dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil ċerti Stati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Każakistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil ċerti Stati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Każakistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri
– wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2016)0368),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 38, paragrafu erbgħa, tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,
– wara l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt b, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0232/2016),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja(1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 108(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0268/2016),
1. Japprova l-awtorizzazzjoni lil ċerti Stati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Każakistan għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.
Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali tat-tfal hija strument ta' importanza fundamentali. Il-Konvenzjoni ġiet ratifikata mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea.
Din il-Konvenzjoni waqqfet sistema li permezz tagħha l-istati kontraenti jistgħu jikkooperaw biex isibu soluzzjoni għas-sitwazzjonijiet ta' ħtif internazzjonali ta' tfal.
Ħafna drabi, dawn il-problemi jinħolqu meta koppja tinfired. Għal raġel jew mara li jiġi/tiġi minn stat ieħor jista' jkun hemm it-tentazzjoni li jiġi sfruttat in-nuqqas ta' kooperazzjoni bejn l-Istati biex tittieħed il-kustodja tat-tfal. Fl-istampa spiss naraw każijiet ta' ħtif internazzjonali ta' tfal waqt separazzjoni jew divorzju.
Il-problema prinċipali f'każijiet bħal dawn hija n-nazzjonaliżmu tas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati. F'dawn il-każijiet, spiss jiġri li l-qrati taż-żewġ stati involuti jiddikjaraw lilhom infushom kompetenti u li kull qorti tagħti l-kustodja tat-tfal lill-ġenitur tan-nazzjonalità tagħha.
L-għan tal-Konvenzjoni kkonċernata hu li jissolvew dawn is-sitwazzjonijiet fil-livell internazzjonali, bl-istabbiliment tal-kompetenza tal-qrati u tal-liġijiet tal-istat ta' residenza tat-tfal. Il-Konvenzjoni tistabbilixxi wkoll sistema li tiżgura r-ritorn immedjat tat-tfal maħtufa.
L-UE issa għandha kompetenza esterna esklussiva f'dan il-qasam kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/13. L-Istati Membri għalhekk ma jaġixxux aktar għal rashom. Il-problema hija li l-Konvenzjoni ma tipprevedix l-azzjoni awtonoma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.
B'segwitu għall-adeżjoni tal-Każakistan għall-Konvenzjoni, hija neċessarja deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri (ħlief id-Danimarka, li hija eskluża mill-politika tal-ġustizzja ċivili tal-Unjoni, u n-Netherlands, li diġà aċċettaw l-adeżjoni tal-Każakistan) jaċċettaw din l-adeżjoni. Dan se jippermetti li l-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ bejn il-Każakistan u l-Unjoni Ewropea kollha.
L-adeżjoni tal-Każakistan għall-Konvenzjoni għandha tintlaqa' tajjeb; Il-Kummissjoni, flimkien ma' esperti dwar il-ġustizzja ċivili mill-Istati Membri, ivvalutat il-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja tal-Każakistan u r-rieda tal-pajjiż li jimplimenta l-Konvenzjoni, u tqis li jkun ideali li l-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Każakistan. Ir-rapporteur dan jappoġġah bis-sħiħ, peress li s-sistema tal-Konvenzjoni tal-Aja tkun aktar effikaċi jekk aktar pajjiżi jissieħbu magħha.
Ir-rapporteur għaldaqstant jipproponi lill-Parlament li jadotta l-proposta mingħajr emendi, sabiex jiżgura li l-ħarsien mogħti lit-tfal ikkonċernati jiġi estiż għat-territorju kollu tal-Unjoni.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu
Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil ċerti Stati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Każakistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri
Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni
22.6.2016
Kumitat responsabbli
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
JURI
4.7.2016
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
LIBE
4.7.2016
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
Data tad-deċiżjoni
LIBE
11.7.2016
Rapporteurs
Data tal-ħatra
Angel Dzhambazki
11.7.2016
Data tal-adozzjoni
26.9.2016
Riżultat tal-votazzjoni finali
+:
–:
0:
22
0
0
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Sajjad Karim, Dietmar Köster, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Emil Radev, Evelyn Regner, József Szájer, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka