Proċedura : 2016/0110(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0291/2016

Testi mressqa :

A8-0291/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.10

Testi adottati :

P8_TA(2017)0141

RAPPORT     ***I
PDF 714kWORD 70k
14.10.2016
PE 585.761v02-00 A8-0291/2016

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 258/2014 dwar l-istabbiliment ta' programm tal-Unjoni għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perijodu 2014-2020

(COM(2016)0202 – C8-0145/2016 – 2016/0110 (COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Theodor Dumitru Stolojan

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 258/2014 dwar l-istabbiliment ta' programm tal-Unjoni għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perijodu 2014-2020

(COM(2016)0202 – C8-0145/2016 – 2016/0110 (COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0202),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0145/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Mejju 2016(1)

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0291/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

2016/0110 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 258/2014 dwar l-istabbiliment ta' Programm tal-Unjoni għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perijodu 2014-2020

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Abbażi tar-Regolament (UE) Nru 258/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4), il-Fondazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (il-Fondazzjoni IFRS), li hija s-suċċessur ġuridiku tal-Fondazzjoni tal-Kumitat tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità, (IASCF) u l-Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku (PIOB) jibbenefikaw minn kofinanzjament min-naħa tal-Unjoni fil-forma ta' għotjiet operattivi sal-31 ta' Diċembru 2020.

(2)  Il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG), abbażi tar-Regolament (UE) Nru 258/2014, jibbenefika mill-kofinanzjament minn naħa tal-Unjoni f'forma ta' għotjiet operattivi sal-31 ta' Diċembru 2016.

(3)  Fit-12 ta' Novembru 2013, il-Kummissjoni ppubblikat rapport ta' Philippe Maystadt, konsulent speċjali għall-Kummissarju inkarigat mis-suq intern u s-servizzi (ir-"rapport tal-konsulent speċjali"), li fih ġew deskritti riformi potenzjali għall-governanza tal-EFRAG li għandhom l-għan li jsaħħu l-kontribut tal-Unjoni għall-iżvilupp ta' standards internazzjonali tal-kontabilità.

(4)  Il-Kummissjoni ssorveljat mill-qrib l-implimentazzjoni tar-riforma tal-governanza tal-EFRAG u informat debitament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tagħha. ▌

(4a)  Għandu jkun ikkunsidrat in-nuqqas ta' rappreżentanza ta' interessi pubbliċi u għall-kuntrarju ta' dawk privati fid-diversi korpi eżekuttivi tal-EFRAG, xi ħaġa li għandha tiġi indirizzata taħt l-amministrazzjoni l-ġdida tiegħu.

(4b)  L-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 258/2014 jeżiġi li l-Kummissjoni tħejji rapport annwali dwar l-attività tal-Fondazzjoni IFRS fir-rigward tal-iżvilupp tal-IFRS, tal-PIOB u tal-EFRAG. Dak ir-rapport annwali għandu jirreferi wkoll għas-segwitu u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u t-talbiet magħmula fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar l-evalwazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni IFRS, tal-EFRAG u tal-PIOB, kif ukoll tar-rakkomandazzjonijiet u t-talbiet magħmula fir-riżoluzzjonijiet futuri tal-Parlament Ewropew. Bħala benefiċjarji ta' finanzjament mogħti skont il-programm tal-Unjoni, il-Fondazzjoni IFRS, il-PIOB u l-EFRAG għandhom jagħmlu rapport kull sena dwar l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar, b'mod partikolari billi jirreferu għas-segwitu u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u t-talbiet magħmula f'riżoluzzjonijiet preċedenti jew futuri tal-Parlament Ewropew. Barra minn hekk, il-Fondazzjoni IFRS, il-PIOB u l-EFRAG huma mħeġġa jieħdu sehem regolarment, u mill-inqas darba fis-sena, f'seduti ta' smigħ organizzati mill-Parlament Ewropew biex jagħtu rendikont sħiħ dwar l-iżvilupp tal-istandards internazzjonali tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar.

(4c)  Il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni aktar regolari dwar il-ħidma konġunta tal-Fondazzjoni IFRS, tal-EFRAG u tal-PIOB, peress li dawk it-tliet aġenziji huma ffinanzjati mill-Unjoni u qed jaħdmu għall-istess għan.

(5)  Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 258/2014 għandu jiġi emendat skont dan.

(5a)  Il-qasam ta' attività tal-EFRAG bħalissa huwa limitat għal dak li huwa deskritt fir-rapport tal-konsulent speċjali u, meta jitqiesu l-bosta ħidmiet u responsabbiltajiet addizzjonali li ġew attribwiti lill-EFRAG fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2016, l-EFRAG għandu jiżgura li dawn il-kompiti u r-responsabbiltajiet addizzjonali jkunu sorveljati b'mod attiv u jsir rapport dwarhom.

(6)  Minħabba li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari ż-żieda tal-baġit ta' programm tal-Unjoni għall-perjodu mill-2017 sal-2020 sabiex ikunu appoġġjati l-attivitajiet tal-EFRAG, li jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet tal-politika tal-Unjoni b'rabta mar-rappurtar finanzjarju, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 258/2014 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 3(1)(a), il-punt (i) jinbidel b'dan li ġej:

"(i) EFRAG;";

(2) L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan il-Programm għall-perjodu mill-2014 sal-2020 għandu jkun ta' EUR 57 007 000 fi prezzijiet attwali.";

(b) fil-paragrafu 3, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a) għall-EFRAG: EUR 23 134 000;".

(2a) L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a) jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"4a. Fir-rigward tal-Fondazzjoni IFRS, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jivvaluta wkoll jekk sarx aktar progress fir-rigward tal-governanza tal-Fondazzjoni IFRS u l-IASB, b'mod partikolari f'termini ta' trasparenza, ta' prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess u tad-diversità tal-esperti mqabbda, u jekk u liema passi għandhom jittieħdu biex jassiguraw rappreżentanza wiesgħa ta' interessi (bħal rappreżentanza tal-aġenziji tal-konsumatur u l-ministeri tal-finanzi) u rendikont pubbliku sabiex jiġu garantiti standards tal-kontabilità ta' kwalità għolja. Barra minn hekk huwa għandu jidentifika l-azzjonijiet meħuda fl-IFRS bil-għan li jissaħħu l-leġittimità demokratika, it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità li, inter alia, huma relatati mal-aċċess pubbliku għad-dokumenti, mad-djalogu miftuħ mad-diversi partijiet interessati, mal-istabbiliment ta' reġistri obbligatorji ta' trasparenza u mar-regoli dwar it-trasparenza tal-laqgħat ta' lobbying kif ukoll dwar ir-regoli interni, b'mod partikolari l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess."

(b) il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. Fir-rigward tal-PIOB (jew l-organizzazzjoni li tkun is-suċċessur tiegħu), ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkopri l-iżviluppi fid-diversifikazzjoni tal-finanzjament u għandu jivvaluta l-isforzi li saru biex tiġi żgurata l-integrità fil-professjoni tal-awditjar. Jekk il-finanzjament mill-IFAC f'sena partikolari jilħaq aktar minn żewġ terzi tat-total annwali tal-finanzjament tal-PIOB, il-Kummissjoni għandha tipproponi li l-kontribuzzjoni annwali tagħha għal dik is-sena tkun limitata għal massimu ta' EUR 300 000."

(c) fil-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

"Jekk ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva li tittrasforma l-EFRAG f'aġenzija pubblika fuq terminu twil;"

(d) jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"6a.  Fir-rigward tal-EFRAG, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jivvaluta jekk: (a) il-kriterju ta' "ġid pubbliku estiż" kif iddefinit fir-rapport tal-konsulent speċjali (jiġifieri li l-istandards tal-kontabilità la għandhom jipperikolaw l-istabilità finanzjarja fl-Unjoni u lanqas ixekklu l-iżvilupp ekonomiku tal-Unjoni), ikunx ġie rispettat bis-sħiħ matul il-proċess ta' konferma meħud matul is-sena preċedenti;

(b) il-Parlament Ewropew u l-Kunsill kienux involuti fi stadju bikri waqt l-iżvilupp tal-istandards tar-rappurtar finanzjarju b'mod ġenerali u fil-proċess ta' konferma b'mod partikolari; kif ukoll

(c) inkisbitx struttura ta' finanzjament diversifikata u bilanċjata, inkluż fuq il-bażi ta' tariffi u minn sorsi pubbliċi, u jekk ittieħdux passi formali sabiex jinkoraġġixxu lill-Istati Membri li għad m'għandhomx Mekkaniżmu ta' Finanzjament Nazzjonali biex jistabbilixxu wieħed; kif ukoll

Barra minn hekk, għandu jidentifika l-azzjonijiet meħuda fl-EFRAG bil-għan li jissaħħu l-leġittimità demokratika, it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità li, inter alia, jikkonċernaw l-aċċess pubbliku għad-dokumenti, id-djalogu miftuħ mad-diversi partijiet interessati, l-istabbiliment ta' reġistri obbligatorji ta' trasparenza u regoli dwar it-trasparenza tal-laqgħat ta' lobbying kif ukoll dwar ir-regoli interni, b'mod partikolari l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess."

(e) jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"9a. Mill-2017, il-Fondazzjoni IFRS, il-PIOB u l-EFRAG għandom iħejju rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar u huma mħeġġa jieħdu sehem regolarment, u mill-inqas darba fis-sena, f'seduti ta' smigħ organizzati mill-Parlament Ewropew biex jagħtu rendikont sħiħ dwar l-iżvilupp tal-istandards internazzjonali tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar.

Ir-rapport għandu jkopri:

(a) is-segwitu u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u t-talbiet magħmula fir-riżoluzzjonijiet preċedenti jew futuri tal-Parlament Ewropew;

(b) jekk kienx hemm aktar progress fir-rigward tal-governanza, b'mod partikolari f'termini ta' trasparenza, u x'passi ttieħdu biex ikunu assigurati rappreżentanza wiesgħa tal-interessi u r-rendikont pubbliku; kif ukoll

(c) l-identifikazzjoni tal-azzjonijiet meħuda sabiex jissaħħu l-leġittimità demokratika, it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità li, inter alia, jikkonċernaw l-aċċess pubbliku għal dokumenti, it-trasparenza tal-laqgħat ta' lobbyists kif ukoll il-prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess."

Artikolu 2

– Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

(1)

ĠU C 303, 19.8.2016, p. 147.

(2)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(3)

  ĠU C , , p. .

(4)

  Ir-Regolament (UE) Nru 258/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-istabbiliment ta' Programm tal-Unjoni għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perjodu 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE (ĠU L 105, 8.4.2014, p. 1).


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment ta’ Programm tal-Unjoni għas-sostenn ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar u l-awditjar għall-perjodu 2014-2020

Referenzi

COM(2016)0202 – C8-0145/2016 – 2016/0110(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.4.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

28.4.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

28.4.2016

CONT

28.4.2016

JURI

28.4.2016

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

25.4.2016

CONT

21.6.2016

JURI

24.5.2016

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Theodor Dumitru Stolojan

12.5.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

31.8.2016

10.10.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

11.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

2

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Esther de Lange, Fabio De Masi, Anneliese Dodds, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Barbara Kappel, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Michael Theurer, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Beatrix von Storch, Jakob von Weizsäcker, Pablo Zalba Bidegain, Sotirios Zarianopoulos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Alain Cadec, Ashley Fox, Sophia in ‘t Veld, Thomas Mann, Emmanuel Maurel, Siôn Simon, Joachim Starbatty, Tibor Szanyi, Romana Tomc

Data tat-tressiq

14.10.2016

Avviż legali - Politika tal-privatezza