RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 994/2010

20.10.2016 - (COM(2016)0052 – C8-0035/2016 – 2016/0030(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Jerzy Buzek

Proċedura : 2016/0030(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0310/2016
Testi mressqa :
A8-0310/2016
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 994/2010

(COM(2016)0052 – C8-0035/2016 – 2016/0030(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0052),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0035/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Kunsill Federali Awstrijak u l-Parlament Bulgaru, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0310/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-gass naturali (gass) jibqa' komponent essenzjali tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea. Proporzjon kbir ta' gass bħal dan huwa importat fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.

(1)  Il-gass naturali (gass) huwa komponent essenzjali tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant is-sigurtà tal-provvista tal-gass hija element ewlieni tas-sigurtà tal-enerġija globali tal-Unjoni, b'rilevanza għall-kompetittività tal-Unjoni u t-tkabbir. Minkejja li aktar minn 50 % tal-konsum tal-gass fiż-Żona Ekonomika Ewropea huwa bħalissa kopert minn produzzjoni domestika, proporzjon dejjem jikber tal-gass huwa importat minn pajjiżi terzi. It-tisħiħ tas-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni u ż-żieda fir-reżiljenza tas-suq tal-gass tagħha b'hekk jeħtieġu l-ħolqien ta' qafas regolatorju stabbli, ibbażat fuq is-suq għall-iżvilupp tal-produzzjoni tal-gass minn sorsi domestiċi. Barra minn hekk, iż-żieda tal-effiċjenza fl-enerġija, kif ukoll l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli jnaqqsu d-dipendenza tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet tal-gass, kif ukoll jindirizzaw id-dipendenza fuq fornituri esterni dominanti.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Id-domanda għall-gass fl-Unjoni naqset b'14 % mill-2000 u bi 23 % mill-2010, parzjalment minħabba l-kriżi ekonomika, iżda wkoll minħabba l-implimentazzjoni ta' politiki dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Billi jimxu mal-prinċipju li "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel", il-miżuri għall-effiċjenza enerġetika għandhom ikomplu jaqdu rwol fundamentali fit-tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija aktar sostenibbli, kompetittiva u sikura, peress li dan huwa l-aktar mod effettiv biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, sabiex il-konsumaturi jiffrankaw u sabiex tonqos id-dipendenza tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet. F'dan il-kuntest huwa ta' importanza partikolari li tittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija fil-bini, minħabba li l-gass jirrappreżenta madwar nofs il-konsum prinċipali tal-enerġija għat-tisħin u t-tkessiħ fl-Unjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Interruzzjoni ewlenija fil-provvista tal-gass tista' taffettwa lill-Istati Membri kollha, lill-Unjoni in ġenerali u lill-Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija, iffirmat f'Ateni fil-25 ta' Ottubru 2005. Tista' tagħmel ukoll ħsara kbira lill-ekonomija tal-Unjoni u jista' jkollha impatt soċjali gravi, b'mod partikolari fuq gruppi vulnerabbli ta' klijenti.

(2)  Il-livell għoli ta' interdipendenza tal-Istati Membri u ta' pajjiżi terzi Ewropej huwa wkoll karatteristika tal-qasam tal-enerġija. Interruzzjoni ewlenija fil-provvista tal-gass f'pajjiż wieħed tista' taffettwa lil bosta Stati Membri oħra, lill-Unjoni jew lill-Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija (il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija). Tista' iddgħajjef is-sigurtà ġenerali, u potenzjalment tagħmel ħsara kbira lill-ekonomija u jkollha impatt soċjali gravi, b'mod partikolari fuq gruppi vulnerabbli ta' klijenti, b'mod speċjali f'pajjiżi li huma dipendenti wisq fuq fornitur uniku dominanti.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Dan ir-Regolament jimmira li jiżgura li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi salvagwardjata provvista ta' gass mingħajr interruzzjoni madwar l-Unjoni kollha, b'mod partikolari lill-klijenti protetti f'każ ta' kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli jew interruzzjonijiet tal-provvista tal-gass. Dawn l-objettivi għandhom jinkisbu permezz tal-aktar miżuri kost-effettivi u b'tali mod li s-swieq tal-enerġija ma jiġux imfixla.

(3)  Dan ir-Regolament jimmira li jiżgura li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi salvagwardjata provvista ta' gass mingħajr interruzzjoni madwar l-Unjoni kollha, b'mod partikolari lill-klijenti protetti f'każ ta' kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli jew interruzzjonijiet tal-provvista tal-gass. Dan għandu jinkiseb permezz ta' miżuri kost-effettivi, b'mod li s-swieq tal-enerġija ma jiġux imfixkla, skont l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-għanijiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Mejju 2014.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass diġà kellu impatt pożittiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-Ewropa fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Ewropa, kemm f'termini ta' preperazzjoni kif ukoll ta' mitigazzjoni. L-Istati Membri huma ppreparati aħjar sabiex jiffaċċjaw kriżi fil-provvista issa li huma meħtieġa li jfasslu pjanijiet li jinkludu miżuri ta' prevenzjoni u ta' emerġenza u li huma mħarsa aħjar issa li jeħtieġu jissodisfaw numbru ta' obbligi dwar il-kapaċità tal-infrastruttura u l-provvista tal-gass. Madankollu, ir-rapport ta' implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 ta' Ottubru 2014 enfasizza oqsma li fihom titjib għal dak ir-Regolament jista' jsaħħaħ ulterjorment is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni.

(4)  Id-dritt attwali tal-Unjoni, b'mod partikolari l-elementi rilevanti tat-Tielet Pakkett tal-Enerġija u r-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, diġà kellu impatt pożittiv sinifikanti fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni, kemm f'termini ta' preperazzjoni kif ukoll ta' mitigazzjoni. L-Istati Membri huma ppreparati aħjar sabiex jiffaċċjaw kriżi fil-provvista issa li huma meħtieġa li jfasslu pjanijiet li jinkludu miżuri ta' prevenzjoni u ta' emerġenza u li huma mħarsa aħjar issa li jeħtieġu jissodisfaw għadd ta' obbligi dwar il-kapaċità tal-infrastruttura u l-provvista tal-gass. Ir-rapport ta' implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 ta' Ottubru 2014 enfasizza oqsma li fihom titjib għal dak ir-Regolament jista' jsaħħaħ ulterjorment is-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Unjoni.

_______________

1a Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 1)

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reżiljenza fuq perjodu qasir ta' żmien tas-sistema tal-gass Ewropea minn Ottubru 201413 analizzat l-effetti ta' interruzzjoni parzjali jew kompleta tal-provvisti tal-gass mir-Russja u kkonkludiet li approċċi purament nazzjonali mhumiex effettivi ħafna f'każ ta' interruzzjoni serja, minħabba l-ambitu tagħhom, li skont id-definizzjoni huwa limitat. It-test tal-istress wera kif approċċ aktar kooperattiv fost l-Istati Membri jista' jnaqqas b'mod sinifikanti l-impatt ta' xenarji ta' tfixkil serji ħafna fl-aktar Stati Membri vulnerabbli.

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Ottubru 201413 dwar ir-reżiljenza fuq perjodu qasir ta' żmien tas-sistema tal-gass Ewropea analizzat l-effetti ta' interruzzjoni parzjali jew kompleta tal-provvisti tal-gass mir-Russja u kkonkludiet li bosta mill-approċċi nazzjonali huma ta' natura unilaterali, mhumiex koordinati jew kooperattivi biżżejjed, u għalhekk mhumiex effettivi ħafna f'każ ta' interruzzjoni serja. It-test tal-istress wera li approċċ aktar kooperattiv fost l-Istati Membri jista' jnaqqas b'mod sinifikanti l-impatt ta' xenarji ta' tfixkil serji ħafna fl-aktar Stati Membri vulnerabbli.

__________________

__________________

13 COM(2014) 654 final

13 COM(2014)0654

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-Istrateġija ta' Qafas għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti ma' politika li tħares bil-quddiem lejn it-tibdil fil-klima"14 minn Frar 2015 tenfasizza li l-Unjoni tal-Enerġija tibbaża fuq is-solidarjetà u l-fiduċja li huma karatteristiċi neċessarji għas-sigurtà tal-enerġija. Dan ir-Regolament għandu jkollu l-għan li jżid is-solidarjetà u l-fiduċja bejn l-Istati Membri u għandu jimplimenta l-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, b'hekk titwitta t-triq għall-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija.

(6)  Is-sigurtà tal-enerġija tikkostitwixxi wieħed mill-objettivi tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2015 bit-titolu "L-Istrateġija ta' Qafas għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti ma' politika li tħares bil-quddiem lejn it-tibdil fil-klima"14. Il-Komunikazzjoni enfasizzat il-fatt li l-Unjoni tal-Enerġija tibbaża fuq is-solidarjetà, prinċipju minqux fl-Artikolu 194 tat-TFUE, u l-fiduċja li huma karatteristiċi neċessarji għas-sigurtà tal-enerġija. Dan ir-Regolament huwa intiż biex iżid is-solidarjetà u l-fiduċja bejn l-Istati Membri u jimplimenta l-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, b'hekk jikkontribwixxi għall-kisba ta' wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija.

__________________

__________________

14Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, COM(2015)80 final.

14 COM(2015)080.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Suq intern tal-gass li jaħdem mingħajr intoppi huwa l-aħjar garanzija sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija madwar l-Unjoni u sabiex titnaqqas l-espożizzjoni ta' Stati Membri individwali għall-effetti ta' ħsara tal-interruzzjonijiet fil-provvista. Fejn is-sigurtà tal-provvista ta' Stat Membru tkun mhedda, hemm riskju li miżuri żviluppati b'mod unilaterali minn dak l-Istat Membru jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass u tagħmel ħsara għall-provvista tal-gass għall-klijenti fi Stati Membri oħrajn. Sabiex is-suq intern tal-gass jitħalla jiffunzjona anke meta ffaċjat b'nuqqas ta' provvista, għandha ssir dispożizzjoni għas-solidarjetà u l-koordinazzjoni fit-tweġiba għall-kriżijiet fil-provvista, kemm dwar azzjoni preventiva kif ukoll dwar ir-reazzjoni għal interruzzjonijiet attwali fil-provvista.

(7)  Suq intern tal-gass li jkun interkonness tajjeb u li jiffunzjona sew, li jkun ħieles minn "gżejjer tal-enerġija", u li jaħdem mingħajr intoppi, flimkien ma' sistema tal-enerġija ferm orjentata lejn it-titjib kontinwu tal-effiċjenza u t-tnaqqis tad-domanda, huwa mezz tajjeb sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-gass madwar l-Unjoni filwaqt li titnaqqas l-espożizzjoni ta' Stati Membri individwali għall-effetti ta' ħsara tal-interruzzjonijiet fil-provvista. Fejn is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stat Membru tkun mhedda, hemm riskju li miżuri żviluppati b'mod unilaterali minn dak l-Istat Membru jistgħu jkunu ta' ħsara għall-forniment tal-gass lill-klijenti fi Stati Membri oħra, u jaffettwaw b'mod negattiv il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass u jikkawżaw assi mhux irkuprabbli li jkunu għaljin. Sabiex is-suq intern tal-gass jitħalla jiffunzjona anke meta ffaċjat b'nuqqas ta' provvista, għandha ssir dispożizzjoni għas-solidarjetà u l-koordinazzjoni fil-livell reġjonali u tal-Unjoni, kemm dwar azzjoni preventiva kif ukoll dwar ir-reazzjoni għal interruzzjonijiet attwali fil-provvista. Il-miżuri li jittieħdu f'dan il-kuntest għandhom jirrispettaw, sal-ogħla grad possibbli, il-prinċipji tal-ekonomija tas-suq.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a)  L-Unjoni għandha tkompli tiddiversifika s-sorsi tal-enerġija, il-fornituri u r-rotot ta' provvista, bħala prekundizzjoni għas-sigurtà tal-enerġija. Hija għandha tikseb dan bi proġetti diversifikati li jkunu totalment konformi mad-dritt u mal-prinċipji tal-Unjoni kif ukoll mal-prijoritajiet tagħha u mal-objettivi strateġiċi fit-tul tagħha. Il-proġetti li ma jissodisfawx dawk il-kriterji m'għandhomx ikunu appoġġati minn finanzjament tal-Unjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7b)  Suq intern tal-enerġija li jkun tassew interkonness ma' punti ta' dħul multipli u flussi fid-direzzjoni opposta jista' jinħoloq biss billi l-grilji tal-gass tiegħu jiġu konnessi kompletament, billi jinbnew ċentri tal-gass natural likwifikat (LNG) fin-Nofsinhar u l-Lvant tal-Ewropa, billi jitlestew il-kurituri tal-Gass bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar u dawk tan-Nofsinhar u billi tiġi żviluppata aktar il-produzzjoni domestika. Għaldaqstant jeħtieġ li jkun hemm żvilupp aċċellerat ta' interkonnetturi u proġetti li jkollhom l-għan li jiddiversifikaw is-sorsi ta' provvista kif diġà ġew magħżula fl-Istrateġija għas-Sigurtà tal-Enerġija.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  S'issa, il-potenzjal għal miżuri aktar effiċjenti u b'inqas spejjeż permezz ta' kooperazzjoni reġjonali ma ġiex sfruttat għal kollox. Dan għandu x'jaqsam mhux biss ma' koordinazzjoni aħjar ta' azzjonijiet ta' mitigazzjoni nazzjonali f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, iżda wkoll ma' miżuri preventivi nazzjonali, bħal ħażna nazzjonali jew politiki relatati mal-gass naturali likwifikat (LNG), li jistgħu jkunu ta' importanza strateġika f'ċerti reġjuni.

(8)  S'issa, il-potenzjal tal-kooperazzjoni reġjonali biex jiġu introdotti miżuri aktar effiċjenti u b'inqas spejjeż, ma ġiex sfruttat għal kollox. Dan japplika għall-koordinazzjoni aħjar ta' azzjonijiet ta' mitigazzjoni nazzjonali f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza kif ukoll għall-miżuri preventivi nazzjonali, bħal ħażna nazzjonali jew politiki relatati mal-LNG, li jistgħu jkunu ta' importanza strateġika f'ċerti reġjuni.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a)  Approċċi reġjonali kemm fost l-Istati Membri, kif ukoll mal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija titħaffef l-integrazzjoni tas-suq, anki permezz tal-ħolqien ta' ċentri reġjonali biex tittejjeb il-likwidità tas-suq. dawn il-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni jistgħu jissimplifikaw il-koperazzjoni politika u tas-suq tal-enerġija u jiffaċilitaw deċiżjonijiet konġunti dwar investiment f'infrastruttura tal-gass essenzjali fir-reġjuni; l-għarfien u l-informazzjoni jistgħu jiġu żviluppati b'mod konġunt fir-rigward ta' kwistjonijiet bħall-faċilitajiet tal-ħażna tal-enerġija, u l-proċessi tas-sejħiet għall-offerti għal LNG u interkonnetturi.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Fi spirtu ta' solidarjetà, il-kooperazzjoni reġjonali, billi tinvolvi kemm lill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll lill-impriżi tal-gass naturali, għandha tkun il-prinċipju gwida ta' dan ir-Regolament, sabiex jiġu identifikati r-riskji rilevanti f'kull reġjun u sabiex jiġu ottimizzati l-benefiċċji ta' miżuri kkoordinati sabiex dawn ir-riskji jittaffew u sabiex jiġu implimentati l-aktar miżuri kost-effettivi għall-konsumaturi tal-Unjoni.

(9)  Fi spirtu ta' solidarjetà, il-koperazzjoni reġjonali li tinvolvi kemm lill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll lill-impriżi tal-gass naturali, hija l-prinċipju gwida ta' dan ir-Regolament, bil-għan li tidentifika r-riskji rilevanti f'kull reġjun, u tottimizza l-benefiċċji ta' miżuri koordinati sabiex dawn ir-riskji jittaffew, filwaqt li jiġi żgurat li l-miżuri jkunu konformi mal-prinċipji ta' ekonomija tas-suq, ikunu kost-effettivi għall-konsumaturi u jwasslu għal prezzijiet tal-enerġija affordabbli għaċ-ċittadini. Il-kooperazzjoni reġjonali għandha gradwalment tkun ikkumplimentata minn perspettiva tal-Unjoni aktar b'saħħitha, li tippermetti l-użu tal-provvisti u l-għodod kollha disponibbli fil-firxa sħiħa tas-suq intern tal-gass. Il-valutazzjoni fil-livell tal-Unjoni tal-Kurituri tal-Provvista ta' Emerġenza għandha tikkomplementa u tiffaċilita l-approċċ reġjonali kif stipulat fl-Anness I.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a)  Fi spirtu ta' integrazzjoni tas-sistema, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-impriżi tal-elettriku u tal-gass għandha tkun prinċipju ta' gwida ieħor ta' dan ir-Regolament, sabiex jiġu identifikati s-sinerġiji rilevanti bejn l-iżvilupp u t-tħaddim tas-sistema tal-gass u l-elettriku, u jiġu ottimizzati l-benefiċċji ta' approċċi kkoordinati sabiex jiġu implimentati miżuri kost-effettivi għall-konsumaturi tal-UE.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Ċerti klijenti, li jinkludu djar u klijenti li jipprovdu servizzi soċjali essenzjali huma partikolarment vulnerabbli u jistgħu jeħtieġu protezzjoni soċjali. Definizzjoni ta' tali klijenti protetti ma għandhiex tkun f'kunflitt mal-mekkaniżmi ta' solidarjetà tal-Unjoni.

(10)  Ċerti klijenti, li jinkludu djar u klijenti li jipprovdu servizzi soċjali essenzjali huma partikolarment vulnerabbli għall-interruzzjonijiet tal-provvisti u jeħtieġu protezzjoni speċjali. Definizzjoni ta' tali klijenti protetti għandha tkun armonizzata madwar l-Unjoni.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Ir-responsabbiltà tas-sigurtà tal-provvista tal-gass għandha tkun kondiviża bejn impriżi tal-gass naturali tal-Istati Membri, li jaġixxu permezz tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom; u l-Kummissjoni fi ħdan il-kompetenzi tagħhom. Tali skambju ta' responsabbiltà jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn dawn il-partijiet. Madankollu, klijenti li jkunu qegħdin jużaw il-gass għall-ġenerazzjoni tal-elettriku jew għal skopijiet industrijali jistgħu wkoll ikollhom rwol importanti fis-sigurtà tal-provvista tal-gass permezz tal-abbiltà tagħhom li jwieġbu għal kriżi b'miżuri min-naħa tad-domanda, pereżempju kuntratti interrompibbli u bdil tal-fjuwil, għaliex dan ikollu impatt dirett fuq il-bilanċ tal-provvista/domanda.

(11)  Ir-responsabbiltà tas-sigurtà tal-provvista tal-gass għandha tkun kondiviża bejn impriżi tal-gass naturali tal-Istati Membri, li jaġixxu permezz tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom; u l-Kummissjoni fi ħdan il-kompetenzi tagħhom. Tali skambju ta' responsabbiltà jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn dawn il-partijiet. Madankollu, klijenti li jkunu qegħdin jużaw il-gass għall-ġenerazzjoni tal-elettriku jew għal skopijiet industrijali jistgħu wkoll ikollhom rwol importanti fis-sigurtà tal-provvista tal-gass permezz tal-abbiltà tagħhom li jwieġbu għal kriżi b'miżuri min-naħa tad-domanda, pereżempju kuntratti interrompibbli u bdil tal-fjuwil, għaliex dan ikollu impatt dirett fuq il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda. Is-sigurtà tal-provvista tal-gass lil dawn il-klijenti tista' titqies wkoll essenzjali f'xi każijiet. Għandu jkun possibbli li jingħataw ċertu livell ta' protezzjoni billi jiġi żgurat li waqt emerġenza huma jkunu fost l-aħħar konsumaturi li jitilfu l-provvista qabel il-klijenti protetti. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jipprevedu għal din il-possibbiltà meta jidentifikaw l-ordnijiet tar-restrizzjonijiet fil-provvista li għandhom jiġu applikati f'każ ta' emerġenza.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Kif stipulat fid-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn, b'mod partikolari ma' awtoritajiet regolatorji nazzjonali, meta jwettqu l-kompiti speċifikati f'dan ir-Regolament.

(12)  Kif previst fid-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn, b'mod partikolari ma' awtoritajiet regolatorji nazzjonali, meta jwettqu l-kompiti speċifikati f'dan ir-Regolament.

__________________

__________________

15Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p.94).

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 jeħtieġ lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni sabiex jippermettu kapaċità bidirezzjonali permanenti fuq l-interkonnessjonijiet kollha transkonfinali sakemm ma tkunx ingħatat eżenzjoni minn dan l-obbligu. Dan jimmira li jiżgura li l-benefiċċji possibbli tal-kapaċità bidirezzjonali permanenti jittieħdu dejjem in kunsiderazzjoni meta jkun qed jiġi ppjanat interkonnettur ġdid. Madankollu, il-kapaċità bidirezzjonali tista' tintuża biex tipprovdi gass lill-Istati Membri ġirien kif ukoll lil oħrajn matul il-kuritur tal-provvista tal-gass. Il-benefiċċji għas-sigurtà tal-provvista li jippermettu kapaċità bidirezzjonali permanenti, b'hekk jeħtieġu li jitqiesu f'perspettiva usa', fi spirtu ta' solidarjetà u kooperazzjoni msaħħa. Għalhekk, l-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji li tikkunsidra l-kuritur kollu tat-trasport għandha ssir meta jkun qiegħed jiġi kkunsidrat jekk tiġix implimentata kapaċità bi-direzzjonali. Dan jeħtieġ lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jeżaminaw mill-ġdid l-eżenzjonijiet mogħtija skont ir-Regolament Nru (UE) 994/2010 abbażi tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju reġjonali.

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 jeħtieġ li l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jippermettu kapaċità bidirezzjonali permanenti fuq l-interkonnessjonijiet kollha transkonfinali sakemm ma tkunx ingħatat eżenzjoni minn dan l-obbligu. Dan jimmira li jiżgura li l-benefiċċji possibbli tal-kapaċità bidirezzjonali permanenti jittieħdu dejjem inkunsiderazzjoni meta jkun qed jiġi ppjanat interkonnettur ġdid. Madankollu, il-kapaċità bidirezzjonali tista' tintuża biex tipprovdi gass lill-Istati Membri ġirien kif ukoll lil oħrajn matul il-kuritur tal-provvista tal-gass. Il-benefiċċji għas-sigurtà tal-provvista tal-gass li tiġi permessa kapaċità bidirezzjonali permanenti jeħtieġ li jitqiesu minn perspettiva usa', fi spirtu ta' solidarjetà u kooperazzjoni msaħħa. Għandha titwettaq analiżi komprensiva tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji li tikkunsidra l-kuritur kollu tat-trasport, meta jkun qiegħed jiġi kkunsidrat jekk tiġix implimentata kapaċità bi-direzzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu meħtieġa jeżaminaw mill-ġdid l-eżenzjonijiet mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 abbażi tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju reġjonali. L-objettiv globali għandu jkun li jkun hemm kapaċità bidirezzjonali dejjem tikber u li l-proġetti transkonfinali futuri b'kapaċità direzzjonali waħda jinżammu fl-anqas livell possibbli.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Ir-Regolament jistabbilixxi standards għas-sigurtà tal-provvista li huma armonizzati biżżejjed u tal-inqas ikopru s-sitwazzjoni li seħħet f'Jannar 2009 meta l-provvista ta' gass mir-Russja twaqqfet. Dawn l-istandards iqisu d-differenza bejn l-Istati Membri, l-obbligi tas-servizz pubbliku u l-miżuri ta' protezzjoni tal-klijenti, kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/73/KE. L-istandards tas-sigurtà tal-provvista għandhom ikunu stabbli, sabiex jipprovdu ċ-ċertezza legali meħtieġa, għandhom ikunu definiti b'mod ċar u ma għandhomx jimponu piż mhux raġonevoli u sproporzjonat fuq l-impriżi tal-gass naturali. Dawn għandhom jiggarantixxu wkoll aċċess ugwali għall-impriżi tal-gass naturali tal-Unjoni għall-konsumaturi nazzjonali.

(16)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi standards għas-sigurtà tal-provvista tal-gass li huma armonizzati biżżejjed u tal-inqas ikopru s-sitwazzjoni li seħħet f'Jannar 2009 meta l-provvista ta' gass mir-Russja twaqqfet. Dawk l-istandards iqisu d-differenza bejn l-Istati Membri, l-obbligi tas-servizz pubbliku u l-miżuri ta' protezzjoni tal-klijenti, kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/73/KE. L-istandards tas-sigurtà tal-provvista għandhom ikunu stabbli, sabiex jipprovdu ċ-ċertezza legali meħtieġa, għandhom ikunu definiti b'mod ċar u ma għandhomx jimponu piż mhux raġonevoli u sproporzjonat fuq l-impriżi tal-gass naturali. Dawn għandhom jiggarantixxu wkoll aċċess ugwali għall-impriżi tal-gass naturali tal-Unjoni għall-konsumaturi nazzjonali.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a)  Sabiex jitqiesu d-differenzi bejn l-Istati Membri, l-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tagħhom fir-rigward tas-solidarjetà f'każ li jiġi ddikjarat livell ta' kriżi ta' emerġenza, għandu jkollhom il-possibbiltà li japplikaw l-istandards tas-sigurtà tal-provvista stabbiliti f'dan ir-Regolament għal ċerti intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u għall-istallazzjonijiet għat-tisħin distrettwali sal-punt li jfornu tisħin lil dawn l-impriżi.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Approċċ reġjonali għall-valutazzjoni tar-riskji u għad-definizzjoni u l-adozzjoni ta' miżuri preventivi u ta' mitigazzjoni jippermetti koordinazzjoni tal-isforzi, li ġġib magħha benefiċċji sinfikanti f'termini tal-effettività tal-miżuri u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi. Dan japplika b'mod partikolari għal miżuri mfassla biex jiggarantixxu provvista kontinwa, taħt kundizzjonijiet ibsin ħafna, lil klijenti protetti, u lil miżuri biex inaqqsu l-impatt ta' emerġenza. L-ivvalutar tar-riskji korrelatati fil-livell reġjonali, li hu iktar komprensiv kif ukoll iktar preċiż, se jiżgura li l-Istati Membri huma ppreparati aħjar għal kull kriżi. Barra minn hekk, f'emerġenza, approċċ ikkoordinat u miftiehem minn qabel fuq is-sigurtà tal-provvista jiżgura rispons konsistenti u jnaqqas ir-riskju ta' tixrid ta' effetti negattivi li jista' jkollhom miżuri purament nazzjonali fi Stati Membri ġirien.

(17)  Approċċ reġjonali għall-valutazzjoni tar-riskji u għad-definizzjoni u l-adozzjoni ta' miżuri preventivi u ta' mitigazzjoni jippermetti koordinazzjoni tal-isforzi, li ġġib magħha benefiċċji sinfikanti f'termini tal-effettività tal-miżuri u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi. Dan japplika b'mod partikolari għal miżuri mfassla biex jiggarantixxu provvista kontinwa, taħt kundizzjonijiet ibsin ħafna, lil klijenti protetti, u lil miżuri biex inaqqsu l-impatt ta' emerġenza. L-ivvalutar tar-riskji korrelatati fil-livell reġjonali, filwaqt li jitqiesu kemm is-sistemi tal-gass, kif ukoll dawk tal-elettriku, li hu iktar komprensiv kif ukoll iktar preċiż, se jiżgura li l-Istati Membri jkunu ppreparati aħjar għal kull kriżi. Barra minn hekk, f'emerġenza, approċċ ikkoordinat u miftiehem minn qabel fuq is-sigurtà tal-provvista jiżgura rispons konsistenti u jnaqqas ir-riskju ta' tixrid ta' effetti negattivi li jista' jkollhom miżuri purament nazzjonali fi Stati Membri ġirien. L-approċċ reġjonali ma għandux jipprevjeni l-kooperazzjoni interreġjonali barra r-reġjuni stabbiliti fl-Anness I, u m'għandux jeħles lill-Istati Membri individwali mir-responsabbiltà tagħhom li jikkonformaw mal-istandards nazzjonali tagħhom tas-sigurtà tal-provvista u li jiddiversifikaw is-sorsi ta' forniment tagħhom bħala kwistjoni ta' prijorità f'każ ta' dipendenza fuq punt uniku ta' provvista.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Ir-reġjuni għandhom ikunu definiti, kemm jista' jkun, fuq bażi ta' strutturi ta' kooperazzjoni reġjonali eżistenti stabbiliti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, b'mod partikolari l-gruppi reġjonali stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 347/2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea17 (ir-Regolament TEN-E). Madanakollu, billi dan ir-Regolament u r-Regolament TEN-E għandhom għanijiet differenti, il-gruppi reġjonali rispettivi jistgħu jkunu differenti fid-daqs u d-disinn.

(18)  Ir-reġjuni għandhom ikunu stabbiliti, kemm jista' jkun, fuq bażi ta' strutturi ta' kooperazzjoni reġjonali eżistenti stabbiliti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, b'mod partikolari l-gruppi reġjonali stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17. Madanakollu, billi dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 347/2013 għandhom għanijiet differenti, il-gruppi reġjonali rispettivi jistgħu jkunu differenti fid-daqs u d-disinn.

__________________

__________________

17Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU UE L 115 tal- 25.4.2013, p. 39).

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Għalhekk, għall-iskop ta' dan ir-Regolament, il-kriterji li ġejjin għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni meta jiġu definiti l-gruppi reġjonali: il-mudelli ta' provvista, l-interkonnessjonijiet eżistenti u ppjanati u l-kapaċità ta' interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, l-iżvilupp u l-maturità tas-suq, l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali eżistenti u n-numru ta' Stati Membri f'reġjun, li għandu jkun limitat biex jiżgura li l-grupp jibqa' ta' daqs maniġġevoli.

(19)  Għalhekk, għall-iskop ta' dan ir-Regolament, il-kriterji li ġejjin għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni meta jiġu stabbiliti l-gruppi reġjonali: il-mudelli ta' provvista, l-interkonnessjonijiet eżistenti u ppjanati u l-kapaċità ta' interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, l-interkonnessjonijiet eżistenti bejn pajjiżi terzi, l-iżvilupp u l-maturità tas-suq, l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali eżistenti, il-livell ta' diversifikazzjoni tar-rotot tal-gas, tas-sorsi tal-provvista tal-gass, u n-numru ta' Stati Membri f'reġjun, li għandu jkun limitat biex jiżgura li l-grupp jibqa' ta' daqs maniġġevoli.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Biex il-kooperazzjoni reġjonali ssir iktar fattibbli, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta' kooperazzjoni fi ħdan kull reġjun. Tali mekkaniżmu jew mekkaniżmi għandhom jiġu żviluppati suffiċjentament fil-ħin biex tkun tista' ssir il-valutazzjoni tar-riskju u jitfasslu pjanijiet sinifikanti fil-livell reġjonali. L-Istati Membri huma liberi li jiftehemu fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni li hu l-iktar addattat għal reġjun partikolari. Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol ta' faċilitazzjoni fil-proċess globali u għandha tiskambja l-aħjar prattiċi għall-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali bħal pereżempju rwol ta' koordinazzjoni b'rotazzjoni fi ħdan ir-reġjun għall-preparazzjoni tad-dokumenti differenti jew biex jiġu stabbiliti korpi dedikati. Fin-nuqqas ta' ftehim fuq il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista' tipproponi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni xieraq għal reġjun partikolari.

(20)  Biex il-kooperazzjoni reġjonali ssir iktar fattibbli, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta' kooperazzjoni fi ħdan kull reġjun. Tali mekkaniżmu jew mekkaniżmi għandhom jiġu żviluppati f'ħin suffiċjenti biex tkun tista' ssir il-valutazzjoni tar-riskju u jitfasslu pjanijiet effettivi fil-livell reġjonali. L-Istati Membri huma liberi li jiftiehmu fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni li hu l-iktar addattat għal reġjun partikolari. Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol ta' faċilitazzjoni fil-proċess globali u għandha tiskambja l-aħjar prattiċi għall-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali bħal pereżempju rwol ta' koordinazzjoni b'rotazzjoni fi ħdan ir-reġjun għall-preparazzjoni tad-dokumenti differenti jew biex jiġu stabbiliti korpi dedikati. Fin-nuqqas ta' ftehim fuq il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipproponi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni xieraq għal reġjun partikolari.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Meta ssir valutazzjoni tar-riskju komprensiva li għandha tiġi ppreparata fil-livell reġjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskji naturali, teknoloġiċi, kummerċjali, finanzjari, soċjali, politiċi u dawk relatati mas-suq, kif ukoll kull riskju relevanti ieħor, inklużi, meta xieraq, l-interruzzjoni tal-provvisti mill-ikbar fornitur uniku. Ir-riskji kollha għandhom jiġu indirizzati b'miżuri effettivi, proporzjonati u mhux diskrimantorji li għandhom jiġu żviluppati fil-pjan ta' azzjoni preventiva u fil-pjan ta' emerġenza. Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-valutazzjonijiet tar-riskju ta' perikli prevvisti skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE18.

(21)  Meta ssir valutazzjoni tar-riskju komprensiva li għandha tiġi ppreparata fil-livell reġjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskji naturali, teknoloġiċi, infrastrutturali, kummerċjali, finanzjari, soċjali, politiċi, ġeopolitiċi, ambjentali, dawk relatati mas-suq, kif ukoll kull riskju relevanti ieħor, inklużi, meta xieraq, l-interruzzjoni tal-provvisti minn fornituri dominanti. Ir-riskji kollha għandhom jiġu indirizzati b'miżuri effettivi, proporzjonati u mhux diskrimantorji li għandhom jiġu żviluppati fi pjan ta' azzjoni preventiva u fi pjan ta' emerġenza u jinkludu miżuri min-naħa tad-domanda u min-naħa tal-provvista. Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-valutazzjonijiet tar-riskji kollha previsti fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru  1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18.

__________________

__________________

18Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 24).

18Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 24).

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Biex jiġi pprovdut l-input għall-valutazzjonijiet tar-riskji, in-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta' Trażmissjoni għall-Gass ('ENTSO għall-gass'), f'konsultazzjoni mal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass u man-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E), għandu jwettaq simulazzjonijiet mal-Ewropa kollha b'mod simili għat-test tal-istress li sar fl-2014.

(22)  Biex jiġi pprovdut l-input għall-valutazzjonijiet tar-riskji, in-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta' Trażmissjoni għall-Gass ('ENTSO tal-gassl-gass'), wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass u n-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku, għandu jwettaq simulazzjonijiet mal-Ewropa kollha b'mod simili għat-test tal-istress li sar fl-2014. Tali simulazzjonijiet għandhom jiġu aġġornati tal-inqas kull sentejn. Bħala mezz ta' tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali billi tipprovdi informazzjoni dwar il-flussi tal-gass kif ukoll tipprovdi kompetenza teknika u operazzjonali, is-Sistema ta' Koordinazzjoni Reġjonali għall-gass (RCSG), stabbilita mill-ENTSO tal-Gass u magħmula minn gruppi permanenti ta' esperti, għandha tkun involuta fit-twettiq ta' simulazzjonijiet.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Sabiex tiġi żgurata tħejjija massima, biex tiġi evitata interruzzjoni fil-provvista u biex jittaffew l-effetti tagħha jekk xorta waħda sseħħ, l-awtoritajiet kompetenti ta' reġjun partikolari għandhom ifasslu pjanijiet ta' azzjoni preventiva u ta' emerġenza, wara li jikkonsultaw l-partijiet interessati. Il-pjanijiet reġjonali għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi ta' kull Stat Membru. Għandhom jiddefinixxu b'mod ċar l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-impriżi tal-gass naturali u l-awtoritajiet kompetenti. Il-miżuri nazzjonali li għandhom jitfasslu għandhom iqisu l-miżuri reġjonali li jinsabu fil-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza b'mod sħiħ. Dawn għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jindirizzaw ir-riskji nazzjonali b'mod li jieħdu vantaġġ sħiħ tal-opportunitajiet provduti mill-kooperazzjoni reġjonali. Il-pjanijiet għandhom ikunu ta' natura teknika u operattiva, il-funzjoni tagħhom tkun li jgħinu fil-prevenzjoni tal-preżenza jew l-eskalazzjoni ta' emerġenza kif ukoll sabiex jittaffew l-efetti tagħha. Il-pjanijiet għandhom jikkunsidraw is-sigurtà tas-sistemi tal-elettriku u jkunu konsistenti mal-ippjanar strateġiku u l-għodod tar-rapportar tal-Unjoni tal-Enerġija.

(23)  Sabiex tiġi żgurata tħejjija massima, biex tiġi evitata interruzzjoni fil-provvista u biex jittaffew l-effetti ta' tali interruzzjoni, jekk xorta waħda sseħħ, l-awtoritajiet kompetenti ta' reġjun partikolari għandhom ifasslu pjanijiet ta' azzjoni preventiva u pjanijiet ta' emerġenza, wara li jikkonsultaw il-partijiet interessati. Il-pjanijiet reġjonali għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi ta' kull Stat Membru. Huma għandhom jiddefinixxu wkoll b'mod ċar l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-impriżi tal-gass naturali u l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll, fejn xieraq, tal-impriżi tal-elettriku. Il-miżuri nazzjonali li għandhom jitfasslu għandhom iqisu l-miżuri reġjonali li jinsabu fil-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza b'mod sħiħ. Dawn għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jindirizzaw ir-riskji nazzjonali b'mod li jieħdu vantaġġ sħiħ tal-opportunitajiet provduti mill-kooperazzjoni reġjonali. Il-pjanijiet għandhom ikunu ta' natura teknika u operattiva, il-funzjoni tagħhom tkun li jgħinu fil-prevenzjoni tal-preżenza jew l-eskalazzjoni ta' emerġenza kif ukoll sabiex jittaffew l-efetti tagħha. Il-pjanijiet għandhom jikkunsidraw is-sigurtà tas-sistemi tal-elettriku u jkunu konsistenti mal-objettivi u mal-ippjanar strateġiku u l-għodod tar-rapportar tal-Unjoni tal-Enerġija.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  L-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-impriżi kollha tal-gass naturali u l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu definiti preċiżament biex iżommu s-suq intern tal-gass jaħdem tajjeb, b'mod partikolari f'każ ta' interruzzjonijiet tal-provvista u kriżijiet. Irwoli u responsabbiltajiet bħal dawn għandhom ikunu stabbiliti b'tali mod li jiżguraw li approċċ fuq tliet livelli jiġi rrispettat li jkun jinvolvi l-ewwel l-impriżi tal-gass naturali u l-industrija rilevanti, imbagħad l-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew reġjonali, imbagħad l-Unjoni. Dan ir-Regolament għandu jippermetti lill-impriżi tal-gass naturali u lill-klijenti sabiex jibbażaw fuq mekkaniżmi tas-suq għall-itwal ħin possibbli meta jindirizzaw l-interruzzjonijiet. Madankollu, għandu wkoll jipprovdi mekkaniżmi li għandhom jintużaw meta s-swieq weħidhom ma jibqgħux f'pożizzjoni li jindirizzaw b'mod adegwat l-interruzzjoni fil-provvista tal-gass.

(24)  L-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-impriżi kollha tal-gass naturali u l-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll, fejn ikun xieraq, l-impriżi tal-elettriku, għandhom ikunu definiti preċiżament biex iżommu s-suq intern tal-gass jaħdem tajjeb, b'mod partikolari f'każ ta' interruzzjonijiet tal-provvista u kriżijiet. Irwoli u responsabbiltajiet bħal dawn għandhom ikunu stabbiliti b'tali mod li jiżguraw li approċċ fuq tliet livelli jiġi rrispettat li jkun jinvolvi l-ewwel l-impriżi tal-gass naturali, l-impriżi tal-elettriku u l-industrija rilevanti, imbagħad l-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew reġjonali, imbagħad l-Unjoni. Għal dak il-għan, il-kondiviżjoni effettiva tal-informazzjoni fil-livelli kollha għandha tipprovdi twissija bikrija dwar l-interruzzjonijiet u l-mezzi ta' mitigazzjoni. Dan ir-Regolament huwa intiż li jippermetti lill-impriżi tal-gass naturali u lill-klijenti sabiex jibbażaw fuq mekkaniżmi tas-suq għall-itwal ħin possibbli meta jindirizzaw l-interruzzjonijiet. Madankollu, huwa wkoll intiż sabiex jipprovdi mekkaniżmi li jkunu jistgħu jintużaw meta s-swieq weħidhom ma jibqgħux f'pożizzjoni li jindirizzaw b'mod adegwat l-interruzzjoni fil-provvista tal-gass.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  F'każ ta' kriżi fil-provvista, il-parteċipanti fis-suq għandhom jingħataw opportunità suffiċjenti sabiex iwieġbu għas-sitwazzjoni b'miżuri bbażati fuq is-suq. Fejn miżuri tas-suq ikunu ġew eżawriti u xorta jkunu għadhom insuffiċjenti, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jieħdu miżuri sabiex jitneħħew jew jittaffew l-effetti tal-kriżi fil-provvista.

(25)  F'każ ta' kriżi fil-provvista, il-parteċipanti fis-suq għandhom jingħataw opportunità adegwata sabiex iwieġbu għas-sitwazzjoni b'miżuri bbażati fuq is-suq. Fejn miżuri tas-suq ikunu ġew eżawriti u xorta jkunu għadhom insuffiċjenti, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jieħdu miżuri sabiex jitneħħew jew jittaffew l-effetti tal-kriżi fil-provvista. Il-miżuri ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija għandhom jingħataw prijorità sabiex titnaqqas id-domanda għall-gass u l-elettriku u biex ikun hemm titjib sostenibbli u fit-tul fir-reżiljenza tal-Istati Membri għal kriżi fil-provvista.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Kull meta l-Istati Membri jkollhom pjan li jintroduċu miżuri mhux ibbażati fuq suq, miżuri bħal dawn għandhom jiġu akkumpanjati b'deskrizzjoni tal-impatt ekonomiku tagħhom. Dan jiżgura li l-konsumaturi jkollhom l-informazzjoni li jkollhom bżonn dwar l-ispejjeż ta' tali miżuri u jiżgura li l-miżuri huma trasparenti, b'mod speċjali fir-rigward tas-sehem tagħhom fil-prezz tal-gass.

(26)  Kull meta l-Istati Membri jkollhom pjan li jintroduċu, bħala l-aħħar għażla, miżuri mhux ibbażati fuq suq bħala l-aħħar soluzzjoni, miżuri bħal dawn għandhom jiġu akkumpanjati b'deskrizzjoni tal-impatt ekonomiku tagħhom u mekkaniżmu ta' kumpens għall-operaturi. Dan jiżgura li l-konsumaturi jkollhom l-informazzjoni li jkollhom bżonn dwar l-ispejjeż ta' tali miżuri u jiżgura li l-miżuri huma trasparenti, b'mod speċjali fir-rigward tas-sehem tagħhom fil-prezz tal-gass.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  F'Marzu 2015, il-Kunsill Ewropew talab biex l-għażliet għall-mekkaniżmi ta' aggregazzjoni tad-domanda volontarja jiġu vvalutati b'konformità sħiħa mal-liġi tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ("WTO") u mar-regoli ta' komptezzjoni tal-Unjoni. Dan jippermetti lill-Istati Membri u lill-impriżi tal-gass naturali biex jesploraw il-benefiċċji potenzjali ta' xiri kollettiv ta' gass naturali bħala mod biex jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' provvista b'mod konformi ma' dawk ir-regoli.

(27)  F'Marzu 2015 il-Kunsill Ewropew talab għall-valutazzjoni ta' għażliet għal mekkaniżmu volontarju ta' aggregazzjoni tad-domanda b'konformità sħiħa mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ("WTO") u mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. F'dak il-kuntest, l-Istati Membri u l-impriżi tal-gass naturali setgħu jesploraw il-benefiċċji potenzjali marbuta max-xiri kollettiv ta' gass sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' provvista b'mod konformi mar-regoli tad-WTO u r-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Miżuri min-naħa tad-domanda bħall-bdil tal-fjuwil jew tnaqqis fil-provvista tal-gass lill-konsumaturi industrijali kbar skont ordni ekonomikament effiċjenti jista' jkollhom rwol importanti sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-enerġija meta dawn ikunu jistgħu jiġu applikati malajr u jnaqqsu d-domanda b'mod apprezzabbli bħala reazzjoni għal interruzzjoni fil-provvista. Irid isir iktar biex ikun promoss l-użu effiċjenti tal-enerġija, partikolarment fejn ikun hemm bżonn miżuri fin-naħa tad-domanda. L-impatt ambjentali ta' kwalunkwe domanda u miżura min-naħa tal-provvista proposti għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni, bi preferenza tingħata kemm jista' jkun possibbli għall-miżuri li għandhom l-inqas impatt fuq l-ambjent. Fl-istess ħin, għandhom jiġu kkunsidrati l-aspetti tas-sigurtà tal-provvista u l-kompetittività.

(28)  Il-miżuri min-naħa tad-domanda bħall-bdil tal-fjuwil jew tnaqqis fil-provvista tal-gass lill-konsumaturi industrijali kbar b'manjiera ekonomikament effiċjenti, kif ukoll sistema bbażata fuq is-suq għall-konsumaturi industrijali, bħat-tnaqqis volontarju tad-domanda offrut minn konsumaturi industrijali għal kumpens finanzjarju ġust u f'waqtu, jista' jkollhom rwol importanti sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-enerġija meta dawn ikunu jistgħu jiġu applikati malajr u jnaqqsu d-domanda b'mod apprezzabbli bħala reazzjoni għal interruzzjoni fil-provvista. Irid isir iktar biex ikun promoss l-użu effiċjenti tal-enerġija, partikolarment fejn ikun hemm bżonn miżuri fin-naħa tad-domanda. L-impatt ambjentali ta' kwalunkwe domanda u miżura min-naħa tal-provvista proposti għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni, bi preferenza tingħata kemm jista' jkun possibbli għall-miżuri li għandhom l-inqas impatt fuq l-ambjent. Fl-istess ħin, is-sigurtà tal-provvista tal-gass għandha tibqa' prijorità għall-miżuri meħuda f'każ ta' interruzzjoni fil-provvista, filwaqt li l-aspetti tal-kompetittività għandhom ukoll jitqiesu kif xieraq.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Meta jiġu mfassla u implimentati l-Pjan ta' Azzjoni Preventiva u l-Pjan ta' Emerġenza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni t-tħaddim sigur tas-sistema tal-gass fil-livelli reġjonali u nazzjonali f'kull ħin. Huma għandhom jindirizzaw u jfasslu f'dawk il-pjanijiet il-limitazzjonijiet tekniċi li jaffettwaw it-tħaddim tan-Netwerk, inklużi kwalunkwe raġunijiet tekniċi u ta' sigurtà għat-tnaqqis ta' flussi f'każ ta' emerġenza.

(29)  Meta jiġu mfassla u implimentati l-Pjan ta' Azzjoni Preventiva u l-Pjan ta' Emerġenza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni t-tħaddim sigur tas-sistema tal-gass fil-livelli nazzjonali u reġjonali f'kull ħin. Huma għandhom jindirizzaw u jfasslu f'dawk il-pjanijiet il-limitazzjonijiet tekniċi li jaffettwaw it-tħaddim tan-Netwerk, inklużi kwalunkwe raġunijiet tekniċi u ta' sigurtà għat-tnaqqis ta' flussi f'każ ta' emerġenza.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Gass klorifiku baxx jiġi fornut f'ċerti reġjuni fl-Unjoni. Minħabba l-karatteristiċi tiegħu, ma jistax jintuża f'apparat imfassal għall-gass klorifiku għoli. Madankollu, huwa possibbli li jintuża l-gass klorifiku għoli f'apparat imfassal għall-gass klorifiku baxx, sakemm dan jiġi kkonvertit f'gass klorifiku baxx, pereżempju billi wieħed iżid in-nitroġenu. Il-karatteristiċi speċifiċi tal-gass klorifiku baxx għandhom jiġu kkunsidrati fil-livelli nazzjonali u reġjonali u għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni fil-valutazzjoni tar-riskju u fl-Azzjoni Preventiva u fil-pjanijiet ta' emerġenza.

(30)  Gass klorifiku baxx jiġi fornut f'ċerti reġjuni fl-Unjoni. Il-karatteristiċi tiegħu jwaqqfuh milli jintuża f'apparat imfassal għall-gass klorifiku għoli. Madankollu, huwa possibbli li l-gass klorifiku għoli jiġi kkonvertit għall-użu f'apparat imfassal għall-gass klorifiku baxx, pereżempju billi wieħed iżid in-nitroġenu. Il-karatteristiċi speċifiċi tal-gass klorifiku baxx għandhom jiġu kkunsidrati fil-livelli nazzjonali u reġjonali u għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni fil-valutazzjoni tar-riskju u fl-Azzjoni Preventiva u fil-pjanijiet ta' emerġenza.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Huwa neċessarju li tiġi żgurata l-prevedibbilità tal-azzjoni li għandha tittieħed f'każ ta' emerġenza, li joffru lill-parteċipanti kollha tas-suq opportunità suffiċjenti sabiex jirreaġixxu kif ukoll jippreparaw għal ċirkostanzi bħal dawn. Bħala regola, għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrispettaw il-pjan ta' emerġenza tagħhom. F'ċirkostanzi eċċezzjonali debitament iġġustifikati huma għandhom jieħdu azzjoni li tiddevja minn dawk il-pjanijiet. Huwa importanti wkoll li l-mod li bih jiġu mħabbra l-emerġenzi jkun iktar trasparenti u prevedibbli. Informazzjoni dwar il-pożizzjoni ta' bbilanċjar tas-sistema (l-istatus ġenerali tan-netwerk ta' trażmissjoni), li l-qafas tagħha jinsab fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/201419, jista' jkollha rwol importanti f'dan ir-rigward. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti u għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fejn dawn mhumiex l-awtorità kompetenti fuq bażi ta' ħin reali.

(31)  Huwa neċessarju li tiġi żgurata l-prevedibbilità tal-azzjonijiet li għandhom jittieħdu f'każ ta' emerġenza, li l-parteċipanti kollha tas-suq jingħataw opportunità suffiċjenti sabiex jippreparaw għal tali sitwazzjonijiet u jirreaġixxu għalihom. Bħala regola, għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mal-pjan ta' emerġenza tagħhom. F'ċirkostanzi eċċezzjonali u għal raġunijiet raġonevoli, huma għandhom jieħdu azzjoni li tiddevja minn dawk il-pjanijiet. Il-mod li bih jiġu mħabbra l-emerġenzi għandu jkun iktar trasparenti u prevedibbli. Informazzjoni dwar il-pożizzjoni ta' bbilanċjar tas-sistema (l-istatus ġenerali tan-netwerk ta' trażmissjoni), li l-qafas tagħha huwa stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/201419, jista' jkollha rwol importanti f'dan ir-rigward. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq bażi ta' ħin reali lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jekk ma jkunux l-awtoritajiet kompetenti.

__________________

__________________

19Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2014 tas-26 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Kodiċi ta' Netwerk dwar l-Ibbilanċjar tal-Gass tan-Netwerks ta' Trażmissjoni (ĠU L 91, 27.3.2014, p.15).

19Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2014 tas-26 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Kodiċi ta' Netwerk dwar l-Ibbilanċjar tal-Gass tan-Netwerks ta' Trażmissjoni (ĠU L 91, 27.3.2014, p.15).

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza għandhom jiġu aġġoranti b'mod regolari u għandhom jiġu ppubblikati. Huma għandhom ikunu soġġetti għall-evalwazzjoni bejn il-pari. Il-proċess ta' evalwazzjoni bejn il-pari jippermetti identifikazzjoni bikrija ta' inkonsistenzi u miżuri li jistgħu jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-Istati Membri l-oħrajn u b'hekk jiżgura li l-pjanijiet minn reġjuni differenti huma konsistenti ma' xulxin. Dan jipermetti wkoll lill-Istati Membri biex jiskambjaw l-aħjar prattika.

(32)  Il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza għandhom jiġu aġġoranti fuq bażi regolari u għandhom jiġu ppubblikati. Huma għandhom ikunu soġġetti għall-evalwazzjoni bejn il-pari. Tali evalwazzjoni bejn il-pari għandha tkun immonitorjata mill-Kummissjoni. Il-proċess ta' evalwazzjoni bejn il-pari huwa maħsub sabiex jippermetti l-identifikazzjoni bikrija ta' inkonsistenzi u miżuri li jistgħu jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stati Membri oħra, u b'hekk jiżgura l-konsistenza tal-pjanijiet fir-reġjuni differenti. Dan jippermetti wkoll lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattika. Il-pjanijiet għandhom ikunu konsistenti mal-objettivi kollha tal-Unjoni tal-Enerġija.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Sabiex jiġi żgurat li l-pjanijiet ta' emerġenza jkunu dejjem aġġornati u effettivi, l-Istati Membri għandhom iwettqu testijiet bejn l-aġġornamenti tal-pjanijiet billi jissimulaw xenarji ta' impatt għoli u medju u risposti f'ħin reali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippreżentaw ir-riżultati tat-testijiet fil-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass.

(33)  Sabiex jiġi żgurat li l-pjanijiet ta' emerġenza jkunu dejjem aġġornati u effettivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu testijiet bejn l-aġġornamenti tal-pjanijiet billi jissimulaw xenarji ta' impatt għoli u medju u risposti f'ħin reali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippreżentaw ir-riżultati tat-testijiet fil-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Mudelli komprensivi obbligatorji li jinkludu r-riskji kollha li għandhom jiġu koperti mill-valutazzjoni tar-riskju u l-komponenti kollha tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza huma meħtieġa biex jiffaċilitaw il-valutazzjoni tar-riskju u t-tħejjija tal-pjanijiet, l-evalwazzjoni bejn il-pari tagħhom u l-valutazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni.

(34)  Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva, il-pjanijiet ta' emerġenza u d-dokumenti u l-iskambji ta' informazzjoni l-oħrajn kollha koperti minn dan ir-Regolament għandhom jiġu nnotifikati permezz ta' sistema ta' notifika elettronika standard.

(35)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, il-valutazzjonijiet tar-riskju, il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva, il-pjanijiet ta' emerġenza u d-dokumenti u l-iskambji ta' informazzjoni l-oħrajn kollha pprovduti f'dan ir-Regolament għandhom jiġu nnotifikati permezz ta' sistema ta' notifika elettronika sikura u standardizzata.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Kif muri mit-test tal-istress ta' Ottubru 2014, hija meħtieġa solidarjetà sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista madwar l-Unjoni u sabiex il-kostijiet ġenerali jinżammu f'minimu. Jekk tkun iddikjarata emerġenza f'xi Stat Membru, għandu jkun applikat approċċ b'żewġ stadji biex tissaħħaħ is-solidarjetà. L-ewwel, l-Istati Membri kollha li introduċew standard ta' provvista ogħla għandhom inaqqsuh għal valuri difolt sabiex b'hekk is-suq tal-gass isir aktar likwidu. It-tieni, jekk l-ewwel stadju jonqos milli jipprovdi l-provvista neċessarja, għandhom jiġu attivati miżuri ulterjuri minn Stati Membri ġirien, anke jekk mhumiex f'sitwazzjoni ta' emerġenza, sabiex tiġi żgurata l-provvista lid-djar, lis-servizzi soċjali essenzjali u lill-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali fl-Istat Membru li jesperjenza l-emerġenza. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jiddeskrivu d-dettalji tal-miżuri ta' solidarjetà fil-pjanijiet ta' emerġenza rispettivi tagħhom, li jiżguraw kumpens ġust u ekwitabbli tal-impriżi tal-gass naturali.

(36)  Kif muri mit-test tal-istress ta' Ottubru 2014, hija meħtieġa solidarjetà sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista madwar l-Unjoni u sabiex il-kostijiet ġenerali jinżammu f'minimu. Jekk tkun iddikjarata emerġenza f'xi Stat Membru, għandhom jittieħdu miżuri minn Stati Membri ġirien, anke jekk mhumiex f'sitwazzjoni ta' emerġenza, sabiex tiġi żgurata l-provvista lill-klijenti protetti fl-Istat Membru li jesperjenza l-emerġenza. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jiddeskrivu d-dettalji tal-miżuri ta' solidarjetà fil-pjanijiet ta' emerġenza rispettivi tagħhom, li jiżguraw livell ta' kumpens ġust u xieraq għall-impriżi tal-gass naturali li jirrifletti bis-sħiħ il-valur tas-suq tal-ispejjeż marbuta mal-interruzzjoni tal-provvisti.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Is-solidarjetà Ewropea għandha wkoll, fejn meħtieġ, tieħu l-forma ta' assistenza tal-protezzjoni ċivili pprovduta mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Tali assistenza għandha tkun iffaċilitata u kkoordinata mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili stabbilit b'Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 li għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u biex tiffaċilita l-koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili biex ittejjeb l-effikaċja tas-sistemi għall-prevenzjoni, l-preparamenti u r-rispons għal diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem.

(37)  Is-solidarjetà Ewropea għandha wkoll, fejn meħtieġ, tieħu l-forma ta' assistenza tal-protezzjoni ċivili pprovduta mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Tali assistenza għandha tkun iffaċilitata u kkoordinata mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 li għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u biex tiffaċilita l-koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili biex ittejjeb l-effikaċja tas-sistemi għall-prevenzjoni, l-preparamenti u r-rispons għal diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem.

__________________

__________________

20Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 24).

20Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 24).

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Sabiex tiġi evalwata kif xieraq is-sigurtà tas-sitwazzjoni tal-provvista ta' Stat Membru partikolari, reġjun jew l-UE, l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti huwa essenzjali. B'mod partikolari, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jeħtieġ li jkollhom aċċess regolari għall-informazzjoni mill-impriżi tal-gass naturali rigward il-parametri ewlenin tal-provvista tal-gass bħala input fundamentali fit-tfassil tal-politiki tas-sigurtà tal-provvista. Taħt ċirkostanzi debitament iġġustifikati, irrispettivament minn dikjarazzjoni ta' emerġenza, għandu jkun possibbli wkoll l-aċċess għal informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ġenerali tal-provvista tal-gass. Din l-informazzjoni addizzjonali normalment tkun informazzjoni dwar it-twassil tal-gass mhux relatat mal-prezz, eż. volumi ta' gass minimi u massimi, punti ta' twassil jew marġini tal-provvista. Pereżempju, jista' jintalab f'każ ta' bdil fil-mudell tal-provvista tal-gass lil bejjiegħ jew bejjiegħa partikolari fi Stat Membru li ma jkunx mistenni jekk is-swieq ikunu qegħdin jiffunzjonaw normali u li jista' jaffettwa l-provvista tal-gass tal-Unjoni jew partijiet minnha.

(38)  Sabiex tiġi evalwata kif xieraq is-sigurtà tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass ta' Stat Membru, reġjun jew tal-Unjoni, l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti huwa essenzjali. B'mod partikolari, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jeħtieġ li jkollhom aċċess regolari għall-informazzjoni mill-impriżi tal-gass naturali rigward il-parametri ewlenin tal-provvista tal-gass, inklużi miżuri preċiżi tar-riżervi maħżuna disponibbli, bħala input fundamentali fit-tfassil tal-politiki tas-sigurtà tal-provvista tal-gass. Għal raġunijiet raġonevoli, irrispettivament minn dikjarazzjoni ta' emerġenza, għandu jkun possibbli wkoll l-aċċess għal informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ġenerali tal-provvista tal-gass. Din l-informazzjoni addizzjonali normalment tkun informazzjoni dwar it-twassil tal-gass mhux relatat mal-prezz, eż. volumi ta' gass minimi u massimi, punti ta' twassil jew marġini tal-provvista. Pereżempju, jista' jintalab f'każ ta' bdil fil-mudell tal-provvista tal-gass lil bejjiegħ jew bejjiegħa partikolari fi Stat Membru li ma jkunx mistenni jekk is-swieq ikunu qegħdin jiffunzjonaw normali u li jista' jaffettwa l-provvista tal-gass tal-Unjoni jew partijiet minnha. L-informazzjoni li l-impriża tal-gass tqis bħala kunfidenzjali għandha tiġi trattata bħala tali.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  F'Marzu 2015, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li kuntratti tal-provvista tal-gass ma' fornituri minn pajjiżi terzi għandhom ikunu aktar trasparenti u kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni. F'dan il-kuntest, mekkaniżmu effiċjenti u mmirat għall-aċċess tal-Istati Membri għall-kuntratti ewlenin tal-provvista tal-gass għandu jiżgura valutazzjoni komprensiva tar-riskji rilevanti li jistgħu jwasslu għal interruzzjoni fil-provvista jew jistgħu jinterferixxu mal-miżuri ta' mitigazzjoni neċessarji jekk xorta waħda sseħħ kriżi. Skont dan il-mekkaniżmu ċerti kuntratti ewlenin tal-provvista tal-gass għandhom jiġu nnotifikati b'mod awtomatiku, immedjatament wara l-konklużjoni tagħhom, lill-Istati Membri. Madankollu, kwalunkwe obbligu biex kuntratt jiġi nnotifikat b'mod awtomatiku jeħtieġ ikun proporzjonat. Bl-applikazzjoni ta' dan l-obbligu għal kuntratti bejn fornitur u bejjiegħ li tkopri 40% tas-suq nazzjonali joħloq il-bilanċ it-tajjeb f'termini ta' effiċjenza amministrattiva u jistabbilixxi obbliġi ċari għall-parteċipanti tas-suq. Dan ma jfissirx li kuntratti oħrajn tal-provvista tal-gass mhumiex rilevanti għas-sigurtà tal-provvista. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt sabiex jitolbu kuntratti oħrajn li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv is-sigurtà tal-provvista ta' Stat Membru jew reġjun tal-Unjoni in ġenerali. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-istess aċċess għall-kuntratti tal-provvista tal-gass bħall-Istati Membri minħabba l-irwol tagħha li tivvaluta l-konsistenza u l-effettività tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza sabiex tindirizza r-riskji għas-sigurtà tal-provvista fil-livell nazzjonali, reġjonali u tal-UE. Il-Kummissjoni tista' tistieden lill-Istati Membri biex jemendaw il-Pjanijiet sabiex iqisu l-informazzjoni miksuba mill-kuntratti. Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva għandha tiġi żgurata. L-aċċess imtejjeb mill-Kummissjoni għall-informazzjoni dwar kuntratti kummerċjali ma għandux jaffettwa l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex timmonitorja s-suq tal-gass, u l-Kummissjoni għandha tintervjeni jekk jiġi identifikat ksur tad-dritt tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu bla ħsara għad-dritt tal-Kummissjoni biex tniedi proċedimenti ta' ksur skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u biex tinforza r-regoli tal-kompetizzjoni, inkluża l-għajnuna mill-istat.

(39)  L-ikkompletar tas-suq intern tal-enerġija joħloq kundizzjonijiet ekwi, u jiżgura li l-kuntratti kollha tal-forniment tal-enerġija fl-Unjoni jkunu bbażati fuq il-prezzijiet tas-suq u fuq ir-regoli tal-kompetizzjoni. F'Marzu 2015, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li l-kuntratti tal-provvista tal-gass ma' fornituri minn pajjiżi terzi għandhom ikunu aktar trasparenti u kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni. F'dan il-kuntest, mekkaniżmu effiċjenti u mmirat għall-aċċess tal-Istati Membri għall-kuntratti ewlenin tal-provvista tal-gass għandu jiżgura valutazzjoni komprensiva tar-riskji rilevanti li jistgħu jwasslu għal interruzzjoni fil-provvista jew jistgħu jinterferixxu mal-miżuri ta' mitigazzjoni neċessarji jekk xorta waħda sseħħ kriżi. Skont dan il-mekkaniżmu ċerti kuntratti ewlenin tal-provvista tal-gass għandhom jiġu nnotifikati b'mod awtomatiku, immedjatament wara l-konklużjoni tagħhom, lill-Istati Membri. Madankollu, kwalunkwe obbligu biex kuntratt jiġi nnotifikat b'mod awtomatiku jeħtieġ ikun proporzjonat. Bl-applikazzjoni ta' dan l-obbligu għal kuntratti bejn fornitur jew l-affiljati tiegħu u bejjiegħ jew l-affiljati tiegħu li flimkien ikopru tal-inqas 40 % tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi lejn l-Istat Membru, joħloq il-bilanċ it-tajjeb f'termini ta' effiċjenza amministrattiva u jistabbilixxi obbliġi ċari għall-parteċipanti tas-suq. Dan ma jimplikax awtomatikament li kuntratti oħrajn tal-provvista tal-gass mhumiex rilevanti għas-sigurtà tal-provvista. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt sabiex jitolbu kuntratti oħrajn li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv is-sigurtà tal-provvista ta' Stat Membru jew ta' reġjun jew tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-istess aċċess għall-kuntratti tal-provvista tal-gass bħall-Istati Membri minħabba l-irwol tagħha li tivvaluta l-konsistenza u l-effettività tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza sabiex tindirizza r-riskji għas-sigurtà tal-provvista fil-livell nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' titlob lill-Istati Membri jemendaw il-Pjanijiet sabiex iqisu l-informazzjoni miksuba mill-kuntratti. Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva għandha tiġi żgurata. L-aċċess miżjud tal-Kummissjoni għall-informazzjoni dwar kuntratti kummerċjali ma għandux jaffettwa l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex timmonitorja s-suq tal-gass, u l-Kummissjoni għandha tintervjeni jekk jiġi identifikat ksur tad-dritt tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu bla ħsara għad-dritt tal-Kummissjoni biex tniedi proċedimenti ta' ksur skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u biex tinforza r-regoli tal-kompetizzjoni, inkluż fir-rigward tal-għajnuna mill-istat.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni huwa li l-Komunità tal-Enerġija tissaħħaħ billi tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-acquis tal-enerġija tal-Unjoni, r-riformi tas-suq tal-enerġija u l-investimenti li jinċentivaw fis-settur tal-enerġija permezz ta' integrazzjoni eqreb tas-swieq tal-enerġija tal-Unjoni u tal-Komunità tal-Enerġija. Dan jinvolvi wkoll l-introduzzjoni ta' ġestjoni ta' kriżi komuni billi jiġu proposti pjanijiet preventivi u ta' emerġenza fil-livell reġjonali inklużi l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reżiljenza fuq perjodu qasir tas-sistema tal-gass Ewropea minn Ottubru 2014 tirreferi għall-ħtieġa li jiġu applikati r-regoli tas-suq intern tal-enerġija dwar il-fluss tal-enerġija bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija. F'dan ir-rigward, biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti ta' kriżi fil-fruntieri bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti, l-arranġamenti neċessarji wara l-adozzjoni ta' Att Konġunt għandhom jiġu stabbiliti b'mod li l-koperazzjoni speċifika ma' kwalunkwe Parti Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija tkun tista' ssir ladarba d-dispożizzjonijiet ta' xulxin ikunu daħlu fis-seħħ.

(41)  Wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni huwa li l-Komunità tal-Enerġija tissaħħaħ sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-acquis tal-enerġija tal-Unjoni, r-riformi tas-suq tal-enerġija u l-inċentivi għall-investiment fis-settur tal-enerġija permezz ta' integrazzjoni eqreb tas-swieq tal-enerġija tal-Unjoni u tal-Komunità tal-Enerġija. Dan jinvolvi wkoll l-introduzzjoni ta' ġestjoni ta' kriżi komuni billi jiġu proposti pjanijiet ta' azzjoni preventiva u ta' emerġenza fil-livell reġjonali inklużi l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Ottubru 2014 dwar ir-reżiljenza fuq perjodu qasir tas-sistema tal-gass Ewropea tirreferi għall-ħtieġa li jiġu applikati r-regoli tas-suq intern tal-enerġija dwar il-fluss tal-enerġija bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija. F'dan ir-rigward, biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti ta' kriżi fil-fruntieri bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija, l-arranġamenti neċessarji wara l-adozzjoni ta' Att Konġunt għandhom jiġu stabbiliti b'mod li l-koperazzjoni speċifika ma' kwalunkwe Parti Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija tkun tista' ssir ladarba d-dispożizzjonijiet ta' xulxin ikunu daħlu fis-seħħ.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 41a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41a)  L-implimentazzjoni tal-miżuri ta' solidarjetà mal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija għandha tkun ibbażata fuq approċċ tal-Unjoni sabiex jiġi evitat li l-Istati Membri ġirien tal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija jwettqu esklussivament il-pjanijiet ta' emerġenza meħtieġa.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Minħabba li l-provvisti tal-gass minn pajjiżi terzi huma fundamentali għas-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni fir-rigward ta' pajjiżi terzi, taħdem ma' pajjiżi terzi fornituri u ta' tranżitu fuq arranġamenti sabiex jiġu ġestiti s-sitwazzjonijiet ta' kriżi u tiżgura fluss ta' gass stabbli lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata sabiex tuża task force biex timmonitorja l-flussi tal-gass fl-Unjoni f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, b'konsultazzjoni mal-pajjiżi terzi involuti, u, fejn tinħoloq kriżi minħabba diffikultajiet f'pajjiż terz, sabiex taġixxi bħala medjatur u faċilitatur.

(42)  Minħabba li l-provvisti tal-gass minn pajjiżi terzi huma fundamentali għas-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni fir-rigward ta' pajjiżi terzi, taħdem ma' pajjiżi terzi fornituri u ta' tranżitu fuq arranġamenti sabiex jiġu ġestiti s-sitwazzjonijiet ta' kriżi u tiżgura fluss ta' gass stabbli lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-flussi tal-gass fl-Unjoni b'mod permanenti. Meta tinqala' kriżi, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-pajjiżi terzi involuti, taġixxi bħala medjatur u faċilitatur. L-Unjoni għandha wkoll tkun kapaċi taġixxi b'mod preventiv qabel ma tiġi ddikjarata kriżi.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Fejn hemm informazzjoni affidabbli fuq sitwazzjoni barra l-Unjoni li thedded is-sigurtà tal-provvista ta' Stat Membru wieħed jew ta' diversi, li tista' tagħti bidu għal mekkaniżmu ta' twissija bikrija li jinvolvi l-Unjoni u pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass mingħajr dewmien u l-Unjoni għandha tieħu azzjoni xierqa sabiex tipprova ttaffi s-sitazzjoni.

(43)  Fejn isseħħ sitwazzjoni barra l-Unjoni li aktarx thedded is-sigurtà tal-provvista ta' Stat Membru wieħed jew ta' diversi, li tista' tagħti bidu għal mekkaniżmu ta' twissija bikrija li jinvolvi l-Unjoni u pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass mingħajr dewmien u l-Unjoni għandha tieħu azzjoni xierqa sabiex ittaffi s-sitwazzjoni.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  L-Istati Membri li jaġixxu waħedhom ma jistgħux jiksbu l-objettiv ta' dan ir-Regolament b'mod sodisfaċenti, jiġifieri li jiggarantixxu provvista sigura ta' gass fi ħdan l-Unjoni. Meta wieħed iqis l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, dan jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(44)  Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiggarantixxi provvista sigura ta' gass fi ħdan l-Unjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti billi l-Istati Membri jaġixxu waħedhom, iżda jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  Sabiex ikun hemm rispons rapidu tal-Unjoni għaċ-ċirkostanzi li jinbidlu fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-gass, is-setgħa sabiex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tar-reġjuni u mudelli għall-valutazzjoni tar-riskju u pjanijiet. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż f'livell espert. Meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura li dokumenti rilevanti jiġu trasmessi simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, f'ħin adegwat u b'mod xieraq.

(45)  Sabiex ikun hemm rispons rapidu tal-Unjoni għaċ-ċirkostanzi li jinbidlu fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-gass, is-setgħa sabiex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-mudelli għall-valutazzjonijiet tar-riskju, tal-pjanijiet ta' azzjoni preventivi u tal-pjanijiet ta' emerġenza. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u tinvolvi lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fejn ma jkunux l-awtoritajiet kompetenti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu konklużi b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 għandu jiġi rrevokat. Sabiex tiġi evitata diskrepanza, il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza żviluppati skont ir-Regolament (KE) Nru 994/2010 għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza ġodda ppreperati skont dan ir-Regolament jiġu adottati għall-ewwel darba.

(46)  Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 għandu jiġi rrevokat. Sabiex tiġi evitata diskrepanza, il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza żviluppati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 994/2010 għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza ġodda mfassla skont dan ir-Regolament jiġu adottati għall-ewwel darba.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass billi jiżguraw il-funzjonament xieraq u kontinwu tas-suq intern tal-gass naturali (gass), billi jippermetti li jiġu implimenti miżuri eċċezzjonali meta s-suq ma jkunx f'pożizzjoni li jwassal il-provvisti tal-gass meħtieġa u billi jipprovdi għal definizzjoni u attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet fost l-impriżi tal-gass naturali, l-Istati Membri u l-Unjoni kemm rigward l-azzjoni preventiva kif ukoll ir-reazzjoni għal interruzzjonijiet konkreti tal-provvista. Dan ir-Regolament jipprovdi wkoll mekkaniżmi ta' trasparenza, fi spirtu ta' solidarjetà, għall-koordinazzjoni ta' ppjanar għal, u tweġiba għal, emerġenza fil-livelli ta' Stat Membru, reġjonali u tal-Unjoni.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jissalvagwardjaw, fl-ispirtu tas-solidarjetà, is-sigurtà tal-provvista tal-gass billi jiżguraw il-funzjonament xieraq u kontinwu tas-suq intern tal-gass naturali (gass), abbażi ta' xejriet kredibbli tad-domanda għall-gass, billi jippermetti li jiġu implimenti miżuri eċċezzjonali meta s-suq ma jkunx f'pożizzjoni li jwassal il-provvisti tal-gass meħtieġa lill-klijenti protetti u billi jipprovdi għal definizzjoni u attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet fost l-impriżi tal-gass naturali, l-Istati Membri u l-Unjoni kemm rigward l-azzjoni preventiva kif ukoll ir-reazzjoni immedjata għal interruzzjonijiet konkreti tal-provvista, kemm jekk fis-sors kif ukoll jekk fi tranżitu. Dan ir-Regolament jipprovdi wkoll għal mekkaniżmi trasparenti għall-koordinazzjoni tal-ippjanar għal emerġenza fil-livell ta' Stat Membru, reġjonali u tal-Unjoni, u r-risponsi għaliha.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jinkoraġġixxi wkoll miżuri preventivi li jnaqqsu d-domanda tgħall-gass, inkluż permezz ta' miżuri li jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija u jżidu s-sehem tal-enerġija rinnovabbli, sabiex titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet tal-gass.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  'klijent protett' tfisser klijent tad-djar imqabbad ma' netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass u, barra minn hekk, fejn l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi dan, tista' tfisser ukoll waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(1)  "klijent protett" tfisser unità domestika, servizzi soċjali essenzjali jew, sal-punt li tipprovdi tisħin għall-klijenti domestiċi u għas-servizzi soċjali essenzjali u li ma tkunx tista' taqleb għal fjuwil ieħor, installazzjoni tat-tisħin distrettwali, li tkun konnessa ma' netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  intrapriża żgħira u ta' daqs medju, diment li tkun imqabbda, ma' netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass, jew servizz soċjali essenzjali, diment li tkun imqabbda ma' distribuzzjoni tal-gass jew ma' netwerk ta' trażmissjoni, u diment li intrapriżi jew servizzi bħal dawn ma jirrappreżentawx b'mod konġunt aktar minn 20% tal-konsum annwali tal-gass tat-total finali f'dak l-Istat Membru;

imħassar

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  installazzjoni tat-tisħin distrettwali sal-punt li twassal it-tisħin lill-klijenti tad-djar u lill-intrapriżi jew servizzi msemmijin f'punt (a) diment li dawn l-installazzjonijiet ma jkunux jistgħu jaqilbu għal fjuwils oħrajn u jkunu mqabbdin ma' distribuzzjoni tal-gass jew ma' netwerk ta' trażmissjoni;

imħassar

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  "kurituri tal-provvista ta' emerġenza" tfisser rotot identifikati tal-provvista tal-gass tal-Unjoni li jgħinu lill-Istati Membri biex itaffu aħjar l-effetti ta' qtugħ potenzjali fil-provvista jew fl-infrastruttura, biex b'hekk jiġi kkumplimentat u ffaċilitat l-approċċ reġjonali kif imsemmi fl-Anness I billi tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u ta' emerġenza.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3b)  "awtorità kompetenti" tfisser awtorità nazzjonali tal-gvern jew awtorità regolatorja nazzjonali maħtura skont l-Artikolu 3(2);

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Is-sigurtà tal-provvista tal-gass għandha tkun responsabbiltà kondiviża ta' impriżi tal-gass naturali, l-Istati Membri, b'mod partikolari permezz tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom, u l-Kummissjoni fi ħdan l-oqsma ta' attivitajiet u kompetenza rispettivi tagħhom.

1.  Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Kull Membru Stat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bl-isem tal-awtorità kompetenti u bi kwalunkwe tibdil għalih. Kull Membru Stat għandu jagħmel pubbliku l-isem tal-awtorità kompetenti .

3.  Kull Membru Stat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien, u jippubblika, l-isem tal-awtorità kompetenti tiegħu u kwalunkwe tibdil fih.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta jiġu implimentati l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi differenti involuti b'tali mod li jiġi żgurat li jiġi rispettat approċċ fuq tliet livelli li jinvolvi l-ewwel l-impriżi tal-gass naturali u l-industrija rilevanti, imbagħad Stati Membri fil-livell nazzjonali jew reġjonali, imbagħad l-Unjoni.

4.  Meta jiġu implimentati l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi differenti involuti b'tali mod li jiġi żgurat approċċ fuq tliet livelli li jinvolvi l-ewwel l-impriżi tal-gass naturali u, fejn xieraq l-impriżi tal-elettriku, u l-industrija rilevanti, imbagħad l-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew reġjonali, imbagħad l-Unjoni.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tikkoordina l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fil-livelli reġjonali u tal-Unjoni, kif stabbilit f'dan ir-Regolament, inter alia, permezz tal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass imsemmi fl-Artikolu 14 jew il-grupp għall-ġestjoni ta' kriżi msemmi fl-Artikolu 11(4), b'mod partikolari f'każ ta' emerġenza reġjonali jew ta' Unjoni kif definit fl-Artikolu 11(1).

5.  Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fil-livelli reġjonali u tal-Unjoni, kif stabbilit f'dan ir-Regolament, inter alia, permezz tal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass imsemmi fl-Artikolu 14 jew il-grupp għall-ġestjoni ta' kriżi msemmi fl-Artikolu 11(4), b'mod partikolari f'każ ta' emerġenza reġjonali jew ta' Unjoni skont l-Artikolu 11(1).

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-miżuri sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista li jinsabu fil-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza għandhom ikunu definiti b'mod ċar, trasparenti, proporzjonati, mhux diskriminatorji u verifikabbli, ma għandhomx jikkawżaw tfixkil għall-kompetizzjoni u għall-funzjonament effettiv tas-suq intern fil-gass u ma għandhomx jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni kollha.

6.  Il-miżuri sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-gass li jinsabu fil-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza għandhom ikunu definiti b'mod ċar, trasparenti, proporzjonati, mhux diskriminatorji, verifikabbli, sostenibbli u kompatibbli mal-għanijiet klimatiċi u tal-enerġija tal-Unjoni, għandhom jikkunsidraw ukoll l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli bħala soluzzjoni biex tittejjeb is-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni, ma għandhomx jikkawżaw tfixkil għall-kompetizzjoni u għall-funzjonament effettiv tas-suq intern fil-gass u ma għandhomx jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stati Membri oħrajn, reġjuni oħrajn jew tal-Unjoni u għandhom jillimitaw ir-riskju ta' assi mhux irkuprabbli.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 7 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  interkonnessjonijiet eżistenti u ppjanati u kapaċità ta' interkonnessjoni bejn l-Istati Membri kif ukoll il-mudelli ta' provvista;

(b)  interkonnessjonijiet eżistenti u ppjanati u kapaċità ta' interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, interkonnessjonijiet eżistenti bejn pajjiżi terzi kif ukoll il-mudelli ta' provvista;

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 7 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  il-kapaċità li tiġi ssodisfata d-domanda għall-gass tal-konsumaturi protetti matul interruzzjoni mill-akbar fornitur uniku tal-gass;

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 7 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-responsabbiltà tal-Istati Membri individwali li josservaw l-istandards nazzjonali tas-sigurtà tal-provvista tagħhom għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-approċċ reġjonali jew għall-possibbiltà ta' kooperazzjoni interreġjonali, barra r-reġjuni li huma stabbiliti fl-Anness I.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 7 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 sabiex temenda l-Anness I abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu ħtieġa għal bidla ta' reġjun.

imħassar

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru jew, fejn Stat Membru jipprovdi hekk, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-miżuri neċessarji biex f'każ ta' interruzzjoni fl-akbar infrastruttura unika tal-gass, il-kapaċità teknika tal-bqija tal-infrastruttura, iddeterminata skont il-formula N - 1 kif ipprovdut f'punt 2 ta' Anness II, tista', mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, tissodisfa d-domanda tal-gass totali u taż-żona kkalkulata matul il-ġurnata ta' domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass li sseħħ bi probabbiltà statistika ta' darba f'20 sena. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-operaturi tas-sistema li jagħmlu l-investimenti korrispondenti u għall-obbligi tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kif stabbilit fid-Direttiva 2009/73/KE u r-Regolament (KE) Nru 715/2009.

1.  Kull Stat Membru jew, fejn Stat Membru jipprovdi hekk, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-miżuri neċessarji biex f'każ ta' interruzzjoni fl-akbar infrastruttura unika tal-gass, il-kapaċità teknika tal-bqija tal-infrastruttura, iddeterminata skont il-formula N - 1 kif ipprovdut f'punt 2 ta' Anness II, tista', mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, tissodisfa d-domanda tal-gass totali u taż-żona kkalkulata matul il-ġurnata ta' domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass li sseħħ bi probabbiltà statistika ta' darba f'20 sena. Dan għandu jsir b'kunsiderazzjoni tax-xejriet tal-konsum tal-gass, filwaqt li jitqiesu l-impatti fit-tul tal-miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija u r-rati ta' użu tal-kapaċitajiet eżistenti. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-operaturi tas-sistema li jagħmlu l-investimenti korrispondenti u għall-obbligi tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kif stabbilit fid-Direttiva 2009/73/KE u r-Regolament (KE) Nru 715/2009.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-obbligu li jiġi żgurat li l-bqija tal-infrastruttura għandha l-kapaċità teknika sabiex tissodisfa id-domanda totali ta' gass, kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jitqies ukoll li jkun ġie ssodisfatt meta l-awtorità kompetenti turi fil-pjan ta' azzjoni preventiva li interruzzjoni fil-provvista tista' tkun ikkumpensata b'mod suffiċjenti, fi żmien xieraq, b'miżuri xierqa min-naħa tad-domanda bbażati fuq is-suq. Għal dak il-għan, għandha tintuża l-formula pprovduta fil-punt 4 tal-Anness II.

2.  L-obbligu li jiġi żgurat li l-bqija tal-infrastruttura għandha l-kapaċità teknika sabiex tissodisfa id-domanda totali ta' gass, kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jitqies ukoll li jkun ġie ssodisfatt meta l-awtorità kompetenti turi fil-pjan ta' azzjoni preventiva li interruzzjoni fil-provvista tista' tkun ikkumpensata b'mod suffiċjenti, fi żmien xieraq, b'miżuri xierqa min-naħa tad-domanda. Għal dak il-għan, għandha tintuża l-formula pprovduta fil-punt 4 tal-Anness II.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn xieraq, skont il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri ġirien jistgħu jaqblu sabiex flimkien jissodisfaw l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. F'każ bħal dan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu fil-pjan ta' azzjoni preventiva l-kalkolu tal-formula N-1 flimkien ma' spjegazzjoni kif l-arranġamenti li jkun sar qbil fuqhom jissodisfaw dan l-obbligu. Il-punt 5 tal-Anness II għandu japplika.

3.  Fejn xieraq, b'konformità mal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri ġirien jistgħu jaqblu sabiex flimkien jissodisfaw l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. F'każ bħal dan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu fil-pjan ta' azzjoni preventiva l-kalkolu tal-formula N-1 flimkien ma' spjegazzjoni kif l-arranġamenti li jkun sar qbil fuqhom jissodisfaw dan l-obbligu. Il-punt 5 tal-Anness II għandu japplika.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fejn tkun ingħatat eżenzjoni minn dak l-obbligu.

(b)  fejn tkun ingħatat eżenzjoni minn dak l-obbligu, wara valutazzjoni ddettaljata u wara konsultazzjoni ma' Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, bħala l-ewwel pass, is-suq dejjem jiġi ttestjat b'mod trasparenti, iddettaljat u mhux diskriminatorju, biex jiġi vvalutat jekk l-investiment intiż sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 4 huwiex meħtieġ.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-kostijiet imġarrba b'mod effiċjenti biex jiġi ssodisfat l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 u l-kostijiet li jippermettu l-kapaċità bidirezzjonali permanenti sabiex jingħataw inċentivi xierqa meta jiġu stipulati jew approvati, b'mod trasparenti u ddettaljat, it-tariffi jew metodoloġiji skont l-Artikolu 41(8) tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

5.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-kostijiet imġarrba b'mod effiċjenti biex jiġi ssodisfat l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, inkluż il-mod li bih il-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija biex ikun hemm tnaqqis fid-domanda tal-gass jistgħu jikkontribwixxu għall-approċċ l-aktar kost-effettiv biex tiġi ssodisfata l-formola N-1, u l-kostijiet li jippermettu l-kapaċità bidirezzjonali permanenti sabiex jingħataw inċentivi xierqa meta jiġu stipulati jew approvati, b'mod trasparenti u ddettaljat, it-tariffi jew metodoloġiji skont l-Artikolu 41(8) tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Safejn investment li jippermetti jew li jssaħħaħ il-kapaċità bidirezzjonali permanenti mhuwiex meħtieġ mis-suq u fejn dak l-investiment iwassal għall-kostijiet f'aktar minn Stat Membru wieħed jew fi Stat Membru wieħed għall-benefiċċju ta' Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati għandhom flimkien jiddeċiedu fuq l-allokazzjoni tal-kost qabel ma tittieħed kwalunkewe deċiżjoni fuq investiment. L-allokazzjoni ta' kost għandha b'mod partikolari tieħu in kunsiderazzjoni l-proporzjon tal-benefiċċji tal-investimenti fl-infrastruttura għaż-żieda tas-sigurtà tal-provvista tal-Istati Membri kkonċernati kif ukoll l-investimenti li diġà saru fl-infrastruttura inkwistjoni.

6.  Sa fejn investment li jippermetti jew li jssaħħaħ il-kapaċità bidirezzjonali permanenti mhuwiex meħtieġ mis-suq u fejn dak l-investiment iwassal għall-kostijiet f'aktar minn Stat Membru wieħed jew fi Stat Membru wieħed għall-benefiċċju ta' Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati għandhom flimkien jiddeċiedu fuq l-allokazzjoni tal-kost skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni fuq investiment u jesploraw ukoll il-possibilità u l-vijabilità tal-finanzjament tal-Unjoni. L-allokazzjoni ta' kost għandha b'mod partikolari tieħu in kunsiderazzjoni l-proporzjon tal-benefiċċji tal-investimenti fl-infrastruttura għaż-żieda tas-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Istati Membri kkonċernati kif ukoll l-investimenti li diġà saru fl-infrastruttura inkwistjoni.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li kwalunkwe infrastruttura ġdida ta' trażmissjoni tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista permezz tal-iżvilupp ta' netwerk imqabbad tajjeb, inkluż, fejn xieraq, b'mezzi ta' numru suffiċjenti ta' punti ta' dħul u ħruġ transkonfinali skont id-domanda tas-suq u r-riskji identifikati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw fil-valutazzjoni tar-riskju jekk jeżistux ostakli interni u jekk kapaċità ta' dħul u infrastrutturi nazzjonali, b'mod partikolari netwerks ta' trażmissjoni, jistgħux jaddattaw il-flussi tal-gass transkonfinali u nazzjonali għax-xenarju tal-interruzzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass fil-livell nazzjonali u l-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni għar-reġjun identifikat fil-valutazzjoni tar-riskju.

7.  L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li kwalunkwe infrastruttura ġdida ta' trażmissjoni tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista permezz tal-iżvilupp ta' netwerk imqabbad tajjeb, inkluż, fejn xieraq, b'mezzi ta' numru suffiċjenti ta' punti ta' dħul u ħruġ transkonfinali skont id-domanda tas-suq u r-riskji identifikati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw fil-valutazzjoni tar-riskju jekk, b'perspettiva integrata dwar sistemi tal-gass u tal-elettriku, jeżistux ostakli interni u jekk kapaċità ta' dħul u infrastrutturi nazzjonali, b'mod partikolari netwerks ta' trażmissjoni, jistgħux jaddattaw il-flussi tal-gass transkonfinali u nazzjonali għax-xenarju tal-interruzzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass fil-livell nazzjonali u l-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni għar-reġjun identifikat fil-valutazzjoni tar-riskju.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7a.  L-awtorità kompetenti, bl-użu tal-istess kriterji, għandha tiżgura li l-miżuri min-naħa tad-domanda jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet u jikkontribwixxu fuq bażi ugwali u kost-effettiva għas-sigurtà tal-provvista.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7b.  Il-fluss tal-gass permezz ta' punti ta' interkonnessjoni bidirezzjonali lejn Stat Membru li jkun iddikjara emerġenza għandu jieħu prijorità fuq il-fluss tal-gass għal punti oħra tas-sistema tal-Istat Membru li minnu huwa fornut bil-gass u li ma jkunux iddikjaraw emerġenza.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 8 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Il-Lussemburgu, is-Slovenja u l-Iżvezja , bħala eċċezzjoni, ma għandhomx ikunu marbutin bl-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, iżda għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jissodisfaw u jiżguraw il-provvisti tal-gass lill-klijenti protetti skont l-Artikolu 5. Dik l-eċċezzjoni għandha tapplika sakemm:

8.  B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Lussemburgu, is-Slovenja u l-Iżvezja ma għandhomx ikunu marbutin bl-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, iżda għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jissodisfaw u jiżguraw il-provvisti tal-gass lill-klijenti protetti skont l-Artikolu 5. Dik id-deroga għandha tapplika sakemm:

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 8 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Lussemburgu, is-Slovenja u l-Isvezja għandhom jiżguraw, b'mod trasparenti, iddettaljat u mhux diskriminatorju, ittestjar tas-suq regolari għall-investimenti fl-instratruttura u għandhom jagħmlu pubbliċi r-riżultati ta' dawk it-testijiet. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull bidla rigward il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak is-subparagrafu. L-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tibqa' tapplika fejn mill-inqas waħda minn dawk il-kundizzjonijiet ma tibqax iżjed issodisfata.

Il-Lussemburgu, is-Slovenja u l-Isvezja għandhom jiżguraw, b'mod trasparenti, iddettaljat u mhux diskriminatorju, ittestjar tas-suq regolari għall-investimenti fl-instratruttura u għandhom jagħmlu pubbliċi r-riżultati ta' dawk it-testijiet. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull bidla rigward il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak is-subparagrafu. Id-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu għandha tibqa' tapplika fejn mill-inqas waħda minn dawk il-kundizzjonijiet ma tibqax iżjed issodisfata.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità kompetenti għandha titlob lill-impriżi tal-gass naturali, li hija tidentifika, sabiex jieħdu miżuri sabiex il-provvista tal-gass tiġi żgurata lill-klijenti protetti tal-Istat Membru f'kull każ li ġej:

1.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha titlob lill-impriżi tal-gass naturali, li hija tidentifika, sabiex jieħdu miżuri, f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-impriżi tal-elettriku, sabiex jiżguraw li l-provvista tal-gass meħtieġa għas-sigurtà u s-saħħa tal-klijenti protetti tal-Istat Membru tiġi mantnuta f'kull każ li ġej:

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2017, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni d-definizzjoni tagħhom ta' klijenti protetti, il-volumi ta' konsum annwali ta' gass tal-klijenti protetti u l-perċentwal li huma jirrappreżentaw tal-konsum annwali tal-gass tat-total finali f'dak l-Istat Membru. Fejn Stat Membru jinkludi fid-definizzjoni tiegħu ta' klijenti protetti l-kategoriji msemmijin fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 2 (1) għandu jispeċifika fin-notifika lill-Kummissjoni l-volumi tal-konsum ta' gass li jikkorrispondu għall-konsumaturi li jappartjenu għal dawk il-kategoriji u l-perċentwal li kull wieħed minn dawn il-gruppi ta' konsumaturi jirrappreżenta f'termini tal-użu finali annwali ta' gass.

Mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2017, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-volumi ta' konsum annwali ta' gass tal-klijenti protetti u l-perċentwal li huma jirrappreżentaw tal-konsum annwali tal-gass tat-total finali f'dak l-Istat Membru, kif ukoll dwar kemm il-forniment tal-gass lill-klijenti protetti ta' dak l-Istat Membru jista' jinfluwenza l-flussi transkonfinali lejn Stati Membri oħra.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità kompetenti għandha tidentifika l-impriżi tal-gass naturali msemmijin fl-ewwel subparagrafu u għandha tispeċifikahom fil-pjan ta' azzjoni preventiva. Kwalunkwe miżura ġdida mbassra sabiex tiżgura l-istandard tal-provvista għandha tkun konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8(4).

L-awtorità kompetenti għandha tidentifika l-impriżi tal-gass naturali msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u għandha tispeċifikahom fil-pjan ta' azzjoni preventiva. Kwalunkwe miżura ġdida mbassra sabiex tiżgura l-istandard tal-provvista għandha tkun konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8(4).

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jikkonformaw mal-obbligu stabbiliti fl-ewwel subparagrafu billi jissostitwixxu l-gass b'sors differenti tal-enerġija sal-punt li jinkiseb l-istess livell ta' protezzjoni.

L-Istati Membri jistgħu jikkonformaw mal-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu permezz tal-implimentazzjoni ta' miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija jew billi jissostitwixxu l-gass b'sors differenti tal-enerġija, fost l-oħrajn b'sorsi tal-enerġija rinnovabbli, sal-punt li jinkiseb l-istess livell ta' protezzjoni.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 12, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar l-istandard tal-provvista stabbiliti fil-paragrafu 1 għal:

(a)   impriżi żgħar u ta' daqs medju, sakemm ikunu mqabbda ma' netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass, u sakemm ma jirrappreżentawx, konġuntement, aktar minn 20 % tal-konsum finali annwali tal-gass totali f'dak l-Istat Membru;

(b)   istallazzjonijiet għat-tisħin distrettwali sakemm ifornu tisħin għall-impriżi msemmija fil-punt (a) u sakemm ma jkunux jistgħu jaqilbu għal fjuwils oħrajn u jkunu konnessi ma' netwerk tad-distribuzzjoni jew tat-trażmissjoni tal-gass.

Fejn Stat Membru jiddeċiedi li japplika dan l-Artikolu għall-kategoriji ta' klijenti msemmija fil-punt (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu, huwa għandu jispeċifika fin-notifika tiegħu lill-Kummissjoni l-volumi tal-konsum ta' gass li jikkorrispondu għall-konsumaturi li jappartjenu għal dawk il-kategoriji u l-perċentwal li kull wieħed minn dawn il-gruppi ta' konsumaturi jirrappreżenta f'termini tal-użu finali annwali ta' gass.

L-entitajiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu m'għandhomx jitqiesu bħala klijenti protetti għall-fini ta' dan ir-Regolament.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ġustifikazzjoni tal-konformità tal-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu għandhom ikunu inklużi fil-pjan ta' azzjoni preventiva. Barra dan, kwalunkwe miżura ġdida msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8(4).

Raġunijiet għall-konformità tal-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu għandhom ikunu inklużi fil-pjan ta' azzjoni preventiva. Barra dan, kwalunkwe miżura ġdida msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8(4).

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-impriżi tal-gass naturali għandhom jiġu permessi jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu fil-livell reġjonali jew tal-Unjoni, fejn xieraq. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jeħtieġu li l-istandards stabbiliti f'dan l-Artikolu jiġu ssodisfati abbażi ta' infrastruttura allokata biss fi ħdan it-territorju tiegħu.

5.  L-impriżi tal-gass naturali għandhom jiġu permessi jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu fil-livell reġjonali jew tal-Unjoni, fejn xieraq. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jeħtieġu li l-istandards stabbiliti f'dan l-Artikolu jiġu ssodisfati abbażi ta' infrastruttura jew miżuri min-naħa tad-domanda li jinsabu biss fi ħdan it-territorju tagħhom.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a.  Meta jissodisfaw l-obbligi skont dan l-Artikolu, l-impriżi tal-gass naturali għandhom jiżguraw li l-forniment tal-gass ikun fattibbli.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a.  Sa ... [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri biex jimponu multi effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq il-fornituri jekk dawn jonqsu milli jikkonformaw mal-istandards tal-provvista stipulati fil-paragrafu 1.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' kull reġjun kif elenkati fl-Anness I għandhom b'mod konġunt jagħmlu valutazzjoni fil-livell reġjonali tar-riskji kollha li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Il-valutazzjoni għandha tqis ir-riskji kollha rilevanti, bħal diżastri naturali, riskji teknoloġiċi, kummerċjali, soċjali, politiċi u riskji oħrajn. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha ssir billi:

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' kull reġjun kif elenkati fl-Anness I għandhom, b'kooperazzjoni ma' kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali, b'mod konġunt u wara li jikkonsultaw mal-partijiet interessati rilevanti, jagħmlu valutazzjoni fil-livell reġjonali tar-riskji kollha li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass ("il-valutazzjoni tar-riskju"). Il-valutazzjoni għandha tqis ir-riskji kollha rilevanti, bħal: diżastri naturali, riskji teknoloġiċi, ġeopolitiċi, ambjentali, kummerċjali, soċjali, politiċi u riskji oħrajn. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha ssir billi:

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-a)  filwaqt li jitqiesu r-riżultati tas-simulazzjoni madwar l-Unjoni kollha tax-xenarji tal-provvista u l-infrastruttura mwettqa mill-ENTSO tal-Gass, wara diskussjoni fil-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Gass, kif imsemmi fl-Artikolu 10a, kif ukoll jinsiltu l-konklużjonijiet xierqa minn dawn ir-riżultati.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  waqt li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi kollha nazzjonali u reġjonali rilevanti, b'mod partikolari d-daqs tas-suq, il-konfigurazzjoni tan-netwerk, il-flussi attwali, inklużi l-flussi ta' ħruġ mill-Istat Membru kkonċernat, il-possibbiltà ta' flussi fiżiċi ta' gass bidirezzjonali inkluża l-ħtieġa potenzjali għal rinforzar konsegwenti tas-sistema ta' trażmissjoni, il-preżenza ta' produzzjoni u ħażna u l-irwol tal-gass fit-taħlitiet tal-enerġija, b'mod partikolari rigward it-tisħin distrettwali u l-ġenerazzjoni tal-elettriku u għall-operazzjoni tal-industriji, u konsiderazzjonijiet tal-kwalità tas-sigurtà u tal-gass;

(b)  waqt li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi kollha nazzjonali, reġjonali u interreġjonali rilevanti, b'mod partikolari d-daqs tas-suq, il-konfigurazzjoni tan-netwerk, ix-xejriet tad-domanda u l-konsum, ir-rata ta' użu tal-infrastruttura eżistenti, il-flussi attwali, inklużi l-flussi ta' ħruġ mill-Istat Membru kkonċernat, l-interkonnessjonijiet transkonfinali kollha, il-possibbiltà ta' flussi fiżiċi ta' gass bidirezzjonali inkluża l-ħtieġa potenzjali għal rinforzar konsegwenti tas-sistema ta' trażmissjoni, il-preżenza ta' produzzjoni u ħażna, inkluża l-penetrazzjoni tal-bijogass fil-grilja tal-gass, u l-irwol tal-gass fit-taħlitiet tal-enerġija, b'mod partikolari rigward id-domanda għat-tisħin u t-tkessiħ fl-istokk tal-bini nazzjonali jew reġjonali, u t-tisħin distrettwali li jserviha, u l-ġenerazzjoni tal-elettriku u għall-operazzjoni tal-industriji, u konsiderazzjonijiet tal-kwalità tas-sigurtà u tal-gass;

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tissimula xenarji varji ta' domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass u interruzzjoni fil-provvista, filwaqt li jitqiesu l-probabbiltà, l-istaġun, il-frekwenza u t-tul tal-preżenza tagħhom u tivvaluta l-konsegwenzi probabbli tagħhom, bħal:

(c)  tissimula xenarji varji ta' tnaqqis fid-domanda li jirriżulta minn miżuri effiċjenti fl-enerġija, u domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass u interruzzjoni fil-provvista, filwaqt li jitqiesu l-probabbiltà, l-istaġun, il-frekwenza u t-tul tal-preżenza tagħhom u tivvaluta l-konsegwenzi probabbli tagħhom, bħal:

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  interruzzjoni tal-provvisti minn fornituri ta' pajjiż terz, kif ukoll, fejn meħtieġ, riskji ġeopolitiċi;

(ii)  interruzzjoni tal-provvisti tal-gass, fost l-oħrajn minn fornituri ta' pajjiż terz, kif ukoll, fejn ikun il-każ, riskji ġeopolitiċi li jistgħu jaffettwaw direttament jew indirettament l-Istat Membru billi jżidu d-dipendenza jew billi fornitur wieħed jikseb pożizzjoni dominanti fis-suq Ewropew tal-gass;

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c – subpunt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iia)  il-kapaċità li tiġi ssodisfata d-domanda tal-klijenti protetti fir-reġjun matul interruzzjoni fil-provvista minn l-akbar fornitur uniku minn pajjiż terz;

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  tqis ir-riskji marbuta mal-kontroll tal-infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass minn impriżi tal-gass naturali f'pajjiż terz, li jistgħu jinvolvu, inter alia, riskji ta' nuqqas ta' investiment, theddida għad-diversifikazzjoni, l-użu ħażin tal-infrastruttura eżistenti, jew ksur tad-dritt tal-Unjoni;

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  tqis kwalunkwe speċifiċitajiet reġjonali relevanti.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1 a.  Il-Kummissjoni tista' tikkondividi l-esperjenza miksuba fit-twettiq ta' valutazzjoni tar-riskju f'reġjun partikolari ma' reġjuni oħra, fejn ikun xieraq, u b'hekk tikkontribwixxi biex tiżgura wkoll li jkun hemm fokus transreġjonali.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet kompetenti fi ħdan kull reġjun għandhom jaqblu fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni biex jagħmlu l-valutazzjoni tar-riskju fil-limitu ta' żmien stabbilit f'paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrappurtaw lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass dwar il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni biex issir il-valutazzjoni tar-riskju 18-il xahar qabel l-iskadenza għall-adozzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju u l-aġġornamenti tal-valutazzjoni tar-riskju. Il-Kummissjoni jista' jkollha rwol ta' faċilitazzjoni globali fil-preparazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju, b'mod partikolari għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kooperazzjoni. Jekk l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan reġjun ma jaqblux fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista' tipproponi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għal dak ir-reġjun.

2.  Abbażi tal-kooperazzjoni reġjonali tal-Istati Membri skont l-Artikolu 3(7), kompetenti fi ħdan kull reġjun għandhom jaqblu fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni biex jagħmlu l-valutazzjoni tar-riskju fil-limitu ta' żmien stabbilit f'paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrappurtaw lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass dwar il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni biex issir il-valutazzjoni tar-riskju 18-il xahar qabel l-iskadenza għall-adozzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju u l-aġġornamenti tal-valutazzjoni tar-riskju. Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol ta' faċilitazzjoni globali fil-preparazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju, b'mod partikolari għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kooperazzjoni. Jekk l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan reġjun ma jaqblux fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipproponi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għal dak ir-reġjun.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi ħdan il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni maqbul, kull awtorità kompetenti għandha tiskambja u taġġorna d-data nazzjonali neċessarja kollha għall-preparazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju, b'mod partikolari biex jitmexxew id-diversi xenarji msemmija f'punt (ċ) tal-paragrafu 1, sena qabel l-iskadenza għan-notifika tal-valutazzjoni tar-riskju.

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tiġi ppreparata skont il-mudelli li jinsabu fl-Anness IV. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 biex temenda dawk il-mudelli.

3.  Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tiġi ppreparata skont il-mudelli li jinsabu fl-Anness IV. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 biex temenda dawk il-mudelli, filwaqt li tikkunsidra l-kalendarji ta' żmien għall-implimentazzjoni mill-Istati Membri.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-valutazzjoni tar-riskju ladarba jintlaħaq qbil fuqha mill-Istati Membri kollha fir-reġjun għandha jiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru 2018. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tiġi aġġornata kull erba' snin sakemm iċ-ċirkostanzi ma jeħtiġux aġġornamenti aktar frekwenti. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis il-progress li jkun sar fl-investimenti meħtieġa sabiex jagħmlu tajjeb għall-istandard tal-infrastruttura definit fl-Artikolu 4 u ta' diffikultajiet speċifiċi ta' pajjiż li wieħed jiltaqa' magħhom fl-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ġodda alternattivi. Għandha tibni wkoll fuq l-esperjenza miksuba permezz tas-simulazzjoni tal-pjanijiet ta' emerġenza li jinsabu fl-Artikolu 9 (2).

5.  Il-valutazzjoni tar-riskju ladarba jintlaħaq qbil fuqha mill-Istati Membri kollha fir-reġjun għandha jiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru 2018. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tiġi aġġornata kull erba' snin sakemm iċ-ċirkostanzi ma jeħtiġux aġġornamenti aktar frekwenti. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis il-progress li jkun sar fl-investimenti meħtieġa sabiex jagħmlu tajjeb għall-istandard tal-infrastruttura definit fl-Artikolu 4 u ta' diffikultajiet speċifiċi ta' pajjiż li wieħed jiltaqa' magħhom fl-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ġodda alternattivi inklużi interkonnessjonijiet interreġjonali. Għandha tibni wkoll fuq l-esperjenza miksuba permezz tas-simulazzjoni tal-pjanijiet ta' emerġenza li jinsabu fl-Artikolu 9(2).

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Sal-1 ta' Novembru 2017, l-ENTSO tal-Gass għandu jwettaq simulazzjoni madwar l-Unjoni kollha ta' provvista u xenarji ta' interruzzjoni fl-infrastruttura. Ix-xenarji għandhom jiġu definiti mill-ENTSO tal-Gass b'konsultazzjoni mal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-ENTSO tal-Gassbid-data neċessarja għas-simulazzjonijiet bħall-valuri tad-domanda massima, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-miżuri min-naħa tad-domanda. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu r-riżultati tas-simulazzjonijiet għat-tħejjija tal-valutazzjonijiet tar-riskju, l-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza. Is-simulazzjoni madwar l-Unjoni kollha ta' provvista u xenarji ta' interruzzjoni fl-infrastruttura għandha tiġi aġġornata kull erba' snin sakemm iċ-ċirkostanzi ma jkunux jeħtieġu aġġornamenti aktar frekwenti.

6.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu r-riżultati tas-simulazzjonijiet imwettqa mill-ENTSO tal-Gass madwar l-Unjoni kollha skont l-Artikolu 10a(1) għall-preparazzjoni tal-valutazzjonijiet tar-riskju, il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza. L-ENTSO tal-Gass għandu jistabbilixxi l-metodoloġija li għandha tintuża għas-simulazzjoni b'mod trasparenti u jiddiskutiha mal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass. Minbarra dan, l-ENTSO tal-Gass għandu jqassam l-informazzjoni miksuba mill-mekkaniżmu ta' twissija bikrija fuq bażi regolari fost il-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass. L-ENTSO tal-Gass għandu jqis ir-riżultati tas-simulazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha biex jiddetermina l-investimenti meħtieġa li għandhom isiru fis-suq tal-enerġija tal-UE fil-livell reġjonali u interreġjonali.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a.  Fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet kollha tar-riskju reġjonali, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Grupp tal-Koordinazzjoni dwar il-Gass, għandha twettaq valutazzjoni ġenerali għall-Unjoni kollha kemm hi u għandha tirrapporta dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' kull reġjun kif elenkati fl-Anness I, wara li ġew ikkonsultati l-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti tad-dar u dawk tal-gass industrijali, inklużi l-produtturi tal-elettriku, u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fejn dawn mhumiex l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jistabbilixxu flimkien:

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' kull reġjun, b'kooperazzjoni ma' kull awtorità regolatorja nazzjonali, wara li jikkonsultaw mal-impriżi tal-gass naturali, l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għall-elettriku, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti domestiċi u industrijali tal-gass, inklużi l-produtturi tal-elettriku, l-organizzazzjonijiet relevanti li jimmaniġġjaw id-domanda tal-enerġija u d-dipendenza enerġetika tal-Istati Membri u l-aġenziji ambjentali nazzjonali, għandhom jistabbilixxu b'mod konġunt:

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  pjan ta' azzjoni preventiva li jkun fih il-miżuri li għandhom jiġu adottati sabiex jitneħħew jew jittaffew ir-riskji identifikati fir-reġjun, inklużi riskji ta' dimensjoni purament nazzjonali, skont il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont l-Artikolu 6 u skont l-Artikolu 8; kif ukoll

(a)  pjan ta' azzjoni preventiva li jkun fih il-miżuri, inklużi miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija u miżuri min-naħa tad-domanda, li għandhom jiġu adottati sabiex jitneħħew jew jittaffew ir-riskji identifikati fir-reġjun, inklużi riskji ta' dimensjoni purament nazzjonali, skont il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont l-Artikolu 6 u skont l-Artikolu 8; kif ukoll

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  pjan ta' emerġenza li jkun fih il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jitneħħa jew jittaffa l-impatt ta' interruzzjoni fil-provvista tal-gass fir-reġjun, inklużi każijiet ta' dimensjoni purament nazzjonali, skont l-Artikolu 9.

(b)  pjan ta' emerġenza li jkun fih il-miżuri, inklużi miżuri min-naħa tad-domanda, pereżempju permezz ta' koordinazzjoni aktar mill-qrib mas-settur tal-elettriku, li għandhom jittieħdu sabiex jitneħħa jew jittaffa l-impatt ta' interruzzjoni fil-provvista tal-gass fir-reġjun, inklużi każijiet ta' dimensjoni purament nazzjonali, skont l-Artikolu 9.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza għandhom iqisu r-riżultati tas-simulazzjonijiet imwettqa madwar l-Unjoni mill-ENTSO tal-Gass, inklużi dawk għall-Kurituri ta' Provvista ta' Emerġenza.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw b'mod regolari lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass rigward il-progress miksub fil-preperazzjoni u l-adozzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Gass dwar il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni miftiehem 18-il xahar qabel id-data tal-iskadenza għall-adozzjoni tal-Pjanijiet u l-aġġornamenti tal-Pjanijiet. Il-Kummissjoni jista' jkollha rwol ta' faċilitazzjoni globali fil-preparazzjoni tal-pjanijiet, b'mod partikolari għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kooperazzjoni. Jekk l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan reġjun ma jaqblux fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista' tipproponi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għal dak ir-reġjun. Huma għandhom jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta' pjanijiet bħal dawn.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw b'mod regolari lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass rigward il-progress miksub fil-preperazzjoni u l-adozzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass dwar il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni miftiehem 18-il xahar qabel id-data tal-iskadenza għall-adozzjoni tal-Pjanijiet u l-aġġornamenti tal-Pjanijiet. Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol ta' faċilitazzjoni globali fil-preparazzjoni tal-pjanijiet, b'mod partikolari għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kooperazzjoni. Jekk l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan reġjun ma jaqblux fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għal dak ir-reġjun. Huma għandhom jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta' pjanijiet bħal dawn.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza għandhom jiġu żviluappti skont il-mudelli li jinsabu fl-Anness V. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 biex temenda dawk il-mudelli.

3.  Il-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza għandhom jiġu żviluappti skont il-mudelli li jinsabu fl-Anness V. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 biex temenda dawk il-mudelli, filwaqt li tqis il-kalendarji ta' żmien għall-implimentazzjoni mill-Istati Membri.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni lill-awtoritajiet kompetenti tar-reġjun bir-rakkomandazzjoni sabiex tirrevedi l-pjan ta' azzjoni preventiva rilevanti jew il-pjan ta' emerġenza jekk il-pjan jitqies li fih wieħed mill-elementi li ġejjin:

Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni lill-awtoritajiet kompetenti tar-reġjun bir-rakkomandazzjoni sabiex tirrevedi l-pjan ta' azzjoni preventiva rilevanti jew il-pjan ta' emerġenza jekk tqis li l-pjan:

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – subparagrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  mhuwiex konformi mal-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Fi żmien tliet xhur min-notifika tal-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinnotifikaw il-pjan emendat lill-Kummissjoni, jew għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għala ma jaqblux mar-rakkomandazzjonijiet.

6.   Fi żmien tliet xhur min-notifika tal-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 5, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinnotifikaw il-pjan emendat lill-Kummissjoni, jew għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għala ma jaqblux mar-rakkomandazzjonijiet.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pjan ta' azzjoni preventiva għandu jkollu:

1.  Il-Pjan ta' Azzjoni Preventiva għandu jkun fih l-elementi kollha li ġejjin:

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  id-definizzjoni ta' klijenti protetti f'kull Stat Membru tar-reġjun u l-informazzjoni deskritta fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1);

(b)  l-informazzjoni deskritta fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1);

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-miżuri, il-volumi u l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati l-istandards tal-infrastruttura u tal-provvista f'kull Stat Membru tar-reġjun, kif stabbilit fl-Artikoli 4 u 5, inkluż fejn applikabbli, sal-punt li għalih il-miżuri min-naħa tad-domanda jistgħu jikkumpensaw b'mod suffiċjenti, fil-ħin, għal interruzzjoni fil-provvista kif imsemmi fl-Artikolu 4(2), l-identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni fil-każ ta' applikazzjoni tal-Artikolu 4(3), il-volumi tal-gass neċessarji għal kull kategorija ta' klijenti protetti u għal kull xenarju kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) u kwalunkwe standard tal-provvista miżjuda skont l-Artikolu 5(2), inkluż il-ġustifikazzjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(2) u deskrizzjoni ta' mekkaniżmu sabiex jitnaqqas temporanjament kwalunkwe standard tal-provvista miżjuda jew obbligu addizzjonali skont l-Artikolu 12;

(c)  il-miżuri, il-volumi u l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati l-istandards tal-infrastruttura u tal-provvista f'kull Stat Membru tar-reġjun, kif stabbilit fl-Artikoli 4 u 5, inklużi l-valutazzjoni tal-potenzjal għat-tnaqqis fid-domanda tal-gass u miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija fl-aspetti ekonomiċi kollha, fejn applikabbli, il-punt safejn il-miżuri min-naħa tad-domanda jistgħu jikkumpensaw b'mod suffiċjenti u fil-ħin, għal interruzzjoni fil-provvista kif imsemmi fl-Artikolu 4(2), l-identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni fil-każ ta' applikazzjoni tal-Artikolu 4(3), l-identifikazzjoni tal-ikbar fornitur uniku tal-gass, il-volumi tal-gass neċessarji għal kull kategorija ta' klijenti protetti u għal kull xenarju kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) u kwalunkwe standard tal-provvista miżjuda skont l-Artikolu 5(2), inklużi r-raġunijiet għall-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(2) u deskrizzjoni ta' mekkaniżmu sabiex jitnaqqas temporanjament kwalunkwe standard tal-provvista miżjuda jew obbligu addizzjonali skont l-Artikolu 12;

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  obbligi imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali u korpi oħrajn rilevanti li probabbli jkollhom impatt fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass, bħal obbligi għat-tħaddim mingħajr periklu tas-sistema tal-gass;

(d)  obbligi imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali, impriżi tal-elettriku, fejn ikun il-każ, u korpi oħrajn rilevanti li probabbli jkollhom impatt fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass, bħal obbligi għat-tħaddim mingħajr periklu tas-sistema tal-gass;

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-miżuri preventivi l-oħrajn imfasslin sabiex jindirizzaw ir-riskji identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju, bħal dawk relatati mal-ħtieġa sabiex jissaħħew l-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri ġirien u l-possibbiltà li jiġu ddiversifikati r-rotot u s-sorsi tal-provvista tal-gass, jekk xieraq, sabiex jiġu indirizzati r-riskji identifikati biex b'hekk tinżamm provvista tal-gass għall-klijenti kollha kemm jista' jkun possibbli;

(e)  il-miżuri preventivi l-oħrajn imfasslin sabiex jindirizzaw ir-riskji identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju, inklużi r-riskji identifikati fis-simulazzjoni madwar l-Unjoni kollha ta' interruzzjonijiet fil-provvista u l-infrastruttura kif imsemmi fl-Artikolu 10a. Tali miżuri jistgħu jkunu relatati mal-ħtieġa li jissaħħew l-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri ġirien, li tkompli titjieb l-effiċjenza tal-enerġija, li tonqos id-domanda għall-gass u l-possibbiltà li jiġu ddiversifikati r-rotot u s-sorsi tal-provvista tal-gass, li tinbeda jew tiżdied il-provvista minn fornituri alternattivi, fost oħrajn, permezz tal-aggregazzjoni volontarja tad-domanda, li jiġu ppuljati r-riżervi tal-gass, inter alia, permezz ta' riżervi tal-gass virtwali komuni magħmula minn diversi għażliet ta' flessibbiltà disponibbli fi Stati Membri differenti, jew mal-użu ta' faċilitajiet tal-ħażna jew it-terminali tal-LNG fil-livell reġjonali, kif xieraq, biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati sabiex il-gass jibqa' jiġi pprovdut lill-klijenti kollha għal kemm jista' jkun żmien possibbli;

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  l-informazzjoni dwar interkonnessjonijiet eżistenti u futuri, inklużi dawk li jipprovdu aċċess għan-netwerk tal-gass tal-Unjoni, il-flussi transkonfinali, l-aċċess transkonfinali għal ħażna u faċilitajiet ta' LNG u l-kapaċità bidirezzjonali, b'mod partikolari fil-każ ta' emerġenza;

(j)  l-informazzjoni dwar interkonnessjonijiet eżistenti u futuri, inklużi dawk li jipprovdu aċċess għan-netwerk tal-gass tal-Unjoni, il-flussi transkonfinali, l-aċċess transkonfinali għal ħażna u faċilitajiet ta' LNG u l-kapaċità bidirezzjonali, b'mod partikolari fil-każ ta' emerġenza, kif ukoll kalkoli u valutazzjonijiet tal-impatt biex tiġi mqabbla l-possibbiltà li titnaqqas il-ħtieġa ta' dawn l-investimenti infrastrutturali min-naħa tal-provvista permezz ta' miżuri min-naħa tad-domanda b'mod kost-effettiv;

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ka (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ka)  informazzjoni dwar l-opportunitajiet offruti minn soluzzjonijiet deċentralizzati, sostenibbli u affordabbli u sorsi alternattivi tal-enerġija biex tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista, bħas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, inkluż il-bijogass, kif ukoll miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-pjan ta' azzjoni preventiva, b'mod partikolari l-azzjonijiet sabiex jissodisfaw l-istandard tal-infrastruttura kif stabbilt fl-Artikolu 4, għandu jqis il-pjan ta' żvilupp ta' netwerk ta' 10 snin fl-Unjoni kollha li għandu jiġi elaborat mill-ENTSO tal-Gass skont l-Artikolu 8(10) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

2.  Il-pjan ta' azzjoni preventiva, b'mod partikolari l-azzjonijiet sabiex jissodisfaw l-istandard tal-infrastruttura kif stabbilt fl-Artikolu 4, għandu jqis il-pjan ta' żvilupp ta' netwerk ta' 10 snin fl-Unjoni kollha li għandu jiġi elaborat mill-ENTSO tal-Gass skont l-Artikolu 8(10) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 u, barra minn hekk, jista' jieħdu vantaġġ tal-kompetenza teknika u operazzjonali pprovduta mill-RCSG tal-ENTSO tal-Gass u l-kurituri tal-provvista ta' emerġenza.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni tal-impatt fuq il-miżuri kollha preventivi mhux ibbażati fuq is-suq li għandhom jiġu adottati wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, inklużi l-miżuri li għandhom ikunu konformi mal-istandard tal-provvista stabbilita fl-Artikolu 5(1) u l-miżuri għal standard tal-provvista miżjuda stabbiliti fl-Artikolu 5(2). Valutazzjoni tal-impatt bħal din għandha tkopri ta' lanqas dawn li ġejjin:

4.  L-awtoritajiet kompetenti, jew, fejn l-Istati Membri jipprovdu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tagħhom, għandhom iwettqu valutazzjoni tal-impatt fuq il-miżuri kollha preventivi mhux ibbażati fuq is-suq li għandhom jiġu adottati jew jinżammu wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, inklużi l-miżuri li għandhom ikunu konformi mal-istandard tal-provvista stabbilita fl-Artikolu 5(1) u l-miżuri għal standard tal-provvista miżjuda stabbiliti fl-Artikolu 5(2). Dik il-valutazzjoni tal-impatt għandha tkopri ta' lanqas dawn li ġejjin:

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-impatt tal-miżura proposta dwar l-iżvilupp tas-suq tal-gass nazzjonali u l-kompetizzjoni fil-livell nazzjonali;

(a)  Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-impatt tal-miżuri proposti fis-suq intern tal-gass;

(b)  Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiddefinixxu l-irwol u r-responsabbiltajiet tal-impriżi tal-gass naturali u tal-klijenti tal-gass industrijali inklużi l-produtturi rilevanti tal-elettriku, waqt li jqisu l-ammont differenti ta' kemm huma affettwati f'każ ta' interruzzjonijiet fil-provvista tal-gass, u l-interazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet kompetenti u fejn xieraq mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'kull wieħed mil-livelli ta' kriżi definit fl-Artikolu 10(1);

(b)  jiddefinixxu l-irwol u r-responsabbiltajiet tal-impriżi tal-gass naturali, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għall-elettriku jekk ikun relevanti, u tal-klijenti tal-gass industrijali inklużi l-produtturi rilevanti tal-elettriku, waqt li jqisu l-ammont differenti ta' kemm huma affettwati f'każ ta' interruzzjonijiet fil-provvista tal-gass, u l-interazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet kompetenti u fejn xieraq mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'kull wieħed mil-livelli ta' kriżi definit fl-Artikolu 10(1);

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jidentifikaw, jekk xieraq, il-miżuri u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu sabiex jittaffa l-impatt potenzjali ta' interruzzjoni fil-provvista tal-gass fuq it-tisħin distrettwali u l-provvista tal-elettriku ġġenerata mill-gass;

(e)  jidentifikaw, jekk xieraq, il-miżuri u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu sabiex jittaffa l-impatt potenzjali ta' interruzzjoni fil-provvista tal-gass fuq it-tisħin distrettwali u l-provvista tal-elettriku ġġenerata mill-gass, b'mod partikolari permezz ta' fehma integrata dwar l-operazzjonijiet tas-sistema tal-enerġija b'rabta mal-elettriku u l-gass;

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  jinnominaw maniġer jew tim ta' kriżi u jiġi definit l-irwol tiegħu;

(g)  jinnominaw maniġer jew tim ta' kriżi u jiġi definit l-irwol tiegħu, inkluża l-kooperazzjoni mal-RCSG tal-ENTSO tal-Gass fl-immaniġġjar tal-kompiti tekniċi u operazzjonali identifikati bħala xierqa għas-sitwazzjoni speċifika;

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  jidentifikaw il-kontribuzzjoni tal-miżuri abbażi tas-suq sabiex ilaħħqu mas-sitwazzjoni f'livell ta' allerta u tittaffa s-sitwazzjoni f'livell ta' emerġenza;

(h)  jidentifikaw il-kontribuzzjoni tal-miżuri abbażi tas-suq, inkluża l-aggregazzjoni volontarja tad-domanda, sabiex ilaħħqu mas-sitwazzjoni f'livell ta' allerta u tittaffa s-sitwazzjoni f'livell ta' emerġenza;

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ia)  jiddeskrivu ordnijiet ta' restrizzjoni tal-provvista li japplikaw f'każ ta' livell ta' emerġenza;

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1- punt ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ib)  jiddeskrivu miżuri possibbli li jirriżultaw mill-valutazzjoni tal-Kurituri tal-Provvista ta' Emerġenza msemmija fl-Artikolu 10a;

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ic (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ic)  jiddeskrivu l-mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-provvista tal-gass f'każ ta' emerġenza, ibbażat fuq il-valutazzjoni tal-Kuritur tal-Provvista ta' Emerġenza, inkluż, fejn xieraq, l-użu ta' mekkaniżmi eżistenti bħar-RCSG żviluppat mill-ENTSO tal-Gass.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  iniżżlu fid-dettall l-obbligi ta' rappurtar imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali f'livelli ta' allarm u ta' emerġenza;

(k)  iniżżlu fid-dettall l-obbligi ta' rappurtar imposti fuq l-impriżi tal-gass naturali u, fejn xieraq, l-impriżi tal-elettriku f'livelli ta' allarm u ta' emerġenza;

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Il-miżuri ta' emerġenza għandhom jipprovdu għall-provvista tal-gass naturali disponibbli lill-klijenti finali skont il-grad ta' urġenza, is-sostitwibbiltà minn forom oħra ta' enerġija u l-impatt ekonomiku, filwaqt li tiġi kkunsidrata s-salvagwardja tal-provvista tal-gass lill-klijenti protetti, u għandhom iqisu s-sitwazzjoni tal-provvista fis-settur tal-elettriku.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4b.  Waqt emerġenza u għal raġunijiet raġonevoli, Stat Membru jista' jiddeċiedi li jipprijoratizza l-provvista tal-gass għal ċerti impjanti kritiċi mħaddma bil-gass fuq il-provvista ta' ċerti kategoriji ta' klijenti protetti. Dik il-miżura għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju prevista fl-Artikolu 6 u għandha tapplika biss fejn in-nuqqas ta' forniment tal-gass lil dawn l-impjanti kritiċi mħaddma bil-gass jiddeterjora b'mod sinifikanti jew jimpedixxi l-provvista tal-gass rimanenti lill-klijenti protetti b'riżultat ta' danni serji fil-funzjonament tas-sistema tal-elettriku. Impjanti kritiċi bħal dawn li jaħdmu bil-gass għandhom jiġu identifikati mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tas-sistema tal-elettriku f'koordinament mal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni tas-sistema tal-gass.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10a

Kurituri tal-Provvista ta' Emerġenza

Sat-30 ta' April 2017, l-ENTSO tal-Gass għandu jipproponi xenarji ta' interruzzjoni fil-provvista u l-infrastruttura li għandhom jiġu diskussi u stabbiliti wara konsultazzjoni mal-Grupp tal-Koordinazzjoni dwar il-Gass. Dik il-proposta għandha tinkludi tal-inqas ix-xenarji ta' interruzzjoni simulati fl-aħħar pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk madwar l-Unjoni għal kull wieħed mill-kurituri ewlenin tal-importazzjoni u f'kull wieħed mill-każijiet imniżżla fl-Artikolu 5(1).

Sal-1 ta' Novembru 2017, l-ENTSO tal-Gass għandu jwettaq simulazzjoni madwar l-Unjoni kollha ta' xenarji ta' interruzzjoni fil-provvista u l-infrastruttura, kif stabbilit wara konsultazzjoni mal-Grupp tal-Koordinazzjoni dwar il-Gass. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-ENTSO tal-Gass id-data neċessarja għas-simulazzjonijiet bħall-valuri tad-domanda massima, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-miżuri min-naħa tad-domanda.

Bħala parti mis-simulazzjoni madwar l-Unjoni, l-ENTSO tal-Gass għandu jidentifika u jevalwa l-Kurituri tal-Provvista ta' Emerġenza, li jikkomplementaw u jiffaċilitaw l-approċċ reġjonali kif imsemmi fl-Anness I, li matulhom jista' jimxi l-gass bejn ir-reġjuni sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern tal-gass. Ir-riżultati ta' dik il-valutazzjoni għandhom jiġu diskussi fil-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass.

Is-simulazzjoni madwar l-Unjoni kollha u l-Kurituri tal-Provvista ta' Emerġenza għandhom jiġu aġġornati kull erba' snin, sakemm iċ-ċirkostanzi ma jeħtiġux aġġornamenti aktar frekwenti.

F'każ ta' emerġenza ddikjarata l-Istati Membri tul il-Kurituri tal-Provvista ta' Emerġenza għandhom jiżguraw li l-informazzjoni essenzjali kollha tiġi pprovduta fir-rigward tal-provvista tal-gass, b'mod partikolari, il-kwantitajiet ta' gass disponibbli, il-modalitajiet possibbli u s-sorsi biex il-gass jiġi direzzjonat lejn l-Istati Membri li jkunu ddikjaraw l-emerġenza. L-Istati Membri fil-Kuritur tal-Provvista ta' Emerġenza għandhom jiżguraw li l-ebda miżura ma tipprevjeni l-provvista tal-gass lill-Istati Membri li jkunu ddikjaraw l-emerġenza.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F'emerġenza fil-livell reġjonali jew tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li tqis bis-sħiħ l-informazzjoni rilevanti minn, u r-riżultati ta', il-konsultazzjoni tal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha:

3.  F'emerġenza fil-livell reġjonali jew tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li tqis bis-sħiħ l-informazzjoni rilevanti minn, u r-riżultati ta', il-konsultazzjoni tal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass u jekk xieraq, tinvolvi lill-RCSG tal-ENTSO tal-gass. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha:

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a.  Malli tirċievi notifika mingħand awtorità kompetenti tad-dikjarazzjoni ta' twissija bikrija fi Stat Membru, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tuża l-għodod tal-politika esterna xierqa biex tipprevjeni d-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni fil-provvista tal-gass.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn Stat Membru jkun iddikjara l-livell ta' kriżi ta' emerġenza skont l-Artikolu 10(1), kull standard tal-provvista miżjud jew obbligu addizzjonali impost fuq l-impriżi tal-gass naturali fi Stati Membri oħrajn skont l-Artikolu 5(2) għandu jitnaqqas b'mod temporanju għal-livell stabbilit fl-Artikolu 5(1).

1.  Fejn Stat Membru jkun iddikjara emerġenza skont l-Artikolu 10(1) u jkun wera li l-miżuri kollha deskritti fil-pjan ta' emerġenza tar-reġjun tiegħu jkunu ġew użati u li t-termini tekniċi u kummerċjali kollha stabbiliti fil-pjan ta' emerġenza jkunu ġew issodisfati, kull standard tal-provvista miżjud jew obbligu addizzjonali impost fuq l-impriżi tal-gass naturali fi Stati Membri oħrajn skont l-Artikolu 5(1a) u (2) għandu jitnaqqas b'mod temporanju għal-livell stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1).

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Stat Membru, li fih tiġi ddikjarata emerġenza u li, minkejja li jkun implimenta l-miżuri previsti fil-pjan ta' emerġenza, ma jkunx kapaċi jforni gass lill-klijenti protetti, jista' jitlob li jiġu applikati l-miżuri ta' solidarjetà.

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sakemm il-provvista lid-djar, lis-servizzi soċjali essenzjali u lill-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali fl-Istat Membru li jkun iddikkjara l-emerġenza ma tkunx sodisfatta, minkejja l-applikazzjoni tal-miżura fil-paragrafu 1, il-provvista tal-gass lill-klijenti li mhumiex djar, servizzi soċjali essenzjali u installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali fi kwalunkwe Stat Membru ieħor, imqabbad direttament mal-Istat Membru li jkun iddikkjara l-emerġenza, ma għandhiex titkompla sabiex tforni lil dawk id-djar, lis-servizzi soċjali essenzjali u lill-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali.

2.  Sakemm il-provvista tal-gass lill-klijenti protetti fl-Istat Membru li jkun talab għall-applikazzjoni ta' miżuri ta' solidarjetà ma tkunx issodisfata, il-provvista tal-gass lill-klijenti li mhumiex klijenti protetti fi kwalunkwe Stat Membru ieħor, imqabbad direttament ma' dak l-Istat Membru, ma għandhiex titkompla sal-punt meħtieġ sabiex tforni lill-klijenti protetti fl-Istat Membru li jkun talab għall-applikazzjoni tal-miżuri ta' solidarjetà.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għas-servizzi soċjali essenzjali u għall-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali sal-punt li huma koperti mid-definizzjoni ta' klijenti protetti fl-Istat Membru rispettiv.

imħassar

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji, biex il-gass mhux fornut lil klijenti għajr id-djar, is-servizzi soċjali essenzjali u l-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali fit-territorju tagħhom fis-sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu 2 jista' jkun fornut lill-Istati Membri li jkun f'sitwazzjoni ta' emerġenza kif deskritta fl-istess paragrafu biex jiġi fornut fid-djar, servizzi essenzjali u impjanti distrettwali tat-tisħin f'dak l-Istat Membru.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji, biex il-gass mhux fornut lil klijenti għajr il-klijenti protetti fit-territorju tagħhom fis-sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu 2 ikun jista' jiġi fornut lill-Istat Membru li jkun f'sitwazzjoni ta' emerġenza kif deskritta fl-istess paragrafu.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjari neċessarji għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 għandhom jiġu miftiehma fost l-Istati Membri li huma mqabbdin direttament ma' xulxin u deskritti fil-pjanijiet ta' emerġenza tar-reġjuni rispettivi tagħhom. Arranġamenti bħal dawn jistgħu jkopru, fost l-oħrajn, il-prezzijiet tal-gass li għandhom jiġu applikati, l-użu tal-interkonnetturi, inkluża l-kapaċità bidirezzjonali, il-volumi tal-gass u l-kopertura tal-kostijiet ta' kumpens. Miżuri bbażati fuq is-suq bħall-irkant għandhom jiġu ppreferuti għall-implimentazzjoni tal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 3. F'każ li l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji neċessarji għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 jiġu emendati, il-pjan ta' emerġenza rilevanti għandu jiġi aġġornat bix-xieraq.

4.  L-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjari neċessarji għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 għandhom jiġu miftiehma fost l-Istati Membri li huma mqabbdin direttament ma' xulxin u deskritti fil-pjanijiet ta' emerġenza tar-reġjuni rispettivi tagħhom. Arranġamenti bħal dawn għandhom ikopru, fost l-oħrajn, il-prezzijiet tal-gass li għandhom jiġu applikati, l-użu tal-interkonnetturi, inkluża l-kapaċità bidirezzjonali garantita, il-volumi tal-gass u l-kopertura tal-kostijiet ta' kumpens. L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) tista' taġixxi bħala faċilitatur għall-kalkolu tal-kumpens tal-ispejjeż, li għandhom ikunu bbażati fuq is-suq. Il-mekkaniżmu ta' solidarjetà għandu jkun mekkaniżmu ta' miżura estrema, u jkun jinvolvi kumpens xieraq biex jiġu mminimizzati l-konsegwenzi lill-partijiet fis-suq involuti. Miżuri bbażati fuq is-suq bħall-irkant għandhom jiġu ppreferuti għall-implimentazzjoni tal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 3. Il-prezzijiet tal-gass u l-kosti tal-kumpens u l-mekkaniżmi msemmija f'dan il-paragrafu għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet tas-suq u għandhom jiġu riveduti b'mod regolari, inkluż f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza. Jekk l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji neċessarji għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 jiġu emendati, il-pjan ta' emerġenza rilevanti għandu jiġi aġġornat bix-xieraq. Il-Kummissjoni għandha tħejji linji gwida għal mudelli għall-miżuri ta' solidarjetà, inklużi klawżoli mudell, u għandha tippubblikahom sa... [id-data tad-dħul fis-seħħ tal-mekkaniżmu ta' solidarjetà].

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-paragrafu 2 għandu japplika sa mill-1 ta' Marzu 2019.

5.  Il-paragrafu 2 għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2018.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Jekk l-Istati Membri ma jaqblux fuq l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji neċessarji, il-Kummissjoni tista' tipproponi qafas għal tali miżuri fl-opinjoni u d-deċiżjoni tagħha dwar il-pjanijiet.

6.  Jekk l-Istati Membri ma jaqblux fuq l-arranġamenti tekniċi, legali, finanzjarji u kummerċjali neċessarji, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa qafas għal tali miżuri skont il-paragrafu 4.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skambju ta' informazzjoni

Kompilazzjoni ta' informazzjoni

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-informazzjoni dwar il-miżuri ppjanati li jsiru u diġà implimentati mill-awtorità kompetenti sabiex tittaffa l-emerġenza, u l-informazzjoni dwar l-effettività tagħhom;

(b)  l-informazzjoni dwar il-miżuri ppjanati li jsiru u diġà implimentati mill-awtorità kompetenti sabiex tittaffa l-emerġenza, inklużi l-miżuri min-naħa tad-domanda, u l-informazzjoni dwar l-effettività tagħhom;

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  F'ċirkostanzi debitament iġġustifikati, irrispettivament minn dikjarazzjoni ta' emerġenza, l-awtorità kompetenti tista' teħtieġ lill-impriżi tal-gass biex jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew l-informazzjoni addizzjonali neċessarja sabiex tkun tista' tivvaluta s-sitwazzjoni ġenerali tal-provvista tal-gass fl-Istat Membru jew fi Stati Membri oħrajn, inkluża l-informazzjoni kuntrattwali. Il-Kummissjoni tista' titlob mingħand l-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni pprovduta mill-impriżi tal-gass naturali.

4.  Irrispettivament minn dikjarazzjoni ta' emerġenza, l-awtorità kompetenti tista' teħtieġ lill-impriżi tal-gass naturali jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew l-informazzjoni addizzjonali neċessarja sabiex tkun tista' tivvaluta s-sitwazzjoni ġenerali tal-provvista tal-gass fl-Istat Membru jew fi Stati Membri oħrajn, inkluża l-informazzjoni kuntrattwali. Il-Kummissjoni tista' titlob mingħand l-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni pprovduta mill-impriżi tal-gass naturali. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jevitaw li jimponu piż amministrattiv bla bżonn, speċjalment fir-rigward ta' duplikazzjoni tal-obbligi ta' żvelar ta' informazzjoni.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-provvista tal-gass f'reġjun jew fl-Unjoni kollha hija affettwata jew probabbilment li tiġi affettwata, hija tista' teħtieġ lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġbru u jissottomettu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni neċessarja sabiex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass fl-Unjoni. Il-Kummissjoni tista' tikkondividi l-valutazzjoni tagħha mal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass.

5.  Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-provvista tal-gass f'reġjun jew fl-Unjoni kollha hija affettwata jew probabbilment li tiġi affettwata, hija tista' teħtieġ lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġbru u jissottomettu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni neċessarja sabiex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkondividi l-valutazzjoni tagħha mal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass.

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, id-dettalji li ġejjin tal-kuntratti itwal minn sena (1) tal-provvista tal-gass:

(a)  lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u lill kull awtorità regolatorja nazzjonali, id-dettalji li ġejjin tal-kuntratti itwal minn sena (1) tal-provvista tal-gass:

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 6 - punt a - punt va (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(va)  il-prezz;

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6 – punt a – punt vi

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vi)  kundizzjonijiet għas-sospensjoni tat-twassil ta' gass.

(vi)  il-kundizzjonijiet għan-negozjar mill-ġdid u għas-sospensjoni tat-twassil ta' gass.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  lill-awtorità kompetenti u lill-Kummissjoni immedjatament wara l-konklużjoni jew il-modifika tagħhom, il-kuntratti itwal minn sena (1) tal-provvista tal-gass konklużi jew modifikati wara [OP: Please insert the date of entry in force of this Regulation] li individwalment jew b'mod kumulattiv ma' kuntratti oħra mal-istess fornitur jew l-affiljati tiegħu jagħtu aktar minn 40% tal-konsum tal-gass naturali fl-Istat Membru kkonċernat. L-obbligu ta' notifika ma għandux japplika għall-modifiki relatati biss mal-prezz tal-gass. L-obbligu ta' notifika għandu japplika wkoll għall-ftehimiet kummerċjali rilevanti kollha għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt tal-provvista tal-gass.

(b)  lill-awtorità kompetenti u lill-Kummissjoni immedjatament wara l-konklużjoni jew il-modifika tagħhom, il-kuntratti mal-istess fornituri minn pajjiż terz jew l-affiljati tiegħu, li jkunu itwal minn sena (1) tal-provvista tal-gass konklużi jew modifikati wara l-20 ta'Marzu 2015 li individwalment jew b'mod kumulattiv ma' kuntratti ta' impriżi oħra tal-gass naturali fl-istess suq ma' fornitur mill-istess pajjiż terz jew l-affiljati tiegħu jagħtu aktar minn 40 % tal-importazzjonijiet totali annwali tal-gass minn pajjiżi terzi fl-Istat Membru kkonċernat. L-obbligu ta' notifika għandu japplika wkoll għall-prezz tal-gass. L-obbligu ta' notifika għandu japplika wkoll għall-ftehimiet kummerċjali rilevanti eżistenti u ġodda kollha għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt tal-provvista tal-gass. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw l-istruttura tal-provvista tas-suq u jinfurmaw lill-impriżi rilevanti tal-gass naturali meta jinqabeż il-limitu ta' 40 %.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-data elenkata fl-ewwel subparagrafulill-Kumissjoni sal-aħħar ta' Settembru ta' kull sena.

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-data mniżżla fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu lill-Kumissjoni sal-aħħar ta' Settembru ta' kull sena. Il-Kummissjoni għandha tiġbor id-data nnotifikata billi tiġbor l-Istati Membri b'xejriet simili ta' fornitur ta' pajjiż terz, sabiex toħloq punti ta' referenza kuntrattwali li għandhom jintużaw minn impriżi tal-gass naturali rilevanti.

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a.  Il-kuntratti ma' fornituri mill-pajjiżi taż-ŻEE huma esklużi mill-obbligu ta' notifika previst fil-paragrafu 6.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6b.  Il-Kummissjoni għandha tuża d-data miġbura biex tikkalkula l-prezz medju tal-gass imħallas mill-impriżi tal-gass naturali f'kull reġjun kif definit fl-Anness I u fl-Unjoni kollha kemm hi. Ir-riżultati miksuba għandhom jiġu ppubblikati kull sentejn.

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  F'ċirkostanzi debitament iġġustifikati, fejn l-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni tikkunsidra li kuntratt tal-provvista tal-gass mhux kopert mill-paragrafu 6(b) ta' dan l-Artikolu jista' jaffettwa s-sigurtà tal-provvista ta' Stat Membru, ta' reġjun jew tal-Unjoni kollha, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn topera l-impriża tal-gass naturali li tkun ikkonkludiet il-kuntratt jew il-Kummisjoni, jistgħu jitolbu lill-impriża tal-gass naturali sabiex tipprovdi l-kuntratt għall-valutazzjoni tal-impatt tagħha fuq is-sigurtà tal-provvista. It-talba tista' tkopri wkoll kwalunkwe ftehim kummerċjali ieħor rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt tal-provvista tal-gass.

7.  F'ċirkostanzi debitament iġġustifikati, fejn l-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni tikkunsidra li kuntratt tal-provvista tal-gass mhux kopert mill-paragrafu 6(b) ta' dan l-Artikolu jista' jaffettwa s-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stat Membru, ta' reġjun jew tal-Unjoni kollha, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn topera l-impriża tal-gass naturali li tkun ikkonkludiet il-kuntratt jew il-Kummisjoni, għandha titlob lill-impriża tal-gass naturali sabiex tipprovdi l-kuntratt għall-valutazzjoni tal-impatt tagħha fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass. It-talba tista' tkopri wkoll kwalunkwe ftehimiet kummerċjali oħra rilevanti għall-eżekuzzjoni ta' kuntratt ta' provvista tal-gass jew ftehimiet kummerċjali għall-iżvilupp u l-operat tal-infrastruttura.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7a.  Sa ... [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi miżuri biex timponi multi fuq l-impriżi tal-gass naturali jekk jonqsu milli jikkonformaw mal-paragrafu 6 jew 7. Tali multi għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8a.  Jekk il-Kummissjoni ssib li t-termini ta' kuntratt ta' provvista tal-gass jiksru d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, hija tista' tikkunsidra li tniedi proċedura ulterjuri, inter alia fil-qafas tad-ditt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-impriża tal-gass naturali kkonċernata u lill-awtorità kompetenti relevanti bl-inkompatibbiltà tat-termini tal-kuntratt ta' provvista tal-gass mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u titlob li t-termini tal-kuntratt jiġu emendati. L-impriża tal-gass naturali jew l-awtorità kompetenti rilevanti għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi dik it-talba, tinnotifika l-emenda lill-Kummissjoni, jew għandha tinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għaliex ma taqbilx mat-talba. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi r-risposta tal-impriża tal-gass naturali, temenda, tirtira jew tikkonferma t-talba tagħha. Il-Kummissjoni għandha tagħti raġunijiet dettaljati għad-deċiżjoni tagħha. L-awtorità kompetenti għandha, sa... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], tistabbilixxi miżuri biex timponi multi fuq l-impriżi tal-gass naturali jekk dawn jonqsu milli jikkonformaw mat-talba. Tali multi għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi fid-dawl tal-kamp ta' applikazzjoni tan-nuqqas ta' konformità u l-benefiċċji potenzjali lill-impriżi tal-gass naturali kkonċernati li jistgħu jinkisbu minħabba n-nuqqas ta' konformità.

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jippreservaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

9.  L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiggarantixxu l-kunfidenzjalità stretta tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva disponibbli bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ġie stabbilit Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass sabiex jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-miżuri li jikkonċeraw is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Il-Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri, b'mod partikolari mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, kif ukoll mill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-"Aġenzija"), mill-ENTSO tal-Gass u mill-korpi rappreżentattivi tal-industrija kkonċernata u dawk ta' klijenti rilevanti. Il-Kummissjoni għandha, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri, tiddeċiedi fuq il-kompożizzjoni tal-Grupp, filwaqt li tiżgura li huwa rappreżentattiv għalkollox. Il-Kummissjoni għandha tippresjedi l-Grupp. Il-Grupp għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

1.  Ġie stabbilit Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass sabiex jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-miżuri li jikkonċeraw is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Il-Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri, b'mod partikolari mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom u minn kull awtorità regolatorja nazzjonali, kif ukoll mill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-"Aġenzija"), mill-ENTSO tal-Gass u mill-korpi rappreżentattivi tal-industrija kkonċernata u dawk ta' klijenti rilevanti. Il-Kummissjoni għandha, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri, tiddeċiedi fuq il-kompożizzjoni tal-Grupp, filwaqt li tiżgura li huwa rappreżentattiv għalkollox. Il-Kummissjoni għandha tippresjedi l-Grupp. Il-Grupp għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-livell nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni;

(b)  l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-livelli nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni, inkluża informazzjoni u data dwar politiki u miżuri min-naħa tad-domanda implimentati u ppjanati;

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  il-koordinazzjoni ta' miżuri li jindirizzaw emerġenza fi ħdan l-Unjoni, ma' pajjiżi terzi li huma Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija u ma' pajjiżi terzi oħrajn;

(g)  il-koordinazzjoni ta' miżuri li jindirizzaw emerġenza fi ħdan l-Unjoni mal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija u ma' pajjiżi terzi oħrajn;

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  It-tieni sentenza tal-Artikolu 3(2), l-Artikolu 3(6), l-Artikolu 4(3), (4) u (6), l-Artikolu 5(2), il-punt (d) tal-Artikolu 6(1), il-punti (b) u (e) tal-Artikolu 7(5), il-punti (e), (g), (i), tal-Artikolu 8(1), il-punt (b) u (ċ) tal-Artikolu 8(4), il-punti (j) u (m) tal-Artikolu 9(1) u 9(4), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 12 għandha toħloq obbligi għall-Istati Membri lejn il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija:

1.  It-tieni sentenza tal-Artikolu 3(2), l-Artikolu 3(6), l-Artikolu 4(3), (4) u (6), l-Artikolu 5(2), il-punt (d) tal-Artikolu 6(1), il-punti (b) u (e) tal-Artikolu 7(5), il-punti (e), (g), (i), tal-Artikolu 8(1), il-punt (b) u (ċ) tal-Artikolu 8(4), il-punti (j) u (m) tal-Artikolu 9(1) u 9(4), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 12 joħolqu obbligi għall-Istati Membri kollha lejn il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija:

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni, abbażi tal-valutazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 7(5) għandha, fejn xieraq, tasal għall-konklużjonijiet għall-mezzi possibbli sabiex issaħħaħ is-sigurtà tal-provvista fil-livell tal-Unjoni u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż, fejn xieraq, ir-rakkomandazzjonijiet għat-titjib ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni, abbażi tal-valutazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 7(5) għandha, fejn xieraq, tasal għall-konklużjonijiet għall-mezzi possibbli sabiex issaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-livell tal-Unjoni u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż, jekk ikun meħtieġ, proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-notifiki

Tressiq ta' dokumenti

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-valutazzjoni tar-riskju, il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva, il-pjanijiet ta' emerġenza u d-dokumenti l-oħrajn kollha għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni b'mod elettroniku permezz tal-pjattaforma CIRCABC.

Il-valutazzjoni tar-riskju, il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva, il-pjanijiet ta' emerġenza u d-dokumenti l-oħrajn kollha għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni b'mod elettroniku permezz tal-pjattaforma CIRCABC.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-korrispondenza kollha li għandha x'taqsam ma' notifika għandha tintbagħat b'mod elettroniku.

Il-korrispondenza kollha li għandha x'taqsam mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandha tintbagħat b'mod elettroniku.

Emenda    167

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Żona kkalkolata" tfisser żona ġeografika li għaliha hija kkalkolata l-formula N - 1, kif iddeterminat mill-awtorità kompetenti.

"Żona kkalkolata" tfisser żona determinata ġeografikament tas-suq rilevanti li għaliha hija kkalkolata l-formula N - 1, kif iddeterminat mill-awtorità kompetenti.

Emenda    168

Proposta għal regolament

Anness III – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex tiġi permessa jew imtejba l-kapaċità bidirezzjonali fuq interkonnettur jew biex tinkiseb jew tittawwal l-eżenzjoni minn dak l-obbligu, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fuq iż-żewġ naħat tal-interkonnettur għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom (l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati) wara konsultazzjoni mal-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni tul il-passaġġ tal-provvista tal-gass:

1.  Biex tiġi permessa jew imtejba l-kapaċità bidirezzjonali fuq interkonnettur jew biex tinkiseb jew tittawwal l-eżenzjoni minn dak l-obbligu, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fuq iż-żewġ naħat tal-interkonnettur għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jew l-awtoritajiet regolatorji tagħhom meta dawn ma jkunux l-awtorità kompetenti (flimkien msemmija f'dan l-Anness bħala l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati) wara konsultazzjoni mal-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni tul il-passaġġ tal-provvista tal-gass:

Emenda    169

Proposta għal regolament

Anness I – parti 1 – punt 1.1 – punt e – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  Iddeskrivi r-rwol ta' produzzjoni domestika fir-reġjun:

(e)  Iddeskrivi r-rwol tal-produzzjoni domestika fir-reġjun, inkluż il-bijogass:

Emenda    170

Proposta għal regolament

Anness IV – parti 1 – punt 1.1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  Ix-xenarji tad-domanda tal-gass, filwaqt li jitqies wkoll l-effett tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika fuq il-konsum finali ta' gass annwali

Emenda    171

Proposta għal regolament

Anness IV – parti 1 – punt 1.2 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga)  Ix-xenarji tad-domanda tal-gass, filwaqt li jitqies wkoll l-effett tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika fuq il-konsum finali ta' gass annwali

Emenda    172

Proposta għal regolament

Anness V – parti 1 – punt 1.1 – punt e – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  Iddeskrivi r-rwol ta' produzzjoni domestika fir-reġjun:

(e)  Iddeskrivi r-rwol tal-produzzjoni domestika fir-reġjun, inkluż il-bijogass:

Emenda    173

Proposta għal regolament

Anness V – parti 1 – punt 1.1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  Iddeskrivi r-rwol tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija u l-effett tagħhom fuq il-konsum finali ta' gass annwali.

Emenda    174

Proposta għal regolament

Anness V – parti 1 – punt 1.2 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga)  Iddeskrivi r-rwol tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija u l-effett tagħhom fuq il-konsum finali ta' gass annwali.

Emenda    175

Proposta għal regolament

Anness V – punt 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Iddeskrivi miżuri oħrajn adottati għal raġunijiet oħra minbarra l-valutazzjoni tar-riskju iżda b'impatt pożittiv għas-sigurtà tal-provvista tar-reġjun/Stat Membru

(b)  Iddeskrivi miżuri oħrajn adottati għal raġunijiet oħra minbarra dawk identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju iżda b'impatt pożittiv għas-sigurtà tal-provvista tar-reġjun/Stat Membru

Emenda    176

Proposta għal regolament

Anness V – taqsima 1 – punt 9 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  Iddeskrivi l-mekkaniżmi użati għall-inklużjoni ta' kompetenza teknika u operazzjonali mogħtija mill-RCSG tal-ENTSO tal-Gass.

Emenda    177

Proposta għal regolament

Anness V – Mudell 2 – punt 6 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  Iddeskrivi l-mekkaniżmi fis-seħħ għall-kooperazzjoni mal-RCSG tal-ENTSO tal-Gass.

NOTA SPJEGATTIVA

I. Introduzzjoni

Bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament 994/2010 dwar miżuri li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE, l-UE għamlet l-ewwel pass lejn koordinazzjoni msaħħa bejn l-impriżi tal-gass naturali, l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea biex twieġeb għall-isfida transnazzjonali tas-sigurtà tal-provvista tal-gass.

Ir-Regolament tal-2010 kien imsejjes fuq ir-rikonoxximent li s-sigurtà tal-enerġija hija kompetenza kondiviża u responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali u tal-UE, kif iddikjarat fl-Artikolu 194 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. L-Artikolu jipprevedi politika komuni dwar l-enerġija bbażata fuq il-prinċipju tas-solidarjetà u bil-għan li jiżgura, fost affarijiet oħrajn, is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

Ir-Regolament tal-2010 kien jikkorrispondi mal-pożizzjoni kostanti tal-Parlament li ssejjaħ għall-ikkumplimentar tal-qafas regolatorju u għall-ikkompletar tal-infrastruttura neċessarja tas-Suq Intern tal-Enerġija b'dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw, fi spirtu ta' solidarjetà, mekkaniżmi konġunti ta' prevenzjoni u t-tweġiba għal interruzzjonijiet fil-provvista esterna. Dan kien aktar u aktar importanti fil-kuntest tad-dipendenza tal-UE, li dejjem qed tikber, fuq l-importazzjoni tal-gass, kif ukoll interruzzjonijiet ripetuti fil-provvista tal-gass mir-Russja, li affettwat b'mod gravi l-provvista lil diversi Stati Membri tal-UE.

Il-kriżijiet tal-gass tal-2006 u l-2009, kif ukoll dik li seħħet fl-2014, ikkawżaw inċertezza fuq il-provvista tal-gass. Hija poġġiet is-sigurtà tal-enerġija fil-qalba tat-tfassil tal-politika tal-UE u għamlietha waħda mill-għanijiet ewlenin tal-istrateġija tal-"Unjoni tal-Enerġija", adottata mill-Kummissjoni Ewropea fil-25 ta' Frar 2015.

Ir-Regolament tal-2010 kien essenzjali biex tittejjeb is-sigurtà tal-enerġija fl-Ewropa. Fl-istess waqt, b'kunsiderazzjoni tar-riżultati tat-testijiet tal-istress imwettqa wara kriżijiet ta' provvista sussegwenti, tar-rapport ta' implimentazzjoni dwar ir-Regolament Nru 2010 u tal-konsultazzjoni pubblika li twettqet mill-Kummissjoni fl-2015, ir-rapporteur jirrikonoxxi li l-approċċ fuq livell nazzjonali wera li mhux suffiċjenti fl-indirizzar tal-inugwaljanzi reġjonali u tal-karattru transkonfinali tal-provvista tal-gass, li jeħtieġ li jissaħħu l-mekkaniżmi msejsa fuq is-solidarjetà b'reazzjoni għal qtugħ fil-provvista. Ir-rapporteur jemmen li t-tneħħija ulterjuri tal-ostakli bejn l-Istati Membri, it-tnaqqas tal-ispejjeż ta' prevenzjoni u l-immassimiżżar tal-effettività tal-mitigazzjoni jeħtieġu aktar kooperazzjoni, koordinazzjoni u trasparenza, speċjalment minħabba l-integrazzjoni kontinwa tas-swieq tal-gass tal-UE u l-approċċ ibbażat fuq il-kurituri tal-provvista tal-gass u tal-flussi fid-direzzjoni opposta fl-Ewropa.

Ir-rapporteur jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tirrevedi r-Regolament tal-2010. Huwa wieħed mill-azzjonijiet leġiżlattivi ewlenin taħt il-qafas tal-Unjoni tal-Enerġija, li għalih il-Parlament għamel sejħa ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu "Lejn Unjoni Ewropea tal-Enerġija" tal-15 ta' Diċembru 2015. Huwa jilqa' l-approċċ ġenerali tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-mekkaniżmi eżistenti sabiex tissaħħaħ aktar is-sigurtà tal-enerġija tal-UE.

II. Punti ewlenin identifikati mir-rapporteur

II.1. L-approċċ reġjonali b'Kurituri tal-Provvista ta' Emerġenza

Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li l-karattru transnazzjonali tal-provvista tal-gass, kif jidher mill-fatt li 90 % tal-gass li jgħaddi minn ġol-Ewropa jgħaddi minn tal-anqas fruntiera nazzjonali waħda, u r-riskju konsegwenti ta' riperkussjonijiet internazzjonali li jirriżultaw minn qtugħ fil-provvista, jeħtieġ possibbilment kooperazzjoni wiesgħa b'rwol ta' koordinazzjoni msaħħa tal-Kummissjoni, kif propost f'bosta inizjattivi politiċi fl-aħħar għaxar snin u kif appoġġat kemm-il darba mill-Parlament. Dawn l-inizjattivi jinkludu, fost l-oħrajn, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija li r-rapporteur ippropona flimkien ma' Jacques Delors, eks President tal-Kummissjoni, u, fl-aħħar nett, l-istrateġija tal-Enerġija tal-Unjoni.

Filwaqt li jappoġġa ħafna approċċ mal-Unjoni kollha u possibilment pan-Ewropew, ir-rapporteur iqis is-sejbiet tal-valutazzjoni tal-impatt tar-Regolament il-ġdid. Il-Kummissjoni qabblet erba' xenarji differenti li jvarjaw minn linja bażi (l-ebda azzjoni ulterjuri fil-livell tal-UE), permezz ta' alternattiva mhux leġiżlattiva (l-implimentazzjoni msaħħa u miżuri mhux vinkolanti), għal għażliet leġiżlattivi li jipprovdu koordinazzjoni msaħħa ta' żewġ livelli possibbli, u fl-aħħar nett, armonizzazzjoni sħiħa fil-livell tal-UE. L-analiżi tax-xenarji wriet li kooperazzjoni msaħħa ma' ċerti prinċipji u standards stabbiliti fil-livell tal-UE hija l-aħjar alternattiva.

Ir-rapporteur jemmen li l-approċċ reġjonali għall-valutazzjoni tar-riskju, kif ukoll l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' prevenzjoni u mitigazzjoni joffru triq effettiva u effiċjenti fil-kisba ta' livell ferm ogħla ta' sigurtà tal-enerġija. Huwa jappoġġa bis-sħiħ ukoll l-armonizzazzjoni ta' mudelli kif ukoll tal-mekkaniżmu ta' reviżjoni fost il-pari, li huwa li jiġi żgurat li s-soluzzjonijiet maqbula fir-reġjuni rispettivi jammontaw għal qafas tas-sigurtà tal-enerġija għall-Unjoni kollha li hija effettiva u kompatibbli.

Fl-istess ħin, ir-reġjuni għandhom jitqiesu bħala awtosuffiċjenti fir-rigward tal-provvista tal-gass fil-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta' emerġenza. Il-provvista ta' enerġija instabbli f'pajjiż jew reġjun wieħed taffettwa lill-UE kollha tul il-kurituri tal-provvista. Għalkemm l-Istati Membri għandhom fi kwalunkwe każ mhux biss jikkooperaw fi ħdan ir-reġjuni, perspettiva Ewropea aktar b'saħħitha tista' tiġi integrata b'mod utli fil-proposta, li tippermetti li jsir użu mill-ġdiid tal-provvisti u l-għodod kollha disponibbli fis-Suq Intern tal-Gass usa' tal-UE. Dan jista' jinkiseb billi tiġi pprovduta analiżi fil-fond fil-livell tal-UE fuq il-Kurituri tal-Provvista tal-Emerġenza rilevanti, abbażi ta' sorsi ta' provvista tal-gass komuni għal grupp ta' Stati Membri.

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija ta' Stat Membru jew grupp ta' Stati Membri, il-Kurituri tal-Provvista ta' Emerġenza jistgħu jipprovdu informazzjoni essenzjali u miżuri possibbli biex l-Istati Membri jiġu mgħejjuna jippreparaw il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-pjanijiet ta' prevenzjoni reġjonali u ta' emerġenza, billi jiġu pprovduti kwantitajiet disponibbli, modalitajiet possibbli u sorsi biex jingħadda l-gass lill-Istati Membri fil-bżonn. Fuq il-bażi tal-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni eżistenti tal-ENTSOG, il-Kurituri tal-Provvista ta' Emerġenza għandhom jikkumplimentaw l-approċċ reġjonali, u b'hekk tiġi evitata l-frammentazzjoni, u tiġi msaħħa b'mod sinifikanti l-perspettiva Ewropea kif ukoll tiġi msaħħa l-effiċjenza tal-prevenzjoni u tar-rispons ta' emerġenza. Barra minn hekk, ir-rapporteur huwa konvint li valutazzjoni obbligatorja tal-provvista tal-gass li tmur lil hinn mir-reġjuni tista' tagħmel lill-Unjoni u l-Istati Membri ppreparati ħafna aħjar għal kriżi u tippermetti rispons aktar rapidu f'każ li dan iseħħ.

II.2. Mekkaniżmu ta' solidarjetà

Ir-rapporteur jilqa' l-introduzzjoni tal-klawżola ta' solidarjetà bħala prinċipju legalment vinkolanti aħħari. Huwa jixtieq jenfasizza li din m'għandhiex tiġi meqjusa bħala alternattiva għal azzjoni ta' prevenzjoni bbażata fuq is-suq disponibbli fis-suq intern tal-gass tal-UE, u lanqas ma għandha tissostitwixxi l-isforzi ta' kull pajjiż biex ittejjeb ir-reżiljenza tiegħu għal interruzzjonijiet fil-provvista billi jiddiversifika l-fornituri, ir-rotot ta' forniment u s-sorsi tal-enerġija tiegħu u ż-żieda tal-effiċjenza tal-enerġija tiegħu.

II.3. Skambju ta' Informazzjoni

Ir-rapporteur jappoġġa bis-sħiħ l-argument li l-provvista sikura tal-enerġija tirrikjedi kundizzjonijiet indaqs fil-kummerċ tal-enerġija għan-negozji fl-Unjoni kollha, inkluż għal kumpaniji tal-enerġija permezz ta' regoli trasparenti tas-suq ħieles, li huma vinkolanti għall-impriżi u l-partijiet interessati kollha tul il-katina ta' provvista, trażmissjoni u distribuzzjoni.

Huwa jirrikonoxxi l-importanza ta' skambju xieraq ta' informazzjoni għall-valutazzjoni tar-riskji u għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta' kriżijiet. Għalhekk, ir-rapporteur japprova l-proposta tal-Kummissjoni, li fiha ċerti kuntratti rilevanti jkollhom jiġu nnotifikati awtomatikament lill-Kummissjoni u lill-awtorità kompetenti wara konklużjoni jew modifika, kif ukoll il-prerogattiva tal-awtorità kompetenti u tal-Kummissjoni biex titlob, f'każijiet debitament ġustifikati, lill-impriża tal-gass naturali biex tagħti l-kuntratt għal valutazzjoni tal-impatt tagħha fuq is-sigurtà tal-provvista.

II.4. Klijenti protetti

Ir-Rapporteur jintroduċi armonizzazzjoni fl-Unjoni kollha tad-definizzjoni ta' klijenti protetti. Din ser tgħin sabiex jiġu eliminati d-differenzi bejn l-Istati Membri li jistgħu jaffettwaw l-istandard tal-provvista, b'mod partikolari meta dan tal-aħħar jiffaċċa miżuri mhux ibbażati fuq is-suq, u għalhekk iħalli impatt negattiv fuq is-suq intern u s-sigurtà tal-provvista ta' Stati Membri ġirien billi titnaqqas il-likwidità tas-swieq tal-gass, b'mod partikolari f'każijiet ta' sitwazzjoni diffiċli tal-provvista u d-domanda.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jipproponi li l-Istati Membri jitħallew jagħtu prijorità lil ċerti impjanti għall-enerġija bil-gass li huma essenzjali għall-integrità tan-netwerk. Taħt kundizzjonijiet stretti, dawn l-impjanti tal-enerġija għandhom jingħataw prijorità fuq klijenti protetti sabiex tiġi evitata interruzzjoni tal-elettriku li ċċaħħad lill-klijenti protetti kollha mill-provvista tal-elettriku u possibilment minn dik tal-gass (jekk it-tagħmir tal-gass ikun jeħtieġ l-elettriku biex jaħdem).

II.5. L-inklużjoni tal-Komunità tal-Enerġija

Ir-Rapporteur jappoġġa bis-sħiħ il-ħtieġa li jinħoloq qafas regolatorju komuni fil-qasam tal-enerġija, u partikolarment is-sigurtà tal-provvista, bejn l-UE u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija. Huwa għalhekk jilqa' l-approċċ tal-Kummissjoni li fih jestendi ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (il-konsistenza transkonfinali tal-Valutazzjonijiet tar-Riskju, pjanijiet ta' azzjoni preventivi u pjanijiet ta' emerġenza) li jkopru l-Komunità tal-Enerġija, ladarba l-Partijiet Kontraenti tagħha jimplimentaw l-obbligi legali rilevanti.

II.6. Xiri konġunt

Ir-rapporteur kemm-il darba approva xiri konġunt bħala mezz biex tissaħħaħ il-pożizzjoni ta' negozjar tal-kumpaniji, tal-pajjiżi jew tar-reġjuni lejn fornituri esterni, u b'hekk jitnaqqsu l-prezzijiet tal-enerġija għall-konsumaturi u dan jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista bbażata fuq is-suq u s-solidarjetà. Ukoll, il-Parlament fir-Riżoluzzjoni tiegħu "Lejn Unjoni Ewropea tal-Enerġija" sejjaħ għall-valutazzjoni tal-adegwatezza u għal struttura possibbli ta' skema volontarja ta' xiri konġunt tal-gass. Ir-Rapporteur jibqa' konvint li x-xiri volontarju konġunt, li għalih diġà jeżistu l-ewwel inizjattivi minn isfel għal fuq fl-UE, għandu jkun rifless fid-dritt tal-UE.

***

Dak li qed nirriskjaw mhuwiex biss is-sigurtà tal-provvista ta' sors wieħed partikolari ta' enerġija, iżda wkoll

is-sigurtà, il-kompetittività ekonomika, u t-tkabbir globali tal-UE, u l-impjiegi ġodda għaċ-ċittadini tagħna. Barra minn hekk, dan huwa importanti għal politika ambizzjuża tagħna dwar il-klima u għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien tagħna. Għandna bżonn inżommu dan kollu li ntqal f'moħħna meta ninnegozjaw ir-Regolament il-ġdid. Jista' jkun il-mezz għal tkabbir sigur u sostenibbli kif ukoll għal istorja ta' suċċess Ewropea komuni li nibnu fuqha għal għexieren ta' snin.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (14.9.2016)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jirrevoka r-Regolament (UE) 994/2010
(COM(2016)0052 – C8-0035/2016 – 2016/0030(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jacek Saryusz-Wolski

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Parlament u lill-Kunsill proposta bil-għan li tissalvagwardja s-sigurtà tal-provvista tal-gass. Ir-Regolament propost huwa apprezzat u l-enfasi tiegħu fuq il-kooperazzjoni reġjonali u l-mekkaniżmi ta' sigurtà hija konsistenti mal-bżonn ta' involviment aktar qawwi fuq il-livell tal-UE ħalli jiġu evitati interruzzjonijiet fil-provvista tal-gass.

Il-kooperazzjoni reġjonali trid tissaħħaħ fir-rigward tal-flussi ta' informazzjoni dwar interruzzjonijiet fil-provvista tal-gass u l-eżenzjonijiet previsti fir-Regolament għall-klijenti protetti. Jenħtieġ li dawn tal-aħħar ikunu stabbiliti fuq livell reġjonali bil-għan li jitjiebu l-kontenut u ċ-ċarezza tal-azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza. Madankollu, fil-każ li l-kooperazzjoni reġjonali tiltaqa' ma' diffikultà kaġun tan-nuqqas ta' qbil fost l-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm il-possibbiltà li tintroduċi qafas tekniku u ġuridiku għall-klawsola ta' solidarjetà, għall-pjanijiet neċessarji ta' valutazzjoni tar-riskji jew għall-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni.

Jenħtieġ li jissaħħaħ l-għan strateġiku tad-diversifikazzjoni tar-rotot u tas-sorsi tal-provvista, jekk neċessarju, permezz ta' aggregazzjoni tad-domanda fuq bażi volontarja, konsistenti mal-proposti tal-Kunsill Ewropew. Tali mekkaniżmu jista' jnaqqas il-lieva monopolistika fi swieq inqas kompetittivi, fil-każ li l-partijiet interessati jiddeċiedu li jikkooperaw.

L-inklużjoni sistemika tal-pajjiżi tal-Komunità tal-Enerġija - jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15 - hija apprezzata. Madankollu, l-UE jeħtiġilha ssaħħaħ ukoll l-involviment tagħha mal-pajjiżi terzi barra minn dan il-qafas u tiżviluppa strumenti ta' risposta għall-emerġenzi esterni. L-importanza ta' dawn kienet indikata b'mod ċar matul l-involviment tal-Kummissjoni fin-negozjati tal-"pakkett tax-xitwa" bejn l-Ukrajna u r-Russja.

Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni jiżgura kundizzjonijiet ta' parità għall-kuntratti kollha 'l fuq minn ċertu daqs assolut rilevanti għall-funzjonament tas-suq enerġetiku uniku fl-intier tiegħu, mhux biss f'pajjiż wieħed. Mhuwiex loġiku u ġustifikat li d-daqs tal-kuntratt ikun korelatat mas-swieq tal-gass ta' pajjiżi individwali, mentri jiġi stabbilit suq enerġetiku uniku fuq skala tal-Unjoni. Il-livell limitu ta' konsum relattiv relatat ma' pajjiż jenħtieġ li jkollu rwol awżiljarju, biex jiżgura l-inklużjoni tal-kuntratti għal uħud mis-swieq iżgħar u mill-gżejjer tal-enerġija mhux kompetittivi. Mhux biss jenħtieġ li l-ftehimiet ippreżentati skont l-Artikolu 13 ikunu analizzati iżda wkoll jirrikjedu li l-Kummissjoni tieħu l-provvedimenti neċessarji biex tiggarantixxi konformità mal-proposta għal Regolament.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-gass naturali (gass) jibqa' komponent essenzjali tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea. Proporzjon kbir ta' gass bħal dan huwa importat fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.

(1)  Il-gass naturali (gass) jibqa' komponent essenzjali tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea. Proporzjon kbir ta' gass bħal dan huwa importat fl-Unjoni minn pajjiżi terzi, u għalhekk xi Stati Membri jiddependu fil-biċċa l-kbira jew għalkollox minn gass ipprovdut minn monopolji ta' pajjiżi terzi.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Interruzzjoni ewlenija fil-provvista tal-gass tista' taffettwa lill-Istati Membri kollha, lill-Unjoni in ġenerali u lill-Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija, iffirmat f'Ateni fil-25 ta' Ottubru 2005. Tista' tagħmel ukoll ħsara kbira lill-ekonomija tal-Unjoni u jista' jkollha impatt soċjali gravi, b'mod partikolari fuq gruppi vulnerabbli ta' klijenti.

(2)  Interruzzjoni ewlenija fil-provvista tal-gass anke fi Stat Membru wieħed tista' taffettwa lill-Istati Membri kollha, lill-Unjoni in ġenerali u lill-Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija, iffirmat f'Ateni fil-25 ta' Ottubru 2005. Tista' tagħmel ukoll ħsara kbira lill-ekonomija tal-Unjoni u jista' jkollha impatt soċjali gravi, b'mod partikolari fuq gruppi vulnerabbli ta' klijenti.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Dan ir-Regolament jimmira li jiżgura li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi salvagwardjata provvista ta' gass mingħajr interruzzjoni madwar l-Unjoni kollha, b'mod partikolari lill-klijenti protetti f'każ ta' kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli jew interruzzjonijiet tal-provvista tal-gass. Dawn l-objettivi għandhom jinkisbu permezz tal-aktar miżuri kost-effettivi u b'tali mod li s-swieq tal-enerġija ma jiġux imfixla.

(3)  Dan ir-Regolament jimmira li jiżgura li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi salvagwardjata provvista ta' gass mingħajr interruzzjoni madwar l-Unjoni kollha, b'mod partikolari lill-klijenti protetti f'każ ta' kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli jew interruzzjonijiet tal-provvista tal-gass. Dawn l-objettivi għandhom jinkisbu permezz tal-aktar miżuri kosteffettivi permezz ta' mekkaniżmi proporzjonati u mhux diskriminatorji, u b'tali mod li s-swieq tal-enerġija ma jiġux imfixla.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  Dan ir-Regolament huwa implimentat f'mument diffikultuż, li fih is-swieq globali tal-enerġija ntlaqtu negattivament mill-invażjoni Russa tal-Ukrajna u mill-annessjoni tal-Krimea fl-2014, mit-tensjonijiet ulterjuri fiż-żona tal-Baħar l-Iswed u tal-Baħar Kaspju, mill-kontroll min-naħa tal-ISIS fuq il-provvisti ta' żejt u gass fit-territorji okkupati minnu u mit-tensjonijiet bejn l-Arabja Sawdija u l-Iran.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass diġà kellu impatt pożittiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-Ewropa fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Ewropa, kemm f'termini ta' preperazzjoni kif ukoll ta' mitigazzjoni. L-Istati Membri huma ppreparati aħjar sabiex jiffaċċjaw kriżi fil-provvista issa li huma meħtieġa li jfasslu pjanijiet li jinkludu miżuri ta' prevenzjoni u ta' emerġenza u li huma mħarsa aħjar issa li jeħtieġu jissodisfaw numbru ta' obbligi dwar il-kapaċità tal-infrastruttura u l-provvista tal-gass. Madankollu, ir-rapport ta' implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 ta' Ottubru 2014 enfasizza oqsma li fihom titjib għal dak ir-Regolament jista' jsaħħaħ ulterjorment is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass diġà kellu impatt pożittiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-Ewropa fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Ewropa, kemm f'termini ta' preperazzjoni kif ukoll ta' mitigazzjoni. Xi Stati Membri huma ppreparati aħjar sabiex jiffaċċjaw kriżi fil-provvista issa li huma meħtieġa li jfasslu pjanijiet li jinkludu miżuri ta' prevenzjoni u ta' emerġenza u li huma mħarsa aħjar issa li jeħtieġu jissodisfaw numbru ta' obbligi dwar il-kapaċità tal-infrastruttura u l-provvista tal-gass. Madankollu, ir-rapport ta' implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 ta' Ottubru 2014 enfasizza oqsma li fihom titjib għal dak ir-Regolament jista' jsaħħaħ ulterjorment is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reżiljenza fuq perjodu qasir ta' żmien tas-sistema tal-gass Ewropea minn Ottubru 201413 analizzat l-effetti ta' interruzzjoni parzjali jew kompleta tal-provvisti tal-gass mir-Russja u kkonkludiet li approċċi purament nazzjonali mhumiex effettivi ħafna f'każ ta' interruzzjoni serja, minħabba l-ambitu tagħhom, li skont id-definizzjoni huwa limitat. It-test tal-istress wera kif approċċ aktar kooperattiv fost l-Istati Membri jista' jnaqqas b'mod sinifikanti l-impatt ta' xenarji ta' tfixkil serji ħafna fl-aktar Stati Membri vulnerabbli.

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reżiljenza fuq perjodu qasir ta' żmien tas-sistema tal-gass Ewropea minn Ottubru 201413 analizzat l-effetti ta' interruzzjoni parzjali jew kompleta tal-provvisti tal-gass mir-Russja u kkonkludiet li approċċi purament nazzjonali mhumiex effettivi ħafna f'każ ta' interruzzjoni serja, minħabba l-ambitu tagħhom, li skont id-definizzjoni huwa limitat, u l-koordinazzjoni inadegwata, speċjalment fil-livell reġjonali. It-test tal-istress wera kif approċċ aktar kooperattiv fost l-Istati Membri jista' jnaqqas b'mod sinifikanti l-impatt ta' xenarji ta' tfixkil serji ħafna fl-aktar Stati Membri vulnerabbli.

__________________

__________________

13 COM(2014) 654 final.

13 COM(2014) 654 final.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  Biex tkun salvagwardjata l-provvista tal-enerġija tal-Unjoni huwa neċessarju li s-sorsi tal-enerġija jkunu diversifikati u jinħolqu interkonnessjonijiet enerġetiċi ġodda bejn l-Istati Membri. Fl-istess ħin, huwa essenzjali li tiżdied il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà enerġetika mal-pajjiżi ġirien tal-Unjoni u mas-sħab strateġiċi, kif ukoll bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-Istrateġija ta' Qafas għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti ma' politika li tħares bil-quddiem lejn it-tibdil fil-klima"14 minn Frar 2015 tenfasizza li l-Unjoni tal-Enerġija tibbaża fuq is-solidarjetà u l-fiduċja li huma karatteristiċi neċessarji għas-sigurtà tal-enerġija. Dan ir-Regolament għandu jkollu l-għan li jżid is-solidarjetà u l-fiduċja bejn l-Istati Membri u għandu jimplimenta l-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, b'hekk titwitta t-triq għall-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija.

(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-Istrateġija ta' Qafas għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti ma' politika li tħares bil-quddiem lejn it-tibdil fil-klima"14 minn Frar 2015 tenfasizza li l-Unjoni tal-Enerġija tibbaża fuq is-solidarjetà u l-fiduċja li huma karatteristiċi neċessarji għas-sigurtà tal-enerġija. Dan ir-Regolament għandu jkollu l-għan li jżid is-solidarjetà u l-fiduċja bejn l-Istati Membri u għandu jimplimenta l-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, b'hekk titwitta t-triq għall-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija. L-Unjoni għandha għaldaqstant tappoġġa biss il-proġetti ta' diversifikazzjoni li huma totalment konformi mad-dritt u mal-prinċipji tal-Unjoni kif ukoll mal-prijoritajiet tagħha u mal-objettivi strateġiċi fit-tul tagħha.

__________________

__________________

14 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, COM(2015)80 final.

14 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, COM(2015)80 final.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  Sabiex jinħoloq suq intern tal-enerġija stabbli u flessibbli, għandha tkun garantita aktar interazzjoni bejn is-sistema tal-gass u dik tal-elettriku, b'tali mod li, f'każ ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass, minflok ikunu jistgħu jintużaw l-elettriku u sorsi tal-enerġija alternattivi oħrajn.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Suq intern tal-gass li jaħdem mingħajr intoppi huwa l-aħjar garanzija sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija madwar l-Unjoni u sabiex titnaqqas l-espożizzjoni ta' Stati Membri individwali għall-effetti ta' ħsara tal-interruzzjonijiet fil-provvista. Fejn is-sigurtà tal-provvista ta' Stat Membru tkun mhedda, hemm riskju li miżuri żviluppati b'mod unilaterali minn dak l-Istat Membru jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass u tagħmel ħsara għall-provvista tal-gass għall-klijenti fi Stati Membri oħrajn. Sabiex is-suq intern tal-gass jitħalla jiffunzjona anke meta ffaċjat b'nuqqas ta' provvista, għandha ssir dispożizzjoni għas-solidarjetà u l-koordinazzjoni fit-tweġiba għall-kriżijiet fil-provvista, kemm dwar azzjoni preventiva kif ukoll dwar ir-reazzjoni għal interruzzjonijiet attwali fil-provvista.

(7)  Suq intern tal-gass li jaħdem mingħajr intoppi huwa l-aħjar garanzija sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija madwar l-Unjoni u sabiex titnaqqas l-espożizzjoni ta' Stati Membri individwali għall-effetti ta' ħsara tal-interruzzjonijiet fil-provvista. Fejn is-sigurtà tal-provvista ta' Stat Membru tkun mhedda, hemm riskju li miżuri żviluppati b'mod unilaterali minn dak l-Istat Membru jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass u tagħmel ħsara għall-provvista tal-gass għall-klijenti fi Stati Membri oħrajn. Sabiex is-suq intern tal-gass jitħalla jiffunzjona anke meta ffaċjat b'nuqqas ta' provvista, għandha ssir dispożizzjoni, fil-livell tal-Unjoni, għas-solidarjetà u l-koordinazzjoni fit-tweġiba għall-kriżijiet fil-provvista, kemm dwar azzjoni preventiva kif ukoll dwar ir-reazzjoni għal interruzzjonijiet attwali fil-provvista.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Fi spirtu ta' solidarjetà, il-kooperazzjoni reġjonali, billi tinvolvi kemm lill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll lill-impriżi tal-gass naturali, għandha tkun il-prinċipju gwida ta' dan ir-Regolament, sabiex jiġu identifikati r-riskji rilevanti f'kull reġjun u sabiex jiġu ottimizzati l-benefiċċji ta' miżuri kkoordinati sabiex dawn ir-riskji jittaffew u sabiex jiġu implimentati l-aktar miżuri kost-effettivi għall-konsumaturi tal-Unjoni.

(9)  Fi spirtu ta' rispett tal-prinċipji tal-ekonomija tas-suq, is-solidarjetà, il-kooperazzjoni reġjonali, billi tinvolvi kemm lill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll lill-impriżi tal-gass naturali, għandha tkun il-prinċipju gwida ta' dan ir-Regolament, sabiex jiġu identifikati r-riskji rilevanti f'kull reġjun u sabiex jiġu ottimizzati l-benefiċċji ta' miżuri kkoordinati sabiex dawn ir-riskji jittaffew u sabiex jiġu implimentati l-aktar miżuri kosteffettivi għall-konsumaturi tal-Unjoni. Is-solidarjetà għandha tintwera fi tliet livelli: reġjonali, interreġjonali u tal-Unjoni.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Ċerti klijenti, li jinkludu djar u klijenti li jipprovdu servizzi soċjali essenzjali huma partikolarment vulnerabbli u jistgħu jeħtieġu protezzjoni soċjali. Definizzjoni ta' tali klijenti protetti ma għandhiex tkun f'kunflitt mal-mekkaniżmi ta' solidarjetà tal-Unjoni.

(10)  Ċerti klijenti, li jinkludu djar u klijenti li jipprovdu servizzi soċjali essenzjali huma partikolarment vulnerabbli u jistgħu jeħtieġu protezzjoni soċjali. Definizzjoni ta' tali klijenti protetti ma għandhiex tkun f'kunflitt mal-mekkaniżmi ta' solidarjetà tal-Unjoni u għandha tkun armonizzata fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Approċċ reġjonali għall-valutazzjoni tar-riskji u għad-definizzjoni u l-adozzjoni ta' miżuri preventivi u ta' mitigazzjoni jippermetti koordinazzjoni tal-isforzi, li ġġib magħha benefiċċji sinfikanti f'termini tal-effettività tal-miżuri u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi. Dan japplika b'mod partikolari għal miżuri mfassla biex jiggarantixxu provvista kontinwa, taħt kundizzjonijiet ibsin ħafna, lil klijenti protetti, u lil miżuri biex inaqqsu l-impatt ta' emerġenza. L-ivvalutar tar-riskji korrelatati fil-livell reġjonali, li hu iktar komprensiv kif ukoll iktar preċiż, se jiżgura li l-Istati Membri huma ppreparati aħjar għal kull kriżi. Barra minn hekk, f'emerġenza, approċċ ikkoordinat u miftiehem minn qabel fuq is-sigurtà tal-provvista jiżgura rispons konsistenti u jnaqqas ir-riskju ta' tixrid ta' effetti negattivi li jista' jkollhom miżuri purament nazzjonali fi Stati Membri ġirien.

(17)  Approċċ reġjonali għall-valutazzjoni tar-riskji u għad-definizzjoni u l-adozzjoni ta' miżuri preventivi u ta' mitigazzjoni jippermetti koordinazzjoni tal-isforzi, li ġġib magħha benefiċċji sinfikanti f'termini tal-effettività tal-miżuri u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi. Dan japplika b'mod partikolari għal miżuri mfassla biex jiggarantixxu provvista kontinwa, taħt kundizzjonijiet ibsin ħafna, lil klijenti protetti, u lil miżuri biex inaqqsu l-impatt ta' emerġenza. Il-valutazzjoni tar-riskji korrelatati fil-livell reġjonali, li hi iktar komprensiva kif ukoll iktar preċiża, se tiżgura li l-Istati Membri huma ppreparati aħjar għal kull kriżi. Barra minn hekk, f'emerġenza, approċċ ikkoordinat u miftiehem minn qabel fuq is-sigurtà tal-provvista jiżgura rispons konsistenti u jnaqqas ir-riskju ta' tixrid ta' effetti negattivi li jista' jkollhom miżuri purament nazzjonali fi Stati Membri ġirien. L-adozzjoni tal-approċċ reġjonali ma għandhiex madankollu xxekkel lill-Istati Membri milli jkunu responsabbli mill-istandards nazzjonali tagħhom fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Għalhekk, għall-iskop ta' dan ir-Regolament, il-kriterji li ġejjin għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni meta jiġu definiti l-gruppi reġjonali: il-mudelli ta' provvista, l-interkonnessjonijiet eżistenti u ppjanati u l-kapaċità ta' interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, l-iżvilupp u l-maturità tas-suq, l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali eżistenti u n-numru ta' Stati Membri f'reġjun, li għandu jkun limitat biex jiżgura li l-grupp jibqa' ta' daqs maniġġevoli.

(19)  Għalhekk, għall-iskop ta' dan ir-Regolament, il-kriterji li ġejjin għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni meta jiġu definiti l-gruppi reġjonali: il-mudelli ta' provvista, il-kurituri, l-interkonnessjonijiet u l-kapaċità ta' interkonnessjoni eżistenti u ppjanati bejn l-Istati Membri, l-iżvilupp u l-maturità tas-suq, l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali eżistenti u n-numru ta' Stati Membri f'reġjun, li għandu jkun limitat biex jiżgura li l-grupp jibqa' ta' daqs maniġġevoli.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Meta ssir valutazzjoni tar-riskju komprensiva li għandha tiġi ppreparata fil-livell reġjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskji naturali, teknoloġiċi, kummerċjali, finanzjari, soċjali, politiċi u dawk relatati mas-suq, kif ukoll kull riskju relevanti ieħor, inklużi, meta xieraq, l-interruzzjoni tal-provvisti mill-ikbar fornitur uniku. Ir-riskji kollha għandhom jiġu indirizzati b'miżuri effettivi, proporzjonati u mhux diskrimantorji li għandhom jiġu żviluppati fil-pjan ta' azzjoni preventiva u fil-pjan ta' emerġenza. Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-valutazzjonijiet tar-riskju ta' perikli prevvisti skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE18.

(21)  Meta ssir valutazzjoni tar-riskju komprensiva li għandha tiġi ppreparata fil-livell reġjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskji naturali, teknoloġiċi, infrastrutturali, kummerċjali, finanzjarji, soċjali, ġeostrateġiċi, politiċi u dawk relatati mas-suq, kif ukoll kull riskju rilevanti ieħor, inklużi, meta xieraq, l-interruzzjoni tal-provvisti mill-ikbar fornitur uniku. Ir-riskji kollha għandhom jiġu indirizzati b'miżuri effettivi, proporzjonati u mhux diskrimantorji li għandhom jiġu żviluppati fil-pjan ta' azzjoni preventiva u fil-pjan ta' emerġenza. Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-valutazzjonijiet tar-riskju ta' perikli prevvisti skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE18.

__________________

__________________

18 Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 24).

18 Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 24).

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Sabiex tiġi żgurata tħejjija massima, biex tiġi evitata interruzzjoni fil-provvista u biex jittaffew l-effetti tagħha jekk xorta waħda sseħħ, l-awtoritajiet kompetenti ta' reġjun partikolari għandhom ifasslu pjanijiet ta' azzjoni preventiva u ta' emerġenza, wara li jikkonsultaw l-partijiet interessati. Il-pjanijiet reġjonali għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi ta' kull Stat Membru. Għandhom jiddefinixxu b'mod ċar l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-impriżi tal-gass naturali u l-awtoritajiet kompetenti. Il-miżuri nazzjonali li għandhom jitfasslu għandhom iqisu l-miżuri reġjonali li jinsabu fil-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza b'mod sħiħ. Dawn għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jindirizzaw ir-riskji nazzjonali b'mod li jieħdu vantaġġ sħiħ tal-opportunitajiet provduti mill-kooperazzjoni reġjonali. Il-pjanijiet għandhom ikunu ta' natura teknika u operattiva, il-funzjoni tagħhom tkun li jgħinu fil-prevenzjoni tal-preżenza jew l-eskalazzjoni ta' emerġenza kif ukoll sabiex jittaffew l-efetti tagħha. Il-pjanijiet għandhom jikkunsidraw is-sigurtà tas-sistemi tal-elettriku u jkunu konsistenti mal-ippjanar strateġiku u l-għodod tar-rapportar tal-Unjoni tal-Enerġija.

(23)  Sabiex tiġi żgurata tħejjija massima, biex tiġi evitata interruzzjoni fil-provvista u biex jittaffew l-effetti tagħha jekk xorta waħda sseħħ, l-awtoritajiet kompetenti ta' reġjun partikolari għandhom ifasslu pjanijiet ta' azzjoni preventiva u ta' emerġenza, wara li jikkonsultaw l-partijiet interessati. Il-pjanijiet reġjonali għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi ta' kull Stat Membru. Hemm bżonn li jiġu identifikati u żviluppati alternattivi għal dawk li huma rotot u fornituri ta' enerġija, partikolarment għall-Istati Membri li jiddependu minn fornitur uniku. Għandhom jiddefinixxu b'mod ċar l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-impriżi tal-gass naturali u l-awtoritajiet kompetenti. Il-miżuri nazzjonali li għandhom jitfasslu għandhom iqisu l-miżuri reġjonali li jinsabu fil-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza b'mod sħiħ. Dawn għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jindirizzaw ir-riskji nazzjonali b'mod li jieħdu vantaġġ sħiħ tal-opportunitajiet provduti mill-kooperazzjoni reġjonali. Il-pjanijiet għandhom ikunu ta' natura teknika u operattiva, il-funzjoni tagħhom tkun li jgħinu fil-prevenzjoni tal-preżenza jew l-eskalazzjoni ta' emerġenza kif ukoll sabiex jittaffew l-effetti tagħha. Il-pjanijiet għandhom jikkunsidraw is-sigurtà tas-sistemi tal-elettriku u jkunu konsistenti mal-ippjanar strateġiku u l-għodod tar-rapportar tal-Unjoni tal-Enerġija.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Kif muri mit-test tal-istress ta' Ottubru 2014, hija meħtieġa solidarjetà sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista madwar l-Unjoni u sabiex il-kostijiet ġenerali jinżammu f'minimu. Jekk tkun iddikjarata emerġenza f'xi Stat Membru, għandu jkun applikat approċċ b'żewġ stadji biex tissaħħaħ is-solidarjetà. L-ewwel, l-Istati Membri kollha li introduċew standard ta' provvista ogħla għandhom inaqqsuh għal valuri difolt sabiex b'hekk is-suq tal-gass isir aktar likwidu. It-tieni, jekk l-ewwel stadju jonqos milli jipprovdi l-provvista neċessarja, għandhom jiġu attivati miżuri ulterjuri minn Stati Membri ġirien, anke jekk mhumiex f'sitwazzjoni ta' emerġenza, sabiex tiġi żgurata l-provvista lid-djar, lis-servizzi soċjali essenzjali u lill-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali fl-Istat Membru li jesperjenza l-emerġenza. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jiddeskrivu d-dettalji tal-miżuri ta' solidarjetà fil-pjanijiet ta' emerġenza rispettivi tagħhom, li jiżguraw kumpens ġust u ekwitabbli tal-impriżi tal-gass naturali.

(36)  Kif muri mit-test tal-istress ta' Ottubru 2014, hija meħtieġa solidarjetà sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista madwar l-Unjoni u sabiex il-kostijiet ġenerali jinżammu f'minimu. Jekk tkun iddikjarata emerġenza f'xi Stat Membru, għandu jkun applikat approċċ b'żewġ stadji biex tissaħħaħ is-solidarjetà. L-ewwel, l-Istati Membri kollha li introduċew standard ta' provvista ogħla għandhom inaqqsuh għal valuri prestabbiliti sabiex b'hekk is-suq tal-gass isir aktar likwidu. It-tieni, jekk l-ewwel stadju jonqos milli jipprovdi l-provvista neċessarja, għandhom jiġu attivati miżuri ulterjuri minn Stati Membri ġirien, anke jekk mhumiex f'sitwazzjoni ta' emerġenza, sabiex tiġi żgurata l-provvista lid-djar, lis-servizzi soċjali essenzjali u lill-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali fl-Istat Membru li jesperjenza l-emerġenza. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jiddeskrivu d-dettalji tal-miżuri ta' solidarjetà fil-pjanijiet ta' emerġenza rispettivi tagħhom, li jiżguraw kumpens ġust u ekwitabbli tal-impriżi tal-gass naturali. Il-Kummissjoni għandha barra minn hekk tiggarantixxi li l-fornituri tal-gass dominanti f'reġjun ma jabbużawx mill-pożizzjoni tagħhom bi ksur tad-dritt fil-qasam tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, partikolarment billi jżommu prezzijiet inġusti fl-Istati Membri.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni huwa li l-Komunità tal-Enerġija tissaħħaħ billi tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-acquis tal-enerġija tal-Unjoni, r-riformi tas-suq tal-enerġija u l-investimenti li jinċentivaw fis-settur tal-enerġija permezz ta' integrazzjoni eqreb tas-swieq tal-enerġija tal-Unjoni u tal-Komunità tal-Enerġija. Dan jinvolvi wkoll l-introduzzjoni ta' ġestjoni ta' kriżi komuni billi jiġu proposti pjanijiet preventivi u ta' emerġenza fil-livell reġjonali inklużi l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reżiljenza fuq perjodu qasir tas-sistema tal-gass Ewropea minn Ottubru 2014 tirreferi għall-ħtieġa li jiġu applikati r-regoli tas-suq intern tal-enerġija dwar il-fluss tal-enerġija bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija. F'dan ir-rigward, biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti ta' kriżi fil-fruntieri bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti, l-arranġamenti neċessarji wara l-adozzjoni ta' Att Konġunt għandhom jiġu stabbiliti b'mod li l-koperazzjoni speċifika ma' kwalunkwe Parti Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija tkun tista' ssir ladarba d-dispożizzjonijiet ta' xulxin ikunu daħlu fis-seħħ.

(41)  Wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni huwa li l-Komunità tal-Enerġija tissaħħaħ u tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-acquis tal-enerġija tal-Unjoni, r-riformi tas-suq tal-enerġija u l-investimenti li jinċentivaw fis-settur tal-enerġija min-naħa tal-Istati Membri kollha tal-Komunità tal-Enerġija bil-għan li tinkiseb integrazzjoni eqreb tas-swieq tal-enerġija tal-Unjoni u tal-Komunità tal-Enerġija. Dan jinvolvi wkoll l-introduzzjoni ta' ġestjoni ta' kriżi komuni billi jiġu proposti pjanijiet preventivi u ta' emerġenza fil-livell reġjonali inklużi l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reżiljenza fuq perjodu qasir tas-sistema tal-gass Ewropea minn Ottubru 2014 tirreferi għall-ħtieġa li jiġu applikati bis-sħiħ ir-regoli u l-ftehimiet tas-suq intern tal-enerġija dwar il-fluss tal-enerġija bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija min-naħa tal-Istati Membri kollha tal-Komunità tal-Enerġija. F'dan ir-rigward, biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti ta' kriżi fil-fruntieri bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti, l-arranġamenti neċessarji wara l-adozzjoni ta' Att Konġunt għandhom jiġu stabbiliti b'mod li l-koperazzjoni speċifika ma' kwalunkwe Parti Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija tkun tista' ssir ladarba d-dispożizzjonijiet ta' xulxin ikunu daħlu fis-seħħ.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Minħabba li l-provvisti tal-gass minn pajjiżi terzi huma fundamentali għas-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni fir-rigward ta' pajjiżi terzi, taħdem ma' pajjiżi terzi fornituri u ta' tranżitu fuq arranġamenti sabiex jiġu ġestiti s-sitwazzjonijiet ta' kriżi u tiżgura fluss ta' gass stabbli lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata sabiex tuża task force biex timmonitorja l-flussi tal-gass fl-Unjoni f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, b'konsultazzjoni mal-pajjiżi terzi involuti, u, fejn tinħoloq kriżi minħabba diffikultajiet f'pajjiż terz, sabiex taġixxi bħala medjatur u faċilitatur.

(42)  Minħabba li l-provvisti tal-gass minn pajjiżi terzi huma fundamentali għas-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni fir-rigward ta' pajjiżi terzi, taħdem ma' pajjiżi terzi fornituri u ta' tranżitu fuq arranġamenti sabiex jiġu ġestiti s-sitwazzjonijiet ta' kriżi u tiżgura fluss ta' gass stabbli lejn l-Unjoni. Dan l-objettiv jista' jintlaħaq jekk il-politika enerġetika u l-politiki esterni jkunu koordinati b'mod koerenti. Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata sabiex tuża task force biex timmonitorja l-flussi tal-gass partikolarment f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, b'konsultazzjoni mal-pajjiżi terzi involuti, u, fejn tinħoloq kriżi minħabba diffikultajiet f'pajjiż terz, sabiex taġixxi bħala medjatur u faċilitatur. Il-Kummissjoni għandha tkompli l-involviment attiv fl-issuktar tat-taħditiet trilaterali ma' Gazprom u l-Ukrajna dwar il-provvisti ta' gass Russu lill-Ukrajna, biex tiggarantixxi l-provvisti ta' gass mir-Russja lill-Ukrajna ma jibqgħux jintużawx bħala arma fil-kunflitt bejn iż-żewġ pajjiżi u li l-Ukrajna tkompli tkun sieħba u pajjiż ta' tranżitu affidabbli fis-settur tal-gass.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  L-Istati Membri li jaġixxu waħedhom ma jistgħux jiksbu l-objettiv ta' dan ir-Regolament b'mod sodisfaċenti, jiġifieri li jiggarantixxu provvista sigura ta' gass fi ħdan l-Unjoni. Meta wieħed iqis l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, dan jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(44)  L-Istati Membri li jaġixxu waħedhom ma jistgħux jiksbu l-objettiv ta' dan ir-Regolament b'mod sodisfaċenti, jiġifieri li jiggarantixxu provvista sigura ta' gass fi ħdan l-Unjoni. Il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-istrateġiji nazzjonali mhumiex biżżejjed. Meta wieħed iqis l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, dan jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  Sabiex ikun hemm rispons rapidu tal-Unjoni għaċ-ċirkostanzi li jinbidlu fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-gass, is-setgħa sabiex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tar-reġjuni u mudelli għall-valutazzjoni tar-riskju u pjanijiet. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż f'livell espert. Meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura li dokumenti rilevanti jiġu trasmessi simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, f'ħin adegwat u b'mod xieraq.

(45)  Sabiex ikun hemm rispons rapidu tal-Unjoni għaċ-ċirkostanzi li jinbidlu fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-gass, is-setgħa sabiex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-mudelli għall-valutazzjoni tar-riskju u pjanijiet. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż f'livell espert. Meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura li dokumenti rilevanti jiġu trasmessi simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, f'ħin adegwat u b'mod xieraq.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass billi jiżguraw il-funzjonament xieraq u kontinwu tas-suq intern tal-gass naturali (gass), billi jippermetti li jiġu implimenti miżuri eċċezzjonali meta s-suq ma jkunx f'pożizzjoni li jwassal il-provvisti tal-gass meħtieġa u billi jipprovdi għal definizzjoni u attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet fost l-impriżi tal-gass naturali, l-Istati Membri u l-Unjoni kemm rigward l-azzjoni preventiva kif ukoll ir-reazzjoni għal interruzzjonijiet konkreti tal-provvista. Dan ir-Regolament jipprovdi wkoll mekkaniżmi ta' trasparenza, fi spirtu ta' solidarjetà, għall-koordinazzjoni ta' ppjanar għal, u tweġiba għal, emerġenza fil-livelli ta' Stat Membru, reġjonali u tal-Unjoni.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass billi jiżguraw il-funzjonament xieraq u kontinwu tas-suq intern tal-gass naturali (gass), billi jippermetti li jiġu implimenti miżuri eċċezzjonali meta s-suq ma jkunx f'pożizzjoni li jwassal il-provvisti tal-gass meħtieġa u billi jipprovdi għal definizzjoni u attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet fost l-impriżi tal-gass naturali, l-Istati Membri u l-Unjoni kemm rigward l-azzjoni preventiva kif ukoll ir-reazzjoni għal interruzzjonijiet konkreti tal-provvista. Dan ir-Regolament jipprovdi wkoll mekkaniżmi ta' trasparenza, fi spirtu ta' solidarjetà, għall-koordinazzjoni ta' ppjanar għal, u tweġiba għal, emerġenza fil-livelli ta' Stat Membru, reġjonali u tal-Unjoni għat-tisħiħ tal-Unjoni tal-Enerġija u tas-sigurtà enerġetika.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  'klijent protett' tfisser klijent tad-djar imqabbad ma' netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass u, barra minn hekk, fejn l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi dan, tista' tfisser ukoll waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(1)  'klijent protett' tfisser klijent tad-djar imqabbad ma' netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass u, barra minn hekk, fl-eventwalità li l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan kull reġjun jiddeċiedu hekk, tista' tfisser ukoll waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  intrapriża żgħira u ta' daqs medju, diment li tkun imqabbda, ma' netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass, jew servizz soċjali essenzjali, diment li tkun imqabbda ma' distribuzzjoni tal-gass jew ma' netwerk ta' trażmissjoni, u diment li intrapriżi jew servizzi bħal dawn ma jirrappreżentawx b'mod konġunt aktar minn 20% tal-konsum annwali tal-gass tat-total finali f'dak l-Istat Membru;

(a)  intrapriża żgħira u ta' daqs medju, diment li tkun imqabbda ma' netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass fejn ikun hemm raġunijiet validi, jew servizz soċjali essenzjali, diment li tkun imqabbda ma' distribuzzjoni tal-gass jew ma' netwerk ta' trażmissjoni, u diment li intrapriżi jew servizzi bħal dawn ma jirrappreżentawx b'mod konġunt aktar minn 20 % tal-konsum annwali tal-gass tat-total finali f'dak l-Istat Membru;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Is-sigurtà tal-provvista ta' gass għandha tiggarantixxi wkoll prezzijiet tal-enerġija aċċessibbli għaċ-ċittadini tal-Unjoni, bil-għan li jkun miġġieled il-faqar enerġetiku.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Kull Membru Stat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bl-isem tal-awtorità kompetenti u bi kwalunkwe tibdil għalih. Kull Membru Stat għandu jagħmel pubbliku l-isem tal-awtorità kompetenti .

3.  Kull Membru Stat għandu jinnotifika, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni bl-isem tal-awtorità kompetenti u bi kwalunkwe tibdil għalih. Kull Membru Stat għandu jagħmel pubbliku l-isem tal-awtorità kompetenti.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 sabiex temenda l-Anness I abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu ħtieġa għal bidla ta' reġjun.

imħassar

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru jew, fejn Stat Membru jipprovdi hekk, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-miżuri neċessarji biex f'każ ta' interruzzjoni fl-akbar infrastruttura unika tal-gass, il-kapaċità teknika tal-bqija tal-infrastruttura, iddeterminata skont il-formula N – 1 kif ipprovdut f'punt 2 ta' Anness II, tista', mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, tissodisfa d-domanda tal-gass totali u taż-żona kkalkulata matul il-ġurnata ta' domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass li sseħħ bi probabbiltà statistika ta' darba f'20 sena. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-operaturi tas-sistema li jagħmlu l-investimenti korrispondenti u għall-obbligi tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kif stabbilit fid-Direttiva 2009/73/KE u r-Regolament (KE) Nru 715/2009.

1.  Kull Stat Membru jew l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-miżuri neċessarji biex f'każ ta' interruzzjoni fl-akbar infrastruttura unika tal-gass, il-kapaċità teknika tal-bqija tal-infrastruttura, iddeterminata skont il-formula N – 1 kif ipprovdut f'punt 2 ta' Anness II, tista', mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, tissodisfa d-domanda tal-gass totali u taż-żona kkalkulata matul il-ġurnata ta' domanda eċċezzjonalment għolja ta' gass li sseħħ bi probabbiltà statistika ta' darba f'20 sena. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-operaturi tas-sistema li jagħmlu l-investimenti korrispondenti u għall-obbligi tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kif stabbilit fid-Direttiva 2009/73/KE u r-Regolament (KE) Nru 715/2009.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Safejn investment li jippermetti jew li jssaħħaħ il-kapaċità bidirezzjonali permanenti mhuwiex meħtieġ mis-suq u fejn dak l-investiment iwassal għall-kostijiet f'aktar minn Stat Membru wieħed jew fi Stat Membru wieħed għall-benefiċċju ta' Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati għandhom flimkien jiddeċiedu fuq l-allokazzjoni tal-kost qabel ma tittieħed kwalunkewe deċiżjoni fuq investiment. L-allokazzjoni ta' kost għandha b'mod partikolari tieħu in kunsiderazzjoni l-proporzjon tal-benefiċċji tal-investimenti fl-infrastruttura għaż-żieda tas-sigurtà tal-provvista tal-Istati Membri kkonċernati kif ukoll l-investimenti li diġà saru fl-infrastruttura inkwistjoni.

6.  Safejn investment li jippermetti jew li jssaħħaħ il-kapaċità bidirezzjonali permanenti mhuwiex meħtieġ mis-suq u fejn dak l-investiment iwassal għall-kostijiet f'aktar minn Stat Membru wieħed jew fi Stat Membru wieħed għall-benefiċċju ta' Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati għandhom flimkien jiddeċiedu fuq l-allokazzjoni tal-kost qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni fuq investiment. L-allokazzjoni ta' kost għandha b'mod partikolari tieħu in kunsiderazzjoni l-proporzjon tal-benefiċċji tal-investimenti fl-infrastruttura għaż-żieda tas-sigurtà tal-provvista tal-Istati Membri kkonċernati u tal-isfidi ġeostrateġiċi u politiċi, li jistgħu jirriżultaw f'kostijiet ta' investiment addizzjonali għall-Istati Membri kkonċernati, kif ukoll l-investimenti li diġà saru fl-infrastruttura inkwistjoni. Għandu jsir użu sħiħ mill-fondi disponibbli biex ikunu aġevolati dawn l-investimenti.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2017, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni d-definizzjoni tagħhom ta' klijenti protetti, il-volumi ta' konsum annwali ta' gass tal-klijenti protetti u l-perċentwal li huma jirrappreżentaw tal-konsum annwali tal-gass tat-total finali f'dak l-Istat Membru. Fejn Stat Membru jinkludi fid-definizzjoni tiegħu ta' klijenti protetti l-kategoriji msemmijin fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 2 (1) għandu jispeċifika fin-notifika lill-Kummissjoni l-volumi tal-konsum ta' gass li jikkorrispondu għall-konsumaturi li jappartjenu għal dawk il-kategoriji u l-perċentwal li kull wieħed minn dawn il-gruppi ta' konsumaturi jirrappreżenta f'termini tal-użu finali annwali ta' gass.

Mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2017, l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan kull reġjun għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni d-definizzjoni ta' klijenti protetti f'dak ir-reġjun, il-volumi ta' konsum annwali u ta' kuljum ta' gass tal-klijenti protetti u l-perċentwal li huma jirrappreżentaw tal-konsum annwali tal-gass tat-total finali fl-Istat Membru rispettiv kif ukoll il-mod kif dan jista' jinfluwenza l-flussi transfruntieri fir-reġjun. Fejn Stat Membru jinkludi fid-definizzjoni tiegħu ta' klijenti protetti l-kategoriji msemmijin fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 2 (1) għandu jispeċifika fin-notifika lill-Kummissjoni l-volumi tal-konsum ta' gass li jikkorrispondu għall-konsumaturi li jappartjenu għal dawk il-kategoriji u l-perċentwal li kull wieħed minn dawn il-gruppi ta' konsumaturi jirrappreżenta f'termini tal-użu finali annwali ta' gass.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' kull reġjun kif elenkati fl-Anness I għandhom b'mod konġunt jagħmlu valutazzjoni fil-livell reġjonali tar-riskji kollha li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Il-valutazzjoni għandha tqis ir-riskji kollha rilevanti, bħal diżastri naturali, riskji teknoloġiċi, kummerċjali, soċjali, politiċi u riskji oħrajn. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha ssir billi:

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' kull reġjun kif elenkati fl-Anness I għandhom b'mod konġunt u wara konsultazzjoni tal-partijiet interessati rilevanti jagħmlu valutazzjoni komprensiva fil-livell reġjonali tar-riskji kollha li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Il-valutazzjoni għandha tqis ir-riskji kollha rilevanti, bħal diżastri naturali, riskji teknoloġiċi, kummerċjali, soċjali, politiċi, ekonomiċi u riskji oħrajn. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha ssir billi:

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  waqt li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi kollha nazzjonali u reġjonali rilevanti, b'mod partikolari d-daqs tas-suq, il-konfigurazzjoni tan-netwerk, il-flussi attwali, inklużi l-flussi ta' ħruġ mill-Istat Membru kkonċernat, il-possibbiltà ta' flussi fiżiċi ta' gass bidirezzjonali inkluża l-ħtieġa potenzjali għal rinforzar konsegwenti tas-sistema ta' trażmissjoni, il-preżenza ta' produzzjoni u ħażna u l-irwol tal-gass fit-taħlitiet tal-enerġija, b'mod partikolari rigward it-tisħin distrettwali u l-ġenerazzjoni tal-elettriku u għall-operazzjoni tal-industriji, u konsiderazzjonijiet tal-kwalità tas-sigurtà u tal-gass;

(b)  waqt li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi kollha nazzjonali u reġjonali rilevanti, b'mod partikolari, il-pjanijiet ta' azzjoni preventivi u l-pjanijiet ta' emerġenza żviluppati skont ir-Regolament (UE) Nru 994/2010, aġġornati jekk ikun il-każ, id-daqs tas-suq, il-konfigurazzjoni tan-netwerk, il-flussi attwali, inklużi l-flussi ta' ħruġ mill-Istat Membru kkonċernat, il-possibbiltà ta' flussi fiżiċi ta' gass bidirezzjonali inkluża l-ħtieġa potenzjali għal rinforzar konsegwenti tas-sistema ta' trażmissjoni, il-preżenza ta' produzzjoni u ħażna u l-irwol tal-gass fit-taħlitiet tal-enerġija, b'mod partikolari rigward it-tisħin distrettwali u l-ġenerazzjoni tal-elettriku u għall-operazzjoni tal-industriji, u konsiderazzjonijiet tal-kwalità tas-sigurtà u tal-gass;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet kompetenti fi ħdan kull reġjun għandhom jaqblu fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni biex jagħmlu l-valutazzjoni tar-riskju fil-limitu ta' żmien stabbilit f'paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrappurtaw lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass dwar il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni biex issir il-valutazzjoni tar-riskju 18-il xahar qabel l-iskadenza għall-adozzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju u l-aġġornamenti tal-valutazzjoni tar-riskju. Il-Kummissjoni jista' jkollha rwol ta' faċilitazzjoni globali fil-preparazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju, b'mod partikolari għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kooperazzjoni. Jekk l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan reġjun ma jaqblux fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista' tipproponi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għal dak ir-reġjun.

2.  L-awtoritajiet kompetenti fi ħdan kull reġjun għandhom jaqblu fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni biex jagħmlu l-valutazzjoni tar-riskju fil-limitu ta' żmien stabbilit f'paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrappurtaw lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass dwar il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni biex issir il-valutazzjoni tar-riskju 18-il xahar qabel l-iskadenza għall-adozzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju u l-aġġornamenti tal-valutazzjoni tar-riskju. Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol ta' faċilitazzjoni globali fil-preparazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju, b'mod partikolari għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kooperazzjoni. Jekk l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan reġjun ma jaqblux fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipproponi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għal dak ir-reġjun.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-valutazzjoni tar-riskju ladarba jintlaħaq qbil fuqha mill-Istati Membri kollha fir-reġjun għandha jiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru 2018. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tiġi aġġornata kull erba' snin sakemm iċ-ċirkostanzi ma jeħtiġux aġġornamenti aktar frekwenti. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis il-progress li jkun sar fl-investimenti meħtieġa sabiex jagħmlu tajjeb għall-istandard tal-infrastruttura definit fl-Artikolu 4 u ta' diffikultajiet speċifiċi ta' pajjiż li wieħed jiltaqa' magħhom fl-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ġodda alternattivi. Għandha tibni wkoll fuq l-esperjenza miksuba permezz tas-simulazzjoni tal-pjanijiet ta' emerġenza li jinsabu fl-Artikolu 9 (2).

5.  Il-valutazzjoni tar-riskju ladarba jintlaħaq qbil fuqha mill-Istati Membri kollha fir-reġjun għandha jiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru 2018. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tiġi aġġornata kull erba' snin sakemm iċ-ċirkostanzi ma jeħtiġux aġġornamenti aktar frekwenti. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis il-progress li jkun sar fl-investimenti meħtieġa sabiex jagħmlu tajjeb għall-istandard tal-infrastruttura definit fl-Artikolu 4 u ta' diffikultajiet speċifiċi ta' pajjiż li wieħed jiltaqa' magħhom fl-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ġodda alternattivi. Għandha tibni wkoll fuq l-esperjenza miksuba permezz tas-simulazzjoni tal-pjanijiet ta' emerġenza li jinsabu fl-Artikolu 9(2). Jekk l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan reġjun ma jaqblux dwar il-valutazzjoni tar-riskju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni tar-riskju għal tali reġjun f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' kull reġjun kif elenkati fl-Anness I, wara li ġew ikkonsultati l-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti tad-dar u dawk tal-gass industrijali, inklużi l-produtturi tal-elettriku, u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fejn dawn mhumiex l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jistabbilixxu flimkien:

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' kull reġjun kif elenkati fl-Anness I, wara li ġew ikkonsultati l-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti tad-dar u dawk tal-gass industrijali, inklużi l-produtturi tal-elettriku, u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fejn dawn mhumiex l-awtoritajiet kompetenti, u wara li jqisu l-kontenut u l-istruttura tal-pjanijiet u tal-mekkaniżmi nazzjonali, għandhom jistabbilixxu flimkien:

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw b'mod regolari lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass rigward il-progress miksub fil-preperazzjoni u l-adozzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Gass dwar il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni miftiehem 18-il xahar qabel id-data tal-iskadenza għall-adozzjoni tal-Pjanijiet u l-aġġornamenti tal-Pjanijiet. Il-Kummissjoni jista' jkollha rwol ta' faċilitazzjoni globali fil-preparazzjoni tal-pjanijiet, b'mod partikolari għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kooperazzjoni. Jekk l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan reġjun ma jaqblux fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista' tipproponi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għal dak ir-reġjun. Huma għandhom jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta' pjanijiet bħal dawn.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw b'mod regolari lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass rigward il-progress miksub fil-preperazzjoni u l-adozzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Gass dwar il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni miftiehem 18-il xahar qabel id-data tal-iskadenza għall-adozzjoni tal-Pjanijiet u l-aġġornamenti tal-Pjanijiet. Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol ta' faċilitazzjoni globali fil-preparazzjoni tal-pjanijiet, b'mod partikolari għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kooperazzjoni. Jekk l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan reġjun ma jaqblux fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għal dak ir-reġjun. Huma għandhom jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta' pjanijiet bħal dawn.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  id-definizzjoni ta' klijenti protetti f'kull Stat Membru tar-reġjun u l-informazzjoni deskritta fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1);

(b)  id-definizzjoni ta' klijenti protetti f'kull Stat Membru tar-reġjun u l-informazzjoni deskritta fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1); id-definizzjoni ta' klijenti protetti għandha tkun armonizzata fil-livell tal-Unjoni;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-miżuri preventivi l-oħrajn imfasslin sabiex jindirizzaw ir-riskji identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju, bħal dawk relatati mal-ħtieġa sabiex jissaħħew l-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri ġirien u l-possibbiltà li jiġu ddiversifikati r-rotot u s-sorsi tal-provvista tal-gass, jekk xieraq, sabiex jiġu indirizzati r-riskji identifikati biex b'hekk tinżamm provvista tal-gass għall-klijenti kollha kemm jista' jkun possibbli;

(e)  il-miżuri preventivi l-oħrajn imfasslin sabiex jindirizzaw ir-riskji identifikati fil-valutazzjoni tar-riskju, bħal dawk relatati mal-ħtieġa sabiex jissaħħew l-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri ġirien u l-possibbiltà li jiġu ddiversifikati r-rotot u s-sorsi tal-provvista tal-gass, jinbeda jew jiżdied it-twassil minn fornituri alternattivi permezz ta' mekkaniżmu ta' aggregazzjoni tad-domanda fuq bażi volontarja, jekk xieraq, sabiex jiġu indirizzati r-riskji identifikati biex b'hekk tinżamm provvista tal-gass għall-klijenti kollha kemm jista' jkun possibbli;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiddefinixxu l-irwol u r-responsabbiltajiet tal-impriżi tal-gass naturali u tal-klijenti tal-gass industrijali inklużi l-produtturi rilevanti tal-elettriku, waqt li jqisu l-ammont differenti ta' kemm huma affettwati f'każ ta' interruzzjonijiet fil-provvista tal-gass, u l-interazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet kompetenti u fejn xieraq mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'kull wieħed mil-livelli ta' kriżi definit fl-Artikolu 10(1);

(b)  jiddefinixxu b'mod ċar l-irwol u r-responsabbiltajiet tal-impriżi tal-gass naturali u tal-klijenti tal-gass industrijali inklużi l-produtturi rilevanti tal-elettriku, waqt li jqisu l-ammont differenti ta' kemm huma affettwati f'każ ta' interruzzjonijiet fil-provvista tal-gass, u l-interazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet kompetenti u fejn xieraq mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f'kull wieħed mil-livelli ta' kriżi definit fl-Artikolu 10(1);

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jidentifikaw, jekk xieraq, il-miżuri u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu sabiex jittaffa l-impatt potenzjali ta' interruzzjoni fil-provvista tal-gass fuq it-tisħin distrettwali u l-provvista tal-elettriku ġġenerata mill-gass;

(e)  jidentifikaw, jekk xieraq, il-miżuri u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu sabiex jittaffa l-impatt potenzjali ta' interruzzjoni fil-provvista tal-gass fuq it-tisħin distrettwali u l-provvista tal-elettriku ġġenerata mill-gass, fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet reġjonali;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  jidentifikaw il-kontribuzzjoni tal-miżuri abbażi tas-suq sabiex ilaħħqu mas-sitwazzjoni f'livell ta' allerta u tittaffa s-sitwazzjoni f'livell ta' emerġenza;

(h)  jidentifikaw il-kontribuzzjoni tal-miżuri abbażi tas-suq bħall-mekkaniżmi ta' aggregazzjoni tad-domanda fuq bażi volontarja jew ta' riżerva virtwali ta' gass sabiex ilaħħqu mas-sitwazzjoni f'livell ta' allerta u tittaffa s-sitwazzjoni f'livell ta' emerġenza;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5 a.  Meta jkun hemm informazzjoni konkreta, serja u affidabbli li jista' jseħħ avveniment li x'aktarx jirriżulta f'deterjorament konsiderevoli tas-sitwazzjoni tal-provvista (twissija bikrija) f'pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha ssegwi azzjoni esterna fir-rispett tas-sensiela ta' prijoritajiet definiti mill-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-diplomazija tal-enerġija tal-20 ta' Lulju 2015 f'kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi permezz, fost affarijiet oħra, ta' involviment f'konsultazzjonijiet, l-għoti ta' servizzi ta' medjazzjoni u l-użu ta' task forces, meta jkun neċessarju.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għas-servizzi soċjali essenzjali u għall-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali sal-punt li huma koperti mid-definizzjoni ta' klijenti protetti fl-Istat Membru rispettiv.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għas-servizzi soċjali essenzjali u għall-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali sal-punt li huma koperti mid-definizzjoni ta' klijenti protetti fir-reġjun rispettiv.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 a.  Jekk l-Istati Membri kkonċernati ma jistgħux jilħqu qbil dwar iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-issuktar tal-provvista lill-konsumaturi li mhumiex djar, servizzi soċjali essenzjali u installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass, u skont l-Artikolu 10(1), tippreżenta valutazzjoni tal-istandard tal-provvista fl-Istati Membri li ddikjaraw il-livell ta' kriżi ta' emerġenza.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjari neċessarji għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 għandhom jiġu miftiehma fost l-Istati Membri li huma mqabbdin direttament ma' xulxin u deskritti fil-pjanijiet ta' emerġenza tar-reġjuni rispettivi tagħhom. Arranġamenti bħal dawn jistgħu jkopru, fost l-oħrajn, il-prezzijiet tal-gass li għandhom jiġu applikati, l-użu tal-interkonnetturi, inkluża l-kapaċità bidirezzjonali, il-volumi tal-gass u l-kopertura tal-kostijiet ta' kumpens. Miżuri bbażati fuq is-suq bħall-irkant għandhom jiġu ppreferuti għall-implimentazzjoni tal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 3. F'każ li l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji neċessarji għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 jiġu emendati, il-pjan ta' emerġenza rilevanti għandu jiġi aġġornat bix-xieraq.

4.  L-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji neċessarji għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 għandhom jiġu miftiehma fil-livell reġjonali u fil-livell interreġjonali u deskritti fil-pjanijiet ta' emerġenza. Arranġamenti bħal dawn jistgħu jkopru, fost l-oħrajn, il-prezzijiet tal-gass li għandhom jiġu applikati, l-użu tal-interkonnetturi, inkluża l-kapaċità bidirezzjonali, il-volumi tal-gass u r-responsabbiltà kondiviża tal-kostijiet ta' kumpens. Miżuri bbażati fuq is-suq bħall-irkant għandhom jiġu ppreferuti għall-implimentazzjoni tal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 3. Dawn il-prezzijiet tal-gass u l-kostijiet u l-mekkaniżmi ta' kumpens għandhom jiġu riveduti b'mod regolari. F'każ li l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji neċessarji għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 jiġu emendati, il-pjan ta' emerġenza rilevanti għandu jiġi aġġornat bix-xieraq. Sal-31 ta' Marzu 2019, il-Kummissjoni għandha tħejji linji gwida u lista tal-aħjar prattiki bl-għan li tiffaċilita dawn l-arranġamenti.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Jekk l-Istati Membri ma jaqblux fuq l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji neċessarji, il-Kummissjoni tista' tipproponi qafas għal tali miżuri fl-opinjoni u d-deċiżjoni tagħha dwar il-pjanijiet.

6.  Jekk l-Istati Membri ma jaqblux fuq l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji neċessarji, il-Kummissjoni għandha tipproponi qafas għal tali miżuri fl-opinjoni u d-deċiżjoni tagħha dwar il-pjanijiet bil-għan li tissaħħaħ il-klawsola ta' solidarjetà.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-provvista tal-gass f'reġjun jew fl-Unjoni kollha hija affettwata jew probabbilment li tiġi affettwata, hija tista' teħtieġ lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġbru u jissottomettu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni neċessarja sabiex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass fl-Unjoni. Il-Kummissjoni tista' tikkondividi l-valutazzjoni tagħha mal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass.

5.  Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-provvista tal-gass f'reġjun jew fl-Unjoni kollha hija affettwata jew probabbilment li tiġi affettwata, hija għandha teħtieġ lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġbru u jissottomettu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni neċessarja sabiex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkondividi l-valutazzjoni tagħha mal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6 – punt a – punt vi

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vi)  kundizzjonijiet għas-sospensjoni tat-twassil ta' gass.

(vi)  kundizzjonijiet għall-modifika u għas-sospensjoni tat-twassil ta' gass.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  lill-awtorità kompetenti u lill-Kummissjoni immedjatament wara l-konklużjoni jew il-modifika tagħhom, il-kuntratti itwal minn sena (1) tal-provvista tal-gass konklużi jew modifikati wara [OP: Please insert the date of entry in force of this Regulation] li individwalment jew b'mod kumulattiv ma' kuntratti oħra mal-istess fornitur jew l-affiljati tiegħu jagħtu aktar minn 40% tal-konsum tal-gass naturali fl-Istat Membru kkonċernat. L-obbligu ta' notifika ma għandux japplika għall-modifiki relatati biss mal-prezz tal-gass. L-obbligu ta' notifika għandu japplika wkoll għall-ftehimiet kummerċjali rilevanti kollha għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt tal-provvista tal-gass.

(b)  lill-awtorità kompetenti u lill-Kummissjoni immedjatament wara l-konklużjoni jew il-modifika tagħhom, il-kuntratti itwal minn sena (1) tal-provvista tal-gass konklużi jew modifikati wara [OP: Please insert the date of entry in force of this Regulation] li individwalment jew b'mod kumulattiv ma' kuntratti oħra mal-istess fornitur jew l-affiljati tiegħu jaqbżu l-livell limitu ta' tmien biljun metru kubu jew jagħtu aktar minn 40 % tal-konsum tal-gass naturali fl-Istat Membru kkonċernat. L-obbligu ta' notifika ma għandux japplika għall-modifiki relatati biss mal-prezz tal-gass. L-obbligu ta' notifika għandu japplika wkoll għall-ftehimiet kummerċjali rilevanti kollha għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt tal-provvista tal-gass.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9 a.  Jekk il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li d-dispożizzjonijiet tal-kuntratti ppreżentati skont l-Artikolu 13 jiksru dan ir-Regolament, hija għandha tinforma lill-impriża tal-gass nazzjonali u lill-awtorità kompetenti rispettiva dwar id-dispożizzjonijiet inkompatibbli tal-kuntratti kkonċernati. L-impriża tal-gass nazzjonali għandha tqis tali informazzjoni u, fi żmien tliet xhur mid-data li fiha tasal tali informazzjoni mill-Kummissjoni, għandha tforni lill-Kummissjoni bi spjegazzjoni rigward il-konformità ma' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista' tqis li tieħu provvedimenti ulterjuri biex tiggarantixxi l-konformità mar-Regolament, fosthom it-talba għal emenda tad-dispożizzjonijiet inkompatibbli u, jekk jitqies neċessarju, tibda azzjonijiet legali fl-ambitu tad-dritt tal-kompetizzjoni.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 9b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9 b.  Il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-informazzjoni li tasal skont l-Artikolu 13 fit-tfassil ta' lista ta' prattiki tajba kif ukoll il-klawsoli abbużivi għar-riferiment tal-awtoritajiet kompetenti u tal-impriżi nazzjonali.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ġie stabbilit Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass sabiex jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-miżuri li jikkonċeraw is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Il-Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri, b’mod partikolari mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, kif ukoll mill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-"Aġenzija"), mill-ENTSO tal-Gass u mill-korpi rappreżentattivi tal-industrija kkonċernata u dawk ta' klijenti rilevanti.. Il-Kummissjoni għandha, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri, tiddeċiedi fuq il-kompożizzjoni tal-Grupp, filwaqt li tiżgura li huwa rappreżentattiv għalkollox. Il-Kummissjoni għandha tippresjedi l-Grupp. Il-Grupp għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

1.  Ġie stabbilit Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass sabiex itejjeb il-koordinazzjoni tal-miżuri li jikkonċeraw is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Il-Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri, b’mod partikolari mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, kif ukoll mill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-"Aġenzija"), mill-ENTSO tal-Gass u mill-korpi rappreżentattivi tal-industrija kkonċernata u dawk ta' klijenti rilevanti.. Il-Kummissjoni għandha, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri, tiddeċiedi fuq il-kompożizzjoni tal-Grupp, filwaqt li tiżgura li huwa rappreżentattiv għalkollox. Il-Kummissjoni għandha tippresjedi l-Grupp. Il-Grupp għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  It-tieni sentenza tal-Artikolu 3(2), l-Artikolu 3(6), l-Artikolu 4(3), (4) u (6), l-Artikolu 5(2), il-punt (d) tal-Artikolu 6(1), il-punti (b) u (e) tal-Artikolu 7(5), il-punti (e), (g), (i), tal-Artikolu 8(1), il-punt (b) u (ċ) tal-Artikolu 8(4), il-punti (j) u (m) tal-Artikolu 9(1) u 9(4), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 12 għandha toħloq obbligi għall-Istati Membri lejn il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija:

1.  It-tieni sentenza tal-Artikolu 3(2), l-Artikolu 3(6), l-Artikolu 4(3), (4) u (6), l-Artikolu 5(2), il-punt (d) tal-Artikolu 6(1), il-punti (b) u (e) tal-Artikolu 7(5), il-punti (e), (g), (i), tal-Artikolu 8(1), il-punt (b) u (c) tal-Artikolu 8(4), il-punti (j) u (m) tal-Artikolu 9(1) u 9(4), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 12 għandhom joħolqu obbligi reċiproċi bejn l-Istati Membri u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija skont il-proċedura segwenti:

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni, abbażi tal-valutazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 7(5) għandha, fejn xieraq, tasal għall-konklużjonijiet għall-mezzi possibbli sabiex issaħħaħ is-sigurtà tal-provvista fil-livell tal-Unjoni u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż, fejn xieraq, ir-rakkomandazzjonijiet għat-titjib ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni, abbażi tal-valutazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 7(5) għandha tasal għall-konklużjonijiet għall-mezzi possibbli sabiex issaħħaħ is-sigurtà tal-provvista fil-livell tal-Unjoni u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet għat-titjib ta' dan ir-Regolament.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Miżuri biex tiġi salvagwardjata s-sigurtà tal-provvista tal-gass

Referenzi

COM(2016)0052 – C8-0035/2016 – 2016/0030(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

7.3.2016

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

7.3.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jacek Saryusz-Wolski

15.3.2016

Eżami fil-kumitat

14.6.2016

30.8.2016

Data tal-adozzjoni

12.9.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Iveta Grigule, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Afzal Khan, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Javier Nart, Demetris Papadakis, Alojz Peterle, Tonino Picula, Kati Piri, Cristian Dan Preda, Sofia Sakorafa, Jacek Saryusz-Wolski, Jaromír Štětina, Charles Tannock, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl, Hilde Vautmans

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reinhard Bütikofer, Othmar Karas, Javi López, Jean-Luc Schaffhauser, Traian Ungureanu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Heidi Hautala

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (14.9.2016)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 994/2010
(COM(2016)0052 – C8-0035/2016 – 2016/0030(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Tomasz Piotr Poręba

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sa mill-adozzjoni tar-Regolament 994/2010, l-UE wettqet progress fl-integrazzjoni tas-suq intern tal-gass, u wittiet it-triq għal soluzzjonijiet ġodda li għandhom jiġu introdotti biex tiġi żgurata l-provvista fis-suq komuni. Madankollu, l-esperjenza wriet li l-impatt tal-kriżijiet tal-gass ċikliċi li jaffettwaw l-Ewropa jmur lil hinn mill-Istati Membri individwali u għandu konsegwenzi għall-UE kollha tul il-katina tal-provvista. Minkejja dan, il-livell ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kien spiss insuffiċjenti.

Ir-regoli attwali jipprovdu biss livell minimu ta' protezzjoni għas-swieq nazzjonali tal-gass: dawn jippermettu s-salvagwardja tal-Istati Membri kontra avvenimenti ta' natura teknika jew li jirriżultaw minn xokkijiet min-naħa tad-domanda, iżda bl-ebda mod ma jindirizzaw il-problema reġjonali prinċipali, jiġifieri r-riskju politiku.

Barra minn hekk, it-tensjonijiet politiċi li r-Russja kkawżat fir-relazzjonijiet mal-Ukraina qajmu l-ħtieġa għal bidla fil-mod li bih titqies il-kwistjoni tas-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-UE. L-inċertezza riżultanti attwalment fir-rigward tal-provvista tal-gass qed iġġagħlna nieħdu miżuri biex nivvalutaw il-livell ta' sigurtà attwali ta' provvista tal-gass tal-UE u l-possibbiltajiet għat-titjib tiegħu.

Għalhekk nilqa' b'sodisfazzjon l-approċċ ġdid adottat fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista u l-proposti intiżi li jistabbilixxu mekkaniżmi ġodda msaħħa għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. B'mod partikolari ta' min jinnota huma l-proposti rigward l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-solidarjetà u t-tisħiħ tal-valutazzjonijiet tar-riskju u tal-ippjanar nazzjonali u reġjonali.

Ninsab konvint li t-twaqqif ta' gruppi reġjonali fi ħdan l-UE se jgħin biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri u tittejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-gass lejn l-UE, kif ukoll tissaħħaħ l-effikaċja tar-Regolament innifsu.

L-approċċ mhux obbligatorju, minn isfel għal fuq, għall-kooperazzjoni reġjonali applikat s'issa ma kienx effikaċi fil-prattika. Għad hemm limiti serji fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri marbuta man-nuqqas ta' possibbiltajiet fil-qasam tal-kooperazzjoni fil-livell transnazzjonali. Il-proposta ta' kriterji trasparenti għad-definizzjoni tar-reġjuni u ta' mekkaniżmi ta' kooperazzjoni konkreti se tikkontribwixxi ċertament għad-diversifikazzjoni tas-sorsi u r-rotot tal-provvista, li hija essenzjali f'każ ta' emerġenza.

Approċċ reġjonali huwa importanti wkoll minħabba l-ħtieġa li l-impatt ta' sitwazzjonijiet potenzjali ta' kriżi fil-pajjiżi differenti tal-UE jkun distribwit b'mod ugwali. Interruzzjoni kbira fil-provvista tal-gass mil-Lvant għandha impatt sinifikanti madwar l-UE iżda l-piż tal-kriżi huwa mqassam b'mod irregolari.

It-tisħiħ tal-koordinazzjoni reġjonali, madankollu, abbażi ta' standards uniformi relatati mal-provvista u l-infrastruttura stabbiliti fil-livell tal-UE, f'każ ta' nuqqas ta' gass, se jagħti l-Istati Membri għodod konkreti li bihom jimmaniġġjaw l-impatt ta' kriżi kkawżata minn tfixkil fis-sistema tal-provvista jew minn xi domanda li tkun eċċezzjonalment qawwija.

It-tisħiħ tar-reżiljenza għat-tfixkil fil-provvista li jirriżulta minn azzjoni politika se jsaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE kollha kemm hi għat-tfixkil fil-provvista ta' gass naturali, filwaqt li l-estensjoni tal-kooperazzjoni reġjonali u l-użu ta' mekkaniżmi ta' rispons għall-kriżijiet, abbażi ta' valutazzjonijiet imħejja b'mod konġunt, se jagħtu lill-Istati Membri l-għodda li biha jħejju ruħhom għal kwalunkwe nuqqas ta' gass.

Nixtieq nissottolinja wkoll l-inklużjoni tal-prinċipju ta' solidarjetà permezz tal-introduzzjoni ta' mekkaniżmu li jiggarantixxi provvista ta' prijorità lid-djar, l-istallazzjonijiet tat-tisħin u s-servizzi soċjali essenzjali (eż. sptarijiet u skejjel) fl-Istati Membri li qed jiffaċċjaw kriżi fil-provvista tal-gass, anki jekk dan inaqqas il-konsum tal-gass fis-suq ta' pajjiż ieħor.

Nemmen li ser inkunu nistgħu noħorġu b'mekkaniżmi li jiggarantixxu l-abilità li jingħata l-ammont meħtieġ ta' gass naturali lill-Istati Membri li jkunu ddikjaraw emerġenza.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-gass naturali (gass) jibqa' komponent essenzjali tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea. Proporzjon kbir ta' gass bħal dan huwa importat fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.

(1)  Il-gass naturali (gass) huwa komponent essenzjali tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea fil-fażi tranżitorja lejn sehem dejjem akbar ta' enerġija ġġenerata minn sorsi rinnovabbli. Proporzjon kbir ta' gass bħal dan huwa importat fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. B'hekk, is-sigurtà tal-provvista tal-gass għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni bħala soluzzjoni konġunta li se tirriżulta f'aktar salvagwardji effettivi mingħajr ma ddgħajjef is-suq intern tal-enerġija u mingħajr ma jkollha effetti negattivi fuq pajjiżi oħra. Il-klima politika attwali relatata ma' ċerti pajjiżi, madankollu, ma tipprovdi l-ebda garanzija la għall-affidabbiltà u kontinwità ta' provvisti u lanqas għas-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u għalhekk id-diversifikazzjoni minn pajjiżi terzi u l-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri għandhom jissaħħu.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Interruzzjoni ewlenija fil-provvista tal-gass tista' taffettwa lill-Istati Membri kollha, lill-Unjoni in ġenerali u lill-Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija, iffirmat f'Ateni fil-25 ta' Ottubru 2005. Tista' tagħmel ukoll ħsara kbira lill-ekonomija tal-Unjoni u jista' jkollha impatt soċjali gravi, b'mod partikolari fuq gruppi vulnerabbli ta' klijenti.

(2)  Interruzzjoni ewlenija fil-provvista tal-gass tista' taffettwa lill-Istati Membri kollha, lill-Unjoni in ġenerali u lill-Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija, iffirmat f'Ateni fil-25 ta' Ottubru 2005. Tista' tagħmel ukoll ħsara kbira lill-ekonomija u lis-sigurtà tal-Unjoni u jista' jkollha impatt soċjali gravi, b'mod partikolari fuq gruppi vulnerabbli ta' klijenti, bħal pereżempju installazzjonijiet bi fluss operattiv kontinwu b'mod partikolari f'pajjiżi dipendenti fuq fornitur prinċipali wieħed. Huwa għalhekk fundamentali li s-sorsi, il-fornituri u r-rotot tal-enerġija jiġu diversifikati sabiex jiġu evitati minn qabel tali sitwazzjonijiet, u sabiex l-effetti ta' interruzzjonijiet fil-provvista jiġu minimizzati.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Dan ir-Regolament jimmira li jiżgura li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi salvagwardjata provvista ta' gass mingħajr interruzzjoni madwar l-Unjoni kollha, b'mod partikolari lill-klijenti protetti f'każ ta' kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli jew interruzzjonijiet tal-provvista tal-gass. Dawn l-objettivi għandhom jinkisbu permezz tal-aktar miżuri kost-effettivi u b'tali mod li s-swieq tal-enerġija ma jiġux imfixla.

(3)  Dan ir-Regolament jimmira li jiżgura li jittieħdu l-miżuri mhux diskriminatorji kollha meħtieġa sabiex tiġi salvagwardjata provvista ta' gass mingħajr interruzzjoni madwar l-Unjoni kollha, b'mod partikolari lill-klijenti protetti f'każ ta' kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli jew interruzzjonijiet tal-provvista tal-gass. Dawn l-objettivi għandhom jinkisbu permezz tal-aktar miżuri kost-effettivi intrareġjonali u interreġjonali u b'tali mod li s-swieq tal-enerġija ma jiġux imfixla u l-livell minimu ta' dannu fil-każ ta' installazzjonijiet bi fluss operattiv kontinwu ma jiġix affettwat. Għandu jittieħed kont ukoll tal-kuntest usa' tas-sigurtà tal-provvista ta' gass, li tista' tinkiseb ukoll permezz tad-diversifikazzjoni ta' provvisti minn pajjiżi terzi, interkonnessjonijiet ġodda tal-enerġija bejn l-Istati Membri u l-użu ta' sorsi alternattivi ta' enerġija. Fl-istess ħin, hu essenzjali li tiżdied il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà enerġetika mal-pajjiżi ġirien tal-Unjoni, ma' sħab strateġiċi. Dan jista' jissupplimenta l-azzjoni tal-Unjoni inkluż finanzjament intiż għall-effiċjenza enerġetika.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass diġà kellu impatt pożittiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-Ewropa fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Ewropa, kemm f'termini ta' preperazzjoni kif ukoll ta' mitigazzjoni. L-Istati Membri huma ppreparati aħjar sabiex jiffaċċjaw kriżi fil-provvista issa li huma meħtieġa li jfasslu pjanijiet li jinkludu miżuri ta' prevenzjoni u ta' emerġenza u li huma mħarsa aħjar issa li jeħtieġu jissodisfaw numbru ta' obbligi dwar il-kapaċità tal-infrastruttura u l-provvista tal-gass. Madankollu, ir-rapport ta' implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 ta' Ottubru 2014 enfasizza oqsma li fihom titjib għal dak ir-Regolament jista' jsaħħaħ ulterjorment is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni.

(4)  Id-dritt attwali tal-Unjoni, b'mod partikolari l-elementi rilevanti tat-Tielet Pakkett tal-Enerġija u r-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, diġà kellu impatt pożittiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-gass, kemm f'termini ta' preparazzjoni kif ukoll ta' mitigazzjoni. L-Istati Membri huma ppreparati aħjar sabiex jiffaċċjaw kriżi fil-provvista issa li huma meħtieġa li jfasslu pjanijiet li jinkludu miżuri ta' prevenzjoni u ta' emerġenza u li huma mħarsa aħjar issa li jeħtieġu jissodisfaw numbru ta' obbligi dwar il-kapaċità tal-infrastruttura u l-provvista tal-gass. Madankollu, ir-rapport ta' implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 ta' Ottubru 2014 enfasizza oqsma li fihom titjib għal dak ir-Regolament jista' jsaħħaħ ulterjorment is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  Sabiex tiġi ssalvagwardjata l-provvista tal-enerġija tal-Unjoni, hemm bżonn li s-sorsi tal-enerġija jiġu diversifikati u jinħolqu interkonnessjonijiet enerġetiċi ġodda bejn l-Istati Membri. Fl-istess ħin, hu essenzjali li tiżdied il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-enerġija mal-pajjiżi ġirien tal-Unjoni, mas-sħab strateġiċi, kif ukoll bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-Istrateġija ta' Qafas għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti ma' politika li tħares bil-quddiem lejn it-tibdil fil-klima"14 minn Frar 2015 tenfasizza li l-Unjoni tal-Enerġija tibbaża fuq is-solidarjetà u l-fiduċja li huma karatteristiċi neċessarji għas-sigurtà tal-enerġija. Dan ir-Regolament għandu jkollu l-għan li jżid is-solidarjetà u l-fiduċja bejn l-Istati Membri u għandu jimplimenta l-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, b'hekk titwitta t-triq għall-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija.

(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-Istrateġija ta' Qafas għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti ma' politika li tħares bil-quddiem lejn it-tibdil fil-klima"14 minn Frar 2015 tenfasizza li l-Unjoni tal-Enerġija tibbaża fuq is-solidarjetà u l-fiduċja li huma karatteristiċi neċessarji għas-sigurtà tal-enerġija. Dan ir-Regolament għandu jkollu l-għan li jżid il-kooperazzjoni, is-solidarjetà, il-fiduċja u l-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri u għandu jimplimenta l-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, b'hekk titwitta t-triq għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni rapidi tal-Unjoni tal-Enerġija.

__________________

__________________

14Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, COM(2015)80 final.

14Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, COM(2015)80 final.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Suq intern tal-gass li jaħdem mingħajr intoppi huwa l-aħjar garanzija sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija madwar l-Unjoni u sabiex titnaqqas l-espożizzjoni ta' Stati Membri individwali għall-effetti ta' ħsara tal-interruzzjonijiet fil-provvista. Fejn is-sigurtà tal-provvista ta' Stat Membru tkun mhedda, hemm riskju li miżuri żviluppati b'mod unilaterali minn dak l-Istat Membru jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass u tagħmel ħsara għall-provvista tal-gass għall-klijenti fi Stati Membri oħrajn. Sabiex is-suq intern tal-gass jitħalla jiffunzjona anke meta ffaċjat b'nuqqas ta' provvista, għandha ssir dispożizzjoni għas-solidarjetà u l-koordinazzjoni fit-tweġiba għall-kriżijiet fil-provvista, kemm dwar azzjoni preventiva kif ukoll dwar ir-reazzjoni għal interruzzjonijiet attwali fil-provvista.

(7)  Suq intern tal-gass issorveljat minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jaħdem mingħajr intoppi huwa l-aħjar garanzija sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija madwar l-Unjoni u sabiex titnaqqas l-espożizzjoni ta' Stati Membri individwali għall-effetti ta' ħsara tal-interruzzjonijiet fil-provvista. Fejn is-sigurtà tal-provvista ta' Stat Membru tkun mhedda, hemm riskju li miżuri żviluppati b'mod unilaterali minn l-Istat Membru wieħed jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass u jikkawżaw effett domino għall-klijenti fi Stati Membri oħrajn. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jindirizzaw nuqqas fil-provvista u sabiex is-suq intern tal-gass jitħalla jiffunzjona anke meta ffaċċjat b'tali nuqqas ta' provvista, għandha ssir dispożizzjoni għas-solidarjetà u l-koordinazzjoni f'livell reġjonali u tal-Unjoni fit-tweġiba għall-kriżijiet fil-provvista, kemm dwar azzjoni preventiva kif ukoll dwar ir-reazzjoni għal interruzzjonijiet attwali fil-provvista biex b'hekk dan iwassal għall-integrazzjoni tas-swieq tal-enerġija tar-reġjuni. F'dan ir-rigward, l-Unjoni għandha tkompli tiddiverisifika s-sorsi, il-fornituri u r-rotot tal-provvista tal-enerġija, bħala kundizzjoni minn qabel tas-sigurtà tal-enerġija u għandha tappoġġa, inkluż permezz ta' finanzjament, dawk il-proġetti li huma orjentati lejn id-diversifikazzjoni, li huma totalment konformi mad-dritt u mal-prinċipji tal-Unjoni, kif ukoll mal-objettivi u l-prijoritajiet politiċi fit-tul tal-Unjoni, bħal pereżempju l-proġetti infrastrutturali.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  S'issa, il-potenzjal għal miżuri aktar effiċjenti u b'inqas spejjeż permezz ta' kooperazzjoni reġjonali ma ġiex sfruttat għal kollox. Dan għandu x'jaqsam mhux biss ma' koordinazzjoni aħjar ta' azzjonijiet ta' mitigazzjoni nazzjonali f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, iżda wkoll ma' miżuri preventivi nazzjonali, bħal ħażna nazzjonali jew politiki relatati mal-gass naturali likwifikat (LNG), li jistgħu jkunu ta' importanza strateġika f'ċerti reġjuni.

(8)  S'issa, il-potenzjal għal miżuri aktar effiċjenti u b'inqas spejjeż permezz ta' kooperazzjoni reġjonali ma ġiex sfruttat għal kollox, u hemm bżonn ta' kunċett ta' kooperazzjoni bil-possibbiltà tal-istabbiliment ta' formats ta' kooperazzjoni abbażi ta' konsultazzjonijiet mal-Istati Membri, filwaqt li titqies id-dinamika tal-enerġija. Koordinazzjoni aħjar ta' azzjonijiet ta' mitigazzjoni nazzjonali f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza hija rakkomandata, kif ukoll ta' miżuri preventivi nazzjonali, bħal ħażna nazzjonali jew politiki relatati mal-gass naturali likwifikat (LNG), li jistgħu jkunu ta' importanza strateġika f'ċerti reġjuni u użu effiċjenti ta' infrastruttura eżistenti.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Fi spirtu ta' solidarjetà, il-kooperazzjoni reġjonali, billi tinvolvi kemm lill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll lill-impriżi tal-gass naturali, għandha tkun il-prinċipju gwida ta' dan ir-Regolament, sabiex jiġu identifikati r-riskji rilevanti f'kull reġjun u sabiex jiġu ottimizzati l-benefiċċji ta' miżuri kkoordinati sabiex dawn ir-riskji jittaffew u sabiex jiġu implimentati l-aktar miżuri kost-effettivi għall-konsumaturi tal-Unjoni.

(9)  Fi spirtu ta' solidarjetà, il-kooperazzjoni reġjonali, billi tinvolvi kemm lill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll lill-impriżi tal-gass naturali, għandha tkun il-prinċipju gwida ta' dan ir-Regolament, sabiex jiġu identifikati r-riskji rilevanti f'kull reġjun u sabiex jiġu ottimizzati l-benefiċċji ta' miżuri kkoordinati f'livell lokali, reġjonali u transfruntier, sabiex dawn ir-riskji jittaffew u tiġi konsolidata s-sigurtà tal-provvista ta' gass u sabiex jiġu implimentati l-aktar miżuri kost-effettivi għall-konsumaturi tal-Unjoni. Il-kooperazzjoni reġjonali għandha żżid aktar ir-rwol tal-Unjoni fis-sostenn tal-isforzi ta' kooperazzjoni transfruntiera u għandha tkun ikkumplimentata minn perspettiva tal-Unjoni aktar b'saħħitha, li tippermetti l-użu tal-provvisti u l-għodod kollha disponibbli fil-firxa sħiħa tas-suq intern tal-gass. Dan jista' jiġi ffaċilitat billi tiġi pprovduta analiżi fil-fond fil-livell tal-Unjoni fuq Kurituri tal-Provvista ta' Emerġenza rilevanti, abbażi ta' sorsi ta' provvista tal-gass komuni għal grupp ta' Stati Membri. Fil-qafas tal-kooperazzjoni reġjonali l-proġetti ta' infrastruttura eżistenti u dawk ġodda jistgħu jiġu żviluppati sabiex l-interkonnessjonijiet transfruntiera jsaħħu s-sigurtà tal-provvista ta' gass. Possibbiltà oħra li għandha titqies meta jiġu definiti l-gruppi reġjonali hija l-inklużjoni ta' Stati Membri futuri involuti fil-proċess ta' tkabbir.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Ċerti klijenti, li jinkludu djar u klijenti li jipprovdu servizzi soċjali essenzjali huma partikolarment vulnerabbli u jistgħu jeħtieġu protezzjoni soċjali. Definizzjoni ta' tali klijenti protetti ma għandhiex tkun f'kunflitt mal-mekkaniżmi ta' solidarjetà tal-Unjoni.

(10)  Ċerti klijenti, li jinkludu djar u klijenti li jipprovdu servizzi soċjali essenzjali huma partikolarment vulnerabbli u għandhom jiġu protetti inkluż mill-prezzijiet tal-gass li qed jiżdiedu b'mod rapidu, riżultat tal-kriżi tal-provvista. Definizzjoni ta' tali klijenti protetti għandha, sa fejn hu possibbli, tkun armonizzata aktar mingħajr ma jiġu mminati l-mekkaniżmi ta' solidarjetà tal-Unjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Ir-responsabbiltà tas-sigurtà tal-provvista tal-gass għandha tkun kondiviża bejn impriżi tal-gass naturali tal-Istati Membri, li jaġixxu permezz tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom; u l-Kummissjoni fi ħdan il-kompetenzi tagħhom. Tali skambju ta' responsabbiltà jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn dawn il-partijiet. Madankollu, klijenti li jkunu qegħdin jużaw il-gass għall-ġenerazzjoni tal-elettriku jew għal skopijiet industrijali jistgħu wkoll ikollhom rwol importanti fis-sigurtà tal-provvista tal-gass permezz tal-abbiltà tagħhom li jwieġbu għal kriżi b'miżuri min-naħa tad-domanda, pereżempju kuntratti interrompibbli u bdil tal-fjuwil, għaliex dan ikollu impatt dirett fuq il-bilanċ tal-provvista/domanda.

(11)  Ir-responsabbiltà tas-sigurtà tal-provvista tal-gass għandha tkun kondiviża bejn impriżi tal-gass naturali tal-Istati Membri, li jaġixxu permezz tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kompetenti tagħhom; u l-Kummissjoni fi ħdan il-kompetenzi tagħhom. Tali skambju ta' responsabbiltà jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn dawn il-partijiet. Madankollu, klijenti li jkunu qegħdin jużaw il-gass għall-ġenerazzjoni tal-elettriku jew għal skopijiet industrijali jistgħu wkoll ikollhom rwol importanti fis-sigurtà tal-provvista tal-gass permezz tal-abbiltà tagħhom li jwieġbu għal kriżi b'miżuri min-naħa tad-domanda, pereżempju kuntratti interrompibbli u bdil tal-fjuwil, għaliex dan ikollu impatt dirett fuq il-bilanċ tal-provvista/domanda.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Ir-responsabbiltà tas-sigurtà tal-provvista tal-gass għandha tkun kondiviża bejn impriżi tal-gass naturali tal-Istati Membri, li jaġixxu permezz tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom; u l-Kummissjoni fi ħdan il-kompetenzi tagħhom. Tali skambju ta' responsabbiltà jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn dawn il-partijiet. Madankollu, klijenti li jkunu qegħdin jużaw il-gass għall-ġenerazzjoni tal-elettriku jew għal skopijiet industrijali jistgħu wkoll ikollhom rwol importanti fis-sigurtà tal-provvista tal-gass permezz tal-abbiltà tagħhom li jwieġbu għal kriżi b'miżuri min-naħa tad-domanda, pereżempju kuntratti interrompibbli u bdil tal-fjuwil, għaliex dan ikollu impatt dirett fuq il-bilanċ tal-provvista/domanda.

(11)  Ir-responsabbiltà tas-sigurtà tal-provvista tal-gass għandha tkun kondiviża bejn impriżi tal-gass naturali tal-Istati Membri, li jaġixxu permezz tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom; u l-Kummissjoni fi ħdan il-kompetenzi tagħhom. Tali skambju ta' responsabbiltà jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn dawn il-partijiet. Madankollu, klijenti li jkunu qegħdin jużaw il-gass għall-ġenerazzjoni tal-elettriku jew għal skopijiet industrijali jistgħu wkoll ikollhom rwol importanti fis-sigurtà tal-provvista tal-gass permezz tal-abbiltà tagħhom li jwieġbu għal kriżi b'miżuri min-naħa tad-domanda, pereżempju effiċjenza enerġetika, kuntratti interrompibbli u bdil tal-fjuwil, għaliex dan ikollu impatt dirett fuq il-bilanċ tal-provvista/domanda.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a)  Dan ir-Regolament għandu jittieħed inkunsiderazzjoni kemm meta jkunu qed jiġu adottati l-pjanijiet operattivi għall-użu tal-finanzjament SIE kif ukoll fil-kriterji finanzjarji tal-proġetti FEIS.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Għalhekk, għall-iskop ta' dan ir-Regolament, il-kriterji li ġejjin għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni meta jiġu definiti l-gruppi reġjonali: il-mudelli ta' provvista, l-interkonnessjonijiet eżistenti u ppjanati u l-kapaċità ta' interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, l-iżvilupp u l-maturità tas-suq, l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali eżistenti u n-numru ta' Stati Membri f'reġjun, li għandu jkun limitat biex jiżgura li l-grupp jibqa' ta' daqs maniġġevoli.

(19)  Għalhekk, għall-iskop ta' dan ir-Regolament, il-kriterji li ġejjin għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġu definiti l-gruppi reġjonali: il-mudelli ta' provvista, l-interkonnessjonijiet eżistenti u ppjanati u l-kapaċità ta' interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, l-iżvilupp u l-maturità tas-suq, il-livell ta' diversifikazzjoni tal-fornituri tal-gass u r-rotot, l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali eżistenti u n-numru ta' Stati Membri f'reġjun, li għandu jkun limitat biex jiżgura li l-grupp jibqa' ta' daqs maniġġevoli.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Biex il-kooperazzjoni reġjonali ssir iktar fattibbli, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta' kooperazzjoni fi ħdan kull reġjun. Tali mekkaniżmu jew mekkaniżmi għandhom jiġu żviluppati suffiċjentament fil-ħin biex tkun tista' ssir il-valutazzjoni tar-riskju u jitfasslu pjanijiet sinifikanti fil-livell reġjonali. L-Istati Membri huma liberi li jiftehemu fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni li hu l-iktar addattat għal reġjun partikolari. Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol ta' faċilitazzjoni fil-proċess globali u għandha tiskambja l-aħjar prattiċi għall-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali bħal pereżempju rwol ta' koordinazzjoni b'rotazzjoni fi ħdan ir-reġjun għall-preparazzjoni tad-dokumenti differenti jew biex jiġu stabbiliti korpi dedikati. Fin-nuqqas ta' ftehim fuq il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista' tipproponi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni xieraq għal reġjun partikolari.

(20)  Biex il-kooperazzjoni reġjonali ssir iktar fattibbli, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi amministrattivi ċari, f'livell intrareġjonali u interreġjonali, li jkunu japplikaw għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u li abbażi tagħhom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġixxu. Tali mekkaniżmu jew mekkaniżmi għandhom jiġu żviluppati suffiċjentament fil-ħin u jiżguraw grad għoli ta' trasparenza biex tkun tista' ssir il-valutazzjoni tar-riskju u jitfasslu pjanijiet sinifikanti fil-livell reġjonali u jiġu evitati spejjeż inġusti għall-konsumaturi. L-Istati Membri huma liberi li jiftehemu fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni li hu l-iktar addattat għal reġjun partikolari u dan il-mekkaniżmu jista' jiġi konfigurat mill-ġdid b'mod konformi mad-dinamika tal-enerġija. Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol ta' stabbiliment ta' standards u faċilitazzjoni fil-proċess globali u għandha tiskambja l-aħjar prattiċi għall-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali bħal pereżempju rwol ta' koordinazzjoni b'rotazzjoni fi ħdan ir-reġjun għall-preparazzjoni tad-dokumenti differenti jew biex jiġu stabbiliti korpi dedikati. Fin-nuqqas ta' ftehim fuq il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipproponi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni xieraq għal reġjun partikolari.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Sabiex tiġi żgurata tħejjija massima, biex tiġi evitata interruzzjoni fil-provvista u biex jittaffew l-effetti tagħha jekk xorta waħda sseħħ, l-awtoritajiet kompetenti ta' reġjun partikolari għandhom ifasslu pjanijiet ta' azzjoni preventiva u ta' emerġenza, wara li jikkonsultaw l-partijiet interessati. Il-pjanijiet reġjonali għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi ta' kull Stat Membru. Għandhom jiddefinixxu b'mod ċar l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-impriżi tal-gass naturali u l-awtoritajiet kompetenti. Il-miżuri nazzjonali li għandhom jitfasslu għandhom iqisu l-miżuri reġjonali li jinsabu fil-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza b'mod sħiħ. Dawn għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jindirizzaw ir-riskji nazzjonali b'mod li jieħdu vantaġġ sħiħ tal-opportunitajiet provduti mill-kooperazzjoni reġjonali. Il-pjanijiet għandhom ikunu ta' natura teknika u operattiva, il-funzjoni tagħhom tkun li jgħinu fil-prevenzjoni tal-preżenza jew l-eskalazzjoni ta' emerġenza kif ukoll sabiex jittaffew l-efetti tagħha. Il-pjanijiet għandhom jikkunsidraw is-sigurtà tas-sistemi tal-elettriku u jkunu konsistenti mal-ippjanar strateġiku u l-għodod tar-rapportar tal-Unjoni tal-Enerġija.

(23)  Sabiex tiġi żgurata tħejjija massima, biex tiġi evitata interruzzjoni fil-provvista u biex jittaffew l-effetti tagħha jekk xorta waħda sseħħ, l-awtoritajiet kompetenti ta' reġjun partikolari għandhom ifasslu pjanijiet ta' azzjoni preventiva u ta' emerġenza, wara li jikkonsultaw l-partijiet interessati. Il-pjanijiet reġjonali għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi ta' kull Stat Membru. Għandhom jiddefinixxu b'mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-impriżi tal-gass naturali u l-awtoritajiet kompetenti. Il-miżuri nazzjonali li għandhom jitfasslu għandhom iqisu l-miżuri reġjonali li jinsabu fil-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza b'mod sħiħ. Dawn għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jindirizzaw ir-riskji nazzjonali b'mod li jieħdu vantaġġ sħiħ tal-opportunitajiet provduti mill-kooperazzjoni reġjonali. Il-pjanijiet għandhom ikunu ta' natura teknika u operattiva, il-funzjoni tagħhom tkun li jgħinu fil-prevenzjoni tal-preżenza jew l-eskalazzjoni ta' emerġenza, itaffu l-effetti tagħha u jevitaw is-sitwazzjoni ta' spejjeż inġusti għall-konsumaturi. Il-pjanijiet għandhom jikkunsidraw is-sigurtà tas-sistemi tal-elettriku u jkunu konsistenti mal-ippjanar strateġiku u l-għodod tar-rapportar tal-Unjoni tal-Enerġija.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  F'każ ta' kriżi fil-provvista, il-parteċipanti fis-suq għandhom jingħataw opportunità suffiċjenti sabiex iwieġbu għas-sitwazzjoni b'miżuri bbażati fuq is-suq. Fejn miżuri tas-suq ikunu ġew eżawriti u xorta jkunu għadhom insuffiċjenti, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jieħdu miżuri sabiex jitneħħew jew jittaffew l-effetti tal-kriżi fil-provvista.

(25)  F'każ ta' kriżi fil-provvista, il-parteċipanti fis-suq għandhom jingħataw opportunità suffiċjenti sabiex iwieġbu għas-sitwazzjoni b'miżuri bbażati fuq is-suq. Fejn miżuri tas-suq ma kinux f'waqthom jew ikunu ġew eżawriti u xorta jkunu għadhom insuffiċjenti, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jieħdu miżuri sabiex jitneħħew jew jittaffew l-effetti tal-kriżi fil-provvista.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Miżuri min-naħa tad-domanda bħall-bdil tal-fjuwil jew tnaqqis fil-provvista tal-gass lill-konsumaturi industrijali kbar skont ordni ekonomikament effiċjenti jista' jkollhom rwol importanti sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-enerġija meta dawn ikunu jistgħu jiġu applikati malajr u jnaqqsu d-domanda b'mod apprezzabbli bħala reazzjoni għal interruzzjoni fil-provvista. Irid isir iktar biex ikun promoss l-użu effiċjenti tal-enerġija, partikolarment fejn ikun hemm bżonn miżuri fin-naħa tad-domanda. L-impatt ambjentali ta' kwalunkwe domanda u miżura min-naħa tal-provvista proposti għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni, bi preferenza tingħata kemm jista' jkun possibbli għall-miżuri li għandhom l-inqas impatt fuq l-ambjent. Fl-istess ħin, għandhom jiġu kkunsidrati l-aspetti tas-sigurtà tal-provvista u l-kompetittività.

(28)  Miżuri min-naħa tad-domanda bħall-bdil tal-fjuwil jew tnaqqis fil-provvista tal-gass lill-konsumaturi industrijali kbar skont ordni ekonomikament effiċjenti jista' jkollhom rwol importanti sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-enerġija meta dawn ikunu jistgħu jiġu applikati malajr u jnaqqsu d-domanda b'mod apprezzabbli bħala reazzjoni għal interruzzjoni fil-provvista. Irid isir iktar biex ikun promoss l-użu effiċjenti tal-enerġija, partikolarment fejn ikun hemm bżonn miżuri fin-naħa tad-domanda. Il-prijorità għandha tingħata lill-investimenti intiżi għall-isfruttar tal-potenzjal ta' enerġija sostenibbli fil-livell lokali. L-impatt ambjentali ta' kwalunkwe domanda u miżura min-naħa tal-provvista proposti għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, bi preferenza tingħata kemm jista' jkun possibbli għall-miżuri li għandhom l-inqas impatt fuq l-ambjent. Fl-istess ħin, għandhom jiġu kkunsidrati l-aspetti tas-sigurtà tal-provvista u l-kompetittività.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza għandhom jiġu aġġoranti b'mod regolari u għandhom jiġu ppubblikati. Huma għandhom ikunu soġġetti għall-evalwazzjoni bejn il-pari. Il-proċess ta' evalwazzjoni bejn il-pari jippermetti identifikazzjoni bikrija ta' inkonsistenzi u miżuri li jistgħu jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-Istati Membri l-oħrajn u b'hekk jiżgura li l-pjanijiet minn reġjuni differenti huma konsistenti ma' xulxin. Dan jipermetti wkoll lill-Istati Membri biex jiskambjaw l-aħjar prattika.

(32)  Il-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza reġjonali, korrelatati ma' dawk fil-livell nazzjonali, iridu jiġu aġġoranti b'mod regolari u ppubblikati. Huma għandhom ikunu soġġetti għall-evalwazzjoni bejn il-pari. Il-proċess ta' evalwazzjoni bejn il-pari jippermetti identifikazzjoni bikrija ta' inkonsistenzi u miżuri li jistgħu jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-Istati Membri l-oħrajn u b'hekk jiżgura li l-pjanijiet minn reġjuni differenti huma konsistenti ma' xulxin. Dan jippermetti wkoll lill-Istati Membri biex jiskambjaw l-aħjar prattika.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Kif muri mit-test tal-istress ta' Ottubru 2014, hija meħtieġa solidarjetà sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista madwar l-Unjoni u sabiex il-kostijiet ġenerali jinżammu f'minimu. Jekk tkun iddikjarata emerġenza f'xi Stat Membru, għandu jkun applikat approċċ b'żewġ stadji biex tissaħħaħ is-solidarjetà. L-ewwel, l-Istati Membri kollha li introduċew standard ta' provvista ogħla għandhom inaqqsuh għal valuri difolt sabiex b'hekk is-suq tal-gass isir aktar likwidu. It-tieni, jekk l-ewwel stadju jonqos milli jipprovdi l-provvista neċessarja, għandhom jiġu attivati miżuri ulterjuri minn Stati Membri ġirien, anke jekk mhumiex f'sitwazzjoni ta' emerġenza, sabiex tiġi żgurata l-provvista lid-djar, lis-servizzi soċjali essenzjali u lill-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali fl-Istat Membru li jesperjenza l-emerġenza. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jiddeskrivu d-dettalji tal-miżuri ta' solidarjetà fil-pjanijiet ta' emerġenza rispettivi tagħhom, li jiżguraw kumpens ġust u ekwitabbli tal-impriżi tal-gass naturali.

(36)  Kif muri mit-test tal-istress ta' Ottubru 2014, hija meħtieġa solidarjetà bbażata fuq kooperazzjoni reġjonali sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista madwar l-Unjoni u sabiex il-kostijiet ġenerali jinżammu f'minimu. Din is-solidarjetà għandha tiġi definita fuq tliet livelli ta' azzjoni – bilaterali jew reġjonali, interreġjonali u tal-Unjoni – u ma għandhiex titħalla għal grupp reġjonali individwali jekk approċċ konsistenti u uniformi fil-livell tal-Unjoni huwa meħtieġ. Jekk tkun iddikjarata emerġenza f'xi Stat Membru, għandu jkun applikat approċċ b'żewġ stadji biex tissaħħaħ is-solidarjetà. L-ewwel, l-Istati Membri kollha li introduċew standard ta' provvista ogħla għandhom inaqqsuh għal valuri difolt sabiex b'hekk is-suq tal-gass isir aktar likwidu. It-tieni, jekk l-ewwel stadju jonqos milli jipprovdi l-provvista neċessarja, għandhom jiġu attivati miżuri ulterjuri minn Stati Membri ġirien, anke jekk mhumiex f'sitwazzjoni ta' emerġenza, sabiex tiġi żgurata l-provvista lid-djar, lis-servizzi soċjali essenzjali u lill-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali fl-Istat Membru li jesperjenza l-emerġenza. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jiddeskrivu d-dettalji tal-miżuri ta' solidarjetà fil-pjanijiet ta' emerġenza rispettivi tagħhom, li jiżguraw kumpens ġust u ekwitabbli tal-impriżi tal-gass naturali.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni huwa li l-Komunità tal-Enerġija tissaħħaħ billi tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-acquis tal-enerġija tal-Unjoni, r-riformi tas-suq tal-enerġija u l-investimenti li jinċentivaw fis-settur tal-enerġija permezz ta' integrazzjoni eqreb tas-swieq tal-enerġija tal-Unjoni u tal-Komunità tal-Enerġija. Dan jinvolvi wkoll l-introduzzjoni ta' ġestjoni ta' kriżi komuni billi jiġu proposti pjanijiet preventivi u ta' emerġenza fil-livell reġjonali inklużi l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reżiljenza fuq perjodu qasir tas-sistema tal-gass Ewropea minn Ottubru 2014 tirreferi għall-ħtieġa li jiġu applikati r-regoli tas-suq intern tal-enerġija dwar il-fluss tal-enerġija bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija. F'dan ir-rigward, biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti ta' kriżi fil-fruntieri bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti, l-arranġamenti neċessarji wara l-adozzjoni ta' Att Konġunt għandhom jiġu stabbiliti b'mod li l-koperazzjoni speċifika ma' kwalunkwe Parti Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija tkun tista' ssir ladarba d-dispożizzjonijiet ta' xulxin ikunu daħlu fis-seħħ.

(41)  Wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni huwa li l-Komunità tal-Enerġija tissaħħaħ billi tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-acquis tal-enerġija tal-Unjoni, r-riformi tas-suq tal-enerġija u l-investimenti li jinċentivaw fis-settur tal-enerġija permezz ta' integrazzjoni eqreb tas-swieq tal-enerġija tal-Unjoni u tal-Komunità tal-Enerġija. Dan jinvolvi wkoll l-introduzzjoni ta' ġestjoni ta' kriżi komuni billi jiġu proposti pjanijiet preventivi u ta' emerġenza fil-livell reġjonali inklużi l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija. Għal dak l-għan, għandhom jiġu stabbiliti previżjonijiet ta' konsum fil-livell reġjonali u r-riżervi disponibbli, biex b'hekk ikun possibbli li tissaħħaħ l-abbiltà ta' rispons f'każ ta' kriżi. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reżiljenza fuq perjodu qasir tas-sistema tal-gass Ewropea minn Ottubru 2014 tirreferi għall-ħtieġa li jiġu applikati r-regoli tas-suq intern tal-enerġija dwar il-fluss tal-enerġija bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija. F'dan ir-rigward, biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti ta' kriżi fil-fruntieri bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti, l-arranġamenti neċessarji wara l-adozzjoni ta' Att Konġunt għandhom jiġu stabbiliti b'mod li l-koperazzjoni speċifika ma' kwalunkwe Parti Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija tkun tista' ssir ladarba d-dispożizzjonijiet ta' xulxin ikunu daħlu fis-seħħ.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Fejn hemm informazzjoni affidabbli fuq sitwazzjoni barra l-Unjoni li thedded is-sigurtà tal-provvista ta' Stat Membru wieħed jew ta' diversi, li tista' tagħti bidu għal mekkaniżmu ta' twissija bikrija li jinvolvi l-Unjoni u pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass mingħajr dewmien u l-Unjoni għandha tieħu azzjoni xierqa sabiex tipprova ttaffi s-sitazzjoni.

(43)  Fejn hemm informazzjoni affidabbli fuq sitwazzjoni barra l-Unjoni li thedded is-sigurtà tal-provvista ta' Stat Membru wieħed jew ta' diversi, li tista' tagħti bidu għal mekkaniżmu ta' twissija bikrija li jinvolvi l-Unjoni u pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass mingħajr dewmien u l-Unjoni għandha tieħu azzjoni xierqa sabiex tipprova ttaffi s-sitwazzjoni. Fejn is-sitwazzjoni tippermetti u teżisti infrastruttura adegwata, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għajnuna lil pajjiżi terzi fi kriżi.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  'klijent protett' tfisser klijent tad-djar imqabbad ma' netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass u, barra minn hekk, fejn l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi dan, tista' tfisser ukoll waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(1)  "klijent protett" tfisser klijent tad-djar imqabbad ma' netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass u, barra minn hekk, fl-eventwalità li l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan kull reġjun jiddeċiedu hekk, tista' tfisser ukoll waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  intrapriża żgħira u ta' daqs medju, diment li tkun imqabbda, ma' netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass, jew servizz soċjali essenzjali, diment li tkun imqabbda ma' distribuzzjoni tal-gass jew ma' netwerk ta' trażmissjoni, u diment li intrapriżi jew servizzi bħal dawn ma jirrappreżentawx b'mod konġunt aktar minn 20% tal-konsum annwali tal-gass tat-total finali f'dak l-Istat Membru;

imħassar

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "servizz soċjali essenzjali" tfisser servizzi tal-kura tas-saħħa, tal-emerġenza jew tas-sigurtà;

(2)  "servizz soċjali essenzjali" tfisser servizzi tal-kura tas-saħħa, tal-edukazzjoni, tal-kura tat-tfal, tal-emerġenza jew tas-sigurtà u tad-difiża;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  "intrapriżi żgħar u medji" tfisser entità marbuta mat-trażmissjoni jew man-netwerk ta' distribuzzjoni b'kapaċità disponibbli jew ippjanata li ma taqbiżx 5 MWh/h;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3b)  "awtorità kompetenti" tfisser awtorità governattiva nazzjonali jew awtorità regolatorja nazzjonali inkwantu awtorità kompetenti responsabbli mill-iżgurar tal-implimentazzjoni tal-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3c)  "importazzjonijiet minn pajjiżi terzi" tfisser l-importazzjoni tal-gass minn pajjiżi terzi li mhumiex parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Il-Kummissjoni għandha tappoġġa b'mod attiv id-diversifikazzjoni ta' provvisti minn pajjiżi terzi, f'termini ta' riżorsi tal-enerġija, fornituri ta' gass u rotot ta' gass, Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha toħloq kundizzjonijiet għat-titjib fl-interkonnessjonijiet tal-infrastruttura tal-enerġija bejn l-Istati Membri u għat-tlestija tar-rotot tat-trażmissjoni ta' gass kif definiti mill-kurituri prijoritarji tar-Regolament Nru 347/2013 (UE) 1a (Regolament TEN-E) "Kurituri tal-Provvista ta' Emerġenza" huwa kunċett li jikkumplimenta u jsaħħaħ l-approċċ reġjonali kif imsemmi fl-Anness I għal dak ir-Regolament, u tfisser ir-rotot tal-provvista tal-gass tal-UE identifikati biex jgħinu lill-Istati Membri jnaqqsu aħjar l-effetti tal-provvista potenzjali u/jew interruzzjonijiet fl-infrastruttura.

_________________

1a Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU UE L 115, 25.4.2013, p. 39).

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tikkoordina l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fil-livelli reġjonali u tal-Unjoni, kif stabbilit f'dan ir-Regolament, inter alia, permezz tal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass imsemmi fl-Artikolu 14 jew il-grupp għall-ġestjoni ta' kriżi msemmi fl-Artikolu 11(4), b'mod partikolari f'każ ta' emerġenza reġjonali jew ta' Unjoni kif definit fl-Artikolu 11(1).

5.  Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fil-livelli reġjonali u tal-Unjoni, kif stabbilit f'dan ir-Regolament, inter alia, permezz tal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass imsemmi fl-Artikolu 14 jew il-grupp għall-ġestjoni ta' kriżi msemmi fl-Artikolu 11(4), b'mod partikolari f'każ ta' emerġenza reġjonali jew ta' Unjoni kif definit fl-Artikolu 11(1).

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-miżuri sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista li jinsabu fil-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza għandhom ikunu definiti b'mod ċar, trasparenti, proporzjonati, mhux diskriminatorji u verifikabbli, ma għandhomx jikkawżaw tfixkil għall-kompetizzjoni u għall-funzjonament effettiv tas-suq intern fil-gass u ma għandhomx jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni kollha.

6.  Il-Pjanijiet ta' Azzjoni Preventiva reġjonali u l-pjanijiet ta' emerġenza għandhom ikunu bbażati fuq il-pjanijiet nazzjonali għas-sigurtà tal-provvista ta' gass. Il-miżuri sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista li jinsabu fil-pjanijiet ta' azzjoni preventiva reġjonali, korrelati ma' dawk fil-livell nazzjonali u l-pjanijiet ta' emerġenza għandhom ikunu definiti b'mod ċar, ikunu trasparenti, proporzjonati, mhux diskriminatorji, verifikabbli, sostenibbli u koerenti mal-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-klima u l-enerġija, ma għandhomx jikkawżaw tfixkil għall-kompetizzjoni u għall-funzjonament effettiv tas-suq intern fil-gass u ma għandhomx jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stati Membri u reġjuni oħrajn jew tal-Unjoni kollha.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 7 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  il-kapaċità li d-domanda għall-gass tal-klijenti protetti tiġi koperta matul l-interruzzjoni mill-akbar fornitur uniku tal-gass;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 7 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 sabiex temenda l-Anness I abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu ħtieġa għalbidla ta' reġjun.

Il-kompożizzjoni tar-reġjuni tista' tiġi evalwata mill-ġdid wara t-tlestija ta' valutazzjoni tar-riskju fil-livell reġjonali, pjan ta' azzjoni preventiv u pjan ta' emerġenza, imma mhux qabel l-2022. Kwalunkwe bidla fil-kompożizzjoni tar-reġjuni għandha ssir permezz ta' rieżami ta' dan ir-Regolament.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li kwalunkwe infrastruttura ġdida ta' trażmissjoni tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista permezz tal-iżvilupp ta' netwerk imqabbad tajjeb, inkluż, fejn xieraq, b'mezzi ta' numru suffiċjenti ta' punti ta' dħul u ħruġ transkonfinali skont id-domanda tas-suq u r-riskji identifikati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw fil-valutazzjoni tar-riskju jekk jeżistux ostakli interni u jekk kapaċità ta' dħul u infrastrutturi nazzjonali, b'mod partikolari netwerks ta' trażmissjoni, jistgħux jaddattaw il-flussi tal-gass transkonfinali u nazzjonali għax-xenarju tal-interruzzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass fil-livell nazzjonali u l-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni għar-reġjun identifikat fil-valutazzjoni tar-riskju.

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li kwalunkwe infrastruttura ġdida ta' trażmissjoni tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista permezz tal-iżvilupp ta' netwerk imqabbad tajjeb, inkluż, fejn xieraq, b'mezzi ta' numru suffiċjenti ta' punti ta' dħul u ħruġ transkonfinali skont id-domanda tas-suq u r-riskji identifikati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw fil-valutazzjoni tar-riskju jekk jeżistux ostakli interni u jekk kapaċità ta' dħul u infrastrutturi nazzjonali, b'mod partikolari netwerks ta' trażmissjoni, jistgħux jaddattaw il-flussi tal-gass transkonfinali u nazzjonali għax-xenarju tal-interruzzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass fil-livell nazzjonali u l-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni għar-reġjun identifikat fil-valutazzjoni tar-riskju. Matul emerġenza nazzjonali, reġjonali jew emerġenza fl-Ewropa kollha, il-fluss tal-gass, permezz ta' kapaċità bidirezzjonali permanenti mibnija biex issaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-gass fi Stat Membru, għandu jkollu prijorità fuq il-fluss tal-gass permezz ta' punti oħra fis-sistema. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistudjaw il-possibbiltà li jintużaw l-opportunitajiet offerti mill-"Enerġija" tas-SEF u l-fondi tas-SIE b'mod ġenerali sabiex jiżviluppaw infrastruttura tal-enerġija fir-reġjuni u interkonnessjonijiet adegwati għal dawk ir-reġjuni.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità kompetenti għandha titlob lill-impriżi tal-gass naturali, li hija tidentifika, sabiex jieħdu miżuri sabiex il-provvista tal-gass tiġi żgurata lill-klijenti protetti tal-Istat Membru f'kull każ li ġej:

1.  L-awtorità kompetenti għandha titlob lill-impriżi tal-gass naturali, li qed ifornu gass naturali lill-klijenti protetti tal-Istati Membri, sabiex jieħdu miżuri sabiex il-provvista tal-gass tiġi żgurata lill-klijenti protetti tal-Istat Membru f'kull każ li ġej:

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2017, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni d-definizzjoni tagħhom ta' klijenti protetti, il-volumi ta' konsum annwali ta' gass tal-klijenti protetti u l-perċentwal li huma jirrappreżentaw tal-konsum annwali tal-gass tat-total finali f'dak l-Istat Membru. Fejn Stat Membru jinkludi fid-definizzjoni tiegħu ta' klijenti protetti l-kategoriji msemmijin fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 2 (1) għandu jispeċifika fin-notifika lill-Kummissjoni l-volumi tal-konsum ta' gass li jikkorrispondu għall-konsumaturi li jappartjenu għal dawk il-kategoriji u l-perċentwal li kull wieħed minn dawn il-gruppi ta' konsumaturi jirrappreżenta f'termini tal-użu finali annwali ta' gass.

Mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2017, l-awtoritajiet kompetenti f'kull reġjun għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni d-definizzjoni ta' konsumaturi protetti f'dak ir-reġjun, il-volumi ta' konsum annwali ta' gass tal-klijenti protetti u l-perċentwal li huma jirrappreżentaw tal-konsum annwali tal-gass tat-total finali fl-Istat Membru rispettiv kif ukoll il-mod kif dan jista' jinfluwenza l-flussi transfruntieri fir-reġjun. Fejn Stat Membru jinkludi fid-definizzjoni tiegħu ta' klijenti protetti l-kategoriji msemmijin fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 2(1) għandu jispeċifika fin-notifika lill-Kummissjoni l-volumi tal-konsum ta' gass li jikkorrispondu għall-konsumaturi li jappartjenu għal dawk il-kategoriji u l-perċentwal li kull wieħed minn dawn il-gruppi ta' konsumaturi jirrappreżenta f'termini tal-użu finali annwali ta' gass.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' kull reġjun kif elenkati fl-Anness I għandhom b'mod konġunt jagħmlu valutazzjoni fil-livell reġjonali tar-riskji kollha li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Il-valutazzjoni għandha tqis ir-riskji kollha rilevanti, bħal diżastri naturali, riskji teknoloġiċi, kummerċjali, soċjali, politiċi u riskji oħrajn. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha ssir billi:

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' kull reġjun kif elenkati fl-Anness I għandhom, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji għal Stati Membri individwali f'kull reġjun, b'mod konġunt jagħmlu valutazzjoni fil-livell reġjonali tar-riskji kollha li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass, inkluża l-valutazzjoni tar-riskju ta' kull Stat Membru tar-reġjun. Il-valutazzjoni għandha tqis ir-riskji kollha rilevanti, bħal diżastri naturali, riskji teknoloġiċi, kummerċjali, soċjali, politiċi u riskji oħrajn. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha ssir, b'mod partikolari, billi:

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – subpunt ii a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iia)   nuqqas ta' kapaċità biex tiġi koperta d-domanda stmata jew ikkalkulata tal-klijenti protetti fir-reġjun tul l-interruzzjoni fil-provvista mill-ikbar fornitur uniku;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti fi ħdan kull reġjun għandhom jaqblu fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni biex jagħmlu l-valutazzjoni tar-riskju fil-limitu ta' żmien stabbilit f'paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrappurtaw lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass dwar il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni biex issir il-valutazzjoni tar-riskju 18-il xahar qabel l-iskadenza għall-adozzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju u l-aġġornamenti tal-valutazzjoni tar-riskju. Il-Kummissjoni jista' jkollha rwol ta' faċilitazzjoni globali fil-preparazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju, b'mod partikolari għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kooperazzjoni. Jekk l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan reġjun ma jaqblux fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista' tipproponi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għal dak ir-reġjun.

L-awtoritajiet kompetenti fi ħdan kull reġjun għandhom jaqblu fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni biex jagħmlu l-valutazzjoni tar-riskju fil-limitu ta' żmien stabbilit f'paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrappurtaw lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass dwar il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni biex issir il-valutazzjoni tar-riskju 18-il xahar qabel l-iskadenza għall-adozzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju u l-aġġornamenti tal-valutazzjoni tar-riskju. Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol ta' faċilitazzjoni globali fil-preparazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju, b'mod partikolari għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kooperazzjoni. Jekk l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan reġjun ma jaqblux fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għal dak ir-reġjun.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-impriżi tal-gass naturali, il-klijenti tal-gass industrijali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti tad-dar u dawk tal-gass industrijali kif ukoll Stati Membri u l-awtorità regolatorja nazzjonali, fejn mhijiex l-awtorità kompetenti, għandhom jikkooperaw mal-awtorità kompetenti u jipprovdu dan meta mitlubin flimkien mal-informazzjoni kollha neċessarja għall-valutazzjoni tar-riskju.

4.  L-impriżi tal-gass naturali, il-klijenti tal-gass industrijali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti tad-dar, dawk protetti u dawk tal-gass industrijali kif ukoll Stati Membri u l-awtorità regolatorja nazzjonali, fejn mhijiex l-awtorità kompetenti, għandhom jikkooperaw mal-awtorità kompetenti u jipprovdu dan meta mitlubin flimkien mal-informazzjoni kollha neċessarja għall-valutazzjoni tar-riskju.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-valutazzjoni tar-riskju ladarba jintlaħaq qbil fuqha mill-Istati Membri kollha fir-reġjun għandha jiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru 2018. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tiġi aġġornata kull erba' snin sakemm iċ-ċirkostanzi ma jeħtiġux aġġornamenti aktar frekwenti. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis il-progress li jkun sar fl-investimenti meħtieġa sabiex jagħmlu tajjeb għall-istandard tal-infrastruttura definit fl-Artikolu 4 u ta' diffikultajiet speċifiċi ta' pajjiż li wieħed jiltaqa' magħhom fl-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ġodda alternattivi. Għandha tibni wkoll fuq l-esperjenza miksuba permezz tas-simulazzjoni tal-pjanijiet ta' emerġenza li jinsabu fl-Artikolu 9 (2).

5.  Il-valutazzjoni tar-riskju ladarba jintlaħaq qbil fuqha mill-Istati Membri kollha fir-reġjun għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru 2018. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tiġi aġġornata kull erba' snin sakemm iċ-ċirkostanzi ma jeħtiġux aġġornamenti aktar frekwenti. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis il-progress li jkun sar fl-investimenti meħtieġa sabiex jagħmlu tajjeb għall-istandard tal-infrastruttura definit fl-Artikolu 4 u ta' diffikultajiet speċifiċi ta' pajjiż li wieħed jiltaqa' magħhom fl-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ġodda alternattivi. Għandha tibni wkoll fuq l-esperjenza miksuba permezz tas-simulazzjoni tal-pjanijiet ta' emerġenza li jinsabu fl-Artikolu 9(2). Jekk l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan reġjun ma jaqblux dwar il-valutazzjoni tar-riskju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni tar-riskju għal tali reġjun f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' kull reġjun kif elenkati fl-Anness I, wara li ġew ikkonsultati l-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti tad-dar u dawk tal-gass industrijali, inklużi l-produtturi tal-elettriku, u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fejn dawn mhumiex l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jistabbilixxu flimkien:

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' kull reġjun kif elenkati fl-Anness I, wara li ġew ikkonsultati l-impriżi tal-gass naturali, l-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-klijenti tad-dar, dawk protetti u dawk tal-gass industrijali, inklużi l-produtturi tal-elettriku, u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fejn dawn mhumiex l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jistabbilixxu flimkien qafas koerenti fil-livell tal-Unjoni:

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  arranġamenti biex jinqasmu l-ispejjeż bejn l-Istati Membri fejn konsumatur fi Stat Membru wieħed ikun affettwat ħażin minn interruzzjoni fil-konsum tal-gass u jkun obbligat li juża fjuwils oħra (minn gass għaż-żejt fil-każ ta' impjanti tal-enerġija), minħabba provvisti protetti għall-konsumaturi fl-Istat Membru l-ieħor.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Billi jingħaqdu flimkien il-pjanijiet reġjonali preventivi u ta' emerġenza, il-Kummissjoni b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, ACER u Entso-g, għandha tħejji pjan ta' azzjoni preventiva u pjan ta' emerġenza fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan tal-pjan ta' azzjoni preventiva u tal-pjan ta' emerġenza hu li dawn jgħinu biex jiġu ddeċifrati r-riskji u l-potenzjali fl-Unjoni biex jittaffew ir-riskji, jiġu ddifferenzjati l-miżuri bejn ir-reġjuni rispettivi, kif ukoll biex issir valutazzjoni tal-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull reġjun, meta mqabbla ma' reġjuni oħra.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti fi ħdan kull reġjun għandhom jaqblu fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni suffiċjenti f'ħin tajjeb biex jiġu stabbiliti l-pjanijiet u jkunu jistgħu jiġu nnotifikati u għan-notifika tal-pjanijiet aġġornati.

L-awtoritajiet kompetenti fi ħdan kull reġjun għandhom jaqblu fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, filwaqt li jqisu l-prinċipju ta' kooperazzjoni territorjali tal-Unjoni, f'ħin suffiċjenti biex jiġu stabbiliti l-pjanijiet u jkunu jistgħu jiġu nnotifikati u għan-notifika tal-pjanijiet aġġornati.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw b'mod regolari lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass rigward il-progress miksub fil-preperazzjoni u l-adozzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Gass dwar il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni miftiehem 18-il xahar qabel id-data tal-iskadenza għall-adozzjoni tal-Pjanijiet u l-aġġornamenti tal-Pjanijiet. Il-Kummissjoni jista' jkollha rwol ta' faċilitazzjoni globali fil-preparazzjoni tal-pjanijiet, b'mod partikolari għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kooperazzjoni. Jekk l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan reġjun ma jaqblux fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista' tipproponi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għal dak ir-reġjun. Huma għandhom jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta' pjanijiet bħal dawn.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw b'mod regolari lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass rigward il-progress miksub fil-preperazzjoni u l-adozzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-Gass dwar il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni miftiehem 18-il xahar qabel id-data tal-iskadenza għall-adozzjoni tal-Pjanijiet u l-aġġornamenti tal-Pjanijiet. Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol ta' faċilitazzjoni globali fil-preparazzjoni tal-pjanijiet, b'mod partikolari għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kooperazzjoni. Jekk l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan reġjun ma jaqblux fuq mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għal dak ir-reġjun. Huma għandhom jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta' pjanijiet bħal dawn.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq talba ta' awtorità kompetenti, partijiet speċifiċi tal-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza jistgħu jiġu esklużi mill-pubblikazzjoni. F'dan il-każ, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b'sommarju komprensiv tal-pjanijiet biex tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku. Is-sommarju komprensiv għandu jkun fih tal-anqas l-elementi ewlenin kollha tal-pjanijiet skont l-Anness V, sabiex il-parteċipanti fis-suq jingħataw informazzjoni suffiċjenti biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Il-verżjonijiet sħaħ tal-pjanijiet għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti ta' reġjuni oħra, għall-Kummissjoni u għall-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER).

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-pjan ta' azzjoni preventiva għandu jiġu aġġornat kull erba' snin wara l-1 ta' Marzu 2019, sakemm iċ-ċirkostanzi ma jkunux jeħtieġu aġġornamenti aktar frekwenti jew fuq talba tal-Kummissjoni. Il-pjanijiet aġġornati għandhom jirriflettu l-valutazzjoni tar-riskju aġġornat u r-riżultati tat-testijiet imwettqin skont l-Artikolu 9(2). L-Artikolu 7(3) sa (7) għandu japplika għall-pjan aġġornat.

6.  Il-pjan ta' azzjoni preventiva għandu jiġu aġġornat tal-anqas kull erba' snin wara l-1 ta' Marzu 2019, sakemm iċ-ċirkostanzi ma jkunux jeħtieġu aġġornamenti aktar frekwenti jew fuq talba tal-Kummissjoni. Il-pjanijiet aġġornati għandhom jirriflettu l-valutazzjoni tar-riskju aġġornat u r-riżultati tat-testijiet imwettqin skont l-Artikolu 9(2). L-Artikolu 7(3) sa (7) għandu japplika għall-pjan aġġornat.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  jidentifikaw il-kontribuzzjoni tal-miżuri abbażi tas-suq sabiex ilaħħqu mas-sitwazzjoni f'livell ta' allerta u tittaffa s-sitwazzjoni f'livell ta' emerġenza;

(h)  jidentifikaw il-kontribuzzjoni tal-miżuri abbażi tas-suq bħat-tnedija ta' xiri kollettiv volontarju jew l-attivazzjoni ta' riżervi virtwali u komuni tal-gass, sabiex ilaħħqu mas-sitwazzjoni f'livell ta' allerta u tittaffa s-sitwazzjoni f'livell ta' emerġenza;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ja)  jistabbilixxu proċeduri li jiġu applikati fil-każ ta' waqfien tal-provvista tal-gass f'diversi Stati Membri fl-istess waqt, u l-proċeduri fil-każ ta' tnaqqis fil-ħażna ta' Stat Membru kkawżat mill-użu ta' din il-ħażna bħala kumpens skont il-prinċipju ta' solidarjetà;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-awtorità kompetenti tiddikjara xi livell ta' kriżi msemmi fil-paragrafu 1, hija għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u għandha tipprovdiha bl-informazzjoni kollha neċessarja, b'mod partikolari bl-informazzjoni dwar l-azzjoni li hija beħsieba tieħu. Fil-każ ta' emerġenza li tista' tirriżulta f'sejħa għal assistenza mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha mingħajr dewmien tinnotifika liċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni għal Rispons ta' Emerġenza tal-Kummissjoni.

2.  Meta l-awtorità kompetenti tiddikjara xi livell ta' kriżi msemmi fil-paragrafu 1, hija għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti fir-reġjun u għandha tipprovdihom bl-informazzjoni kollha neċessarja, b'mod partikolari bl-informazzjoni dwar l-azzjoni li hija beħsiebha tieħu. Fil-każ ta' emerġenza li tista' tirriżulta f'sejħa għal assistenza mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha mingħajr dewmien tinnotifika liċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni għal Rispons ta' Emerġenza tal-Kummissjoni.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a.  Meta jkun hemm informazzjoni konkreta, serja u affidabbli li jista' jseħħ avveniment li x'aktarx jirriżulta f'deterjorament konsiderevoli tas-sitwazzjoni tal-provvista (twissija bikrija) f'pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha ssegwi azzjoni esterna fir-rispett tas-sensiela ta' prijoritajiet definiti mill-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-diplomazija tal-enerġija tal-20 ta' Lulju 2015 f'kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi permezz, fost affarijiet oħra, ta' involviment f'konsultazzjonijiet, l-għoti ta' servizzi ta' medjazzjoni u l-użu ta' task forces, meta jkun neċessarju.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10a

Kurituri tal-Provvista ta' Emerġenza

1.   Mill-1 ta' Novembru 2017, l-ENTSO tal-Gass għandu jwettaq il-kompiti stipulati f'dan l-Artikolu.

2.  Dan għandu jwettaq simulazzjoni fl-Unjoni kollha ta' xenarji ta' interruzzjoni fil-provvista u fl-infrastruttura. Ix-xenarji għandhom jiġu definiti mill-ENTSO tal-Gass b'konsultazzjoni mal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-ENTSO tal-Gass bid-data neċessarja għas-simulazzjonijiet bħall-valuri tad-domanda massima ta' kuljum, il-kapaċità tal-produzzjoni domestika u l-miżuri min-naħa tad-domanda.

Dan għandu jidentifika u jevalwa l-Kurituri tal-Provvista ta' Emerġenza li jikkumplimentaw l-approċċ reġjonali kif imsemmi fl-Anness I, li matulu l-gass ikun jista' jgħaddi minn reġjun għall-ieħor sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern tal-gass. Ir-riżultati ta' din il-valutazzjoni u l-proposta ta' Kurituri tal-Provvista ta' Emerġenza għandhom jiġu diskussi fil-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass.

Dik is-simulazzjoni fl-Unjoni kollha u dawk il-Kurituri tal-Provvista ta' Emerġenza għandhom jiġu aġġornati kull tliet snin sakemm iċ-ċirkostanzi ma jeħtiġux aġġornamenti aktar frekwenti.

3.  F'każ ta' emerġenza ddikjarata minn awtorità kompetenti waħda jew aktar, l-Istati Membri fil-Kurituri tal-Provvista ta' Emerġenza għandhom jiżguraw li l-informazzjoni essenzjali kollha tiġi pprovduta fir-rigward tal-provvista tal-gass, b'mod partikolari, il-kwantitajiet ta' gass disponibbli, il-modalitajiet possibbli u s-sorsi biex il-gass jiġi direzzjonat lejn l-Istati Membri li jkunu ddikjaraw l-emerġenza. L-Istati Membri fil-Kuritur tal-Provvista ta' Emerġenza għandhom jiżguraw li l-ebda miżura ma timpedixxi l-provvista tal-gass lill-Istati Membri li jkunu ddikjaraw l-emerġenza.

4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 biex tistabbilixxi l-Kurituri tal-Provvista ta' Emerġenza.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fuq it-talba ta' awtorità kompetenti li tkun iddikjarat emerġenza u wara l-verifika skont l-Artikolu 10(5), il-Kummissjoni tista' tiddikjara emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni. Fuq it-talba ta' mill-inqas żewġ awtoritajiet kompetenti li jkunu ddikjaraw emerġenza u wara l-verifika skont l-Artikolu 10(5), u fejn ir-raġunijiet għal dawn l-emerġenzi huma relatati ma' xulxin, il-Kummissjoni għandha tiddikjara, kif xieraq, emerġenza fuq livell reġjonali jew tal-Unjoni. Fil-każijiet kollha, il-Kummissjoni, waqt li tuża l-mezzi ta' komunikazzjoni l-aktar xierqa għas-sitwazzjoni, għandha tiġbor l-opinjonijiet u tqis l-informazzjoni kollha rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn. Meta din tivvaluta li l-bażi għall-emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni ma għadhiex aktar tiġġustifika dikjarazzjoni ta' emerġenza, il-Kummissjoni għandha tiddikjara tmiem għall-emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni. Fil-każijiet kollha, il-Kummissjoni għandha tagħti r-raġunijiet tagħha u għandha tinforma lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha.

1.  Fuq it-talba ta' awtorità kompetenti li tkun iddikjarat emerġenza u wara l-verifika skont l-Artikolu 10(5), il-Kummissjoni tista' tiddikjara emerġenza fir-rigward ta' reġjun partikolarment affettwat jew fir-rigward tal-Unjoni. Fuq it-talba ta' mill-inqas żewġ awtoritajiet kompetenti li jkunu ddikjaraw emerġenza u wara l-verifika skont l-Artikolu 10(5), u fejn ir-raġunijiet għal dawn l-emerġenzi huma relatati ma' xulxin, il-Kummissjoni għandha tiddikjara, kif xieraq, emerġenza fuq livell reġjonali jew tal-Unjoni. Fil-każijiet kollha, il-Kummissjoni, waqt li tuża l-mezzi ta' komunikazzjoni l-aktar xierqa għas-sitwazzjoni, għandha tiġbor l-opinjonijiet u tqis l-informazzjoni kollha rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn. Meta din tivvaluta li l-bażi għall-emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni ma għadhiex aktar tiġġustifika dikjarazzjoni ta' emerġenza, il-Kummissjoni għandha tiddikjara tmiem għall-emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni. Fil-każijiet kollha, il-Kummissjoni għandha tagħti r-raġunijiet tagħha u għandha tinforma lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-1.  Fil-kuntest tal-Unjoni tal-Enerġija futura, is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija hija ta' importanza kbira. L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw u jikkooperaw mal-ġirien tagħhom meta jiżviluppaw il-politiki tagħhom dwar l-enerġija. Il-Kummissjoni għandha, għal dan l-għan, teżamina kif l-arkitettura attwali ta' miżuri nazzjonali ta' prevenzjoni u ta' rispons għall-emerġenzi tista' tiġi simplifikata kemm fil-livell reġjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għas-servizzi soċjali essenzjali u għall-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali sal-punt li huma koperti mid-definizzjoni ta' klijenti protetti fl-Istat Membru rispettiv.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għas-servizzi soċjali essenzjali u għall-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali sal-punt li huma koperti mid-definizzjoni ta' klijenti protetti fir-reġjun rispettiv.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Jekk l-Istati Membri kkonċernati ma jistgħux jilħqu qbil dwar iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-issukktar tal-provvista lill-konsumaturi li mhumiex djar, servizzi soċjali essenzjali u installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass, u skont l-Artikolu 10(1), tippreżenta valutazzjoni tal-istandard tal-provvista fl-Istati Membri li ddikjaraw il-livell ta' kriżi ta' emerġenza.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjari neċessarji għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 għandhom jiġu miftiehma fost l-Istati Membri li huma mqabbdin direttament ma' xulxin u deskritti fil-pjanijiet ta' emerġenza tar-reġjuni rispettivi tagħhom. Arranġamenti bħal dawn jistgħu jkopru, fost l-oħrajn, il-prezzijiet tal-gass li għandhom jiġu applikati, l-użu tal-interkonnetturi, inkluża l-kapaċità bidirezzjonali, il-volumi tal-gass u l-kopertura tal-kostijiet ta' kumpens. Miżuri bbażati fuq is-suq bħall-irkant għandhom jiġu ppreferuti għall-implimentazzjoni tal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 3. F'każ li l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji neċessarji għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 jiġu emendati, il-pjan ta' emerġenza rilevanti għandu jiġi aġġornat bix-xieraq.

4.  L-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjari neċessarji għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 għandhom jiġu miftiehma fost l-Istati Membri li huma mqabbdin direttament ma' xulxin u deskritti fil-pjanijiet ta' emerġenza tar-reġjuni rispettivi tagħhom. Għal kull raggruppament reġjonali, il-Kummissjoni għandha tħejji qafas minimu għall-mekkaniżmi proposti, li jkopru, fost l-oħrajn, il-prezzijiet tal-gass li għandhom jiġu applikati, l-użu tal-interkonnetturi, inkluża d-disponibilità garantita tal-kapaċità bidirezzjonali, il-volumi tal-gass u l-kopertura tal-kostijiet ta' kumpens. Miżuri bbażati fuq is-suq bħall-irkant għandhom jiġu ppreferuti għall-implimentazzjoni tal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 3. F'każ li l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji neċessarji għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 jiġu emendati, il-pjan ta' emerġenza rilevanti għandu jiġi aġġornat bix-xieraq. Il-Kummissjoni għandha tħejji mudell ta' arranġamenti ta' solidarjetà, inklużi l-klawżoli mudell, u tippubblikahom.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-paragrafu 2 għandu japplika mill-1 ta' Marzu 2019.

5.  Il-paragrafu 2 għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2018.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Jekk l-Istati Membri ma jaqblux fuq l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji neċessarji, il-Kummissjoni tista' tipproponi qafas għal tali miżuri fl-opinjoni u d-deċiżjoni tagħha dwar il-pjanijiet.

6.  Jekk l-Istati Membri ma jaqblux fuq l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji neċessarji, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa qafas għal tali miżuri fl-opinjoni u d-deċiżjoni tagħha dwar il-pjanijiet.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6 – punt a – punt vi

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vi)  kundizzjonijiet għas-sospensjoni tat-twassil ta' gass.

(vi)  kundizzjonijiet għan-negozjar mill-ġdid u għas-sospensjoni tat-twassil ta' gass.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 6 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  lill-awtorità kompetenti u lill-Kummissjoni immedjatament wara l-konklużjoni jew il-modifika tagħhom, il-kuntratti itwal minn sena (1) tal-provvista tal-gass konklużi jew modifikati wara [OP: Please insert the date of entry in force of this Regulation] li individwalment jew b'mod kumulattiv ma' kuntratti oħra mal-istess fornitur jew l-affiljati tiegħu jagħtu aktar minn 40% tal-konsum tal-gass naturali fl-Istat Membru kkonċernat. L-obbligu ta' notifika ma għandux japplika għall-modifiki relatati biss mal-prezz tal-gass. L-obbligu ta' notifika għandu japplika wkoll għall-ftehimiet kummerċjali rilevanti kollha għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt tal-provvista tal-gass.

(b)  lill-awtorità kompetenti u lill-Kummissjoni immedjatament wara l-konklużjoni jew il-modifika tagħhom, il-kuntratti mal-istess fornituri minn pajjiż terz jew mill-affiljati tiegħu, li jkunu itwal minn sena (1) konklużi jew modifikati wara [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] li individwalment jew b'mod kumulattiv ma' kuntratti ta' impriżi oħra tal-gass naturali fl-istess suq mal-istess fornitur jew l-affiljati tiegħu jaqbżu l-limitu ta' 8 biljun metru kubu jew jagħtu aktar minn 40 % tat-total annwali tal-importazzjoni tal-gass minn pajjiżi terzi lill-Istat Membru kkonċernat. L-obbligu ta' notifika ma għandux japplika għall-prezz tal-gass. L-obbligu ta' notifika għandu japplika wkoll għall-ftehimiet kummerċjali rilevanti kollha għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt tal-provvista tal-gass. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw kull sena l-istruttura tal-provvista tas-suq u jinfurmaw lill-impriżi rilevanti tal-gass naturali meta jinqabeż il-limitu ta' 40 %. Din l-informazzjoni għandha tkun ikkomunikata mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju ta' kull sena għas-sena li tippreċedi s-sena li fiha l-limitu jkun ikkalkulat.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8a.  Fil-każ ta' identifikazzjoni ta' xi dispożizzjonijiet kontradittorji għad-dritt tal-Unjoni waqt il-valutazzjoni tal-kuntratti tal-provvista tal-gass previsti skont il-punt (b) tal-paragrafu 6 u skont il-paragrafu 7, il-Kummissjoni għandha tinforma l-entità u l-Awtorità Kompetenti rispettivi u titlob tibdil fihom billi telimina d-dispożizzjonijiet kuntrarji għad-dritt tal-Unjoni. L-entità jew l-Awtorità Kompetenti tista' tistieden lill-Kummissjoni tipparteċipa fit-taħdidiet li għandhom l-għan li jeliminaw l-inkompatibilitajiet mad-dritt tal-Unjoni.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9a.  Il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-informazzjoni li tasal skont dan l-Artikolu fit-tfassil ta' lista ta' prattiki tajba kif ukoll ta' klawsoli abbużivi għar-riferiment tal-awtoritajiet kompetenti u tal-impriżi nazzjonali.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ġie stabbilit Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass sabiex jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-miżuri li jikkonċeraw is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Il-Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri, b'mod partikolari mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, kif ukoll mill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-"Aġenzija"), mill-ENTSO tal-Gass u mill-korpi rappreżentattivi tal-industrija kkonċernata u dawk ta' klijenti rilevanti. Il-Kummissjoni għandha, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri, tiddeċiedi fuq il-kompożizzjoni tal-Grupp, filwaqt li tiżgura li huwa rappreżentattiv għalkollox. Il-Kummissjoni għandha tippresjedi l-Grupp. Il-Grupp għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

1.  Ġie stabbilit Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass sabiex jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-miżuri li jikkonċernaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Il-Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri, b'mod partikolari mill-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom, kif ukoll mill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-"Aġenzija"), mill-ENTSO tal-Gass u mill-korpi rappreżentattivi tal-industrija kkonċernata u dawk ta' klijenti rilevanti. Il-Kummissjoni għandha, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri, tiddeċiedi fuq il-kompożizzjoni tal-Grupp, filwaqt li tiżgura li huwa rappreżentattiv għalkollox. Il-Kummissjoni għandha tippresjedi l-Grupp. Il-Grupp għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  It-tieni sentenza tal-Artikolu 3(2), l-Artikolu 3(6), l-Artikolu 4(3), (4) u (6), l-Artikolu 5(2), il-punt (d) tal-Artikolu 6(1), il-punti (b) u (e) tal-Artikolu 7(5), il-punti (e), (g), (i), tal-Artikolu 8(1), il-punt (b) u (ċ) tal-Artikolu 8(4), il-punti (j) u (m) tal-Artikolu 9(1) u 9(4), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 12 għandha toħloq obbligi għall-Istati Membri lejn il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija:

1.  It-tieni sentenza tal-Artikolu 3(2), l-Artikolu 3(6), l-Artikolu 4(3), (4) u (6), l-Artikolu 5(2), il-punt (d) tal-Artikolu 6(1), il-punti (b) u (e) tal-Artikolu 7(5), il-punti (e), (g), (i), tal-Artikolu 8(1), il-punt (b) u (ċ) tal-Artikolu 8(4), il-punti (j), (ja) u (m) tal-Artikolu 9(1) u 9(4), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 12 għandha toħloq obbligi għall-Istati Membri lejn il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija:

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Fil-każ li jiġi applikat il-prinċipju ta' solidarjetà msemmi fl-Artikolu 12, il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija għandhom jipprovdu l-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-viċinat b'informazzjoni suffiċjenti bi qbil mal-Artikolu 13.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Miżuri biex tiġi salvagwardjata s-sigurtà tal-provvista tal-gass

Referenzi

COM(2016)0052 – C8-0035/2016 – 2016/0030(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

7.3.2016

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

7.3.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Tomasz Piotr Poręba

17.3.2016

Eżami fil-kumitat

16.6.2016

Data tal-adozzjoni

8.9.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

9

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Victor Boştinaru, Steeve Briois, Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, Michela Giuffrida, Krzysztof Hetman, Ivan Jakovčić, Marc Joulaud, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Jens Nilsson, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Monika Smolková, Maria Spyraki, Ramón Luis Valcárcel Siso, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Olbrycht, Dimitrios Papadimoulis

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Czesław Hoc, Karol Karski, Julia Reda, Tatjana Ždanoka

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Miżuri biex tiġi salvagwardjata s-sigurtà tal-provvista tal-gass

Referenzi

COM(2016)0052 – C8-0035/2016 – 2016/0030(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

10.2.2016

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

7.3.2016

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

7.3.2016

ECON

7.3.2016

ENVI

7.3.2016

IMCO

7.3.2016

TRAN

7.3.2016

REGI

7.3.2016

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

12.5.2016

ENVI

21.3.2016

IMCO

15.3.2016

TRAN

14.3.2016

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Jerzy Buzek

23.2.2016

Eżami fil-kumitat

20.4.2016

14.6.2016

12.7.2016

Data tal-adozzjoni

13.10.2016

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

5

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nikolay Barekov, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, Roger Helmer, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Ernest Maragall, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Nadine Morano, Dan Nica, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Herbert Reul, Paul Rübig, Algirdas Saudargas, Neoklis Sylikiotis, Antonio Tajani, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Michał Boni, Rosa D’Amato, Esther de Lange, Cornelia Ernst, Francesc Gambús, Jens Geier, Olle Ludvigsson, Vladimír Maňka, Marian-Jean Marinescu, Clare Moody, Maria Spyraki

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Cramer, Maria Grapini

Data tat-tressiq

20.10.2016