/KEE hemm xi kwistjonijiet li jeħtieġ jittejbu.

(3)  Xi kwistjonijiet li jirriżultaw mid-Direttiva 91/477/KEE jeħtieġ li jittejbu ulterjorment b'mod proporzjonat, sabiex jiġi indirizzat it-traffikar tal-armi tan-nar għal skopijiet kriminali jew terroristiċi u tiġi promossa applikazzjoni armonizzata tar-regoli applikabbli mill-Istati Membri, b'mod li jiġu żgurati l-funzjonament xieraq tas-suq intern u livell għoli ta' sigurtà madwar l-Unjoni.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Id-definizzjoni tat-terminu "arma tan-nar" għandha tiġi ċċarata u l-kontroll tal-komponenti essenzjali għandu jissaħħaħ billi f'dik id-definizzjoni jiġi inkluż kwalunkwe oġġett portabbli li jikkondividi komponent essenzjali ma' arma tan-nar. Għandu jiġi kkunsidrat li komponent essenzjali inkluż fi kwalunkwe apparat ta' dan it-tip hu kapaċi jintuża f'arma tan-nar meta l-komponent essenzjali jkun jista' jiġi ttrasferit minn dak l-apparat għall-arma tan-nar mingħajr modifika sostanzjali.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  Il-forzi ta' difiża nazzjonali ta' Stat Membru kif iddefiniti skont id-dritt nazzjonali tiegħu jistgħu jinkludu, apparti l-militar, unitajiet bħal forzi ta' gwardja domestika, kif ukoll riżervisti u forzi ta' voluntiera għad-difiża li jieħdu sehem fis-sistemi ta' difiża nazzjonali taħt il-kmand tal-forzi ta' difiża nazzjonali.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 3c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c)  Ċerti persuni għandhom interess leġittimu li jkollhom aċċess għall-armi tan-nar ikklassifikati fil-kategorija A, sakemm l-eżenzjonijiet jingħataw għal każijiet eċċezzjonali u debitament motivati. Dawn il-persuni jistgħu jinkludu, inter alia, l-armiera, iċ-ċentri ta' ttestjar, il-manifatturi, l-esperti ċċertifikati u x-xjenzati forensiċi u, f'ċerti każijiet, dawk involuti fil-produzzjoni ċinematografika.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 3d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3d)  L-Istati Membri għandhom jitħallew jawtorizzaw lil individwi biex jakkwistaw u jżommu fil-pussess tagħhom armi tan-nar ipprojbiti u l-komponenti essenzjali tagħhom għall-finijiet tad-difiża nazzjonali, bħal fil-kuntest ta' taħriġ militari volontarju previst skont id-dritt ta' Stat Membru.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-korpi responsabbli mill-aspetti kulturali u storiċi tal-armi u rikonoxxuti bħala tali mill-Istati Membri li huma stabbiliti fit-territorju tagħhom u li huma fil-pussess ta' armi tan-nar ikklassifikati fil-kategorija A mixtrija qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, għandhom mnejn ikunu jistgħu jżommu dawk l-armi tan-nar fil-pussess tagħhom jekk ikollhom awtorizzazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat u diment li dawk l-armi tan-nar ikunu ġew diżattivati.

(4)  L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jagħżlu li jagħtu awtorizzazzjonijiet lill-mużewijiet u l-kollezzjonisti rikonoxxuti biex jakkwistaw u jżommu fil-pussess tagħhom armi tan-nar u munizzjon ipprojbiti meta jkun hemm bżonn għal finijiet storiċi, kulturali, xjentifiċi, tekniċi, edukattivi, estetiċi jew patrimonjali, sakemm juru, qabel jingħataw l-awtorizzazzjoni, li jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw kwalunkwe riskju għas-sigurtà pubblika jew l-ordni pubbliku, inkluż f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħżin b'sigurtà. Kwalunkwe awtorizzazzjoni ta' dan it-tip għandha tqis u tirrifletti s-sitwazzjoni speċifika, inklużi n-natura tal-kollezzjoni u l-finijiet tagħha.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-kolletturi għandhom jiġu koperti b'din id-Direttiva peress li ġew identifikati bħala sors possibbli għat-traffikar tal-armi tan-nar.

(5)  Il-kollezzjonisti għandhom l-istess drittijiet bħall-utenti l-oħra koperti mid-Direttiva 91/477/KE u għalhekk għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)   Peress li s-sensara jipprovdu servizzi simili għal dawk tan-negozjanti, dawn ukoll għandhom ikunu koperti minn din id-Direttiva.

(6)   Peress li s-sensara jipprovdu servizzi simili għal dawk tal-kummerċjanti, dawn ukoll għandhom jiġu koperti minn din id-Direttiva u għandhom jiġu soġġetti għall-istess obbligi bħall-kummerċjanti fl-aspetti rilevanti kollha.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Din id-Direttiva għandha tispeċifika li l-attivitajiet ta' kummerċjant ma jinkludux biss il-manifattura iżda anke l-modifika jew il-konverżjoni sinifikanti ta' arma tan-nar, bħat-tqassir ta' arma tan-nar kompluta, li twassal għal bidla fil-kategorija jew fis-sottokategorija tagħha, u barra minn hekk il-modifika jew il-konverżjoni sinifikanti ta' komponenti essenzjali ta' armi tan-nar u munizzjon, u li, għalhekk, il-kummerċjanti awtorizzati biss għandhom jitħallew jieħdu sehem f'dawn l-attivitajiet. L-ikkargar manwali ta' munizzjon u l-ikkargar mill-ġdid ta' munizzjon użat minn komponenti ta' munizzjon għal skopijiet ta' użu privat m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala modifika sinifikanti.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Kif jiġri fir-rigward tas-sistema ta' rappurtar ta' tranżazzjonijiet suspettużi skont ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, tranżazzjoni għall-akkwist ta' munizzjon fil-forma sħiħa tiegħu, jew ta' komponenti ta' kapsijiet attivi ta' munizzjon, għandha tiġi kkunsidrata bħala suspettuża jekk, pereżempju, tkun tinvolvi kwantitajiet li ma jkunux komuni għall-użu privat previst, jekk ix-xerrej ikun jidher li mhuwiex midħla tal-użu tal-munizzjon jew ma jkunx irid jagħti prova tal-identità tiegħu. Fejn ma jkunx possibbli li kummerċjant jew sensar jivverifika l-identità tax-xerrej, għandu jiġi pprojbit li l-akkwist ta' armi tan-nar isir biss bi flus kontanti.

 

_____________________

 

1aRegolament (UE) Nru 98/2013

tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-15 ta' Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u

l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi (ĠU L 39,

9.2.2013, p. 1).

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Minħabba r-riskju għoli li jiġu attivati mill-ġdid l-armi diżattivati ħażin u biex tiżdied is-sigurtà fl-Unjoni kollha, l-armi tan-nar diżattivati għandhom ikunu koperti b'din id-Direttiva. Barra minn hekk, għall-armi l-aktar perikolużi għandhom jiġu introdotti regoli aktar stretti sabiex jiżguraw li dawk l-armi tan-nar ma jkunux propjetà ta' xi ħadd u lanqas ma jiġu kkumerċjalizzati. Dawk ir-regoli għandhom japplikaw ukoll għall-armi tan-nar ta' dik il-kategorija anke wara li jiġu diżattivati. Jekk dawk ir-regoli ma jiġux rispettati, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa li jinkludu anke l-qerda ta' dawk l-armi tan-nar.

imħassar

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  L-akkwist u l-pussess ta' armi tan-nar għandhom jiġu permessi biss fir-rigward tal-persuni li jkollhom raġuni tajba. L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jistipulaw li l-akkwist u l-pussess tal-armi tan-nar għall-fini, pereżempju, tal-kaċċa, tal-isport tal-isparar fuq bersalji, tal-użu minn assoċjazzjonijiet li jikkultivaw drawwiet u tradizzjonijiet u minn korpi kulturali u storiċi, tat-twettiq ta' diversi attivitajiet xjentifiċi u tekniċi, tal-proċeduri ta' ttestjar u tar-rappreżentazzjonijiet ta' avvenimenti storiċi, tal-produzzjoni ċinematografika jew tal-istudju storiku, jikkostitwixxu raġuni tajba.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi implimentata sistema effikaċi għall-monitoraġġ tal-akkwist u l-pussess ta' armi tan-nar. Dik is-sistema, li tista' tkun kontinwa jew le, għandha tiġi bbażata fuq valutazzjoni tal-informazzjoni medika jew psikoloġika rilevanti meta tinħareġ jew tiġġedded awtorizzazzjoni, jew fuq sistema alternattiva effikaċi ta' monitoraġġ kontinwu li tqis ir-riskji kkonċernati, u kwalunkwe indikazzjoni rilevanti, pereżempju minn persunal mediku, li l-kundizzjonijiet biex jiġi permess il-pussess ma jkunux jistgħu jibqgħu jiġu ssodisfati.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 7c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7c)  L-armi tan-nar u l-munizzjon għandhom jinħażnu b'mod sikur meta ma jkunux taħt superviżjoni immedjata. Il-kriterji għall-ħżin u t-trasport sikur għandhom jiġu ddefiniti mid-dritt nazzjonali, waqt li jitqiesu l-għadd u n-natura tal-armi tan-nar ikkonċernati.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-armi diżattivati, dawn għandhom jiġu rreġistrati f'reġistri nazzjonali.

(8)  Sabiex tiżdied it-traċċabbiltà tal-armi tan-nar u tal-komponenti essenzjali u sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tagħhom, arma tan-nar assemblata u l-komponenti essenzjali kollha li jinbiegħu separatament għandhom jiġu mmarkati b'mod li ma jistax jitneħħa fil-mument meta jiġu mmanifatturati jew mingħajr dewmien wara li jiġu importati fl-Unjoni. Ir-rekwiżiti ta' traċċabbiltà m'għandhomx japplikaw għall-armi tan-nar li jkunu ġew diżattivati bi qbil ma' din id-Direttiva.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  L-implimentazzjoni u r-rikonoxximent fl-Istati Membri kollha tal-Pass Ewropew tal-Armi tan-Nar bħala d-dokument ewlieni meħtieġ mill-kaċċaturi u t-tiraturi għandhom jittejbu billi jiġi żgurat li l-Istati Membri ma jissottomettux il-ħruġ, it-tiġdid jew l-aċċettazzjoni tal-Pass Ewropew tal-Armi tan-Nar għall-pagament ta' kwalunkwe miżata jew imposta li taqbeż l-ispejjeż amministrattivi jew kwalunkwe spiża oħra altrimenti inġustifikata jew għal kwalunkwe proċedura amministrattiva addizzjonali.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Biex l-immarkar ma jkunx jista' jitħassar faċilment u biex jiġi ċċarat fuq liema komponenti għandu jsir l-immarkar, għandhom jiġu introdotti regoli tal-Unjoni komuni.

(10)  Biex tiġi evitata l-possibbiltà li l-marki jitħassru faċilment u biex jiġi ċċarat ma' liema komponenti għandhom jitwaħħlu l-marki, għandhom jiġu introdotti regoli tal-Unjoni komuni dwar l-immarkar. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw biss għal dawk l-armi tan-nar u l-komponenti essenzjali li jinbiegħu separatament u li jkunu tqiegħdu fis-suq sa mid-data meta l-Istati Membri jkunu se jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ewlenin ta' din id-Direttiva.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-armi tan-nar jistgħu jintużaw għal ħafna aktar minn 20 sena. Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà, ir-rekords tagħhom għandhom jinżammu għal prejodu ta' żmien indeterminat sakemm tiġi ċċertifikata l-qerda tagħhom.

(11)  L-armi tan-nar jistgħu jintużaw għal ħafna aktar minn 20 sena. Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà, ir-rekords tagħhom u tal-komponenti essenzjali tagħhom għandhom jinżammu għal perjodu ta' żmien indeterminat sakemm tiġi ċċertifikata l-qerda jew id-diżattivazzjoni tagħhom. L-aċċess għal dawn ir-rekords u kull data personali relatata għandu jiġi ristrett għall-awtoritajiet kompetenti. Ir-rekwiżit li l-armi tan-nar u l-komponenti essenzjali jibqgħu jiġu reġistrati wara d-diżattivazzjoni għandu japplika biss għal dawk l-armi tan-nar u l-komponenti essenzjali li diġà huma reġistrati u għall-persuna li jkunu fil-pussess tagħha fil-mument tad-diżattivazzjoni. Dan ir-rekwiżit m'għandux japplika għal trasferimenti sussegwenti ta' armi tan-nar jew komponenti essenzjali diżattivati jew għal armi tan-nar u komponenti essenzjali li jkunu tneħħew mir-reġistru b'segwitu għad-diżattivazzjoni tagħhom, f'konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-arranġamenti tal-bejgħ tal-armi tan-nar u tal-komponenti tagħhom b'komunikazzjoni mill-bogħod jistgħu jkunu ta' theddida serja għas-sigurtà peress li huma aktar diffiċli biex jiġu kkontrollati mill-metodi ta' bejgħ konvenzjonali, speċjalment biex issir verifika onlajn tal-legalità tal-awtorizzazzjonijiet. Għalhekk jixraq li l-bejgħ tal-armi u tal-komponenti b'mezzi ta' komunikazzjoni mill-bogħod, b'mod partikolari bl-Internet, ikun limitat għan-negozjanti u għas-sensara biss.

(12)  Il-kummerċjalizzazzjoni tal-armi tan-nar, il-komponenti essenzjali u l-munizzjon permezz tal-internet jew b'mezzi oħra ta' komunikazzjoni mill-bogħod, pereżempju permezz ta' katalgi ta' rkanti fuq l-internet jew avviżi kklassifikati, u l-arranġament ta' bejgħ jew ta' tranżazzjoni oħra pereżempju permezz tat-telefon jew l-email, jekk ikunu permessi mid-dritt nazzjonali, għandhom ikunu possibbli sakemm ikunu jistgħu jitlestew il-verifika tal-identità u tad-dritt li dak li jkun jinvolvi ruħu fi tranżazzjoni ta' dan it-tip. Għalhekk jixraq li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet biex jinxtraw armi tan-nar, komponenti essenzjali u munizzjon permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod, b'mod partikolari permezz tal-internet, ikunu tali li jippermettu tal-anqas il-verifika tal-identità tax-xerrejja u, fejn rikjest, tal-awtorizzazzjoni tagħhom biex jakkwistaw arma tan-nar, sa mhux aktar tard mill-mument tal-konsenja, mill-kummerċjant jew is-sensar jew minn awtorità pubblika jew rappreżentant tagħha.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  L-attivitajiet tal-kummerċjant u s-sensara awtorizzati li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jinkludu x-xiri, il-bejgħ, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-wiri, l-assemblar, il-modifika, il-konverżjoni, il-manutenzjoni, il-ħżin, it-trasport, il-bgħit, id-distribuzzjoni, il-konsenja, l-iskambju jew il-kiri ta' kwalunkwe arma tan-nar u komponent essenzjali ta' armi tan-nar. Il-kummerċjanti u s-sensara għandhom ibigħu, jittrasferixxu jew jikkonsenjaw arma tan-nar u komponenti essenzjali lill-persuni li jkollhom awtorizzazzjoni jew liċenzja xierqa biss, għandhom iżommu reġistru tal-bejgħ tagħhom u għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar kwalunkwe bejgħ, trasferiment jew konsenja.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Barra minn hekk, ir-riskju li l-armi tal-allarm u tipi oħra ta' armi tal-isparar in bjank jiġu konvertiti f'armi tan-nar proprja huwa għoli, tant li f'xi atti terroristiċi ntużaw dawn l-armi kkonvertiti. Għaldaqstant huwa essenzjali li tiġi indirizzata l-problema tal-armi tan-nar konvertiti li jintużaw f'reati kriminali, l-aktar billi dawn jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva. Għandhom jiġu adottati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-armi tal-allarm u tas-sinjal kif ukoll għall-armi akustiċi u tas-salut biex jiġi żgurat li dawn ma jiġux konvertiti f'armi tan-nar.

(13)  Barra minn hekk, biex jiġi evitat ir-riskju li l-armi tal-allarm u tipi oħra ta' armi li jisparaw in bjank jiġu manifatturati b'mod li jippermetti li jiġu konvertiti f'armi tan-nar proprja, għandhom jiġu adottati speċifikazzjonijiet tekniċi biex jiġi żgurat li dawn ma jkunux jistgħu jiġu konvertiti f'armi tan-nar.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Sabiex jitjieb l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-elementi neċessarji għall-implimentazzjoni ta' sistema li tappoġġa dan l-iskambju tal-informazzjoni miżmuma fl-arkivji kompjuterizzati tar-rekords eżistenti fl-Istati Membri. Jekk ikun il-każ, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tista' tiġi akkumpanjata bi proposta leġiżlattiva li tqis l-istrumenti eżistenti relatati mal-iskambju ta' informazzjoni.

(14)  Sabiex jitjieb l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u t-traċċabbiltà tal-armi tan-nar, jistgħu jintużaw diversi mekkaniżmi eżistenti jew punti uniċi ta' kuntatt jew mekkaniżmi ta' skambju ġodda, skont in-natura tal-informazzjoni li tkun trid tiġi skambjata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-elementi neċessarji għall-implimentazzjoni ta' sistema li tappoġġa dan l-iskambju tal-informazzjoni miżmuma fl-arkivji kompjuterizzati tad-data eżistenti fl-Istati Membri u tippermetti aċċess obbligatorju mill-Istati Membri. Jekk ikun xieraq, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi akkumpanjata bi proposta leġiżlattiva li tqis l-istrumenti eżistenti relatati mal-iskambju ta' informazzjoni. Apparti li tissodisfa l-ħtieġa li jinżamm rendikont tal-armi tan-nar, tali sistema ta' skambju ta' informazzjoni għandha tippermetti li jinżamm rendikont tal-armi tan-nar meta jkunu ġew sekwestrati mill-awtoritajiet kompetenti jew mgħoddija lilhom, jew ikunu ġew ikkonfiskati mill-Istati Membri, biex b'hekk isir possibbli li jiġi aċċertat x'qed jiġri mill-armi tan-nar sal-mument meta jinqerdu, jintużaw ulterjorment, jew jerġgħu jitqiegħdu fis-suq.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt -a (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)   Fil-paragrafu 1, is-subparagrafu li ġej huwa miżjud

 

"Barra minn hekk, kwalunkwe apparat portabbli li jinkludi komponent essenzjali li jkun kapaċi jintuża f'arma tan-nar għandu jiġi kkunsidrat bħala arma tan-nar."

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt -aa (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 1a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-aa)  Il-paragrafu 1a huwa mħassar.

1a.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, 'parti' tfisser kwalunkwe element jew element ta' sostituzzjoni mfassal apposta għal arma tan-nar u li jkun essenzjali sabiex din taħdem, inklużi l-kanna, il-frame jew ir-receiver, is-slide jew iċ-ċilindru, il-bolt jew il-breech block, u kwalunkwe apparat imfassal jew adattat biex inaqqas il-ħoss ikkawżat mill-isparar ta' arma tan-nar.

 

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt a

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 1b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "komponent essenzjali" tfisser il-kanna tal-arma tan-nar, il-qafas, ir-riċevitur, is-slajd jew iċ-ċilindru, il-firroll jew il-blokka tal-kulatta, u kull apparat ieħor imfassal jew adattat biex inaqqas il-ħoss maħluq mill-isparar ta' arma tan-nar, li billi huma oġġetti separati, huma inklużi fil-kategorija tal-armi tan-nar li jiġu mmuntati fuqhom jew huma maħsuba li jiġu mmuntati fuqhom."

1b.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "komponent essenzjali" tfisser il-kanna, il-frame, ir-receiver, inklużi dawk superjuri u inferjuri, skont il-każ, is-slide, iċ-ċilindru, il-firroll jew il-blokka tal-kulatta, li billi huma oġġetti separati, huma inklużi fil-kategorija tal-armi tan-nar li jkunu mmuntati fuqhom jew li jkunu maħsuba biex jiġu mmuntati fuqhom."

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 1e

 

Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

1e.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "sensar" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika, minbarra negozjant, li l-kummerċ jew in-negozju tagħha jikkonsisti kollu kemm hu jew parzjalment fix-xiri, il-bejgħ jew l-arranġament tat-trasferiment fi Stat Membru, minn Stat Membru għal ieħor jew fl-esportazzjoni għal pajjiż terz ta' armi kompletament assemblati, tal-partijiet u tal-munizzjon tagħhom."

1e.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "sensar" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika, jew kull aġent jew rappreżentant ta' tali persuna, minbarra kummerċjant, li l-kummerċ jew in-negozju tagħha jikkonsistu kollha kemm huma jew parzjalment fix-xiri, il-bejgħ, it-tislif, il-kiri jew l-arranġament tat-trasferiment fi Stat Membru jew minn Stat Membru għal ieħor jew fl-esportazzjoni lejn pajjiż terz jew l-importazzjoni fi Stat Membru minn pajjiż terz ta' armi kompletament assemblati, tal-komponenti essenzjali u tal-munizzjon tagħhom."

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt c

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 1f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1f.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "armi tal-allarm u tas-sinjal" tfisser l-apparat portabbli b'ħowlder tal-iskrataċ bi żvog għall-gassijiet fuq quddiem, mal-ġenb jew minn fuq, li hu mfassal u mgħammar speċifikament biex jagħti l-allarm jew jibgħat sinjal u li hu mfassal biss biex jispara in bjank, sustanzi irritanti jew sustanzi attivi oħra jew munizzjon pirotekniku.

1f.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "armi tal-allarm u ta' sinjalizzazzjoni" tfisser l-apparat b'kargatur li jkun ġie ddisinjat biex jispara biss in bjank, sustanzi irritanti, sustanzi attivi oħra jew munizzjon pirotekniku, u li ma jkunx kapaċi li jiġi konvertit biex jispara tir, balla jew projettili bl-azzjoni ta' propellant kombustibbli.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt c

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 1g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1g.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "armi akustiċi u tas-salut" tfisser l-armi tan-nar ikkonvertiti speċifikament biex jintużaw biss għall-isparar in bjank, għall-ispettakli teatrali, għas-sessjonijiet fotografiċi, għar-reġistrazzjonijiet ċinematografiċi u dawk televiżivi.

1g.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "armi akustiċi u tas-salut" tfisser l-armi tan-nar ikkonvertiti speċifikament biex jintużaw biss għall-isparar in bjank, pereżempju, għall-ispettakli teatrali, għas-sessjonijiet fotografiċi, għar-reġistrazzjonijiet ċinematografiċi u dawk televiżivi, rappreżentazzjonijiet ta' avvenimenti storiċi, parati, avvenimenti sportivi u taħriġ.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt c

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 1h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1h.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "repliki ta' armi tan-nar" tfisser oġġetti li għandhom l-apparenza fiżika ta' arma tan-nar iżda li jkunu manifatturati b'tali mod li ma jistgħux jiġu konvertiti biex jisparaw jew biex jimbuttaw balal jew projettili bl-azzjoni ta' propellant kombustibbli.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Kwalunkwe oġġett li jixbah arma tan-nar u li jista' jiġi konvertit f'waħda huwa kopert bl-Artikolu 1 tad-Direttiva, li qed jissaħħaħ ulterjorment bl-inklużjoni ta' kwalunkwe oġġett li jkun fih komponent essenzjali – EM 23. Oġġetti li ma jistgħux jiġu konvertiti f'armi tan-nar għandhom jibqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt c

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 1i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1i.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva "armi tan-nar diżattivati" tfisser armi tan-nar li ġew modifikati bil-għan li ma jkunu jistgħu jintużaw qatt aktar permezz tad-diżattivazzjoni, fejn il-partijiet kollha essenzjali tal-arma tan-nar ikunu definittivament inoperabbli u impossibbli li jiġu maqlugħa, sostitwiti jew mibdula sabiex tiġi attivata mill-ġdid l-arma tan-nar."

1i.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva "armi tan-nar diżattivati" tfisser armi tan-nar li jkunu ġew modifikati bil-għan li ma jkunu jistgħu jintużaw qatt aktar permezz tad-diżattivazzjoni, waqt li jiġi żgurat li l-komponenti essenzjali kollha tal-arma tan-nar ikunu saru definittivament inoperabbli u jkun sar impossibbli li jitneħħew, li jiġu sostitwiti jew li ssirilhom modifika li kieku tippermetti bi kwalunkwe mod li l-arma tan-nar tiġi attivata mill-ġdid bi qbil mal-Artikolu 10b.

 

Fejn l-armi tan-nar ikunu ta' rarità rikonoxxuta jew ta' valur storiku, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li, għall-finijiet tad-diżattivazzjoni, l-armi tan-nar li juru valur ta' dan it-tip jistgħu jiġu diżattivati permezz tat-tneħħija ta' komponent jew komponenti essenzjali tal-arma tan-nar b'mod li jsir impossibbli li tintuża. Meta tiġi applikata din il-proċedura, dawk il-komponenti essenzjali li jkunu tneħħew għandhom jiġu mgħoddija lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru biex jitħarsu fiż-żgur.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt ca (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 1ia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) Fil-paragrafu 1, il-paragrafu li ġej huwa miżjud

 

"1ia.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "mużew” tfisser istituzzjoni permanenti fis-servizz tas-soċjetà u tal-iżvilupp tagħha, miftuħa għall-pubbliku, għal finijiet storiċi, kulturali, xjentifiċi, tekniċi, edukattivi, estetiċi jew patrimonjali, u li tkun rikonoxxuta bħala tali minn Stat Membru."

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt cb (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 1ib (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) Fil-paragrafu 1, il-paragrafu li ġej huwa miżjud

 

"1ib.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "kollezzjonist" tfisser kull persuna ġuridika jew fiżika li tiddedika ruħha għall-ġbir u l-konservazzjoni tal-armi tan-nar jew tal-munizzjon għal finijiet storiċi, kulturali, xjentifiċi, tekniċi, edukattivi, estetiċi jew patrimonjali, u li jkun rikonoxxut bħala tali minn Stat Membru."

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt d

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)   il-manifattura, il-kummerċ, il-bdil, il-kiri, it-tiswija jew il-konverżjoni ta' armi tan-nar;

(i)   il-manifattura, inkluża l-modifika, apparti modifika għal skopijiet ta' użu privat li ma twassalx għal bidla fil-kategorija jew is-sottokategorija tagħha, jew il-konverżjoni, il-kummerċ, l-iskambju, il-kiri jew it-tiswija ta' armi tan-nar;

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt d

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)   il-manifattura, il-kummerċ, il-bdil, il-kiri, it-tiswija jew il-konverżjoni ta' partijiet ta' armi tan-nar;

(ii)   il-manifattura, inkluża l-modifika, apparti modifika għal skopijiet ta' użu privat li ma twassalx għal bidla fil-kategorija jew is-sottokategorija tagħha, jew il-konverżjoni, il-kummerċ, l-iskambju, il-kiri jew it-tiswija ta' komponenti essenzjali ta' armi tan-nar;

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt d

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)   il-manifattura, il-kummerċ, il-bdil jew il-konverżjoni ta' munizzjon.

(iii)   il-manifattura, apparti l-ikkargar manwali ta' munizzjon u l-ikkargar mill-ġdid ta' munizzjon użat għal skopijiet ta' użu privat, inkluża l-modifika, apparti modifika għall-użu privat li ma twassalx għal bidla fil-kategorija, jew il-konverżjoni, il-kummerċ jew l-iskambju ta' munizzjon.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – punt db (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(db) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit bit-test li ġej:

"3.   Għall-fini ta' din id-Direttiva, persuna tkun meqjusa residenti tal-pajjiż indikat fl-indirizz li jidher fuq dokument li juri l-post tar-residenza tagħha, bħalma hu passaport jew karta ta' l-identità, li meta jsir il-kontroll fuq il-pussess jew l-akkwist, jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru jew lill-kummerċjant."

"3.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, persuna tkun meqjusa residenti tal-pajjiż indikat fl-indirizz li jidher fuq dokument li juri l-post tar-residenza tagħha, bħalma hu passaport jew karta tal-identità, li meta jsir il-kontroll fuq il-pussess jew l-akkwist, jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet ta' Stat Membru jew lil negozjant jew sensar. Jekk indirizz ta' persuna ma jidhirx fuq il-passaport jew il-karta tal-identità tagħha, il-pajjiż ta' residenza tagħha għandu jiġi ddeterminat abbażi ta' kwalunkwe prova uffiċjali oħra ta' residenza rikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:31991L0477)

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a)  L-Artikolu 2(1) huwa sostitwit bit-test li ġej:

1.  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-ġarr ta' armi, il-kaċċa jew l-isparar fuq bersalji.

"1.  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-ġarr ta' armi, il-kaċċa jew l-isparar fuq bersalji, jew għal dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti rigward il-bejgħ illegali tal-armi."

Ġustifikazzjoni

Din id-direttiva trid issaħħaħ it-traċċabbiltà transkonfinali u t-trasparenza fir-rigward tal-pussess u l-bejgħ tal-armi kif ukoll tippermetti li jittieħdu miżuri attivi kontra t-traffikar illegali tal-armi.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-akkwist jew għall-pussess ta' armi jew ta' munizzjon, skont il-liġi nazzjonali, mill-forzi armati, mill-pulizija u mill-awtoritajiet pubbliċi. Lanqas ma għandha tapplika għat-trasferimenti kummerċjali ta' armi u munizzjon tal-gwerra.

2.  Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-akkwist jew għall-pussess ta' armi jew ta' munizzjon, skont id-dritt nazzjonali, mill-forzi għad-difiża nazzjonali, mill-pulizija u mill-awtoritajiet pubbliċi l-oħra. It-terminu "forzi għad-difiża nazzjonali" jħaddan l-unitajiet kollha inklużi r-riżervisti, kif ukoll il-forzi ta' voluntiera għad-difiża fi ħdan il-qafas tas-sistemi ta' difiża nazzjonali taħt il-kmand ta' dawk il-forzi għad-difiża nazzjonali, inklużi l-militar u s-sistemi għas-sigurtà pubblika domestika. Lanqas ma għandha din id-Direttiva tapplika għat-trasferimenti kummerċjali ta' armi u munizzjon tal-gwerra.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull arma tan-nar jew parti tagħha li titqiegħed fis-suq tkun immarkata u rreġistrata b'konformità ma' din id-Direttiva.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull arma tan-nar assemblata jew komponent essenzjali li jinbiegħ separatament li jitqiegħdu fis-suq, ikunu ġew immarkati u rreġistrati b'konformità ma' din id-Direttiva, jew li jkunu ġew diżattivati bi qbil mad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 10b u rreġistrati b'konformità ma' din id-Direttiva. Meta komponent essenzjali jkun żgħir wisq biex jiġi mmarkat b'konformità ma' din id-Direttiva, għandu tal-anqas jiġi mmarkat b'numru tas-serje, kodiċi alfanumeriku jew diġitali.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-finijiet tal-identifikazzjoni u t-traċċar ta' kull arma tan-nar immuntata, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li hi u tiġi mmanifatturata arma tan-nar, inkella meta tiġi impurtata fl-Unjoni, din issirilha marka unika li tkun tinkludi l-isem tal-manifattur, il-pajjiż jew il-post tal-manifattura, in-numru tas-serje u s-sena tal-manifattura, sakemm din ma tkunx diġà parti min-numru tas-serje. Dan għandu jkun bla ħsara għaż-żieda tal-marka kummerċjali tal-manifattur.

2.  Għall-fini tal-identifikazzjoni u t-traċċar ta' kull arma tan-nar assemblata u ta' kull komponent essenzjali li jinbiegħ separatament, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu jew fil-mument meta jiġu mmanifatturati kull arma tan-nar u kull komponent essenzjali intenzjonat biex jinbiegħ separatament, jew mingħajr dewmien wara li l-arma tan-nar jew il-komponent ikkonċernat ikunu ġew importati fl-Unjoni, li dawn jiġu mmarkati b'marka ċara, permanenti u unika, li tkun tinkludi l-isem tal-manifattur, il-pajjiż jew il-post tal-manifattura, in-numru tas-serje u s-sena tal-manifattura, sakemm din ma tkunx diġà parti min-numru tas-serje. Dan għandu jkun bla ħsara għaż-żieda tal-marka kummerċjali tal-manifattur, u ma għandux japplika għall-armi tan-nar jew għall-komponenti essenzjali li jew ikunu meqjusa bħala antiki skont id-dritt nazzjonali jew ikunu intenzjonati għall-persuni li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6, sakemm dawn ikollhom il-marki oriġinali li jippermettu t-traċċabbiltà sħiħa. Meta komponent essenzjali jkun żgħir wisq biex jiġi mmarkat b'mod prattiku b'din l-informazzjoni kollha, għandu tal-anqas jiġi mmarkat b'numru tas-serje, kodiċi alfanumeriku jew diġitali. Dan ir-rekwiżit m'għandux japplika għall-armi tan-nar jew il-komponenti essenzjali li jinbiegħu separatament u li jkunu ġew immanifatturati qabel... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva Emendatorja].

L-immarkar għandu jsir fuq ir-riċevitur tal-arma tan-nar.

Fil-każ ta' arma tan-nar assemblata, l-immarkar għandu jsir fuq ir-receiver jew il-frame tal-arma tan-nar.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull pakkett elementari ta' munizzjon sħiħ ikun immarkat b'tali mod li jipprovdi l-isem tal-manifattur, in-numru ta' identifikazzjoni tal-lott, il-kalibru u t-tip ta' munizzjon.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull pakkett elementari ta' munizzjon sħiħ ikun immarkat b'tali mod li jindika l-isem tal-manifattur, in-numru ta' identifikazzjoni tal-lott, il-kalibru u t-tip ta' munizzjon. Għal dawn il-finijiet, l-Istati Membri għandhom jagħżlu li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-Marki tal-Prova fuq l-Armi Żgħar tal-1 ta' Lulju 1969.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-ħin tat-trasferiment ta' arma tan-nar mill-ħażniet governattivi għall-użu ċivili permanenti, din l-arma jkollha marka unika li tippermetti lill-Istati jidentifikaw faċilment il-gvern ta' dan it-trasferiment.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-ħin tat-trasferiment ta' arma tan-nar mill-ħażniet governattivi għall-użu ċivili permanenti, din ikollha fuqha l-marka unika li tippermetti li jiġi identifikat il-gvern li qed jagħmel it-trasferiment. L-armi tan-nar ikklassifikati fil-Kategorija A jridu l-ewwel ikunu ġew diżattivati bi qbil mad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 10b jew ikunu ġew ikkonvertiti b'mod permanenti għal armi tan-nar semiawtomatiċi bi qbil mad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 10ba, ħlief fil-każ tat-trasferimenti lil persuni li jkunu ngħataw awtorizzazzjonijiet skont l-ewwel jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw l-attività ta' negozjant jew ta' sensar tal-armi fit-territorju tagħhom jekk ikollhom awtorizzazzjoni, li tingħata abbażi ta' mill-inqas verifika tal-integrità privata u professjonali u tal-kapaċitajiet tan-negozjant jew tas-sensar. Fil-każ ta' persuna ġuridika, il-verifika għandha ssir fuq il-persuna ġuridika u fuq il-persuna li tkun qiegħda tmexxi l-impriża.

3.  L-Istati Membri għandhom jirregolaw l-attività tal-kummerċjanti jew tas-sensara fit-territorju tagħhom, billi jagħmluha soġġetta għall-miżuri li ġejjin:

 

(a)   ir-reġistrazzjoni tas-sensara u tal-kummerċjanti li joperaw fit-territorju tagħhom;

 

(b)   il-liċenzjar jew l-awtorizzazzjoni tal-attivitajiet tas-sensara u tal-kummerċjanti.

 

(c)   verifika tal-integrità privata u professjonali u tal-kapaċitajiet tal-kummerċjant jew tas-sensar ikkonċernati, u anke abbażi tat-trasparenza tal-attività kummerċjali. Fil-każ ta' persuna ġuridika, il-verifika għandha ssir fuq il-persuna ġuridika u fuq il-persuna li tkun qiegħda tmexxi l-impriża.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4 – punt a

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – it-tieni sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan l-arkivju tar-rekords għandu jirreġistra t-tip, l-għamla, il-mudell, il-kalibru u n-numru tas-serje tal-arma tan-nar kif ukoll l-ismijiet u l-indirizzi tal-fornitur u tal-persuna li takkwista jew tieħu pussess tal-arma tan-nar. Ir-rekords tal-armi tan-nar, inklużi l-armi tan-nar diżattivati, għandhom jinżammu sakemm l-awtoritajiet kompetenti jiċċertifikaw il-qerda tal-arma tan-nar.

Dak l-arkivju tad-data għandu jirreġistra l-informazzjoni kollha relatata mal-armi tan-nar li tkun meħtieġa biex tinżamm traċċa u jiġu identifikati dawk l-armi tan-nar. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi t-tip, l-għamla, il-mudell, il-kalibru u n-numru tas-serje ta' kull arma tan-nar, u kwalunkwe konverżjoni jew modifika għal arma tan-nar li twassal għal bidla fil-kategorija jew is-sottokategorija tagħha, inklużi d-diżattivazzjoni jew il-qerda ċċertifikati tagħha u d-data meta ġraw, kif ukoll l-ismijiet u l-indirizzi tal-fornitur u ta' kull persuna li takkwista jew tieħu pussess tal-arma tan-nar, inklużi d-dati tal-akkwist u, jekk applikabbli, id-data meta ntemm il-pussess jew meta jkun ġie ttrasferit lil persuna oħra, sakemm tali trasferiment ma jkunx jikkonċerna arma tan-nar li tkun ġiet irreġistrata bħala diżattivata. Ir-rekords attwali relatati ma' kull arma tan-nar u mal-persuna li jkollha l-arma fil-pussess tagħha għandhom ikunu aċċessibbli għall-awtoritajiet awtorizzati kollha. Ir-rekords kollha relatati mal-arma tan-nar għandhom jinżammu f'format aċċessibbli elettronikament għal perjodu ta' żmien indefinit.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4 – punt b

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 4 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

 

 

Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-reġistri tan-negozjanti u tas-sensara stabbiliti fit-territorju tagħhom ikunu konnessi mal-arkivju kompjuterizzat tar-rekords tal-armi tan-nar.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li n-negozjanti u s-sensara stabbiliti fit-territorju tagħhom jirrapportaw it-tranżazzjonijiet li jinvolvu armi tan-nar jew komponenti essenzjali lill-awtorità kompetenti nazzjonali fi żmien perjodu li ma jaqbiżx l-10 ijiem.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4a (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Fl-Artikolu 4, il-paragrafu li ġej huwa inserit:

 

"L-ebda kummerċjant, sensar jew persuna oħra m'għandhom ibigħu jew b'xi mod ieħor jinnegozjaw, jeliminaw jew jittrasferixxu taħt kwalunkwe titolu jkun xi jkun, kwalunkwe arma tan-nar, komponent essenzjali jew munizzjon abbażi ta' awtorizzazzjoni jew liċenzja maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu stabbiliti, ħlief lil persuna li jkollha awtorizzazzjoni jew liċenzja għall-akkwist u l-pussess tal-arma tan-nar, il-komponent essenzjali jew il-munizzjon ikkonċernati."

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 4b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)   L-Artikolu 4b jinbidel b'dan li ġej:

imħassar

"Artikolu 4b

 

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li tirregola l-attivitajiet tas-sensara u tan-negozjanti. Din is-sistema tista' tinkludi miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

 

(a)   ir-reġistrazzjoni tas-sensara u tan-negozjanti li joperaw fit-territorju tagħhom;

 

(b)   il-liċenzjar jew l-awtorizzazzjoni tal-attivitajiet tas-sensara u tan-negozjanti.

 

2.   Is-sistema msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi mill-inqas verifika tal-integrità privata u professjonali u tal-kapaċitajiet tan-negozjant jew tas-sensar. Fil-każ ta' persuna ġuridika, il-verifika għandha ssir fuq il-persuna ġuridika u fuq il-persuna li tkun qiegħda tmexxi l-impriża."

 

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 5a (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 4ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)   L-artikolu li ġej huwa inserit:

 

"Artikolu 4ba

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-tqassir ta' arma tan-nar twila permezz tal-modifika ta' komponent jew komponenti essenzjali tagħha, b'mod li ssir arma tan-nar qasira, jiġi kkunsidrat bħala manifattura, u għalhekk bħala illeċitu sakemm ma jkunx sar minn kummerċjant awtorizzat."

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bla ħsara għall-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-akkwist u l-pussess ta' armi tan-nar biss minn persuni li għandhom raġuni tajba u li:

1.  Bla ħsara għall-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-akkwist u l-pussess ta' armi tan-nar biss minn persuni li għandhom raġuni tajba u li:

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikollhom mill-inqas 18-il sena, ħlief fil-każ tal-pussess ta' armi tan-nar għall-kaċċa u għall-isparar fuq bersalji, bil-kundizzjoni li f'dak il-każ il-persuni li ma jkollhomx 18-il sena jkunu kisbu l-permess tal-ġenituri, jew ikollhom il-gwida tal-ġenituri jew il-gwida ta' adult li jkollu liċenzja valida tal-armi tan-nar jew tal-kaċċa jew ikunu f'ċentru ta' taħriġ liċenzjat jew approvat xort'oħra;

(a)  ikollhom mill-inqas 18-il sena, ħlief fil-każ tal-akkwist, sakemm mhux permezz ta' xiri, jew tal-pussess ta' armi tan-nar għall-kaċċa u għall-isparar fuq bersalji, bil-kundizzjoni li f'dak il-każ il-persuni li jkunu għadhom m'għalqux it-18-il sena jkunu kisbu l-permess tal-ġenituri, jew ikollhom il-gwida tal-ġenituri jew il-gwida ta' adult li jkollu liċenzja valida tal-armi tan-nar jew tal-kaċċa jew ikunu f'ċentru ta' taħriġ liċenzjat jew approvat xort'oħra, u tali adult jassumi r-responsabbiltà għall-ħżin skont l-Artikolu 5a; u

 

 

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  aktarx ma jkunux ta' periklu għalihom infushom, għall-ordni pubblika jew għas-sikurezza pubblika; jekk persuna tkun instabet ħatja ta' reat vjolenti intenzjonat, dan għandu jitqies bħala indikattiv ta' periklu bħal dan.

(b)  aktarx ma jkunux ta' periklu għalihom infushom jew għal ħaddieħor, għall-ordni pubbliku jew għas-sikurezza pubblika; jekk ikunu nstabu ħatja ta' reat vjolenti intenzjonat, dan għandu jitqies bħala indikattiv ta' periklu ta' dan it-tip.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Xi ħadd li jakkwista arma tan-nar jew munizzjon permezz ta' wirt għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tiegħu. Jekk ma tkun tista' tintwera l-ebda raġuni tajba, l-armi tan-nar u l-munizzjon li jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni għandhom isiru inoperattivi permezz ta' diżattivazzjoni bi qbil ma' din id-Direttiva, jew jinbiegħu, jew jingħataw lil persuna ġuridika jew fiżika awtorizzata.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Fil-każ tal-kollezzjonisti, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw is-sjieda tal-armi tan-nar għal numru limitat ta' armi tan-nar għall-kategoriji kollha elenkati fl-Anness 1. Tali limitazzjoni m'għandhiex tapplika jekk l-armi tan-nar ikkonċernati jkunu ġew diżattivati bi qbil ma' din id-Direttiva.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.  L-ikkollezzjonar jista' jikkostitwixxi raġuni tajba għall-akkwist u l-pussess tal-armi tan-nar minn kollezzjonisti li jkollhom tal-anqas 18-il sena u li x'aktarx mhumiex se jkunu ta' periklu għalihom infushom jew għall-oħrajn, għall-ordni pubbliku jew għas-sikurezza pubblika. Kundanna għal reat vjolenti intenzjonat għandha titqies bħala indikattiva ta' periklu ta' dan it-tip.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprovdu testijiet mediċi standard għall-ħruġ jew għat-tiġdid ta' awtorizzazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1 u jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet jekk xi waħda mill-kundizzjonijiet ipprovduti ma tkunx issodisfata.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' monitoraġġ, li tinkludi l-valutazzjoni tal-informazzjoni medika u psikoloġika rilevanti, bi qbil mad-dritt nazzjonali, li jista' jkollha bażi kontinwa jew le, għall-akkwist u l-pussess ta' armi tan-nar, u għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet jekk xi waħda mill-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ikunu ġew permessi l-akkwist jew il-pussess ma tkunx għadha qed tiġi issodisfata.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sakemm tiġi segwita l-proċedura korretta għall-valutazzjoni tal-informazzjoni medika u psikoloġika rilevanti, il-persuna li twettaq dik il-valutazzjoni ma għandhiex tkun responsabbli fir-rigward tal-azzjonijiet ta' persuna soġġetta għal dik il-valutazzjoni.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu lill-persuni residenti fit-territorju tagħhom milli jkollhom pussess ta' arma mixtrija fi Stat Membru ieħor sakemm l-akkwist ta' din l-arma ma jkunx ipprojbit fit-territorju tagħhom stess.

L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu lill-persuni residenti fit-territorju tagħhom milli jkollhom pussess ta' arma tan-nar mixtrija fi Stat Membru ieħor sakemm l-akkwist tal-istess tip ta' arma tan-nar ma jkunx ipprojbit fit-territorju tagħhom stess.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar is-superviżjoni xierqa tal-armi tan-nar u l-munizzjon u regoli dwar il-ħżin xieraq tagħhom b'mod sigur sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju li persuna mhux awtorizzata tikseb aċċess għalihom?. Meta jkunu maħżuna, l-armi tan-nar u l-munizzjon għalihom ma għandhomx ikunu faċilment aċċessibbli flimkien. Is-superviżjoni f'dan il-każ għandha tfisser li l-persuna li jkollha l-pussess tal-arma tan-nar jew il-munizzjon iżżomm kontroll fuqhom waqt it-trasport u l-użu. Il-livell ta' skrutinju għall-arranġamenti ta' ħżin għandu jikkorrispondi għall-kategorija tal-arma tan-nar ikkonċernata.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 5b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5b

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każi li jinvolvu l-akkwist u l-bejgħ tal-armi tan-nar u tal-komponenti essenzjali u l-munizzjon tagħhom ikklassifikati fil-kategoriji A, B, C u D stabbiliti fl-Anness I permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod, kif iddefinit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*), l-identità, u fejn meħtieġ, l-awtorizzazzjoni tal-persuna li tkun qed takkwista l-arma tan-nar jew il-komponenti essenzjali tagħha jew munizzjon, tiġi vverifikata qabel jew sa mhux aktar tard minn meta jiġu kkonsenjati lil dik il-persuna, permezz ta':

 

(a)  kummerċjant jew sensar awtorizzati; jew

 

(b)  awtorità pubblika jew rappreżentant tagħha.

 

_____________________

 

* Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa biex jipprojbixxu l-akkwist u l-pussess tal-armi tan-nar u tal-munizzjon ikklassifikati fil-Kategorija A u biex jeqirdu dawk l-armi tan-nar u l-munizzjon li jiksru din id-dispożizzjoni u jissekwestrawhom.

Bla ħsara għall-Artikolu 2(2), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa biex jipprojbixxu l-akkwist u l-pussess tal-armi tan-nar u tal-munizzjon ikklassifikati fil-Kategorija A u biex jeqirdu jew jiddiżattivaw dawk l-armi tan-nar u l-munizzjon miżmuma bi ksur ta' din id-dispożizzjoni u ssekwestrati. F'każijiet eċċezzjonali u debitament motivati, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni għal tali armi tan-nar u munizzjon bil-kundizzjoni li tali awtorizzazzjoni ma tmurx kontra s-sigurtà pubblika, l-ordni pubbliku jew id-difiża nazzjonali.

 

 

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-korpi kkonċernati bl-aspetti kulturali u storiċi tal-armi u rikonoxxuti bħala tali mill-Istat Membru li huma stabbiliti fit-territorju tiegħu biex iżommu fil-pussess tagħhom armi tan-nar ikklassifikati fil-Kategorija A mixtrija qabel [id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], diment li dawn ikunu ġew diżattivati skont id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 10(b).

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħtu awtorizzazzjonijiet lil mużewijiet u kollezzjonisti għall-armi tan-nar u l-munizzjon ikklassifikati fil-kategorija A sakemm il-mużew jew il-kollezzjonist ikkonċernati juru lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li hemm fis-seħħ miżuri sabiex jiġi indirizzat kwalunkwe riskju għas-sigurtà pubblika jew l-ordni pubbliku u li l-arma jew l-armi tan-nar ikkonċernati qed jinħażnu b'livell ta' sigurtà proporzjonat għar-riskji marbuta ma' aċċess mhux awtorizzat għal tali armi tan-nar.

 

 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru ta' tali mużewijiet u kollezzjonisti awtorizzati. Tali mużewijiet u kollezzjonisti awtorizzati għandhom jiġu rikjesti jżommu reġistru tal-armi tan-nar kollha li jkunu fil-pussess tagħhom ikklassifikati fil-Kategorija A, li għandu jkun aċċessibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' monitoraġġ xierqa fir-rigward ta' tali mużewijiet u kollezzjonisti awtorizzati, filwaqt li jqisu l-fatturi rilevanti kollha.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 6 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-akkwist tal-armi tan-nar u tal-partijiet tagħhom u tal-munizzjon li jikkonċernaw il-Kategoriji A, B u C b'mezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod, kif iddefinit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*), għandu jiġi awtorizzat biss għan-negozjanti u għas-sensara u għandu jkun soġġett għall-kontrolli stretti tal-Istati Membri.

imħassar

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -7 (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-7) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 4, subparagrafu 1, punt (b) huwa sostitwit bit-test li ġej:

"(b) il-verifika perjodika li dawk il-persuni għadhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet; u"

"(b) il-verifika li dawk il-persuni għadhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet; u"

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:01991L0477-20080728&qid=1457684409643)

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limiti massimi ma għandhomx jaqbżu l-ħames snin. L-awtorizzazzjoni tista' tiġġedded jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom tkun ingħatat l-istess awtorizzazzjoni.

Il-perjodu massimu ta' awtorizzazzjoni ma għandux jaqbeż il-ħames snin, sakemm l-Istati Membri ma jkunux implimentaw sistema ta' monitoraġġ kontinwu kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2). L-awtorizzazzjoni tista' tiġġedded jekk ikunu għadhom qed jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom tkun ingħatat l-istess awtorizzazzjoni.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7a (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(7a)   L-Artikolu 8(2) huwa sostitwit bit-test li ġej:

"2.   Kull bejjiegħ, kummerċjant jew persuna privata għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn dan jiġri dwar kull trasferiment jew passaġġ ta'arma tan-nar kklassifikata fil-kategorija Ċ, u tagħti d-dettalji li permezz tagħhom l-arma tan-nar u l-persuna li tixtriha tista' tiġi identifikata. Kemm-il darba l-persuna li takkwista tali arma tan-nar hija residenti fi Stat Membru ieħor, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jiġi infurmat dwar l-akkwist, mill-Istat Membru fejn dan iseħħ u mill-persuna li takkwista l-arma tan-nar."

"2.   Kull bejjiegħ, kummerċjant, sensar jew persuna privata għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn dan jiġri dwar kull trasferiment jew passaġġ ta' arma tan-nar ikklassifikata fil-kategorija Ċ, u tagħti d-dettalji li permezz tagħhom l-arma tan-nar u l-persuna li tixtriha jistgħu jiġu identifikati. Kemm-il darba l-persuna li takkwista tali arma tan-nar hija residenti fi Stat Membru ieħor, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jiġi infurmat dwar l-akkwist, mill-Istat Membru fejn dan iseħħ u mill-persuna li takkwista l-arma tan-nar."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:01991L0477-20080728&from=FR)

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7b (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 10

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(7b) L-Artikolu 10 huwa sostitwit bit-test li ġej:

"Artikolu 10

"Artikolu 10

L-arranġamenti dwar l-akkwist u l-pussess tal-munizzjoni għandhom ikunu l-istess bħal dawk dwar il-pussess tal-armi tan-nar li għalihom huwa maħsub il-munizzjoni.

Ir-regoli dwar l-akkwist tal-munizzjon u l-pussess ta' munizzjon li jkun fih projettili individwali għandhom ikunu l-istess bħal dawk dwar l-armi tan-nar li għalihom huwa maħsub il-munizzjon. L-akkwist tal-munizzjon għandu jkun awtorizzat biss għal persuni li għandhom permess li jkunu fil-pussess ta' arma tan-nar ta' kategorija rispettiva, jew persuni mogħtija awtorizzazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6.

 

Is-sensara u l-kummerċjanti jistgħu jirrifjutaw li jikkonkludu kwalunkwe tranżazzjoni għall-akkwist ta' munizzjon sħiħ, jew komponenti tiegħu, li huma raġonevolment iqisuha bħala suspettuża minħabba n-natura jew il-kobor tagħha, u għandhom jirrappurtaw din it-tranżazzjoni, jew kwalunkwe tentattiv ta' tranżazzjoni ta' din ix-xorta, lill-awtoritajiet kompetenti. Is-sensara u l-kummerċjanti m'għandhomx jitħallew jikkonkludu tranżazzjoni għall-akkwist ta' arma tan-nar jekk ma jkunux jistgħu jivverifikaw l-identità tax-xerrej fl-arkivju tad-data stabbilit skont l-Artikolu 4(4) u l-ħlas għandu jsir biss fi flus kontanti."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:01991L0477-20080728&qid=1457684409643)

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 10a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-armi tal-allarm u tas-sinjal kif ukoll l-armi akustiċi u tas-salut ma jkunux jistgħu jiġu konvertiti f'armi tan-nar.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-armi tal-allarm u ta' sinjalizzazzjoni ma jkunux jistgħu jiġu konvertiti f'armi tan-nar.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 10a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi għall-armi tal-allarm u tas-sinjal kif ukoll għall-armi akustiċi u tas-salut biex jiġi żgurat li dawn ma jiġux konvertiti f'armi tan-nar.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għall-armi tal-allarm u ta' sinjalizzazzjoni kif ukoll għall-armi akustiċi u tas-salut biex jiġi żgurat li dawn ma jiġux konvertiti f'armi tan-nar. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel att delegat bħal dan sa ... [daħħal id-data].

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 10a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13b(2).

imħassar

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 10b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti biex awtorità kompetenti tivverifika d-diżattivazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-modifiki li jkunu saru fuq arma tan-nar ikunu għamluha inoperabbli b'mod irriversibbli. L-Istati Membri, fil-kuntest tal-verifika msemmija, għandhom jipprevedu l-ħruġ ta' ċertifikat jew ta' dokument li jixhed li l-arma tan-nar tkun ġiet diżattivata jew li ssir marka viżibbli b’mod ċar fuq l-arma tan-nar li tixhed dan.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar tkun saret skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness III.

 

Dan ma għandux japplika għal armi tan-nar diżattivati qabel it-8 ta' April 2016, sakemm dawn l-armi tan-nar ma jiġux ittrasferiti lejn Stat Membru ieħor jew jitqiegħdu fis-suq.

 

Id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar għandha titwettaq minn entitajiet pubbliċi jew privati, jew minn individwi, awtorizzati li jagħmlu dan skont il-liġi nazzjonali.

 

L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti ("l-entità ta' verifika"): biex tivverifika li d-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar tkun saret skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness III.

 

Meta d-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar tkun saret skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness III, l-entità ta' verifika għandha:

 

(a)  twaħħal marka unika komuni fuq il-komponenti kollha modifikati għad-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar; u

 

(b)  toħroġ ċertifikat ta' diżattivazzjoni lis-sid tal-arma tan-nar.

 

Meta l-arma tan-nar tkun irreġistrata fl-arkivji kompjuterizzati tad-data imsemmija fl-Artikolu 4(4), id-diżattivazzjoni tagħha għandha tiddaħħal fir-rekord relatat magħha.

 

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri addizzjonali għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar fit-territorju tagħhom li jmorru lil hinn mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness III.

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 10b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta standards u tekniki tad-diżattivazzjoni biex tiżgura li l-armi tan-nar diżattivati jkunu inoperabbli b'mod irriversibbli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13b(2).

2.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a sabiex temenda l-Anness III billi taġġornah, b'kunsiderazzjoni, fejn meħtieġ, ta' kwalunkwe miżura addizzjonali introdotta mill-Istati Membri skont is-seba' subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 10b – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu mudelli għall-marka unika komuni u l-mudell taċ-ċertifikat għall-armi tan-nar diżattivati. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13b(2).

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 10b – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.   Sal-31 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet interessati rilevanti, għandha tidentifika liema standards u tekniki nazzjonali ta' diżattivazzjoni applikati mill-Istati Membri qabel it-8 ta' April 2016 ikunu żguraw li l-armi tan-nar saru definittivament inutilizzabbli u inoperabbli, u għandha tagħmel dispożizzjonijiet għar-rikonoxximent ta' diżattivazzjonijiet iċċertifikati mwettqa skont tali standards u tekniki ta' diżattivazzjoni.

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8a (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 10ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  L-artikolu li ġej huwa inserit:

 

"Artikolu 10ba

 

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-armi tan-nar konvertiti f'armi tan-nar semiawtomatiċi minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja] ma jistgħux jiġu konvertiti lura f'armi tan-nar awtomatiċi.

 

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi biex tiżgura li l-armi tan-nar semiawtomatiċi li jkunu ġew konvertiti minn armi tan-nar oriġinarjament awtomatiċi, ma jkunux jistgħu jiġu konvertiti lura f'armi tan-nar awtomatiċi." Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel att delegat bħal dan sa ... [l-31 ta' Diċembru 2017]."

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8b (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(8b)   L-Artikolu 11(1) huwa sostitwit bit-test li ġej:

"1   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12, l-armi tan-nar jistgħu jiġu biss ittrasferiti minn Stat Membru għall-ieħor skont il-proċedura stabbilit fil-paragrafi li ġejjin. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll għat-trasferimenti ta'armi tan-nar wara li dawn ikunu nbiegħu permezz ta' ordni bil-posta."

"1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12, l-armi tan-nar jistgħu jiġu biss ittrasferiti minn Stat Membru għall-ieħor skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi li ġejjin. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll għat-trasferimenti ta' armi tan-nar wara li dawn ikunu nbiegħu permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:01991L0477-20080728&qid=1457684409643)

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8c (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(8c)  Fl-Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit bit-test li ġej:

"M'hemmx bżonn li tingħata l-informazzjoni msemmija fl-aħħar żewġ inċiżi meta t-trasferiment isir bejn żewġ kummerċjanti."

"M'hemmx bżonn li tingħata l-informazzjoni msemmija fl-aħħar żewġ inċiżi meta t-trasferiment isir bejn żewġ kummerċjanti jew sensara."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:01991L0477-20080728&qid=1457684409643)

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8d (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(8d)   Fl-Artikolu 11(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit bit-test li ġej:

"3.  Fil-każ ta' trasferiment tal-armi tan-nar, barra mill-armi tal-gwerra, li huma esklużi mill-qasam ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva skont l-Artikolu 2(2), kull Stat Membru jista' jagħti lill-kummerċjanti d-dritt li jagħmlu trasferimenti tal-armi tan-nar mit-territorju tagħhom lill-kummerċjant stabbilit fi Stat Membru ieħor mingħajr il-bżonn tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Għal dan l-għan kull Stat Membru għandu joħroġ awtorizzazzjoni li tkun valida għal mhux aktar minn tliet snin, u li tista' tiġi sospiża jew ikkanċellata f'kull ħin permezz ta' deċiżjoni li tagħti r-raġunijiet għal dan. Dokument li jirreferi għal din l-awtorizzazzjoni għandu jinżamm mal-arma tan-nar sakemm din tilħaq id-destinazzjoni tagħha; huwa għandu jiġi ppreżentat kull meta hekk meħtieġ mill-awtoritajiet tal-Istati Membri."

"3.  Fil-każ ta' trasferiment tal-armi tan-nar, barra mill-armi tal-gwerra, li huma esklużi mill-qasam ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva skont l-Artikolu 2(2), kull Stat Membru jista' jagħti lill-kummerċjanti jew lis-sensara d-dritt li jagħmlu trasferimenti tal-armi tan-nar mit-territorju tagħhom lill-kummerċjant jew lis-sensar stabbilit fi Stat Membru ieħor mingħajr il-bżonn tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Għal dan l-għan kull Stat Membru għandu joħroġ awtorizzazzjoni li tkun valida għal mhux aktar minn tliet snin, u li tista' tiġi sospiża jew ikkanċellata f'kull ħin permezz ta' deċiżjoni li tagħti r-raġunijiet għal dan. Dokument li jirreferi għal din l-awtorizzazzjoni għandu jinżamm mal-arma tan-nar sakemm din tilħaq id-destinazzjoni tagħha; huwa għandu jiġi ppreżentat kull meta hekk meħtieġ mill-awtoritajiet tal-Istati Membri."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:01991L0477-20080728&qid=1457684409643)

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8e (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(8e)   Fl-Artikolu 11(3), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit bit-test li ġej:

"Qabel id-data ta’ trasferiment, f’perjodu li jagħti biżżejjed żmien lill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru li minnu jkun se jsir it-trasferiment, in-negozjant għandu jikkomunika lil dawk l-awtoritajiet il-partikularitajiet kollha elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu spezzjonijiet, fejn xieraq fuq il-post, biex jivverifikaw il-korrispondenza bejn l-informazzjoni kkomunikata min-negozjant u l-karatteristiċi attwali tat-trasferiment. L-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata min-negozjant fi żmien suffiċjenti."

"Qabel id-data tat-trasferiment, il-kummerċjant jew is-sensar għandu jikkomunika lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li minnu jkun se jsir it-trasferiment il-partikularitajiet kollha elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. L-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu spezzjonijiet, fejn xieraq fuq il-post, biex jivverifikaw il-korrispondenza bejn l-informazzjoni kkomunikata mill-kummerċjant jew mis-sensar u l-karatteristiċi attwali tat-trasferiment. L-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata mill-kummerċjant jew mis-sensar fi żmien suffiċjenti."

 

 

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:01991L0477-20080728&qid=1457684409643)

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8f (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(8f)   Fl-Artikolu 11(4), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit bit-test li ġej:

"Din il-lista ta' armi tan-nar għandha tiġi kkomunikata lill-kummerċjanti li jkunu ġabu l-approvazzjoni għat-trasferiment tal-armi tan-nar mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel taħt il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3."

"Din il-lista ta' armi tan-nar għandha tiġi kkomunikata lill-kummerċjanti u lis-sensara li jkunu ġabu l-approvazzjoni għat-trasferiment tal-armi tan-nar mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel taħt il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:01991L0477-20080728&qid=1457684409643)

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8g (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(8g)  Fl-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit bit-test li ġej:

“2.  Minkejja l-paragrafu 1, il-kaċċaturi, fil-każ tal-kategoriji C u D, u t-tiraturi, fil-każ tal-kategoriji B, C u D, jistgħu mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel ikunu fil-pussess ta' arma tan-nar waħda jew aktar waqt vjaġġ minn ġewwa żewġ Stati Membri jew aktar bil-għan li jipprattikaw l-attivitajiet tagħhom, sakemm ikunu fil-pussess ta’ pass Ewropew ta' l-armi tan-nar li fuqu jkunu mniżżlin tali arma jew armi u sakemm ikunu jistgħu jissostanzjaw ir-raġunijiet tal-vjaġġ tagħhom, b'mod partikulari billi jippreżentaw invit jew prova oħra ta’ l-attivitajiet tagħhom tal-kaċċa jew ta’ l-isparar fuq bersall fl-Istat Membru ta' destinazzjoni."

“2.  Minkejja l-paragrafu 1, il-kaċċaturi, fil-każ tal-kategoriji C u D, u t-tiraturi, fil-każ tal-kategoriji A, B, C u D, jistgħu mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel ikunu fil-pussess ta' arma tan-nar waħda jew aktar waqt vjaġġ minn ġewwa żewġ Stati Membri jew aktar bil-għan li jipprattikaw l-attivitajiet tagħhom, sakemm ikunu fil-pussess ta’ pass Ewropew tal-armi tan-nar li fuqu jkunu mniżżlin tali arma jew armi u sakemm ikunu jistgħu jissostanzjaw ir-raġunijiet tal-vjaġġ tagħhom, b'mod partikulari billi jippreżentaw invit jew prova oħra tal-attivitajiet tagħhom tal-kaċċa jew tal-isparar fuq bersall fl-Istat Membru ta' destinazzjoni."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:01991L0477-20080728&qid=1457684409643)

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8h (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(8h) Fl-Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit bit-test li ġej:

"L-Istati Membri ma jistgħux jagħmlu l-aċċettazzjoni ta’ pass Ewropew ta’ l-armi tan-nar fuq kondizzjoni ta’ pagament ta’ kwalunkwe miżata jew ħlas."

"L-Istati Membri ma jistgħux jagħmlu:

 

(a)   il-ħruġ jew it-tiġdid ta' pass Ewropew tal-armi tan-nar fuq kondizzjoni ta' pagament ta' kwalunkwe miżata jew ħlas li jaqbżu l-ispejjeż amministrattivi mġarrba fil-ħruġ ta' dak il-pass; u

 

(b)   l-aċċettazzjoni ta’ pass Ewropew tal-armi tan-nar fuq kondizzjoni, diretta jew indiretta, ta’ pagament ta’ kwalunkwe miżata jew ħlas jew l-għoti ta’ kwalunkwe approvazzjoni amministrattiva."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:01991L0477-20080728&qid=1457684409643)

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8i (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 12 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(8i)   L-Artikolu 12(3) huwa sostitwit bit-test li ġej:

"3.  Żewġ Stati Membri jew aktar, jistgħu taħt il-ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-dokumenti nazzjonali, jipprovdu għal arranġamenti aktar flessibli minn dawk meħtieġa minn dan l-Artikolu għall-moviment ta' l-armi tan-nar fit-territorji tagħhom."

"3.  Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu, taħt il-ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-dokumenti nazzjonali, jew permezz tar-rikonoxximent reċiproku tal-informazzjoni mdaħħla fl-arkivji kompjuterizzati tad-data msemmija fl-Artikolu 4(4), jipprovdu għal arranġamenti aktar flessibli minn dawk meħtieġa minn dan l-Artikolu għall-moviment ta' l-armi tan-nar fit-territorji tagħhom.

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:01991L0477-20080728&qid=1457684409643)

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 9

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 13 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għat-trasferimenti tal-armi tan-nar fi Stat Membru ieħor kif ukoll informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet irrifjutati kif iddefinit fl-Artikolu 7.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw, sa ... [data], l-iskambju effiċjenti ta' informazzjoni b'mezzi elettroniċi, skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/679, jew direttament jew permezz ta' punti ta' kuntatt uniċi, dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għat-trasferiment ta' armi tan-nar fi Stat Membru ieħor kif ukoll informazzjoni fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet irrifjutati kif previst fl-Artikolu 7 għal raġunijiet ta' sigurtà jew dwar l-affidabbiltà tal-persuna kkonċernata, sa ... [data].

 

Kull Stat Membru, fuq talba ta' Stat Membru ieħor, għandu jikkondividi informazzjoni dwar valutazzjoni tal-preċedenti kriminali, jekk ikun hemm, ta' persuni li japplikaw għal jew li jkunu ngħataw eċċezzjonijiet skont l-Artikolu 6 jew awtorizzazzjonijiet skont l-Artikolu 7. Dik l-informazzjoni għandha tirreferi għal kwalunkwe deċiżjoni korrispondenti ta' korp ġudizzjarju jew awtorità pubblika kompetenti, fejn applikabbli.

 

 

 

 

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 9

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 13 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a li jikkonċernaw il-modalitajiet ta' skambju ta' informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija u rrifjutati.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta lil din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-modalitajiet ta' skambju ta' informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija jew irrifjutati għat-trasferiment ta' armi tan-nar fi Stat Membru ieħor. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel att delegat bħal dan sa ... [daħħal id-data].

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 10

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 13a – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 10

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 13a – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 13 jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jqajmu oġġezzjoni għalih fi żmien xahrejn (2) minn meta dak l-att jiġi notifikat lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b'xahrejn (2) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill."

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 10a(2), l-Artikolu 10b(2), l-Artikolu 10ba(2) jew l-Artikolu 13(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jqajmu oġġezzjoni għalih fi żmien xahrejn minn meta dak l-att jiġi notifikat lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 11a (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 16a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  L-artikolu li ġej huwa inserit:

 

"Artikolu 16a

 

1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jikkonfermaw l-awtorizzazzjonijiet għal armi tan-nar semiawtomatiċi kklassifikati fil-punt 6 jew 7a tal-kategorija A u akkwistati legalment u rreġistrati qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja], u li jġedduhom għas-sid legali sa dik id-data, soġġett għall-kundizzjonijiet l-oħra stabbiliti f'din id-Direttiva, u jistgħu wkoll jippermettu li tali armi tan-nar jiġu akkwistati minn persuni awtorizzati mill-Istati Membri skont din id-Direttiva.

 

2.  L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lit-tiraturi jakkwistaw u jkollhom fil-pussess tagħhom l-armi tan-nar semiawtomatiċi kklassifikati fil-punt 6 jew 7a tal-kategorija A, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a)  it-tiratur jieħu sehem f'kompetizzjonijiet tal-isparar organizzati minn organizzazzjoni sportiva tal-isparar rikonoxxuta minn Stat Membru jew minn federazzjoni sportiva tal-isparar stabbilita u rikonoxxuta internazzjonalment; u

 

(b)  it-tiratur ikun membru ta' klabb rikonoxxut tal-isparar, jipprattika regolarment l-isparar fuq bersall u jkun ilu jagħmel dan għal mill-inqas 12-il xahar.

 

It-tiraturi awtorizzati li jakkwistaw u jkollhom fil-pussess tagħhom l-armi tan-nar semiawtomatiċi kklassifikati fil-punt 6 jew 7a tal-kategorija A għandhom ikunu intitolati li jkollhom armi tan-nar bħal dawn elenkati f'pass Ewropew tal-armi tan-nar skont l-Artikolu 12(2)."

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 12

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 17 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull ħames snin il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li, jekk ikun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposti li jikkonċernawb'mod partikolari l-kategoriji tal-armi tan-nar tal-Anness I u l-kwistjonijiet relatati mat-teknoloġiji l-ġodda bħall-istampar 3D. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Kull ħames snin il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż kontroll tal-idoneità tad-dispożizzjonijiet tagħha, li, jekk ikun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposti li jikkonċernaw b'mod partikolari l-kategoriji tal-armi tan-nar fl-Anness I u l-kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tas-sistema għall-pass Ewropew tal-armi tan-nar, mal-immarkar u mat-teknoloġiji l-ġodda bħall-istampar 3D. L-ewwel rapport bħal dan għandu jiġi ppreżentat sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja].

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 12

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 17 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa [data] il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-elementi neċessarji ta' sistema għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri li tinsab fl-arkivji kompjuterizzati tar-rekords imsemmija fl-Artikolu 4(4). Jekk ikun xieraq, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi akkumpanjata bi proposta leġiżlattiva li tqis l-istrumenti eżistenti relatati mal-iskambju ta' informazzjoni."

Sa ...[data], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-elementi neċessarji ta' sistema għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri li tinsab fl-arkivji kompjuterizzati tad-data msemmija fl-Artikolu 4(4), inkluża l-fattibbiltà li kull Stat Membru jingħata aċċess għal sistema bħal din. Jekk ikun xieraq, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi akkumpanjata bi proposta leġiżlattiva li tqis l-istrumenti eżistenti relatati mal-iskambju ta' informazzjoni.

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt i

Direttiva 91/477/KEE

Anness I – parti II – punt A – kategorija A – punt 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Armi tan-nar awtomatiċi li ġew ikkonvertiti f'armi tan-nar semi-awtomatiċi;

6.  Armi tan-nar awtomatiċi li ġew ikkonvertiti f'armi tan-nar semiawtomatiċi, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat speċifikazzjonijiet tekniċi skont l-Artikolu 10ba, f'liema każ dan ma japplikax għal armi tan-nar li jkunu ġew ikkonvertiti skont ir-rekwiżiti stabbiliti;

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt i

Direttiva 91/477/KEE

Anness I – parti II – punt A – kategorija A – punt 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Armi tan-nar semiawtomatiċi li ġew ikkonvertiti f'armi tan-nar awtomatiċi;

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt i

Direttiva 91/477/KEE

Anness I – parti II – punt A – kategorija A – punt 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Armi tan-nar semi-awtomatiċi għall-użu ċivili li jixbhu lill-armi b'mekkaniżmi semi-awtomatiċi;

imħassar

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt i

Direttiva 91/477/KEE

Anness I – parti II – punt A – kategorija A – punt 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  Armi tan-nar semiawtomatiċi li jieħdu skrataċ b'kapsa ċentrali, u kargaturi, b'waħda jew aktar mill-karatteristiċi li ġejjin:

 

(a)  armi tan-nar twal (jiġifieri armi tan-nar li jkunu oriġinarjament maħsuba biex jiġu sparati minn fuq l-ispalla) li jistgħu jitnaqqsu għal tul ta' inqas minn 60 cm mingħajr ma jitilfu l-funzjonalità permezz ta' ċipp teleskopiku jew li jintewa;

 

(b)  armi tan-nar li jippermettu l-isparar ta' aktar minn 21 tir mingħajr ikkargar mill-ġdid, jekk bħala parti mill-arma tan-nar jew imdaħħal fiha jkun hemm kargatur b'kapaċità li taqbeż 20 tir;

 

Għall-akkwist ta' kargatur jeħtieġ tiġi ppreżentata awtorizzazzjoni korrispondenti għall-arma tan-nar fil-mument tal-akkwist."

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt i

Direttiva 91/477/KEE

Anness I – Parti II – punt A – kategorija A – punt 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-armi tan-nar taħt il-punti 1 sa 7 wara li jkunu ġew diżattivati.

8.  Kwalunkwe arma tan-nar ikklassifikata f'din il-kategorija wara li tkun ġiet konvertita f'arma li tispara in bjank, sustanzi irritanti, sustanzi attivi oħra jew munizzjon pirotekniku jew f'arma tas-salut jew akustika.

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt ia (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Anness I – Parti II – punt A – kategorija B – punt 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)   fil-Kategorija B, il-punt li ġej huwa miżjud:

 

"6a.  Armi tan-nar semiawtomatiċi għall-użu ċivili li jixbhu lill-armi b'mekkaniżmi semiawtomatiċi."

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt ib (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Anness I – Parti II – punt A – kategorija B – punt 6b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ib)   fil-Kategorija B, il-punt li ġej huwa miżjud:

 

"6b.  Armi tan-nar semiawtomatiċi li jieħdu skrataċ bil-kapsa fix-xifer ta' kalibru .22 jew iżgħar."

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt ic (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Anness I – Parti II – punt A – kategorija B – punt 6c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ic)   fil-Kategorija B, il-punt li ġej huwa miżjud:

 

"6c. Kwalunkwe arma tan-nar ikklassifikata f'din il-kategorija wara li tkun ġiet konvertita f'arma li tispara in bjank, sustanzi irritanti, sustanzi attivi oħra jew munizzjon pirotekniku jew f'arma tas-salut jew akustika."

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt iii

Direttiva 91/477/KEE

Anness I – Parti II – punt A – kategorija C – punt 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Armi tal-allarm u ta' sinjalizzazzjonil, armi akustiċi u tas-salut kif ukoll repliki;

5.   Kwalunkwe arma tan-nar ikklassifikata f'din il-kategorija wara li tkun ġiet konvertita f'arma li tispara in bjank, sustanzi irritanti, sustanzi attivi oħra jew munizzjon pirotekniku jew f'arma tas-salut jew akustika;

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt iii

Direttiva 91/477/KEE

Anness I – Parti II – punt A – kategorija C – punt 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   L-armi tan-nar taħt il-Kategorija B u l-punti 1 sa 5 tal-Kategorija C, wara li jkunu ġew diżattivati.

imħassar

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 13 – punt a – punt iiia (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Anness I – Parti II – punt A – kategorija D

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(iiia)  fil-kategorija D, il-kliem taħt l-intestatura huwa sostitwit bit-test li ġej:

"Armi tan-nar twal b’tir wieħed u kanen lixxi."

"Armi tan-nar twal b’tir wieħed u mingħajr kanali fil-kanna, inkluż dawk li jkunu ġew konvertiti f'armi li jisparaw in bjank, sustanzi irritanti, sustanzi attivi oħra jew munizzjon pirotekniku jew f'armi tas-salut jew akustiċi."

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 14 – punt b (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Anness I – Parti III – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b)  fl-ewwel subparagrafu, il-punt li ġej huwa miżjud:

 

"(ca) ikunu armi tan-nar diżattivati, dment li d-diżattivazzjoni tkun twettqet:

 

(i)  skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness III; jew

 

(ii)  qabel ... [id-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva emendatorja] skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403; jew

 

(iii)  qabel it-8 ta' April 2016:

 

  skont l-istandards u t-tekniki nazzjonali ta' diżattivazzjoni applikati mill-Istati Membri u stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(2b); jew

 

  skont l-istandards u t-tekniki nazzjonali ta' diżattivazzjoni applikati mill-Istati Membri, dment li l-arma tan-nar diżattivata ma tiġix ittrasferita fi Stat Membru ieħor jew imqiegħda fis-suq; jew

 

  skont proċedura ta' qtugħ ta' xaqq, jiġifieri li fil-ħajt taċ-chamber u tul il-kanna għal tal-inqas 50 % tat-tul tal-kanna jkun inqata' xaqq wiesa' mill-inqas 4 mm u l-kanna tkun ġiet imwaħħla jew iwweldjata b'mod sikur mar-receiver/il-frame, u li l-konverżjoni biex tispara tiri, balal jew projettili bl-azzjoni ta' propellant kombustibbli ma tkunx possibbli;"

Emenda    103

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 14 – punt b

Direttiva 91/477/KEE

Anness I – Parti III – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

  Emenda  

huma ddisinjati biex għas-salvataġġ, għall-qtil tal-annimali jew għas-sajd bil-ħarpun jew għall-għanijiet industrijali jew tekniċi sakemm jistgħu jintużaw biss għal dawn l-għanijiet;

(b) huma ddisinjati għall-allarm, għas-sinjalar, għas-salvataġġ, għall-qtil tal-annimali jew għas-sajd bil-ħarpun, għal għanijiet industrijali jew tekniċi, jew biex ikunu jistgħu jisparaw tiri, balal jew projettili bl-azzjoni ta' arja kkompressata jew gass ieħor mhux iġġenerat bl-azzjoni ta' propellant bil-kombustjoni biss, jew huma ddisinjati bħala apparati airsoft jew apparati airgun ta' kwalunkwe tip li minnhom tista' tiġi sparata biss missila żgħira tal-plastik b'enerġija limitata, sakemm jistgħu jintużaw biss għal dawn l-għanijiet u ma jistgħux jiġu ikkonvertiti b'tali mod li jkunu jistgħu jisparaw tiri, balal jew projettili bl-azzjoni ta' propellant bil-kombustjoni;

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 14a (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Anness II – punt f

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(14a)  fl-Anness II, il-punt (f) huwa sostitwit bit-test li ġej:

“(f)  id-dikjarazzjonijiet:

“(f)  id-dikjarazzjonijiet:

"Id-dritt li wieħed jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor b'arma tan-nar jew aktar tal-kategoriji B, Ċ jew D msemmija f' dan il-pass huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni/jiet korrispondenti minn qabel mill-Istat Membru taż-żjara. Din jew dawn l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jitniżżlu fuq il-pass.

"Id-dritt li wieħed jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor b'arma tan-nar jew aktar tal-kategoriji A, B, Ċ jew D msemmija f'dan il-pass huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni/jiet korrispondenti minn qabel mill-Istat Membru taż-żjara. Din jew dawn l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jitniżżlu fuq il-pass.

Fil-prinċipju m'hemmx bżonn ta' l-awtorizzazzjoni minn qabel fuq imsemmija sabiex wieħed jivvjaġġa b'arma tan-nar fil-kategorija Ċ jew D bi ħsieb li jipprattika l-kaċċa jew b'arma tan-nar tal-kategorija B, Ċ jew D sabiex jieħu sehem fi sparar fuq bersalji, sakemm il-vjaġġatur ikollu fil-pussess tiegħu pass għall-arma tan-nar u jista' jagħti r-raġuni għall-vjaġġ."

Fil-prinċipju m'hemmx bżonn tal-awtorizzazzjoni minn qabel fuq imsemmija sabiex wieħed jivvjaġġa b'arma tan-nar fil-kategorija Ċ jew D bi ħsieb li jipprattika l-kaċċa jew b'arma tan-nar tal-kategorija A, B, Ċ jew D sabiex jieħu sehem fi sparar fuq bersalji, sakemm il-vjaġġatur ikollu fil-pussess tiegħu pass għall-arma tan-nar u jista' jagħti r-raġuni għall-vjaġġ."

Fejn Stat Membru jinforma lill-Istati Membri l-oħra skont l-Artikolu 8(3), li l-pussess ta' ċerti armi tan-nar tal-kategoriji B, Ċ jew D huwa pprojbit jew soġġett għall-awtorizzazzjoni, għandu jagħmel ukoll waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

Fejn Stat Membru jinforma lill-Istati Membri l-oħra skont l-Artikolu 8(3), li l-pussess ta' ċerti armi tan-nar tal-kategoriji A, B, Ċ jew D huwa pprojbit jew soġġett għall-awtorizzazzjoni, għandu jżid ukoll waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

"Vjaġġ lejn... (Stat(i) interessat/i) bl-arma tan-nar... (l-identifikazzjoni) huwa pprojbit."

"Vjaġġ lejn... (Stat(i) interessat/i) bl-arma tan-nar... (l-identifikazzjoni) huwa pprojbit."

"Vjaġġ lejn... (Stat(i) interessat/i) bl-arma tan-nar... (l-identifikazzjoni) huwa soġġett għall-awtorizzazzjoni."

"Vjaġġ lejn... (Stat(i) interessat/i) bl-arma tan-nar... (l-identifikazzjoni) huwa soġġett għall-awtorizzazzjoni."

Emenda    105

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 14b (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Anness III (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

Emenda

(14a) L-Anness li ġej huwa miżjud:

"Anness III

Speċifikazzjonijiet tekniċi dwar id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar

L-operazzjonijiet ta' diżattivazzjoni li għandhom jitwettqu sabiex l-armi tan-nar jinġiebu inoperabbli b'mod irriversibbli huma definiti abbażi ta' tliet tabelli:

it-Tabella I telenka t-tipi differenti ta' armi tan-nar;

it-Tabella II tiddeskrivi l-operazzjonijiet li għandhom jitwettqu biex kull komponent essenzjali tal-armi tan-nar jinġieb inoperabbli b'mod irriversibbli;

it-Tabella III tistabbilixxi liema operazzjonijiet ta' diżattivazzjoni għandhom jitwettqu għad-diversi tipi ta' arma tan-nar.

TABELLA I: Lista ta' tipi ta' armi tan-nar

TIPI TA' ARMI TAN-NAR

1

Pistoli (tir wieħed, semiawtomatiċi)

2

Rivolvers (inklużi rivolvers ikkargati minn ċilindru)

3

Armi tan-nar twal b'tir wieħed (mhux bi break action)

4

Armi tan-nar bi break action (eż. lixxi, tas-snieter, kombinazzjoni, falling/rolling block action, armi tan-nar qosra u twal)

5

Armi tan-nar twal b'ripetizzjoni (lixxi, tas-snieter)

6

Armi tan-nar twal semiawtomatiċi (lixxi, tas-snieter)

7

Armi tan-nar awtomatiċi (għalkollox), eż. azzarini tal-assalt (assault rifles), submachine guns, pistoli awtomatiċi għalkollox (mhux machine guns imħaddma b'aktar minn persuna waħda)

8

Armi tan-nar bl-ikkargar mill-kanna

TABELLA II: Operazzjonijiet speċifiċi għal kull komponent

KOMPONENT

PROĊESS

1. IL-KANNA

1.1. Jekk il-kanna tkun imwaħħla mal-frame [1], għaddi pinn tal-azzar imwebbes minn ġoċ-chamber u l-frame biex tqabbad il-kanna mal-mekkaniżmu (dijametru > 50 % taċ-chamber, minimu ta' 4.5 mm). Il-pinn irid ikun iwweldjat (2).

 

1.2. Jekk il-kanna tkun ħielsa (mhux fissa), aqta' xaqq għat-tul tal-ħajt kollu taċ-chamber (wisa' > ½ kalibru u massimu ta' 8 mm) u wweldja fis-sod tapp jew virga fil-kanna minn fejn tibda ċ-chamber (L ≥ ⅔ tat-tul tal-kanna). Għal kanen lixxi, iċ-chamber biss teħtieġ imblokkar permanenti b'tapp tal-istess tul bħaċ-chamber.

 

1.3. Fl-ewwel terz tal-kanna miċ-chamber, taqqab toqob (irid ikollhom minimu ta' ⅔ tad-dijametru intern għall-armi tal-kanen lixxi u d-dijametru intern sħiħ għall-armi l-oħra kollha; waħda wara l-oħra, 3 għall-armi qosra, 6 għall-armi twal) jew aqta', wara ċ-chamber, xaqq forma ta' V (angolu 60 ± 5°) li jiftaħ il-kanna parzjalment jew aqta', wara ċ-chamber, xaqq għat-tul (wisa' ta' 8-10 mm ± 0,5 mm, tul ≥ 52 mm) fl-istess pożizzjoni tat-toqob, jew aqta' xaqq lonġitudinali (wisa' ta' 4-6 mm ± 0,5 mm) miċ-chamber għal tarf il-kanna, ħlief 5 mm f'tarf il-kanna.

 

1.4. Għal kanen b'rampa ta' alimentazzjoni (feed ramp), neħħi r-rampa.

 

1.5. Żomm milli l-kanna titneħħa mill-frame billi tuża pinn tal-azzar imwebbes jew billi tiwweldja.

 

1.6. Waħħal virga fil-kon ta' rafforzament tal-kanna (Tul>⅔ tat-tul tal-kanna). Iwweldja fil-kon ta' rafforzament. Waħħal il-kanna b'pinn (mill-kon ta' rafforzament) mal-frame u wweldja. Taqqab toqba b'dijametru intern ta' ⅔ fl-ewwel terz tal-kanna mill-kon ta' rafforzament u wweldja l-virga mal-kanna mit-toqba mtaqqba.

2. IL-BLOKKA TAL-KULATTA (BREECH BLOCK), RAS IL-FIRROLL

2.1. Neħħi jew qassar il-pinn tal-isparar.

 

2.2. Illima wiċċ il-firroll b'angolu ta' mill-inqas 45 grad u fuq superfiċje li tkun ikbar minn 50 % ta' wiċċ il-kulatta.

 

2.3. Iwweldja l-ħofra tal-pinn tal-isparar.

3. IĊ-ĊILINDRU

3.1. Neħħi l-ħitan interni kollha miċ-ċilindru għal minimu ta' ⅔ tat-tul tiegħu billi tillima ċirku tond ta' 50 % tad-dijametru tal-iskartoċċ.

 

3.2. Jekk jista' jkun, iwweldja biex tiġi evitata t-tneħħija taċ-ċilindru mill-frame, jew ħu miżuri xierqa, bħat-twaħħil, li jirrendu t-tneħħija impossibbli.

4. IS-SLIDE

Illima jew neħħi aktar minn 50 % ta' wiċċ il-kulatta b'angolu bejn 45 u 90 grad.

 

4.2. Neħħi jew qassar il-pinn tal-isparar.

 

4.3. Illima u wweldja l-ħofra tal-pinn tal-isparar.

 

4.4. Illima mill-inqas ⅔ tal-imqabad tas-sokor fis-slide.

 

4.5. Fejn applikabbli, illima n-naħa ta' ġewwa tax-xifer ta' fuq ta' quddiem tal-parti tal-ħruġ fis-slide għal angolu ta' 45 grad.

5. IL-FRAME (PISTOLI)

5.1. Neħħi r-rampa tal-alimentazzjoni.

 

5.2. Illima mill-inqas ⅔ taż-żrieżaq tas-slide fuq iż-żewġ naħat tal-frame.

 

5.3. Iwweldja s-sokra tas-slide jew uża miżuri xierqa jekk ma jistax isir welding.

 

5.4. Żomm milli jiġu żarmati pistoli tal-polimeru billi tiwweldja, torbot jew tuża miżuri xierqa oħra jekk l-iwweldjar jew l-irbit ma jkunx possibbli.

6. SISTEMA AWTOMATIKA

6.1. Eqred il-pistun u s-sistema tal-gass billi taqta' jew tiwweldja.

 

6.2. Neħħi l-blokka tal-kulatta u minflokha poġġi biċċa tal-azzar u wweldjaha jew naqqas il-blokka tal-kulatta b'minimu ta' 50 %, iwweldjaha u aqta' l-imqabad tas-sokor minn ras il-firroll.

 

6.3. Iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu u, jekk jista' jkun, iwweldjah mal-frame. Jekk l-iwweldjar fil-frame ma jkunx possibbli, neħħi l-mekkaniżmu tal-isparar u imla l-ispazju vojt kif xieraq (eż. billi twaħħal biċċa tad-daqs bil-kolla jew billi timla b'raża epossidika (epoxy resin)).

7. AZZJONI

7.1. Illima kon ta' minimu ta' 60 grad (l-angolu tal-quċċata), sabiex tasal għal dijametru tal-bażi daqs jew mill-inqas ta' 1 cm jew id-dijametru ta' wiċċ il-kulatta.

 

7.2. Neħħi l-pinn tal-isparar, kabbar it-toqba tal-pinn tal-isparar għal dijametru minimu ta' 5 mm u wweldja t-toqba tal-pinn tal-isparar.

8. IL-MAGAZZIN (fejn applikabbli)

8.1. Iwweldja l-kompartiment tal-iskrataċ b'boċoċ jew uża miżuri xierqa, skont it-tip ta' arma u l-materjal, biex iżżomm milli jitneħħa l-kompartiment tal-iskrataċ.

 

8.2. Jekk il-kompartiment tal-iskrataċ ikun nieqes, itfa' boċoċ tal-welding fil-post fejn ikun il-kompartiment tal-iskrataċ jew waħħal sokra li żżomm permanentement milli jiddaħħal kompartiment tal-iskrataċ.

 

8.3. Għaddi pinn tal-azzar imwebbes mill-kompartiment tal-iskrataċ, iċ-chamber u l-frame. Iwweldja.

9. IKKARGAR MILL-KANNA (MUZZLE LOADING)

9.1. Neħħi jew iwweldja n-nipil(s), iwweldja t-toqba/toqob.

10. MODERATUR TAL-ĦOSS

10.1. Żomm milli jitneħħa l-moderatur tal-ħoss mill-kanna billi tuża pinn tal-azzar imwebbes jew iwweldja jekk il-moderatur tal-ħoss huwa parti mill-arma.

 

10.2. Neħħi l-partijiet ta' ġewwa kollha u l-punti fejn jeħlu mal-moderatur ħalli jibqa' biss tubu. Taqqab żewġ toqob ta' dijametru ta' 5 mm fil-kejsing ħdejn il-punt fejn il-moderatur tal-ħoss jeħel mal-kanna.

Ebusija tal-inserzjonijiet

Virga jew pinn tal-azzar imwebbes

TABELLA III: Operazzjonijiet speċifiċi għal kull komponent essenzjali ta' kull tip ta' arma tan-nar

TIP

1

2

3

4

5

6

7

8

PROĊESS

Pistoli (ħlief awtomatiċi)

Rivolvers

Armi tan-nar twal b'tir wieħed (mhux bi break action)

Armi tan-nar bi break action (lixxi, tas-snieter, kombinazzjoni)

Armi tan-nar twal b'ripetizzjoni (lixxi, tas-snieter)

Armi tan-nar twal semiawtomatiċi (lixxi, tas-snieter)

Armi tan-nar awtomatiċi: azzarini tal-assalt, (sub) machine guns

Armi tan-nar bl-ikkargar mill-kanna

1.1

 

 

X

 

X

X

X

 

1.2 u 1.3

X

 

X

X

X

X

X

X

1.4

X

 

 

 

 

X

X

 

1.5

 

 

 

 

 

 

 

 

1.6

 

X

 

 

 

 

 

 

2.1

 

 

X

 

X

X

X

 

2.2

 

 

X

 

X

X

X

 

2.3

 

 

X

 

X

X

X

 

3.1

 

X

 

 

 

 

 

 

3.2

 

X

 

 

 

 

 

 

4.1

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

4.2

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

4.3

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

4.4

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

4.5

X

 

 

 

 

X

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

5.1

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

5.2

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

5.3

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

5.4

X (frame tal-polimeru)

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

6.1

 

 

 

 

 

X

X

 

6.2

 

 

 

 

 

X

X

 

6.3

 

 

 

 

 

 

X

 

6.4

 

 

 

 

 

 

X

 

7.1

 

 

 

X

 

 

 

 

7.2

 

X

 

X

 

 

 

 

8.1 jew 8.2

X

 

 

 

X

X

X

 

8.3

 

 

 

 

X (tubu tal-kompartiment tal-iskrataċ)

X (tubu tal-kompartiment tal-iskrataċ)

 

 

9.1

 

X

 

 

 

 

 

X

10.1

X

 

X

 

X

X

X

 

10.2

X

 

X

X

X

X

X

 

 

(1)  Il-kanna titwaħħal mal-frame billi tiġi invitata jew ikklampjata jew bi proċess ieħor.

(2)  L-iwweldjar huwa proċess ta' fabrikazzjoni jew skulturali li jgħaqqad il-materjali, normalment metalli jew termoplastiks, billi jikkawża l-fużjoni.

Emenda    106

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva [3 xhur wara l-pubblikazzjoni fil-ĠU]. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja]. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

L-Unjoni Ewropea ilha mill-1991 li għandha leġiżlazzjoni dwar l-akkwist u l-pussess ta' armi tan-nar, u dan fl-għamla tad-Direttiva 91/477/KE, li ġiet emendata fl-2008. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar l-immarkar u t-traċċabbiltà tal-armi tan-nar, kif ukoll il-kundizzjonijiet li individwu għandu jissodisfa biex ikun jista' jakkwista u jkollu arma tan-nar fil-pussess tiegħu.

Huwa importanti li jiġi rikonoxxut li l-maġġoranza l-kbira tal-armi tan-nar fl-UE ma jippreżentaw l-ebda periklu għall-pubbliku.

Għalkemm l-użu ta' armi tan-nar akkwistati b'mod legali minn kriminali u terroristi huwa limitat, ġew irreġistrati xi każijiet. Pereżempju, tip ta' arma tan-nar li ntużat fl-attakki ta' Charlie Hebdo f'Pariġi nxtrat legalment fi Stat Membru wara konverżjoni f'arma tan-nar akustika li "tispara munizzjon in bjank", li skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru, qabel ma ġiet emendata reċentement, ma kinitx teħtieġ awtorizzazzjoni. Imbagħad ġiet konvertita lura f'arma tan-nar attiva pprojbita.

Kien f'dan il-kuntest li l-Kummissjoni Ewropea nediet ir-rieżami tagħha tad-Direttiva dwar l-Armi tan-Nar. Il-Kummissjoni għamlet għadd ta' proposti li jibdlu drastikament il-kamp ta' applikazzjoni u r-rekwiżiti tad-Direttiva mingħajr ma ppreżentat valutazzjoni tal-impatt. Tali valutazzjoni tal-impatt kienet tgħin biex tiċċara r-raġunijiet għal dawn il-proposti kif ukoll il-bażi ta' evidenza li fuqha jistrieħu l-proposti. In-nuqqas tagħha wassal għal tħassib mifrux fost is-sidien ta' armi tan-nar akkwistati legalment minn għadd ta' oqsma differenti. Huwa ċar li ħafna partijiet interessati jinsabu mħassba dwar in-nuqqas ta' ċarezza ta' ċerti punti tal-proposta u l-konsegwenzi possibbli għal sidien legali.

Għaldaqstant ir-Rapporteur għamlet sforz biex tikkonsulta bl-aktar mod wiesa' u trasparenti possibbli sabiex tiżgura li r-rapport tagħha jindirizza l-problemi reali, u biex tillimita l-konsegwenzi mhux intenzjonati bla bżonn. Hija tirrakkomanda li jinżamm l-istatus quo kull fejn ma hemmx biżżejjed evidenza biex tiġġustifika tibdil.

Madankollu, barra minn hekk, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament dwar id-Diżattivazzjoni fl-istess jum tat-tnedija tagħha tar-rieżami tad-Direttiva. Ġie espress tħassib minn partijiet interessati minn bosta Stati Membri li r-Regolament il-ġdid jista' jagħmilha aktar diffiċli li l-korpi tal-infurzar tal-liġi jkunu jafu jekk arma tan-nar ġietx diżattivata b'mod xieraq.

Armi tan-nar diżattivati jew repliki għandhom użi leġittimi fl-industrija tal-films u f'rappreżentazzjonijiet teatrali militari. Minn skambji ta' fehmiet ma' esperti, ir-Rapporteur tinnota li fost l-esperti hemm differenza fl-użu prattiku tat-terminu "diżattivat". Sabiex jiġi evitat kull dubju, it-terminu "arma tan-nar diżattivata" għall-finijiet ta' din il-proposta huwa mifhum bħala arma tan-nar li tkun saret inoperabbli b'mod irriversibbli.

Għal din ir-raġuni, ir-Rapporteur temmen li kwalunkwe tibdil fid-Direttiva għaldaqstant jeħtieġ jibbilanċja d-dritt għall-pussess ta' ċerti tipi ta' armi tan-nar ma' kontrolli xierqa għar-riskju li jippreżentaw.

1. Definizzjoni ta' arma tan-nar

Ir-Rapporteur tipproponi li jintuża approċċ ibbażat fuq komponenti essenzjali b'tali mod li kwalunkwe apparat li jikkondividi komponent essenzjali ma' arma tan-nar huwa definit bħala arma tan-nar.

Repliki u armi ta' sinjalizzazzjoni mhumiex ittrattati bħala armi tan-nar sakemm ma jkunux jistgħu jiġu konvertiti f'armi tan-nar jew jikkondividu komponent essenzjali.

2. Armi li jisparaw in bjank

Ir-Rapporteur tipproponi li kwalunkwe arma tan-nar li tkun ġiet konvertita biex tispara in bjank tibqa' fid-definizzjoni ta' arma tan-nar fil-kategorija oriġinali tagħha.

3. Kompartimenti tal-iskrataċ

Ir-Rapporteur irċeviet sottomissjonijiet minn għadd żgħir ta' esperti li ssuġġerew li l-kontroll tal-kompartimenti tal-iskrataċ jista' jsir, billi l-kompartimenti tal-iskrataċ jiġu definiti bħala "komponent essenzjali" ta' arma tan-nar. Ir-Rapporteur għandha dubji sinifikanti dwar dan l-approċċ u rċeviet bosta sottomissjonijiet oħra, minħabba s-sempliċità relattiva ta' kompartiment tal-iskrataċ, li tfisser li l-manifattura ta' kompartiment tal-iskrataċ hija relattivament faċli, u l-kwantità ta' kompartimenti tal-iskrataċ li huma diġà legalment fil-pussess ta' detenturi ta' armi tan-nar u huma fil-biċċa l-kbira tagħhom interkambjabbli. Għaldaqstant l-effikaċja ta' miżura bħal din mhijiex ċara, u allura r-Rapporteur ma tipproponix li l-kompartimenti tal-iskrataċ jiddaħħlu fl-ambitu ta' "komponent essenzjali".

4. Qsim ta' informazzjoni

Xi awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ssuġġerew titjib f'dak li għandu x'jaqsam mal-qsim ta' informazzjoni. Ir-Rapporteur tipproponi li r-rekords għandhom ikunu aċċessibbli direttament permezz ta' sistemi interoperabbli.

5. Ħżin

Ir-Rapporteur tinnota li ħafna Stati Membri diġà għandhom regoli dwar il-ħżin ta' armi tan-nar u tirrakkomanda li dan għandu jiġi fformalizzat fid-Direttiva u li r-rekwiżiti tal-ħżin għandhom iqisu n-natura u l-kategorija tal-armi tan-nar ikkonċernati.

6. Testijiet mediċi

Ir-Rapporteur temmen li hemm ħafna titjib x'jista' jsir fil-proposti inizjali tal-Kummissjoni dwar it-testijiet mediċi, li għandhom jirriflettu l-aħjar prattiki differenti fost l-Istati Membri. Ir-Rapporteur tipproponi li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' verifiki, jew bħala valutazzjoni perjodika jew bħala proċess ta' monitoraġġ kontinwu.

7. Każijiet speċjali

Ir-Rapporteur tipproponi li terġa' tiddaħħal id-dispożizzjoni eżistenti fl-Artikolu 6 li tista' tintuża mill-Istati Membri biex jawtorizzaw ċerti persuni sabiex, f'ċirkustanzi speċifiċi, ikollhom fil-pussess tagħhom armi tan-nar tal-Kategorija A. Ir-Rapporteur tifhem li hemm organizzazzjonijiet li jeħtieġu din l-awtorizzazzjoni, pereżempju armieri, postijiet tal-ittestjar, manifatturi, xjenzati forensiċi, djar tal-produzzjoni tal-films f'każijiet partikolari u ċerti individwi għal finijiet ta' protezzjoni personali. Ir-Rapporteur tipproponi li dawn l-awtorizzazzjonijiet jingħataw fuq bażi ta' każ b'każ, ikunu strettament limitati u jingħataw biss jekk dan ma jmurx kontra s-sigurtà pubblika.

Ir-Rapporteur tipproponi li awtorizzazzjonijiet għal finijiet storiċi jkunu definiti b'mod aktar strett, jingħataw biss jekk ikun hemm miżuri ta' sigurtà adegwati fis-seħħ u jingħataw fuq bażi ta' każ b'każ fid-diskrezzjoni tal-Istat Membru.

8. Bejgħ onlajn

Ir-rapporteur tipproponi li l-bejgħ mill-bogħod għandu jkun awtorizzat biss sakemm it-trasferiment finali tal-arma tan-nar, il-komponent essenzjali jew il-munizzjon iseħħ wara li jkunu twettqu l-verifiki meħtieġa.

9. Ir-Regolament dwar id-Diżattivazzjoni

L-esperti ltaqgħu ma' għadd ta' kwistjonijiet tekniċi b'rabta mar-Regolament ta' Implimentazzjoni dwar id-Diżattivazzjoni l-ġdid, li jidħol fis-seħħ fit-8 ta' April. Ir-Rapporteur ipproponiet diversi modi biex tindirizza dan, kemm permezz ta' emendi dettaljati tar-Regolament ta' Implimentazzjoni, jew permezz ta' rieżami ta' standards li kienu diġà jeżistu, inkella permezz ta' emenda speċifika għall-armi tan-nar diżattivati jew definizzjoni teknika ta' qtugħ ta' xquq ("slotting") u twaħħil ("pinning").

10. Munizzjon

Ir-Rapporteur tipproponi li l-leġiżlazzjoni diġà fis-seħħ għall-finijiet ta' kontroll ta' prekursuri tal-isplussivi tista' tkun rilevanti għall-kontroll tal-munizzjon, jiġifieri li x-xiri suspettuż ta' kwantitajiet kbar ta' munizzjon għandu jiġi rrappurtat. Bħala parti minn sforz biex jitnaqqas il-periklu ta' użu illeċitu ta' armi tan-nar miżmuma legalment u tal-partijiet u l-munizzjon tagħhom, dan it-tip ta' obbligu għandu jgħin biex jiġi indirizzat kwalunkwe riskju marbut man-nuqqas ta' verifika tal-abbiltà li wieħed jixtri munizzjon.

11. Armi tan-nar tal-kategoriji A u B

Ir-Rapporteur tifhem li l-proposta tal-Kummissjoni li tikkategorizza mill-ġdid l-"armi tan-nar semiawtomatiċi għall-użu minn ċittadini li jixbhu lill-armi b'mekkaniżmi semiawtomatiċi" taħt il-Kategorija A tista' toħloq ħafna problemi prattiċi fl-implimentazzjoni u ġiet ippruvata u rifjutata f'xi Stati Membri fil-passat.

OPINJONI TAL-MINORANZA

espressa skont l-Artikolu 56(3) tar-Regoli ta' Proċedura

minn Mylène Troszczynski, f'isem il-Grupp ENF

Billi:

- ir-reviżjoni tad-Direttiva 91/477/KEE hija illeġittima peress li mhijiex proporzjonata mal-objettivi mixtieqa, jiġifieri l-ġlieda kontra t-terroristi Iżlamiċi li qed jattakkaw l-Ewropa u l-eliminazzjoni tas-sorsi ppreferuti tagħhom fejn tidħol il-provvista tal-armi tan-nar;

- il-proposta għal reviżjoni tad-Direttiva 91/477/KEE hija żejda peress li ma tindirizzax it-traffiku illegali ta' armi tan-nar li qed jikber b'mod esponenzjali fit-territorji tal-pajjiżi membri taż-żona Schengen;

- ir-reviżjoni tad-Direttiva 91/477/KEE hija impreċiża u tagħti risposti li mhumiex adegwati għal ċerti kwistjonijiet ta' sigurtà u sikurezza nazzjonali u internazzjonali li madankollu huma kruċjali, u b'hekk il-gruppi terroristiċi Iżlamiċi qed jitħallew jiffjorixxu;

- ir-reviżjoni tad-Direttiva 91/477/KEE hija inġusta għaliex l-għan tagħha hu biss li tirrestrinġi l-libertajiet pubbliċi ta' persuni onesti fil-proċeduri biex jakkwistaw u jżommu armi tan-nar, proċeduri li diġà huma regolati partikolarment;

- il-proposta għal reviżjoni tad-Direttiva 91/477/KEE hija sproporzjonata għas-setturi ekonomiċi, kulturali u sportivi relatati mal-armi tan-nar li se jintlaqtu mill-konsegwenzi ta' leġiżlazzjoni mħejjija ħażin u nieqsa minn kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt serja;

il-grupp ENF jiddisassoċja ruħu mill-ħidma mwettqa fil-Kumitat IMCO u se jopponi r-reviżjoni tad-Direttiva 91/477/KEE li, fl-istat attwali tagħha, titqies bħala aktar minn biżżejjed.

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (18.5.2016)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi
(COM(2015)0750 – C8-0358/2015 – 2015/0269(COD))

Rapporteur għal opinjoni(*): Bodil Valero

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sfond

L-akkwist, il-pussess u l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-armi tan-nar għall-użu ċivili huma soġġetti għal qafas regolatorju komprensiv tal-UE stabbilit bid-Direttiva 91/477/KEE u emendat bid-Direttiva 2008/51/KE. Id-Direttiva kellha l-għan li tistabbilixxi standards minimi għall-immarkar, il-ħżin, il-manifattura, il-kummerċ, ir-reġistrazzjoni u d-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar, kif ukoll li tistabbilixxi definizzjonijiet u ddaħħal reati punibbli.

Minkejja leġiżlazzjoni iktar stretta, il-vjolenza marbuta mal-armi tan-nar għadha theddida sinifikanti fl-UE. Id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Interni tad-29 ta' Awwissu 2015 talbet azzjoni urġenti dwar id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar biex jiġu evitati r-riattivazzjoni u l-użu tagħhom mill-kriminali. Hi tenniet it-talba tagħha li d-Direttiva dwar l-armi tan-nar tiġi riverduta u li jkun hemm approċċ komuni dwar id-diżattivazzjoni, li jtejjeb it-traċċabilità fil-leġiżlazzjoni eżistenti sabiex jingħalqu l-lakuni u n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tagħha fil-livell nazzjonali.

Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-armi tan-nar identifika wkoll l-ostakli għall-ittraċċar tal-armi tan-nar minħabba d-differenzi bejn l-Istati Membri. Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni ssuġġeriet li temenda l-leġiżlazzjoni eżistenti f'għadd ta' oqsma, pereżempju:

•  l-istandards komuni tal-UE dwar id-diżattivazzjoni;

•  ir-regoli komuni tal-UE dwar l-immarkar tal-armi tan-nar biex titjieb it-traċċabilità tal-armi;

•  skambju aħjar ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, pereżempju dwar kwalunkwe rifjut ta' awtorizzazzjoni ta' pussess ta' arma tan-nar deċiż minn awtorità nazzjonali oħra, u l-obbligu li r-reġistri nazzjoni tal-armi jiġu interkonnessi;

•  kriterji komuni li jikkonċernaw l-armi tal-allarm (eż. torċi tal-periklu u pistoli tat-tlielaq) sabiex jiġi evitat li dawn jinbidlu f'armi tan-nar li jaħdem b'mod sħiħ;

•  regoli aktar stretti dwar l-akkwist ta' armi tan-nar mill-internet, sabiex jiġi evitat l-akkwist ta' armi tan-nar, partijiet essenzjali jew munizzjon mill-internet;

•  regoli aktar stretti li jipprojbixxu ċerti armi tan-nar semi-awtomatiċi, li mhux se jkunu awtorizzati li jinżammu minn persuni privati, anki jekk dawn ikunu ġew diżattivati b'mod permanenti;

•  kundizzjonijiet aktar stretti għaċ-ċirkolazzjoni ta' armi tan-nar deattivati;

•  kundizzjonijiet aktar stretti għall-kolletturi biex jiġi llimitat ir-riskju ta' bejgħ lil kriminali.

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern organizza seduta ta' smigħ qasira fil-15 ta' Frar 2016 sabiex jiġu eżaminati punti li jistgħu jitjiebu fid-Direttiva attwali u sabiex jiċċara l-livell xieraq ta' armonizzazzjoni fil-livell tal-UE.

L-espert mistieden dwar l-armi tan-nar enfasizza b'mod speċjali t-theddida kkawżata minn armi tan-nar konvertiti u riattivati u l-ħtieġa li jkun hemm standards komuni għoljin ta' diżattivazzjoni fl-UE u, barra minn hekk, osserva li kull parti essenzjali tal-arma tan-nar għandha tiġi mmarkata b'mod li tkun jista' tiġi ttraċċata jekk tinsteraq jew tintilef. L-espert wera li projbizzjoni ġenerali fuq armi tan-nar semi-awtomatiċi bbażata fuq il-kriterji ta' "xebh" hija problematika u mhux fattibbli biex l-Istati Membri jimplimentawha.

Espert mistieden ieħor dwar il-liċenzjar u t-testijiet mediċi xhed li xi livell bażiku ta' kontroll mediku (kemm tal-kapaċità fiżika kif ukoll ta' dik mentali) huwa meħtieġ biex tingħata liċenzja għal arma tan-nar, kif ukoll testijiet ta' segwitu fuq bażi regolari.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur tilqa' r-reviżjoni tad-Direttiva sabiex il-lakuni fil-leġiżlazzjoni eżistenti jistgħu jingħalqu u s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej tista' titjieb. Konsegwentement, ir-rapporteur tappoġġja l-maġġoranza tas-suġġerimenti fil-proposta tal-Kummissjoni. Madankollu, hemm partijiet li jeħtieġ li jiġu emendati sabiex il-leġiżlazzjoni l-ġdida tkun tinftiehem, effettiva, bilanċjata u proporzjonata.

Barra minn hekk, ir-rapporteur tixtieq jenfasizza bil-qawwa li din id-Direttiva, għalkemm l-għan huwa sigurtà aħjar għaċ-ċittadini, mhux qed tindirizza l-armi illegali u l-kriminalità organizzata u l-attività terroristika relatata magħhom, li huma biss żewġ tipi ta' problemi marbuta mal-armi tan-nar. Din hija aktar dwar l-evitar li l-armi tan-nar legali jispiċċaw fis-suq illegali, l-evitar tal-isparaturi furjużi, is-suwiċidji, l-omoċidji u inċidenti bl-armi tan-nar.

Ir-rapporteur jiddispjaċiha li l-Kummissjoni ma ppreżentatx valutazzjoni tal-impatt minn qabel. F'valutazzjoni tal-impatt il-Kummissjoni pereżempju setgħet tispeċifika t-tipi u l-ammonti ta' armi tan-nar milquta mill-proposta, ħaġa li kient tagħmilha aktar faċli biex il-Parlament jieħu pożizzjoni infurmata dwar il-kwistjoni.

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, irrapporteur tipproponi emendi partikolarment fir-rigward ta':

1.  il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (sabiex tinkludi mhux biss l-armi tan-nar, iżda wkoll il-komponenti essenzjali tagħhom u munizzjon);

2.  l-immarkar tal-komponenti essenzjali;

3.  id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar;

4.  l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri;

5.  il-bejgħ mill-bogħod;

6.  testijiet ta' adegwatezza għal dawk li japplikaw għal liċenzja;

7.  miżuri addizzjonali ta' sigurtà.

Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni tixtieq temenda l-Anness I tad-Direttiva sabiex fil-Kategorija A jiżdiedu "armi tan-nar awtomatiċi li ġew ikkonvertiti f'armi tan-nar semi-awtomatiċi" u "l-armi tan-nar taħt il-punti 1 sa 7 wara li jkunu ġew diżattivati", u konsegwentement tipprojbixxi tali armi tan-nar. Ir-rapporteur tappoġġja din id-dispożizzjoni.

Il-Kummissjoni tixtieq ukoll tressaq l-hekk imsejħa Kategorija B7 ta' "armi tan-nar semi-awtomatiċi għall-użu ċivili li jixbhu lill-armi b'mekkaniżmi semi-awtomatiċi" għall-Kategorija A. Ir-rapporteur tirrikonoxxi li din id-dispożizzjoni la m'hija komprensibbli u lanqas ma tista' tiġi implimentata fil-prattika fil-forma attwali tagħha, peress li ma tagħmilx distinzjoni bejn id-dehra fiżika u l-karatteristiċi tekniċi. Minflok is-sempliċi dehra ta' arma, il-kriterji tekniċi għandhom ikunu deċiżivi, bħall-enerġija tal-eċċitazzjoni tal-arma tan-nar, il-kalibru, il-possibilità li jitwaħħal kompartiment kbir għall-iskrataċ; jew proprjetajiet oħra li mhumiex iġġustifikati għal raġuni tajba bħal qabda tal-pistola, stokk li jintewa, sistemi ta' tkessiħ, etċ.. Ir-rapporteur tħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis mill-ġdid il-proposta tagħha dwar dan il-punt.

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jitlob lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  B'reazzjoni għall-atti terroristiċi li seħħew dan l-aħħar li wrew lakuni fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/477/KEE speċjalment fir-rigward tad-diżattivazzjoni tal-armi u fir-regoli dwar il-konvertibbiltà u l-immarkar, l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà adottata f'April 2015 u d-Dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Interni tad-29 ta' Awwissu 2015 sejħu għar-reviżjoni ta' din id-Direttiva u għal approċċ komuni dwar id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar bħala prevenzjoni kontra l-attivazzjoni mill-ġdid u l-użu mill-kriminali.

(2)  L-emendi għad-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE ma għandhomx jirriżultaw mill-fatt li tiġi implikata xi forma ta' konnessjoni bejn l-attakki terroristiċi riċenti u l-użu legali u l-pussess ta' armi tan-nar fl-Unjoni, b'mod partikolari minn kaċċaturi, persuni li jipprattikaw l-isport tal-isparar u l-kolletturi. Il-manifattura, il-kummerċ, il-pussess u l-użu ta' armi u munizzjon huma attivitajiet leġittimi, importanti mill-perspettiva tad-divertiment u sport u dik ekonomika, u huma relevanti għall-ħolqien tal-impjiegi u l-ġid fl-Unjoni.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Iż-żamma u l-iskambju ta' informazzjoni huma suġġetti għall-konformità mar-Regolament (UE) 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

_____________________

 

1a  Regolament 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE(ĠU L ...).

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fl-istess Direttiva 91/477/KEE hemm xi kwistjonijiet li jeħtieġ jittejbu.

(3)  Fl-istess Direttiva 91/477/KEE hemm xi kwistjonijiet li jeħtieġ jittejbu, b'mod proprozjonat, biex jiġi miġġieled itt-traffikar tal-armi għal skopijiet kriminali jew terroristiċi u biex tiġi promossa applikazzjoni armonizzata mill-Istati Membri.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-korpi responsabbli mill-aspetti kulturali u storiċi tal-armi u rikonoxxuti bħala tali mill-Istati Membri li huma stabbiliti fit-territorju tagħhom u li huma fil-pussess ta' armi tan-nar ikklassifikati fil-kategorija A mixtrija qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, għandhom mnejn ikunu jistgħu jżommu dawk l-armi tan-nar fil-pussess tagħhom jekk ikollhom awtorizzazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat u diment li dawk l-armi tan-nar ikunu ġew diżattivati.

(4)  Il-korpi u l-persuni, bħall-mużewijiet u l-kolletturi kkonċernati mill-aspetti kulturali, storiċi, xjentifiċi, tekniċi jew edukattivi tal-armi u rikonoxxuti bħala tali mill-Istati Membri li huma stabbiliti fit-territorju tagħhom għandhom ikunu jistgħu jżommu u jiksbu armi tan-nar ikklassifikati fil-kategorija A suġġett għall-awtorizzazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat u dment li dawk il-korpi jew il-persuni jkunu ħadu miżuri neċessarji biex jindirizzaw kwalunkwe riskji għas-sigurtà pubblika, inkluż permezz ta' ħżin sikur. Kwalunkwe awtorizzazzjoni bħal din għandha tqis is-sitwazzjoni speċifika, inklużi n-natura tal-kollezzjoni u l-iskopijiet tagħha.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-kolletturi għandhom jiġu koperti b'din id-Direttiva peress li ġew identifikati bħala sors possibbli għat-traffikar tal-armi tan-nar.

imħassar

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Sabiex jiġi evitat l-użu abbużiv tal-armi tan-nar, huwa meħtieġ li f'din id-Direttiva jiddaħħlu rekwiżiti minimi għal ħażna sikura tal-armi tan-nar. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe persuna li legalment tikseb jew tkun f'pussess ta' arma tan-nar jew munizzjon tintalab tieħu prekawzjonijiet raġonevoli sabiex tiżgura li l-arma tan-nar jew il-munizzjon ikunu sikuri minn telf jew serq u ma jkunux aċċessibbli għal partijiet terzi.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Minħabba r-riskju għoli li jiġu attivati mill-ġdid l-armi diżattivati ħażin u biex tiżdied is-sigurtà fl-Unjoni kollha, l-armi tan-nar diżattivati għandhom ikunu koperti b'din id-Direttiva. Barra minn hekk, għall-armi l-aktar perikolużi għandhom jiġu introdotti regoli aktar stretti sabiex jiżguraw li dawk l-armi tan-nar ma jkunux propjetà ta' xi ħadd u lanqas ma jiġu kkumerċjalizzati. Dawk ir-regoli għandhom japplikaw ukoll għall-armi tan-nar ta' dik il-kategorija anke wara li jiġu diżattivati. Jekk dawk ir-regoli ma jiġux rispettati, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa li jinkludu anke l-qerda ta' dawk l-armi tan-nar.

(7)  Minħabba r-riskju għoli li jiġu attivati mill-ġdid l-armi diżattivati ħażin u biex tiżdied is-sigurtà fl-Unjoni kollha, l-armi tan-nar diżattivati għandhom ikunu koperti b'din id-Direttiva. Jekk dawk ir-regoli ma jiġux rispettati, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa li jinkludu anke l-qerda ta' dawk l-armi tan-nar. F'dan ir-rigward għandu jitqies ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/24031a tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment.

 

__________________

 

1a ĠU L 333, 19.12.2015, p. 62.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-armi diżattivati, dawn għandhom jiġu rreġistrati f'reġistri nazzjonali.

(8)  Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà, id-diżattivazzjoni tal-armi diżattivati għandha tiġi rreġistrata f'reġistri nazzjonali li jiġu aġġornati regolarment u li jkunu aċċessibbli għall-forzi tal-ordni ta' kull Stat Membru.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Xi armi tan-nar semi-awtomatiċi jistgħu jiġu kkonvertiti faċilment f'armi tan-nar awtomatiċi, u għalhekk huma ta' theddida għas-sigurtà. Anke jekk ma jiġux konvertiti għall-kategorija "A", ċerti armi tan-nar semi-awtomatiċi jistgħu jkunu perikolużi ħafna meta l-kapaċità tagħhom li jiċċarġjaw ruħhom tkun għolja ħafna. Għalhekk, dawn l-armi semi-awtomatiċi għandhom jiġu pprojbiti mill-użu ċivili.

imħassar

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Biex l-immarkar ma jkunx jista' jitħassar faċilment u biex jiġi ċċarat fuq liema komponenti għandu jsir l-immarkar, għandhom jiġu introdotti regoli tal-Unjoni komuni.

(10)  Biex ikun evitat li l-immarkar jitħassar u biex jiġi ċċarat fuq liema komponenti għandu jsir l-immarkar, għandhom jiġu introdotti regoli tal-Unjoni komuni. Dawn ir-regoli għandhom iqisu l-materjali ġodda użati fil-manifattura tal-armi u l-iżvilupp tal-armi tridimensjonali. Huma għandhom iqisu wkoll l-armi importati.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 10 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji ta' sikurezza għall-ħżin u t-trasport tal-armi tan-nar; dawn il-kriterji għandhom ikunu adattati skont in-numru ta' armi tan-nar miżmuma u skont il-livell tagħhom ta' periklu.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-armi tan-nar jistgħu jintużaw għal ħafna aktar minn 20 sena. Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà, ir-rekords tagħhom għandhom jinżammu għal prejodu ta' żmien indeterminat sakemm tiġi ċċertifikata l-qerda tagħhom.

(11)  L-armi tan-nar jistgħu jintużaw għal ħafna aktar minn 20 sena. Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà, ir-rekords tagħhom għandhom jinżammu għal prejodu ta' żmien indeterminat sakemm tiġi ċċertifikata l-qerda tagħhom mill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-arranġamenti tal-bejgħ tal-armi tan-nar u tal-komponenti tagħhom b'komunikazzjoni mill-bogħod jistgħu jkunu ta' theddida serja għas-sigurtà peress li huma aktar diffiċli biex jiġu kkontrollati mill-metodi ta' bejgħ konvenzjonali, speċjalment biex issir verifika onlajn tal-legalità tal-awtorizzazzjonijiet. Għalhekk jixraq li l-bejgħ tal-armi u tal-komponenti b'mezzi ta' komunikazzjoni mill-bogħod, b'mod partikolari bl-Internet, ikun limitat għan-negozjanti u għas-sensara biss.

(12)  L-arranġamenti tal-bejgħ tal-armi tan-nar u tal-komponenti essenzjali tagħhom b'komunikazzjoni mill-bogħod jistgħu jkunu ta' theddid partikolari għas-sigurtà peress li huma aktar diffiċli biex jiġu kkontrollati mill-metodi ta' bejgħ konvenzjonali. Biex ikunu żgurati kontrolli adegwati jixraq li l-bejgħ tal-armi u tal-komponenti b'mezzi ta' komunikazzjoni mill-bogħod, b'mod partikolari bl-Internet, ikun limitat għan-negozjanti u għas-sensara biss, ħlief jekk it-trasferiment jew il-ġbir tal-arma tan-nar isir fil-bini ta' negozjant awtorizzat, f'għassa tal-pulizija lokali jew f'korp ieħor awtorizzat skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, jew jekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw b'mod ieħor li l-identitajiet, l-awtorizzazzjonijiet u d-dokumentazzjoni rispettiva tal-partijiet involuti jiġu verifikati u kkontrollati. Din id-dispożizzjoni hija bla ħsara għall-Istati membri biex jadottaw regoli iktar stretti fir-rigward tal-bejgħ privat tal-armi tan-nar mingħajr intermedjarji.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Barra minn hekk, ir-riskju li l-armi tal-allarm u tipi oħra ta' armi tal-isparar in bjank jiġu konvertiti f'armi tan-nar proprja huwa għoli, tant li f'xi atti terroristiċi ntużaw dawn l-armi kkonvertiti. Għaldaqstant huwa essenzjali li tiġi indirizzata l-problema tal-armi tan-nar konvertiti li jintużaw f'reati kriminali, l-aktar billi dawn jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva. Għandhom jiġu adottati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-armi tal-allarm u tas-sinjal kif ukoll għall-armi akustiċi u tas-salut biex jiġi żgurat li dawn ma jiġux konvertiti f'armi tan-nar.

(13)  Għandhom jiġu adottati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-armi tal-allarm u tas-sinjal kif ukoll għall-armi akustiċi u tas-salut biex jiġi żgurat li jkun impossibbli li dawn jiġu konvertiti f'armi tan-nar.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Sabiex jitjieb l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-elementi neċessarji għall-implimentazzjoni ta' sistema li tappoġġa dan l-iskambju tal-informazzjoni miżmuma fl-arkivji kompjuterizzati tar-rekords eżistenti fl-Istati Membri. Jekk ikun il-każ, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tista' tiġi akkumpanjata bi proposta leġiżlattiva li tqis l-istrumenti eżistenti relatati mal-iskambju ta' informazzjoni.

(14)  Sabiex jitjieb l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u t-traċċabbiltà tal-armi tan-nar, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-elementi neċessarji għall-implimentazzjoni ta' sistema li tippermetti aċċess obbligatorju mill-Istati Membri kollha għall-informazzjoni miżmuma fl-arkivji kompjuterizzati tar-rekords eżistenti fl-Istati Membri. Jekk ikun xieraq, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi akkumpanjata bi proposta leġiżlattiva li tqis l-istrumenti eżistenti relatati mal-iskambju ta' informazzjoni." Minbarra li tissodisfa l-ħtieġa li żżomm rendikont tal-armi miżmuma mill-individwi privati jew korpi oħrajn, skont il-liġi, tali sistema għandha tippermetti l-intraċċar tal-armi meta jinqabdu, jew jiġu mgħoddija lill-awtoritajiet jew jittieħdulhom mill-Stati Membri, u b'hekk ikun possibbli li tiżgura x'jiġri mill-armi sakemm jinqerdu, jerġgħu jintużaw, jew jitqiegħdu fis-suq mill-ġdid.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Sabiex jiġi żgurat l-iskambju xieraq ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija u rrifjutati, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta' att li jippermetti lill-Istati Membri joħolqu din is-sistema ta' skambju ta' informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija u rrifjutati. Huwa ta' importanza partikolari li, matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, waqt it-tħejjija u t-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(15)  Sabiex jiġi żgurat skambju xieraq ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija, dwar ir-rifjuti, dwar l-interruzzjonijiet u dwar kwalunkwe informazzjoni oħra msemmija f'din id-Direttiva,is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta' att li jagħmilha possibbli li l-Istati Membri joħolqu sistema ta' skambju ta' informazzjoni sistematika u obbligatorja bħal din bejn l-Istati Membri. Huwa ta' importanza partikolari li, matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, waqt it-tħejjija u t-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 1b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "komponent essenzjali" tfisser il-kanna tal-arma tan-nar, il-qafas, ir-riċevitur, is-slajd jew iċ-ċilindru, il-firroll jew il-blokka tal-kulatta, u kull apparat ieħor imfassal jew adattat biex inaqqas il-ħoss maħluq mill-isparar ta' arma tan-nar, li billi huma oġġetti separati, huma inklużi fil-kategorija tal-armi tan-nar li jiġu mmuntati fuqhom jew huma maħsuba li jiġu mmuntati fuqhom."

1b.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "komponent essenzjali" tfisser il-kanna tal-arma tan-nar, il-qafas, ir-riċevitur, is-slajd jew iċ-ċilindru, il-firroll jew il-blokka tal-kulatta, li billi huma oġġetti separati, huma inklużi fil-kategorija tal-armi tan-nar li jiġu mmuntati fuqhom jew huma maħsuba li jiġu mmuntati fuqhom.

Ġustifikazzjoni

Is-sajlensers mhumiex komponenti "essenzjali" u ż-żieda tagħhom bħali tali mhux ser iżżid is-sigurtà

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 1b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1e.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "sensar" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika, minbarra negozjant, li l-kummerċ jew in-negozju tagħha jikkonsisti kollu kemm hu jew parzjalment fix-xiri, il-bejgħ jew l-arranġament tat-trasferiment fi Stat Membru, minn Stat Membru għal ieħor jew fl-esportazzjoni għal pajjiż terz ta' armi kompletament assemblati, tal-partijiet u tal-munizzjon tagħhom."

1e.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "sensar" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, minbarra negozjant, li l-kummerċ jew in-negozju tagħha jikkonsisti kollu kemm hu jew parzjalment fix-xiri, il-bejgħ jew l-arranġament tat-trasferiment fi Stat Membru, minn Stat Membru għal ieħor jew fl-esportazzjoni għal pajjiż terz jew fl-importazzjoni lejn Stat Membru minn pajjiż terz ta' armi kompletament assemblati, tal-partijiet u tal-munizzjon tagħhom.

Ġustifikazzjoni

M'hemmx raġuni biex l-importazzjoni ta' armi tan-nar minn pajjiżi terzi għal Stat Membru ma tiddaħħalx fil-kamp ta' applikazzjoni ta' attività ta' sensar.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 –punt c

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 1h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1h.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "repliki ta' armi tan-nar" tfisser oġġetti li għandhom l-apparenza fiżika ta' arma tan-nar iżda li jkunu manifatturati b'tali mod li ma jistgħux jiġu konvertiti biex jisparaw jew biex jimbuttaw balal jew projettili bl-azzjoni ta' propellant kombustibbli.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni ta' replika li tirreferi għal oġġetti li għandhom dehra esterna ta' arma tan-nar u ma jistgħux jiġu kkonvertiti biex jisparaw balla tirreferi għal oġġett li lanqas biss huwa ipotetikament arma tan-nar u b'hekk m'għandu l-ebda post fid-Direttiva dwar l-Armi tan-Nar u ma għandux jiġi kopert minnha. Fid-Direttiva m'hemmx bżonn ta' dispożizzjonijiet li jkopru l-ġugarelli, oġġetti dekorattivi eċċ.. Barra minn hekk, il-kriterju mhux preċiż tad-dehra esterna jagħmilha diffiċli biex issir distinzjoni bejn ir-repliki u oġġetti oħrajn.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 –punt c

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 1i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1i.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva "armi tan-nar diżattivati" tfisser armi tan-nar li ġew modifikati bil-għan li ma jkunu jistgħu jintużaw qatt aktar permezz tad-diżattivazzjoni, fejn il-partijiet kollha essenzjali tal-arma tan-nar ikunu definittivament inoperabbli u impossibbli li jiġu maqlugħa, sostitwiti jew mibdula sabiex tiġi attivata mill-ġdid l-arma tan-nar."

1i.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva "armi tan-nar diżattivati" tfisser armi tan-nar li ġew modifikati bil-għan li ma jkunu jistgħu jintużaw qatt aktar permezz tad-diżattivazzjoni, fejn il-partijiet kollha essenzjali tal-arma tan-nar ikunu definittivament inoperabbli u impossibbli li jiġu maqlugħa, sostitwiti jew mibdula sabiex tiġi attivata mill-ġdid l-arma tan-nar, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/24031a tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki ta' diżattivazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jsiru inoperabbli irreversibilment.

 

__________________

 

1a  ĠU L 333, 19.12.2015, p. 62.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 a (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a)  Il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1.  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-ġarr ta' armi, il-kaċċa jew l-isparar fuq bersalji.

"1.  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-ġarr ta' armi, il-kaċċa jew l-isparar fuq bersalji, jew għal leġiżlazzjoni aktar stretta dwar il-bejgħ illegali tal-armi."

Ġustifikazzjoni

Din id-direttiva trid iżżid it-traċċabbiltà transkonfinali u t-trasparenza tal-pussess u l-bejgħ tal-armi kif ukoll tippermetti ġlieda attiva kontra t-traffikar illegali tal-armi.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-akkwist jew għall-pussess ta' armi jew ta' munizzjon, skont il-liġi nazzjonali, mill-forzi armati, mill-pulizija u mill-awtoritajiet pubbliċi. Lanqas ma għandha tapplika għat-trasferimenti kummerċjali ta' armi u munizzjon tal-gwerra.

2.  Din id-Direttiva ma tapplikax għall-akkwist jew għall-pussess ta' armi jew munizzjoni, skont il-liġi nazzjonali, mill-forzi armati, il-pulizija, u l-awtoritajiet pubbliċi jew minn kolletturi u korpi interessati fl-aspetti kulturali jew storiċi tal-armi u li huma rikonoxxuti bħala tali mill-Istat Membru li huma stabbiliti fit-territorju tagħhom. La ma għandha tapplika għat-trasferimenti kummerċjali ta' prodotti tal-industrija tad-difiża, u lanqas għall-akkwist jew il-pussess ta' dawk l-armi tan-nar u munizzjon li huma soġġetti għal awtorizzazzjoni, reġistrazzjoni jew dikjarazzjoni skont il-liġi nazzjonali, minn mużewijiet u kolletturi li huma rikonoxxuti bħala tali mill-Istat Membru li huma stabbiliti fit-territorju tagħhom.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  L-Istati Membri li joħolqu jew ħolqu status speċjali għall-kolletturi jiddefinixxu d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull arma tan-nar jew parti tagħha li titqiegħed fis-suq tkun immarkata u rreġistrata b'konformità ma' din id-Direttiva.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe arma tan-nar jew komponent essenzjali tagħha manifatturati wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva jkunu ġew immarkati b'mod permanenti u rreġistrati mingħajr dewmien wara l-manifattura jew l-importazzjoni qabel ma jitqiegħdu fis-suq b'konformità ma' din id-Direttiva.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-finijiet tal-identifikazzjoni u t-traċċar ta' kull arma tan-nar immuntata, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li hi u tiġi mmanifatturata arma tan-nar, inkella meta tiġi impurtata fl-Unjoni, din issirilha marka unika li tkun tinkludi l-isem tal-manifattur, il-pajjiż jew il-post tal-manifattura, in-numru tas-serje u s-sena tal-manifattura, sakemm din ma tkunx diġà parti min-numru tas-serje. Dan għandu jkun bla ħsara għaż-żieda tal-marka kummerċjali tal-manifattur.

2.  Għall-finijiet tal-identifikazzjoni u t-traċċar ta' kull arma tan-nar immuntata u tal-komponenti tagħha, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kulmeta tiġi mmanifatturata arma tan-nar jew kull komponent essenzjali ta' dik l-arma tan-nar jew meta tiġi impurtata fl-Unjoni, din issirilha marka unika li tkun tinkludi l-isem tal-manifattur, il-pajjiż jew il-post tal-manifattura, in-numru tas-serje u s-sena tal-manifattura, sakemm din ma tkunx diġà parti min-numru tas-serje u t-tip jew il-mudell tal-arma kif ukoll il-kalibru tagħha. Dan għandu jkun bla ħsara għaż-żieda tal-marka kummerċjali tal-manifattur.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-immarkar għandu jsir fuq ir-riċevitur tal-arma tan-nar.

imħassar

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-ħin tat-trasferiment ta' arma tan-nar mill-ħażniet governattivi għall-użu ċivili permanenti, din l-arma jkollha marka unika li tippermetti lill-Istati jidentifikaw faċilment il-gvern ta' dan it-trasferiment.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-ħin tat-trasferiment ta' arma tan-nar jew kwalunkwe parti mill-komponenti essenzjali tagħha mill-ħażniet governattivi għall-użu ċivili permanenti, din l-arma jkollha marka unika li tippermetti lill-Istati jidentifikaw faċilment il-gvern ta' dan it-trasferiment.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw l-attività ta' negozjant jew ta' sensar tal-armi fit-territorju tagħhom jekk ikollhom awtorizzazzjoni, li tingħata abbażi ta' mill-inqas verifika tal-integrità privata u professjonali u tal-kapaċitajiet tan-negozjant jew tas-sensar. Fil-każ ta' persuna ġuridika, il-verifika għandha ssir fuq il-persuna ġuridika u fuq il-persuna li tkun qiegħda tmexxi l-impriża.

3.  L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw l-attività ta' negozjant jew ta' sensar tal-armi fit-territorju tagħhom jekk ikollhom awtorizzazzjoni, li tingħata abbażi ta' mill-inqas verifika tal-integrità privata u professjonali u tal-kapaċitajiet tan-negozjant jew tas-sensar, u wkoll fuq it-trasparenza tal-attività kummerċjali. Fil-każ ta' persuna ġuridika, il-verifika għandha ssir fuq il-persuna ġuridika u fuq il-persuna li tkun qiegħda tmexxi l-impriża.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Dan l-arkivju tar-rekords għandu jirreġistra t-tip, l-għamla, il-mudell, il-kalibru u n-numru tas-serje tal-arma tan-nar kif ukoll l-ismijiet u l-indirizzi tal-fornitur u tal-persuna li takkwista jew tieħu pussess tal-arma tan-nar. Ir-rekords tal-armi tan-nar, inklużi l-armi tan-nar diżattivati, għandhom jinżammu sakemm l-awtoritajiet kompetenti jiċċertifikaw il-qerda tal-arma tan-nar."

"Dan l-arkivju tar-rekords għandu jirreġistra, b'mod partikolari, it-tip, l-għamla, il-mudell, il-kalibru u n-numru tas-serje tal-arma tan-nar kif ukoll l-ismijiet u l-indirizzi tal-fornitur u tal-persuna li takkwista jew tieħu pussess tal-arma tan-nar. Ir-rekords tal-armi tan-nar, jinżammu matul perjodu ta' żmien indefinit sakemm l-awtoritajiet kompetenti jiċċertifikaw il-qerda tal-arma tan-nar.

 

Sa mhux aktar tard minn [data] l-Istati Membri jiżguraw l-aċċess dirett għall-informazzjoni inkluża fir-reġistri nazzjonali tagħhom għall-awtoritajiet awtorizzati tal-Istati Membri kollha. Għal dan il-għan huma jaħtru l-awtorità investigattiva li tippermetti dan l-aċċess u jikkomunikawha lill-Kummissjoni."

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 4b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-sistema msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi mill-inqas verifika tal-integrità privata u professjonali u tal-kapaċitajiet tan-negozjant jew tas-sensar. Fil-każ ta' persuna ġuridika, il-verifika għandha ssir fuq il-persuna ġuridika u fuq il-persuna li tkun qiegħda tmexxi l-impriża.

2.  Is-sistema msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi mill-inqas verifika tal-integrità privata u professjonali u tal-kapaċitajiet tan-negozjant jew tas-sensar kif ukoll kontroll tat-trasparenza tal-attività kummerċjali. Fil-każ ta' persuna ġuridika, il-verifika għandha ssir fuq il-persuna ġuridika u fuq il-persuna li tkun qiegħda tmexxi l-impriża.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikollhom mill-inqas 18-il sena, ħlief fil-każ tal-pussess ta' armi tan-nar għall-kaċċa u għall-isparar fuq bersalji, bil-kundizzjoni li f'dak il-każ il-persuni li ma jkollhomx 18-il sena jkunu kisbu l-permess tal-ġenituri, jew ikollhom il-gwida tal-ġenituri jew il-gwida ta' adult li jkollu liċenzja valida tal-armi tan-nar jew tal-kaċċa jew ikunu f’ċentru ta' taħriġ liċenzjat jew approvat xort'oħra;

(a)  ikollhom mill-inqas 18-il sena, ħlief fil-każ tal-akkwist, minbarra bix-xiri, u l-pussess ta' armi tan-nar għall-kaċċa u għall-isparar fuq bersalji, bil-kundizzjoni li f'dak il-każ il-persuni li ma jkollhomx 18-il sena jkunu kisbu l-permess tal-ġenituri, jew ikollhom il-gwida tal-ġenituri jew il-gwida ta' adult li jkollu liċenzja valida tal-armi tan-nar jew tal-kaċċa jew ikunu f’ċentru ta' taħriġ liċenzjat jew approvat xort'oħra;

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni ħassret it-test, li reġa' ġie introdott mill-ġdid minn din l-emenda, mingħajr ġustifikazzjoni xierqa. L-eċċezzjoni estremament limitata u strettament ikkontrollata li permezz tagħha l-Istati Membri jistgħu jippermettu lil ċerti minorenni jkollhom armi tan-nar hija meħtieġa fl-organizzazzjoni ta' ċerti tipi ta' edukazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-forestrija. Barra minn hekk ma tagħmilx sens li dawn il-minorenni jkunu f'pussess ta' armi tan-nar iżda ma jkollhomx permess jakkwistaw dawn l-istess armi tan-nar. Dawn l-armi tan-nar huma miżmuma taħt kontroll strett.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  aktarx ma jkunux ta' periklu għalihom infushom, għall-ordni pubblika jew għas-sikurezza pubblika; jekk persuna tkun instabet ħatja ta' reat vjolenti intenzjonat, dan għandu jitqies bħala indikattiv ta' periklu bħal dan.

(b)  aktarx ma jkunux ta' periklu għalihom infushom u għall-oħrajn, għall-ordni pubbliku jew għas-sikurezza pubblika; jekk persuna tkun instabet ħatja ta' reat vjolenti intenzjonat, dan għandu jitqies bħala indikattiv ta' periklu bħal dan.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  jimpenjaw ruħhom biex iżommu l-armi tagħhom skont il-kriterji tal-ħżin u tat-trasport stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih huma jkunu joqogħdu u kif imsemmi fl-Artikolu 5(1a).

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju tas-serq tal-armi tan-nar li jappartjenu għall-kategorija B miżmuma minn individiwi, l-Istati Membri jistabbilixxu kriterji ta' sikurezza għall-ħżin, għall-pussess u għat-trasport ta' armi tan-nar u ta' munizzjon. Dawn il-kriterji għandhom ikunu adattati skont kemm huma perikolużi l-armi tan-nar u skont in-numru tal-armi tan-nar miżmuma.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprovdu testijiet mediċi standard għall-ħruġ jew għat-tiġdid ta' awtorizzazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1 u jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet jekk xi waħda mill-kundizzjonijiet ipprovduti ma tkunx issodisfata.

imħassar

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Din id-Direttiva hija bla ħsara għas-sjieda ta' armi tan-nar u munizzjon miksuba permezz ta' wirt; L-Istati Membri jirristrinġu l-pussess ta' dawn l-armi tan-nar minn sidien li mhumiex awtorizzati kif xieraq.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tiġi solvuta s-sitwazzjoni ta' persuni mingħajr awtorizzazzjoni xierqa li jakkwistaw armi tan-nar permezz ta' wirt, li huwa fatt indipendenti mir-rieda tagħhom. Filwaqt li għandu jiġi ristrett il-pussess tagħhom u l-użu ta' tali arma tan-nar, ma għandux ikun hemm dubju fuq is-sempliċi fatt tas-sjieda tagħhom u ċerti drittijiet derivati minnhom, bħall-kapaċità legali tagħhom biex ibigħu l-arma tan-nar.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Sakemm tiġi segwita l-proċedura korretta għat-test, m'għandu jkun hemm ebda responsabbiltà fuq l-awtorità jew l-persuna li qed imexxu t-test ta' adegwatezza fir-rigward tal-azzjonijiet ta' persuna soġġetta għal dak it-test.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 5 – paragrafu 2c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c)  L-Istati Membri jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jekk kwalunkwe kundizzjoni li tinsab f'dan l-Artikolu ma tibqax issodisfata.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa biex jipprojbixxu l-akkwist u l-pussess tal-armi tan-nar u tal-munizzjon ikklassifikati fil-Kategorija A u biex jeqirdu dawk l-armi tan-nar u l-munizzjon li jiksru din id-dispożizzjoni u jissekwestrawhom.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa biex jipprojbixxu l-akkwist u l-pussess tal-armi tan-nar u tal-munizzjon ikklassifikati fil-Kategorija A u biex jeqirdu dawk l-armi tan-nar u l-munizzjon li jiksru din id-dispożizzjoni u jissekwestrawhom. F'każijiet speċjali għall-iskopijiet ta' difiża nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-awtorizzazzjonijiet għal tali armi tan-nar u munizzjon meta dan ma jmurx kontra s-sigurtà pubblika jew l-ordni pubbliku.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 6 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-korpi kkonċernati bl-aspetti kulturali u storiċi tal-armi u rikonoxxuti bħala tali mill-Istat Membru li huma stabbiliti fit-territorju tiegħu biex iżommu fil-pussess tagħhom armi tan-nar ikklassifikati fil-Kategorija A mixtrija qabel [id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], diment li dawn ikunu ġew diżattivati skont id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 10(b).

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-korpi u lill-persuni kkonċernati bl-aspetti kulturali, storiċi, tekniċi jew edukattivi tal-armi u rikonoxxuti bħala tali mill-Istat Membru li huma stabbiliti fit-territorju tiegħu biex iżommu fil-pussess tagħhom armi tan-nar u munizzjon ikklassifikati fil-Kategorija A mixtrija qabel [id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], diment li dawn ikunu ġew diżattivati bi qbil mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 jew ikunu ġew eżentati mid-diżattivazzjoni fuq il-bażi tal-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u storiku, jew aspetti xjentifiċi, tekniċi jew edukattivi, u jekk ikun jista' jintwera li l-ħażna tagħhom ma tpoġġix is-sikurezza u s-sigurtà pubblika jew l-ordni pubblika f'riskju.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-akkwist tal-armi tan-nar u tal-partijiet tagħhom u tal-munizzjon li jikkonċernaw il-Kategoriji A, B u C b'mezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod, kif iddefinit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*), għandu jiġi awtorizzat biss għan-negozjanti u għas-sensara u għandu jkun soġġett għall-kontrolli stretti tal-Istati Membri.

L-akkwist tal-armi tan-nar u tal-komponenti essenzjali li jikkonċernaw il-Kategoriji A, B u C b'mezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod, kif iddefinit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*), għandu jiġi awtorizzat biss għan-negozjanti u għas-sensara u għandu jkun soġġett għall-kontrolli stretti tal-Istati Membri.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-tqassir ta' arma tan-nar twila permezz tal-modifika ta' komponent essenzjali wieħed jew aktar tagħha li tirriżulta fid-definizzjoni mill-ġdid tagħha bħala arma tan-nar qasira għandha titqies bħala manifattura, u għalhekk hija illegali sakemm ma tkunx saret minn negozjant jew armier.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 a (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Fl-Artikolu 7 jiżdied is-subparagrafu li ġej mal-paragrafu 3:

 

Id-data dwar l-armi tan-nar li jappartjenu għall-kategorija B, kif ukoll kwalunkwe deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni jew ta' rifjut ta' akkwist u ta' pussess ta' dawn l-armi tan-nar jiġu rreġistrati fl-arkivji kompjuterizzati tar-rekords miżmuma fl-Istati Membri u jkunu direttament aċċessibbli mill-awtoritajiet awtorizzati tal-Istati Membri kollha.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 7 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Fl-Artikolu 7 jiżdied is-subparagrafu li ġej mal-paragrafu 4:

imħassar

"Il-limiti massimi ma għandhomx jaqbżu l-ħames snin. L-awtorizzazzjoni tista' tiġġedded jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom tkun ingħatat l-istess awtorizzazzjoni."

 

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda ta' limitu taż-żmien obbligatorju mal-permessi timplika ammonti enormi ta' burokrazija addizzjonali għall-awtoritjiet u għad-detenturi legali tal-armi tan-nar bl-istess mod mingħajr ma tiġi mtejba s-sigurtà. Dawn ir-riżorsi jintefqu aħjar fil-ġlieda kontra l-armi tan-nar illegali.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 10a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-armi tal-allarm u tas-sinjal kif ukoll l-armi akustiċi u tas-salut ma jkunux jistgħu jiġu konvertiti f'armi tan-nar.

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha neċessarji fir-rigward tal-manifatturi u n-negozjanti tal-armi biex jiżguraw li l-armi tal-allarm u tas-sinjal kif ukoll l-armi akustiċi u tas-salut ma jkunux jistgħu jiġu konvertiti f'armi tan-nar. L-Istati Membri jiżguraw ukoll li dawn l-armi jiġu mmarkati skont l-Artikolu 4(1) ta' din id-Direttiva u jiġu rreġistrati fl-arkivji kompjuterizzati tar-rekords miżmuma mill-Istati Membri.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 10a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi għall-armi tal-allarm u tas-sinjal kif ukoll għall-armi akustiċi u tas-salut biex jiġi żgurat li dawn ma jiġux konvertiti f'armi tan-nar.

L-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-armi tal-allarm u tas-sinjal kif ukoll l-armi akustiċi u tas-salut ma jkunux jistgħu jiġu konvertiti f'armi tan-nar. Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13a(2) ta' din id-Direttiva, toħroġ standards komuni ta' konverżjoni sal-31 ta' Diċembru 2016 li jiżguraw li kwalunkwe konverżjoni ta' arma tan-nar li tibdel il-kategorija tagħha tkun saret b'mod li trendi tali konverżjoni irreversibbli.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 10b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti biex awtorità kompetenti tivverifika d-diżattivazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-modifiki li jkunu saru fuq arma tan-nar ikunu għamluha inoperabbli b'mod irriversibbli. L-Istati Membri, fil-kuntest tal-verifika msemmija, għandhom jipprevedu l-ħruġ ta' ċertifikat jew ta' dokument li jixhed li l-arma tan-nar tkun ġiet diżattivata jew li ssir marka viżibbli b’mod ċar fuq l-arma tan-nar li tixhed dan.

B'kunsiderazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni 2015/24031a tal-15 ta' Diċembru 2015, l-Istati Membri jagħmlu arranġamenti biex awtorità kompetenti tivverifika d-diżattivazzjoni sabiex tiżgura li l-modifiki li jkunu saru fuq arma tan-nar ikunu għamluha inoperabbli b'mod irreversibbli. L-Istati Membri, fil-kuntest tal-verifika msemmija, jipprevedu l-ħruġ ta' ċertifikat u rekord li jixhdu li l-arma tan-nar tkun ġiet diżattivata u li ssir marka viżibbli b’mod ċar fuq l-arma tan-nar li tixhed dan fuq kull komponent essenzjali tal-arma diżattivata.

 

L-Istati Membri jaħtru l-awtorità kompetenti għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar u jinnotifikawha lill-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn [data].

 

__________________

 

1a ĠU L 333, 19.12.2015, p. 62.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 10b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta standards u tekniki tad-diżattivazzjoni biex tiżgura li l-armi tan-nar diżattivati jkunu inoperabbli b'mod irriversibbli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13b(2).

imħassar

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 10c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-ħżin sikur ta' armi tan-nar u munizzjon taħt il-Kategoriji A, B u C li jissodisfaw standards li jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, filwaqt li jiżguraw li l-armi tan-nar u l-munizzjon jinżammu b'tali mod li jimminimizzaw kwalunkwe riskju li persuni mhux awtorizzati jkollhom aċċess għalihom.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 10d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Armi ta' ħażna eċċessiva b'dazju fil-Kategorija A, mill-pulizija, mid-dwana u mill-militari huma irreversibbilment diżattivati skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 tal-15 ta' Diċembru 2015, b'eċċezzjoni għal trasferimenti b'konformità mal-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 6(1) jew (2).

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Minbarra l-ħtieġa ta' sistema ta' reġistrazzjoni tal-armi miżmuma minn individwi jew entitajiet, skont il-liġi, kull Stat Membru għandu jżomm reġistru li jiżgura t-traċċabilità u l-kontroll tal-armi kkonfiskati mill-awtoritajiet, jew iddikjarati bħala mgħoddija lill-Istat, minn meta jiġu kkonsenjati jew ikkonfiskati sakemm eventwalment jinqerdu, jintużaw mill-awtoritajiet jew jerġgħu jitqiegħdu fis-suq.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 9

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 13 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għat-trasferimenti tal-armi tan-nar fi Stat Membru ieħor kif ukoll informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet irrifjutati kif iddefinit fl-Artikolu 7.

4.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw b'mezzi elettroniċi informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għat-trasferimenti tal-armi tan-nar fi Stat Membru ieħor kif ukoll informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet irrifjutati kif iddefinit fl-Artikolu 7 sa mhux aktar tard minn [data] u bi qbil mar-Regolament (UE) 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

___________________

 

laRegolament (UE) 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE(ĠU L ...).

Ġustifikazzjoni

L-iskambju ta' informazzjoni għandu jkun effettiv u f'konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 17 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull ħames snin il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li, jekk ikun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposti li jikkonċernawb'mod partikolari l-kategoriji tal-armi tan-nar tal-Anness I u l-kwistjonijiet relatati mat-teknoloġiji l-ġodda bħall-istampar 3D. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Kull ħames snin il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż kontroll tal-idoneità tad-dispożizzjonijiet il-ġodda li, jekk ikun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposti li jikkonċernaw b'mod partikolari l-kategoriji tal-armi tan-nar tal-Anness I u l-kwistjonijiet relatati mad-disinn modulari tal-armi u mat-teknoloġiji l-ġodda bħall-istampar 3D. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Direttiva 91/477/KEE

Artikolu 17 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa [data] il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-elementi neċessarji ta' sistema għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri li tinsab fl-arkivji kompjuterizzati tar-rekords imsemmija fl-Artikolu 4(4). Jekk ikun xieraq, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi akkumpanjata bi proposta leġiżlattiva li tqis l-istrumenti eżistenti relatati mal-iskambju ta' informazzjoni.

Sa [data] il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-elementi neċessarji ta' sistema li tippermetti l-aċċess ta' kull Stat Membru għall-informazzjoni bejn l-Istati Membri li tinsab fl-arkivji kompjuterizzati tar-rekords imsemmija fl-Artikolu 4(4). Jekk ikun xieraq, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi akkumpanjata bi proposta leġiżlattiva li tqis l-istrumenti eżistenti relatati mal-iskambju ta' informazzjoni.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Direttiva 91/477/KEE

ANNESS I – parti II

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Fl-Anness I tad-Direttiva 91/477/KE, il-parti II hija emendata kif ġej:

imħassar

(a)  il-punt A huwa emendat kif ġej:

 

(i)  fil-Kategorija A, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

 

‘6  Armi tan-nar awtomatiċi li ġew ikkonvertiti f'armi tan-nar semi-awtomatiċi;

 

7  Armi tan-nar semi-awtomatiċi għall-użu ċivili li jixbhu lill-armi b'mekkaniżmi semi-awtomatiċi;

 

8  L-armi tan-nar taħt il-punti 1 sa 7 wara li jkunu ġew diżattivati."

 

(ii)  fil-Kategorija B, jitħassar il-punt 7.

 

(iii)  fil-Kategorija C, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

 

‘5  Armi tal-allarm u tas-sinjal, armi akustiċi u tas-salut kif ukoll repliki;

 

L-armi tan-nar taħt il-Kategorija B u l-punti 1 sa 5 tal-Kategorija C, wara li jkunu ġew diżattivati."

 

(b)  fil-punt B jitħassar it-test li ġej:

 

"Il-mekkaniżmu tal-għeluq, iċ-chamber u l-kanna tal-arma tan-nar, li filwaqt li huma separati, huma inklużi fil-kategorija tal-armi tan-nar fejn huma jew huma maħsuba li jiġu mmuntati."

 

Ġustifikazzjoni

Il-modifika proposta tkun ta' ħsara għall-kapaċitajiet ta' difiża komprensivi ta' ċerti Stati Membri.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 a (ġdid)

Direttiva 91/477/KEE

Anness I – parti II – punt A – Kategorija C – punt 5

 

Test fis-seħħ  

Emenda

 

(13 a)  Fl-Anness I tad-Direttiva 91/477/KE, il-parti II hija emendata kif ġej:

 

Fil-Kategorija C, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

5.  Armi tal-allarm u tas-sinjal, armi akustiċi u tas-salut kif ukoll repliki;

5.  Armi tan-nar taħt il-Kategoriji A, B u l-punti 1 sa 4 tal-Kategorija C, wara li jkunu ġew ikkonvertiti f'armi tal-allarm, tas-sinjal, tas-salut, armi akustiċi, tal-gass, tal-paintball jew tal-airsoft, Flobert, jew armi bil-kappa ta' perkussjoni (percussion lock).

Ġustifikazzjoni

We see no reason for alarm and signal weapons, salute and acoustic weapons to be included in category C, if they were originally produced as such (i.e. not by conversion from live ammunition). Provided that they have been approved and homologated to enter the market (which typically also includes safety checks), they should stay outside of the scope of the Directive. Regarding firearms converted to alarm, signal weapons etc., this proposal aims to close the loophole that was probably previously used by terrorists and criminals, who converted them back to live ammunition. Including them in category C acts as a preventive measure from their conversion back to the original state, as making them subject to declaration would make them traceable, and therefore uninteresting for committing crimes.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi

Referenzi

COM(2015)0750 – C8-0358/2015 – 2015/0269(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

14.12.2015

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

14.12.2015

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

28.4.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Bodil Valero

10.12.2015

Eżami fil-kumitat

14.1.2016

17.3.2016

21.4.2016

9.5.2016

Data tal-adozzjoni

9.5.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

6

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Malin Björk, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Péter Niedermüller, Soraya Post, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Bodil Valero, Harald Vilimsky, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Janice Atkinson, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Gérard Deprez, Petr Ježek, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Ska Keller, Miltiadis Kyrkos, Jean Lambert, Gilles Lebreton, Jeroen Lenaers, Nuno Melo, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Petri Sarvamaa, Barbara Spinelli, Josep-Maria Terricabras, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Geoffrey Van Orden, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eugen Freund, Georgi Pirinski

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi

Referenzi

COM(2015)0750 – C8-0358/2015 – 2015/0269(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

18.11.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

14.12.2015

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

14.12.2015

INTA

14.12.2015

LIBE

14.12.2015

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

1.2.2016

INTA

1.12.2015

 

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

28.4.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Vicky Ford

7.12.2015

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.2.2016

15.3.2016

20.4.2016

24.5.2016

 

14.6.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

13.7.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

10

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Anna Maria Corazza Bildt, Nicola Danti, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Jiří Maštálka, Marlene Mizzi, Margot Parker, Eva Paunova, Jiří Pospíšil, Marcus Pretzell, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Richard Sulík, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Mihai Ţurcanu

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Birgit Collin-Langen, Edward Czesak, Elisabetta Gardini, Jussi Halla-aho, Franz Obermayr, Julia Reda, Sabine Verheyen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

James Carver, Caterina Chinnici, Anneli Jäätteenmäki, Gesine Meissner, Judith Sargentini

Data tat-tressiq

2.8.2016