Proċedura : 2010/0323(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0332/2016

Testi mressqa :

A8-0332/2016

Dibattiti :

PV 13/12/2016 - 15
CRE 13/12/2016 - 15

Votazzjonijiet :

PV 14/12/2016 - 9.2
CRE 14/12/2016 - 9.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0489

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 601kWORD 56k
15.11.2016
PE 589.181v02-00 A8-0332/2016

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti

(16384/1/2010 – C8-0097/2011 – 2010/0323(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Maria Arena

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti

(16384/1/2010 – C8-0097/2011 – 2010/0323(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16384/1/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll dwar il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim biex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali tat-tessuti, filwaqt li titqies l-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti (16388/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0097/2011),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni interim tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011(1) dwar il-proposta għal deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu ta' …(2) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0332/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Użbekistan.

(1)

Testi adottati, P7_TA(2011)0586.

(2)

Testi adottati, P8_TA(0000)0000.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Parlament Ewropew huwa mitlub jagħti l-kunsens tiegħu tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Użbekistan, min-naħa l-oħra, biex jestendi d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għall-kummerċ bilaterali tat-tessuti. Ir-ratifika tal-Protokoll tat-tessuti tinvolvi l-inklużjoni tat-tessuti fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) konkluż fl-1999 bejn l-Użbekistan u l-UE. Id-dispożizzjonijiet previsti fit-Titolu "Il-Kummerċ tal-Prodotti" tal-imsemmi FSK għalhekk huma validi wkoll għat-tessuti. Dak it-Titolu jipprevedi l-ftehim tal-istatus tan-nazzjon l-aktar iffavorit fuq bażi reċiproka, kummerċ ħieles minn restrizzjonijiet kwantitattivi, il-prinċipju ta' tranżitu ħieles, kummerċ bi prezzijiet relatati mas-suq, klawsola ta' salvagwardja u projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet jew il-prodotti fi tranżitu ġġustifikati abbażi tal-moralità pubblika, tal-politika pubblika jew tas-sigurtà pubblika.

F'Diċembru 2011, il-Parlament Ewropew adotta rapport interim, li jipposponi d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kunsens għal wara li jkun hemm titjib fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Użbekistan, partikolarment fir-rigward tal-użu tat-tħaddim tat-tfal u tax-xogħol furzat matul il-ġabra annwali tal-bjar tal-qoton. Dan ir-rapport interim għamel 14-il rakkomandazzjoni.

Wara l-adozzjoni ta' dan ir-rapport, ġie stabbilit djalogu mal-Użbekistan permezz ta' seduti annwali li saru bl-involviment ta' bosta atturi li jinkludu s-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet Użbeki u l-istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali. Kien hemm ukoll kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Użbekistan u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) biex tivvaluta l-azzjonijiet meħuda biex jinqered it-tħaddim tat-tfal u x-xogħol furzat matul il-ġabra annwali tal-bjar tal-qoton fl-Użbekistan. L-ILO wettqet l-ewwel missjoni ta' monitoraġġ tagħha tal-ġabra tal-bjar tal-qoton fl-2013, u rrepetiet l-eżerċizzju fl-2014 u l-2015. Hija ppjanata missjoni ta' monitoraġġ oħra għall-2016, b'enfasi partikolari fuq il-kwistjoni tax-xogħol furzat.

Ir-rapport tal-aħħar missjoni ta' monitoraġġ tal-ILO, li saret mill-14 ta' Settembru sal-31 ta' Ottubru 2015, uriet li x-xogħol tat-tfal kien ġie kważi kompletament eradikat waqt il-ġabra tal-bjar tal-qoton. L-awtoritajiet pubbliċi implimentaw diversi miżuri sabiex jiġi eliminat it-tħaddim tat-tfal, inklużi ċentri li jżommu t-tfal wara l-iskola, multi għall-awturi tar-reati, ir-responsabbiltà akbar tal-ġenituri, l-għalliema u l-bdiewa. Ġew identifikati ftit każijiet iżolati. L-ILO għalhekk iddikkjarat it-tħaddim tat-tfal bħala sporadiku u li sar soċjalment inaċċettabbli.

Madankollu ma setgħux isiru l-istess konklużjonijiet dwar il-kwistjoni tax-xogħol furzat. Peress li l-valutazzjoni kienet kwistjoni iktar delikata, l-ILO sabet bosta indikaturi ta' xogħol furzat marbuta ma' kundizzjonijiet tax-xogħol abbużivi u l-proċess ta' reklutaġġ. L-awtoritajiet Użbeki ħadu diversi impenji biex gradwalment jabolixxu x-xogħol furzat tal-adulti, inkluż l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' feedback biex jindirizza l-ilmenti tal-popolazzjoni, l-organizzazzjoni ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni u l-istabbiliment ta' programmi biex jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali f'dan il-qasam.

Il-Parlament Ewropew jappoġġa bis-sħiħ ix-xogħol immexxi mill-ILO sabiex jiġi abolit definittivament ix-xogħol furzat fl-Użbekistan. L-isforzi tal-awtoritajiet Użbeki għandhom jitħeġġu wkoll. Għaldaqstant, ir-rapporteur hija tal-fehma li fil-kuntest ta' djalogu u ta' kooperazzjoni kontinwi, hemm lok biex il-Parlament Ewropew jagħti l-kunsens tiegħu għall-Protokoll tat-Tessuti mal-Użbekistan.

Madankollu, fil-każ li l-awtoritajiet Użbeki jonqsu mill-impenn tagħhom li jabolixxu x-xogħol furzat, il-Parlament jirriżerva d-dritt li jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jattivaw l-Artikoli 2 u 95 tal-FSK sabiex jippermettu li jittieħdu miżuri ġenerali jew speċifiċi fil-każ li ma jiġux rispettati d-drittijiet tal-bniedem.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (25.10.2016)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għal Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti

(16384/1/2010 – C7-0097/2011 – 2010/0323(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Elmar Brok

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għal Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Estensjoni għall-kummerċ bilaterali tat-tessuti tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni KE/Użbekistan

Referenzi

16384/1/2010 – C7-0097/2011 – COM(2010)0664 – 16384/2010 – 2010/0323(NLE)

Kumitat responsabbli

 

INTA

 

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Elmar Brok

24.10.2014

Rapporteur għal opinjoni sostitut(a)

Ulrike Lunacek

Data tal-adozzjoni

24.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

8

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Georgios Epitideios, Anna Elżbieta Fotyga, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, Tamás Meszerics, Javier Nart, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Kati Piri, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, László Tőkés, Ivo Vajgl, Johannes Cornelis van Baalen, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ryszard Czarnecki, Ana Gomes, Javi López, Juan Fernando López Aguilar, Antonio López-Istúriz White, Urmas Paet, Jean-Luc Schaffhauser, Helmut Scholz, Bodil Valero

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Biljana Borzan, Karoline Graswander-Hainz, Marijana Petir, Ivan Štefanec


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Estensjoni għall-kummerċ bilaterali tat-tessuti tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni KE/Uzbekistan

Referenzi

16384/1/2010 – C7-0097/2011 – COM(2010)0664 – 16384/2010 – 2010/0323(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

14.4.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

10.5.2011

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

9.6.2011

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Maria Arena

22.7.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

7.5.2015

1.9.2016

12.10.2016

 

Data tal-adozzjoni

10.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Karoline Graswander-Hainz, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Nicola Danti, Syed Kamall, Frédérique Ries, Fernando Ruas, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Philippe Loiseau

Data tat-tressiq

15.11.2016

Avviż legali - Politika tal-privatezza