IT-TIENI RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014

28.9.2016 - (2015/2202(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Marian-Jean Marinescu

Proċedura : 2015/2202(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0264/2016
Testi mressqa :
A8-0264/2016
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2202(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta[1],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0058/2016),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016[3] li tiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2014, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta ARTEMIS),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC[5],

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[7],

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0264/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta ARTEMIS) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta ARTEMIS), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2202(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta[9],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[10] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0058/2016),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016[11] li tiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2014, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta ARTEMIS),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC[13],

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL[14], u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[15],

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[16],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0264/2016),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta ARTEMIS), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2202(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0264/2016),

A.  billi l-Impriża Konġunta ENIAC (l-"Impriża Konġunta") ġiet stabbilita fl-20 ta' Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin biex tistabbilixxi u timplimenta aġenda ta' riċerka għall-iżvilupp ta' kompetenzi ewlenin għan-nanoelettronika f'oqsma ta' applikazzjoni differenti;

B.  billi l-Impriża Konġunta ngħatat l-awtonomija finanzjarja tagħha f'Lulju 2010;

C.  billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, l-Iżvezja u r-Renju Unit u l-Assoċjazzjoni għall-Attivitajiet Ewropej tan-Nanoelettronika ("AENEAS");

D.  billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta tammonta għal EUR 450 000 000, u din titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru tar-Riċerka;

E.  billi l-kontribuzzjoni massima ta' AENEAS għall-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta tammonta għal EUR 30 000 000 u l-Istati Membri għandhom jagħtu kontribuzzjonijiet in natura għall-ispejjeż operattivi kif ukoll jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' mill-anqas 1,8 darbiet aktar mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

F.  billi l-Impriża Konġunta ġiet fuża mal-Impriża Konġunta ARTEMIS ("ARTEMIS") sabiex tinħoloq l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tal-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea ("ITK ECSEL") li bdiet l-attivitajiet tagħha f'Ġunju 2014 u se tibqa' topera għal 10 snin;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sas-26 ta' Ġunju 2014 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fis-26 ta' Ġunju 2014 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għall-perjodu li ntemm dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

2.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' Ġunju 2014 (ir-"rapport tal-Qorti") ħarġet opinjoni kwalifikata għar-raba' sena konsekuttiva dwar ir-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi abbażi tal-fatt li l-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali (AFN) dwar l-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-proġetti ma jinkludux arranġamenti prattiċi dwar l-awditi ex post;

3.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Impriża Konġunta ma vvalutatx il-kwalità tar-rapporti tal-awditjar li rċeviet mingħand l-AFN fir-rigward tal-ispejjeż relatati ma' proġetti lesti; jinnota, barra minn hekk, li, wara valutazzjoni tal-istrateġiji tal-awditjar ta' tliet AFN, ma kienx possibbli li jiġi ddeterminat jekk l-awditi ex post humiex qegħdin jiffunzjonaw b'mod effikaċi minħabba l-metodoloġiji differenti użati mill-AFN li ma ppermettewx lill-Impriża Konġunta tikkalkula rata ta' żball ipponderata jew rata tal-iżball residwu; jinnota wkoll li l-ITK ECSEL ikkonfermat li l-valutazzjoni estensiva tagħha tas-sistemi ta' assigurazzjoni nazzjonali kkonkludew li dawn jistgħu jipprovdu protezzjoni raġonevoli tal-interessi finanzjarji tal-membri tal-Impriżi Konġunti;

4.  Josserva li l-ITK ECSEL stiednet lill-AFN jipproduċu provi li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali toffri assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet u josserva li sat-terminu tat-30 ta' Ġunju 2016, 76 % tal-AFN mistiedna jagħmlu hekk, li jirrappreżentaw 96,79 % tal-infiq konġunt ta' ARTEMIS u tal-Impriża Konġunta, ippreżentaw id-dokumenti meħtieġa u kkonfermaw li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali toffri assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

5.  Jieħu nota tal-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 2 356 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 76 500 250;

6.  Jirrikonoxxi li, skont l-Impriża Konġunta, il-proċeduri nazzjonali ta' assigurazzjoni ġew eżaminati sa April 2015 għall-pajjiżi li jirċievu 54,2 % tal-għotjiet tal-Impriża Konġunta; ifaħħar l-intenzjoni tal-Impriża Konġunta li tkompli tali eżerċizzju biex tkopri sa 92,7 % tal-għotjiet totali allokati mill-Impriża Konġunta; jilqa' favorevolment l-assigurazzjoni tal-Impriża Konġunta skont liema l-proċeduri nazzjonali joffru assigurazzjoni raġonevoli fir-rigward tal-legalità u tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

26.9.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cătălin Sorin Ivan, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche, Richard Sulík

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Edouard Ferrand

  • [1]    ĠU C 422, 17.12.2015, p. 25.
  • [2]    ĠU C 422, 17.12.2015, p. 26.
  • [3]    Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2016)0195.
  • [4]    ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1
  • [5]    ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.
  • [6]    ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
  • [7]    ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [8]    ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
  • [9]    ĠU C 422, 17.12.2015, p. 25.
  • [10]    ĠU C 422, 17.12.2015, p. 26.
  • [11]    Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2016)0195.
  • [12]    ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1
  • [13]    ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.
  • [14]    ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
  • [15]    ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [16]    ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.