RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku
29.9.2016 - (09389/1/2016 – C8-0360/2016 – 2012/0340(COD)) - ***II
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Dita Charanzová
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku
(09389/1/2016 – C8-0360/2016 – 2012/0340(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (09389/1/2016 – C8-0360/2016),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013[1],
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[2] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0721),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0269/2016),
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
- [1] ĠU C 271, 19.9.2013, p. 116.
- [2] Testi adottati tas-26.2.2014, P7_TA(2014)0158.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
L-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku |
||||
Referenzi |
09389/1/2016 – C8-0360/2016 – 2012/0340(COD) |
||||
Data tal-1 qari tal-PE - Numru P |
26.2.2014 T7-0158/2014 |
||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2012)0721 - C7-0394/2012 |
||||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari |
15.9.2016 |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 15.9.2016 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Dita Charanzová 17.7.2014 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
22.1.2015 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
26.9.2016 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
28 2 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Dita Charanzová, Sergio Gaetano Cofferati, Daniel Dalton, Nicola Danti, Vicky Ford, Evelyne Gebhardt, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Roberta Metsola, Eva Paunova, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Richard Sulík, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Birgit Collin-Langen, Julia Reda, Marc Tarabella |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Tim Aker, Franc Bogovič, Albert Deß, Sofia Ribeiro |
||||
Data tat-tressiq |
29.9.2016 |
||||