Proċedura : 2013/0302(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0256/2016

Testi mressqa :

A8-0256/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/09/2016 - 9.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0341

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 664kWORD 48k
5.9.2016
PE 583.953v01-00 A8-0256/2016

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE

(07532/2/2016 – C8-0227/2016 – 2013/0302(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Ivo Belet

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE

(07532/2/2016 – C8-0227/2016 – 2013/0302 (COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (07532/2/2016 – C8-0227/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Jannar 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta' Jannar 2014(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0622),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0256/2016),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU C 177, 11.6.2014, p. 58.

(2)

ĠU C 126, 26.4.2014, p. 48.

(3)

Testi Adottati tal-15.4.2014, P7_TA(2014)0343.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-prijoritajiet tal-Parlament

Fl-ewwel qari l-Parlament appoġġja applikazzjoni uniformi ta' rekwiżiti tekniċi komuni għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni fl-Unjoni Ewropea sabiex ikun żgurat livell għoli ta' sikurezza u effiċjenza fin-navigazzjoni interna. Huwa kien ukoll favur adattament rapidu tal-istandards għall-progress xjentifiku u tekniku, b'kont meħud tal-istandards żviluppati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari mis-CESNI (il-Kumitat Ewropew għat-tfassil ta' standards fil-qasam tan-navigazzjoni interna), li għandu jiġi stabbilit taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu. Il-Parlament talab ukoll li jsir rieżami perjodiku ta' tliet snin tad-Direttiva sabiex jiġu vvalutati l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati.

Sabiex tkun żgurata l-koerenza ma' partijiet oħra tal-leġiżlazzjoni tal-UE, b'mod partikolari mad-Direttiva 2014/94/UE dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi, il-Parlament talab l-adozzjoni ta' atti delegati biex jiddaħħlu rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti li jitħaddmu bil-gass naturali likwifikat (LNG).

Il-kisbiet ewlenin:

Il-Parlament u l-Kunsill qablu dwar l-għan ġenerali tad-Direttiva, li huwa li tipprovdi qafas armonizzat u koerenti sabiex ikun żgurat l-istess livell ta' sikurezza għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni. Iż-żewġ istituzzjonijiet appoġġjaw razzjonalizzazzjoni tal-użu tar-riżorsi biex jiġu żviluppati standards tekniċi u jadattawhom għall-progress xjentifiku u tekniku permezz tal-użu ta' standards żviluppati minn organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari s-CESNI.

Il-Kunsill u l-Parlament, madankollu, kellhom fehmiet diverġenti dwar kif jadattaw l-annessi għall-istandards tekniċi. Il-Parlament ma setax jappoġġja l-użu ta' referenza dinamika biex l-anness tad-Direttiva jiġi adattat awtomatikament għal standard Ewropew żviluppat fis-CESNI. Tali referenza dinamika kienet se tagħti poter esklużiv ta' deċiżjoni lill-Kunsill, filwaqt li taqbeż il-prerogattivi tal-Parlament bħala koleġiżlatur. Għandu jkun enfasizzat li l-korp internazzjonali CESNI huwa magħmul biss mill-Istati Membri tal-UE u mill-Isvizzera. Għalhekk, huwa importanti li l-adattament tal-istandards tekniċi permezz tal-adozzjoni ta' atti delegati jinżamm. Għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni mas-CESNI se jkollu jiġi rivedut fi żmien ħames snin.

In-negozjati:

Wara l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 u d-deċiżjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (TRAN) biex jinfetħu n-negozjati fis-26 ta' Marzu 2015, saru negozjati informali bil-għan li jintlaħaq ftehim bikri fit-tieni qari taħt il-Presidenza Lussemburgiża u dik Netherlandiża tal-Kunsill. It-timijiet negozjanti tal-Parlament u tal-Kunsill laħqu ftehim dwar il-fajl fis-17 ta' Ġunju 2015. It-test tan-negozjati li rriżulta ġie approvat mill-Kumitat TRAN fis-7 ta' April 2016. Abbażi tal-approvazzjoni tal-Kumitat, il-President tal-Kumitat TRAN, fl-ittra tiegħu lill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti, qal li kien se jirrakkomanda li l-plenarja tapprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari mingħajr emendi. Wara verifika ġuridika-lingwistika, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari u b'dan ikkonferma l-ftehim tas-17 ta' Marzu 2016.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (tħassir tad-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)

Referenzi

07532/2/2016 – C8-0227/2016 – 2013/0302(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

15.4.2014                     T7-0343/2014

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2013)0622 - C7-0266/2013

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

22.6.2016

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

22.6.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Ivo Belet

22.10.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.7.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

1.9.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Belet, Michael Gahler, Karoline Graswander-Hainz, Werner Kuhn, Jozo Radoš, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Urszula Krupa

Data tat-tressiq

5.9.2016

Avviż legali - Politika tal-privatezza