RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jissostitwixxi l-listi tal-proċedimenti ta' insolvenza u l-prattikanti fl-insolvenza fl-Annessi A u B tar-Regolament (UE) Nru 2015/848 dwar proċedimenti ta' insolvenza
23.11.2016 - (COM(2016)0317 – C8-0196/2016 – 2016/0159(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Tadeusz Zwiefka
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jissostitwixxi l-listi tal-proċedimenti ta' insolvenza u l-prattikanti fl-insolvenza fl-Annessi A u B tar-Regolament (UE) Nru 2015/848 dwar proċedimenti ta' insolvenza
(COM(2016)0317 – C8-0196/2016 – 2016/0159(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0317),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0196/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0324/2016),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 3 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din l-emenda tirrifletti l-pożizzjoni tar-Renju Unit fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni skont il-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda f'dak li jikkonċerna l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja Ir-Renju Unit ipparteċipa fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) dwar proċedimenti ta' insolvenza. | |||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din l-emenda tirrifletti l-pożizzjoni tal-Irlanda fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni skont il-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda f'dak li jikkonċerna l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja L-Irlanda pparteċipat fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) dwar proċedimenti ta' insolvenza. Il-possibilità tal-Irlanda li taċċetta dan ir-regolament il-ġdid li jemenda l-Annessi A u B tar-Regolament (UE) 2015/848 dejjem se tibqa' miftuħa wara l-adozzjoni tiegħu skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi hawn fuq. | |||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Din l-emenda hija ta' natura teknika u tallinja l-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-regolament emendatorju ma' dak tar-Regolament (UE) 2015/848 dwar proċedimenti ta' insolvenza, li r-regolament imsemmi l-ewwel biħsiebu jemenda. Dan jikkontribwixxi biex ikun hemm ċertezza tad-dritt. |
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-Regolament (UE) Nru 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (tfassil mill-ġdid)[1], minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament") daħal fis-seħħ fis-26 ta' Ġunju 2015. Ir-Regolament ser japplika mis-26 ta' Ġunju 2017, bl-eċċezzjoni tal-parti marbuta mas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri nazzjonali ta' insolvenza, li ser tapplika mis-26 ta' Ġunju 2019.
Dan ir-Regolament jinkludi bħala Annessi listi ta' proċedimenti ta’ insolvenza u prattikanti fl-insolvenza rilevanti għall-applikazzjoni tiegħu. L-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 2015/848 jelenka l-proċedimenti ta' insolvenza msemmija fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament. L-Anness B jelenka l-prattikanti fl-insolvenza msemmija fil-punt (5) tal-Artikolu 2.
F'Diċembru 2015, il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar riforma sostanzjali fid-dritt nazzjonali tagħha dwar ir-ristrutturar, li kellha tkun effettiva mill-1 ta' Jannar 2016, u talbet modifika għal-listi stabbiliti fl-Annessi A u B tar-Regolament kif xieraq. Skont l-Artikolu 1(1), il-punt (4) tal-Artikolu 2 u l-premessa (9) tar-Regolament, proċedimenti nazzjonali jikkwalifikaw bħala "proċedimenti ta' insolvenza" fil-kuntest tar-Regolament biss jekk ikunu elenkati fl-Anness A tiegħu.
L-Annessi għar-Regolament jistgħu jiġu emendati biss permezz ta' Regolament li għandu jiġi adottat wara proċedura leġiżlattiva ordinarja, skont il-bażi ġuridika li fuqha kien adottat ir-Regolament oriġinali, jiġifieri l-Artikolu 81 tat-TFUE.
Il-Kummissjoni eżaminat jekk it-talba tal-Polonja kenitx konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament u ppreżentat proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-għan li tiżgura li, saż-żmien tal-applikazzjoni tiegħu, il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament imfassal mill-ġdid se jkun aġġustat skont il-qafas ġuridiku attwali dwar il-leġiżlazzjoni ta' insolvenza tal-Polonja. F'dan il-kuntest, il-proposta tal-Kummissjoni hija ta' natura purament teknika. Ma fiha l-ebda tibdil sostanzjali għar-Regolament.
Ir-Rapporteur tagħkom jaqbel mal-iskop tal-proposta u mal-kontenut tagħha b'mod ġenerali. Madankollu jqis li għandhom isiru tliet emendi ta' natura teknika. L-ewwel tnejn jirriflettu l-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda rispettivament fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni skont il-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda f'dak li jikkonċerna l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja It-tielet emenda tallinja l-bidu tal-applikazzjoni tar-regolament emendatorju ma' dak tar-Regolament (UE) 2015/848.
- [1] ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Proċedimenti ta’ insolvenza u prattikanti fl-insolvenza |
||||
Referenzi |
COM(2016)0317 – C8-0196/2016 – 2016/0159(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
30.5.2016 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 6.6.2016 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 6.6.2016 |
LIBE 6.6.2016 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ECON 15.9.2016 |
LIBE 11.7.2016 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Tadeusz Zwiefka 14.6.2016 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
12.7.2016 |
5.9.2016 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
8.11.2016 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
19 0 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Enrico Gasbarra, Mary Honeyball, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Daniel Buda, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Stefano Maullu, Virginie Rozière |
||||
Data tat-tressiq |
23.11.2016 |
||||