Proċedura : 2016/0173(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0266/2016

Testi mressqa :

A8-0266/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 05/10/2016 - 8.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0374

RAPPORT     *
PDF 585kWORD 46k
28.9.2016
PE 587.433v02-00 A8-0266/2016

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil ċerti Stati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Korea mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri

(COM(2016)0372 – C8-0233/2016 – 2016/0173(NLE))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Angel Dzhambazki

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil ċerti Stati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Korea mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri

(COM(2016)0372 – C8-0233/2016 – 2016/0173(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2016)0372),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 38, paragrafu erbgħa, tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

–  wara l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt b, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0233/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja(1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 108(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0266/2016),

1.  Japprova l-awtorizzazzjoni lil ċerti Stati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Korea għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(1)

Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali tat-tfal hija strument ta' importanza fundamentali. Il-Konvenzjoni ġiet ratifikata mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea.

Din il-Konvenzjoni waqqfet sistema li permezz tagħha l-istati kontraenti jistgħu jikkooperaw biex isibu soluzzjoni għas-sitwazzjonijiet ta' ħtif internazzjonali ta' tfal.

Ħafna drabi, dawn il-problemi jinħolqu meta koppja tinfired. Għal raġel jew mara li jiġi/tiġi minn stat ieħor, jista' jkun hemm it-tentazzjoni li jiġi sfruttat in-nuqqas ta' kooperazzjoni bejn l-Istati biex tittieħed il-kustodja tat-tfal. Fl-istampa spiss naraw każijiet ta' ħtif internazzjonali ta' tfal waqt separazzjoni jew divorzju.

Il-problema prinċipali f'każijiet bħal dawn hija n-nazzjonaliżmu tas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati. F'dawn il-każijiet, spiss jiġri li l-qrati taż-żewġ stati involuti jiddikjaraw lilhom infushom kompetenti u li kull qorti tagħti l-kustodja tat-tfal lill-ġenitur tan-nazzjonalità tagħha.

L-għan tal-Konvenzjoni kkonċernata hu li jissolvew dawn is-sitwazzjonijiet fil-livell internazzjonali, bl-istabbiliment tal-kompetenza tal-qrati u tal-liġijiet tal-istat ta' residenza tat-tfal. Il-Konvenzjoni tistabbilixxi wkoll sistema li tiżgura r-ritorn immedjat tat-tfal maħtufa.

L-UE issa għandha kompetenza esterna esklussiva f'dan il-qasam kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/13. L-Istati Membri għalhekk ma jaġixxux aktar għal rashom. Il-problema hija li l-Konvenzjoni ma tipprevedix l-azzjoni awtonoma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.

B'segwitu għall-adeżjoni tal-Korea t'Isfel għall-Konvenzjoni, hija neċessarja deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri (ħlief id-Danimarka, li hija eskluża mill-politika tal-ġustizzja ċivili tal-Unjoni, u r-Repubblika Ċeka, l-Irlanda u l-Litwanja, li diġà aċċettaw l-adeżjoni tal-Korea t'Isfel) jaċċettaw l-adeżjoni tal-Korea t'Isfel. Dan se jippermetti li l-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ bejn il-Korea t'Isfel u l-Unjoni Ewropea kollha.

L-adeżjoni tal-Korea t'Isfel għall-Konvenzjoni għandha tintlaqa' tajjeb; Il-Kummissjoni, flimkien ma' esperti dwar il-ġustizzja ċivili mill-Istati Membri, ivvalutat il-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja tal-Korea t'Isfel u r-rieda tal-pajjiż li jimplimenta l-Konvenzjoni, u tqis li jkun ideali li l-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Korea t'Isfel. Ir-rapporteur dan jappoġġah bis-sħiħ, peress li s-sistema tal-Konvenzjoni tal-Aja tkun aktar effikaċi jekk aktar pajjiżi jissieħbu magħha. Fl-Ewropa hemm komunità Koreana sinifikanti, u dan ikompli jenfasizza r-rilevanza li tiġi aċċettata din l-adeżjoni.

Ir-rapporteur għaldaqstant jipproponi lill-Parlament li jadotta l-proposta mingħajr emendi, sabiex jiżgura li l-ħarsien mogħti lit-tfal ikkonċernati jiġi estiż għat-territorju kollu tal-Unjoni.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil ċerti Stati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Korea mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri

Referenzi

COM(2016)0372 – C8-0233/2016 – 2016/0173(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

22.6.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

4.7.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

4.7.2016

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

LIBE

11.7.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Angel Dzhambazki

11.7.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.9.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Sajjad Karim, Dietmar Köster, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Emil Radev, Evelyn Regner, József Szájer, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Buda, Sergio Gaetano Cofferati, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Stefano Maullu, Virginie Rozière

Data tat-tressiq

28.9.2016

Avviż legali - Politika tal-privatezza