Proċedura : 2016/0027(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0327/2016

Testi mressqa :

A8-0327/2016

Dibattiti :

PV 14/03/2017 - 16
CRE 14/03/2017 - 16

Votazzjonijiet :

PV 15/03/2017 - 9.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0082

RAPPORT     ***I
PDF 980kWORD 100k
14.11.2016
PE 580.792v01-00 A8-0327/2016

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-banda ta' frekwenzi 470-790 MHz fl-Unjoni

(COM(2016)0043 – C8-0020/2016 – 2016/0027(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Patrizia Toia

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-banda ta' frekwenzi 470-790 MHz fl-Unjoni

(COM(2016)0043 – C8-0020/2016 – 2016/0027(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0043),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0020/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Mejju 2016(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0327/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fil-programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (RSPP) stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stabbilixxew l-għanijiet li jiġu identifikati tal-inqas 1 200 MHz tal-ispettru adatt għall-broadband mingħajr fili tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni sal-2015, li jingħata appoġġ għall-iżvilupp ulterjuri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva innovattivi billi jiġi żgurat spettru suffiċjenti għall-provvista satellitari u terrestri ta' servizzi bħal dawn, jekk il-ħtieġa tkun sostanzjata b'mod ċar, u li jiġi żgurat spettru suffiċjenti għal ħolqien ta' programmi u avvenimenti speċjali (PMSE).

(1)  Fil-programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (RSPP) stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stabbilixxew l-għanijiet li jiġu identifikati tal-inqas 1 200 MHz tal-ispettru adatt għall-broadband mingħajr fili tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni sal-2015, li jingħata appoġġ għall-iżvilupp ulterjuri tas-servizzi tax-xandir innovattivi billi jiġi żgurat spettru suffiċjenti għall-provvista satellitari u terrestri ta' servizzi bħal dawn, jekk il-ħtieġa tkun sostanzjata b'mod ċar, u li jiġi żgurat spettru suffiċjenti għal ħolqien ta' programmi u avvenimenti speċjali (PMSE).

__________________

__________________

20 Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).

20 Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).

Emenda    2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fl-istrateġija tagħha għas-suq uniku diġitali (DSM)21, il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza ta' banda ta' frekwenzi ta' 694-790 MHz ("700 MHz") biex tiżgura l-provvista ta' servizzi tal-broadband f'żoni rurali u tenfasizza l-ħtieġa għal rilaxx ikkoordinat ta' dik il-banda ta' frekwenzi, filwaqt li takkomoda l-ħtiġijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva.

(2)  Fl-istrateġija tagħha għas-suq uniku diġitali (DSM)21, il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza ta' banda ta' frekwenzi ta' 694-790 MHz ("700 MHz") biex tiżgura l-provvista ta' servizzi tal-broadband f'żoni rurali u tenfasizza l-ħtieġa għal rilaxx ikkoordinat ta' dik il-banda ta' frekwenzi sabiex jiġu żgurati l-aċċess u l-konnettività, filwaqt li takkomoda l-ħtiġijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni ta' servizzi tax-xandir. It-tnaqqis tad-distakk diġitali, f'termini kemm ta' kopertura kif ukoll ta' għarfien, huwa aspett importanti li għandu jkun prijorità, mingħajr ma jinħolqu distakki ġodda meta l-utenti jibdew jużaw teknoloġiji ġodda.

__________________

__________________

21 Ara http://ec.europa.eu/priorities/digital-single-market/index_en.htm.

21 Ara http://ec.europa.eu/priorities/digital-single-market/index_en.htm.

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  It-titjib tal-ġestjoni tal-ispettru huwa kundizzjoni biex titwettaq il-qalba industrijali għall-5G, li tqiegħed lill-Ewropa fiċ-ċentru tal-innovazzjoni u biex jinħoloq ambjent favorevoli biex jiżviluppaw in-netwerks u s-servizzi diġitali, sabiex b'hekk jiġi mmassimizzat il-potenzjal ta' tkabbir tal-ekonomija diġitali. L-ekonomija Ewropea se jkollha dejjem iżjed fil-qalba tagħha s-soċjetà diġitali, u dan jirrikjedi kopertura universali tan-netwerk sabiex jiġu żviluppati servizzi relatati mal-Internet tal-Oġġetti, il-kummerċ elettroniku, u s-servizzi ta' cloud computing Ewropej, u sabiex jinkisbu l-benefiċċji sħaħ tal-Industrija 4.0 madwar l-Ewropa.

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Il-banda ta' frekwenzi ta' "700 MHz" tirrappreżenta opportunità għal spettru armonizzat u kkoordinat globalment għall-broadband mingħajr fili li joffri ekonomiji ta' skala. Dik il-banda għandha tippermetti li jiġu żviluppati servizzi diġitali innovattivi ġodda f'żoni urbani u f'żoni rurali jew remoti, bħas-Saħħa Elettronika u s-Saħħa Mobbli, appoġġati minn telefowns ċellulari, apparat għall-monitoraġġ tal-pazjenti u apparat ieħor mingħajr fili, kif ukoll netwerks intelliġenti tal-enerġija.

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 intitolata Lejn Att dwar is-Suq Uniku Diġitali1a, il-Parlament Ewropew ifakkar lill-Istati Membri dwar l-impenn tagħhom biex sal-2020 jilħqu d-dħul fl-użu sħiħ ta' mill-inqas mira minima ta' veloċitajiet ta' 30 Mbps, jenfasizza li l-ispettru tar-radju huwa riżorsa ta' importanza kritika għall-kompetittività futura tal-Unjoni u jitlob, bħala prijorità, qafas armonizzat u favur il-kompetizzjoni għall-assenjazzjoni tal-ispettru u l-ġestjoni effettiva tal-ispettru.

 

__________________

 

1a Testi adottati, P8_TA(2016)0009.

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Spettru fil-banda ta' frekwenzi ta' 470-790 MHz huwa vantaġġ siewi għall-varar kosteffikaċi ta' netwerks mingħajr fili b'kopertura universali fuq ġewwa u fuq barra. Dan l-ispettru bħalissa qed jintuża fl-Unjoni kollha għat-televiżjoni diġitali terrestri (DTT) u t-tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE. Huwa jappoġġja l-iżvilupp tas-setturi tal-midja, is-setturi kulturali u kreattivi, li jistrieħu b'mod estensiv fuq din ir-riżorsa tal-ispettru mingħajr fili fil-provvista ta' kontenut lil udjenzi tal-massa.

(3)  L-ispettru huwa ġid pubbliku. Dan huwa, fil-banda ta' frekwenzi ta' 470-790 MHz, vantaġġ siewi għall-varar kosteffikaċi ta' netwerks mingħajr fili b'kopertura universali fuq ġewwa u fuq barra. Dan l-ispettru bħalissa qed jintuża fl-Unjoni kollha għat-televiżjoni diġitali terrestri (DTT) u t-tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE. Għaldaqstant, dan huwa prerekwiżit għall-aċċess u d-disseminazzjoni ta' kontenut kulturali u ta' informazzjoni u ideat. Huwa jappoġġja, b'mod parallel ma' forom ġodda ta' distribuzzjoni, l-iżvilupp tas-setturi tal-midja, is-setturi kulturali, kreattivi u tar-riċerka, li jistrieħu b'mod estensiv fuq din ir-riżorsa tal-ispettru mingħajr fili fil-provvista ta' kontenut lil udjenzi tal-massa.

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  L-allokazzjoni tal-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz għandha tkun strutturata b'tali mod li tiffaċilita l-kompetizzjoni u għandha titwettaq b'mod li ma jxekkilx il-kompetizzjoni eżistenti iżda li jiffaċilita kompetizzjoni ġdida.

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Għar-Reġjun 1, li jinkludi l-Unjoni, ir-Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni adottati mill-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni allokaw il-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz għas-servizz tax-xandir u tal-mowbajls (ħlief il-mowbajl aeronawtiku) fuq bażi koprimarja, u l-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz ("taħt 700 MHz") esklużivament għas-servizz tax-xandir, fuq bażi primarja, u għall-użu tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE, fuq bażi sekondarja.

(4)  Għar-Reġjun 1, li jinkludi l-Unjoni, ir-Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni adottati mill-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni fl-2015 allokaw il-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz għas-servizz tax-xandir u għas-servizzi mobbli (ħlief is-servizzi mobbli ajrunawtiċi) fuq bażi koprimarja, u l-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz ("taħt 700 MHz") baqgħet allokata esklużivament għas-servizz tax-xandir, fuq bażi primarja, u għall-użu tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE, fuq bażi sekondarja.

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Minħabba t-traffiku tal-broadband mingħajr fili li dejjem qed jikber b'mod rapidu, il-kapaċità msaħħa tan-netwerk mingħajr fili saret neċessità. Spettru fil-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz jipprovdi kemm kapaċità addizzjonali u kopertura universali, b'mod partikolari għaż-żoni rurali u remoti ekonomikament diffiċli, għall-użu fuq ġewwa, kif ukoll għal komunikazzjonijiet tat-tip mekkanizzat fuq firxa wiesgħa. F'dan il-kuntest, il-miżuri koerenti għal kopertura terrestri mingħajr fili ta' kwalità għolja madwar l-Unjoni, li jserrħu fuq l-aħjar prattika nazzjonali għall-obbligi ta' liċenzja għall-operaturi, għandhom jimmiraw li jilħqu l-objettiv tal-RSPP li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal veloċitajiet tal-broadband ta' mhux anqas minn 30 Mb/s sal-2020. B'dan il-mod, il-miżuri se jippromwovu servizzi diġitali innovattivi u jiżguraw benefiċċji soċjoekonomiċi fit-tul.

(5)  Minħabba t-traffiku tal-broadband mingħajr fili li qed jikber b'mod rapidu u l-importanza ekonomika, industrijali u soċjali dejjem tikber tal-ekonomija diġitali, il-kapaċità msaħħa tan-netwerk mingħajr fili saret neċessità. Spettru fil-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz jipprovdi kemm kapaċità addizzjonali u kopertura universali, b'mod partikolari għaż-żoni rurali, muntanjużi u insulari u żoni remoti oħra ekonomikament diffiċli, għall-użu fuq ġewwa, kif ukoll għal komunikazzjonijiet tat-tip mekkanizzat fuq firxa wiesgħa. F'dan il-kuntest, il-miżuri koerenti u kkoordinati għal kopertura terrestri mingħajr fili ta' kwalità għolja madwar l-Unjoni, li jserrħu fuq l-aħjar prattika nazzjonali għall-obbligi ta' liċenzja għall-operaturi, għandhom jimmiraw li jilħqu l-objettiv tal-RSPP li ċ-ċittadini kollha madwar l-Unjoni għandu jkollhom aċċess għall-ogħla veloċitajiet possibbli tal-broadband, u mhux anqas minn 30 Mb/s, sal-2020, kif ukoll li jiksbu viżjoni ambizzjuża ta' "soċjetajiet gigabit" fl-Unjoni. B'dan il-mod, il-miżuri se jippromwovu servizzi diġitali innovattivi u jiżguraw benefiċċji soċjoekonomiċi fit-tul.

Emenda    10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-5G se jkollha impatt kbir mhux biss fuq is-settur diġitali, iżda anki fuq l-ekonomiji b'mod ġenerali. Speċjalment fid-dawl tad-diffużjoni kajmana tal-4G u s-servizzi korrispondenti, it-tnedija b'suċċess tal-5G fl-Unjoni se tkun kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku u għall-kompetittività u l-produttività tal-ekonomija Ewropea. Għalhekk jeħtieġ li l-Ewropa tieħu rwol mexxej billi tiżgura spettru suffiċjenti għat-tnedija u l-iżvilupp b'suċċess tal-5G.

Emenda    11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-qsim tal-ispettru fi ħdan banda ta' frekwenzi komuni bejn użu tal-broadband mingħajr fili bidirezzjonali (uplink u downlink), minn naħa, u xandir televiżiv unidirezzjonali jew użu tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE, min-naħa l-oħra, huwa teknikament diffiċli. Dan ifisser li l-għoti ta' skop ġdid għall-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili, bidirezzjonali u terrestri, iċaħħad lill-utenti tad-DTT u tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE minn parti ta' riżorsi tal-ispettru tagħhom. Is-setturi tal-PMSE u tad-DTT għalhekk jeħtieġu prevedibbiltà regolatorja fit-tul dwar id-disponibbiltà ta' spettru suffiċjenti, sabiex ikunu jistgħu jitħarsu l-għoti sostenibbli u l-iżvilupp ta' dawn is-servizzi, b'mod partikolari tat-televiżjoni free-to-view. Jista' jkun hemm bżonn ta' miżuri fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni biex jiżguraw riżorsi addizzjonali tal-ispettru għall-użu tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE barra l-banda ta' frekwenzi 470-790 MHz.

(6)  Il-qsim tal-ispettru fi ħdan banda ta' frekwenzi komuni bejn użu tal-broadband mingħajr fili bidirezzjonali (uplink u downlink), minn naħa, u xandir televiżiv unidirezzjonali jew użu tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE, min-naħa l-oħra, huwa teknikament diffiċli. Dan ifisser li l-għoti ta' skop ġdid għall-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili, bidirezzjonali u terrestri, iċaħħad lill-utenti tad-DTT u tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE minn parti ta' riżorsi tal-ispettru tagħhom. Is-setturi tal-PMSE u tad-DTT għalhekk jeħtieġu prevedibbiltà regolatorja fit-tul dwar id-disponibbiltà ta' spettru suffiċjenti, sabiex ikunu jistgħu jitħarsu l-għoti sostenibbli u l-iżvilupp ta' dawn is-servizzi, b'mod partikolari tat-televiżjoni free-to-view, filwaqt li jiġi żgurat ambjent xieraq għall-investimenti, u sabiex ikunu jistgħu jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi tal-politika awdjoviżiva nazzjonali u Ewropea, bħall-koeżjoni soċjali, il-pluraliżmu tal-midja u d-diversità kulturali. Jista' jkun hemm bżonn ta' miżuri fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni biex jiżguraw riżorsi addizzjonali tal-ispettru għall-użu tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE barra l-banda ta' frekwenzi 470-790 MHz.

Emenda    12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Fir-rapport tiegħu lill-Kummissjoni ("ir-rapport Lamy")22, Pascal Lamy, President tal-Grupp ta' livell għoli dwar l-użu fil-ġejjieni tal-banda ta' frekwenzi 470-790 MHz, irrakkomanda li l-frekwenza 700 MHz issir disponibbli għall-broadband mingħajr fili sal-2020 (+/- sentejn). Dan se jgħin biex jintlaħaq l-għan fit-tul ta' prevedibbiltà regolatorja għad-DTT biex jinkiseb aċċess għal banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz sal-2030, għalkemm dan għandu jiġi rivedut sal-2025. Ir-rapport Lamy jirrakkomanda wkoll flessibbiltà nazzjonali fl-użu tal-ispettru tal-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz, li huwa limitat għal downlink-only. Id-downlink-only hija r-restrizzjoni tat-trażmissjonijiet kollha f'sistema mingħajr fili, tkun xi tkun it-teknoloġija tagħha, għat-trażmissjoni unidirezzjonali minn stazzjonijiet ta' infrastruttura ċentrali bħal torri tax-xandir tat-TV jew stazzjon ta' bażi mobbli lejn terminali portabbli jew mobbli bħal settijiet tat-televixin jew settijiet tat-telefown ċellulari.

(7)  Fir-rapport tiegħu lill-Kummissjoni ("ir-rapport Lamy")22, Pascal Lamy, President tal-Grupp ta' livell għoli dwar l-użu fil-ġejjieni tal-banda ta' frekwenzi 470-790 MHz, irrakkomanda li l-frekwenza 700 MHz issir disponibbli għall-broadband mingħajr fili sal-2020 (+/- sentejn). Dan se jgħin biex jintlaħaq l-għan fit-tul ta' prevedibbiltà regolatorja għad-DTT biex jinkiseb aċċess għal banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz sal-2030, għalkemm dan għandu jiġi rivedut sal-2025. Ir-rapport Lamy jirrakkomanda wkoll "alternattiva ta' flessibbiltà" li tinvolvi l-istudju ta' xenarji li jippermettu li l-ispettru fil-banda ta' frekwenzi ta' taħt is-700 MHz jintuża għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għal finijiet ta' downlink-only f'każijiet fejn id-domanda għad-DTT fil-livell nazzjonali ma tkunx teżisti jew tkun qed tonqos. Id-downlink-only hija r-restrizzjoni tat-trażmissjonijiet kollha f'sistema mingħajr fili, tkun xi tkun it-teknoloġija tagħha, għat-trażmissjoni unidirezzjonali minn stazzjonijiet ta' infrastruttura ċentrali bħal torri tax-xandir tat-TV jew stazzjon ta' bażi mobbli lejn terminali portabbli jew mobbli bħal settijiet tat-televixin jew settijiet tat-telefown ċellulari.

__________________

__________________

22 Ir-rapport tas-Sur Pascal Lamy huwa disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/digital-agenda/en/news/report-results-work-high-level-group-future-use-uhf-band.

22 Ir-rapport tas-Sur Pascal Lamy huwa disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/digital-agenda/en/news/report-results-work-high-level-group-future-use-uhf-band.

Emenda    13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG) jirrakkomanda fl-opinjoni tiegħu dwar strateġija fit-tul għall-użu fil-ġejjieni tal-banda ta' frekwenzi ta' 470-790 MHz fl-Unjoni ("Opinjoni tal-RSPG") l-adozzjoni ta' approċċ koordinat fl-Unjoni kollha biex il-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz issir disponibbli għal użu effettiv għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili sa tmiem l-2020. Dan għandu jsir flimkien ma' garanzija ta' disponibbiltà fit-tul sal-2030 tal-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz għall-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva downlink-only. L-RSPG jirrakkomanda, b'mod partikolari, l-introduzzjoni tal-flessibilità sabiex il-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz tista' tintuża wkoll għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili għal finijiet ta' downlink-only.

(8)  Il-Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG) jirrakkomanda fl-opinjoni tiegħu dwar strateġija fit-tul għall-użu fil-ġejjieni tal-banda ta' frekwenzi 470-790 MHz fl-Unjoni ("Opinjoni tal-RSPG") l-adozzjoni ta' approċċ koordinat fl-Unjoni kollha biex il-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz issir disponibbli għal użu effettiv għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili sa tmiem l-2020. L-Istati Membri, madankollu, għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu abbażi ta' raġunijiet debitament ġustifikati li jdewmu d-disponibbiltà tal-banda sa massimu ta' sentejn. Tali approċċ ikkoordinat għandu jsir flimkien ma' garanzija ta' disponibbiltà fit-tul sal-2030 tal-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz għall-forniment ta' servizzi tax-xandir.

Emenda    14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Fil-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta' Settembru 2013 dwar is-Suq Uniku tat-Telekomunikazzjonijiet, il-Kummissjoni enfasizzat kif l-iskemi nazzjonali tal-assenjazzjoni tal-ispettru jirriżultaw f'suq uniku diġitali fframmentat, minħabba li d-differenzi fiż-żmien, fil-kundizzjonijiet u fl-ispejjeż tal-proċeduri għall-akkwist tal-ispettru jnaqqsu r-ritmu tal-investiment, u jagħmluha diffiċli li jiġu żviluppati netwerks integrati mingħajr fili bejn il-pajjiżi.

Emenda    15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Billi xi Stati Membri diġà nedew jew lestew proċess nazzjonali li jawtorizzaw l-użu tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili, terrestri u bidirezzjonali, l-Unjoni għandha tieħu azzjoni immedjata sabiex tevita l-frammentazzjoni tas-suq uniku. Dak li hemm bżonn huwa approċċ koordinat tal-użu tal-banda ta' frekwenzi 470-790 MHz fil-ġejjieni, li għandu wkoll jipprovdi prevedibbiltà regolatorja, jibbilanċja d-diversità bejn l-Istati Membri b'għanijiet ta' suq uniku u jippromwovi pożizzjoni koerenti tal-Unjoni fix-xena internazzjonali. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jintalbu li jagħtu skop ġdid lill-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz b'mod f'waqtu skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali.

(9)  Billi xi Stati Membri diġà nedew jew lestew proċess nazzjonali li jawtorizzaw l-użu tal-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili, terrestri u bidirezzjonali, l-Unjoni għandha tieħu azzjoni immedjata sabiex tevita l-frammentazzjoni tas-suq uniku. Dak li hemm bżonn huwa approċċ koordinat tal-użu tal-banda ta' frekwenzi 470-790 MHz fil-ġejjieni, li għandu wkoll jipprovdi prevedibbiltà regolatorja, jibbilanċja d-diversità bejn l-Istati Membri b'għanijiet ta' suq uniku u jippromwovi pożizzjoni koerenti tal-Unjoni fix-xena internazzjonali. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jintalbu li jagħtu skop ġdid lill-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz b'mod f'waqtu skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, filwaqt li jitqiesu s-sitwazzjonijiet speċifiċi tal-Istati Membri bħalma huma l-liċenzji eżistenti, l-ispejjeż għoljin wisq u mhux raġonevoli għall-migrazzjoni jew għall-allokazzjoni mill-ġdid, li jaqbżu d-dħul miksub mill-irkant, u l-pożizzjoni ġeografika, b'mod partikolari jekk Stat Membru jkun jinsab fil-periferija tal-Unjoni u jikkondividi fruntiera ma' pajjiż terz.

Emenda    16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jdewmu, abbażi ta' raġunijiet debitament ġustifikati, id-disponibbiltà tal-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz għal sistemi terrestri li jkunu kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili wara l-iskadenza komuni tal-Unjoni tal-2020 għal perjodu massimu ta' sentejn. F'każ li Stat Membru jiddeċiedi li jdewwem id-disponibbiltà tal-banda, huwa għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dan u għandu jinkludu dawk ir-raġunijiet debitament ġustifikati. Tali Stat Membru għandu jikkoopera wkoll ma' Stati Membri ġirien bil-ħsieb li jikkoordina l-proċess tar-rilaxx tal-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz u jinkludi informazzjoni dwar tali koordinazzjoni fil-pjan direzzjonali nazzjonali tiegħu.

Emenda    17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-użu tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband terrestri mingħajr fili għandu jkun suġġett għal reġim flessibbli ta' awtorizzazzjoni mill-aktar fis possibbli. Dan għandu jinkludi l-possibbiltà għad-detenturi tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru li jinnegozjaw u jikru d-drittijiet eżistenti tagħhom fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikoli 9, 9a u 9b tad-Direttiva 2002/21/KE24.

(11)  L-użu tal-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband terrestri mingħajr fili għandu jkun suġġett għal reġim flessibbli ta' awtorizzazzjoni mill-aktar fis possibbli. Dan għandu jinkludi l-possibbiltà għad-detenturi tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru li jinnegozjaw u jikru d-drittijiet eżistenti tagħhom fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikoli 9, 9a u 9b tad-Direttiva 2002/21/KE24, filwaqt li jitqies l-obbligu li tiġi promossa kompetizzjoni effettiva u mingħajr distorsjonijiet fis-suq intern għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE, u filwaqt li jiġi nnutat li matul il-valutazzjonijiet rispettivi tagħhom meta jkunu qegħdin jagħtu liċenzja tal-ispettru, l-Istati Membri, bil-kompetenza sħiħa tagħhom, għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni d-durata tal-liċenzji, il-pjan tan-negozju tal-operaturi, u l-kontribut tiegħu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenda Diġitali, filwaqt li jippromwovu servizzi diġitali innovattivi u benefiċċji soċjoekonomiċi fuq medda twila ta' żmien, minflok ma jimmiraw għal benefiċċju ekonomiku fuq medda qasira ta' żmien mill-għoti ta' liċenzja tal-ispettru lil dak li jagħmel l-ogħla offerta.

__________________

__________________

24 Id-Direttiva Nru 2002/21/KE tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

24 Id-Direttiva Nru 2002/21/KE tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

Emenda    18

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  F'konformità mal-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2002/21/KE, l-Istati Membri għandhom japplikaw approċċ flessibbli fejn ikun possibbli u jistgħu jippermettu l-introduzzjoni ta' użu downlink-only alternattiv bħas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika terrestri tal-broadband mingħajr fili fil-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz skont il-ħtiġijiet nazzjonali għad-distribuzzjoni tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva lill-udjenza tal-massa. Meta jipermettu l-użu downlink-only fil-banda ta' frekwenzi taħt 700 MHz għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika terrestri tal-broadband mingħajr fili, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan l-użu ma jaffettwax l-użu ta' banda taħt 700 MHz għax-xandir diġitali terrestri fi Stati Membri ġirien, kif previst fil-ftehim fil-Konferenza Reġjonali dwar it-Telekomunikazzjoni tal-200625.

(12)  F'konformità mal-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2002/21/KE, l-Istati Membri għandhom japplikaw approċċ flessibbli fejn ikun possibbli u jistgħu jippermettu l-introduzzjoni ta' użu alternattiv bħas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika terrestri tal-broadband mingħajr fili fil-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz skont il-ħtiġijiet nazzjonali għad-distribuzzjoni tas-servizzi tax-xandir lill-udjenza tal-massa, f'każijiet fejn id-domanda għad-DTT fil-livell nazzjonali ma tkunx teżisti jew tkun qed tonqos. Tali xenarji għandhom jiggarantixxu aċċess kontinwu għall-ispettru għad-DTT bħala l-utent primarju, b'suġġett għad-domanda nazzjonali. Meta jipermettu l-użu fil-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika terrestri tal-broadband mingħajr fili, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan l-użu ma jaffettwax l-użu ta' banda taħt 700 MHz għax-xandir diġitali terrestri fi Stati Membri ġirien, kif previst fil-ftehim fil-Konferenza Reġjonali dwar it-Telekomunikazzjoni tal-200625.

__________________

__________________

25 Il-Konferenza tar-Radjukomunikazzjoni Reġjonali tal-2006 għall-ippjanar tas-servizz ta' xandir diġitali terrestri f'partijiet tar-Reġjuni 1 u 3, fil-banda ta' frekwenzi 174-230 MHz u 470-862 MHz (RRC-06) f'Ġinevra.

25 Il-Konferenza tar-Radjukomunikazzjoni Reġjonali tal-2006 għall-ippjanar tas-servizz ta' xandir diġitali terrestri f'partijiet tar-Reġjuni 1 u 3, fil-banda ta' frekwenzi 174-230 MHz u 470-862 MHz (RRC-06) f'Ġinevra.

Emenda    19

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Fi kwalunkwe każ, l-użu tal-ispettru fil-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz għandu jkun ivvalutat mill-ġdid fil-livell tal-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2025. Tali valutazzjoni għandha tqis ukoll ir-rieżami ppjanat ta' din il-banda ta' frekwenzi fil-Konferenza tar-Radjukomunikazzjoni Dinjija fl-2023. It-tibdil fl-użu tal-banda ta' frekwenzi taħt 700 MHz għandu jqis l-iżviluppi teknoloġiċi, l-imġieba tal-konsumatur, l-importanza li jitkompla l-forniment ta' servizz ta' televiżjoni bla ħlas26 u tal-objettivi soċjali, ekonomiċi u kulturali ta' interess ġenerali. F'dan il-kuntest jinħtieġu studji dwar il-kundizzjonijiet tekniċi u regolatorji għal koeżistenza bejn użi tal-ispettru attwali u ġodda fil-banda ta' frekwenza taħt 700 MHz. Dawn jiżguraw koerenza bejn l-approċċi meħuda minn Stati Membri differenti dwar użu flessibbli u effiċjenti tal-ispettru u jippermettu miżuri tekniċi armonizzati għall-użu u l-koeżistenza f'din il-banda. Studji u miżuri bħal dawn jistgħu jiġu żviluppati skont id-Deċiżjoni 676/2002/KE.

(13)  Fi kwalunkwe każ, l-użu tal-ispettru fil-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz għandu jkun ivvalutat mill-ġdid fil-livell tal-Unjoni qabel ir-rieżami ppjanat ta' din il-banda ta' frekwenzi fil-Konferenza tar-Radjukomunikazzjoni Dinjija fl-2023. It-tibdil fl-użu tal-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz għandu jqis l-iżviluppi teknoloġiċi, l-imġieba tal-konsumatur, l-importanza li jitkompla l-forniment ta' servizz ta' televiżjoni bla ħlas26 u tal-objettivi soċjali, ekonomiċi u kulturali ta' interess ġenerali. F'dan il-kuntest jinħtieġu studji dwar il-kundizzjonijiet tekniċi u regolatorji għal koeżistenza bejn użi tal-ispettru attwali u ġodda fil-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz. Dawn jiżguraw koerenza bejn l-approċċi meħuda minn Stati Membri differenti dwar użu flessibbli u effiċjenti tal-ispettru u jippermettu miżuri tekniċi armonizzati għall-użu u l-koeżistenza f'din il-banda. Studji u miżuri bħal dawn jistgħu jiġu żviluppati skont id-Deċiżjoni 676/2002/KE.

__________________

__________________

26 Fl-ispirtu tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva).

26 Fl-ispirtu tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva).

Emenda    20

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Istati Membri għandhom jadottaw pjanijiet nazzjonali koerenti li jiffaċilitaw l-użu tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika terrestri tal-broadband mingħajr fili filwaqt li jiżguraw l-kontinwità tas-servizzi tax-xandir bit-televiżjoni li jiżgombraw il-banda. Ladarba jiġu adottati, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-pjanijiet direzzjonali b'mod trasparenti mal-Unjoni kollha. Il-pjanijiet direzzjonali għandhom ikopru attivitajiet u perjodi ta' żmien għall-ippjanar mill-ġdid tal-frekwenzi, l-iżviluppi tekniċi għal tagħmir ta' netwerk u tal-utent aħħari, il-koeżistenza bejn tagħmir tar-radju u tagħmir mhux tar-radju, ta' reġimi eżistenti u ta' oħrajn ġodda ta' awtorizzazzjoni u informazzjoni dwar il-possibbiltà li jingħata kumpens għal spejjeż ta' migrazzjoni, fejn dawn jinqalgħu, sabiex jiġu evitati, inter alia, l-ispejjeż għall-utenti finali. Fejn l-Istati Membri jkollhom l-intenzjoni li jżommu d-DTT, il-pjanijiet direzzjonali għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex jiffaċilitaw aġġornamenti ta' tagħmir tax-xandir għal aktar teknoloġiji effiċjenti fl-ispettru bħal formati vidjo avvanzati (eż. HEVC) jew teknoloġiji ta' trażmissjoni tas-sinjal (eż. DVB-T2).

(14)  L-Istati Membri għandhom jadottaw pjanijiet nazzjonali koerenti u kkoordinati li jiffaċilitaw l-użu tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika terrestri tal-broadband mingħajr fili filwaqt li jiżguraw l-kontinwità tas-servizzi tax-xandir bit-televiżjoni li jiżgombraw il-banda. Ladarba jiġu adottati, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-pjanijiet direzzjonali b'mod trasparenti mal-Unjoni kollha. Il-pjanijiet direzzjonali għandhom ikopru attivitajiet u perjodi ta' żmien għall-ippjanar mill-ġdid tal-frekwenzi, l-iżviluppi tekniċi għal tagħmir ta' netwerk u tal-utent aħħari, il-koeżistenza bejn tagħmir tar-radju u tagħmir mhux tar-radju, reġimi eżistenti u oħrajn ġodda ta' awtorizzazzjoni, mekkaniżmi biex tiġi evitata interferenza dannuża għall-utenti tal-ispettru f'baned kontigwi u informazzjoni dwar il-possibbiltà li jingħata kumpens għal spejjeż ta' migrazzjoni, fejn dawn jinqalgħu, sabiex jiġu evitati, inter alia, l-ispejjeż għall-utenti finali. Meta l-Istati Membri jkollhom l-intenzjoni li jżommu d-DTT, il-pjanijiet direzzjonali għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex jiffaċilitaw aġġornamenti ta' tagħmir tax-xandir għal aktar teknoloġiji effiċjenti fl-ispettru bħal formati vidjo avvanzati (eż. HEVC) jew teknoloġiji ta' trażmissjoni tas-sinjal (eż. DVB-T2).

Emenda    21

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-ambitu u l-mekkaniżmu ta' kumpens possibbli sabiex titlesta t-tranżizzjoni fl-użu tal-ispettru fi ħdan il-banda ta' frekwenzi 470-790 MHz għandhom ikunu analizzati skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti kif previst fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/20/KE27, u jridu jkunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE.

(15)  L-ambitu u l-mekkaniżmu ta' kumpens possibbli sabiex titlesta t-tranżizzjoni fl-użu tal-ispettru fi ħdan il-banda ta' frekwenzi 470-790 MHz għandhom ikunu analizzati skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti kif previst fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/20/KE27, u jridu jkunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE. F'dan ir-rigward, minħabba l-valur għoli tal-banda għall-użu tal-broadband mingħajr fili, l-Istati Membri għandhom jieħdu vantaġġ mid-dħul mill-proċeduri ta' għoti jew minn tariffi oħrajn, li wieħed jista' jistenna li jeċċedi b'mod sinifikanti l-ispejjeż ta' migrazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kumpens adegwat u fil-pront, sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni fl-użu tal-ispettru. L-Istati Membri għandhom, b'mod partikolari, iqisu l-importanza tal-kumpens fil-pront għall-utenti finali.

__________________

__________________

27 Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, 24.04.2002, p. 21)

27 Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, 24.04.2002, p. 21)

Emenda    22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sat-30 ta' Ġunju 2020, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu tal-banda ta' frekwenzi 694-790 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili biss taħt kundizzjonijiet tekniċi armonizzati stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 676/2002/KE. Fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-proċess ta' awtorizzazzjoni jew jemendaw id-drittijiet eżistenti rilevanti għall-użu tal-ispettru skont id-Direttiva 2002/20/KE, sabiex jippermettu dak l-użu.

1.  Sat-30 ta' Ġunju 2020, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu tal-banda ta' frekwenzi 694-790 ('700 MHz') MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili biss taħt kundizzjonijiet tekniċi armonizzati stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 676/2002/KE. L-Istati Membri jistgħu, madankollu, idewmu d-disponibbiltà tal-banda sa massimu ta' sentejn abbażi ta' raġunijiet debitament ġustifikati b'konformità mal-Anness. Meta Stat Membru jagħmel hekk, huwa għandu jinforma b'dan lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u għandu jinkludi dawk il-ġustifikazzjoni debitament ġustifikati fil-pjan direzzjonali nazzjonali tiegħu adottat skont l-Artikolu 5. Meta jkun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-proċess ta' awtorizzazzjoni jew jemendaw id-drittijiet eżistenti rilevanti għall-użu tal-ispettru skont id-Direttiva 2002/20/KE, sabiex jippermettu dak l-użu.

 

L-Istati Membri li jdewmu l-użu tal-banda ta' frekwenzi ta' 700 Mhz skont l-ewwel subparagrafu għandhom jikkooperaw ma' Stati Membri ġirien bil-ħsieb li jikkoordinaw il-proċess tar-rilaxx tal-banda għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili u jinkludu informazzjoni dwar tali koordinazzjoni fil-pjanijiet direzzjonali nazzjonali tagħhom skont l-Artikolu 5.

Emenda    23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.  Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jorganizzaw u jużaw l-ispettru tagħhom għall-finijiet tal-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika u d-difiża.

Emenda    24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sat-30 ta' Ġunju 2022, l-Istati Membri għandhom jippermettu t-trasferiment jew it-twellija ta' drittijiet tal-użu tal-ispettru għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fil-banda ta' frekwenzi 694-790 MHz.

L-Istati Membri għandhom jippermettu t-trasferiment jew it-twellija ta' drittijiet tal-użu tal-ispettru għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili fil-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz, skont proċeduri miftuħa u trasparenti, mid-data tal-għoti ta' tali drittijiet.

Emenda    25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Istati Membri jawtorizzaw l-użu tal-banda ta' frekwenza 694-790 MHz jew jemendaw id-drittijiet eżistenti li jużaw il-banda ta' frekwenzi 694-790 MHz, huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiġi żgurat livell ta' kwalità għolja ta' kopertura tal-popolazzjoni tagħhom u t-territorju b'veloċità ta' mill-inqas 30 Mb/s, kemm ġewwa kif ukoll barra, inkluż f'żoni ta' prijorità nazzjonali stabbiliti minn qabel, fejn meħtieġ, u tul rotot ewlenin tat-trasport terrestri. Tali miżuri jistgħu jinkludu kundizzjonijiet li jiffaċilitaw jew jinkoraġġixxu l-qsim tal-infrastruttura tan-netwerk jew tal-ispettru f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

1.  Meta l-Istati Membri jawtorizzaw l-użu tal-banda ta' frekwenza ta' 700 MHz jew jemendaw id-drittijiet eżistenti li jużaw il-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz, huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiġi żgurat livell ta' kwalità għolja konsistenti u kontinwu ta' kopertura tal-popolazzjoni u t-territorju kollha tagħhom bl-ogħla veloċitajiet possibbli tal-broadband, u ta' mill-inqas 30 Mb/s, kemm ġewwa kif ukoll barra, inkluża kopertura f'żoni ta' prijorità nazzjonali stabbiliti minn qabel, fejn meħtieġ, u tul rotot ewlenin tat-trasport terrestri, sabiex l-applikazzjonijiet mingħajr fili u t-tmexxija Ewropea f'servizzi diġitali ġodda jkunu jistgħu jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tkabbir ekonomiku tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw kif dovut l-opportunità li jiżguraw li l-Operaturi ta' Netwerks Mobbli Virtwali (MVNOs) jkunu jistgħu jiksbu aċċess bl-ingrossa għall-ispettru, u l-opportunità li jżidu l-kopertura ġeografika tal-MVNOs. Tali miżuri jistgħu jinkludu kundizzjonijiet li jiffaċilitaw jew jinkoraġġixxu l-qsim tal-infrastruttura tan-netwerk jew tal-ispettru f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

 

Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita, fejn ikun fattibbli, il-possibbiltà ta' rkanti organizzati b'mod konġunt, sabiex b'hekk tkun qed tikkontribwixxi għall-istrutturi pan-Ewropej.

Emenda    26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw u jikkonsultaw lil xulxin dwar il-ħtieġa li jintehmżu kundizzjonijiet għad-drittijiet ta' użu għall-frekwenzi fi ħdan il-banda ta' frekwenzi 694-790 MHz.

2.  Sabiex jissodisfaw l-obbligi stipulati fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw u jikkonsultaw lil xulxin dwar il-ħtieġa li jintehmżu kundizzjonijiet għad-drittijiet ta' użu għall-frekwenzi fi ħdan il-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz.

Emenda    27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà tal-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz jew partijiet mill-banda għall-provvista ta' servizzi terristri tal-midja awdjoviżiva lil udjenzi tal-massa, inkluż it-televiżjoni mingħajr ħlas, u għall-użu minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE, abbażi tal-ħtiġijiet nazzjonali tax-xandir. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe użu ieħor tal-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz fit-territorju tagħhom ma jikkawżax interferenza dannuża lill-provvista terrestri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva fi Stat Membru ġar.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà sal-2030 tal-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz għall-provvista ta' servizzi terristri tax-xandir lil udjenzi tal-massa, inkluż it-televiżjoni mingħajr ħlas u inizjattivi innovattivi mmexxija mill-utenti, u għall-użu minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE, abbażi tal-ħtiġijiet nazzjonali tax-xandir u b'kont meħud tal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni bejn ix-xandara, l-operaturi tax-xandir u l-operaturi tas-servizzi mobbli sabiex jiffaċilitaw il-konverġenza tal-pjattaformi awdjoviżivi u tal-internet u l-kondiviżjoni fl-użu tal-ispettru.

 

Kull Stat Membru għandu jiżgura li kwalunkwe użu ieħor tal-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz fit-territorju tiegħu jkun kompatibbli mal-ħtiġijiet nazzjonali tax-xandir tiegħu u ma jikkawżax interferenza dannuża lill-provvista terrestri ta' servizzi tax-xandir fi Stat Membru ġar.

Emenda    28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Jekk l-Istati Membri jawtorizzaw l-użu tal-ispettru fil-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz għal sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika minbarra netwerks ta' xandir televiżiv, użu bħal dan għandu jkun limitat għal downlink-only. Użu bħal dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali u mil-liġi tal-Unjoni.

2.  Jekk l-Istati Membri jawtorizzaw l-użu tal-ispettru fil-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi minbarra netwerks ta' xandir televiżiv, tali użu għandu jqis il-ħtiġijiet nazzjonali għad-distribuzzjoni tas-servizzi tax-xandir lil udjenza tal-massa. Tali użu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali, bħalma huma l-ftehimiet transkonfinali għall-koordinazzjoni tal-frekwenzi, u mil-liġi tal-Unjoni.

Emenda    29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sat-30 ta' Ġunju 2017, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-pjan nazzjonali tagħhom u l-iskeda ("pjan direzzjonali nazzjonali") biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 1 u 4 ta' din id-Deċiżjoni.

1.   Kemm jista' jkun malajr u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 2018, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-pjan u l-iskeda nazzjonali tagħhom ("pjan direzzjonali nazzjonali"), inklużi miżuri dettaljati biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 1 u 4 ta' din id-Deċiżjoni. Huma għandhom ifasslu dawk il-pjanijiet direzzjonali nazzjonali filwaqt li jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati rilevanti kollha.

 

Fil-każ li Stat Membru jdum biex jippermetti l-użu tal-banda ta' frekwenzi ta' 700 Mhz iktar mit-30 ta' Ġunju 2020, il-pjan direzzjonali nazzjonali tiegħu għandu jinkludi raġunijiet debitament ġustifikati skont l-Artikolu 1(1). Il-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju għandu joħoroġ opinjoni dwar kwalunkwe pjan direzzjonali nazzjonali li jipprevedi tali dewmien.

Emenda    30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jiġi żgurat li l-użu tal-banda ta' frekwenzi 694-790 MHz huwa f'konformità mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jinkludu fil-pjani direzzjonali nazzjonali tagħhom, fejn xieraq, informazzjoni dwar miżuri biex jillimitaw l-impatt tal-proċess ta' tranżizzjoni li jmiss fuq il-pubbliku u fuq l-utenti ta' tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE u biex jiffaċilitaw id-disponibbiltà f'waqtha ta' tagħmir u ta' riċevituri interoperabbli tan-netwerk ta' xandir televiżiv fis-suq intern.

2.   Sabiex jiġi żgurat li l-użu tal-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz huwa f'konformità mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jinkludu fil-pjani direzzjonali nazzjonali tagħhom, fejn xieraq, informazzjoni dwar miżuri, inklużi miżuri ta' appoġġ, biex jillimitaw l-impatt tal-proċess ta' tranżizzjoni li jmiss fuq il-pubbliku u fuq l-utenti ta' tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE u biex jiffaċilitaw id-disponibbiltà f'waqtha ta' tagħmir u ta' riċevituri interoperabbli tan-netwerk ta' xandir televiżiv fis-suq intern.

Emenda    31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

1.  L-Istati Membri jistgħu, meta jkun xieraq u b'konformità mal-liġi tal-Unjoni, jiżguraw li l-ispejjeż diretti, b'mod partikolari għall-utenti finali, tal-migrazzjoni jew tal-allokazzjoni mill-ġdid tal-użu tal-ispettru jkunu kkumpensati adegwatament, fil-pront u b'mod trasparenti, sabiex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni fl-użu tal-ispettru għal teknoloġiji iktar effiċjenti fir-rigward tal-ispettru, bħal pereżempju DVB-T2 jew HEVC.

 

2.  F'kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar il-kumpens, sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni fl-użu tal-ispettru.

Emenda    32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-1 ta' Jannar 2025, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha twettaq valutazzjoni u tirrapporta lill-Kunsill u lill-Parlament dwar l-iżviluppi fl-użu tal-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz, filwaqt li tqis l-aspetti soċjali, ekonomiċi, kulturali u teknoloġiċi li jaffettwaw l-użu tal-banda skont l-Artikoli 1 u 4. Ir-rapport għandu jivvaluta jekk ikunx meħtieġ li jinbidel l-użu tal-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz, jew xi parti minnha, fl-Unjoni.

Sal-1 ta' Jannar 2023, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha twettaq valutazzjoni u tirrapporta lill-Kunsill u lill-Parlament dwar l-iżviluppi fl-użu tal-banda ta' frekwenzi 470-960 Mhz, bl-għan li tiġi żviluppata pożizzjoni komuni fir-rigward tar-rieżami ta' dik il-banda ta' frekwenzi fil-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni fl-2023. Il-valutazzjoni għandha tqis l-aspetti soċjali, ekonomiċi, kulturali u teknoloġiċi li jaffettwaw l-użu tal-banda skont l-Artikoli 1 u 4, l-iżviluppi teknoloġiċi ulterjuri, it-tibdil fl-imġiba tal-konsumaturi iżda anki l-ħtiġijiet fil-qasam tal-konnettività biex jitkattru t-tkabbir u l-innovazzjoni fl-Unjoni. Ir-rapport għandu jivvaluta jekk ikunx meħtieġ li jinbidel l-użu tal-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz, jew xi parti minnha, fl-Unjoni.

Emenda    33

Proposta għal deċiżjoni

Anness

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness

 

Raġunijiet ġustifikati għal dewmien biex id-disponibbiltà tal-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz issir disponibbli għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili wara t-30 ta' Ġunju 2020 (Artikolu 1(1))

 

L-Istati Membri jistgħu jdewmu t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-banda ta' frekwenzi ta' 700 MHz sat-30 ta' Ġunju 2022 abbażi ta' waħda jew aktar minn dawn ir-raġunijiet debitament ġustifikati:

 

(a)  kwistjonijiet ta' koordinazzjoni transkonfinali mhux solvuti li jirriżultaw f'interferenzi dannużi;

 

(b)  il-ħtieġa li tiġi żgurata, u l-kumplessità li tiġi żgurata, migrazzjoni teknika ta' parti kbira tal-popolazzjoni lejn standards tax-xandir avvanzati;

 

(c)  l-ispejjeż finanzjarji tat-tranżizzjoni jkunu jaqbżu d-dħul mistenni ġġenerat mill-proċeduri tal-għoti;

 

(d)  force majeure.

(1)

ĠU C 303, 19.8.2016, p. 127.


NOTA SPJEGATTIVA

L-internet tal-Oġġetti, il-Cloud Computing, is-servizzi ta' komunikazzjoni mobbli, id-diġitalizzazzjoni tas-setturi industrijali (Industrija 4.0) u t-titjib tal-effiċjenza tal-Amministrazzjoni Pubblika (il-gvern elettroniku) huma biss xi eżempji ta' servizzi ta' konnettività li qegħdin jiżviluppaw b'mod rapidu fil-livell globali, u li għalhekk jirrikjedu veloċità, iżda anki netwerks tal-komunikazzjoni li kapaċi jwasslu għadd kbir ta' data u jilħqu kemm żoni b'densità ta' popolazzjoni għolja, iżda anki ż-żoni remoti. Il-kisba tal-Unjoni Diġitali tiddependi wkoll fuq teknoloġiji ġodda li jittrażmettu u jirċievu data, u għaldaqstant anki fuq partijiet importanti tal-ispettru tar-radju għall-komunikazzjoni mingħajr fili.

Din il-proposta għal deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni Ewropea fit-2 ta' Frar li għadda, taqa' fl-ambitu tal-miżuri prevsiti mill-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa COM(2015)192, li tinkludi l-preżentazzjoni ta': "proposti speċifiċi dwar ir-rilaxx ikkoordinat tal-banda 694-790 MHz (magħrufa bħala "tas-700 MHz"), li hija partikolarment adatta biex jiġi żgurat l-għoti ta' servizzi tal-broadband f'żoni rurali, filwaqt li jiġu akkomodati l-ħtiġijiet speċifiċi ta' distribuzzjoni tal-medja awdjoviżiva".

L-għan tal-proposta li qed tiġi eżaminata huwa li tinħoloq uniformità fil-livell tal-UE għall-allokazzjoni tal-frekwenzi, sabiex tkun tista' tiġi offruta konnessjoni universali mingħajr fili b'veloċità għolja liċ-ċittadini u lin-negozji.

Id-disponibbiltà ta' spettru tar-radju wiesa' hija wieħed mill-prerekwiżiti vitali għat-tixrid fl-użu tas-servizzi tal-broadband. Madankollu, il-ġestjoni tal-ispettru fil-livell nazzjonali tirriżulta f'kundizzjonijiet differenti ħafna bejn l-Istati Membri individwali, f'termini tad-durata tal-liċenzji u tal-obbligi ta' kopertura, u għalhekk jeħtieġ li jiġu modifikati l-ġestjoni u r-regolamentazzjoni ta' din ir-riżorsa sabiex jiġi żgurat użu aktar effiċjenti, filwaqt li tingħata prijorità lil attivitajiet li jipprovdu aktar servizzi u prestazzjoni aħjar għall-utenti kollha.

Peress li sal-2020, skont ċerta statistika, it-traffiku tal-internet mobbli se jiżdied bi tmien darbiet apparagun ta' dak attwali, jeħtieġ li tissaħħaħ il-kapaċità tan-netwerks: l-ispettru fil-banda ta' frekwenzi tas-700 MHz jipprovdi kapaċità addizzjonali u kopertura universali, b'mod partikolari f'żoni rurali u remoti, li huma problematiċi mil-lat tal-kost tal-investiment fl-infrastruttura. F'dan il-kuntest, il-miżuri armonizzati favur kopertura mingħajr fili ta' kwalità għolja għandhom jippermettu li jintlaħaq l-objettiv tal-programm pluriennali tal-UE dwar l-ispettru tar-radju li jiġi garantit liċ-ċittadini kollha aċċess għal broadband ultraveloċi ta' mill-inqas 30 Mbps sal-2020.

L-isfond tal-proposta

Il-konnettività mingħajr fili teħtieġ l-aċċess għall-ispettru tar-radju fil-baned ta' frekwenzi taħt il-1 GHz, peress li dawn huma l-baned l-iktar adatti biex jiġu żgurati, fl-istess ħin, kopertura wiesgħa kif ukoll veloċitajiet għolja.

Il-banda ta' frekwenzi 790-862 MHz (l-hekk imsejħa "tat-800 MHz") kienet l-ewwel parti tal-banda UHF (470-862 MHz) li ġiet assenjata mill-ġdid għas-servizzi tal-broadband mingħajr fili fl-Unjoni.

Attwalment, il-banda tax-xandir UHF li tinkludi l-firxa ta' frekwenzi minn 470 sa 790 MHz tintuża mit-televiżjoni diġitali terrestri (DTT) u t-tagħmir tal-awdjo biex jittellgħu programmi u avvenimenti speċjali (tagħmir PMSE tal-awdjo), jiġifieri essenzjalment il-mikrofoni mingħajr fili.

Fl-2012, il-Konferenza tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet (ITU) stabbiliet li, mill-2015, il-banda ta' frekwenzi tas-700 MHz għandha tiġi allokata kemm għas-servizzi tax-xandir kif ukoll għas-servizzi mobbli fir-Reġjun li jinkludi l-Unjoni Ewropea.

Fl-2014 ġew ippubblikati l-konklużjonijiet tal-hekk imsejjaħ Rapport Lamy, li jirrakkomanda li l-banda ta' frekwenzi tas-700 MHz tiġi disponibbli għall-broadband mingħajr fili sal-2020 (± sentejn), filwaqt li jkun żgurat, fl-istess ħin, aċċess lix-xandir terrestri għall-ispettru tal-banda ta' frekwenzi ta' taħt is-700 MHz sal-2030, għalkemm is-sitwazzjoni għandha tiġi eżaminata mill-ġdid sa tmiem l-2025.

Opinjoni simili ġiet adottata mill-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG) li ġie stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea b'kapaċità konsultattiva dwar il-politiki tal-ġestjoni tal-ispettru tar-radju.

Fl-2015 l-istess Konferenza kkompletat in-negozjati internazzjonali dwar il-parametri tekniċi u regolatorji għall-użu tal-banda ta' frekwenzi tas-700 MHz, u żammet l-assenzjazzjoni esklużiva tal-banda ta' frekwenzi ta' taħt is-700 MHz għas-servizzi tax-xandir.

Ir-rapporteur, filwaqt li tikkondividi bis-sħiħ l-objettivi tad-dħul fl-użu sħiħ tal-broadband fl-Ewropa u tal-prestazzjoni ta' servizzi innovattivi għaċ-ċittadini u l-impriżi, tappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni iżda tenfasizza l-ħtieġa ta' emendi fir-rigward tal-punti li ġejjin:

L-Artikolu 1 jistabbilixxi li, sat-30 ta' Ġunju 2020, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-banda ta' frekwenzi 694–790 MHz (magħrufa bħala "tas-700 Mhz") għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili, u li, minn dik id-data, l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-banda se tingħata biss lil dawk li jistgħu jipprovdu servizzi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea. Fid-dawl tan-nuqqas ta' uniformità nnutat ukoll fir-Rapport Lamy fid-diversi Stati Membri, ir-rapporteur tqis li huwa opportun li tiġi permessa flessibbiltà ta' massimu ta' sentejn, sabiex Stat Membru jkun jista' jipposponi l-assenjazzjoni tal-parti tal-ispettru kkonċernata minħabba raġunijiet debitament ġustifikati. Barra minn hekk huwa previst li sabiex jinkiseb l-użu tal-banda ta' frekwenzi inkwistjoni sad-data stabbilita, sal-31 ta' Diċembru 2017 l-Istati Membri għandhom jikkonkludu l-ftehimiet kollha neċessarji ta' koordinazzjoni transkonfinali tal-frekwenzi fi ħdan l-Unjoni, sabiex b'hekk titwitta t-triq għal użu futur tal-banda mingħajr interferenza transkonfinali.

L-Artikolu 2 jipprevedi li sat-30 ta' Ġunju 2022, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-trasferiment jew it-twellija tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru għas-servizzi ta' komunikazzjon elettronika fil-banda ta' frekwenzi tas-700 MHz, sabiex b'hekk id-drittijiet tal-użu tal-banda inkwistjoni jsiru kummerċjabbli. Peress li l-formulazzjoni ta' dan l-Artikolu tista' tagħti lok għal dubji fir-rigward tad-destinatarji ta' din id-dispożizzjoni, ir-rapporteur hija tal-fehma li dawk li jingħataw id-drittijiet tal-użu ġodda biss (is-servizzi ta' komunikazzjoni broadband mingħajr fili) għandhom ikunu jistgħu jgawdu d-drittijiet tal-użu tal-ispettru.

L-Artikolu 3 jesiġi li l-Istati Membri, meta jawtorizzaw l-użu tal-banda jew jemendaw id-drittijiet tal-użu eżistenti, għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw il-kwalità għolja tal-livell ta' kopertura b'veloċità ta' mill-inqas 30 Mbps, kemm ġewwa kif ukoll barra, tul ir-rotot ewlenin tat-trasport terrestri. Ir-rapporteur taqbel mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni li l-UE jista' jkollha rwol mexxej f'servizzi ġodda u innovattivi sabiex tikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tkabbir ekonomiku.

L-Artikolu 4 jirrigwarda l-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz (ta' taħt is-700 MHz), u jipprevedi li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli dik l-banda jew partijiet minnha għall-provvista terrestri ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva lil udjenzi tal-massa, u għall-użu minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili biex jittellgħu programmi u avvenimenti speċjali (PMSE). Ir-rapporteur tilqa' b'mod pożittiv id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li żżomm l-użu tal-banda ta' frekwenzi ta' taħt is-700 MHz għall-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva, iżda jemmen ukoll li jeħtieġ li jiġi żgurat li l-operaturi tax-xandir ikollhom ċertezza fl-investiment sal-2030, kif previst mir-Rapport Lamy. Din id-deċiżjoni, fi kwalunkwe każ, se tiġi eżaminata mill-ġdid fil-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni li għandha ssir fl-2023. Kwalunkwe tibdil għandu jqis l-iżviluppi teknoloġiċi, l-imġiba tal-konsumatur, l-importanza li jitkompla l-forniment ta' servizz ta' televiżjoni bla ħlas u l-importanza tal-objettivi soċjali, ekonomiċi u kulturali ta' interess ġenerali.

L-Artikolu 5 - ir-rapporteur tqis opportun li l-Istati Membri jadottaw u jikkomunikaw il-pjanijiet direzzjonali tagħhom lill-pajjiżi l-oħra tal-UE, sat-30 ta' Ġunju 2018, sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom rigward l-allokazzjoni mill-ġdid tal-banda ta' frekwenzi tas-700 MHz għall-broadband mingħajr fili. L-għoti ta' perjodu xieraq ta' żmien biex jiġu definiti l-pjanijiet direzzjonali nazzjonali huwa dovut għall-ħtieġa li jiġu definiti fid-dettall l-iskeda ta' żmien u l-istadji tat-tranżizzjoni, u sabiex tiġi ffaċilita wkoll il-koordinazzjoni tal-frekwenzi bejn l-Istati Membri u jkunu evitati interferenzi dannużi.

Ir-rapporteur tixtieq tenfasizza wkoll li l-ebda waħda mill-miżuri li jirrigwardaw din id-deċiżjoni m'għandha tkun ta' piż fuq il-konsumatur u għaldaqstant tistieden lill-Istati Membri jipprovdu għal kumpensi eventwali sabiex tiġi kkompletata t-tranżizzjoni (Artikolu 5a ġdid).

Fir-rigward tal-Artikolu 6, ir-rapporteur tittama li l-valutazzjoni tal-impatt ta' din id-deċiżjoni tkun disponibbli sal-2023 sabiex l-UE tkun tista' tinnegozja, b'vuċi waħda, fil-fora internazzjonali, anki fid-dawl tal-iżvilupp mgħaġġel tas-settur u tal-aspetti soċjali, ekonomiċi, kulturali u teknoloġiċi li jikkundizzjonaw l-użu tal-banda jew ta' parti minnha.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (24.6.2016)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-banda ta' frekwenzi 470-790 MHz fl-Unjoni

(COM(2016)0043 – C8-0020/2016 – 2016/0027(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Stefano Maullu

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-banda ta' frekwenzi ultra-għolja (UHF), attwalment użata għat-televiżjoni diġitali terrestri (DTT) u għall-mikrofoni mingħajr fili fil-ħolqien ta' programmi u avvenimenti speċjali (PSME), tinkludi l-firxa 470-790 MHz.

Illum, teżisti domanda dejjem tikber għal servizzi broadband mingħajr fili: qed issir aktar u aktar pressjoni fuq il-kapaċità tan-netwerks eżistenti minħabba t-traffiku tad-dejta mobbli. B'riżultat ta' dan, id-domanda għal spettru addizzjonali qed tiżdied.

F'din il-proposta, il-Kummissjoni għandha l-għan li tindirizza dawn il-kwistjonijiet billi tipproponi approċċ ibbilanċjat fit-tul għall-użu ta' din il-banda:

-  Fil-banda 700 MHz (694-790 MHz), il-Kummissjoni tipproponi skeda komuni biex tagħmilha disponibbli b'mod effettiv għall-użu tal-broadband mingħajr fili fil-qafas ta' kundizzjonijiet tekniċi armonizzati, kif ukoll miżuri ta' koordinazzjoni relatati bħala appoġġ għal din it-tranżizzjoni. Il-banda 700 MHz għandha tiġi assenjata għal broadband mingħajr fili sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2020 fl-Istati Membri kollha.

-  Fil-banda taħt 700 MHz (470-694 MHz), il-Kummissjoni tistabbilixxi prijorità fit-tul għad-distribuzzjoni ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva lill-pubbliku ġenerali, flimkien ma' approċċ flessibbli għall-użu tal-ispettru biex jipprovdi għal livelli differenti ta' adozzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DTT) fl-Istati Membri. Dan ifisser li din il-banda se tibqa' disponibbli, bħala prijorità, għal servizzi awdjoviżivi imma l-Kummissjoni tintroduċi "għażla ta' flessibbiltà", li toffri aċċess għal dawn il-baned lil servizzi oħra f'ċerti ċirkostanzi.

Ir-Rapporteur, filwaqt li jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni biex takkomoda l-ħtiġijiet speċifiċi għad-distribuzzjoni tal-midja awdjoviżiva, jixtieq madankollu jqajjem xi tħassib f'din l-opinjoni dwar tliet kwistjonijiet ewlenin:

-  L-iskadenza għall-għoti ta' skop ġdid lill-banda 700 MHz.

Iċ-ċaqliq tas-servizzi tad-DTT barra mill-banda 700 MHz jikkostitwixxi sfida kbira, b'mod partikolari għal dawk l-Istati Membri fejn id-DTT hija l-pjattaforma prinċipali biex jasal is-servizz tat-televiżjoni.

Is-sitwazzjoni fil-livell tal-UE mhix omoġenja: Franza u l-Ġermanja diġà rkantaw il-banda 700 MHz għas-servizzi mobbli filwaqt li l-Iżvezja u l-Finlandja fasslu pjanijiet biex jagħtu skop ġdid lill-banda 700 MHz fil-ftit snin li ġejjin. Madankollu, ħafna mill-Istati Membri għandhom spettru liċenzjat fil-banda 700 MHz għax-xandir lil hinn mill-2020.

Bl-istabbiliment ta' skadenza stretta għall-awtorizzazzjoni tal-banda 700 MHz mid-DTT sat-30 ta' Ġunju 2020, il-Kummissjoni qed tieħu l-ħin żejjed li għandhom bżonn xi Stati Membri.

F'dak il-kuntest, ir-Rapporteur jissuġġerixxi li din l-iskadenza tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2022 (l-Artikolu 1) sabiex l-Istati Membri kollha jingħataw biżżejjed żmien biex jiżguraw id-disponibbiltà tal-banda 700 MHz għall-użu mobbli. Dan isegwi s-suġġeriment li sar fir-rapport Lamy (2020 +/- sentejn).

-  L-introduzzjoni ta' "għażla ta' flessibbiltà" biex jintużaw teknoloġiji alternattivi fil-banda taħt 700 MHz, jiġifieri għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili terrestri downlink-only.

Kif issuġġerixxa r-rapport Lamy, kif ukoll kif rakkomandat mill-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju fl-Opinjoni tiegħu tal-2015, iċ-ċertezza fit-tul għad-disponibbiltà tal-ispettru taħt 700 MHz (470-694 MHz) għax-xandir (DTT) għandha tiġi żgurata tal-anqas sal-2030.

F'dak il-kuntest, ir-Rapporteur iqis li l-għażla ta' "flessibbiltà" mhix meħtieġa f'dan il-mument u jissuġġerixxi li din l-għażla (l-Artikolu 4) għandha titħassar mill-proposta u li l-banda taħt 700 MHz għandha tkompli tintuża għax-xandir diġitali tal-anqas sa tmiem l-2030 (l-Artikolu 6a ġdid), b'rieżami ppjanat fl-2025.

Ir-Rapporteur iqis ukoll li tali għażla l-ewwel tkun teħtieġ studju u ttestjar bir-reqqa u għandha titqies biss fit-tul jekk jinstab li hija kompatibbli max-xandir fl-Istat Membru inkwistjoni kif ukoll li hija sostnuta b'mod ċar mid-domanda tas-suq.

Is-suġġerimenti tar-Rapporteur huma konformi mal-konklużjonijiet "20-25-30" tar-rapport Lamy f'dak ir-rigward.

-  Ir-Rapporteur jixtieq ukoll jindirizza l-kwistjoni tal-ispejjeż tal-migrazzjoni u l-interferenza.

Ir-rilaxx tal-banda 700 MHz mis-servizzi tax-xandir jeħtieġ tibdil tekniku għan-netwerk tad-DTT minħabba t-tibdil fil-frekwenzi. Il-konsumaturi jkollhom ibiddlu t-tagħmir tagħhom fid-dar u x-xandara jkollhom jagħmlu tibdil fl-infrastruttura tagħhom. Dan ifisser aktar spejjeż.

Barra minn hekk, l-esperjenza preċedenti mill-awtorizzazzjoni tal-banda ta' frekwenzi ta' 800 MHz uriet li jista' jkun hemm interferenza għas-servizzi tax-xandir f'baned kontigwi. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li d-DTT tkun salvagwardjata u protetta kontra interferenza dannuża.

F'dak il-kuntest, ir-Rapporteur jissuġġerixxi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà f'waqtha ta' biżżejjed fondi biex ikopru l-ispejjeż tal-migrazzjoni u l-ispejjeż assoċjati mal-miżuri biex jillimitaw l-interferenza għas-servizzi tax-xandir kif ukoll garanziji/mekkaniżmi konkreti biex tiġi evitata interferenza dannuża mill-użu mobbli fil-banda 700 MHz mas-servizzi tax-xandir u l-PMSE taħt 694 MHz (l-Artikolu 5).

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda     1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fil-programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (RSPP) stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE2020, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stabbilixxew l-għanijiet li jiġu identifikati tal-inqas 1 200 MHz tal-ispettru adatt għall-broadband mingħajr fili tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni sal-2015, li jingħata appoġġ għall-iżvilupp ulterjuri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva innovattivi billi jiġi żgurat spettru suffiċjenti għall-provvista satellitari u terrestri ta’ servizzi bħal dawn, jekk il-ħtieġa tkun sostanzjata b’mod ċar, u li jiġi żgurat spettru suffiċjenti għal ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali (PMSE).

(1)  Fil-programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (RSPP) stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE2020, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stabbilixxew l-għanijiet li jiġu identifikati tal-inqas 1 200 MHz tal-ispettru adatt għall-broadband mingħajr fili tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni sal-2015, li jingħata appoġġ għall-iżvilupp ulterjuri tas-servizzi tax-xandir innovattivi billi jiġi żgurat spettru suffiċjenti għall-provvista satellitari u terrestri ta’ servizzi bħal dawn, jekk il-ħtieġa tkun sostanzjata b’mod ċar, u li jiġi żgurat spettru suffiċjenti għal ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali (PMSE).

_________________

_________________

20 Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).

20 Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).

Emenda     2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fl-istrateġija tagħha għas-suq uniku diġitali (DSM)21, il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza ta’ banda ta' frekwenzi ta' 694-790 MHz ("700 MHz") biex tiżgura l-provvista ta’ servizzi tal-broadband f’żoni rurali u tenfasizza l-ħtieġa għal rilaxx ikkoordinat ta’ dik il-banda ta’ frekwenzi, filwaqt li takkomoda l-ħtiġijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva.

(2)  Fl-istrateġija tagħha għas-suq uniku diġitali (DSM)21, il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza ta’ banda ta' frekwenzi ta' 694-790 MHz ("700 MHz") biex tiżgura l-provvista ta’ servizzi tal-broadband f’żoni rurali u tenfasizza l-ħtieġa għal rilaxx ikkoordinat ta’ dik il-banda ta’ frekwenzi, filwaqt li takkomoda l-ħtiġijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni ta’ servizzi tax-xandir.

_________________

_________________

21 Ara http://ec.europa.eu/priorities/digital-single-market/index_en.htm.

21 Ara http://ec.europa.eu/priorities/digital-single-market/index_en.htm.

Emenda     3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Spettru fil-banda ta’ frekwenzi ta' 470-790 MHz huwa vantaġġ siewi għall-varar kosteffikaċi ta’ netwerks mingħajr fili b'kopertura universali fuq ġewwa u fuq barra. Dan l-ispettru bħalissa qed jintuża fl-Unjoni kollha għat-televiżjoni diġitali terrestri (DTT) u t-tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE. Huwa jappoġġja l-iżvilupp tas-setturi tal-midja, is-setturi kulturali u kreattivi, li jistrieħu b’mod estensiv fuq din ir-riżorsa tal-ispettru mingħajr fili fil-provvista ta’ kontenut lil udjenzi tal-massa.

(3)  Spettru huwa beni pubbliku. Huwa, fil-banda ta' frekwenzi ta' 470-790 MHz, vantaġġ siewi u pubbliku, u mhux biss għall-varar kosteffikaċi ta’ netwerks mingħajr fili b'kopertura universali fuq ġewwa u fuq barra. Dan l-ispettru bħalissa qed jintuża fl-Unjoni kollha għat-televiżjoni diġitali terrestri (DTT) u t-tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE. Huwa għalhekk prerekwiżit għall-aċċess għal, u t-tixrid ta', beni kulturali, b'mod partikolari r-radju. Huwa jappoġġja l-iżvilupp tas-setturi tal-midja, is-setturi kulturali u kreattivi, li jistrieħu b’mod estensiv fuq din ir-riżorsa tal-ispettru mingħajr fili fil-provvista ta’ kontenut lil udjenzi tal-massa.

Emenda     4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Għar-Reġjun 1, li jinkludi l-Unjoni, ir-Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni adottati mill-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni allokaw il-banda ta’ frekwenzi ta’ 700 MHz għas-servizz tax-xandir u tal-mowbajls (ħlief il-mowbajl aeronawtiku) fuq bażi koprimarja, u l-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz ("taħt 700 MHz") esklużivament għas-servizz tax-xandir, fuq bażi primarja, u għall-użu tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE, fuq bażi sekondarja.

(4)  Għar-Reġjun 1, li jinkludi l-Unjoni, ir-Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni adottati mill-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni fl-2015 allokaw il-banda ta’ frekwenzi ta’ 700 MHz għas-servizz tax-xandir u tal-mowbajls (ħlief il-mowbajl aeronawtiku) fuq bażi koprimarja, u l-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz ("taħt 700 MHz") esklużivament għas-servizz tax-xandir, fuq bażi primarja, u għall-użu tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE, fuq bażi sekondarja.

Emenda     5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-qsim tal-ispettru fi ħdan banda ta’ frekwenzi komuni bejn użu tal-broadband mingħajr fili bidirezzjonali (uplink u downlink), minn naħa, u xandir televiżiv unidirezzjonali jew użu tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE, min-naħa l-oħra, huwa teknikament diffiċli. Dan ifisser li l-għoti ta' skop ġdid għall-banda ta' frekwenzi ta’ 700 MHz għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili, bidirezzjonali u terrestri, iċaħħad lill-utenti tad-DTT u tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE minn parti ta’ riżorsi tal-ispettru tagħhom. Is-setturi tal-PMSE u tad-DTT għalhekk jeħtieġu prevedibbiltà regolatorja fit-tul dwar id-disponibbiltà ta’ spettru suffiċjenti, sabiex ikunu jistgħu jitħarsu l-għoti sostenibbli u l-iżvilupp ta’ dawn is-servizzi, b’mod partikolari tat-televiżjoni free-to-view. Jista’ jkun hemm bżonn ta’ miżuri fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni biex jiżguraw riżorsi addizzjonali tal-ispettru għall-użu tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE barra l-banda ta’ frekwenzi 470-790 MHz.

(6)  Il-qsim tal-ispettru fi ħdan banda ta’ frekwenzi komuni bejn użu tal-broadband mingħajr fili bidirezzjonali (uplink u downlink), minn naħa, u xandir televiżiv unidirezzjonali jew użu tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE, min-naħa l-oħra, huwa teknikament diffiċli. Dan ifisser li l-għoti ta' skop ġdid għall-banda ta' frekwenzi ta’ 700 MHz għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili, bidirezzjonali u terrestri, iċaħħad lill-utenti tad-DTT u tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE minn parti ta’ riżorsi tal-ispettru tagħhom. Is-setturi tal-PMSE u tad-DTT għalhekk jeħtieġu prevedibbiltà regolatorja fit-tul dwar id-disponibbiltà ta’ spettru suffiċjenti, sabiex ikunu jistgħu jitħarsu l-għoti sostenibbli u l-iżvilupp ta’ dawn is-servizzi, b’mod partikolari tat-televiżjoni free-to-view, u jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi tal-politika awdjoviżiva nazzjonali u Ewropej, bħall-koeżjoni soċjali, il-pluraliżmu tal-midja u d-diversità kulturali. Jista’ jkun hemm bżonn ta’ miżuri fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni biex jiżguraw riżorsi addizzjonali tal-ispettru għall-użu tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE barra l-banda ta’ frekwenzi 470-790 MHz.

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Fir-rapport tiegħu lill-Kummissjoni ("ir-rapport Lamy")22, Pascal Lamy, President tal-Grupp ta' livell għoli dwar l-użu fil-ġejjieni tal-banda ta' frekwenzi 470-790 MHz, irrakkomanda li l-frekwenza 700 MHz issir disponibbli għall-broadband mingħajr fili sal-2020 (+/- sentejn). Dan se jgħin biex jintlaħaq l-għan fit-tul ta' prevedibbiltà regolatorja għad-DTT biex jinkiseb aċċess għal banda ta' frekwenzi ta' taħt is-700 MHz sal-2030, għalkemm dan għandu jiġi rivedut sal-2025. Ir-rapport Lamy jirrakkomanda wkoll flessibbiltà nazzjonali fl-użu tal-ispettru tal-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz, li huwa limitat għal downlink-only. Id-downlink-only hija r-restrizzjoni tat-trażmissjonijiet kollha f'sistema mingħajr fili, tkun xi tkun it-teknoloġija tagħha, għat-trażmissjoni unidirezzjonali minn stazzjonijiet ta' infrastruttura ċentrali bħal torri tax-xandir tat-TV jew stazzjon ta' bażi mobbli lejn terminali portabbli jew mobbli bħal settijiet tat-televixin jew settijiet tat-telefown ċellulari.

(7)  Fir-rapport tiegħu lill-Kummissjoni ("ir-rapport Lamy")22, Pascal Lamy, President tal-Grupp ta' livell għoli dwar l-użu fil-ġejjieni tal-banda ta' frekwenzi 470-790 MHz, irrakkomanda li l-frekwenza 700 MHz issir disponibbli għall-broadband mingħajr fili sal-2020 (+/- sentejn). Dan se jgħin biex jintlaħaq l-għan fit-tul ta' prevedibbiltà regolatorja għad-DTT biex jinkiseb aċċess għal banda ta' frekwenzi ta' taħt is-700 MHz sal-2030, għalkemm dan għandu jiġi rivedut sal-2025. Ir-rapport Lamy jirrakkomanda wkoll l-istudju tal-flessibbiltà fl-użu tal-ispettru tal-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz, li huwa limitat għal downlink-only. Id-downlink-only hija r-restrizzjoni tat-trażmissjonijiet kollha f'sistema mingħajr fili, tkun xi tkun it-teknoloġija tagħha, għat-trażmissjoni unidirezzjonali minn stazzjonijiet ta' infrastruttura ċentrali bħal torri tax-xandir tat-TV jew stazzjon ta' bażi mobbli lejn terminali portabbli jew mobbli bħal settijiet tat-televixin jew settijiet tat-telefown ċellulari.

__________________

__________________

22 Ir-rapport tas-Sur Pascal Lamy huwa disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/digital-agenda/en/news/report-results-work-high-level-group-future-use-uhf-band.

22 Ir-rapport tas-Sur Pascal Lamy huwa disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/digital-agenda/en/news/report-results-work-high-level-group-future-use-uhf-band.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rakkomandazzjoni tar-rapport Lamy hija li jiġu studjati xenarji armonizzati fl-UE li jippermettu l-koeżistenza ta' servizzi tax-xandir tradizzjonali fil-banda 470-694 MHz ma' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika oħra downlink-only (jiġifieri unidirezzjonali).

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG) jirrakkomanda fl-opinjoni tiegħu dwar strateġija fit-tul għall-użu fil-ġejjieni tal-banda ta' frekwenzi 470-790 MHz fl-Unjoni ("Opinjoni tal-RSPG") l-adozzjoni ta' approċċ koordinat fl-Unjoni kollha biex il-banda ta' frekwenzi tas-700 MHz issir disponibbli għal użu effettiv għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili sa tmiem l-2020. Dan għandu jsir flimkien ma’ garanzija ta' disponibbiltà fit-tul sal-2030 tal-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz għall-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva downlink-only. L-RSPG jirrakkomanda, b'mod partikolari, l-introduzzjoni tal-flessibilità sabiex il-banda ta' frekwenzi ta' taħt is-700 MHz tkun tista' tintuża wkoll għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili għal finijiet ta' downlink-only.

(8)  Il-Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG) jirrakkomanda fl-opinjoni tiegħu dwar strateġija fit-tul għall-użu fil-ġejjieni tal-banda ta' frekwenzi 470-790 MHz fl-Unjoni ("Opinjoni tal-RSPG") l-adozzjoni ta' approċċ koordinat fl-Unjoni kollha biex il-banda ta' frekwenzi tas-700 MHz issir disponibbli għal użu effettiv għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili sa tmiem l-2022. Dan għandu jsir flimkien ma’ garanzija ta' disponibbiltà fit-tul tal-anqas sa tmiem l-2030 tal-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz għax-xandir terrestri u għall-użu minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE. L-RSPG jirrikonoxxi l-importanza tal-pjattaforma DTT u l-ħtieġa li tingħata ċertezza għall-investimenti fl-infrastruttura tax-xandir. Għalhekk, l-RSPG jirrakkomanda li l-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz tibqa' disponibbli għad-DTT fil-futur prevedibbli, tal-anqas sa tmiem l-2030.

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  F'konformità mal-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2002/21/KE, l-Istati Membri għandhom japplikaw approċċ flessibbli fejn ikun possibbli u jistgħu jippermettu l-introduzzjoni ta' użu downlink-only alternattiv bħas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika terrestri tal-broadband mingħajr fili fil-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz skont il-ħtiġijiet nazzjonali għad-distribuzzjoni tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva lill-udjenza tal-massa. Meta jipermettu l-użu downlink-only fil-banda ta’ frekwenzi taħt 700 MHz għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika terrestri tal-broadband mingħajr fili, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan l-użu ma jaffettwax l-użu ta’ banda taħt 700 MHz għax-xandir diġitali terrestri fi Stati Membri ġirien, kif previst fil-ftehim fil-Konferenza Reġjonali dwar it-Telekomunikazzjoni tal-2006.

imħassar

__________________

 

25 Il-Konferenza tar-Radjukomunikazzjoni Reġjonali tal-2006 għall-ippjanar tas-servizz ta' xandir diġitali terrestri f'partijiet tar-Reġjuni 1 u 3, fil-banda ta' frekwenzi 174-230 MHz u 470-862 MHz (RRC-06) f'Ġinevra.

 

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Fi kwalunkwe każ, l-użu tal-ispettru fil-banda ta’ frekwenzi 470-694 MHz għandu jkun ivvalutat mill-ġdid fil-livell tal-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2025. Tali valutazzjoni għandha tqis ukoll ir-rieżami ppjanat ta’ din il-banda ta’ frekwenzi fil-Konferenza tar-Radjukomunikazzjoni Dinjija fl-2023. It-tibdil fl-użu tal-banda ta' frekwenzi taħt 700 MHz għandu jqis l-iżviluppi teknoloġiċi, l-imġieba tal-konsumatur, l-importanza li jitkompla l-forniment ta’ servizz ta’ televiżjoni bla ħlas26 u tal-objettivi soċjali, ekonomiċi u kulturali ta’ interess ġenerali. F'dan il-kuntest jinħtieġu studji dwar il-kundizzjonijiet tekniċi u regolatorji għal koeżistenza bejn użi tal-ispettru attwali u ġodda fil-banda ta' frekwenza taħt 700 MHz. Dawn jiżguraw koerenza bejn l-approċċi meħuda minn Stati Membri differenti dwar użu flessibbli u effiċjenti tal-ispettru u jippermettu miżuri tekniċi armonizzati għall-użu u l-koeżistenza f'din il-banda. Studji u miżuri bħal dawn jistgħu jiġu żviluppati skont id-Deċiżjoni 676/2002/KE.

(13)  Fi kwalunkwe każ, l-użu tal-ispettru fil-baned ta’ frekwenzi 470-960 MHz għandu jkun ivvalutat mill-ġdid fil-livell tal-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2025. Tali valutazzjoni għandha tqis ukoll ir-rieżamijiet ippjanati tal-baned ta’ frekwenza b'kunsiderazzjoni għall-Konferenza tar-Radjukomunikazzjoni Dinjija fl-2023. Kwalunkwe opzjoni għall-użu tal-banda ta' frekwenzi taħt 700 MHz wara l-2030 għandha tqis l-iżviluppi teknoloġiċi, l-imġiba tal-konsumatur, l-importanza li jitkompla l-forniment ta' servizz ta' televiżjoni bla ħlas26 u tal-objettivi soċjali, ekonomiċi u kulturali ta' interess ġenerali. F'dan il-kuntest jinħtieġu studji dwar il-kundizzjonijiet tekniċi u regolatorji għal koeżistenza bejn użi tal-ispettru attwali u ġodda fil-banda ta' frekwenza taħt 700 MHz.

__________________

__________________

26 Fl-ispirtu tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva).

26 Fl-ispirtu tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva).

Emenda    10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Istati Membri għandhom jadottaw pjanijiet nazzjonali koerenti li jiffaċilitaw l-użu tal-banda ta’ frekwenzi 700 MHz għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika terrestri tal-broadband mingħajr fili filwaqt li jiżguraw l-kontinwità tas-servizzi tax-xandir bit-televiżjoni li jiżgombraw il-banda. Ladarba jiġu adottati, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-pjanijiet direzzjonali b’mod trasparenti mal-Unjoni kollha. Il-pjanijiet direzzjonali għandhom ikopru attivitajiet u perjodi ta' żmien għall-ippjanar mill-ġdid tal-frekwenzi, l-iżviluppi tekniċi għal tagħmir ta' netwerk u tal-utent aħħari, il-koeżistenza bejn tagħmir tar-radju u tagħmir mhux tar-radju, ta' reġimi eżistenti u ta' oħrajn ġodda ta' awtorizzazzjoni u informazzjoni dwar il-possibbiltà li jingħata kumpens għal spejjeż ta' migrazzjoni, fejn dawn jinqalgħu, sabiex jiġu evitati, inter alia, l-ispejjeż għall-utenti finali. Fejn l-Istati Membri jkollhom l-intenzjoni li jżommu d-DTT, il-pjanijiet direzzjonali għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex jiffaċilitaw aġġornamenti ta' tagħmir tax-xandir għal aktar teknoloġiji effiċjenti fl-ispettru bħal formati vidjo avvanzati (eż. HEVC) jew teknoloġiji ta' trażmissjoni tas-sinjal (eż. DVB-T2).

(14)  L-Istati Membri għandhom jadottaw pjanijiet nazzjonali koerenti li jiffaċilitaw l-użu tal-banda ta’ frekwenzi 700 MHz għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika terrestri tal-broadband mingħajr fili filwaqt li jiżguraw l-kontinwità tas-servizzi tax-xandir bit-televiżjoni li jiżgombraw il-banda. Ladarba jiġu adottati, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-pjanijiet direzzjonali b’mod trasparenti mal-Unjoni kollha. Il-pjanijiet direzzjonali għandhom ikopru attivitajiet u perjodi ta' żmien għall-ippjanar mill-ġdid tal-frekwenzi, l-iżviluppi tekniċi għal tagħmir ta' netwerk u tal-utent aħħari, il-koeżistenza bejn tagħmir tar-radju u tagħmir mhux tar-radju, ta' reġimi eżistenti u ta' oħrajn ġodda ta' awtorizzazzjoni, mekkaniżmi biex tiġi evitata interferenza ta' ħsara għall-utenti tal-ispettru f'baned kontigwi u informazzjoni dwar il-possibbiltà li jingħata kumpens għal spejjeż ta' migrazzjoni, sabiex jiġu evitati, inter alia, l-ispejjeż għall-utenti finali u x-xandara. L-iskemi ta' kumpens għandhom jiffukaw b'mod partikolari fuq il-ħtiġijiet speċjali tal-SMEs u n-negozji l-ġodda, li m'għandhomx l-istess kapaċità finanzjarja bħal ditti oħrajn. Fir-rigward tad-DTT, il-pjanijiet direzzjonali għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex jiffaċilitaw, meta jkun meħtieġ, aġġornamenti ta’ tagħmir tax-xandir għal aktar teknoloġiji effiċjenti fl-ispettru bħal formati vidjo avvanzati jew teknoloġiji ta’ trażmissjoni tas-sinjal, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipju ta' newtralità teknoloġika.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jiġu stabbiliti miżuri li jevitaw interferenza dannuża. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll id-disponibbiltà ta' biżżejjed fondi biex ikopru l-ispejjeż tal-migrazzjoni tas-servizzi tax-xandir għall-banda taħt 700 MHz kif ukoll l-ispejjeż relatati mal-miżuri li jillimitaw l-interferenza għal dawn is-servizzi.

Emenda    11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-ambitu u l-mekkaniżmu ta’ kumpens possibbli sabiex titlesta t-tranżizzjoni fl-użu tal-ispettru fi ħdan il-banda ta’ frekwenzi 470-790 MHz għandhom ikunu analizzati skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti kif previst fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/20/KE27, u jridu jkunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE.

(15)  L-ambitu u l-mekkaniżmu ta’ kumpens possibbli sabiex titlesta t-tranżizzjoni fl-użu tal-ispettru fi ħdan il-banda ta’ frekwenzi 694-790 MHz għandhom ikunu analizzati skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti kif previst fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27, u jridu jkunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE.

__________________

__________________

27 Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, 24.04.2002, p. 21).

27 Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, 24.04.2002, p. 21).

Ġustifikazzjoni

It-tranżizzjoni fl-użu tal-ispettru f'din il-proposta għandha tikkonċerna biss il-banda ta' frekwenzi 694-790 MHz ("700 MHz") u mhux il-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz ("taħt 700 MHz") (L-għażla ta' "flessibbiltà" tneħħiet: ara l-emenda dwar it-tħassir tal-Artikolu 4).

Emenda    12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Minħabba li l-għan ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri l-iżgurar ta' tranżizzjoni kkoordinata fl-użu tal-ispettru tal-banda ta' frekwenzi ta' 470-790 MHz fl-Unjoni skont għanijiet komuni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(16)  Minħabba li l-għan ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri l-iżgurar ta' tranżizzjoni kkoordinata fl-użu tal-ispettru tal-banda ta' frekwenzi ta' 694-790 MHz fl-Unjoni skont għanijiet komuni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

Ġustifikazzjoni

It-tranżizzjoni fl-użu tal-ispettru f'din il-proposta għandha tikkonċerna biss il-banda ta' frekwenzi 694-790 MHz ("700 MHz") u mhux il-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz ("taħt 700 MHz") (L-għażla ta' "flessibbiltà" tneħħiet: ara l-emenda dwar it-tħassir tal-Artikolu 4).

Emenda    13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sat-30 ta’ Ġunju 2020, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu tal-banda ta’ frekwenzi 694-790 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili biss taħt kundizzjonijiet tekniċi armonizzati stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 676/2002/KE. Fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-proċess ta’ awtorizzazzjoni jew jemendaw id-drittijiet eżistenti rilevanti għall-użu tal-ispettru skont id-Direttiva 2002/20/KE, sabiex jippermettu dak l-użu.

(1)  Sal-31 ta' Diċembru 2022, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu tal-banda ta' frekwenzi 694-790 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili biss taħt kundizzjonijiet tekniċi armonizzati stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 676/2002/KE. Fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-proċess ta’ awtorizzazzjoni jew jemendaw id-drittijiet eżistenti rilevanti għall-użu tal-ispettru skont id-Direttiva 2002/20/KE, sabiex jippermettu dak l-użu.

Ġustifikazzjoni

Xi Stati Membri diġà bdew jew ippjanaw l-għoti ta' skop ġdid lill-banda 700 MHz, filwaqt li oħrajn għandhom spettru liċenzjat fil-banda 700 MHz għax-xandir lil hinn mill-2020. L-estensjoni tal-iskadenza sa tmiem l-2022, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-opinjoni tal-RSPG tal-2015 u tar-rapport Lamy, hija għalhekk meħtieġa biex tiżgura li xi Stati Membri jkollhom biżżejjed żmien biex jaġġustaw.

Emenda    14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sat-30 ta’ Ġunju 2022, l-Istati Membri għandhom jippermettu t-trasferiment jew it-twellija ta’ drittijiet tal-użu tal-ispettru għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-banda ta’ frekwenzi 694-790 MHz.

Sal-31 ta' Diċembru 2024, l-Istati Membri għandhom jippermettu t-trasferiment jew it-twellija ta’ drittijiet tal-użu tal-ispettru għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-banda ta’ frekwenzi 694-790 MHz.

Ġustifikazzjoni

L-iskadenza ġiet estiża għal sentejn biex tkun konsistenti mal-estensjoni tal-iskadenza għall-għoti ta' skop ġdid lill-banda 700 MHz (ara l-emenda għall-Artikolu 1– il-paragrafu 1).

Emenda    15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw u jikkonsultaw lil xulxin dwar il-ħtieġa li jintehmżu kundizzjonijiet għad-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi fi ħdan il-banda ta’ frekwenzi 694-790 MHz.

imħassar

Emenda    16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

imħassar

(1)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà tal-banda ta’ frekwenzi 470-694 MHz jew partijiet mill-banda għall-provvista ta’ servizzi terristri tal-midja awdjoviżiva lil udjenzi tal-massa, inkluż it-televiżjoni mingħajr ħlas, u għall-użu minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-PMSE, abbażi tal-ħtiġijiet nazzjonali tax-xandir. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe użu ieħor tal-banda ta’ frekwenzi 470-694 MHz fit-territorju tagħhom ma jikkawżax interferenza dannuża lill-provvista terrestri ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva fi Stat Membru ġar.

 

(2)  Jekk l-Istati Membri jawtorizzaw l-użu tal-ispettru fil-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz għal sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika minbarra netwerks ta' xandir televiżiv, użu bħal dan għandu jkun limitat għal downlink-only. Użu bħal dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali u mil-liġi tal-Unjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Din l-hekk imsejħa "flessibbiltà" għandha titħassar mill-proposta; taħt 700 MHz għandu jkompli jintuża għax-xandir diġitali tal-anqas sa tmiem l-2030.

Emenda     17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sat-30 ta’ Ġunju 2017, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-pjan nazzjonali tagħhom u l-iskeda (“pjan direzzjonali nazzjonali”) biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 1 u 4 ta’ din id-Deċiżjoni.

Sat-30 ta’ Ġunju 2018, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-pjan nazzjonali tagħhom u l-iskeda (“pjan direzzjonali nazzjonali”) biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 1 u 4 ta’ din id-Deċiżjoni.

Emenda     18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà f'waqtha ta’ biżżejjed fondi biex ikopru l-ispejjeż tal-migrazzjoni kif ukoll l-ispejjeż assoċjati ma’ miżuri meħtieġa biex jillimitaw interferenza fis-servizzi tax-xandir.

Emenda    19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jimplimentaw il-miżuri tekniċi u regolatorji meħtieġa kollha biex tiġi evitata interferenza dannuża mis-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fil-banda ta' frekwenzi 694-790 MHz għas-servizzi tax-xandir u PMSE taħt is-694 MHz.

Ġustifikazzjoni

L-esperjenza prattika wara l-awtorizzazzjoni tat-800 MHz uriet li servizzi tax-xandir f'baned kontigwi kienu suġġetti għal interferenza. Għalhekk huwa essenzjali li jiġu implimentati miżuri biex tiġi evitata tali interferenza dannuża mis-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fil-banda ta' frekwenzi 694-790 MHz għas-servizzi tax-xandir u PMSE taħt is-694 MHz.

Emenda    20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà tal-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz għal xandir terrestri, inkluż it-televiżjoni bla ħlas, u għall-użu minn tagħmir tal-PMSE awdjo mingħajr fili tal-anqas sal-31 ta' Diċembru 2030, billi jitqies il-prinċipju ta' newtralità teknoloġika. Użu bħal dan għandu jsir f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li l-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz tibqa' disponibbli għad-DTT fil-futur prevedibbli, tal-anqas sa tmiem l-2030, meta titqies l-importanza kontinwa tal-pjattaforma tad-DTT biex tissodisfa l-objettivi nazzjonali u Ewropej tal-politika awdjoviżiva bħall-koeżjoni soċjali, il-pluraliżmu fil-midja u d-diversità kulturali. Dan jinkiseb b'mod partikolari permezz tal-mudell free-to-air li jappoġġja sistema doppja fejn ix-xandir tas-servizz pubbliku jikkoeżisti mal-fornituri tat-TV kummerċjali.

Emenda    21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-1 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha twettaq valutazzjoni u tirrapporta lill-Kunsill u lill-Parlament dwar l-iżviluppi fl-użu tal-banda ta’ frekwenzi 470-694 MHz, filwaqt li tqis l-aspetti soċjali, ekonomiċi, kulturali u teknoloġiċi li jaffettwaw l-użu tal-banda skont l-Artikoli 1 u 4. Ir-rapport għandu jivvaluta jekk ikunx meħtieġ li jinbidel l-użu tal-banda ta’ frekwenzi 470-694 MHz, jew xi parti minnha, fl-Unjoni.

Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha twettaq valutazzjoni u tirrapporta lill-Kunsill u lill-Parlament dwar l-iżviluppi fl-użu tal-banda ta’ frekwenzi 470-960 MHz, filwaqt li tqis l-aspetti soċjali, ekonomiċi, kulturali u teknoloġiċi li jaffettwaw l-użu tal-banda skont l-Artikolu 1. Ir-rapport għandu jivvaluta jekk ikunx meħtieġ li jinbidel l-użu tal-banda ta’ frekwenzi 470-960 MHz, jew xi parti minnha, fl-Unjoni. Meta titqies kwalunkwe opzjoni għall-użu tal-banda ta' frekwenzi 470-694 MHz, wara l-2030, aspetti bħar-rekwiżiti, l-iżviluppi teknoloġiċi, l-imġiba tal-konsumaturi, l-importanza tal-forniment ta' televiżjoni free-to-air u d-diversi għanijiet soċjali, politiċi, kulturali u ekonomiċi ta' interess ġenerali, ukoll għandhom jitqiesu kif xieraq.

Ġustifikazzjoni

Il-valutazzjoni li għandha titwettaq sal-aħħar tal-2025 għandha tkopri mhux biss l-użu tal-ispettru fi frekwenzi fil-banda taħt 700 MHz imma wkoll f'baned ogħla, sa 960 MHz. Dan jippermetti l-kejl tal-effiċjenza tal-użu tal-ispettru kemm mix-xandara kif ukoll mill-operaturi mobbli. Kwalunkwe użu ieħor ta' taħt 700 MHz għandu l-ewwel jiġi vvalutat bir-reqqa u għandu jqis diversi aspetti.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-użu tal-banda ta’ frekwenzi 470-790 MHz fl-Unjoni

Referenzi

COM(2016)0043 – C8-0020/2016 – 2016/0027(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

4.2.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

4.2.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Stefano Maullu

29.2.2016

Data tal-adozzjoni

21.6.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

7

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Angel Dzhambazki, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Stefano Maullu, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Michaela Šojdrová, Yana Toom, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato, Santiago Fisas Ayxelà, Eider Gardiazabal Rubial, Zdzisław Krasnodębski, Ernest Maragall, Emma McClarkin, Liliana Rodrigues


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-użu tal-banda ta’ frekwenzi 470-790 MHz fl-Unjoni

Referenzi

COM(2016)0043 – C8-0020/2016 – 2016/0027(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

2.2.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

4.2.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

4.2.2016

REGI

4.2.2016

CULT

4.2.2016

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

23.2.2016

REGI

17.3.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Patrizia Toia

1.3.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.4.2016

4.7.2016

5.9.2016

 

Data tal-adozzjoni

10.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, José Blanco López, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Jaromír Kohlíček, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Edouard Martin, Angelika Niebler, Miroslav Poche, Carolina Punset, Herbert Reul, Paul Rübig, Jean-Luc Schaffhauser, Sergei Stanishev, Neoklis Sylikiotis, Antonio Tajani, Patrizia Toia, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Kathleen Van Brempt, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Michał Boni, David Coburn, Rosa D’Amato, Miriam Dalli, Francesc Gambús, Gunnar Hökmark, Constanze Krehl, Barbara Kudrycka

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Maria Grapini

Data tat-tressiq

14.11.2016

Avviż legali - Politika tal-privatezza