RAPPORT dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali

    3.8.2016 - (2016/2010(INI))

    Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
    Rapporteur: Markus Ferber


    Proċedura : 2016/2010(INI)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    A8-0254/2016
    Testi mressqa :
    A8-0254/2016
    Testi adottati :

    MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali

    (2016/2010(INI))

    Il-Parlament Ewropew,

    –  wara li kkunsidra l-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jirrigwardaw il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu provduti servizzi fl-Unjoni,

    –  wara li kunsidra l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni li japplikaw għal impriżi,

    –  wara li kkunsidra l-Artikolu 14 tat-TFUE,

    –  wara li kkunsidra l-Protokoll 26 tat-TFUE dwar servizzi ta' interess ġenerali,

    –  wara li kkunsidra d-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz[1], kif emendata bid-Direttivi 2002/39/KE u 2008/6/KE (minn hawn 'il quddiem "id-Direttiva dwar is-Servizzi Postali"),

    –  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Awwissu 2010 li tistabbilixxi l-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Posta[2],

    –  wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE[3],

    –  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE[4],

    –  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5],

    –  wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data[6],

    –  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-17 ta' Novembru 2015 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali (COM(2015)0568), u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjah (SWD(2015)0207),

    –  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2015 bit-titolu "Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa" (COM(2015)0192),

    –  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2013 bit-titolu "Pjan direzzjonali dwar l-ikkompletar tas-suq uniku għall-konsenja tal-pakketti: It-tiswir tal-fiduċja fis-servizzi ta' konsenja u l-għoti ta' spinta lill-bejgħ onlajn" (COM(2013)0886)

    –  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2012 bl-isem "Suq integrat għall-konsenja tal-pakketti għat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku fl-UE" (COM(2012)0698),

    –  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2012 bl-isem "Qafas koerenti għall-bini ta' fiduċja fis-Suq Uniku Diġitali tal-kummerċ elettroniku u tas-servizzi online" (COM(2011)0942),

    –  wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2011 bit-titolu "Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti" (COM(2011)0144),

    –  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2014 dwar suq integrat għall-konsenja tal-pakketti għat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku fl-UE[7],

    –  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 bit-titolu Lejn Att dwar is-Suq Uniku Diġitali[8],

    –  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu

    –  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali kif ukoll tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0254/2016),

    A.  billi s-suq postali għadu qasam tal-ekonomija bi prospetti sodi għal tkabbir u żieda fil-kompetizzjoni, minkejja li bejn l-2012 u l-2013 is-servizzi tal-posta tal-ittri naqsu b'4.85 % bħala medja fl-UE skont il-Bażi tad-Data tal-Istatistiki Postali tal-Kummissjoni Ewropea, li huwa konsistenti mat-tnaqqis fil-volum tal-ittri matul l-aħħar 10 snin, fil-biċċa l-kbira minħabba l-proċess ta' sostituzzjoni elettronika;

    B.  billi l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali għenet lis-swieq domestiċi jinfetħu għall-kompetizzjoni fis-swieq tal-ittri, iżda l-iżvilupp mexa bil-mod u ma wassalx għat-tlestija tas-suq intern għas-servizzi postali, u s-settur f'ħafna mill-Istati Membri għadu ddominat mill-fornituri ta' servizz universali;

    C.  billi l-użu tal-ICT kontinwament itejjeb is-servizzi postali billi jipprovdi opportunitajiet għall-innovazzjoni u lok ta' espansjoni tas-suq;

    D.  billi kompetituri ġodda ffukaw prinċipalment fuq klijenti kummerċjali kbar u żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni;

    E.  billi s-suq tal-konsenja tal-pakketti huwa settur kompetittiv ħafna, innovattiv u qed jikber b'rata mgħaġġla: bi tkabbir ta' 33 % bejn l-2008 u l-2011 f'dak li hu volum, u billi l-kummerċ elettroniku huwa fattur li jixpruna dan it-tkabbir;

    F.  billi l-użu mifrux ta' sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (drones) jipprevedi modi ta' konsenja tal-pakketti li huma ġodda, rapidi, effiċjenti u ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, speċjalment f'żoni b'densità baxxa ta' popolazzjoni, żoni iżolati u żoni distanti;

    G.  billi l-konsumaturi u n-negozji ż-żgħar jirrapportaw li l-problemi rigward il-konsenja tal-pakketti, b'mod partikolari l-prezzijiet għoljin, iżommuhom milli jbigħu u jixtru aktar minn Stati Membri oħra;

    I.  Servizz universali: it-tisħiħ tal-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali

    1.  Jinnota li filwaqt li l-istandards minimi assoċjati mal-obbligu ta' servizz universali (oġġetti postali sa 2 kg, pakketti postali sa bejn 10 u 20 kg, oġġetti reġistrati u assigurati, u servizzi oħra ta' interess ekonomiku ġenerali bħalma huma l-gazzetti u r-revisti), regolati fl-UE b'mod partikolari billi jiggarantixxu firxa minima essenzjali ta' servizzi f'kull parti tal-UE, mingħajr ma jżommu lill-Istati Membri milli japplikaw standards ogħla, ġeneralment jissodisfaw it-talbiet tal-klijienti, ċerti rekwiżiti dettaljati, li mhumiex soġġetti għal regolamentazzjoni fil-livell tal-UE, huma ġustament stabbiliti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fdati b'dan il-kompitu;

    2.  Jinnota li l-kompitu primarju tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali hu li jintlaħaq l-objettiv ġenerali tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali li jiżgura l-provvediment sostenibbli tas-servizz universali; jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw ir-rwol u l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali permezz ta' kriterji ta' kwalifika professjonali għolja għall-persunal, b'aċċess ġust u mhux diskriminatorju garantit għal taħriġ fuq ix-xogħol, termini tal-kariga fissi u protezzjoni ġuridika kontra tkeċċija mingħajr raġuni, u, f'każ ta' tkeċċija, b'lista eżawrjenti ta' raġunijiet li jiġġustifikaw tali tkeċċija (eż. ksur serju tal-liġi), biex b'hekk l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom li ġejjin mid-Direttiva dwar is-Servizzi Postali b'mod newtrali, trasparenti u f'waqtu;

    3.  Iqis li kwalunkwe espansjoni tar-rwol tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali taħt ir-regolamenti l-ġodda fis-suq tal-pakketti għandha tindirizza l-għażliet selettivi fis-settur tal-konsenji u tistabbilixxi standards minimi għall-operaturi kollha sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta u ugwali;

    4.  Jemmen li l-obbligi tal-indipendenza jistgħu jiġu ssodisfati biss jekk il-funzjonijiet regolatorji tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu separati fl-istruttura u fil-funzjoni mill-attivitajiet assoċjati mas-sjieda jew il-kontroll ta' operatur postali; iqis li l-uffiċjali anzjani tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali m'għandhomx jitħallew jaħdmu għall-operatur postali pubbliku jew partijiet interessati oħra għal mill-inqas 6 xhur wara li jkunu telqu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, bil-ħsieb li ma jkunx hemm kunflitti ta' interess; Iqis li, għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jintroduċu dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jippermettu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet għall-ksur tal-obbligu msemmi hawn fuq;

    5.  Jitlob lill-Kummissjoni tiffaċilita u ssaħħaħ il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali sabiex tiżdied l-effiċjenza u l-interoperabbiltà fil-konsenja transfruntiera u biex tissorvelja l-attivitajiet regolatorji tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — inkluż il-forniment ta' servizzi universali — sabiex tiżgura approċċ uniformi mal-applikazzjoni tad-dritt Ewropew u l-armonizzazzjoni tas-suq postali fi ħdan l-UE;

    6.  Ifakkar li d-Direttiva dwar is-Servizzi Postali tipprovdi lill-Istati Membri bil-flessibbiltà meħtieġa biex jindirizzaw l-ispeċifiċitajiet lokali u biex jiżguraw is-sostenibbiltà fit-tul tal-forniment tas-servizz universali, filwaqt li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utenti u jkun hemm adattament għall-bidliet fl-ambjent tekniku, ekonomiku u soċjali;

    7.  Jinnota l-konferma tal-Kummissjoni li d-Direttiva dwar is-Servizzi Postali ma tirrikjedi l-ebda struttura ta' sjieda partikolari għall-fornituri tas-servizz universali; jemmen li l-fornituri ta' servizz universali m'għandhomx jinżammu mill-jinvestu u jinnovaw fil-forniment ta' servizzi postali effiċjenti u ta' kwalità;

    II.  Iż-żamma tas-servizz universali u l-ħolqien ta' ambjent fejn il-kompetizzjoni ġusta tkun tista' sseħħ: l-aċċess, il-kwalità tas-servizz u l-ħtiġijiet tal-utent

    8.  Iqis li teżisti tendenza ta' ambitu aktar limitat għall-obbligu tas-servizz universali; iħeġġeġ il-promozzjoni ta' għażla tal-konsumatur sabiex jiddefinixxi l-konsenja ta' ittri fil-firxa tal-obbligu tas-servizz universali; jenfasizza, għaldaqstant, l-importanza li jiġi pprovdut servizz universali ta' kwalità għolja taħt kundizzjonijiet li jintlaħqu, li jkunu jikkonsistu f'mill-inqas ħamest ijiem ta' konsenja u ħamest ijiem ta' ġbir fil-ġimgħa għal kull ċittadin tal-UE; jinnota li bl-għan li tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tas-servizz universali, u minħabba l-karatteristiċi nazzjonali u s-sitwazzjonijiet ġeografiċi speċifiċi tagħhom, xi Stati Membri jippermettu grad ta' flessibilità; ifakkar li filwaqt li livell ta' flessibbiltà hi permessa mid-Direttiva, ir-regolamenti nazzjonali m'għandhomx imorru lil hinn minn dan il-livell ta' flessibbiltà;

    9.  Ifakkar li s-servizz universali jeħtieġ jevolvi b'rispons għall-ambjent tekniku, ekonomiku u soċjali u għall-ħtiġiet tal-utenti, u li d-Direttiva tas-Servizzi Postali tagħti lill-Istati Membri l-flessibbiltà meħtieġa biex jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet lokali u biex tkun żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-forniment tas-servizz universali;

    10.  Jikkunsidra li l-kopertura ġeografika u l-aċċessibilità għas-servizzi universali għal konsenji ta' pakketti jistgħu jitjiebu u jeħtieġ li jitjiebu, speċjalment għal ċittadini b'diżabbiltà u mobilità mnaqqsa u dawk li jgħixu f'żoni remoti; jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà bla ostakoli għas-servizzi postali u l-konsistenza tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali skont l-Att dwar l-Aċċessibbiltà;

    11.  Jinnota li f'ħafna Stati Membri, it-tnaqqis fil-volum tal-ittri qed jagħmel il-provvediment tas-servizzi universali tal-posta aktar u aktar diffiċli; jirrikonoxxi li ħafna fornituri ta' servizz universali magħżula jużaw id-dħul minn attivitajiet kummerċjali li mhumiex obbligu ta' servizz universali, bħas-servizzi finanzjarji jew il-konsenja tal-pakketti, biex jiffinanzjaw l-obbligu ta' servizz universali;

    12.  Jinnota li hemm għadd ta' każijiet ta' kompetizzjoni inġusta fis-settur postali u jistieden lill-awtorità responsabbli biex tissanzjona kwalunkwe mġiba ħażina;

    13.  Jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jissorveljaw il-forniment tas-servizzi postali bħala servizz pubbliku sabiex ikun żgurat li l-kumpens għal servizz pubbliku jiġi implimentat b'mod li jkun proporzjonat, trasparenti u ġust;

    14.  Jenfasizza kemm huwa importanti li l-prezzijiet fl-ambitu tal-obbligu ta' servizz universali jkunu jintlaħqu minn kulħadd u jipprovdu aċċess lill-utenti kollha għas-servizzi pprovduti; Ifakkar li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiddefinixxu b'mod ċar l-aċċessibbiltà għal oġġett ta' korrispondenza u li l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu servizzi postali b'xejn għall-persuni għomja jew b'vista mnaqqsa;

    15.  Jistieden lill-Istati Membri jżommu l-koeżjoni territorjali u soċjali u r-rekwiżiti ta' kwalità assoċjati, u jinnota li l-Istati Membri diġà jistgħu jadattaw xi karatteristiċi speċifiċi biex jakkomodaw id-domanda lokali billi japplikaw il-flessibbiltà prevista fid-Direttiva 97/67/KE; jirrikonoxxi li n-netwerks u s-servizzi postali huma importanti ħafna għaċ-ċittadini tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jużaw l-istrumenti ta' għajnuna mill-Istat f'każijiet eċċezzjonali biss, b'konformità mal-politika tal-UE dwar il-kompetizzjoni, u b'mod trasparenti, mhux diskriminatorju u xieraq, u biex jiżguraw li l-konsumaturi jkomplu jkollhom aċċess għas-servizzi postali, billi jiżguraw, fejn xieraq, għadd minimu ta' servizzi fl-istess punt ta' aċċess; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-fondi ta' kumpens ikunu proporzjonali u li l-proċeduri tal-akkwist pubbliku jkunu trasparenti u ġusti;

    16.  Jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li l-ftuħ tas-suq ikompli jkun ta' benefiċċju għall-utenti kollha, u b'mod partikolari għall-konsumaturi u għall-SMEs, permezz ta' monitoraġġ mill-qrib tal-iżviluppi tas-suq; jinkoraġġixxi aktar titjib fil-ħeffa, l-għażla u l-affidabbiltà tas-servizzi;

    17.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb id-definizzjoni attwali ta' servizz universali sabiex jiġi stipulat livell minimu garantit ta' servizz għall-konsumaturi, tagħmel l-obbligu ta' servizz universali adatt għal swieq li qed jevolvu, biex tqis il-bidliet fis-suq fi Stati Membri differenti u biex tħeġġeġ it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali; isostni, madankollu, peress li kull suq għandu l-limitazzjonijiet speċifiċi tiegħu, li l-operaturi għandhom jingħataw marġni ta' flessibbiltà fl-organizzazzjoni tas-servizz universali; Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw proċeduri ta' liċenzjar skont id-Direttiva attwali u jarmonizzaw aktar il-proċeduri ta' liċenzjar u/jew notifika sabiex jitnaqqsu l-ostakli mhux ġustifikati għad-dħul fis-suq intern, mingħajr ma jinħolqu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa;

    18.  Jenfasizza li l-introduzzjoni ta' proċeduri ta' konċiljazzjoni li jkunu faċilment aċċessibbli u bi prezz li jintlaħaq għandha potenzjal interessanti fir-rigward tal-kisba ta' soluzzjoni faċli u għal żmien qasir, kemm għall-operaturi kif ukoll għall-konsumaturi f'każijiet ta' tilwim; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintroduċi leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur postali;

    19.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex fit-tfassil ta' proposti leġiżlattivi tqis id-diġitalizzazzjoni u l-opportunitajiet li din iġġib magħha, il-karatteristiċi speċifiċi tal-Istati Membri u x-xejriet ġenerali fis-swieq postali u tal-pakketti;

    20.  Ifakkar li l-eżenzjoni mill-VAT għas-servizzi postali għandha tiġi applikata b'mod li jimminimizza d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn dawk li qabel kienu monopolji u dawk li daħlu fis-suq, filwaqt li tiggarantixxi s-sostenibbiltà fit-tul tal-obbligu ta' servizz universali, biex b'hekk l-operaturi kollha jkunu jistgħu jkomplu jipprovdu servizzi postali madwar l-Ewropa; jinnota li l-garanzija ta' eżenzjoni tal-VAT lill-fornitur tas-servizz attwali għal servizzi li mhumiex is-servizz universali, meta fornituri tas-servizz oħra huma soġġetti għall-VAT, hija ostakolu sinifikanti għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq;

    21.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura kundizzjonijiet kummerċjali ekwi bejn il-fornituri, kemm għall-posta tradizzjoni kif ukoll għall-qasam - li qed jikber b'rata mgħaġġla - tal-konsenja tal-pakketti postali, u bejn l-operaturi diġà stabbiliti u dawk li għadhom jibdew; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tivvaluta jekk il-proċeduri ta' sejħiet għal offerti jimponux piż inġust;

    22.  Jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw li l-operaturi eżistenti jridu la jkunu vantaġġati permezz ta' appoġġ statali u lanqas żvantaġġati minħabba l-obbligu ta' servizz pubbliku tagħhom jew spejjeż li jintirtu vis-à-vis kompetituri ġodda fis-suq;

    23.  Iqis li l-kompetizzjoni u s-suq huma l-muturi għall-innovazzjoni u l-iżvilupp ta' servizzi b'valur miżjud u jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa, billi tqis il-prinċipju tal-proporzjonalità u r-raġunijiet ekonomiċi, l-innovazzjoni fis-settur sabiex tippromwovi servizzi b'valur miżjud, bħal dawk ta' tiftix u traċċar, postijiet ta' ġbir u tħollija, ħin tal-konsenja flessibbli, proċeduri ta' ritorn adatti u aċċess għal proċeduri ta' rikors faċli; jirrikonoxxi l-ħidma u l-investimenti magħmula mill-operaturi postali f'dan il-qasam;

    24.  Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-appoġġ tal-Istati Membri l-oħra tal-obbligu ta' servizz universali u spejjeż oħra li jintirtu tal-fornituri tas-servizzi postali skont is-sensiela ewlenija ta' regoli għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (2012 Qafas dwar servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali);

    25.  Iqis li l-kwalità tas-servizz għandha tiġi vvalutata fid-dawl tal-istandards stipulati fid-Direttiva u tirrifletti l-ħtiġijiet tal-konsumaturi sabiex tiżdied l-interoperabbiltà u titjieb il-kwalità tas-servizz;

    26.  Jinnota li l-operaturi postali Ewropej investew fit-titjib tal-interkonnettività tan-netwerk tagħhom u introduċew servizzi innovattivi u faċli għall-utent għall-konsumaturi u l-bejjiegħa online tal-SMEs li jagħmlu kummerċ elettroniku transfruntiera; iqis li dawn l-investimenti għandhom jiġu protetti b'kundizzjonijiet ta' aċċess ġusti;

    27.  Itenni l-appoġġ tiegħu lill-Forum tal-Utenti Postali, li ġie stabbilit fl-2011 mill-Kummissjoni u li għandu l-għan li jiffaċilita d-diskussjoni bejn l-utenti, l-operaturi, it-trade unions u partijiet interessati oħra dwar kwistjonijiet li jinkludu s-sodisfazzjon tal-utent finali, ir-rekwiżiti ta' utent kummerċjali u kif tista' titjieb il-konsenja permezz tal-kummerċ elettroniku; huwa tal-fehma li l-Forum huwa utli ħafna u għandu jiltaqa' regolarment sabiex jidentifika soluzzjonijiet potenzjali għat-titjib tas-servizzi postali u tal-konsenja tal-pakketti;

    III.  Id-dimensjoni transfruntiera u l-kummerċ elettroniku

    28.  Jitlob lill-Istati Membri jiżguraw l-interoperabilità u t-titjib tan-netwerks postali u, fejn jeżistu diversi fornituri ta' servizz universali, biex jevitaw l-ostakoli għat-trasport ta' oġġetti postali u jippermettu lill-SMEs aċċess għas-servizzi finanzjarjament attraenti tal-konsenji transfruntiera billi jżidu t-trasparenza tat-tariffi applikati mill-operaturi postali;

    29.  Jikkunsidra li l-konsenja tal-pakketti hi settur kompetittiv ferm, li huwa innovattiv u li qed jikber b'rata mgħaġġla; jinnota l-importanza ta' servizzi ta' konsenja ta' pakketti affidabbli u bi prezz li jintlaħaq fit-twettiq tas-Suq Uniku Diġitali; ifakkar li l-ftuħ ta' dan is-settur għall-kompetizzjoni ta spinta lill-iżvilupp ta' servizzi b'valur miżjud, bħal dawk ta' tiftix u traċċar, postijiet ta' ġbir u tħollija, ħinijiet ta' konsenja flessibbli u proċeduri ta' ritorn; għalhekk jemmen li kwalunkwe regolament ġdid f'dan is-suq jeħtieġ li jkun proporzjonat u sostnut b'evidenza ekonomika tajba;

    30.  Jinnota f'dan ir-rigward li l-vantaġġi kollha offruti minn teknoloġiji ġodda, inklużi l-inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod, għandhom jiġu kkunsidrati, peress li dawn jistgħu jiffaċilitaw is-servizzi ta' konsenja, speċjalment f'żoni bi ftit popolazzjoni, iżolati jew remoti, filwaqt li jitqiesu wkoll l-aspetti tas-sikurezza u s-sostenibbiltà ambjentali;

    31.  Iqis li d-dinamika tas-suq tal-konsenja tal-pakketti, li hu kompetittiv ħafna, innovattiv u qed jikber b'rata mgħaġġla, m'għandux jiġi mxekkel minn regolamentazzjoni mhux ġustifikata u burokrazija żejda;

    32.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sorveljanza tas-suq tal-konsenja tal-pakketti fejn meħtieġ, f'direzzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni, u biex tinkoraġġixxi, mingħajr ma ddgħajjef il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-aċċessibbiltà tat-tariffi transfruntiera u tidentifika prattiki inġusti antikompetittivi u monopolistiċi; iħeġġeġ li jiżdiedu t-trasparenza tat-tariffi u d-disponibbiltà tas-servizz, b'mod partikolari għall-konsumaturi bejjiegħa u l-SMEs;

    33.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar aċċess transfruntier trasparenti u mhux diskriminatorju għall-elementi kollha tan-netwerk, il-faċilitajiet assoċjati, is-servizzi rilevanti u s-sistemi ta' informazzjoni tan-netwerks postali għal partijiet terzi; jemmen li l-użu effiċjenti tal-infrastruttura jista' jġib miegħu gwadann ekonomiku għal fornituri ta' servizz universali u jżid il-kompetizzjoni fil-konsenja transfruntiera;

    34.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġbru aktar data dwar is-suq tal-konsenja tal-pakketti sabiex jiġi analizzat aħjar l-iżvilupp ta' dan is-settur ekonomiku u l-iżvilupp strutturali tiegħu;

    35.  Jenfasizza l-importanza li titjieb il-kwalità tas-servizz u l-ħarsien tad-drittijiet tal-konsumaturi sabiex jerġa' jinkiseb livell adegwat ta' fiduċja min-naħa tal-konsumatur; iqis li trasparenza akbar fir-rigward tal-prezzijiet, l-għażliet, il-modalitajiet u l-kwalità/prestazzjoni (veloċità, kopertura ġeografika, dewmien u l-immaniġġar ta' oġġetti ddanneġġjati jew mitlufa) tal-konsenja, kif ukoll it-tikketti ta' fiduċja, jistgħu jindirizzaw in-nuqqas ta' fiduċja;

    36.  Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jtejbu t-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-iffissar pubbliku tal-prezzijiet u l-prestazzjoni tas-servizzi (għażliet ta' konsenja, il-konsenja finali, l-affidabbiltà), speċjalment fir-rigward tal-kummerċ elettroniku; jitlob li jkun hemm kontrolli tat-trasparenza meta l-prezzijiet ma jkunux ikkontrollati mill-kompetizzjoni jew ikunu għoljin b'mod mhux raġonevoli; jenfasizza l-importanza li jitnaqqas id-distakk bejn il-prezzijiet domestiċi u transfruntiera u jappoġġa miżuri li jżidu l-għarfien tal-konsumaturi u l-kapaċità li jitqabblu l-istrutturi tal-prezzijiet domestiċi u transfruntiera; jistieden lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jivvalutaw jekk il-prezzijiet fuq xi rotot transfruntiera jistgħux jintlaħqu minn kulħadd, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lil differenzi eċċessivi;

    37.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-istrateġija dwar il-kummerċ elettroniku u l-konsenja transfruntiera tal-pakketti; jissuġġerixxi li tittejjeb l-interoperabilità tul il-katina tal-konsenja u li jiġu żviluppati l-aħjar prattiki għall-bejjiegħa online;

    38.  Iqis li l-proċeduri għall-ilmenti u l-arranġamenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim iridu jkunu sempliċi u effettivi u japplikaw fuq bażi transfruntiera; jenfasizza li d-Direttiva dwar is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim u l-pjattaforma online stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 524/2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-konsumaturi u n-negozji fit-tranżazzjonijiet transfruntiera; huwa mħasseb li, minkejja l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' Lulju 2015, s'issa 24 Stat Membru biss ittrasponew id-Direttiva dwar is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim u konsegwentement miljuni ta' ċittadini Ewropej qed jiġu mċaħħda minn dan il-mekkaniżmu ta' rimedju importanti; jemmen li l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (ESCP) tista' tkun rikors siewi għall-konsumaturi u n-negozji fi tranżazzjonijiet transfruntiera; jitlob li tiġi kkunsidrata l-possibbiltà ta' mekkaniżmi ulterjuri għal rimedju xieraq għall-konsumaturi fis-servizzi postali, jekk dan ikun neċessarju;

    39.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġjaw it-tnaqqis tal-ispejjeż billi jtejbu l-interoperabbiltà tal-proċessi tad-dispaċċ u tal-ġbir tal-pakketti, u jiżviluppaw standards Ewropej għal sistemi ta' traċċar integrati; japprezza l-progress li sar mill-industrija fil-qadi tal-konsumaturi u l-SMEs minn pajjiż għal ieħor permezz tat-tisħiħ tal-interoperabbiltà u s-sistemi ta' tiftix u traċċar (track-and-trace); jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta' għodod miftuħa u indikaturi tal-kwalità tas-servizz sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jqabblu l-offerti minn fornituri differenti tas-servizzi; jilqa' l-progress li jikkonferma l-approċċ tas-suq sostnut u mitlub mill-Parlament; jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' pjattaformi għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-operaturi tal-konsenja sabiex tinħoloq għażla usa' ta' possibilitajiet ta' konsenja u soluzzjonijiet ta' ritorn għall-konsumaturi;

    40.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestigaw l-iffunzjonar tal-konsenja transfruntiera tal-pakketti skont id-diversi regoli li jirriżultaw jew mill-ftehimiet kummerċjali internazzjonali (pereżempju r-regoli tal-Unjoni Postali Universali (UPU) u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) jew mid-dritt tal-UE (pereżempju l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni), speċjalment l-obbligu ta' servizz universali, li jista' jiġi użat ħażin u joħloq distorsjoni fis-suq; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea tapplika għal sħubija fl-Unjoni Postali Universali sabiex tikseb settur postali Ewropew integrat għalkollox;

    41.  Jappoġġja l-prinċipju li tinġabar statistika dwar is-suq tal-konsenja tal-pakketti sabiex tinkiseb stampa aktar ċara tal-atturi ewlenin tas-suq, il-kompetizzjoni u x-xejriet tas-suq;

    IV.  Id-dimensjoni soċjali: it-titjib tal-impjiegi

    42.   Jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu lill-ħaddiema kollha fis-settur tas-servizzi postali kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, inkluż il-livell meħtieġ ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, irrispettivament mid-daqs u t-tip ta' kumpanija li timpjegahom, il-post tax-xogħol jew il-kuntratt sottostanti; jenfasizza l-importanza tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, b'mod partikolari fid-dawl tat-tibdil demografiku u l-livell għoli ta' mobilità tal-ħaddiema fis-settur postali; jilqa' l-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u s-sħab soċjali fis-settur postali fil-kampanja "Healthy Workplaces Manage Stress" ("Postijiet tax-Xogħol li jġibu 'l quddiem is-Saħħa jimmaniġġaw l-Istress");

    43.  Jinnota li s-settur tas-servizzi postali nbidel ħafna f'dawn l-aħħar snin minħabba l-avvanzi teknoloġiċi u d-diġitizzazzjoni, u li l-modernizzazzjoni u d-diversifikazzjoni tas-servizzi postali jħallu effetti qawwija fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjiegi fis-settur;

    44.  Jinnota li l-liberalizzazzjoni tas-settur postali f'xi Stati Membri wasslet għal differenzi sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-pagi bejn il-fornituri ta' servizz universali u l-kumpaniji kompetituri li jipprovdu servizzi postali speċifiċi; iqis li kompetizzjoni akbar m'għandhiex tiġġenera prattiki soċjali illegali jew twassal għad-degradazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol;

    45.  Jinnota li jekk l-impriżi postali jkollhom l-opportunità li jiżviluppaw u jespandu l-produzzjoni tagħhom b'mod innovattiv, partikolarment fiż-żoni periferali, dan għandu jkollu wkoll l-effett li jippromwovi l-impjieg;

    46.    Jinnota li n-numru ta' ħaddiema part-time, ħaddiema temporanji u dawk li jaħdmu għal rashom fis-settur żdied u li x-xejra ġenerali hija lejn kuntratti tax-xogħol aktar flessibbli, li f'ċerti ċirkostanzi jistgħu joħolqu impjiegi prekarji, mingħajr ħarsien xieraq għall-impjegati; jilqa' l-iżvilupp ta' mudelli ġodda tal-ħin tax-xogħol li jippermettu lill-ħaddiema, pereżempju, itejbu l-bilanċ bejn il-ħajja tal-familja u l-ħajja tax-xogħol, biex ikopru taħriġ intern jew li jkollhom l-għażla li jaħdmu part-time; jinnota li kuntratti tal-impjieg flessibbli ġodda għandhom jeskludu riskji potenzjali bħal xogħol eċċessiv għall-ħaddiema, jew livelli ta' paga li mhumiex proporzjonati mal-prestazzjoni; jenfasizza, għalhekk, minn naħa waħda l-ħtieġa ta' flessibbiltà fis-suq tax-xogħol u min-naħa l-oħra ta' sigurtà ekonomika u soċjali għall-ħaddiema; jenfasizza li t-tnaqqis fl-ispejjeż tax-xogħol billi jitnaqqsu l-kundizzjonijiet tax-xogħol ma għandux jitqies bħala flessibbiltà; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissorveljaw l-attivitajiet biex jindirizzaw l-impjieg indipendenti fittizju fis-settur postali; iħeġġeġ lill-Istati Membri, b'mod aktar ġenerali, jipprevjenu l-flessibbiltà tal-kuntratti tal-impjieg milli jkollhom impatt negattiv fuq il-ħaddiema;

    47.    Jilqa' r-rwol importanti tat-trade unions, li f'ħafna Stati Membri jaħdmu flimkien mal-fornituri tas-servizz universali fi sforz biex jagħmlu t-trasformazzjoni tas-settur tas-servizzi postali soċjalment sostenibbli; jenfasizza l-importanza ta' sħab soċjali b'saħħithom u indipendenti fis-settur postali, djalogu soċjali istituzzjonalizzat u l-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-kwistjonijiet tal-kumpanija;

    48.    Jenfasizza l-importanza tal-monitoraġġ tal-konformità mal-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ obbligatorji, kif ukoll il-ħinijiet tax-xogħol fis-settur postali; jemmen li l-monitoraġġ għandu jsir permezz ta' tagħmir ta' kontroll diġitali installat fil-vetturi; ifakkar li r-Regolament (UE) Nru 165/2014 dwar it-takografi fit-trasport bit-triq ma japplikax għal vetturi ta' inqas minn 3.5 tunnellati; jitlob għalhekk li jkun hemm kontrolli ikbar fuq il-ħinijiet tax-xogħol u tal-mistrieħ; ifakkar li l-kompiti kollha relatati mal-attività ta' impjegat għandhom jitqiesu bħala ħin tax-xogħol; jenfasizza bl-istess mod l-importanza tal-monitoraġġ tal-konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, inklużi l-kundizzjonijiet fil-vetturi, għall-persuni kollha involuti fil-konsenja postali irrispettivament mill-istatus ta' impjieg tagħhom: ħaddiem għal rasu, subkuntratturi, membri tal-persunal temporanju jew ħaddiem bil-kuntratt;

    49.    Jemmen li għandu jintlaħaq bilanċ bejn il-kompetizzjoni ħielsa, l-esiġenzi tal-konsumatur, is-sostenibbiltà tas-servizz universali u l-finanzjament tiegħu, u ż-żamma tal-impjiegi;

    50.    Jinsab imħasseb dwar it-tentattivi ta' evitar tar-regolamenti eżistenti dwar il-paga minima billi jiżdied l-ammont ta' xogħol sal-punt li x-xogħol ma jkunx jista' jitwettaq matul is-sigħat tax-xogħol imħallsa;

    51.    Jilqa' l-ħidma essenzjali tal-Kumitat għad-Djalogu Soċjali fis-Settur tas-Servizzi Postali u jenfasizza l-proġett imniedi mis-sħab soċjali Ewropej intitolat "Managing demographic challenges and finding sustainable solutions by the social partners in the postal sector" ("Il-ġestjoni tal-isfidi demografiċi u s-sejbien ta' soluzzjonijiet sostenibbli mis-sħab soċjali fis-settur postali");

    52.    Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġbru aktar data dwar id-daqs tal-forza tax-xogħol u dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur tas-servizzi postali, sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw aħjar is-sitwazzjoni effettiva wara li l-ftuħ tas-swieq ikun ġie kkompletat u biex jirreaġixxu fil-pront għall-iżviluppi u jindirizzaw il-problemi potenzjali; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw mill-qrib mezzi ġodda ta' konsenji postali awtomatiċi u l-impatt tagħhom fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjieg u jivvalutaw il-ħtieġa ta' modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni soċjali u tal-impjiegi, fejn xieraq, biex jibqgħu aġġornati mal-bidliet fis-settur postali; jinkoraġġixxi s-sħab soċjali biex bl-istess mod jaġġornaw il-ftehimiet kollettivi fejn meħtieġ, sabiex ikunu jistgħu jiġu żgurati standards tax-xogħol u ta' impjieg għolja fuq il-post tax-xogħol;

    53.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni

    • [1]  ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14.
    • [2]  ĠU C 217, 11.8.2010, p. 7.
    • [3]  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63.
    • [4]  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1.
    • [5]  ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64.
    • [6]  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
    • [7]  Testi adottati, P7_TA(2014)0067.
    • [8]  Testi adottati, P8_TA(2016)0009.

    NOTA SPJEGATTIVA

    Ir-Reviżjoni tas-servizzi postali fl-2008 laħqet objettivi ewlenin tal-liberalizzazzjoni tas-servizzi postali Ewropej. Madankollu, is-servizzi postali għaddew minn bidliet tremendi mindu seħħ il-ftuħ sħiħ tas-suq tas-settur tas-servizzi postali fl-2008. Min-naħa l-waħda l-komunikazzjonijiet ibbażati fuq il-karti naqsu f'ħafna Stati Membri. L-għadd ta' ittri naqas madwar l-UE kollha u bejn l-2012 u l-2013 ir-rata medja ta' tnaqqis fl-UE-28 kollha kienet ta' 4.85 %. Min-naħa l-oħra, it-teknoloġiji ġodda jagħmlu x-xiri online aktar konvenjenti u għalhekk iżidu l-għadd ta' pakki u pakketti mwassla mill-operaturi postali. Konsegwentement, l-introjtu mill-konsenja tal-pakketti u mill-konsenji espress issa jirrappreżenta aktar minn nofs l-introjtu totali tas-settur postali. Matul l-aħħar ħames snin u minħabba t-tkabbir tal-kummerċ elettroniku, it-taqsima tan-negozju dirett lejn il-konsumatur tas-swieq tal-pakki u l-pakketti kibret b'mod rapidu, filwaqt li l-kompetizzjoni fis-suq tal-ittri żviluppat bil-mod, minkejja l-ftuħ sħiħ tas-suq fl-UE kollha.

    Servizzi postali tajba huma parti vitali tal-komunikazzjoni fis-suq intern tal-UE. Mill-ġbir sat-trasportar, mill-issortjar sal-konsenja tal-ittri u l-pakketti fid-djar u fl-uffiċini, il-fornituri tas-servizzi postali joffru firxa wiesgħa ta' servizzi bi prezz li jintlaħaq. Is-settur postali tal-UE jibqa' kontributur fundamentali għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u għall-iżvilupp tas-suq uniku diġitali. Il-konsenji tal-posta u l-pakketti bi prezz li jintlaħaq u affidabbli għadhom kruċjali għas-Suq Uniku. Is-servizzi postali jiġbru fihom varjetà ta' servizzi, minn ittri sa pakketti sa servizzi b'valur miżjud. Setturi oħra bħalma huma l-kummerċ elettroniku, l-ippubblikar, ix-xiri bil-korrispondenza, l-assigurazzjoni, is-servizzi bankarji u r-reklamar jiddependu bil-kbir mill-infrastruttura postali.

    Fl-2009, is-servizzi postali madwar l-Ewropa ammontaw għal fatturat annwali ta' EUR 72 biljun, li jirrappreżentaw 0.62 % tal-PDG fl-UE. Meta niġu għas-Servizzi Universali, insibu li aktar minn 85 biljun oġġett postali ġew mibgħuta mill-fornituri tas- servizz universali fl-UE fl-2013, bħalma kienu wkoll kważi 2 biljuni pakketti. Is-settur postali Ewropew ammonta għal fatturat annwali fl-2011 ta' EUR 91 biljun, li jirrappreżentaw 0.72 % tal-PDG tal-UE. L-operaturi postali offrew firxa wiesgħa ta' servizzi u jirrappreżentaw parti importanti tal-ekonomija. Madankollu, it-tendenza prinċipali hija dwar is-servizzi ta' konsenja ta' pakketti minħabba l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku, filwaqt li d-domanda għat-tqassim ta' ittri, gazzetti, rivisti, reklami, u dokumenti oħra qed tonqos minħabba ż-żieda fil-komunikazzjonijiet elettroniċi avvanzati. Sadanittant, il-konsenja tal-pakketti hija settur kompetittiv, innovattiv u li qed jikber b'rata mgħaġġla. Fl-UE-27, 9 % biss tal-konsumaturi tal-UE u 18 % tal-bejjiegħa elettroniċi jużaw kummerċ elettroniku transfruntier. L-Unjoni Ewropea għandha tkompli l-pjan direzzjonali għall-ikkompletar tas-suq uniku għall-konsenja tal-pakketti.

    Madwar 1.2 miljun persuna huma impjegati mill- fornituri tas-servizz postali universali, u magħhom jiżdiedu dawk li jaħdmu għal operaturi oħra tal-konsenja tal-ittri u l-pakketti. L-industrija Ewropea tal-Espress kienet stmata li timpjega 272,000 ruħ fl-2010 u kienet prevista li tikber għal 300,000 sal-2020.

    Wieħed mill-kompiti ewlenin tal-Kummissjoni huwa li tippromwovi u ssalvagwardja kompetizzjoni effettiva fil-qasam tas-servizzi postali. Il-promozzjoni ta' aktar kompetizzjoni f'dan is-settur hija importanti wkoll fl-ilħuq tal-għanijiet tal-Ewropa 2020 għal tkabbir sostenibbli f'ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u aktar kompetittiva.

    OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (23.6.2016)

    għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

    dwar ir-rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali
    (2016/2010(INI))

    Rapporteur għal opinjoni: Georges Bach

    SUĠĠERIMENTI

    Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

    1.  Jinnota li f'dawn l-aħħar snin l-avvanzi teknoloġiċi u d-diġitalizzazzjoni ttrasformaw is-settur tas-servizzi postali u li l-modernizzazzjoni u d-diversifikazzjoni tas-servizzi postali kellhom impatt qawwi fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjieg fis-settur, b'mod partikolari f'żoni remoti, rurali u muntanjużi, u li l-impjiegi b'mod ġenerali naqsu f'dawn l-aħħar 20 sena b'medja ta' tnaqqis fl-impjiegi postali ta' 4.4 % bejn l-2012 u l-2013 fl-UE ta' 28 Stat;

    2.  Jinnota li l-volumi tal-ittri qed jonqsu fl-UE minħabba s-sostituzzjoni tal-posta stampata minn għodod diġitali, filwaqt li d-domanda fis-settur tal-konsenji rapidi dejjem qed tiżdied; jinnota li l-impjieg mill-fornituri tas-servizz universali naqas minħabba t-tnaqqis fil-volum tal-ittri, ikkombinat mal-modernizzazzjoni u ż-żieda fl-awtomazzjoni; jinnota li minħabba l-avvanzi teknoloġiċi li jippermettu liċ-ċittadini jkollhom aċċess għas-servizzi u l-komunikazzjonijiet mid-dar, l-għadd ta' uffiċċji postali, u konsegwentement l-għadd ta' impjegati f'dan is-settur naqas;

    3.  Ifakkar li l-provvista tas-servizzi postali hija essenzjali għall-iżvilupp reġjonali, il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tal-UE u taqdi rwol partikolarment importanti f'żoni rurali u remoti, kif spjegat fl-Artikolu 3(2) u l-Premessi 19, 20 u 22 tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali; jinnota, għalhekk, li huwa essenzjali li jinżammu s-servizzi postali f'reġjuni remoti, rurali u muntanjużi sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn in-nies u biex tiġi ggarantita l-provvista ta' servizzi postali indispensabbli, inklużi l-punti ta' aċċess lokali; jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, jevalwaw l-impatt tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali (97/67/KE kif emendata permezz tad-Direttiva 2008/6/KE) dwar iċ-ċittadini Ewropej, speċjalment dawk li jgħixu f'żoni remoti, rurali u muntanjużi, u biex jiżguraw li jkunu garantiti servizzi universali mill-inqas ħamest ijiem fil-ġimgħa, kif previst fid-Direttiva 2008/6/KE; jistieden lill-Istati Membri jaċċeleraw l-iżvilupp tal-broadband f'żoni rurali, biex ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ sħiħ mill-benefiċċji tas-suq uniku diġitali, b'mod partikolari l-ħolqien tal-impjiegi, il-kompetittività, l-innovazzjoni u l-aċċess għal servizzi online ġodda, b'mod partikolari s-servizzi postali online, u biex jiżguraw il-kontinwazzjoni u t-tkabbir tas-servizzi fil-ġejjieni; ifakkar li l-ftuħ tas-suq sħiħ tas-settur postali ma għandux iwassal għal konċentrazzjoni ta' kumpaniji privati f'reġjuni ta' profitt akbar bħal żoni b'densità qawwija tal-popolazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet responsabbli, għalhekk, janalizzaw u jevitaw il-konsegwenzi negattivi ta' attitudni fejn jagħżlu dak li jaqblilhom; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar il-fornituri ta' servizzi universali;

    4.  Jinnota li n-numru ta' ħaddiema part-time, ħaddiema temporanji u dawk li jaħdmu għal rashom fis-settur żdied u li x-xejra ġenerali hija lejn kuntratti tax-xogħol aktar flessibbli, li f'ċerti ċirkostanzi jistgħu joħolqu impjiegi prekarji, mingħajr ħarsien xieraq għall-impjegati; jilqa' l-iżvilupp ta' mudelli ġodda tal-ħin tax-xogħol li jippermettu lill-ħaddiema, pereżempju, itejbu l-bilanċ bejn il-ħajja tal-familja u l-ħajja tax-xogħol, biex ikopru taħriġ intern jew li jkollhom possibilitajiet ta' xogħol part-time; jinnota li kuntratti tal-impjieg flessibbli ġodda għandhom jeskludu riskji potenzjali bħal xogħol eċċessiv għall-ħaddiema, jew livelli ta' paga li mhumiex proporzjonati mal-prestazzjoni; jenfasizza, għalhekk, minn naħa waħda l-ħtieġa ta' flessibilità fis-suq tax-xogħol u min-naħa l-oħra ta' sigurtà ekonomika u soċjali għall-ħaddiema; jenfasizza li t-tnaqqis fl-ispejjeż tax-xogħol billi jitnaqqsu l-kundizzjonijiet tax-xogħol ma għandux jitqies bħala flessibilità; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissorveljaw l-attivitajiet biex jindirizzaw l-impjieg indipendenti fittizju fis-settur postali; iħeġġeġ lill-Istati Membri, b'mod aktar ġenerali, jipprevjenu l-flessibilità tal-kuntratti tal-impjieg milli jkollhom impatt negattiv fuq il-ħaddiema;

    5.  Jinnota li f'xi Stati Membri l-liberalizzazzjoni tas-settur postali wasslet għal differenzi sostanzjali f'termini ta' kundizzjonijiet tax-xogħol u pagi bejn il-fornituri tas-servizz universali u kumpaniji li jikkompetu fil-forniment ta' servizzi postali speċifiċi; jenfasizza l-ħtieġa ta' impjiegi aktar sostenibbli u ta' kwalità fis-settur;

    6.  Jilqa' r-rwol importanti tat-trade unions, li f'ħafna Stati Membri jaħdmu flimkien mal-fornituri ta' servizzi universali fi sforz biex jagħmlu t-trasformazzjoni fis-settur tas-servizzi postali soċjalment sostenibbli; jenfasizza l-importanza ta' sħab soċjali b'saħħithom u indipendenti fis-settur postali, djalogu soċjali istituzzjonalizzat u l-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-kwistjonijiet tal-kumpanija;

    7.  Jiġbed l-attenzjoni lejn numru ta' każijiet ta' kompetizzjoni inġusta fis-settur postali; ifakkar li l-kompetizzjoni żleali[1] tista' tikkontribwixxi għad-degradazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol; jistieden lill-awtoritajiet responsabbli jissanzjonaw adegwatament kwalunkwe mġiba ħażina f'dan ir-rigward;

    8.  Jenfasizza l-importanza tal-monitoraġġ tal-konformità mal-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ obbligatorji, kif ukoll il-ħinijiet tax-xogħol fis-settur postali; jemmen li l-monitoraġġ għandu jsir permezz ta' tagħmir ta' kontroll diġitali installat fil-vetturi; ifakkar li r-Regolament (UE) Nru 165/2014 dwar it-takografi fit-trasport bit-triq ma japplikax għal vetturi ta' inqas minn 3.5 tunnellati; jitlob għalhekk li jkun hemm kontrolli ikbar fuq il-ħinijiet tax-xogħol u tal-mistrieħ; ifakkar li l-kompiti kollha relatati mal-attività ta' impjegat għandhom jitqiesu bħala ħin tax-xogħol; jenfasizza bl-istess mod l-importanza tal-monitoraġġ tal-konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, inklużi l-kundizzjonijiet fil-vetturi, għall-persuni kollha involuti fil-konsenja postali irrispettivament mill-istatus ta' impjieg tagħhom, kemm jekk jaħdmu għal rashom, subkuntratturi, membri tal-persunal temporanju jew ħaddiema bil-kuntratt;

    9. Jemmen li għandu jintlaħaq bilanċ bejn il-kompetizzjoni ħielsa, l-esiġenzi tal-konsumatur, is-sostenibilità tas-servizz universali u l-finanzjament tiegħu, u ż-żamma tal-impjiegi;

    10. Jinsab imħasseb dwar it-tentattivi ta' evitar tar-regolamenti eżistenti dwar il-paga minima billi jiżdied l-ammont ta' xogħol sal-punt li x-xogħol ma jkunx jista' jitwettaq matul is-sigħat tax-xogħol imħallsa;

    11.  Jinnota li impjiegi ġodda jistgħu jinħolqu bħala riżultat tar-ristrutturazzjoni u l-introduzzjoni ta' attivitajiet ġodda bħal-loġistika, is-servizzi finanzjarji u t-telefonija fis-settur tas-servizzi postali; jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza tat-taħriġ, it-taħriġ ulterjuri u t-taħriġ mill-ġdid sabiex il-ħaddiema jiġu megħjuna jiksbu ħiliet tax-xogħol tas-seklu 21 bħall-ħiliet diġitali, u jenfasizza r-rwol importanti tas-sħab soċjali f'dan il-kuntest; jinnota li s-suċċess tal-proġetti ta' diversifikazzjoni tas-servizzi postali f'uħud mill-Istati Membri, inkluż biż-żieda ta' servizzi finanzjarji (pereżempju, banek ta' tfaddil postali), servizzi ta' gvern lokali, l-għoti ta' servizzi ta' posta diġitali u posta ibrida u l-konsenja ta' pakketti min-negozju għall-konsumatur evitaw telf kbir tal-impjiegi; iqis li huwa l-kompitu ta' min jimpjega li jiffamiljarizza lill-impjegati kif xieraq ma' teknoloġiji ġodda bħall-IT u l-applikazzjonijiet ta' traċċar; jenfasizza li f'każ ta' xogħol temporanju, l-aġenzija ta' reklutaġġ li tipprovdi l-persunal għandha tħejjihom u tħarriġhom b'mod xieraq;

    12.  Jenfasizza li l-programm ta' edukazzjoni vokazzjonali u ta' taħriġ Erasmus+ Leonardo da Vinci huwa għodda siewja għall-appoġġ tat-trasformazzjoni tas-servizzi postali; jinnota li l-ħaddiema anzjani jeħtieġu wkoll li jirċievu taħriġ mill-ġdid u taħriġ ulterjuri u li dan ukoll jista' jwassal għal stress;

    13.  Jenfasizza l-opportunitajiet li għandhom jinstabu għall-konsumaturi, l-SMEs u l-bejjiegħa elettroniċi, kif ukoll is-settur postali nnifsu fis-suq tal-pakketti li qiegħed jikber, kemm fi ħdan l-Istati Membri kif ukoll bejniethom; jenfasizza, madankollu, li sabiex jibbenefikaw minn tkabbir f'dan il-qasam, is-servizzi, bħall-konsenja ta' pakketti transkonfinali għandhom ikunu bi prezz raġonevoli, aċċessibbli u disponibbli bi trasparenza fil-prezz u b'karatteristiċi ta' konsenja suffiċjenti bħal faċilitajiet ta' traċċar u interoperabilità tas-servizzi ta' konsenja;

    14.  Jilqa' l-ħidma essenzjali tal-Kumitat għad-Djalogu Soċjali fis-Settur tas-Servizzi Postali u jenfasizza l-proġett imniedi mis-sħab soċjali Ewropej intitolat "Managing demographic challenges and finding sustainable solutions by the social partners in the postal sector" ("Il-ġestjoni tal-isfidi demografiċi u s-sejbien ta' soluzzjonijiet sostenibbli mis-sħab soċjali fis-settur postali");

    15.  Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġbru aktar data dwar id-daqs tal-forza tax-xogħol u dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur tas-servizzi postali, sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw aħjar is-sitwazzjoni effettiva wara li l-ftuħ tas-swieq ikun ġie kkompletat u biex jirreaġixxu fil-pront għall-iżviluppi u jindirizzaw il-problemi potenzjali; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw mill-qrib mezzi ġodda ta' konsenji postali awtomatiċi u l-impatt tagħhom fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjieg u jivvalutaw il-ħtieġa ta' modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni soċjali u tal-impjiegi, fejn xieraq, biex jibqgħu aġġornati mal-bidliet fis-settur postali; jinkoraġġixxi s-sħab soċjali biex bl-istess mod jaġġornaw il-ftehimiet kollettivi fejn meħtieġ, sabiex ikunu jistgħu jiġu żgurati standards tax-xogħol u ta' impjieg għolja fuq il-post tax-xogħol;

    16.  Jilqa' l-fatt li ċerti Stati Membri japplikaw l-Artikolu 9(2), it-tieni subparagrafu, il-ħames inċiż tad-Direttiva 97/67/KE, u jistieden lill-Istati Membri kollha jqisu l-kundizzjonijiet tax-xogħol bħala kriterju fil-proċeduri ta' liċenzjar u ta' approvazzjoni;

    17.  Jenfasizza l-benefiċċji ta' impjiegi ta' kwalità u sostenibbli fis-servizzi postali u ta' konsenja, fosthom il-forniment ta' standards għoljin u konsistenti ta' servizz għall-konsumaturi;

    18.  Jilqa' l-fatt li l-parti l-kbira tal-fornituri tas-servizzi universali fl-Istati Membri kkonkludew ftehimiet kollettivi, u jfakkar fir-rwol essenzjali tagħhom; iħeġġeġ lis-sħab soċjali jinnegozjaw ftehimiet kollettivi għas-servizzi postali kollha f'konformità mal-liġijiet u l-prattiki nazzjonali, peress li huma strument effettiv fil-ġlieda kontra tellieqa sal-qiegħ rigward l-istandards soċjali, tax-xogħol u l-impjieg u biex tiġi żgurata rimunerazzjoni diċenti għall-ħaddiema kollha u kompetizzjoni ġusta fost il-fornituri tas-servizzi postali;

    19.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex meta jfasslu regolamenti ġodda li jirrelataw mas-suq tas-servizzi postali, u b'mod partikolari li jirrelataw mal-proċess tal-ħolqien tas-Suq Uniku Diġitali, iqisu l-importanza strateġika tal-operaturi postali pubbliċi li jipprovdu servizz universali u l-ħtieġa li jiżguraw standards għoljin ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema fis-settur tas-servizzi postali;

    20.  Jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu lill-ħaddiema kollha fis-settur tas-servizzi postali kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, inkluż il-livell meħtieġ ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, irrispettivament mid-daqs u t-tip ta' kumpanija li timpjegahom, il-post tax-xogħol jew il-kuntratt sottostanti; jenfasizza l-importanza tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, b'mod partikolari fid-dawl tat-tibdil demografiku u l-livell għoli ta' mobilità tal-ħaddiema fis-settur postali; jilqa' l-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u s-sħab soċjali fis-settur postali dwar il-kampanja "Healthy Workplaces Manage Stress" ("Postijiet tax-Xogħol li jġibu 'l quddiem is-Saħħa jimmaniġġaw l-Istress")

    RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

    Data tal-adozzjoni

    21.6.2016

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    40

    6

    0

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Tiziana Beghin, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Javi López, Morten Løkkegaard, Thomas Mann, Dominique Martin, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Marek Plura, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Romana Tomc, Yana Toom, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka

    Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

    Daniela Aiuto, Georges Bach, Lynn Boylan, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Joachim Schuster, Csaba Sógor, Neoklis Sylikiotis, Flavio Zanonato, Gabriele Zimmer

    Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

    Paul Tang

    • [1]  COM (2015)0568, p. 6.

    OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (24.5.2016)

    għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

    dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali
    (2016/2010(INI))

    Rapporteur għal opinjoni: Lucy Anderson

    SUĠĠERIMENTI

    Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

    1.  Jinnota li l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali ma wasslitx għall-espansjoni sħiħa tal-kompetizzjoni u t-twettiq ta' suq intern tas-servizzi tal-ittri u l-pakketti;

    2.  Ifakkar fir-rwol importanti tal-obbligu ta' servizz universali (OSU) fis-settur postali fir-rigward tal-iżvilupp ta' suq uniku ġust għaċ-ċittadini, il-konsumaturi u l-SMEs; jinnota li l-OSU jiġi applikat b'mod differenti ħafna madwar l-Istati Membri, u dan jirrifletti ċerta flessibbiltà għall-Istati Membri fir-rigward tad-definizzjoni ta' servizz universali skont iċ-ċirkostanzi domestiċi tagħhom, inkluż fil-livell lokali;

    3.  Iqis li l-livell tat-traspożizzjoni tad-Direttiva huwa insodisfaċenti, inkluż fir-rigward ta' kwistjonijiet bħas-separazzjoni strutturali, l-aċċess għan-netwerks u r-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni; jinnota li l-Kummissjoni nediet proċeduri ta' ksur kontra żewġ Stati Membri rigward kwistjonijiet ta' kontenut; jistieden lill-Kummissjoni tivverifika jekk il-miżuri leġiżlattivi adottati mill-Istati Membri jikkostitwixxux traspożizzjoni sħiħa tad-Direttiva, u jekk le, tieħu azzjoni deċiżiva biex tindirizza dan; jinnota s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Każ C-340/13, li ddikjarat li l-prinċipju ta' antidiskriminazzjoni msemmi fl-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali ma jipprekludix l-introduzzjoni, min-naħa ta' fornitur ta' servizz universali, ta' tnaqqis kwantitattiv għal kull klijent kummerċjali bl-għan leġittimu li jistimula d-domanda; jirrikonoxxi wkoll li sentenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każijiet konġunti C-287/06 sa C-292/06 enfasizzat li tista' sseħħ diskriminazzjoni illegali f'dak li jirrigwarda t-tnaqqis operattiv;

    4.  Jinnota l-konferma tal-Kummissjoni li d-Direttiva dwar is-Servizzi Postali ma tirrikjedi l-ebda struttura ta' sjieda partikolari għall-fornituri ta' servizz universali (FSU); jemmen li l-FSU u l-operaturi alternattivi għandhom jiġu mħeġġa jinvestu u jagħmlu innovazzjonijiet fil-forniment ta' servizzi postali ta' kwalità, effiċjenti u aċċessibbli, għall-benefiċċju tal-konsumaturi, minflok ma jinżammu lura milli jagħmlu dan; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-Istati Membri jappoġġaw il-modernizzazzjoni u t-tiġdid tas-settur permezz tal-investiment, bl-użu ta' mekkaniżmi ta' finanzjament li huma jqisu l-aktar xierqa bi qbil mal-politika tal-UE dwar il-kompetizzjoni;

    5.  Jinnota li f'ħafna Stati Membri, it-tnaqqis fil-volum tal-ittri jagħmel il-provvediment tas-servizzi universali tal-posta aktar u aktar diffiċli; jirrikonoxxi li ħafna fornituri ta' servizz universali deżinjati jużaw id-dħul minn attivitajiet kummerċjali li mhumiex OSU, bħal servizzi finanzjarji jew konsenja tal-pakketti, biex jiffinanzjaw l-OSU; jinnota r-rabta mill-qrib bejn l-iżvilupp tas-servizzi postali u tal-pakketti u dak tal-kummerċ elettroniku u s-sostituzzjoni elettronika; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja b'mod kostanti s-setturi postali u tal-pakketti li qed jevolvu u l-użu mill-Istati Membri tal-flessibbiltà offruta fl-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali, sabiex jiġu żgurati kemm is-sostenibbiltà tal-OSU kif ukoll il-kwalità tas-servizzi pprovduti; jirrikonoxxi l-bidliet fl-aspettattivi tal-klijenti u l-benefiċċji tal-kampanja tal-UE Keep Me Posted favur il-promozzjoni tal-għażla tal-konsumatur; iqis li l-possibbiltà tas-sostituzzjoni elettronika għandha tkun disponibbli kull meta tintalab mill-utenti;

    6.  Itenni l-appoġġ tiegħu lill-Forum tal-Utenti Postali, li ġie stabbilit fl-2011 mill-Kummissjoni u li għandu l-għan li jiffaċilita d-diskussjoni bejn l-utenti, l-operaturi, it-trejdjunjins u partijiet interessati oħra dwar kwistjonijiet li jinkludu s-sodisfazzjon tal-utent finali, ir-rekwiżiti ta' utent kummerċjali u kif tista' titjieb il-konsenja permezz tal-kummerċ elettroniku; huwa tal-fehma li l-Forum huwa utli ħafna u għandu jiltaqa' regolarment sabiex jidentifika soluzzjonijiet potenzjali għat-titjib tas-servizzi postali u tal-konsenja tal-pakketti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex teżamina fid-dettall l-iżvilupp tas-servizzi postali b'rabta mal-operaturi diġitali emerġenti ġodda u tivvaluta l-implikazzjonijiet u l-opportunitajiet potenzjali għas-servizzi postali eżistenti u l-impjegati tagħhom; jilqa' ż-żieda fl-opportunitajiet ta' impjieg fis-settur tal-konsenja tal-pakketti u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jiżviluppaw politiki immirati lejn it-titjib tal-ħiliet, l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-ħaddiema f'dan is-settur; jinnota ż-żieda fl-użu tal-impjieg part-time u l-impjieg temporanju u l-istatus ta' ħaddiema indipendenti għas-servizzi postali u tal-konsenja tal-pakketti; jinnota li l-impjiegi sostenibbli ta' kwalità għolja għandhom rwol sinifikanti fl-għoti ta' standards għoljin u konsisenti ta' servizz lill-konsumaturi, u jqis li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti fis-settur, irrespettivament mill-istatus tal-impjieg;

    7.  Iqis li, filwaqt li s-sitwazzjoni tvarja minn Stat Membru għal ieħor, il-kwalità, l-aċċessibbiltà u l-affidabbiltà tal-konsenja tal-pakketti fl-UE jistgħu u jridu jitjiebu filwaqt li tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi, inkluż f'żoni rurali u remoti, il-bliet u l-muniċipalitajiet; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-aċċessibilità għas-servizzi postali għal persuni b'diżabilità u l-importanza tal-Att dwar l-Aċċessibilità, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-konsenji transkonfinali u l-kummerċ elettroniku;

    8.  Jiġbed l-attenzjoni lejn iż-żieda kostanti fis-sehem tas-suq meħud minn servizzi ta' konsenja transkonfinali, li għandha tiġi appoġġata; jinnota s-sejbiet tal-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar il-konsenja ta' pakketti transkonfinali; jenfasizza li wħud mill-ikbar ostakoli għall-konsumaturi u l-bejjiegħa bl-imnut fil-kummerċ online madwar l-UE jinkludu prezzijiet għolja tal-konsenja, nuqqas ta' trasparenza, ħin tal-konsenja insodisfaċenti, nuqqas ta' informazzjoni, u nuqqas ta' ċarezza rigward ir-responsabbiltà għal telf jew ħsara; jinnota l-importanza ta' servizzi ta' konsenja ta' pakketti affordabbli u affidabbli fit-twettiq tal-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku Diġitali; jilqa', għalhekk, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li fl-2016 tniedi miżuri biex ittejjeb it-trasparenza tal-prezzijiet u ssaħħaħ is-sorveljanza regolatorja tal-konsenja tal-pakketti, u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra azzjoni dwar l-aċċess għan-netwerks postali sabiex tindirizza b'mod adegwat il-problemi kollha li l-konsumaturi u n-negozji jħabbtu wiċċhom magħhom fis-suq tal-konsenja;

    9.  Iqis il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (ESCP) bħala rikors utli għall-konsumaturi u n-negozji fit-tranżazzjonijiet transkonfinali; jenfasizza li d-Direttiva dwar is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim u l-pjattaforma online stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 524/2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-konsumaturi u n-negozji fit-tranżazzjonijiet transkonfinali; huwa mħasseb li, minkejja l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' Lulju 2015, s'issa 24 Stat Membru biss ittrasponew id-Direttiva dwar is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim u konsegwentement miljuni ta' ċittadini Ewropej qed jiġu mċaħħda minn dan il-mekkaniżmu ta' rimedju importanti; jitlob mekkaniżmi ulterjuri għal rimedju xieraq għall-konsumaturi fis-servizzi postali, jekk dan ikun neċessarju;

    10.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex tiżgura kondizzjonijiet ugwali għal operaturi eżistenti u alternattivi u tiffaċilita l-aċċess għall-SMEs fis-settur postali; itenni li t-trasparenza fir-rigward tal-prezzijiet, it-tnaqqis, il-kundizzjonijiet jew ir-roħs speċjali, hija element essenzjali tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali, sabiex jiġi żgurat trattament nondiskriminatorju tal-utenti kollha tal-posta; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tneħħi l-ostakoli għall-kompetizzjoni transkonfinali u domestika sabiex il-konsumaturi u n-negozji, partikolarment l-SMEs, ikunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji ta' suq uniku reali għas-servizzi postali;

    11.  Huwa konvint li l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jqabblu faċilment il-prestazzjoni ta' operaturi postali differenti, inklużi l-prezz, il-kopertura u l-veloċità tal-konsenja; jinnota li l-iżvilupp tas-servizzi postali transkonfinali fl-UE jista' jibbenefika mill-ħolqien ta' pjattaformi għas-servizzi ta' distribuzzjoni, mit-tnedija ta' siti web għat-tqabbil tal-prezzijiet, mit-titjib tas-sistemi "traċċar u rintraċċar" u minn inizjattivi oħra bħal dawn li jippromwovu s-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur;

    12.  Jissottolinja r-rwol potenzjali tal-mekkaniżmi ta' finanzjament tal-UE fil-faċilitazzjoni tal-innovazzjoni fis-servizzi postali u tal-konsenja, inklużi possibilitajiet ta' kummerċ elettroniku ta' benefiċċju għall-konsumaturi, għall-ambjent u għall-SMEs u soluzzjonijiet b'objettivi ta' aċċessibilità u inklużjoni soċjali; jinnota li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (ARN) postali, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, il-korpi għall-ħarsien tal-konsumatur, il-bejjiegħa bl-imnut elettroniċi u l-operaturi kollha fil-qasam tal-konsenja transkonfinali għandhom jiġu mħeġġa jtejbu l-funzjonament tas-settur postali; ifakkar li l-Parlament stieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibilitajiet li jinħolqu marki ta' fiduċja għall-kummerċ elettroniku, u tivvaluta jekk tali marki ta' fiduċja jistgħux jikkontribwixxu wkoll biex jiġu żgurati l-kwalità u l-affidabbiltà tas-servizzi ta' konsenja;

    RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

    Data tal-adozzjoni

    24.5.2016

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    30

    3

    1

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Dita Charanzová, Carlos Coelho, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Vicky Ford, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Antanas Guoga, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Eva Paunova, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Richard Sulík, Mylène Troszczynski, Marco Zullo

    Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

    Lucy Anderson, Pascal Arimont, Edward Czesak, Morten Løkkegaard, Dariusz Rosati, Richard Sulík, Lambert van Nistelrooij, Sabine Verheyen, Theodoros Zagorakis

    Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

    Raymond Finch, Christofer Fjellner, Sven Giegold

    RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

    Data tal-adozzjoni

    12.7.2016

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    43

    2

    0

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

    Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

    Markus Ferber, Maria Grapini, Timothy Kirkhope, Patricija Šulin