RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Ghana, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra
10.11.2016 - (12396/2016 – C8-0406/2016 – 2008/0137(NLE)) - ***
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Christofer Fjellner
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Ghana, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra
(12396/2016 – C8-0406/2016 – 2008/0137(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12396/2016),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Ghana, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (12130/2008),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(3) u (4) u l-Artikolu 209(2), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0406/2016),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Ghana, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0328/2016),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ghana.
- [1] Testi adottati P6_TA(2009)0177.
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Wara d-dewmien fl-iffirmar tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Afrika tal-Punent (FSE), f'Awwissu 2016, il-Ghana (u sussegwentement il-Kosta tal-Avorju) iddeċidiet li tipproċedi bir-ratifika tal-Ftehim Interim ta' Sħubija Ekonomika tagħha mal-Unjoni Ewropea, li kien konkluż fl-2007. Il-Ftehim jiżgura xibka ta' sigurtà kontrattwali, li tawtorizza aċċess mingħajr dazju għas-suq tal-UE sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim reġjonali. Il-ftehim interim jipprevedi applikazzjoni provviżorja u ser jiġi sostitwiti minn FSE sħiħ li jkun konkluż fil-livell reġjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Sħubija bejn il-Ghana u l-UE
Il-Ghana u l-UE huma sħab f'numru ta' oqsma differenti, inkluż fit-trawwim ta' integrazzjoni u investiment eknomiku reġjonali. Fl-2015, il-kummerċ totali fiż-żewġ direzzjonijiet bejn il-Ghana u l-UE kien ilaħħaq l-EUR 5,4 biljun, u kien jirrappreżenta aktar minn 20 % tal-kummerċ estern tal-Ghana. Il-Ghana hija fost waħda mill-esportaturi agroalimenti ewlenin tar-reġjun tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS), bl-esportazzjoni ta' kawkaw, frott, ġewż u ħut, u bl-importazzjoni ta' ross, zokkor u laħam.
Għalkemm id-deheb, il-kawkaw u ż-żejt mhux raffinat, għadhom jiddominaw il-qligħ mill-esportazzjoni tal-Ghana, l-UE saret id-destinazzjoni ewlenija għall-esportazzjonijiet "mhux tradizzjonali" tal-Ghana, dan b'turija ta' diversifikazzjoni akbar u tal-valur addizzjonali fil-pajjiż. Il-bastimenti, il-vetturi u l-prodotti petroliferi raffinati jiddominaw l-importazzjonijiet tal-Ghana. Il-pajjiż qiegħed jipprova jistabbilixxi l-pożizzjoni tiegħu bħala ċentru ta' tranżitu u marittimu għal dawk il-pajjiżi mingħajr kosta.
Madwar terz tal-esportazzjonijiet tal-injam tal-Ghana huma diretti lejn l-UE. Il-Ghana saret l-ewwel sieħeb li kkonkluda negozjati u li rratifika Ftehim ta' Sħubija Volontarju (VPA), bil-promozzjoni tal-kummerċ legali tal-injam, mal-UE. Attwalment, il-Ghana qed twettaq riformi li għandhom jippreċedu l-għoti tal-liċenzja tal-FLEGT (Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali). Barra minn hekk, il-Ghana għandha tkompli bl-isforzi tagħha fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u biex telimina l-agħar forom ta' xogħol tat-tfal fis-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija, tas-sajd u tad-deheb.
Lejn il-konklużjoni ta' FSE reġjonali
Il-Ghana għażlet li terġa' tagħti l-ħajja lil ftehim ta' disa' snin mingħajr ma tistenna lil dawk is-sħab tal-FSE tal-Afrika tal-Punent biex jiddeċiedu dwar il-firma tal-ftehim kummerċjali li huwa orjentat lejn l-iżvilupp reġjonali u li tnieda fit-30 ta' Ġunju 2014 u li ġie approvat formalment mill-mexxejja tal-ECOWAS fl-10 ta' Lulju 2014. Kemm il-Ghana kif ukoll l-UE qed ikomplu jinvestu l-ħin u l-isforzi tagħhom biex idaħħlu fis-seħħ FSE reġjonali sħiħ, l-FSE interim bejn il-Ghana u l-UE (FISE) jibqa' soluzzjoni temporanja konformi mad-WTO, li tippreċedi FSE komprensiv.
Hekk kif l-FSE reġjonali jidħol fis-seħħ, dan jieħu post iż-żewġ ftehimiet FSE interim li jeżistu fir-reġjun. L-ewwel, il-Ftehim interim ta' Sħubija Ekonomika mal-Kosta tal-Avorju, li kien iffirmat fl-2008, approvat mill-Parlament Ewropew fil-25 ta' Marzu 2009 u implimentat b'mod provviżorju sa mit-3 ta' Settembru 2016. It-tieni, l-FSIE mal-Ghana, iffirmat fit-28 ta' Lulju 2016 u li issa tqiegħed għal votazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew. Il-ftehimiet rispettivi ġew ratifikati mill-Parlament tal-Ghana fit-3 ta' Awwissu 2016 u mill-Assemblea Nazzjonali tal-Kosta tal-Avorju fit-12 ta' Awwissu 2016.
L-FSIE UE-Ghana
M'hemmx dubju, li ftehim li jmur lura għall-2007 ma jistax jikkorrispondi bis-sħiħ mar-realtajiet tal-2016. Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, l-adeżjoni tal-Kroazja u d-dħul fis-seħħ li jmiss tat-Tariffa Esterna Komuni (CET) tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) huma tibdiliet istituzzjonali żgħar imma essenzjali. Jidher ċar li n-nuqqas ta' dimensjoni reġjonali u regoli tal-oriġini kif ukoll ta' qafas istituzzjonali mhux komplut jagħmlu lill-FSIE bejn l-UE-Ghana, it-tieni l-aħjar soluzzjoni. Barra minn hekk, il-linji u l-iskedi tariffarji għandhom jiġu allinjati ma' dawk reġjonali. Madankollu, bl-offerta ta' pedament ġuridiku aktar sod mir-"Regolament dwar l-Aċċess għas-Suq" (Nru. 1528/2007) unilaterali, dan il-ftehim jirrappreżenta "waiting room" qabel ma tintlaħaq soluzzjoni reġjun għal reġjun.
Għalkemm mhux komplut u mhux aġġornat, il-ftehim għandu jservi l-iskop li jgħin biex ikun evitat it-tfixkil kummerċjali għall-Ghana, filwaqt li titħejja t-triq għar-relazzjoni FSE reġjonali li ġejja. Barra minn hekk, il-Kosta tal-Avorju wkoll irrijattivat l-FSE interim tagħha. Iż-żewġ pajjiżi għażlu li ma jinżammux ostaġġ mis-sħab tal-Afrika tal-Punent, li qegħdin jipprokrastinaw l-iffirmar tal-ftehim li intlaħaq fl-2014.
Dan l-FSE jiżgura li l-Ghana, pajjiż bi dħul medju baxx, jkollha 100 % aċċess għas-suq abbażi ta' relazzjoni kuntrattwali fit-tul, li għandha tiżgura l-istabilità meħtieġa għal investimenti ġodda u għall-ħolqien tal-impjiegi. B'madwar 35 % tal-esportazzjonijiet Ewropej lejn il-Ghana diġà kompletament jew kważi kompletament liberalizzati, aktar tnaqqis fid-dazju għandu gradwalment jgħolli l-limitu sa 80 %. Filwaqt li l-Ghana qed teskludi mil-liberalizzazzjoni ċerti prodotti agrikoli u pproċessati sensittivi, l-FSIE tintroduċi wkoll salvagwardji li jippermettu l-introduzzjoni mill-ġdid ta' dazji f'każijiet fejn żieda tal-importazzjonijiet thedded li tfixkel l-ekonomija, tagħmel ħsara lis-sigurtà tal-ikel jew timmina "industrija bikrija".
Ir-rapporteur jisottolinja li l-FSIE tikkorrispondi ma' opportunitajiet ta' aċċess għas-suq, b'dispożizzjonijiet li jindirizzaw ostakoli tekniċi għall-kummerċ u tgħin lill-esportaturi tal-Ghana biex jilħqu r-rekwiżiti tal-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (SPS). Daqstant importanti hija l-kooperazzjoni immirata lejn it-tisħiħ tal-kapaċità f'riformi fiskali, it-titjib tal-klima tan-negozju, il-kompetittività, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ u l-kooperazzjoni doganali.
Konklużjonijiet
Ir-rapporteur jirrakkomanda li jingħata approvazzjoni għal dan il-Ftehim Interim, li jiftaħ il-bibien għal applikazzjoni provviżorja tiegħu. Għalkemm la l-Ghana u lanqas l-UE stennew li l-FSIE kellu jiġi attivat mill-ġdid, il-progress bil-mod tal-passi finali lejn l-FSE reġjonali wasslu għal dan. L-FSIE se jippermetti lill-esportaturi tal-Ghana biex jippreservaw il-preferenzi bla dazju fuq is-suq Ewropew hekk kif il-Ghana timxi 'l quddiem u tikkonsolida l-istatus tagħha bħala pajjiż bi dħul medju. Barra minn hekk jekk l-FSE reġjonali jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien eċċessiv, kwalunkwe diskrepanza fl-iskedi ta' liberalizzazzjoni tat-tariffi tal-FSIE u tal-linji tariffarji tkun solvuta mingħajr bżonn ta' adattament addizzjonali għall-proċessi reġjonali.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-KE u l-Gana |
||||
Referenzi |
12396/2016 – C8-0406/2016 – COM(2008)0441 – 2008/0137(NLE) |
||||
Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni |
10.10.2016 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 24.10.2016 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 24.10.2016 |
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
DEVE 4.11.2016 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Christofer Fjellner 22.7.2014 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
31.8.2016 |
13.10.2016 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
10.11.2016 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27 9 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Karoline Graswander-Hainz, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler, Jan Zahradil |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Klaus Buchner, Nicola Danti, Syed Kamall, Frédérique Ries, Fernando Ruas, Jarosław Wałęsa |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Philippe Loiseau |
||||
Data tat-tressiq |
14.11.2016 |
||||