Proċedura : 2016/0810(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0343/2016

Testi mressqa :

A8-0343/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/12/2016 - 9.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0494

RAPPORT     *
PDF 603kWORD 55k
21.11.2016
PE 589.446v02-00 A8-0343/2016

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn il-Georgia u l-Europol

(10343/2016 – C8-0266/2016 – 2016/0810(CNS))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Claude Moraes

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn il-Georgia u l-Europol

(10343/2016 – C8-0266/2016 – 2016/0810(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10343/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0266/2016),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(1), b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni kklassifikata(2), b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 6 tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/935/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tiddetermina l-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0343/2016),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta, wara d-data ta' applikazzjoni tar-Regolament il-ġdid dwar l-Europol(4), id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta' kooperazzjoni, u jitlobha wkoll tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-eżitu ta' din il-valutazzjoni u, jekk ikun xieraq, tressaq rakkomandazzjoni għal awtorizzazzjoni biex jinfetaħ rinegozjar internazzjonali tal-ftehim;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Europol.

(1)

ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(2)

ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6.

(3)

ĠU L 325, 11.12.2009, p. 12.

(4)

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta

Skont l-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Europol attwali (id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI), huwa kompitu tal-Kunsill li japprova l-konklużjoni ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni internazzjonali ma' stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew. Tali ftehimiet jistgħu jirrigwardaw l-iskambju ta' informazzjoni operattiva, strateġika, teknika jew ikklassifikata. Il-ftehim ta' kooperazzjoni operattiva jinkludi wkoll l-iskambju ta' data personali.

Din il-proposta tikkonċerna l-approvazzjoni proposta ta' ftehim strateġiku u operattiv bejn l-Europol u l-Georgia, li jipprevedi l-iskambju ta' informazzjoni, inkluża d-data personali. Tali informazzjoni tista' tkun fil-qasam ta' għarfien speċjalizzat, rapporti dwar is-sitwazzjoni ġenerali, riżultati ta' analiżi strateġika, tagħrif dwar proċeduri ta' investigazzjoni kriminali, tagħrif dwar metodi ta' prevenzjoni, u appoġġ f'investigazzjonijiet kriminali individwali.

Il-proċedura

Kif spjegat hawn fuq, il-konklużjoni ta' dan il-ftehim internazzjonali l-ġdid hija proposta fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Europol (Deċiżjoni 2009/371/ĠAI).

Fil-11 ta' Mejju 2016 daħal fis-seħħ Regolament Ewropew ġdid (Regolament (UE) 2016/794), li fih ġew modifikati b'mod sinifikanti l-proċedura għall-konklużjoni tal-ftehimiet internazzjonali u d-dispożizzjonijiet u s-salvagwardji rilevanti għall-protezzjoni tad-data personali taċ-ċittadini Ewropej, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Madankollu, id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament il-ġdid dwar l-Europol hija l-1 ta' Mejju 2017 u sa dik id-data se jibqgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet eżistenti fid-Deċiżjoni tal-Kunisll dwar l-Europol.

Filwaqt li huwa diżappuntanti l-fatt li f'din il-proċedura l-Parlament Ewropew ma jistax jaqdi r-rwol tiegħu ta' skrutinju demokratiku b'mod sħiħ, ta' min jinnota li fl-Artikolu 25(4) tar-Regolament dwar l-Europol hemm stabbilit li l-Kummissjoni għandha tivvaluta d-dispożizzjonijiet, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data, li jinsabu fil-ftehimiet ta' kooperazzjoni operattiva kollha li ġew konklużi qabel l-1 ta' Mejju 2017, u li l-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament dwar l-eżitu ta' dik il-valutazzjoni, u tista', jekk ikun adatt, tibda proċedura għan-negozjar mill-ġdid ta' dawn il-ftehimiet. Barra minn hekk, wieħed għandu jqis li l-Awtorità ta' Kontroll Komuni tal-Europol, li tikkonsisti mill-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data speċjalizzati fl-infurzar tal-liġi, tat opinjoni pożittiva għall-konklużjonijiet ta' dan il-ftehim ta' kooperazzjoni, filwaqt li qieset il-livell ta' protezzjoni tad-data fil-Georgia.

Il-kontenut

Jidher li hemm ħtiġijiet operattivi ċari li l-Europol għandu jintensifika l-kooperazzjoni operattiva tiegħu mal-Georgia. Skont l-Europol, il-Georgia qed issir dejjem aktar importanti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, b'mod aktar speċifiku peress li l-pajjiż huwa punt ta' tranżitu tal-hekk imsejħa ġellieda barranin, u huwa sieħeb bi rwol essenzjali fil-ġlieda kontra l-gruppi kriminali organizzati Georgjani. Minn din il-perspettiva, il-konklużjoni ta' dan il-ftehim ta' kooperazzjoni strateġika operattiva mal-Georgia għaldaqstant jgħin u jsaħħaħ il-ġlieda kontra t-terroriżmu l-kriminalità organizzata, li minnhom infushom huma internazzjonali.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn il-Georgia u l-Europol

Referenzi

10343/2016 – C8-0266/2016 – 2016/0810(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

11.7.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.9.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Claude Moraes

3.10.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

26.9.2016

17.10.2016

17.11.2016

 

Data tal-adozzjoni

17.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

3

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Malin Björk, Caterina Chinnici, Frank Engel, Tanja Fajon, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Harald Vilimsky, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ska Keller, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Verónica Lope Fontagné, Mylène Troszczynski, Tom Vandenkendelaere

Data tat-tressiq

21.11.2016


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

31

+

ECR

Jussi Halla-aho, Monica Macovei, Branislav Škripek

PPE

Heinz K. Becker, Frank Engel, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Roberta Metsola, József Nagy, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Tom Vandenkendelaere, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

Verts/ALE

Ska Keller, Judith Sargentini

3

-

ENF

Mylène Troszczynski

GUE/NGL

Malin Björk, Barbara Spinelli

6

0

ALDE

Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Sophia in 't Veld

EFDD

Kristina Winberg

ENF

Harald Vilimsky

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali - Politika tal-privatezza