Proċedura : 2015/2254(INL)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0283/2016

Testi mressqa :

A8-0283/2016

Dibattiti :

PV 25/10/2016 - 3
CRE 25/10/2016 - 3

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2016 - 7.9
CRE 25/10/2016 - 7.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0409

RAPPORT     
PDF 1033kWORD 102k
10.10.2016
PE 576.988v02-00 A8-0283/2016

li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali

(2015/2254(INL))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Sophia in 't Veld

(Inizjattiva - Artikolu 46 tar-Regoli tal-Proċedura)

PR_INL_art42

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS GĦALL-MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI:Rakkomandazzjonijiet dettaljati għal abbozz ta' Ftehim Interistituzzjonali dwar arranġamenti li jirrigwardaw proċeduri ta' monitoraġġ u segwitu dwar is-sitwazzjoni tad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali fl-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-MINORANZA
 OPINJONI TAL-MINORANZA
 OPINJONI TAL-MINORANZA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali

(2015/2254(INL))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-preambolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari t-tieni, ir-raba', il-ħames u s-seba' premessa tiegħu,

–  wara li kkunsidra, b'mod partikolari, l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(3) u l-Artikoli 6,7 u 11 tat-TUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli tat-TFUE relatati mar-rispett lejn id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Unjoni, u l-promozzjoni u l-protezzjoni tagħhom, inklużi l-Artikoli 70, 258, 259, 260, 263 u 265 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 5 tat-TUE, l-Artikolu 295 tat-TFUE, il-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea u l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, annessi mat-TUE u mat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta),

–  wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa, b'mod partikolari l-Artikolu E tagħha,

–  wara li kkunsidra l-kriterji ta' Copenhagen, u l-korp ta' regoli tal-UE li pajjiż kandidat jeħtieġlu jissodisfa jekk jixtieq jingħaqad mal-Unjoni (l-acquis), b'mod partikolari l-Kapitoli 23 u 24 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB), il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-konvenzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet u r-rapporti tal-Assemblea Parlamentari, il-Kumitat tal-Ministri, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa Nru R(2000)21 tal-25 ta' Ottubru 2000 u l-Prinċipji Bażiċi tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Rwol tal-Avukati tal-1990, li jappellaw lill-Istati biex jiggarantixxu l-libertà u l-indipendenza tal-professjoni legali;

–  wara li kkunsidra l-"Memorandum ta' Qbil bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea", tat-23 ta' Mejju 2007,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji tal-Kunsill tal-Ewropa;

–  wara li kkunsidra l-Lista tal-Kriterji tal-Istat tad-Dritt adottata mill-Kummissjoni ta' Venezja fil-106 Sessjoni Plenarja tagħha, fit-18 ta' Marzu 2016,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra t-trattati tan-NU dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-ġurisprudenza tal-korpi tat-trattati tan-NU,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa,

–  wara li kkunsidra l-Approċċ tan-NU għall-Assistenza favur l-Istat tad-Dritt, ta' April 2008,

–  wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, u b'mod partikolari l-Għan 16:

–  wara li kkunsidra l-Ħamsa u Għoxrin Rapport Biennali tal-COSAC: Developments in European Union Procedures and Practices Relevant to Parliamentary Scrutiny (Żviluppi fi Proċeduri tal-Unjoni Ewropea u Prattiki Rilevanti għall-Iskrutinju Parlamentari) tat-18 ta' Mejju 2016,

–  wara li kkunsidra l-pubblikazzjonijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), inkluża s-Sistema ta' Informazzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali (EFRIS) proposta fid-dokument tal-istess aġenzija tal-31 ta' Diċembru 2013 dwar id-drittijiet fundamentali fil-ġejjieni tal-Ġustizzja u l-Intern tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-FRA tat-8 ta' April 2016 dwar l-iżvilupp ta' għodda integrata ta' indikaturi oġġettivi tad-drittijiet fundamentali li tkun kapaċi tkejjel il-konformità mal-valuri komuni elenkati fl-Artikolu 2 tat-TUE abbażi ta' sorsi eżistenti ta' informazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-ittra mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, id-Danimarka, il-Finlandja u n-Netherlands lill-President tal-Kummissjoni, tas-6 ta' Marzu 2013(2),

–  wara li kkunsidra n-nota mill-Presidenza Taljana bit-titolu "Niżguraw ir-rispett għall-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea", tal-15 ta' Novembru 2014(3),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill u tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar l-iżgurar tar-rispett tal-istat tad-dritt,

–  wara li kkunsidra l-ewwel u t-tieni djalogu tal-Kunsill dwar l-istat ta' dritt, matul il-Presidenza Lussemburgiża u Netherlandiża tal-UE, tas-17 ta' Novembru 2015 u l-24 ta' Mejju 2016,

–  wara li kkunsidra l-"Linji gwida dwar passi metodoloġiċi li għandhom jittieħdu biex tiġi vverifikata l-kompatibbiltà tad-drittijiet fundamentali fil-korpi preparatorji tal-Kunsill", maħruġa mill-Kunsill fid-19 ta' Diċembru 2014(4),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2010 bit-titolu "Strateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea",

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2011, bit-titolu "Operational Guidance on taking account of Fundamental rights in Commission Impact Assessments" (Gwida Operazzjonali dwar il-kunsiderazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali fil-Valutazzjonijiet tal-Impatt tal-Kummissjoni),

–  wara li kkunsidra l-mekkaniżmu eżistenti ta' monitoraġġ u l-għodod ta' valutazzjoni perjodika tal-Kummissjoni, inkluż il-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja, ir-rapporti kontra l-korruzzjoni u l-Media Monitor,

–  wara li kkunsidra l-Kollokju Annwali tal-Kummissjoni dwar id-Drittijiet Fundamentali,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Marzu 2014 bit-titolu "Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt",

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, tat-13 ta' April 2016,

–  wara li kkunsidra l-"Kodiċi ta' Prattika Tajba għall-Parteċipazzjoni Ċivili fil-Proċess tat-Teħid tad-Deċiżjoni", maħruġ mill-Kunsill tal-Ewropa fl-1 ta' Ottubru 2009,

–  wara li kkunsidra t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja 2016 tal-UE u r-Rapport mill-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2016 bit-titolu "Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni: Rapport Annwali tal-2015",

–  wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-Unità tal-Valur Miżjud Ewropew tal-Parlament, ta' April 2016, dwar mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 46 u 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarjiet Kostituzzjonali (A8-0283/2016),

A.  billi l-Unjoni hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità umana, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, kif minquxa fil-prinċipji u l-objettivi fundamentali fl-ewwel artikoli tat-TUE, u fil-kriterji għall-adeżjoni mal-Unjoni;

B.  billi l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom isostnu u jagħtu eżempju billi jissodisfaw l-obbligi tagħhom b'mod ġenwin u jipproċedu għat-tfassil ta' kultura kondiviża tal-istat tad-dritt bħala valur universali fit-28 Stat Membru u fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni li għandha tiġi applikata b'mod uniformi mill-partijiet kollha kkonċernati, filwaqt li r-rispett sħiħ lejn dawn il-prinċipji u l-promozzjoni tagħhom hu l-prerekwiżit essenzjali għal-leġittimità tal-proġett Ewropew kollu kemm hu u l-kundizzjoni bażika biex tinbena l-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni;

C.  billi, skont l-Opinjoni 2/13 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-Qorti tal-Ġustizzja) tat-18 ta' Diċembru 2014(5) u l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-drittijiet fundamentali rikonoxxuti mill-Karta huma fil-qalba tal-istruttura legali tal-Unjoni u r-rispett ta' dawn id-drittijiet huwa kundizzjoni tal-legalità tal-atti tal-Unjoni, hekk li miżuri li jkunu inkompatibbli ma' dawk id-drittijiet mhumiex aċċettabbli fl-Unjoni;

D.  billi, skont l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 7 tat-TUE, l-Unjoni tagħmel użu mill-possibbiltà li taġixxi sabiex tipproteġi l-'qalba kostituzzjonali' tagħha u l-valuri komuni li hija msejsa fuqhom;

E.  billi, l-istat tad-dritt huwa s-sinsla tad-demokrazija liberali Ewropea, u huwa wieħed mill-prinċipji ta' bażi tal-Unjoni Ewropea li joriġinaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni tal-Istati Membri kollha;

F.  billi l-Istati Membri kollha, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, u l-pajjiżi kandidati huma obbligati jirrispettaw, jipproteġu u jippromwovu dawk il-prinċipji u valuri, u għandhom id-dmir ta' kooperazzjoni leali;

G.  billi, skont, fost oħrajn, il-Protokoll Nru 24 anness mat-TUE u mat-TFUE, il-premessa 10 tad-Deċiżjoni 2002/584/ĠAI u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ("M.S.S. vs. Il-Belġju u l-Ġreċja") u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ("N.S. u M.E.", "Aranyosi u Căldăraru"), l-Istati Membri, inklużi l-qrati nazzjonali, għandhom l-obbligu li jżommu lura milli jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta' Stati Membri oħra fl-eventwalità li jkun hemm riskju ċar ta' ksur gravi jew ksur gravi u persistenzi tal-istat tad-dritt u tad-drittjiet fundamentali tal-Istati Membri l-oħra;

H.  billi r-rispett lejn l-istat tad-dritt fi ħdan l-Unjoni huwa prerekwiżit għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, kif ukoll għar-rispett tad-drittijiet u l-obbligi kollha li jitnisslu mit-Trattati u mid-dritt internazzjonali, u hu prekundizzjoni għar-rikonoxximent reċiproku u l-fiduċja kif ukoll fattur ewlieni għal oqsma tal-politika bħas-suq intern, it-tkabbir u l-impjiegi, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, l-inklużjoni soċjali, il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, iż-żona ta' Schengen, u l-politiki dwar l-asil u l-migrazzjoni, u bħala konsegwenza, l-erożjoni tal-istat tad-dritt, il-governanza demokratika u d-drittijiet fundamentali hija theddida serja għall-istabbiltà tal-Unjoni, l-unjoni monetarja u l-ispazju komuni ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u l-prosperità tal-Unjoni;

I.  billi l-mod li bih jiġi implimentat l-istat tad-dritt fl-Istati Membri jiżvolġi rwol ewlieni fl-iżgurar tal-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri u fis-sistemi ġuridiċi tagħhom, u b'hekk għandu importanza vitali għall-ħolqien ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni;

J.  billi l-Unjoni hija msejsa fuq sett komuni ta' valuri u prinċipji fundamentali u billi d-definizzjoni ta' dawk il-valuri u l-prinċipji fundamentali, li jippermettu li d-demokrazija tiffjorixxi u li d-drittijiet fundamentali jiġu protetti, hija proċess ħaj u permanenti, u billi dawk il-valuri u prinċipji jaf jevolvu maż-żmien, jeħtieġ ikunu mħarsa u għandhom ikunu l-bażi għad-deċiżjonijiet politiċi, indipendenti mill-maġġoranzi politiċi differenti u jirreżistu l-bidliet temporanji, u għaldaqstant ġudikatura indipendenti u imparzjali bir-responsabbiltà li tinterpretahom għandha rwol vitali;

K.  billi ċ-ċittadini u r-residenti tal-Unjoni mhumiex dejjem konxji biżżejjed tad-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini Ewropej; billi huma għandhom ikunu f'pożizzjoni li jkunu jistgħu jsawru l-valuri u l-prinċipji fundamentali tal-Unjoni u fuq kollox jieħdu s-sjieda tagħhom;

L.  billi skont l-Artikolu 4(2) tat-TUE, l-Unjoni għandha tirrispetta l-ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati, u billi r-rispett għad-diversità kulturali u t-tradizzjonijiet nazzjonali, fi ħdan u fost l-Istati Membri, m'għandux jimpedixxi l-protezzjoni uniformi u ta' livell għoli tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Unjoni kollha; billi l-prinċipju tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni huwa prinċipju universali u jirrappreżenta l-element komuni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-UE;

M.  billi s-salvagwardja tal-istat tad-dritt u ta' sistemi ġudizzjarji indipendenti effettivi għandhom rwol ewlieni fil-ħolqien ta' ambjent politiku pożittiv li jkun jista' jikseb lura l-fiduċja tal-pubbliku fl-istituzzjonijiet, u għaldaqstant anke għal ambjent li jiffavorixxi l-investiment u biex ikun hemm prevedibbiltà regolatorja akbar u tkabbir sostenibbli;

N.  billi ż-żieda tal-effikaċja tas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri hija aspett ewlieni tal-istat tad-dritt u hija essenzjali biex jiġi żgurat trattament ugwali, ikunu sanzjonati l-abbużi tal-gvern u tiġi prevenuta l-arbitrarjetà, u hija meqjusa mill-Kummissjoni bħala element ewlieni għar-riformi strutturali fis-Semestru Ewropew, iċ-ċiklu annwali tal-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi fil-livell tal-Unjoni; billi professjoni legali indipendenti hija waħda mill-pedamenti ta' soċjetà libera u demokratika;

O.  billi n-Nota ta' Gwida tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, bit-titolu "L-Approċċ tan-NU għall-Assistenza favur l-Istat tad-Dritt", tirrakkomanda li l-istat tad-dritt għandu jinkludi soċjetà pubblika u ċivili li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt u biex l-uffiċjali u l-istituzzjonijiet pubbliċi   jinżammu responsabbli;

P.  billi l-istudju tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew dwar il-Kost ta' Non-Ewropa fil-qasam tal-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni jenfasizza li l-integrazzjoni tal-mekkaniżmi ta' monitoraġġ eżistenti tal-UE, bħall-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja u r-Rapporti Kontra l-Korruzzjoni, f'qafas ta' monitoraġġ usa' għall-Istat tad-Dritt jirriżulta fl-iffrankar ta' EUR 70 biljun fis-sena;

Q.  billi l-governanza demokratika u legali tal-Unjoni ma għandhiex bażi leġiżlattiva soda għall-governanza ekonomika tagħha, peress li l-Unjoni ma turiex l-istess intransiġenza u fermezza fl-appell għar-rispett tal-valuri fundamentali tagħha, bħalma turi meta tiżgura li r-regoli ekonomiċi u fiskali tagħha huma implimentati korrettament;

R.  billi n-nuqqas ta' pajjiż kandidat li jissodisfa l-istandards, il-valuri u l-prinċipji demokratiċi meħtieġa jirriżulta f'dewmien fl-adeżjoni mal-Unjoni, sakemm il-pajjiż jissodisfa dawk l-istandards għalkollox, filwaqt li n-nuqqas ta' Stat Membru jew istituzzjoni tal-Unjoni li jissodisfaw dawn l-istess standards fil-prattika ftit għandu konsegwenzi;

S.  billi l-obbligi imposti fuq il-pajjiżi kandidati skont il-kriterji ta' Copenhagen jibqgħu japplikaw għall-Istati Membri wara li jaderixxu mal-Unjoni permezz tal-Artikolu 2 tat-TUE u l-prinċipju ta' kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4 tat-TUE, u billi mhux biss l-Istati Membri l-ġodda iżda anke l-Istati Membri l-antiki għandhom għaldaqstant jiġu vvalutati fuq bażi regolari sabiex jiġi vverifikat li l-liġijiet u l-prattiki tagħhom għadhom konformi mal-valuri komuni li fuqhom hija msejsa l-UE;

T.  billi madwar 8 % taċ-ċittadini tat-28 Stat Membru tal-UE jappartjenu għal minoranza nazzjonali, u madwar 10 % jitkellmu lingwa reġjonali jew minoritarja; billi ma jeżisti l-ebda qafas legali tal-UE li jiggarantixxi d-drittijiet tagħhom bħala minoranza; billi l-istabbiliment ta' mekkaniżmu effikaċi biex jissorvelja d-drittijiet tagħhom fl-UE huwa importanti ħafna; billi hemm differenza bejn il-protezzjoni tal-minoranzi u l-politiki kontra d-diskriminazzjoni; billi t-trattament ugwali huwa dritt bażiku, mhux privileġġ, taċ-ċittadini kollha;

U.  billi l-koerenza u l-konsistenza tad-demokrazija interna u esterna, l-istat tad-dritt u l-politika tad-drittijiet fundamentali huma kruċjali għall-kredibilità tal-Unjoni;

V.  billi jeżistu ftit strumenti biex jiżguraw li d-deċiżjonijiet politiċi leġiżlattivi u eżekuttivi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jikkonformaw mal-prinċipji u l-valuri fundamentali tal-Unjoni;

W.  billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea riċentement tat diversi sentenzi li jiżvalidaw ċerti liġijiet tal-Unjoni, Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jew prattiki leġiżlattivi, għax jiksru l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jew immorru kontra l-prinċipji tat-Trattat fir-rigward tat-trasparenza u l-aċċess għad-dokumenti, iżda f'bosta każijiet l-istituzzjonijiet tal-Unjoni naqsu milli jikkonformaw għalkollox mat-test u mal-ispirtu tas-sentenzi;

X.  billi l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali hija obbligu tat-Trattat taħt l-Artikolu 6(2) tat-TUE;

Y.  billi l-promozzjoni u l-ħarsien tad-demokrazija pluralista, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt, il-kooperazzjoni politika u legali, il-koeżjoni soċjali u l-iskambju kulturali huma fil-qalba tal-kooperazzjoni bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni;

Z.  billi l-bżonn ta' mekkaniżmi aktar effettivi u vinkolanti biex tkun żgurata l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipji u l-valuri tat-Trattati ġie rikonoxxut kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Kunsill, u mpoġġi fil-prattika permezz tal-ħolqien tal-Qafas tal-UE għat-Tisħiħ tal-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni Ewropea u d-Djalogu tal-Kunsill dwar l-Istat tad-Dritt;

AA.  billi l-Unjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha għadd kbir ta' strumenti u proċessi biex tiżgura applikazzjoni sħiħa u xierqa tal-prinċipji u l-valuri tat-Trattat, iżda m'hemm l-ebda reazzjoni rapida u effettiva min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; billi l-istrumenti eżistenti għandhom jiġu infurzati, evalwati u kumplimentati fil-qafas ta' mekkaniżmu tal-istat tad-dritt biex ikunu adegwati u effettivi, u mhux meqjusa li kienu politikament motivati jew arbitrarji jew inġusti fil-konfront ta' ċerti pajjiżi;

AB.  billi l-għadd ta' kawżi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li ċċitaw il-Karta żdied minn 43 fl-2011 għal 210 fl-2014;

AC.  billi l-koerenza bejn l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri fir-rigward tal-konformità mad-DRF ser tipprovdi benefiċċji ċari, bħal kawżi inqas għalja, aktar ċarezza għaċ-ċittadini tal-Unjoni u d-drittijiet tagħhom, u iktar ċertezza għall-Istati Membri f'termini ta' implimentazzjoni;

AD.  billi xi gvernijiet tal-Istati Membri jikkontestaw li l-ħarsien tal-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni huwa obbligu imposti mit-Trattati, jew li l-Unjoni għandha l-awtorità biex tiġi żgurata l-konformità;

AE.  billi f'sitwazzjonijiet fejn Stat Membru ma jibqax jiggarantixxi r-rispett għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, jew f'każijiet ta' ksur tal-istat tad-dritt, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom l-obbligu li jipproteġu l-integrità u l-applikazzjoni tat-Trattati u li jipproteġu d-drittijiet ta' kulħadd fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħha;

AF.  billi s-soċjetà ċivili għandha rwol importanti fil-bini u t-tisħiħ tad-demokrazija, il-monitoraġġ, u t-trażżin tas-setgħa tal-istat u l-promozzjoni tal-governanza tajba, it-trasparenza, l-effikaċja, l-aċċess miftuħ, ir-reazzjoni f'waqtha u r-responsabilità;

AG.  billi l-prinċipju ta' sussidjarjetà ma jistax jiġi invokat biex jiġi rrifjutat kwalunkwe intervent tal-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità tal-Istati Membri mal-prinċipji u l-valuri tat-Trattati;

AH. billi azzjoni mill-Unjoni sabiex tiżgura li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet jirrispettaw il-valuri li fuqhom hija mibnija, u li minnhom huma derivati d-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej, hija kundizzjoni essenzjali biex huma jkunu parti mill-proġett Ewropew;

AI.  billi l-proċess ta' integrazzjoni Ewropea li għaddej bħalissa u l-iżviluppi riċenti f'xi Stati Membri wrew li n-nuqqas ta' osservanza tal-istat tad-dritt u l-valuri fundamentali mhux qed jiġi prevenut kif jixraq u li huwa meħtieġ li jiġu riveduti u integrati l-mekkaniżmi eżistenti u li jiġi żviluppat mekkaniżmu effettiv biex jingħalqu l-lakuni li fadal u biex ikun żgurat li l-prinċipji u l-valuri tat-Trattat jiġu rispettati, imħarsa u promossi fl-Unjoni kollha;

AJ.  billi mekkaniżmu ġdid għandu jkun ibbażat fuq l-evidenza; oġġettiv u mhumiex soġġett għal influwenza esterna, b'mod partikolari l-influwenza politika, nondiskriminatorju u jivvaluta fuq bażi ugwali; filwaqt li jirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, in-neċessità u l-proporzjonalità; jindirizza kemm l-Istati Membri kif ukoll l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; u jkun ibbażat fuq approċċ gradat, li jinkludi kemm fergħa preventiva kif ukoll fergħa korrettiva;

AK.  billi mekkaniżmu ġdid għandu jimmira li joffri qafas uniku u koerenti, li jibni fuq strumenti u mekkaniżmi eżistenti u jinkorporahom, u jagħlaq kwalunkwe lakuni li baqa';

AL.  billi l-ħolqien ta' Patt tal-UE għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali ma jippreġudikaxl-applikazzjoni diretta tal-Artikolu 7(1) u (2) tat-TUE;

1.  Jirrakkomanda li sakemm isiru l-bidliet possibbli fit-Trattat, jitwaqqaf mekkaniżmu komprensiv tal-Unjoni għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali li jkun jinkludi l-partijiet konċernati rilevanti kollha u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni tissottometti, sa Settembru 2017, abbażi tal-Artikolu 295 tat-TFUE, proposta għall-konklużjoni ta' patt tal-Unjoni għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (il-Patt tal-UE għad-DRF) fil-forma ta' ftehim interistituzzjonali li jistabbilixxi arranġamenti li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri fil-qafas tal-Artikolu 7 tat-TUE, li jintegra, jallinja u jikkumplimenta l-mekkaniżmi eżistenti, wara r-rakkomandazzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-Anness u li jinkludi, għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni li jixtiequ jagħmlu dan, l-għażla li jissieħbu mal-Patt tal-UE għad-DRF;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha fi djalogu ġenwin mas-soċjetà ċivili, filwaqt li tiżgura li l-kontribut u r-rwol tagħha jitqies fil-proposta tagħha għal ftehim interistituzzjonali;

3.  Jirrakkomanda b'mod partikolari li l-Patt tal-UE għad-DRF jinkludi elementi preventivi u korrettivi, u jittratta lill-Istati Membri kollha bl-istess mod kif ukoll lit-tliet istituzzjonijiet ewlenin tal-Unjoni, filwaqt li jirrispetta l-prinċipji ta' sussidjarjetà, neċessità u proporzjonalità;

4.  Iqis li filwaqt li l-iskop ewlieni tal-Patt tal-UE għad-DRF ikun li jipprevjeni u jikkoreġi l-ksur tal-valuri tal-Unjoni, dan għandu jinkludi wkoll sanzjonijiet possibbli li jistgħu jaġixxu bħala deterrent;

5.  Jemmen li l-konklużjonijiet u l-opinjonijiet tal-FRA flimkien mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jikkostitwixxu bażi tajba għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tat-TUE u l-kamp ta' applikazzjoni tad-drittijiet minquxa fil-Karta;

6.  Ifakkar li l-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, għandha d-dmir li timmonitorja u tivvaluta l-implimentazzjoni korretta tad-dritt tal-UE u r-rispett tal-prinċipji u tal-objettivi minquxa fit-Trattati mill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni; jirrakkomanda, għaldaqstant, li jitqies dan il-kompitu tal-Kummissjoni biex tivvaluta l-konformità mad-DRF, fi ħdan iċ-ċiklu tal-politika dwar id-DRF;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tiġbor, mill-2018 'il quddiem, ir-rapporti tematiċi annwali rilevanti tagħha, kif ukoll ir-riżultati tal-mekkaniżmi attwali tal-monitoraġġ u l-għodod ta' valutazzjoni perjodika, li għandhom jiġu ppreżentati kollha fl-istess jum u jikkontribwixxu għaċ-ċiklu tal-politika dwar id-DRF;

8.   Iqis li huwa importanti li jkun promoss djalogu kontinwu u li naħdmu lejn it-tisħiħ tal-kunsens bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha bl-għan li jiġu promossi u protetti d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, għas-salvagwardja tal-valuri komuni tagħhom kif stabbiliti fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali b'mod kompletament trasparenti u oġġettiv; jinsab konvint li ma jista' jkun hemm l-ebda kompromess rigward id-drittijiet fundamentali u l-valuri minquxa fit-Trattati u fil-Karta;

9.   Jenfasizza r-rwol ewlieni li l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali għandu jkollhom fil-valutazzjoni tal-progress tal-valuri komuni tal-Unjoni u l-monitoraġġ tal-konformità ma' dawn tal-aħħar, kif minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE; jinnota r-rwol ewlieni tal-Parlament Ewropew fiż-żamma tad-dibattitu kontinwu meħtieġ fi ħdan il-kunsens komuni tal-Unjoni dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali filwaqt li jitqiesu l-bidliet fis-soċjetà tagħna; iqis li l-implimentazzjoni ta' dawn il-valuri u prinċipji jeħtieġ li tissejjes ukoll fuq monitoraġġ effettiv tar-rispett tad-drittijiet fundamentali ggarantit fil-Karta;

10.  Jirrakkomanda li kwalunkwe dibattitu interparlamentari dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali għandu jinkludi s-soċjetà ċivili, u jqis li l-parteċipazzjoni ċivika u s-saħħa tas-soċjetà ċivili għandhom jiġu meqjusa bħala indikaturi għad-demokrazija;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, sa Ġunju 2017, abbozz ta' ftehim ġdid għall-adeżjoni tal-Unjoni mal-KEDB, għall-konformità mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 6 tat-TUE, filwaqt li jindirizza l-konklużjonijiet li saru fl-opinjoni 2/13; barra minn hekk, jistieden lill-Kunsill tal-Ewropa jiftaħ l-iffirmar tal-Karta Soċjali Ewropea lil partijiet terzi, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tibda n-negozjati għall-adeżjoni tal-Unjoni;

12.  Jistieden lill-Ombudsman Ewropew, filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tas-soċjetà, jenfasizza u jikkonsolida f'kapitolu speċifiku, bħala parti mir-rapport annwali tiegħu, każijiet, rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet relatati mad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini u mal-prinċipji tad-demokrazija u l-istat tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza dawk ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex tiżgura, f'konformità mal-Artikolu 47 tal-Karta, aċċess ġenerali għall-assistenza legali għal individwi u organizzazzjonijiet li jiftħu kawżi relatati ma' ksur tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali min-naħa tal-gvernijiet nazzjonali jew tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, biex meta jkun meħtieġ jikkumplimenta l-iskemi nazzjonali u d-Direttiva dwar l-għajnuna legali għal persuni suspettati jew akkużati fi proċeduri kriminali u għall-persuni mfittxa fi proċeduri tal-Mandat ta' Arrest Ewropew;

14.  Jilqa' r-riforma tal-Qorti tal-Ġustizzja, li permezz tagħha l-għadd ta' mħallfin fil-Qorti qiegħed jiżdied gradwalment sabiex jiġġestixxu aħjar il-piż tax-xogħol u jitnaqqas it-tul tal-proċeduri;

15.  Jirrakkomanda li bord ta' esperti dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (il-Bord ta' Esperti tad-DRF), kif previst fil-ftehim interistituzzjonali, iwettaq huwa wkoll valutazzjoni tal-aċċess għall-ġustizzja fil-livell tal-Unjoni, inklużi aspetti bħall-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati u l-imħallfin, professjoni legali indipendenti, regoli dwar il-locus standi, it-tul u l-ispejjeż tal-litigazzjoni, l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistema ta' għajnuna legali, kif ukoll l-eżistenza tal-fondi meħtieġa għaliha, l-implimentazzjoni tas-sentenzi tal-Qorti, il-kamp ta' applikazzjoni tal-kontroll ġudizzjarju u r-rimedju disponibbli għaċ-ċittadini, u l-alternattivi għal rimedju kollettiv transfruntier; iqis, f'dan ir-rigward, li l-attenzjoni għandha tiffoka fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 298 tat-TFUE dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għal amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tissieħeb mas-soċjetà ċivili biex tiżviluppa u timplimenta kampanja ta' sensibilizzazzjoni, biex tippermetti liċ-ċittadini u r-residenti tal-Unjoni jieħdu sjieda sħiħa tad-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mit-Trattati u mill-Karta (pereżempju l-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-għaqda, id-dritt tal-vot), li tipprovdi informazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini għal rimedju ġudizzjarju u azzjonijiet legali f'kawżi relatati mal-ksur tad-DRF mill-gvernijiet nazzjonali jew l-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

17.  Jitlob li jinħoloq fond għal organizzazzjoni b'għotjiet għad-demokrazija li tappoġġja l-atturi lokali li jippromwovu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Unjoni;

18.   Jirrimarka li jekk l-Unjoni tistabbilixxi rekwiżiti fil-ftehimiet internazzjonali tagħha biex tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, għandha bl-istess mod tiżgura li l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri kollha jikkonformaw mal-istat tad-dritt u jirrispettaw id-drittijiet fundamentali;

19.  Jirrakkomanda, barra minn hekk, li Patt tal-UE għad-DRF jinkludi l-monitoraġġ regolari tal-konformità mal-ftehimiet internazzjonali ratifikati mill-Istati Membri u l-Unjoni flimkien mad-dritt primarju u sekondarju tal-Unjoni;

20.  Iqis, barra minn hekk, li f'każ li fil-futur tiġi kkunsidrata reviżjoni tat-Trattati, jistgħu jiġu previsti l-bidliet li ġejjin:

–  L-Artikolu 2 tat-TUE u l-Karta jsiru bażi ġuridika għall-miżuri leġiżlattivi li għandhom jiġu adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

–  Il-qrati nazzjonali jkunu jistgħu, taħt l-Artikolu 2 tat-TUE u l-Karta, iressqu proċedimenti dwar il-legalità tal-azzjonijiet tal-Istati Membri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

–  L-Artikolu 7 jiġi rivedut b'tali mod li s-sanzjonijiet kontra kwalunkwe Stat Membru jkunu rilevanti u applikabbli, filwaqt li jidentifika d-drittijiet tal-Istati Membri inadempjenti (apparti d-drittijiet tal-vot fil-Kunsill) li jistgħu jiġu sospiżi, pereżempju sanzjonijiet finanzjarji jew is-sospensjoni tal-finanzjament mill-Unjoni;

–  Li jsir possibbli li l-leġiżlazzjoni, wara li tkun ġiet adottata definittivament u qabel ma tiġi implimentata, tiġi riferuta lill-Qorti tal-Ġustizzja minn terz tal-Membri tal-Parlament;

–  Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi milquta direttament u individwalment b'azzjoni jingħataw lok li jressqu azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għal ksur allegat tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jew mill-istituzzjonijiet tal-UE jew minn Stat Membru, billi jiġu emendati l-Artikoli 258 u 259 tat-TFUE;

–  li jitneħħa l-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u li l-Karta tinbidel f'Karta tad-Drittijiet tal-Unjoni;

–  li jsir rieżami tar-rekwiżit għal unanimità fl-oqsma relatati mar-rispett, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali, bħall-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni;

21.  Jikkonferma li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-principju ta' sussidjarjetà;

22.  Iqis li kwalunkwe implikazzjoni finanzjarja tal-proposti rikjesti għall-baġit tal-Unjoni għandha tkun koperta mill-allokazzjonijiet baġitarji attwali; jenfasizza li kemm għall-UE u l-Istati Membri tagħha, kif ukoll għaċ-ċittadini, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' dawk il-proposti jistgħu jirriżultaw f'iffrankar sostanzjali ta' spejjeż u ħin, jistgħu jrawmu fiduċja reċiproka u rikonoxximent tad-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tal-Istati Membri u tal-Unjoni, u jistgħu għaldaqstant ikunu ta' benefiċċju f'termini ekonomiċi u soċjali;

23.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati akkumpanjanti lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Kumitat tar-Reġjuni biex jitqassmu lill-parlamenti u l-kunsilli sottonazzjonali.

(1)

  http://fra.europa.eu/sites/default/files/fra_submission_on_the_future_of_eu_justice.pdf

(2)

http://www.rijksoverheid.nl/bestanden/documenten-en-publicaties/brieven/2013/03/13/brief-aan-europese-commissie-over-opzetten-rechtsstatelijkheidsmechanisme/brief-aan-europese-commissie-over-opzetten-rechtsstatelijkheidsmechanisme.pdf

(3)

http://register.consilium.europa.eu/doc/srv?l=MT&f=ST%2015206%202014%20INIT

(4)

http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-5377-2015-INIT/en/pdf

(5)

  ECLI:EU:C:2014:2454.


ANNESS GĦALL-MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI:Rakkomandazzjonijiet dettaljati għal abbozz ta' Ftehim Interistituzzjonali dwar arranġamenti li jirrigwardaw proċeduri ta' monitoraġġ u segwitu dwar is-sitwazzjoni tad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali fl-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE

ABBOZZ TA' FTEHIM INTERISTITUZZJONALI

PATT TAL-UNJONI EWROPEA DWAR ID-DEMOKRAZIJA, L-ISTAT TAD-DRITT U D-DRITTIJIET FUNDAMENTALI

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea:

Wara li kkunsidraw il-preambolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari t-tieni, ir-raba', il-ħames u s-seba' premessa tiegħu,

Wara li kkunsidraw, b'mod partikolari, l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(3) u l-Artikoli 7 u 11 tat-TUE,

Wara li kkunsidraw l-Artikoli tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) relatati mar-rispett lejn id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Unjoni, u l-promozzjoni u l-protezzjoni tagħhom, inklużi l-Artikoli 70, 258, 259, 260, 263 u 265 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 5 tat-TUE, l-Artikolu 295 tat-TFUE, il-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea u l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, annessi mat-TUE u mat-TFUE,

Wara li kkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta),

Wara li kkunsidraw il-Karta Soċjali Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa, b'mod partikolari l-Artikolu E tagħha dwar in-nondiskriminazzjoni,

Wara li kkunsidraw il-kriterji ta' Copenhagen, u l-korp ta' regoli tal-Unjoni li pajjiż kandidat jeħtieġu jissodisfa jekk jixtieq isir membru tal-UE (l-acquis), b'mod partikolari l-Kapitoli 23 u 24 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB), il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-konvenzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet u r-rapporti tal-Assemblea Parlamentari, il-Kumitat tal-Ministri, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa,

Wara li kkunsidraw il-Lista tal-Kriterji tal-Istat tad-Dritt adottata mill-Kummissjoni ta' Venezja fil-106 Sessjoni Plenarja tagħha, fit-18 ta' Marzu 2016,

Wara li kkunsidraw il-"Memorandum ta' Qbil bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea" tat-23 ta' Mejju 2007,

Wara li kkunsidraw il-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa,

Wara li kkunsidraw il-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji tal-Kunsill tal-Ewropa;

Wara li kkunsidraw id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

Wara li kkunsidraw it-trattati tan-NU dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-ġurisprudenza tal-korpi tat-trattati tan-NU,

Wara li kkunsidraw il-pubblikazzjonijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), inkluża s-Sistema ta' Informazzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali (EFRIS) proposta fid-dokument tal-istess aġenzija, dwar id-drittijiet fundamentali fil-ġejjieni tal-Ġustizzja u l-Intern tal-Unjoni Ewropea,tal-31 ta' Diċembru 2013,

Wara li kkunsidraw l-Approċċ tan-NU għall-Assistenza favur l-Istat tad-Dritt, ta' April 2008,

Wara li kkunsidraw l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, u b'mod partikolari l-Għan 16:

Wara li kkunsidraw il-Ħamsa u Għoxrin Rapport Biennali tal-COSAC: Developments in European Union Procedures and Practices Relevant to Parliamentary Scrutiny (Żviluppi fi Proċeduri tal-Unjoni Ewropea u Prattiki Rilevanti għall-Iskrutinju Parlamentari) tat-18 ta' Mejju 2016,

Wara li kkunsidraw l-ittra mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, id-Danimarka, il-Finlandja u n-Netherlands lill-President tal-Kummissjoni, tas-6 ta' Marzu 2013,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-FRA tat-8 ta' April 2016 dwar l-iżvilupp ta' għodda integrata ta' indikaturi oġġettivi tad-drittijiet fundamentali li tkun tista' tkejjel il-konformità mal-valuri komuni elenkati fl-Artikolu 2 tat-TUE abbażi ta' sorsi eżistenti ta' informazzjoni,

Wara li kkunsidraw in-nota tal-Presidenza Taljana "Niżguraw ir-rispett għall-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea" tal-15 ta' Novembru 2014,

Wara li kkunsidraw il-konklużjonijiet tal-Kunsill u tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar l-iżgurar tar-rispett tal-istat tad-dritt,

Wara li kkunsidraw il-"Linji gwida dwar passi metodoloġiċi li għandhom jittieħdu biex tiġi vverifikata l-kompatibbiltà tad-drittijiet fundamentali fil-korpi preparatorji tal-Kunsill", maħruġa mill-Kunsill fid-19 ta' Diċembru 2014,

Wara li kkunsidraw l-ewwel u t-tieni djalogu tal-Kunsill dwar l-istat ta' dritt, matul il-Presidenza Lussemburgiża u Netherlandiża tal-UE, fis-17 ta' Novembru 2015 u l-24 ta' Mejju 2016,

Wara li kkunsidraw il-mekkaniżmu eżistenti ta' monitoraġġ u l-għodod ta' valutazzjoni perjodika tal-Kummissjoni, inkluż il-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja, ir-rapporti kontra l-korruzzjoni u l-Media Monitor,

Wara li kkunsidraw il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2010 bit-titolu "Strateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea",

Wara li kkunsidraw id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2011 dwar gwida operazzjonali dwar il-kunsiderazzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Marzu 2014 bit-titolu "Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt",

Wara li kkunsidraw il-Kollokju Annwali tal-Kummissjoni dwar id-Drittijiet Fundamentali,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, tat-13 ta' April 2016,

Wara li kkunsidraw ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2012),

Wara li kkunsidraw ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2013-2014),

Wara li kkunsidraw ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ġunju 2015 dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija (2015/2700 (RSP)), b'mod partikolari l-paragrafu 12 tagħha,

(1)  Billi huwa meħtieġ mekkaniżmu tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (DRF) li jkun oġġettiv, ibbażat fuq l-evidenza u li jiġi japplikat b'mod ugwali u ġust għall-Istati Membri kollha kif ukoll għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u li jinkludi kemm id-dimensjoni preventiva kif ukoll dik korrettiva;

(2)  Billi l-għan ewlieni ta' mekkaniżmu tali għandu jkun li jiġu evitati l-ksur u n-nuqqas ta' konformità mad-DRF, filwaqt li fl-istess ħin jipprovdi l-istrumenti meħtieġa biex il-fergħa preventiva kif ukoll dik korrettiva tal-Artikolu 7 tat-TUE, kif ukoll l-istrumenti l-oħra previsti fit-Trattati, ikunu operazzjonali fil-prattika;

(3)  Billi d-duplikazzjoni u l-ħolqien bla bżonn ta' strutturi ġodda għandhom jiġu evitati, u għandhom ikunu preferuti l-integrazzjoni u l-inkorporazzjoni ta' strumenti eżistenti;

(4)  Billi t-tfassil ta' definizzjonijiet, standards u parametri referenzjarji fir-rigward id-DRF mhux deċiżjoni ta' darba iżda pjuttost proċess permanenti u interattiv imsejjes fuq dibattitu u konsultazzjoni pubbliċi wiesa', reviżjoni regolari u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki;

(5)  Billi biex ikun effettiv, il-mekkaniżmu jrid ikollu l-appoġġ wiesa' taċ-ċittadini tal-Unjoni u jippermettilhom li jieħdu f'idejhom is-sjieda tal-proċess;

(6)  Billi l-Istati Membri huma primarjament responsabbli għaż-żamma ta' standards komuni, iżda meta jonqsu milli jagħmlu dan, l-Unjoni għandha d-dmir li tintervjeni biex tipproteġi l-qalba kostituzzjonali tagħha u tiżgura li l-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u fil-Karta jiġu garantiti għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni fit-territorju kollu tal-Unjoni;

(7)  Billi huwa importanti li l-livelli kollha tal-gvern jaħdmu flimkien mill-qrib fuq il-bażi tal-kompetenzi u r-responsabbiltajiet tagħhom sabiex jidentifikaw it-theddid sistematiku possibbli għall-istat tad-dritt fi stadju bikri, u biex itejbu l-protezzjoni tal-istat tad-dritt;

(8)  Billi hemm diversi strumenti għall-indirizzar tar-riskju ta' ksur serju tal-valuri tal-Unjoni iżda jeħtieġ li jiġu żviluppati parametri referenzjarji ċari u oġġettivi biex dawk l-istrumenti jkunu sodi u dissważiva biżżejjed sabiex jipprevjenu ksur tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali; Billi l-Unjoni ma għandha l-ebda mekkaniżmu ġuridikament vinkolanti fis-seħħ li jissorvelja b'mod regolari l-konformità tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni mal-valuri u d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni;

(9)  Billi, skont l-Artikolu 295 tat-TFUE, dan il-ftehim interistituzzjonali jistabbilixxi biss arranġamenti għall-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew, Il-KUnsill u l-Kummissjoni, u, skont l-Artikolu 13(2) tat-TUE, dawk l-istituzzjonijiet għandhom jaġixxu fil-limiti tas-setgħat konferitit lilhom permezz tat-Trattati, u f'konformità mal-proċeduri, kundizzjonijiet u oġġettivi stipulati fihom; billi dan il-ftehim interistituzzjonali huwa mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-interpretazzjoni awtentika tad-dritt tal-Unjoni,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-valuri u l-prinċipji ewlenin li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, jiġifieri d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, għandhom jiġu mħarsa fl-Unjoni kollha f'Patt tal-Unjoni dwar id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (il-Patt tal-UE għad-DRF), li jipprevedi d-definizzjoni, it-tfassil, il-monitoraġġ u l-infurzar ta' dawk il-valuri u l-prinċipji, u għandhom jindirizzaw kemm lill-Istati Membri kif ukoll lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Artikolu 2

Il-Patt tal-UE għad-DRF għandu jikkonsisti f'dan li ġej:

–  Rapport annwali dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (Rapport Ewropew dwar id-DRF) b'rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jinkorpora r-rappurtar magħmul mill-FRA, il-Kunsill tal-Ewropa, u awtoritajiet rilevanti oħra f'dan il-qasam;

–  dibattitu interparlamentari annwali abbażi ta' dak ir-Rapport Ewropew dwar id-DRF;

–  arranġamenti biex jiġu rimedjati r-riskji u l-ksur potenzjali, kif previst fit-Trattati, inkluża l-attivazzjoni tal-fergħa preventiva jew korrettiva tal-Artikolu 7 tat-TUE,

–  ċiklu tal-politika għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (Ċiklu tal-Politika tad-DRF) fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Patt tal-UE għad-DRF għandu jiġi estiż biex jinkorpora l-Qafas għall-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni u d-Djalogu dwar l-Istat tad-Dritt tal-Kunsill fi strument uniku tal-Unjoni.

Artikolu 4

Ir-Rapport Ewropew dwar id-DRF dwar is-sitwazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri għandu jitfassal mill-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mal-bord ta' esperti indipendenti (Bord ta' Esperti tad-DRF) msemmi fl-Artikolu 8. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-Rapport Ewropew dwar id-DRF lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Parlamenti nazzjonali. Ir-Rapport Ewropew dwar id-DRF għandu jkun magħmul disponibbli għall-pubbliku.

Ir-Rapport Ewropew dwar id-DRF għandu jinkludi parti ġenerali u rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż.

Jekk il-Kummissjoni ma tadottax fil-ħin ir-Rapport Ewropew dwar id-DRF, inklużi r-rakkomandazzjoni speċifiċi għall-pajjiż, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jitlob formalment lill-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjoni għad-dewmien u biex tadottahom mingħajr dewmien sabiex jiġi evitat aktar dewmien.

Artikolu 5

Ir-Rapport Ewropew dwar id-DRF għandu jinkorpora u jikkomplementa strumenti eżistenti, b'mod partikolari t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja, l-Istrument ta' Sorveljanza tal-Pluraliżmu tal-Midja, ir-rapport kontra l-korruzzjoni u l-proċeduri ta' evalwazzjoni bejn il-pari abbażi tal-Artikolu 70 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u jissostitwixxi l-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika għall-Bulgarija u r-Rumanija.

Artikolu 6

Ir-Rapport Ewropew dwar id-DRF għandu jitfassal bl-użu ta' varjetà ta' sorsi u l-għodod eżistenti għall-valutazzjoni, ir-rappurtar u l-monitoraġġ tal-attivitajiet ta' Stati Membri, inklużi:

–  kontributi mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward tar-rispett tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

–  l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), partikolarment is-Sistema ta' Informazzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali (l-istrument EFRIS) tagħha;

–  aġenziji speċjalizzati oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD), l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), u l-Eurostat;

–  esperti, akkademiċi, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, assoċjazzjonijiet professjonali u settorjali, pereżempju, ta' mħallfin, avukati u ġurnalisti;

–  indiċijiet u parametri referenzjarji eżistenti żviluppati minn organizzazzjonijiet u NGOs internazzjonali;

–  il-Kunsill tal-Ewropa, b'mod partikolari l-Kummissjoni ta' Venezja, il-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) u l-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa, u l-Kummissjoni Ewropea għall-Effikaċja tal-Ġustizzja (CEPEJ);

–  organizzazzjonijiet internazzjonali, bħan-NU, l-OSKE u l-OECD;

–  il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u ta' qrati, tribunali u korpi tat-Trattati internazzjonali oħra;

–  kull riżoluzzjoni jew kontribut ieħor pertinenti tal-Parlament Ewropew, inkluż ir-rapport annwali tiegħu dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni;

–  kontributi mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Il-kontributi kollha mis-sorsi msemmija f'dan l-Artikolu kif ukoll l-abbozz tar-Rapport Ewropew dwar id-DRF imħejji mill-Bord ta' Esperti tad-DRF, inklużi r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

Artikolu 7

Ir-Rapport Ewropew dwar id-DRF għandu għandu jiġi ppreżentat f'format armonizzat u akkumpanjat minn rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u mħejji b'fokus speċifiku fuq l-aspetti li ġejjin:

–  Separazzjoni tal-poteri;

–  In-natura imparzjali tal-istat;

–  Ir-riversibilità tad-deċiżjonijiet politiċi wara l-elezzjonijiet;

–  L-eżistenza ta' kontrolli u bilanċi istituzzjonali li jiżguraw li l-istat imparzjali ma jiġix iddubitat;

–  Il-permanenza tal-istat u l-istituzzjonijiet, ibbażata fuq l-immutabilità tal-kostituzzjoni;

–  Il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja;

–  Il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-għaqda;

–  Il-promozzjoni ta' spazju ċiviku u mekkaniżmi effettivi għal djalogu ċivili;

–  Id-dritt għal parteċipazzjoni demokratika attiva u passiva fl-elezzjonijiet u d-demokrazija parteċipattiva;

–  L-integrità u l-assenza tal-korruzzjoni;

–  It-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont;

–  Il-legalità;

–  Iċ-ċertezza tad-dritt;

–  Il-prevenzjoni tal-abbuż jew l-użu ħażin tal-poter;

–  L-ugwaljanza quddiem il-ġustizzja u n-nondiskriminazzjoni;

–  L-aċċess għall-ġustizzja: l-indipendenza u l-imparzjalità, proċess ġust, il-ġustizzja kostituzzjonali (fejn applikabbli), professjoni legali indipendenti;

–  Sfidi partikolari għall-istat tad-dritt: il-korruzzjoni, il-kunflitt ta' interess, il-ġbir ta' data personali u s-sorveljanza;

–  Titoli I sa IV tal-Karta;

–  Il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-protokolli tagħha.

Artikolu 8

Il-valutazzjoni tal-istat tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri, kif ukoll l-iżvilupp ta' abbozz ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, għandhom jitwettqu minn bord ta' esperti indipendenti (Bord ta' Esperti tad-DRF), abbażi ta' rieżami kwantitattiva u kwalitattiva tad-data u l-informazzjoni disponibbli.

8.1. Il-Bord ta' Esperti tad-DRF għandu jkun magħmul mill-membri li ġejjin:

–  espert indipendenti wieħed nominat mill-parlament ta' kull Stat Membru; il-Membri tal-bord ta' esperti għandhom ikunu mħallfin ikkwalifikati ta' qorti kostituzzjonali jew qorti suprema, li attwalment mhumiex f'impjieg attiv;

–  għaxar esperti oħra maħtura mill-Parlament Ewropew b'maġġoranza ta' żewġ terzi, magħżula minn lista ta' esperti nominati minn:

(i)  (i) il-Federazzjoni ta' "All European Acadamies" (ALLEA);

(ii)  in-Netwerk Ewropew tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (ENNHRI);

(iii)  il-Kunsill tal-Ewropa ( fosthom il-Kummissjoni ta' Venezja, GRECO u l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa);

(iv)  il-Kummissjoni Ewropea għall-Effikaċja tal-Ġustizzja (CEPEJ) u l-Kunsill tal-Għaqdiet Ewropej tal-Avukati (CCBE);

(v)  in-Nazzjonijiet Uniti (NU), l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD).

8.2.   Il-Bord ta' Esperti tad-DRF għandu jeleġġi l-President tiegħu minn fost il-membri tiegħu.

8.3.   Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-abbozz ta' Rapport Ewropew tad-DRF u l-abbozz tar-rakkomandazzjonijiet għall-pajjiż, il-Kummissjoni għandha tipprovdi segretarjat lill-Bord ta' Esperti tad-DRF, li jippermettilu jiffunzjona b'mod effiċjenti, b'mod partikolari billi jiġbor id-data u s-sorsi ta' informazzjoni li għandhom jiġu rieżaminati u valutati, u billi jipprovdilu appoġġ amministrattiv matul il-proċess ta' abbozzar.

Artikolu 9

Il-Bord ta' Esperti tad-DRF għandu jivvaluta l-Istati Membri fir-rigward tal-aspetti elenkati fl-Artikolu 7 u jidentifika r-riskji, infrazzjonijiet jew ksur possibbli. Din il-valutazzjoni għandha ssir fuq bażi anonima u indipendenti minn kull wieħed mill-membri tal-bord għas-salvagwardja tal-indipendenza tal-Bord ta' Esperti tad-DRF u l-oġġettività tar-Rapport Ewropew tad-DRF. Il-membri tal-Bord ta' Esperti tad-DRF jistgħu, madankollu, jikkonsultaw ma' xulxin bl-għan li jiddiskutu l-metodi u l-istandards miftiehma.

Il-metodi ta' valutazzjoni għandhom jiġu riveduti annwalment mill-Bord ta' Esperti tad-DRF, u fejn meħtieġ, għandhom jiġu elaborati, raffinati, supplimentati u emendati, bi qbil komuni bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-parlamenti nazzjonali, esperti u s-soċjetà ċivili.

Artikolu 10

L-adozzjoni tal-Rapport Ewropew tad-DRF mill-Kummissjoni għandha tibda d-dibattitu interparlamentari u d-dibattitu fil-Kunsill, li għandhom jimmiraw li jindirizzaw ir-riżultati tar-Rapport Ewropew tad-DRF u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, permezz tal-passi li ġejjin:

–  il-Parlament Ewropew għandu jorganizza dibattitu interparlamentari abbażi tar-Rapport Ewropew tad-DRF, u jadotta riżoluzzjoni; jemmen li dan id-dibattitu għandu jiġi organizzat b'mod li jistabbilixxi l-parametri referenzjarji u l-għanijiet li jinkisbu u jipprovdi l-mezzi biex jiġu vvalutati l-bidliet minn sena għal oħra fi ħdan il-kunsens eżistenti tal-Unjoni dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; il-proċeduri rilevanti għandhom jiġu aċċellerati sabiex jinħolqu mezzi tali, li mhux biss jippermettu monitoraġġ immedjat u effettiv tal-bidliet annwali, iżda se jiżguraw ukoll konformità mal-impenji mill-partijiet rilevanti kollha;

–  Id-dibattitu interparlamentari annwali għandu jagħmel parti minn djalogu strutturat pluriennali bejn il-Parlament Ewropew, il-parlamenti nazzjonali, il-Kummissjoni u l-Kunsill, u għandu jinvolvi wkoll is-soċjetà ċivili, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kunsill tal-Ewropa;

–  il-Kunsill għandu jorganizza dibattitu annwali, li jibni fuq id-Djalogu dwar l-Istat tad-Dritt tiegħu, abbażi tar-Rapport Ewropew tad-DRF u jadotta l-konklużjonijiet tal-Kunsill, filwaqt li jistieden lill-parlamenti nazzjonali jipprovdu rispons għar-Rapport Ewropew tad-DRF, proposti jew riformi;

–  abbażi tar-Rapport Ewropew tad-DRF, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tniedi azzjoni ta' "ksur sistematiku" skont l-Artikolu 2 tat-TUE u l-Artikolu 258 tat-TFUE, filwaqt li tgħaqqad flimkien diversi każijiet ta' ksur;

–  abbażi tar-Rapport Ewropew tad-DRF, b'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tressaq proposta għal evalwazzjoni tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-politika tal-Unjoni fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja taħt l-Artikolu 70 tat-TFUE;

10.1. Abbażi tar-Rapport Ewropew tad-DRF, jekk Stat Membru jikkonforma mal-aspetti kollha elenkati fl-Artikolu 7, ma għandhiex tkun meħtieġa aktar azzjoni.

10.2. Fuq il-bażi tar-Rapport Ewropew tad-DRF, jekk Stat Membru jonqos f'wieħed jew iktar mill-aspetti elenkati fl-Artikolu 7, il-Kummissjoni tibda djalogu mal-Istat Membru mingħajr dewmien, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż.

10.2.1. Jekk ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż dwar Stat Membru tinkludi d-dikjarazzjoni mill-bord ta' esperti li hemm riskju ċar ta' ksur serju tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE u li hemm biżżejjed raġunijiet biex jiġi invokat l-Artikolu 7(1) tat-TUE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom kull wieħed minnhom jiddiskuti l-kwistjoni u jieħu deċiżjoni motivata, li għandha tkun magħmula pubblika.

10.3. Fuq il-bażi tar-Rapport Ewropew tad-DRF, jekk ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż dwar Stat Membru jinkludu l-valutazzjoni mill-bord ta' esperti li jeżisti ksur serju u persistenti (jiġifieri li jiżdied jew jibqa' l-istess matul perjodu ta' mill-inqas sentejn) tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE u li hemm raġunijiet biżżejjed għal l-invokazzjoni tal-Artikolu 7(2), il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom kull wieħed jiddiskutu l-kwistjoni mingħajr dewmien u jieħdu deċiżjoni motivata li għandha tkun magħmula pubblika.

Artikolu 11

Id-drittijiet fundamentali għandhom jiġu inklużi bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt għall-proposti leġiżlattivi kollha li tagħmel il-Kummissjoni, skont il-Paragrafu 25 tal-Ftehim interistituzzjonali dwar it-Tfassil aħjar tal-Liġijiet.

Il-Bord ta' Esperti tad-DRF, imwaqqaf skont l-Artikolu 8, għandha jivvaluta l-konformità mad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Artikolu 12

Għandu jitwaqqaf grupp ta' ħidma interistituzzjonali għall-valutazzjoni tal-impatt ("Grupp ta' Ħidma") bl-għan li tittejjeb il-kooperazzjoni interistituzzjonali dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt, u li tinħoloq kultura ta' konformità mad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt. Il-Grupp ta' Ħidma għandu jikkonsulta ma' esperti nazzjonali fi stadju bikri sabiex jiġu previsti aħjar l-isfidi tal-implimentazzjoni fl-Istati Membri, kif ukoll biex jgħin ħalli jingħelbu interpretazzjonijiet u fehimiet differenti min-naħa tal-istituzzjonijiet differenti tal-Unjoni fir-rigward tal-impatt tad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt fuq l-atti legali tal-Unjoni. Il-Grupp ta' Ħidma għandu jibni fuq il-Linji Gwida tal-Kunsill dwar passi metodoloġiċi li għandhom jittieħdu biex tiġi vverifikata l-kompatibbiltà tad-drittijiet fundamentali fil-korpi preparatorji tal-Kunsill, l-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-"Operational Guidance on taking account of Fundamental rights in Commission Impact Assessments" (il-Gwida Operazzjonali dwar it-teħid f'kunsiderazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali fil-Valutazzjonijiet tal-Impatt tal-Kummissjoni) tal-Kummissjoni, l-Għodda # 24 mis-Sett ta' Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar u l-Artikolu 38 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew sabiex tkun żgurata l-konformità mad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tagħhom.

Artikolu 13

Ir-rapporti annwali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-infurzar u l-konformità mal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu ppreżentati flimkien maċ-Ċiklu tal-Politika annwali tad-DRF tar-Rapport Ewropew tad-DRF:

  - Rapport annwali dwar l-applikazzjoni tal-Karta;

  - Rapport annwali dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE;

  - Rapport annwali dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(1)

Artikolu 14

Dan il-Ftehim se jidħol fis-seħħ fil-[…]

Magħmul fi ...

Għall-Parlament Ewropew

Il-President tiegħu

Għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Il-President tiegħu

Għall-Kummissjoni Ewropea

Il-President tagħha

(1)

  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43).


NOTA SPJEGATTIVA

L-Ewropa għandha tradizzjoni antika fil-qasam tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet taċ-ċittadini. Din testendi mid-demokrazija ta' Ateni, id-Dritt Ruman, il-Magna Carta tal-1215, id-Déclaration des Droits de l'Homme et du Citoyen tal-1789, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

L-Unjoni Ewropea, barra minn hekk, inkludiet id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (DRF) fil-prinċipji u l-objettivi ċentrali tagħha fl-ewwel artikoli tat-Trattati, u fil-kriterji għas-sħubija fl-UE. Tentattivi biex tiġi inkluża fit-Trattati referenza għall-għeruq Ġudaiċi-Nsara ma rnexxewx, iżda fil-fatt jaffermaw li l-Unjoni Ewropea hija meqjusa bħala komunità ta' valuri. Fil-politiki esterni tagħha, l-UE tenfasizza d-drittijiet tal-bniedem u l-governanza demokratika, u l-immigranti fl-Ewropa huma mistennija jirrispettaw u jadottaw il-valuri komuni tagħna.

L-Unjoni Ewropea għandha għadd kbir ta' strumenti għall-infurzar tal-liġijiet u t-Trattati meta tiġi għal kwistjonijiet materjali. Il-Kummissjoni Ewropea tista' tordna lill-Istati Membri jaġġustaw il-baġits tagħhom, l-iskemi tas-saħħa pubblika tagħhom jew deċiżjonijiet dwar it-taxxa biex isiru konformi mad-dritt tal-UE. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri ma jikkontestawx il-fatt li huma marbuta li jikkonformaw mad-dritt tal-UE skont it-Trattati tal-UE. Dan mhux il-każ f'dak li għandu x'jaqsam mal-infurzar tal-obbligi lejn it-Trattati fir-rigward tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali. Tentattivi mill-Kummissjoni Ewropea, il-gwardjan tat-Trattati, biex tfakkar lil Stat Membru fl-impenji tiegħu, jiġu ffaċċjati b'riluttanza jew rifjut ċar u tond li jiġu rikonoxxuti r-regoli li dwarhom sar qbil komuni u l-awtorità tal-UE biex tinforza dawn ir-regoli. S'issa, l-intervent mill-Kummissjoni spiss kien timidu u arbitrarju. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet tal-UE nfushom xi drabi naqsu milli jikkonformaw mal-prinċipji ewlenin tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali.

Filwaqt li l-UE għandha diversi strumenti għad-dispożizzjoni tagħha biex jiġi żgurat li l-prinċipji dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali jiġu rispettati, għad baqa' lakuni sostanzjali u fil-prattika, strumenti bħal dawn spiss huma limitati fl-ambitu, inadegwati u ineffettivi, jew inkella aktarx mhux se jintużaw. F'xi każijiet, l-applikazzjoni mhux uniformi tagħhom hija kkunsidrata minn ħafna bħala politikament motivata, arbitrarja u mmirati inġustament lejn ċerti pajjiżi. M'hemm l-ebda mekkaniżmu integrat għall-monitoraġġ sistematiku, imparzjali u komplut tal-Istati Membri kollha u tal-Istituzzjonijiet tagħha.

Għalhekk huwa essenzjali li jiġi adottat qafas li jippermetti lill-UE tindirizza mhux biss vjolazzjonijiet ta' liġijiet speċifiċi tal-UE, iżda wkoll (ir-riskju ta') theddidiet serji għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali. Il-valuri Ewropej jingħataw l-ikbar importanza fit-Trattati, wasal iż-żmien li jkollhom ukoll l-akbar importanza fil-prattika.

Il-falliment tal-UE biex tħares ir-regoli proprji tagħha u l-perċezzjoni li m'hemmx valuri komuni Ewropej qed jimminaw il-fiduċja reċiproka u qafas legali affidabbli u stabbli, li huwa essenzjali biex ikollna UE li tiffunzjona tajjeb fl-oqsma kollha tal-politiki tal-UE. Skont it-Trattat, u b'mod partikolari l-Artikoli 2, 3(1) u 7 tat-TUE, l-Unjoni Ewropea għandha d-dmir li tipproteġi l-bażi kostituzzjonali u l-valuri fundamentali tagħha, kondiviżi bejn l-Istati Membri kollha tagħha.

Fuq il-bażi tad-dokumenti ta' ħidma ppreżentati u diskussi fil-Kumitat, u filwaqt li jiġu kkunsidrati d-diversi kontributi minn partijiet konċernati esterni kif ukoll iż-żewġ studji kkummissjonati mid-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari, ir-rapporteur tirrakkomanda l-adozzjoni ta' Patt tal-UE għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (DRF) fil-forma ta' ftehim interistituzzjonali.

Il-ftehim interistituzzjonali propost għandu l-għan li jistabbilixxi arranġamenti li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri tagħha fil-qafas tal-Artikolu 7 tat-TUE, u jintegra, jallinja u jikkomplementa l-mekkaniżmi eżistenti. Barra minn hekk, se jipprevedi mekkaniżmu integrat ta' rieżami, li jindirizza lill-Istati Membri kollha kif ukoll lit-tliet istituzzjonijiet ewlenin tal-UE. Id-dijagramma imdaħħla fit-tmiem tan-nota spjegattiva tiddeskrivi b'dettall il-proċeduri u r-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-Patt tal-UE dwar id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali, abbażi tat-tliet elementi li ġejjin: Rapport Ewropew dwar id-DRF, dibattitu dwar id-DRF u ċiklu tal-politika tad-DRF fl-istituzzjonijiet tal-UE.

Aktar milli jinħolqu proċeduri ġodda, ir-rapporteur tirrakkomanda li l-ftehim interistituzzjonali li qed jiġi propost fil-parti l-kbira jintegra u jibni fuq l-istrumenti eżistenti, b'mod partikolari l-Qafas għall-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni Ewropea u d-Djalogu dwar l-Istat tad-Dritt tal-Kunsill, u tespandih b'mekkaniżmu ta' rappurtar (Rapport Ewropew dwar id-DRF), notifika u sanzjonijiet (proċeduri ta' ksur jew fl-aħħar mill-aħħar l-attivazzjoni tal-Artikolu 7). Dan il-qafas uniku ġdid li għandu jiġi implimentat għandu jkun oġġettiv, ibbażat fuq l-evidenza, indirizzat b'mod ugwali u ġust lill-Istati Membri kollha, u jinkludi dimensjoni preventiva kif ukoll dimensjoni korrettiva.

Minbarra l-ftehim interistituzzjonali propost, ir-rapporteur tissuġġerixxi wkoll sensiela ta' miżuri mhux leġiżlattivi addizzjonali li għandhom jittieħdu sabiex jiġi żgurat approċċ globali lejn il-ħarsien tal-valuri li fuqhom hija msejsa l-UE, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-aċċess għall-ġustizzja fil-livell Ewropew.

PATT TAL-UNJONI EWROPEA DWAR ID-DEMOKRAZIJA, L-ISTAT TAD-DRITT U D-DRITTIJIET FUNDAMENTALI

 

 

 

 


OPINJONI TAL-MINORANZA

3.10.2016

skont l-Artikolu 56(3) tar-Regoli ta' Proċedura

Kazimierz M. Ujazdowski u Marek Jurek

Aħna opponejna dan ir-rapport għax m'hemm l-ebda bażi ġuridika soda għal mekkaniżmu dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fit-trattati eżistenti. L-Artikolu 7 tat-TUE huwa suffiċjenti għal dan il-kompitu; dan jagħti d-dritt li jiġu vvalutati r-riskji f'dan il-qasam mill-Kunsill tal-UE. Il-mekkaniżmu propost imur lil hinn mill-mandat tat-Trattat u jabbuża l-istituzzjoni tal-ftehimiet interistituzzjonali. Il-ftehimiet interistituzzjonali jinħolqu biex titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE fl-ambitu tal-kompetenza attwali, u mhux biex joħolqu setgħat ġodda (Artikolu 295 tat-TFUE). Madankollu, fil-futur, djalogu volontarju bejn il-pajjiżi u l-istituzzjonijiet tal-UE jaf joffri eżitu pożittiv.


OPINJONI TAL-MINORANZA

10.10.2016

skont l-Artikolu 56(3) tar-Regoli ta' Proċedura

Beatrice von Storch

L-għan ta' dan ir-rapport huwa li jegħleb ir-reżistenza ta' xi Stati Membri għall-introduzzjoni ta' valuri u standards min-naħa tal-UE. Għaldaqstant, jirrappreżenta forma ġdida ta' dominanza politika tal-UE fuq l-Istati Membri. Fil-futur l-Istati Membri se jkunu jistgħu jiġu attakkati minn "esperti indipendenti", meta l-popolazzjoni tagħhom tkun trid tipproteġi lilha nfisha permezz ta' referenda jew emendi kostituzzjonali kontra deċiżjonijiet meħuda mill-istituzzjonijiet tal-UE f'oqsma partikolarment sensittivi. F'dan kollu, l-Unjoni jeħtiġilha tirrispetta l-identità nazzjonali rispettiva tal-Istati Membri, "inerenti fl-istrutturi politiċi u kostituzzjonali fundamentali tagħhom, inkluża l-awtonomija lokali u reġjonali". (l-Artikolu 4(2) tat-TUE). Is-Sur Timmermans u s-Sinjura Jourvoa ammettew diversi drabi fil-plenarja li ma setgħu jidentifikaw l-ebda ksur tad-drittijiet fundamentali, anke fil-każijiet tal-Ungerija u tal-Polonja li ngħataw tant attenzjoni u ġarrbu tant manipulazzjoni politika fil-midja. L-UE nnifisha tikser il-liġi kontinwament u qatt ma takkuża lilha nnifisha: ir-regoli dwar l-istabilità u dawk baġitarji, "is-salvataġġ tal-euro", "il-kriżi tal-migrazzjoni" - is-sanzjonijiet stabbiliti mit-trattati qatt ma jiġu imposti. Madankollu, minn issa 'l quddiem id-deċiżjonijiet dwar drittijiet fundamentali definiti politikament jibdew jittieħdu minn "esperti indipendenti", jew saħansitra mħallfin mit-Turkija, mill-Ażerbajġan jew mill-Marokk, kemm-il darba l-UE taderixxi mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa. Jiena niċħad dan ir-rapport. L-uniku skop tiegħu hu li jħalli burokrati professjonali Ewropej jimmanipulaw il-gvernijiet nazzjonali.


OPINJONI TAL-MINORANZA

10.10.2016

skont l-Artikolu 56(3) tar-Regoli ta' Proċedura

Kristina Winberg

1. Il-proposta ċċedi l-poter lil bord indipendenti ġdid tal-UE biex jinvestiga l-Istati Membri tal-UE; dan ser jinkludi organizzazzjonijiet internazzjonali li diġà għandhom dan il-mandat biex jissorveljaw is-sitwazzjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, u għaldaqstant fil-fatt jikkostitwixxi duplikazzjoni; din hija ħela inaċċettabbli ta' fondi. Barra minn hekk se tkun għodda għal dominanza politika mill-UE fuq l-Istati Membri, u bħala tali jien jeħtieġli nirrifjuta dan ir-rapport.

2. L-UE m'għandhiex tkun parti minn trattati internazzjonali peress li dan huwa ksur tad-dritt sovran tal-Istati Membri.

3. Il-ħolqien ta' fond tal-Unjoni għall-assistenza legali fi ħdan l-UE, li jkollu jieħu l-finanzjament mid-dħul tat-taxxi fl-Istati Membri tal-UE, mhux aċċettabbli.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (16.6.2016)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali

(2015/2254(INL))

Rapporteur għal opinjoni: György Schöpflin

(Inizjattiva – Artikolu 46 tar-Regoli ta' Proċedura)

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli:

–  biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jissottolinja l-valuri komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea;

2.   Jenfasizza li l-Unjoni hija mibnija fuq prinċipji komuni u fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi; jesprimi l-fehma li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom isostnu u jagħtu eżempju billi ġenwinament jissodisfaw l-obbligi tagħhom u jersqu lejn kunsens u kultura komuni tat-tifsira tal-istat tad-dritt bħala valur universali fit-28 Stat Membru u fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni li għandhom jiġu applikati minn dawk kollha kkonċernati b'mod ekwu;

3.   Jesprimi l-fehma li r-rispett tal-istat tad-dritt huwa prerekwiżit għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u huwa ta' importanza partikolari fi ħdan l-Unjoni minħabba li huwa wkoll prerekwiżit għar-rispett tad-drittijiet u l-obbligi kollha li jitnisslu mit-Trattati u mid-dritt internazzjonali;

4.   Jemmen li l-konklużjonijiet u l-opinjonijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jikkostitwixxu bażi tajba għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tat-TUE u għall-kamp ta' applikazzjoni tad-drittijiet minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

5.   Ifakkar li l-Artikolu 6(2) tat-TUE jobbliga lill-Unjoni taderixxi mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u għaldaqstant jitlob li dan iseħħ;

6.   Jinnota li l-avvenimenti riċenti f'xi Stati Membri wrew li n-nuqqas ta' rispett tal-istat tad-dritt u tal-valuri fundamentali mhux qed jiġi evitat kif jixraq, u dan intwera fil-problemi li rriżultaw fost l-Istati Membri u fil-fatt li ma hemm l-ebda reazzjoni rapida u effikaċi ġejja mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

7.   Iqis li l-proċedura skont l-Artikolu 7 tat-TUE għadha biss strument li jintuża meta ma jkun fadal l-ebda alternattiva oħra u ma tantx jintuża fil-potenzjal kollu tiegħu, minħabba d-diffikultà biex tintlaħaq deċiżjoni minħabba r-rekwiżit tal-unanimità fil-Kunsill Ewropew; jinnota li l-Unjoni ma għandha l-ebda mekkaniżmu ġuridikament vinkolanti fis-seħħ li jissorvelja b'mod regolari l-konformità tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni mal-valuri u d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni;

8.   Jenfasizza l-importanza tal-Qafas tal-istat tad-dritt stabbilit mill-Kummissjoni fl-2014(1) u tal-ħolqien ta' djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt fil-Kunsill Affarijiet Ġenerali kif stabbilit f'Diċembru 2014; u jħares lejn il-formulazzjoni ta' bażi komuni bejn dawn id-diversi mekkaniżmi tal-istat tad-dritt, sabiex ikun garantit li jkunu effettivi fl-iżgurar tal-konformità mad-drittijiet fundamentali u l-valuri demokratiċi fl-Unjoni kollha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iżommu lill-Parlament aġġornat dwar dawn il-kwistjonijiet fuq bażi regolari; madankollu jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni kollha biex jaħdmu favur l-istabbiliment ta' mekkaniżmu usa' integrat tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali li japplikaw għall-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kollha; għaldaqstant jirrakkomanda l-adozzjoni ta' patt ta' demokrazija, l-istat tad-dritt u drittijiet fundamentali, bejn iċ-ċittadini, il-gvernijiet u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, sabiex tingħata sjieda lil kulħadd;

9.   Iqis li huma importanti l-promozzjoni ta' djalogu kontinwu u l-ħidma għat-tisħiħ tal-kunsens bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha bl-għan tal-promozzjoni u l-protezzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali għall-ħarsien tal-valuri komuni tagħhom kif stabbiliti fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali b'mod kompletament trasparenti u oġġettiv; jinsab konvint li ma jista' jkun hemm l-ebda kompromess dwar id-drittijiet fundamentali u l-valuri minquxa fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

10.   Jenfasizza r-rwol ewlieni li l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali għandu jkollhom fil-valutazzjoni tal-progress u l-monitoraġġ tal-konformità mal-valuri komuni tal-Unjoni, kif minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE; jinnota r-rwol ewlieni tal-Parlament Ewropew fiż-żamma tad-dibattitu kontinwu meħtieġ fi ħdan il-kunsens komuni tal-Unjoni dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali filwaqt li jitqiesu l-bidliet fis-soċjetà tagħna; iqis li l-implimentazzjoni ta' dawn il-valuri u prinċipji jeħtieġ li tissejjes ukoll fuq monitoraġġ effettiv tar-rispett tad-drittijiet fundamentali ggarantit fil-Karta;

11.   Jirrikonoxxi r-rwol essenzjali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni tal-valuri demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

–  biex jinkorpora r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin fl-anness tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

12.   Jirrakkomanda l-istabbiliment ta' mekkaniżmu komprensiv tal-Unjoni fil-qasam tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali li jkun jinkludi l-partijiet interessati rilevanti kollha; iqis li dan jista' jimplika tibdil possibbli tat-Trattat permezz ta' proċedura twila iżda meħtieġa fid-dawl tal-isforzi komuni biex jitħarsu l-prinċipji demokratiċi tal-Unjoni, iżda li sa dakinhar jista' jiġi stabbilit mekkaniżmu fil-limiti tat-Trattati attwali, pereżempju permezz ta' ftehim interistituzzjonali, sakemm dan il-mekkaniżmu ma jipperikolax jew ma jmurx kontra, iżda pjuttost jikkumplimenta u jwitti t-triq lejn, proċedura skont l-Artikolu 7 tat-TUE; jitlob li l-Istati Membri kollha jiġu ttrattati b'mod ugwali u l-ebda deċiżjoni m'għandha tittieħed biss abbażi ta' raġunijiet politiċi;

13.   Jirrimarka li jekk l-Unjoni tistabbilixxi rekwiżiti fil-ftehimiet internazzjonali tagħha biex tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, għandha bl-istess mod tiżgura li l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri kollha jikkonformaw mal-istat tad-dritt u jirrispettaw id-drittijiet fundamentali;

14.   Jitlob li jkun hemm koordinazzjoni tal-inizjattivi mill-istituzzjonijiet differenti tal-Unjoni u huwa tal-opinjoni li għandhom jiġu organizzati b'mod regolari trilogi informali sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti fil-livell tal-Unjoni u tiġi stabbilita definizzjoni operattiva kompletament kunsenswali tal-kunċetti tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija;

15.   Jirrakkomanda l-konklużjoni ta' patt sabiex jiġi stabbilit "ċiklu ta' politika għad-drittijiet fundamentali" fil-qafas ta' djalogu strutturat pluriennali bejn il-partijiet interessati kollha; f'dan il-kuntest, jissuġġerixxi li l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jkollhom dibattitu annwali dwar ir-rispett għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u s-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni; jemmen li dan id-dibattitu għandu jiġi organizzat b'mod li jistabbilixxi punti ta' riferiment u għanijiet li jridu jintlaħqu u jipprovdi mezzi biex jiġu vvalutati bidliet minn sena għal oħra fi ħdan il-kunsens eżistenti tal-Unjoni dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

16.   Jirrakkomanda l-organizzazzjoni ta' dibattitu parlamentari annwali pan-Unjoni dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali bħala parti minn djalogu pluriennali strutturat bejn il-Parlament Ewropew, il-parlamenti nazzjonali, il-Kummissjoni u l-Kunsill, li jinvolvi wkoll lis-soċjetà ċivili, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kunsill tal-Ewropa;

17.   Jirrakkomanda li jiġi organizzat dibattitu parlamentari pan-Unjoni b'tali mod li jkun jista' jinvolvi l-istabbiliment ta' miri għall-ksib u l-għoti tal-mezzi biex jitkejjlu bidliet minn sena għal oħra bil-possibilità li jirrapportaw lura dwar l-implimentazzjoni ta' għanijiet jew rakkomandazzjonijiet; jirrakkomanda wkoll l-aċċelerazzjoni tal-proċeduri rilevanti sabiex jinħolqu tali mezzi, li mhux biss jippermettu monitoraġġ immedjat u effettiv tat-tibdil annwali, iżda jiżguraw ukoll konformità mal-impenji mill-partijiet rilevanti kollha;

18.   Iqis li huwa essenzjali, sabiex jingħata segwitu lid-dibattitu parlamentari msemmi hawn fuq, li tiġi prevista l-possibilità li titressaq riżoluzzjoni annwali fil-plenarja;

19.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jindirizzaw it-tħassib imqajjem mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 2/13 tagħha malajr kemm jista' jkun sabiex jikkonformaw mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 6 tat-TUE li jaderixxu għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

15.6.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mercedes Bresso, Pascal Durand, Danuta Maria Hübner, Ramón Jáuregui Atondo, Morten Messerschmidt, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, György Schöpflin, Barbara Spinelli, Claudia Țapardel, Josep-Maria Terricabras, Kazimierz Michał Ujazdowski, Rainer Wieland

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Enrique Guerrero Salom, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jérôme Lavrilleux, Cristian Dan Preda, Daciana Octavia Sârbu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

3.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

11

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Michał Boni, Caterina Chinnici, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Kinga Gál, Nathalie Griesbeck, Jussi Halla-aho, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Claude Moraes, Alessandra Mussolini, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Beatrix von Storch, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Anna Maria Corazza Bildt, Marek Jurek, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli, Kazimierz Michał Ujazdowski, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Norbert Lins, Georg Mayer, Georgi Pirinski, Viviane Reding, Mylène Troszczynski, Harald Vilimsky

(1)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2014 dwar "Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt" (COM(2014)0158).


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

41

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Cecilia Wikström,

ECR

Monica Macovei

EFDD

Laura Ferrara

GUE/NGL

Martina Anderson, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

PPE

Georges Bach, Michał Boni, Anna Maria Corazza Bildt, Frank Engel, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Norbert Lins, Alessandra Mussolini, Viviane Reding, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Axel Voss, Tomáš Zdechovský

S&D

Hugues Bayet, Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Arne Lietz, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Georgi Pirinski, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

Verts/ALE

Eva Joly, Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

11

-

ECR

Jussi Halla-aho, Marek Jurek, Branislav Škripek, Helga Stevens, Kazimierz Michał Ujazdowski

EFDD

Beatrix von Storch, Kristina Winberg

ENF

Georg Mayer, Mylène Troszczynski, Harald Vilimsky

PPE

Kinga Gál

2

0

S&D

Sylvia-Yvonne Kaufmann, Péter Niedermüller

It-tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali - Politika tal-privatezza