dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi
pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11309/1/2016 – C8-0403/2016),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2012(1),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0498),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0325/2016),
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Fit-12 ta' Settembru 2012, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 1342/2008 (COM(2012) 498 final) bl-għan li jittejbu u jiġu kkjarifikati d-dispożizzjonijiet ta' dan tal-aħħar. Fid-19 ta' Diċembru 2012, il-Kunsill, mingħajr ma inkluda d-dispożizzjonijiet kollha tal-proposta għal regolament (COM(2012) 498 final), adotta regolament, filwaqt li għażel bħala bażi legali l-Artikolu 43(3) TFUE u fejn inkluda biss l-emendi relatati mal-Artikoli 9 u 12 tar-Regolament Nru 1342/2008. Azzjonijiet għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE ittieħdu fl-14 ta' Marzu 2013, kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-Kummissjoni. Permezz ta' digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' April 2013, il-Kawżi C‑124/13 (Parlament) u C‑125/13 (Kummissjoni) ingħaqdu flimkien għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u orali, kif ukoll tas-sentenza. B’mod simili, permezz ta' digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Settembru 2013, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika tal-Polonja ġew ammessi sabiex jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kunsill. Il-Qorti tat is-sentenza tagħha fl-1 ta' Diċembru 2015 u annullat ir-Regolament tal-Kunsill, li jfisser li l-Qorti tal-Ġustizzja qablet mal-Parlament u l-Kummissjoni.
Sadattant, il-Parlament, wara vot fil-Kumitat PECH fit-23 ta’ April 2013, adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fil-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta tal-Kummissjoni. Wara s-sentenza tal-QEĠ, il-Kumitat PECH adotta mandat għan-negozjati mal-Kunsill fid-19 ta' April 2016 u l-fajl ġie konkluż fi trilogu uniku fid-29 ta' Ġunju 2016. Il-ftehim, li jimplimenta l-prinċipji tal-Politika Komuni tas-Sajd il-ġdida u jappoġġa l-implimentazzjoni tagħha, ġie aċċettat mill-Kumitat PECH fil-11 ta' Lulju 2016.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu
L-istabbiliment ta’ pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari
6.10.2016
Kumitat responsabbli
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
PECH
6.10.2016
Rapporteurs
Data tal-ħatra
Diane Dodds
4.2.2015
Eżami fil-kumitat
11.10.2016
Data tal-adozzjoni
9.11.2016
Riżultat tal-votazzjoni finali
+:
–:
0:
16
0
0
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Richard Corbett, Diane Dodds, Linnéa Engström, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Ulrike Rodust, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali
Ole Christensen, Jørn Dohrmann, Francisco José Millán Mon