RAPPORT dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Strateġika bejn il-Ministeru tas-Sigurtà Pubblika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Europol
28.9.2016 - (08364/2016 – C8-0217/2016 – 2016/0808(CNS)) - *
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Claude Moraes
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Strateġika bejn il-Ministeru tas-Sigurtà Pubblika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Europol
(08364/2016 – C8-0217/2016 – 2016/0808(CNS))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (08364/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat bit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0217/2016),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni klassifikata[2], u b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 6 tagħha,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/935/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tiddetermina l-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet[3],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0265/2016),
1. Japprova l-abbozz tal-Kunsill;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
4. Jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta d-dispożizzjonijiet li hemm fil-ftehim ta' kooperazzjoni, wara d-data ta' applikazzjoni tal-Regolament il-ġdid tal-Europol[4]; jitlob li l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-eżitu ta' din il-valutazzjoni u, jekk ikun xieraq, tressaq rakkomandazzjoni għal awtorizzazzjoni li tinfetaħ rinegozjazzjoni internazzjonali tal-ftehim;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Europol.
- [1] ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
- [2] ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6.
- [3] ĠU L 325, 11.12.2009, p. 12.
- [4] Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).
NOTA SPJEGATTIVA
Skont l-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Europol attwali (id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI), huwa kompitu tal-Kunsill li japprova l-konklużjoni ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni internazzjonali ma' stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew. Tali ftehimiet jistgħu jirrigwardaw l-iskambju ta' informazzjoni operazzjonali, strateġika, teknika jew klassifikata. Ftehim ta' kooperazzjoni operazzjonali jinkludi wkoll l-iskambju ta' data personali.
Din il-proposta tikkonċerna l-approvazzjoni ta' proposta ta' ftehim ta' kooperazzjoni strateġika bejn il-Europol u ċ-Ċina. Tali ftehim strateġiku jeskludi l-iskambju ta' data personali u, għaldaqstant, il-kwistjoni tal-protezzjoni tad-data mhijiex rilevanti f'dan il-każ. L-informazzjoni skambjata tista' tinkludi għarfien speċjalizzat, rapporti tas-sitwazzjoni ġenerali, riżultati ta' analiżi strateġika, informazzjoni dwar proċeduri ta' investigazzjoni kriminali, informazzjoni dwar metodi ta' prevenzjoni tal-kriminalità, attivitajiet ta' taħriġ, u l-għoti ta' pariri u appoġġ f'investigazzjonijiet kriminali individwali.
Jidher li hemm ħtiġijiet operazzjonali ċari li l-Europol jikkoopera maċ-Ċina. Skont l-Europol, iċ-Ċina qiegħda ssir dejjem aktar rilevanti bħala pajjiż sors, pajjiż ta' destinazzjoni u pajjiż ta' tranżitu fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, bħalma huma l-immigrazzjoni illegali ffaċilitata, it-traffikar tal-bnedmin, reati relatati mad-droga, l-iffalsifikar tal-euro, il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-korruzzjoni fl-isport, kif ukoll iċ-ċiberkriminalità u attivitajiet relatati mal-ħasil tal-flus. Barra minn hekk, iċ-Ċina hija l-bażi ta' diversi gruppi kriminali organizzati li għandhom impatt kbir.
Ir-rapporteur jappoġġja l-konklużjoni ta' dan il-ftehim ta' kooperazzjoni strateġika maċ-Ċina, peress li l-ftehim jgħin u jsaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali fl-infurzar tal-liġi.
Ir-rapporteur isegwi b'mod preċiż it-test tar-rapport li ġie adottat fil-Plenarja fit-12 ta' April 2016 rigward il-Ftehim ta' Kooperazzjoni Strateġika bejn l-Europol u l-Brażil.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Strateġika bejn il-Ministeru tas-Sigurtà Pubblika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Europol |
||||
Referenzi |
08364/2016 – C8-0217/2016 – 2016/0808(CNS) |
||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
9.6.2016 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 22.6.2016 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 22.6.2016 |
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
AFET 8.9.2016 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Claude Moraes 31.8.2016 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
26.9.2016 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 6 5 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Malin Björk, Michał Boni, Frank Engel, Tanja Fajon, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Anna Hedh, Petr Ježek, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Luigi Morgano, Morten Helveg Petersen, Josep-Maria Terricabras, Axel Voss |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Arnaud Danjean, Sylvie Goddyn, Mylène Troszczynski |
||||
Data tat-tressiq |
28.9.2016 |
||||