Proċedura : 2016/2121(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0295/2016

Testi mressqa :

A8-0295/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2016 - 7.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0401

RAPPORT     
PDF 574kWORD 52k
17.10.2016
PE 589.108v03-00 A8-0295/2016

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2016 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016: Is-Sigurtà tal-Istituzzjonijiet

(12600/2016 – C8-0409/2016 – 2016/2121(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: José Manuel Fernandes, Gérard Deprez

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2016 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016: Is-Sigurtà tal-Istituzzjonijiet

(12600/2016 – C8-0409/2016 – 2016/2121(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottat b'mod definittiv fil-25 ta' Novembru 2015(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 3/2016 adottat mill-Kummissjoni fit-30 ta' Ġunju 2016 (COM(2016)0310),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2016 adottata mill-Kunsill fil-11 ta' Ottubru 2016 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fil-11 ta'Ottubru 2016 (12600/2016 – C8-0409/2016),

-   wara li kkunsidra l-ittra tal-President tal-Parlament lill-President tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2016, b'mod partikolari l-paragrafu 3 tagħha;

-   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni tal-punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali li hija parti mill-konklużjonijiet konġunti li ntlaħqu fil-qafas tal-proċess ta' konċiljazzjoni għall-baġit tal-2016 fl-14 ta' Novembru 2015;

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0295/2016),

A.  billi l-attakki terroristiċi riċenti wasslu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jirrevedu l-ħtiġijiet tagħhom ta' sigurtà u biex jidentifikaw il-ħtieġa ta' riżorsi addizzjonali diġà fl-2016;

B.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2016 għaldaqstant jipproponi li l-baġit għas-sigurtà jiżdied b'ammont totali ta' EUR 15,8 miljun għall-Iskejjel Ewropej, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna;

C.  billi, b'mod partikolari, l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2016 għandu l-għan li joħloq 35 post tax-xogħol permanenti addizzjonali għar-reklutaġġ ta' aġenti tas-sigurtà addizzjonali fil-Parlament Ewropew; billi dawn il-postijiet tax-xogħol għandhom jinżammu fil-baġit tal-2017 u għandhom jiġu eżentati mill-mira ta' tnaqqis fil-persunal ta' 5 %, peress li dawn jikkorrispondu għal attività ġdida; billi l-Parlament jirrispetta bis-sħiħ id-dikjarazzjoni tiegħu dwar tnaqqis ta' 5 % tal-persunal annessa mal-konklużjonijiet konġunti dwar il-baġit tal-2016;

1.  Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2016, kif imressaq mill-Kummissjoni;

2.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2016;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 3/2016 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)

ĠU L 48, 24.2.2016.

(3)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

28.9.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Urmas Paet, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Paul Tang, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Valli

Avviż legali - Politika tal-privatezza