RAPPORT dwar ir-reviżjoni ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

22.11.2016 - (2016/2114(REG))

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: Richard Corbett


Proċedura : 2016/2114(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0344/2016

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-reviżjoni ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

(2016/2114(REG))

Il-Parlament Ewropew

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 226 u 227 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, ta-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0344/2016),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Jissottolinja li dawk l-emendi għar-Regoli ta' Proċedura kkunsidraw kif dovut id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet[1];

3.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali jieħu l-miżuri li hemm bżonn sabiex is-sistemi tal-IT tal-Parlament jiġu adattati minnufih għar-Regoli ta’ Proċedura emendati u jinħolqu għodod elettroniċi xierqa, inter alia biex isir segwitu għall-mistoqsijiet bil-miktub li jsiru lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni;

4.  Jiddeċiedi li jħassar l-Artikolu 106(4) mir-Regoli ta' Proċedura hekk kif il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun tneħħiet minn kwalunkwe leġislazzjoni eżistenti u jitlob li, sadanittant, is-servizzi kkonċernati jżidu ma' dak l-Artikolu nota ta' qiegħ il-paġna b'referenza għal dak it-tħassir futur;

5.  Jistieden lill-Konferenza tal-Presidenti tirrieżamina l-Kodiċi ta' Mġiba għan-negozjar fil-kuntest tal-proċedura leġislattiva ordinarja sabiex tinġieb konformi mal-Artikoli 73 sa 73d adottati b'riżultat ta' din id-Deċiżjoni;

6.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li l-Annessi għar-Regoli ta' Proċedura jerġgħu jiġu organizzati sabiex ikun fihom biss testi li jkollhom l-istess valur legali u jkunu suġġetti għall-istess maġġoranza proċedurali bħar-Regoli ta' Proċedura nfushom u l-Anness VI li, minkejja li jeħtieġ proċedura differenti u maġġoranza differenti għall-adozzjoni tiegħu, jikkonsisti f'miżuri ta' implimentazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura; jitlob li l-annessi eżistenti l-oħra u kwalunkwe test addizzjonali li jista' jkun rilevanti għall-ħidma tal-Membri, jerġgħu jiġu organizzati f'kompendju li jkun jakkumpanja r-Regoli ta' Proċedura;

7.  Jirrimarka li l-emendi għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sessjoni parzjali ta' wara dak tal-adozzjoni tagħhom, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 212(2) dwar il-kompożizzjoni ta’ delegazzjonijiet interparlamentari, li għandu jidħol fis-seħħ għad-delegazzjonijiet eżistenti mal-ftuħ tal-ewwel sessjoni ta’ wara l-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament Ewropew li mistennija jsiru fl-2019;

8.  Jiddeċiedi li l-Membri għandhom jadattaw id-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji tagħhom biex jirriflettu l-bidliet fl-Artikolu 4 tal-Anness I għar-Regoli ta' Proċedura sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn il-bidliet; jitlob lill-Bureau tiegħu u lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ dak id-dħul fis-seħħ, jieħdu l-miżuri xierqa biex jippermettu dak l-adattament mill-Membri; jiddeċiedi li d-dikjarazzjonijiet sottomessi abbażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta’ Proċedura fis-seħħ fid-data li tiġi adottata din id-deċiżjoni ser jibqgħu validi sa sitt xhur wara d-data ta' dak id-dħul fis-seħħ; jiddeċiedi, barra minn hekk, li dawn id-dispożizzjonijiet imsemmija l-aħħar se jkunu japplikaw ukoll għal kull Membru li l-mandat tiegħu jibda jseħħ matul dak l-istess perjodu;

9.  Jitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jirrieżamina l-Artikolu 168a rigward id-definizzjonijiet il-ġodda tal-limiti, kif ukoll biex sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dak l-Artikolu jirrieżamina l-applikazzjoni ta' dawk il-limiti għal Artikoli speċifiċi;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

Emenda    1

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Mandat indipendenti

Mandat indipendenti

Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom jeżerċitaw il-mandat tagħhom b'mod indipendenti. M'għandhomx jiġu mxekkla minn xi istruzzjonijiet u m'għandhomx jirċievu mandat li jorbothom.

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 u l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1) tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, il-Membri għandhom jeżerċitaw il-mandat tagħhom b'mod ħieles u indipendenti, m'għandhomx jiġu mxekkla minn xi istruzzjonijiet u m'għandhomx jirċievu mandat li jorbothom.

Ġustifikazzjoni

Mill-perspettiva legali, is-sors tal-mandat indipendenti jinsab fl-Artikolu 6(1) tal-Att tal-1976 u fl-Artikoli 2(1) u 3(1) tal-Istatut tal-Membri. It-tibdil propost – li jirrifletti d-diċitura preċiża ta' dawn id-dispożizzjonijiet – hu maħsub biex jevita kwalunkwe konfużjoni.

Emenda    2

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 3

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Verifika ta' kredenzjali

Verifika ta' kredenzjali

1.  Wara l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, il-President għandu jistieden lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri sabiex jgħaddu lill-Parlament mingħajr dewmien l-ismijiet tal-Membri eletti sabiex il-Membri kollha jieħdu l-kariga fil-Parlament b'effet mill-ftuħ ta' l-ewwel seduta wara l-elezzjonijiet.

1  Wara l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, il-President għandu jistieden lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex jgħaddu lill-Parlament mingħajr dewmien l-ismijiet tal-Membri eletti sabiex il-Membri kollha jieħdu l-kariga fil-Parlament b'effet mill-ftuħ tal-ewwel seduta wara l-elezzjonijiet.

Fl-istess ħin, il-President għandu jiġbed l-attenzjoni ta' dawk l-awtoritajiet għad-dispożizzjoniiet rilevanti għall-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976 u jistedinhom jieħdu l-miżuri meħtiega sabiex jevitaw kull inkompatibbiltà mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Fl-istess ħin, il-President għandu jiġbed l-attenzjoni ta' dawk l-awtoritajiet għad-dispożizzjoniiet rilevanti għall-Att tal-20 ta' Settembru 1976 u jistedinhom jieħdu l-miżuri meħtiega sabiex jevitaw kull inkompatibbiltà mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

2.  Kull Membru li l-elezzjoni tiegħu jkun mgħarraf biha l-Parlament għandu jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub, qabel jidħol fil-kariga fil-Parlament, li huwa ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew fis-sens ta' l-Artikolu 7(1) u (2) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976. Wara l-elezzjonijiet ġenerali, din id-dikjarazzjoni għandha ssir fejn hu possibbli mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel is-seduta kostituttiva tal-Parlament. Sakemm il-kredenzjali ta' Membru jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe tilwima u kemm-il darba jkun iffirma minn qabel id-dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija aktar 'l fuq, il-Membru għandu jidħol fil-kariga tiegħu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u għandu jgawdi mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga.

2.  Kull Membru li l-elezzjoni tiegħu jkun mgħarraf biha l-Parlament għandu jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub, qabel jidħol fil-kariga fil-Parlament, li huwa ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew fis-sens tal-Artikolu 7(1) u (2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976. Wara l-elezzjonijiet ġenerali, din id-dikjarazzjoni għandha ssir fejn hu possibbli mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel is-seduta kostituttiva tal-Parlament. Sakemm il-kredenzjali ta' Membru jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe tilwima u kemm-il darba jkun iffirma minn qabel id-dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija aktar 'l fuq, il-Membru għandu jidħol fil-kariga tiegħu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u għandu jgawdi mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga.

Fejn ikun stabbilit minn fatti vverifikati minn sorsi disponibbli għall-pubbliku li Membru għandu kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew, fis-sens ta' l-Artikolu 7(1) u (2) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976, il-Parlament, fuq il-bażi ta' tagħrif provdut mill-President tiegħu, għandu jistabbilixxi li hemm post vakanti.

Fejn ikun stabbilit minn fatti vverifikati minn sorsi disponibbli għall-pubbliku li Membru għandu kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew, fis-sens tal-Artikolu 7(1) u (2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976, il-Parlament, fuq il-bażi ta' tagħrif provdut mill-President tiegħu, għandu jistabbilixxi li hemm post vakanti.

3.  Fuq il-bażi ta' rapport magħmul mill-kumitat responsabbli mill-verifika tal-kredenzjali, il-Parlament għandu jivverifika l-kredenzjali mingħajr dewmien u jiddeċiedi dwar il-validità tal-mandat ta' kull wieħed mill-Membri li jkunu għadhom kemm ġew eletti kif ukoll dwar xi kontestazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976, ħlief għad-dispożizzjonijiet ibbażati fuq il-liġijiet elettorali nazzjonali.

3.  Fuq il-bażi ta' rapport magħmul mill-kumitat responsabbli, il-Parlament għandu jivverifika l-kredenzjali mingħajr dewmien u jiddeċiedi dwar il-validità tal-mandat ta' kull wieħed mill-Membri tiegħu li jkunu għadhom kemm ġew eletti kif ukoll dwar kwalunkwe kontestazzjoni skond id-dispożizzjonijiet tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976, għajr dawk li, skont dak l-Att, jaqgħu esklużivament taħt id-dispożizzjonijiet nazzjonali li għalihom jirreferi dak l-Att.

 

Ir-rapport tal-kumitat għandu jkun ibbażat fuq in-notifika uffiċjali tar-riżultati sħaħ tal-elezzjoni min naħa ta' kull Stat Membru. Fin-notifika għandhom ikunu speċifikati l-ismijiet tal-kandidati eletti u l-ismijiet ta' xi sostituti flimkien mal-ordni tagħhom skond ir-riżultat tal-votazzjoni.

 

Il-validità tal-mandat ta' Membru ma tistax tiġi kkonfermata jekk ma jkunux saru d-dikjarazzjonijiet bil-miktub meħtieġa taħt dan l-Artikolu u l-Anness I ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

4.  Ir-rapport tal-kumitat għandu jkun ibbażat fuq in-notifika uffiċjali tar-riżultati sħaħ ta' l-elezzjoni min naħa ta' kull Stat Membru. Fin-notifika għandhom ikunu speċifikati l-ismijiet tal-kandidati eletti u l-ismijiet ta' xi sostituti flimkien ma' l-ordni tagħhom skond ir-riżultat tal-votazzjoni.

 

Il-validità tal-mandat ta' xi Membru ma tistax tkun ikkonfermata jekk ma jkunux saru d-dikjarazzjonijiet bil-miktub meħtieġa taħt dan l-Artikolu u l-Anness I ta' dawn ir-regoli.

 

Fuq il-bażi ta' rapport tal-kumitat, il-Parlament jista' f'kull ħin jieħu deċiżjoni dwar xi kontestazzjoni tal-validità tal-mandat ta' xi wieħed mill-Membri tiegħu.

4.  Fuq il-bażi ta' proposta tal-kumitat responsabbli, il-Parlament għandu, mingħajr dewmien, jivverifika l-kredenzjali tal-Membri individwali li jkunu qed jieħdu post Membri li jkunu temmew il-mandat tagħhom u jista' f'kull ħin jieħu deċiżjoni dwar xi kontestazzjoni tal-validità tal-mandat ta' xi wieħed mill-Membri tiegħu.

5.  Meta l-ħatra ta' Membru sseħħ minħabba l-irtirar ta' kandidati mill-istess lista, il-kumitat responsabbli għandu jiżgura li l-irtirar fil-kwistjoni jkun sar skond l-ispirtu u l-kelma ta' l-Att tal-20 ta' Settembru 1976 u ta' l-Artikolu 4(3).

5.  Meta l-ħatra ta' Membru sseħħ minħabba l-irtirar ta' kandidati mill-istess lista, il-kumitat responsabbli għandu jiżgura li l-irtirar fil-kwistjoni jkun sar skond l-ispirtu u l-kelma tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 u tal-Artikolu 4(3).

6.  Il-kumitat għandu jiżgura li kull informazzjoni li tista' teffettwa l-qadi tad-dmirijiet ta' xi Membru tal-Parlament Ewropew jew l-ordni tas-sostituti tintbagħat minnufih lill-Parlament mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri jew ta' l-Unjoni, b'indikazzjoni tad-data tas-seħħ fejn jikkonċerna xi ħatra.

6.  Il-kumitat għandu jiżgura li kull informazzjoni li tista' teffettwa l-eliġibilità ta' xi Membru tal-Parlament Ewropew jew l-eliġibilità jew l-ordni tas-sostituti tintbagħat minnufih lill-Parlament mill-awtoritajiet tal-Istati Membri jew tal-Unjoni, b'indikazzjoni tad-data tas-seħħ fejn jikkonċerna xi ħatra.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jagħtu bidu għal proċedura li tista' twassal għall-iskwalifika ta' Membru milli jieħu l-kariga, il-President għandu jitlobhom biex iżommuh infurmat regolarment dwar l-istadju li fih tkun waslet il-proċedura. Huwa għandu jirreferi l-każ lill-kumitat responsabbli. Fuq proposta ta' dak il-kumitat, il-Parlament jista' jieħu pożizzjoni dwar il-każ.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jagħtu bidu għal proċedura li tista' twassal għall-iskwalifika ta' Membru milli jieħu l-kariga, il-President għandu jitlobhom biex iżommuh infurmat regolarment dwar l-istadju li fih tkun waslet il-proċedura. Huwa għandu jirreferi l-każ lill-kumitat responsabbli. Fuq proposta ta' dak il-kumitat, il-Parlament jista' jieħu pożizzjoni dwar il-każ.

Justification

The changes in paragraph 3 illustrate the fact that the "committee responsible" is clearly identified in Annex VI. The words "except those based on national electoral laws" are deleted as they are not fully in line with Article 12 of the Act of 1976, i.e. "other than those arising out of the national provisions to which the Act refers". Moreover, subparagraphs 1 and 2 of paragraph 4 are moved to paragraph 3 for consistency reasons.

As a consequence, paragraph 4 will consist of only its current subparagraph 3. This provision refers to what happens in the course of the legislative term when Members are replaced. The word "proposal" instead of "report" allows having recourse to a simplified procedure (i.e. ad hoc verification by letter) in unproblematic cases, in line with the standing practice.

Emenda    3

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 4

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Tul tal-mandat tal-Membri

Tul tal-mandat tal-Membri

1.  Il-mandat tal-membri għandu jibda u jispiċċa skond kif imniżżel fl-Att tal-20 ta' Settembru 1976. Jintemm ukoll mal-mewt jew mar-riżenja.

1.  Il-mandat tal-membri jibda u jispiċċa skont kif imniżżel fl-Artikoli 5 u 13 tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976.

2.  Kull membru għandu jibqa' fil-kariga sal-ftuħ ta' l-ewwel seduta tal-Parlament wara l-elezzjonijiet.

 

3.  Membru li jkun se jirriżenja għandu jgħarraf lill-President bir-riżenja tiegħu u bid-data li fiha r-riżenja tkun ser sseħħ, liema data m'għandhiex tkun aktar tard minn tliet xhur wara n-notifika. Din in-notifika għandu jkollha forma ta' dokument uffiċjali mħejji fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali jew tar-rappreżentant tiegħu, iffirmat minn dan ta' l-aħħar u mill-Membru konċernat u ppreżentat minnufih lill-kumitat responsabbli li għandu jdaħħlu fl-aġenda ta' l-ewwel laqgħa tiegħu li tiġi wara li jkun irċieva d-dokument.

3.  Membru li jkun se jirriżenja għandu jgħarraf lill-President bir-riżenja tiegħu u bid-data li fiha r-riżenja tkun ser sseħħ, liema data m'għandhiex tkun aktar tard minn tliet xhur wara n-notifika. Din in-notifika għandu jkollha forma ta' dokument uffiċjali mħejji fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali jew tar-rappreżentant tiegħu, iffirmat minn dan tal-aħħar u mill-Membru konċernat u ppreżentat minnufih lill-kumitat responsabbli li għandu jdaħħlu fl-aġenda tal-ewwel laqgħa tiegħu li tiġi wara li jkun irċieva d-dokument.

Jekk il-kumitat responsabbli jqis li r-riżenja ma tkunx skond l-ispirtu u l-kelma ta' l-Att tal-20 ta' Settembru 1976 huwa għandu jinforma b'dan lill-Parlament ħalli l-Parlament ikun jista' jistabilixxi jekk il-post ikunx vakanti jew le.

Jekk il-kumitat responsabbli jqis li r-riżenja hija skont l-Att tal-20 ta' Settembru 1976, għandu jiġi dikjarat post vakanti b'effett mid-data indikata mill-Membru li jkun qed jirriżenja fid-dokument uffiċjali, u l-President għandu jgħarraf lill-Parlament dwar dan.

F'każ li jiġi meqjus vakanti, il-post jitqies vakanti sa mid-data li l-Membru li jkun qed jirriżenja jkun niżżel fid-dokument uffiċjali. M'għandux jittieħed vot fil-Parlament dwar dan.

Jekk il-kumitat responsabbli jqis li r-riżenja ma tkunx f'konformità mal-Att tal-20 ta' Settembru 1976, huwa għandu jipproponi lill-Parlament li ma jiddikjarax li hemm post vakanti.

Ġiet introdotta proċedura simplifikata għal ċerti ċirkustanzi eċċezzjonali, b'mod partikulari fejn issir sessjoni parzjali waħda jew aktar bejn id-data effettiva tar-riżenja u l-ewwel laqgħa tal-kumitat responsabbli u fejn, peress li l-post ma jkunx għadu ġie meqjus vakanti, il-grupp politiku li minnu jagħmel parti l-Membru li jkun qed jirriżenja ma jkollux il-possibiltà li jpoġġi Membru minfloku waqt dawk is-sessjonijiet parzjali. Taħt din il-proċedura, ir-rapporteur tal-kumitat responsabbli minn dawn il-każijiet għandu s-setgħa li jeżamina minnufih kull riżenja nnotifikata kif jistħoqq u, fil-każ fejn kwalunkwe dewmien fil-kunsiderazzjoni tan-notifika jista' jkun ta' preġudizzju, li jirreferi l-kwistjoni lill-president tal-kumitat, filwaqt li jitolbu, skond il-paragrafu 3:

 

  jew li jgħarraf lill-President għan-nom tal-kumitat li l-post jista' jitqies vakanti; or

 

  jew li jsejjaħ laqgħa straordinarja tal-kumitat sabiex jeżamina xi diffikultajiet speċifiċi nnutati mir-rapporteur.

 

 

3a.  Meta l-ebda laqgħa tal-kumitat responsabbli ma tiġi skedata qabel is-sessjoni parzjali li jkun imiss, ir-rapporteur tal-kumitat responsabbli għandu immedjatament jeżamina kwalunkwe riżenja li tkun ġiet debitament notifikata. Fejn dewmien fil-kunsiderazzjoni tan-notifika jkun ta' preġudizzju, ir-rapporteur għandu jirreferi l-kwistjoni lill-president tal-kumitat, filwaqt li jitlob, skont il-paragrafu 3, li:

 

  il-President jiġi mgħarraf f'isem il-kumitat li l-post jista' jitqies vakanti; or

 

  tissejjaħ laqgħa straordinarja tal-kumitat sabiex jeżamina xi diffikultajiet speċifiċi nnutati mir-rapporteur;

4.   Fejn awtorità kompetenti ta' Stat Membru tinnotifika lill-President bit-tmiem tal-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew skond id-dispożizzjonijiet tal-Liġi ta' dak l-Istat Membru, b'riżultat jew ta' inkompatibbiltajiet fis-sens ta' l-Artikolu 73 ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976 jew ta' l-irtirar tal-mandat skond l-Artikolu 13(3) ta' dak l-Att, il-President għandu jinforma lill-Parlament li l-mandat spiċċa fid-data kkomunikata mill-Istat Membru u jistieden lill-Istat Membru jimla l-post vakanti mingħajr dewmien.

4.   Fejn jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew tal-Unjoni jew il-Membru konċernat jgħarrfu lill-President b'xi ħatra jew elezzjoni għal kariga li tkun inkompatibbli mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew fis-sens tal-Artikolu 7(1) jew (2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976, il-President għandu jinforma lill-Parlament b'dan, u l-Parlament għandu jiddikjara li jeżisti post vakanti mid-data tal-inkompatibilità.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew ta' l-Unjoni jew il-Membru konċernat jgħarrfu lill-President dwar xi ħatra jew elezzjoni għal kariga li tkun inkompatibbli mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew, fis-sens ta' l-Artikolu 7(1) u (2) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976, il-President għandu jgħarraf lill-Parlament u l-Parlament għandu jistabilixi li hemm post vakanti.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jinnotifikaw lill-President bit-tmiem tal-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew bħala riżultat jew ta' inkompatibilità addizzjonali stabbilita bil-liġi ta' dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 7(3) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 jew tal-irtirar tal-mandat tal-Membru skont l-Artikolu 13(3) ta' dak l-Att, il-President għandu jgħarraf lill-Parlament li l-mandat ta' dak il-Membru spiċċa fid-data kkomunikata mill-Istat Membru. Fejn l-ebda tali data ma tiġi kkomunikata, id-data ta' tmiem il-mandat għandha tkun id-data tan-notifika minn dak l-Istat Membru.

5.  L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri jew ta' l-Unjoni għandhom jgħarrfu lill-President b'xi kariga li jkunu bi ħsiebhom jagħtu lil xi Membru. Il-President għandu jirreferi lill-kumitat responsabbli l-kwistjoni tal-kompatibilità tal-kariga proposta ma' l-ispirtu u l-kelma ta' l-Att tal-20 ta' Settembru 1976. Huwa għandu jgħarraf lill-Parlament, lill-Membru u lill-awtoritajiet konċernati bil-konklużjonijiet li jkun wasal għalihom il-kumitat.

5.  Meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jew tal-Unjoni jgħarrfu lill-President b'kariga li jkunu bi ħsiebhom jagħtu lil xi Membru, il-President għandu jirreferi lill-kumitat responsabbli l-kwistjoni tal-kompatibilità tal-kariga proposta mal-Att tal-20 ta' Settembru 1976. Huwa għandu jgħarraf lill-Parlament, lill-Membru u lill-awtoritajiet konċernati bil-konklużjonijiet li jkun wasal għalihom il-kumitat.

6.  Id-data tat-tmiem tal-kariga u d-data effettiva ta' post vakanti għandhom jitqiesu kif imniżżel hawn taħt:

 

  f'każ ta' riżenja: id-data li fiha l-Parlament iqis il-post bħala vakanti, skond in-notifika tar-riżenja;

 

  f'każ ta' ħatra jew elezzjoni għal kariga li hija inkompatibbli mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew, fis-sens ta' l-Artikolu 7(1) jew (2) ta' l-Att tal-20 ta' Settembru 1976: id-data notifikata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew ta' l-Unjoni jew mill-Membru konċernat.

 

7.  Meta l-Parlament jistabilixxi li jeżisti post vakanti, għandu jgħarraf b'dan lill-Istat Membru konċernat u jistiednu jimla il-kariga mingħajr dewmien.

7.  Meta l-Parlament jistabilixxi post vakanti, il-President għandu jgħarraf b'dan lill-Istat Membru konċernat, u jistiednu jimla l-kariga mingħajr dewmien.

8.  Kull kontestazzjoni li tikkonċerna l-validità tal-ħatra ta' Membru li l-kredenzjali tiegħu ikunu diġà ġew verifikati għandha tiġi rreferuta lill-kumitat responsabbli, li min-naħa tiegħu għandu jirraporta minnufih lill-Parlament u mhux aktar tard mill-bidu tas-sessjoni parzjali li jkun imiss.

 

9.  Il-Parlament jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-ħatra li qed tiġi kkunsidrata tkun invalida jew li jirrifjuta li jqis il-post vakanti jekk l-aċċettazzjoni jew it-tmiem tal-kariga jkunu jidhru li huma bbażati fuq ineżattezzi materjali jew fuq vizzju tal-kunsens.

9.  Il-Parlament jista' jiddikjara li l-ħatra li qed tiġi kkunsidrata tkun invalida jew jista' jirrifjuta li jqis il-post vakanti jekk l-aċċettazzjoni jew it-tmiem tal-kariga jkunu jidhru li huma bbażati fuq ineżattezzi materjali jew fuq vizzju tal-kunsens.

Justification

As regards paragraph 1, Article 13(1) of the Act of 1976 adds the case of "withdrawal of the mandate" to "death or resignation". However, since all these cases are covered by the Act of 1976, the second sentence of this paragraph is superfluous and can be deleted.

Paragraph 2 is deleted, asits content is already covered by the Act of 1976.

In paragraph 3, since the case of a problematic resignation is the exception and not the rule, subparagraphs 2 and 3 are inverted and their wording is streamlined.

The existing interpretation is converted into a new paragraph after paragraph 3 and its wording streamlined.

Subparagraphs 1 and 2 of paragraph 4 are inverted in order to reflect the order of the incompatibilities referred to in Article 7 of the Act of 1976. Their wording is also adapted (among other things, the last sentence of current subparagraph 1 is deleted as it is a mere repetition of current paragraph 7).

The amendment of paragraph 5 makes sure that it complies with the principle that Parliament’s Rules of Procedure may not impose obligations on other authorities, including those of the Member States.

Since the suggested wording of paragraphs 3 and 4 clarifies the date of the end of the term of office in all possible cases covered by the Act of 1976 (including resignation, incompatibilities or withdrawal of mandate), paragraph 6 becomes superfluous and can be deleted.

Paragraph 7 is in line with the existing practice.

Paragraph 8 is deleted as it is reflected in Rule 3 with the exception of the deadline, which can be deleted, as depending on the complexity of a dispute, this deadline "no later than the beginning of the next part-session" may prove to be too tight.

Paragraph 9 would become paragraph 7. "Shall reserve the right to" is a somewhat odd wording in the context and the amendment suggests to replace it with "may".

Emenda    4

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 5

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Privileġġi u immunitajiet

Privileġġi u immunitajiet

1.  Il-Membri għandhom igawdu l-privileġġi u l-immunitajiet skond il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

1.  Il-Membri jgawdu l-privileġġi u l-immunitajiet stabbiliti fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

2.  L-immunità parlamentari mhix privileġġ personali ta' Membru imma garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu.

2.  Fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' privileġġi u immunitajiet, il-Parlament għandu jaġixxi biex iħares l-integrità tiegħu bħala assemblea leġislattiva demokratika u jiżgura l-indipendenza tal-Membri tiegħu fil-qadi ta' dmirijiethom. L-immunità parlamentari mhix privileġġ personali ta' Membru imma garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu.

3.  Malli l-President jiġi mgħarraf bl-elezzjoni tal-Membri, huwa għandu joħroġ permessi lill-Membri biex huma jkunu jistgħu jiċċirkulaw bla xkiel fl-Istati Membri.

3.  Fuq talba u suġġett għall-awtorizzazzjoni mill-President tal-Parlament, l-Unjoni Ewropea għandha toħroġ laissez-passer tal-Unjoni Ewropea lil Membru li jippermetti li l-Membru jiċċirkola bla xkiel fl-Istati Membri u f’pajjiżi oħra li jirrikonoxxu dan il-laissez-passer bħala dokument tal-ivjaġġar validu.

 

3a.  Għall-fini tat-twettiq tal-mandat tagħhom, il-Membri kollha għandu jkollhom id-dritt li jipparteċipaw b’mod attiv fil-ħidma tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet tal-Parlament skont id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura.

4.  Il-Membri għandhom jingħataw is-setgħa li jispezzjonaw il-fajls miżmuma mill-Parlament jew minn xi kumitat, ħlief fajls personali u ta' kontabilità li l-Membri konċernati biss jingħatalhom il-permess li jispezzjonawhom. Eċċezzjonijiet għal din ir-regola għall-immaniġġjar ta' dokumenti li l-aċċess għalihom jista' ma jkunx permess, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għandhom jitniżżlu fl-Anness VII ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

4.  Il-Membri għandhom jingħataw is-setgħa li jispezzjonaw il-fajls miżmuma mill-Parlament jew minn xi kumitat, ħlief fajls personali u ta' kontabilità li l-Membri konċernati biss jingħatalhom il-permess li jispezzjonawhom. Eċċezzjonijiet għal din ir-regola għall-immaniġġjar ta' dokumenti li l-aċċess għalihom jista' ma jkunx permess, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għandhom jitniżżlu fl-Artikolu 210a.

 

Bl-approvazzjoni tal-Bureau, Membru jista', fuq il-bażi ta' deċiżjoni motivata, jiġi mċaħħad mid-dritt li jispezzjoni dokument Parlamentari jekk, wara li jkun instema' l-Membru kkonċernat, il-Bureau jasal għall-konklużjoni li tali spezzjoni tista' toħloq ħsara mhux aċċettabbli għall-interessi istituzzjonali tal-Parlament jew għall-interess pubbliku, u li l-Membru kkonċernat ikun qed ifittex li jispezzjona d-dokument għal raġunijiet privati u personali. Il-Membru jista’ jressaq appell bil-miktub kontra deċiżjoni bħal din fi żmien xahar minn meta tiġi notifikata. Biex ikunu ammissibbli, l-appelli bil-miktub għandhom jinkludi r-raġunijiet. Il-Parlament għandu jasal għal deċiżjoni dwar l-appell mingħajr dibattitu waqt is-sessjoni parzjali li tiġi wara li jkun tressaq l-appell.

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu jtenni l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-1976. Il-kelma "għandhom" hija mħassra peress li dan mhuwiex dispożittiv iżda biss dikjarazzjoni ta' fatt.

Il-paragrafu 2 iħaddan prinċipju bażiku fil-qasam tal-immunitajiet parlamentari u huwa kkompletat biż-żieda tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1).

Rigward il-bidliet għall-paragrafu 4, Anness VII, Parti A, ġiet imħassra u mibdula f'Artikolu 210a (ġdid).

Emenda    5

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 6

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Revoka ta' l-immunità

Revoka ta' l-immunità

1.  Fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' privileġġi u immunitajiet, il-Parlament jaġixxi biex iħares l-integrità tiegħu bħala assemblea leġislattiva demokratika u biex jiżgura l-indipendenza tal-Membri tiegħu fil-qadi ta' dmirijiethom. Kull talba għat-tneħħija tal-immunità għandha tkun ivvalutata skont it-termini tal-Artikoli 7, 8 u 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u skont il-prinċipji li hemm riferiment għalihom f'dan l-Artikolu.

1.  Kull talba għat-tneħħija tal-immunità għandha tkun ivvalutata skont it-termini tal-Artikoli 7, 8 u 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u skont il-prinċipji li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 5(2).

2.  Meta jkun meħtieġ li Membru jidher bħala xhud jew li jixhed bħala espert, ma jkunx hemm għalfejn issir talba għat-tneħħija tal-immunità kemm-il darba:

2.  Meta jkun meħtieġ li Membru jidher bħala xhud jew li jixhed bħala espert, ma jkunx hemm għalfejn issir talba għat-tneħħija tal-immunità kemm-il darba:

– li ma jkunux obbligati jidhru f'data u f'ħin li ma jippermettilhomx iwettqu d-dmirijiet parlamentari tagħhom, jew jagħmluhielhom diffiċli li jwettqu dawk id-dmirjiet, jew li se jkunu jistgħu jagħtu stqarrija bil-miktub jew b'xi forma oħra li ma tkunx tagħmilha diffiċli għalihom li jwettqu d-dmirijiet parlamentari tagħhom; and

– li ma jkunux obbligati jidhru f'data u f'ħin li ma jippermettilhomx iwettqu d-dmirijiet parlamentari tagħhom, jew jagħmluhielhom diffiċli li jwettqu dawk id-dmirjiet, jew li se jkunu jistgħu jagħtu stqarrija bil-miktub jew b'xi forma oħra li ma tkunx tagħmilha diffiċli għalihom li jwettqu d-dmirijiet parlamentari tagħhom; and

– li ma jkunux obbligati jixhdu dwar informazzjoni miksuba b'mod kunfidenzjali fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom u li hu ma jkunux iħossu li għandhom jagħtu.

– li ma jkunux obbligati jixhdu dwar informazzjoni miksuba b'mod kunfidenzjali fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom u li hu ma jkunux iħossu li għandhom jagħtu.

(Concerns AM 25)

Ġustifikazzjoni

L-ewwel parti tal-paragrafu 1 qed tmexxiet lejn l-Artikolu 5(2)

Emenda    6

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 7

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Ħarsien tal-privileġġi u l-immunità

Ħarsien tal-privileġġi u l-immunità

1.  Fil-każijiet fejn il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru jew ex-Membru jkun allegat li ġew miksura mill-awtoritajiet ta' Stat Membru, tista' ssir talba għal deċiżjoni tal-Parlament dwar jekk fil-fatt kienx hemm ksur ta' dawk il-privileġġi u immunitajiet skont it-termini tal-Artikolu 9(1).

1.  Fil-każijiet fejn jiġi allegat li seħħ jew li jkun se jseħħ ksur tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru jew ex-Membru mill-awtoritajiet ta' Stat Membru, tista' ssir talba għal deċiżjoni tal-Parlament dwar jekk seħħx ksur jew hux probabbli li se jseħħ ksur ta' dawk il-privileġġi u immunitajiet skont it-termini tal-Artikolu 9(1).

2.  B'mod partikolari, tali talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet tista' ssir jekk jitqies li ċ-ċirkostanzi jikkostitwixxu restrizzjoni amministrattiva jew ta' xort' oħra fuq il-moviment liberu ta' Membri li jivvjaġġaw lejn jew mill-post tal-laqgħa tal-Parlament jew fuq l-opinjoni espressa jew vot mixħut fit-twettiq ta' dmirijiethom, jew li jkunu jinkwadraw ruħhom fl-ambitu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

2.  B'mod partikolari, tali talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet tista' ssir jekk jitqies li ċ-ċirkostanzi jkunu jikkostitwixxu restrizzjoni amministrattiva jew ta' xort' oħra fuq il-moviment liberu ta' Membri li jivvjaġġaw lejn jew mill-post tal-laqgħa tal-Parlament jew fuq l-opinjoni espressa jew vot mixħut fit-twettiq ta' dmirijiethom, jew li jkunu jinkwadraw ruħhom fl-ambitu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

3.  Talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru ma titqiesx ammissibbli jekk talba għal tneħħija jew ħarsien tal-immunità ta' dak il-Membru tkun ġa ġiet riċevuta f'dak li għandu x'jaqsam mal-istess proċedimenti legali, kemm jekk ittieħdet deċiżjoni kemm jekk le f'dak iż-żmien.

3.  Talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru ma titqiesx ammissibbli jekk talba għal tneħħija jew ħarsien tal-immunità ta' dak il-Membru tkun ġa ġiet riċevuta f'dak li għandu x'jaqsam mal-istess fatti, kemm jekk ittieħdet deċiżjoni kemm jekk le f'dak iż-żmien.

4.  L-ebda konsiderazzjoni oħra ma tingħata lil talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru jekk it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' dak il-Membru tasal b'rabta mal-istess proċedimenti legali.

4.  L-ebda konsiderazzjoni oħra ma tingħata lil talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru jekk it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' dak il-Membru tasal b'rabta mal-istess fatti.

5.  F'każijiet fejn deċiżjoni tkun ittieħdet li ma jkunux imħarsin il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru, il-Membru jista' jagħmel talba għar-rikunsiderazzjoni tad-deċiżjoni, billi jippreżenta evidenza ġdida. It-talba għar-rikunsiderazzjoni għandha tkun inammissibbli jekk ikunu nbdew proċedimenti kontra d-deċiżjoni skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew jekk il-President iqis li l-evidenza l-ġdida preżentata ma tkunx suffiċjentement sostanzjali li titlob għar-rikunsiderazzjoni.

5.  F'każijiet fejn tkun ittieħdet deċiżjoni li il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru ma jiġux imħarsa, il-Membru eċċezzjonalment jista' jagħmel talba għar-rikunsiderazzjoni tad-deċiżjoni, billi jippreżenta evidenza ġdida skont l-Artikolu 9(1). It-talba għar-rikunsiderazzjoni għandha tkun inammissibbli jekk ikunu nbdew proċedimenti kontra d-deċiżjoni skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew jekk il-President iqis li l-evidenza l-ġdida preżentata ma tkunx suffiċjentement sostanzjali li titlob għar-rikunsiderazzjoni.

Justification

As regards paragraph 1, the wording is revised insofar as it sounds very categorical as to the existence of an actual breach. It seems to imply the need for a final judgment or an otherwise irrevocable decision by a public authority prejudicing a Member, thus making potential breaches irrelevant. This, however, would make requests for defence possible only at a stage when Parliament's decision could be useless.

Paragraph 3, insofar as reference to the same legal proceedings, and not to the same facts, although providing legal certainty, might be too formalistic. If both criminal and civil proceedings have been instituted in respect of the same facts, but the waiver is requested for the former and the defence for the latter, Parliament might paradoxically adopt two different decisions.

As it stands, paragraph 5 does not set any limits to requests for reconsideration, which could be, therefore, endlessly reiterated. In order to prevent such situations, the amendment suggests adding the word "exceptionally" in the first sentence– after all, the decision to defend (or not to defend) a Member's immunity is of a non-binding nature (see Judgment in Marra, EU:C:2008:579, paragraphs 38-39).

Emenda    7

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 9

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 9

Artikolu 9

Proċeduri dwar l-immunità

Proċeduri dwar l-immunità

1.  Kull talba indirizzata lill-President minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għat-tneħħija tal-immunità ta’ xi Membru, jew minn Membru jew xi ħadd li kien Membru sabiex jitħarsu l-privileġġi u l-immunitajiet, għandha titħabbar fil-Parlament u tkun riferuta lill-kumitat responsabbli.

1.  Kull talba indirizzata lill-President minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għat-tneħħija tal-immunità ta' xi Membru, jew minn Membru jew xi ħadd li kien Membru sabiex jitħarsu l-privileġġi u l-immunitajiet, għandha titħabbar fil-Parlament u tkun riferuta lill-kumitat responsabbli.

Il-Membru jew l-ex-Membru jista' jkun rappreżentat minn Membru ieħor. It-talba ma tistax issir minn Membru ieħor mingħajr il-qbil tal-Membru kkonċernat.

1a.  Bil-qbil tal-Membru jew tal-ex-Membru kkonċernat, it-talba tista' ssir minn Membru ieħor, li għandu jitħalla jirrapreżenta lill-Membru jew lill-ex-Membru kkonċernat fl-istadji kollha tal-proċedura.

 

Il-Membru li jirrapreżenta lill-Membru jew lill-ex-Membru kkonċernat m'għandux ikun involut fid-deċiżjonijiet meħuda mill-kumitat.

2.  Il-kumitat għandu jikkunsidra mingħajr dewmien, imma billi titqies il-komplessità relattiva tagħhom, it-talbiet għat-tneħħija tal-immunità jew it-talbiet għall-ħarsien tal-privileġġi u tal-immunitajiet.

2.  Il-kumitat għandu jikkunsidra mingħajr dewmien, imma billi titqies il-komplessità relattiva tagħhom, it-talbiet għat-tneħħija tal-immunità jew it-talbiet għall-ħarsien tal-privileġġi u tal-immunitajiet.

3.  Il-kumitat għandu jagħmel proposta għal deċiżjoni motivata li tirrakkomanda l-adozzjoni jew iċ-ċaħda tat-talba għat-tneħħija ta' l-immunità jew għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet.

3.  Il-kumitat għandu jagħmel proposta għal deċiżjoni motivata li tirrakkomanda l-adozzjoni jew iċ-ċaħda tat-talba għat-tneħħija tal-immunità jew għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet. Mhumiex ammissibbli emendi. Jekk proposta tiġi miċħuda, id-deċiżjoni kuntrarja għandha titqies li tkun ġiet adottata .

4.  Il-kumitat jista' jitlob lill-awtorità kkonċernata għal informazzjoni jew spjegazzjoni li l-kumitat iqis li hija meħtieġa sabiex ikun jista' jifforma opinjoni dwar għandhiex l-immunità tiġi mneħħija jew imħarsa.

4.  Il-kumitat jista' jitlob lill-awtorità kkonċernata għal informazzjoni jew spjegazzjoni li l-kumitat iqis li hija meħtieġa sabiex ikun jista' jifforma opinjoni dwar għandhiex l-immunità tiġi mneħħija jew imħarsa.

5.  Il-Membru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jinstema', jista' jippreżenta dokumenti jew evidenza bil-miktub li jħoss li huma meħtieġa. Huwa jista' jkun rappreżentat minn Membru ieħor.

5.  Il-Membru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jinstema' u jista' jippreżenta kwalunkwe dokument jew evidenza oħra bil-miktub li jħoss li huma rilevanti.

Il-Membru ma għandux ikun preżenti matul id-dibattiti dwar it-talba għat-tneħħija jew il-ħarsien tal-immunità tiegħu, ħlief għas-smigħ innifsu.

Il-Membru ma għandux ikun preżenti matul id-dibattiti dwar it-talba għat-tneħħija jew il-ħarsien tal-immunità tiegħu, ħlief għas-smigħ innifsu.

Il-President tal-Kumitat għandu jistieden lill-Membru għas-smigħ, billi jindika d-data u l-ħin. Il-Membru jista’ jirrinunzja d-dritt tiegħu li jipparteċipa fis-smigħ.

Il-President tal-Kumitat għandu jistieden lill-Membru għas-smigħ, billi jindika d-data u l-ħin. Il-Membru jista' jirrinunzja d-dritt tiegħu li jipparteċipa fis-smigħ.

Jekk il-Membru ma jipparteċipax fis-smigħ wara dik l-istedina, jitqies li rrinunzja dak il-jedd li jkun mismugħ, sakemm ma jitlobx li jkun eżonerat mis-smigħ f’dik id-data u ħin kif proposti, u jagħti r-raġunijiet. Il-President tal-Kumitat għandu jagħti deċiżjoni dwar jekk tali talba li dak li jkun ikun skużat tintlaqax fid-dawl tar-raġunijiet mogħtija, u ma jkun permess l-ebda appell fuq dan il-punt.

Jekk il-Membru ma jipparteċipax fis-smigħ wara dik l-istedina, jitqies li rrinunzja dak il-jedd li jkun mismugħ, sakemm ma jitlobx li jkun eżonerat mis-smigħ f'dik id-data u ħin kif proposti, u jagħti r-raġunijiet. Il-President tal-Kumitat għandu jagħti deċiżjoni dwar jekk tali talba li dak li jkun ikun skużat tintlaqax fid-dawl tar-raġunijiet mogħtija, u ma jkun permess l-ebda appell fuq dan il-punt.

Jekk il-President tal-Kumitat jilqa’ t-talba għal eżoneru, allura jistieden lill-Membru jinstema’ f’data u ħin ġodda. Jekk il-Membru jonqos li jimxi mat-tieni stedina li jinstema’, il-proċedura tissokta mingħajr ma jinstema’ l-Membru. Ebda talba oħra għal eżoneru, jew għas-smigħ, ma tintlaqa’ minn dan l-istadju ’l quddiem.

Jekk il-President tal-Kumitat jilqa' t-talba għal eżoneru, allura jistieden lill-Membru jinstema' f'data u ħin ġodda. Jekk il-Membru jonqos li jimxi mat-tieni stedina li jinstema', il-proċedura tissokta mingħajr ma jinstema' l-Membru. Ebda talba oħra għal eżoneru, jew għas-smigħ, ma tintlaqa' minn dan l-istadju 'l quddiem.

6.  Jekk it-talba tfittex li tneħħi l-immunità għal iktar minn raġuni waħda, kull waħda minn dawn ir-raġunijiet tista' tkun suġġetta għal deċiżjoni separata. Ir-rapport tal-kumitat jista', bħala eċċezzjoni, jipproponi li t-tneħħija ta' l-immunità tapplika biss għal proċeduri ta' prosekuzzjoni u li, sakemm tingħata sentenza definittiva, il-Membru għandu jkun immuni minn kull forma ta' detenzjoni jew limitazzjoni tal-libertà jew minn kull miżura li ma tħallihx iwettaq id-dmirijiet marbuta mal-mandat tiegħu.

6.  Jekk it-talba tfittex li tneħħi jew li tiddefendi l-immunità għal iktar minn raġuni waħda, kull waħda minn dawn ir-raġunijiet tista' tkun suġġetta għal deċiżjoni separata. Ir-rapport tal-kumitat jista', bħala eċċezzjoni, jipproponi li t-tneħħija jew id-difiża tal-immunità tapplika biss għal proċeduri ta' prosekuzzjoni u li, sakemm tingħata sentenza definittiva, il-Membru għandu jkun immuni minn kull forma ta' detenzjoni jew rimandar jew minn kull miżura oħra li ma tħallihx iwettaq id-dmirijiet marbuta mal-mandat tiegħu.

7.   Il-kumitat jista' jagħti parir motivat dwar il-kompetenza ta' l-awtorità in kwistjoni u dwar l-ammissibiltà tat-talba, iżda fl-ebda ċirkustanza m'għandu jippronunzja ruħu dwar il-ħtija jew l-innoċenza tal-Membru, u lanqas dwar jekk l-opinjonijiet u l-atti attribwiti lilu jiġġustifikawx jew le l-prosekuzzjoni tiegħu, anke jekk, waqt li jkun qed jikkunsidra t-talba, jikseb tagħrif dettaljat tal-fatti tal-każ.

7.  Il-kumitat jista' jagħti parir motivat dwar il-kompetenza tal-awtorità in kwistjoni u dwar l-ammissibiltà tat-talba, iżda fl-ebda ċirkustanza m'għandu jippronunzja ruħu dwar il-ħtija jew l-innoċenza tal-Membru, u lanqas dwar jekk l-opinjonijiet u l-atti attribwiti lilu jiġġustifikawx jew le l-prosekuzzjoni tiegħu, anke jekk, waqt li jkun qed jikkunsidra t-talba, jikseb tagħrif dettaljat tal-fatti tal-każ.

8.  Ir-rapport tal-kumitat għandu jitqiegħed fil-bidu ta' l-aġenda ta' l-ewwel seduta wara l-jum li fih ikun imqiegħed fuq il-Mejda. Ebda emenda għall-proposta/proposti għal deċiżjoni ma tista' tiġi mqiegħda fuq il-Mejda.

8.  Il-proposta għal deċiżjoni tal-kumitat għandha titqiegħed fuq l-aġenda tal-ewwel seduta wara l-jum li fih ikun imqiegħed fuq il-Mejda. L-ebda emenda għal tali proposta ma tista' tiġi mqiegħda fuq il-Mejda.

Id-diskussjoni għandha tiġi ristretta għar-raġunijiet favur jew kontra kull proposta biex jitneħħa jew jitħares il-privileġġ jew l-immunità.

Id-diskussjoni għandha tiġi ristretta għar-raġunijiet favur jew kontra kull proposta biex jitneħħa jew jitħares il-privileġġ jew l-immunità.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 164, il-Membru li tiegħu l-privileġġi u l-immunitajiet ikunu qed jitqiesu, m'għandux jieħu sehem fid-dibattitu.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 164, il-Membru li tiegħu l-privileġġi u l-immunitajiet ikunu qed jitqiesu, m'għandux jieħu sehem fid-dibattitu.

Il-proposta/proposti għal deċiżjoni li jinsabu fir-rapport għandu jittieħed vot fuqhom fl-ewwel ħin ta' votazzjoni wara d-dibattitu.

Il-proposta/proposti għal deċiżjoni li jinsabu fir-rapport għandu jittieħed vot fuqhom fl-ewwel ħin ta' votazzjoni wara d-dibattitu.

Wara li l-Parlament ikun ikkunsidra l-każ, għandu jittieħed vot separat fuq kull waħda mill-proposti li jinsabu fir-rapport. Jekk proposta tiġi miċħuda, jitqies li tkun ġiet adottata d-deċiżjoni kuntrarja.

Wara li l-Parlament ikun ikkunsidra l-każ, għandu jittieħed vot separat fuq kull waħda mill-proposti li jinsabu fir-rapport. Jekk proposta tiġi miċħuda, jitqies li tkun ġiet adottata d-deċiżjoni kuntrarja.

9.  Il-President għandu jikkomunika minnufih id-deċiżjoni tal-Parlament lill-Membru konċernat u lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat, b'talba li l-President għandu jinżamm infurmat dwar żviluppi fil-proċedimenti rilevanti u dwar sentenzi ġudizzjarji mogħtija bħala konsegwenza ta' dawn. Meta l-President jirċievi l-informazzjoni għandu jgħaddiha lill-Parlament bil-mod li huwa jaħseb li jkun xieraq, u jekk ikun meħtieġ wara li jkun ikkonsulta l-kumitat responsabbli.

9.  Il-President għandu jikkomunika minnufih id-deċiżjoni tal-Parlament lill-Membru konċernat u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat, b'talba li l-President għandu jinżamm infurmat dwar żviluppi fil-proċedimenti rilevanti u dwar sentenzi ġudizzjarji mogħtija bħala konsegwenza ta' dawn. Meta l-President jirċievi l-informazzjoni għandu jgħaddiha lill-Parlament bil-mod li huwa jaħseb li jkun l-aktar xieraq, u jekk ikun meħtieġ wara li jkun ikkonsulta l-kumitat responsabbli.

10.  Il-kumitat għandu jittratta dawn l-affarijiet u juża d-dokumenti li jkun irċieva bl-akbar kunfidenzjalità.

10.  Il-kumitat għandu jittratta dawn l-affarijiet u juża d-dokumenti li jkun irċieva bl-akbar kunfidenzjalità. Il-kumitat għandu dejjem jikkunsidra t-talbiet relatati mal-proċeduri dwar l-immunità bil-magħluq.

11.  Wara li jkun ikkonsulta l-Istati Membri, il-kumitat jista' jagħmel lista indikattiva ta' l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li jistgħu jressqu talba biex titneħħa l-immunità ta' xi Membru.

11.  Il-Parlament għandu jeżamina biss talbiet għat-tneħħija tal-immunità ta' Membru li jkunu ġew trażmessi lilu mill-awtoritajiet ġudizzjarji jew mir-Rappreżentanzi Permanenti tal-Istati Membri.

12.  Il-kumitat għandu jistabbilixxi l-prinċipji għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

12.  Il-kumitat għandu jistabbilixxi l-prinċipji għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

13.  Kull talba għal informazzjoni dwar il-firxa tal-privileġġi u l-immunitajiet tal-Membri magħmula minn awtorità kompetenti għandha tiġi ttrattata skond ir-regoli t'hawn fuq.

13.  Kull talba għal informazzjoni dwar il-firxa tal-privileġġi u l-immunitajiet tal-Membri magħmula minn awtorità kompetenti għandha tiġi ttrattata skond ir-regoli t'hawn fuq.

Justification

The current interpretation following paragraph 1is converted into a new paragraph and the last part of paragraph 5 is aligned to it.

The amendment to paragraph 3 seeks to clarify that the same principles referred to in paragraph 8 of this Rule also apply at committee level.

For practical reasons, it is not always possible to place an immunity case at the head of the agenda. The amendment to paragraph 8 adapts the text to this reality. It also replaces the word ‘report’ by the more appropriate expression ‘proposal for a decision’, consistently with the wording of Rule 9(3) and (8), fourth subparagraph. At the same time, the existing mechanism consisting of a systematic plenary vote on every immunity case is preserved as the most objective and appropriate to ensure the fair treatment of all Members and have decisions on their immunity taken by Parliament as a whole.

The last sentence added to paragraph 10 comes from Rule 115 paragraph 4.

As regards the changes to paragraph 11, they try to address the fact that in some jurisdictions private persons can submit requests for the waiver of a Member's immunity without the filter of any public authority (so called private prosecution). The issue of the 'competent authority' is thus not settled. The change states that requests for waiver should be either addressed to Parliament by the competent prosecutor's office or court or transmitted by the permanent representation to the EU. Private parties' requests for a waiver of immunity will have to be streamlined by the Permanent Representations.

Emenda    8

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 10

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 10

imħassar

Implimentazzjoni ta' l-Istatut tal-Membri

 

Il-Parlament għandu jadotta l-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u kwalunkwe modifika għalih fuq il-bażi ta’ proposta mill-kumitat responsabbli. L-Artikolu 150(1) għandu japplika mutatis mutandis. Il-Bureau għandu jkun responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli u għandu jiddeċiedi dwar il-pakketti finanzjarji fuq il-bażi tal-baġit annwali.

 

Ġustifikazzjoni

It-test ta' dan l-Artikolu m'għandux x'jaqsam biss mal-"implimentazzjoni" tal-Istatut: l-ewwel sentenza tirrigwarda verament l-adozzjoni u l-modifika tiegħu, iżda mhijiex meħtieġa peress li ddaħħal l-Artikolu 45. It-tieni sentenza ma tidhirx li hija utli peress li f’każijiet bħal dawn normalment jintalbu l-emendi, u t-tielet sentenza ġiet inkorporata fl-Artikolu 25.14b (ġdid) kemmxejn riformulata.

Emenda    9

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11.

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 11.

Artikolu 11.

Interessi finanzjarji tal-Membri, standards ta' mġiba, reġistru ta' trasparenza obbligatorju u aċċess għall-Parlament

Interessi finanzjarji u standards ta' mġiba tal-Membri

1.  Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-trasparenza ta' l-interessi finanzjarji tal-Membri tiegħu, taħt forma ta' kodiċi ta' mġiba adottat mill-maġġoranza tal-Membri, skont l-Artikolu 232 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mehmuż ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness.

1.  Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-trasparenza tal-interessi finanzjarji tal-Membri tiegħu, taħt forma ta' kodiċi ta' mġiba adottat mill-maġġoranza tal-Membri, u mehmuż ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness1.

Dawn ir-regoli m'għandhom bl-ebda mod joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni għall-Membri fil-qadi tal-kariga tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew ta' xort'oħra li għandha x'taqsam ma' l-imsemmija kariga.

Dawn ir-regoli m'għandhomx joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor għall-Membri fil-qadi tal-kariga tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew ta' xort'oħra li għandha x'taqsam mal-imsemmija kariga.

2.  L-imġiba tal-Membri għandha tkun ikkaratterizzata b'rispett reċiproku, għandha tkun ibbażata fuq il-valuri u l-priċipji stabbiliti fit-testi bażiċi li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, għandha tirrispetta d-dinjità tal-Parlament u m'għandhiex tikkomprometti t-tmexxija bla xkiel tal-ħidma parlamentari jew itellef il-paċi u l-kwiet ta' kwalunkwe bini tal-Parlament. Il-Membri għandhom jimxu mar-regoli tal-Parlament dwar it-trattament ta' tagħrif kunfidenzjali.

2.  L-imġiba tal-Membri għandha tkun ikkaratterizzata minn rispett reċiproku, għandha tkun ibbażata fuq il-valuri u l-prinċipji stabbiliti fit-Trattati, u b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tirrispetta d-dinjità tal-Parlament. Barra minn hekk, m'għandhiex tikkomprometti t-tmexxija bla xkiel tal-ħidma parlamentari, iż-żamma tas-sigurtà u tal-ordni fil-bini tal-Parlament jew il-funzjonament tal-apparat tiegħu.

 

Il-membri m'għandhomx jirrikorru għal lingwaġġ jew imġiba malafamanti, razzist jew ksenofobiku fid-dibattiti parlamentari, u f'dak il-kuntest l-anqas ma għandhom jiftħu strixxuni.

 

Il-Membri għandhom jimxu mar-regoli tal-Parlament dwar it-trattament ta' tagħrif kunfidenzjali.

In-nuqqas ta' osservazzjoni ta' dawn l-istandards u r-regoli jista' jwassal għal applikazzjoni tal-miżuri skont l-Artikoli 165, 166 u 167.

In-nuqqas ta' osservanza ta' dawn l-istandards u r-regoli jista' jwassal għal applikazzjoni tal-miżuri skont l-Artikoli 165, 166 u 167.

3.  L-applikazzjoni ta' din ir-Regola bl-ebda mod m'għandha tnaqqas mill-ħeġġa tad-dibattiti parlamentari jew tippreġudika l-libertà tal-kelma tal-Membri.

3.  L-applikazzjoni ta' din ir-Regola m'għandhiex bi kwalunkwe mod ieħor tnaqqas mill-ħeġġa tad-dibattiti parlamentari jew tippreġudika l-libertà tal-kelma tal-Membri.

Għandha tkun ibbażata fuq rispett sħiħ għall-prerogattivi tal-Membri, kif stipulat fil-liġi primarja u l-Istatut tal-Membri.

Għandha tkun ibbażata fuq rispett sħiħ għall-prerogattivi tal-Membri, kif stipulat fil-liġi primarja u l-Istatut tal-Membri.

Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' trasparenza u titwettaq b'mod tali li d-dispożizzjonijiet relevanti jkunu ċari għall-Membri, li għandhom ikunu mgħarrfa individwalment bid-drittijiet u l-obbligi tagħhom.

Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' trasparenza u titwettaq b'mod tali li d-dispożizzjonijiet relevanti jkunu ċari għall-Membri, li għandhom ikunu mgħarrfa individwalment bid-drittijiet u l-obbligi tagħhom.

 

3a.  Meta persuna impjegata minn Membru, jew persuna oħra li għaliha Membru jkun irranġa biex ikollha aċċess għall-bini jew għal apparat tal-Parlament, ma tikkonformax mal-istandards ta' mġiba stabbiliti fil-paragrafu 2, il-penali definiti fl-Artikolu 166 jistgħu, fejn ikun xieraq, jiġu imposti fuq il-Membru kkonċernat.

4.  Fil-bidu ta' kull leġislatura, il-Kwesturi għandhom jiddeterminaw l-ikbar numru ta' assistenti li jistgħu jiġu akkreditati minn kull Membru (assistenti akkreditati).

4.  Il-Kwesturi għandhom jiddeterminaw l-ikbar numru ta' assistenti li jista' jiġi akkreditat minn kull Membru.

5.  Il-kards ta' aċċess fit-tul għandhom jinħarġu lill-persuni esterni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni taħt ir-responsabilità tal-Kwesturi. Dawn il-kards huma validi għal mhux aktar minn sena. Dan il-perjodu jista' jiġġedded. Id-dettalji dwar l-użu ta’ dawn il-kards huma ffissati mill-Bureau.

 

Dawn il-kards ta' aċċess jistgħu jinħarġu:

 

lill-persuni li huma rreġistrati fir-reġistru ta' trasparenza2, jew li jirrappreżentaw jew jaħdmu għal organizzazzjonijiet li huma rreġistrati fih, għalkemm r-reġistrazzjoni ma tagħtix dritt awtomatiku għal tali kards ta' aċċess;

 

lill-persuni li jixtiequ jidħlu l-bini tal-Parlament ta' spiss iżda ma jaqgħux fl-ambitu tal-ftehim dwar l-istabbilment tar-reġistru ta' trasparenza3;

 

– lill-assistenti lokali tal-Membri kif ukoll lill-persuni li jgħinu lill-Membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni.

 

6.  Il-persuni rreġistrati fir-reġistru ta' trasparenza għandhom, fil-kuntest tar-relazzjonijiet tagħhom mal-Parlament, josservaw:

 

– il-kodiċi ta' mġiba anness mal-ftehim4;

 

– il-proċeduri u l-obbligi l-oħra stabbiliti fil-ftehim; u

 

– id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, kif ukoll id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu;

 

7.  Il-Kwesturi għandhom jiddeterminaw sa fejn il-kodiċi ta' mġiba huwa applikabbli għall-persuni li, filwaqt li għandhom kard ta' aċċess fit-tul, ma jaqgħux fl-ambitu tal-ftehim.

 

8.  Il-kard ta' aċċess għandha tiġi rtirata permezz ta' deċiżjoni motivata mill-Kwesturi fil-każijiet li ġejjin:

 

– it-tneħħija mir-reġistru ta' trasparenza, ħlief jekk ikun hemm argumenti sinifikattivi kontra l-irtirar;

 

– nuqqas serju tal-osservanza tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 6.

 

9.  Il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, għandu jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta r-reġistru ta' trasparenza skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar l-istabbiliment tal-imsemmi reġistru;

 

Id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-paragrafi 5 sa 8 għandhom jiġu stabbiliti fl-anness5.

 

10. Il-kodiċi ta' mġiba u d-drittijiet u l-privileġġi ta' ex-Membri għandhom jitħejjew b'deċiżjoni tal-Bureau. M'għandhiex issir distinzjoni fit-trattament ta' ex-Membri.

10. Il-kodiċi ta' mġiba u d-drittijiet u l-privileġġi ta' ex-Membri għandhom jitħejjew b'deċiżjoni tal-Bureau. M'għandhiex issir distinzjoni fit-trattament ta' ex-Membri.

__________________

__________________

1 Ara l-Anness I.

1 Ara l-Anness I.

Reġistru stabbilit permezz tal-ftehim bejn il-Parlament Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' Reġistru ta' Trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-persuni li jaħdmu għal rashom li huma involuti fl-abbozzar u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea (ara l-Anness IX, Parti B).

 

3 Ara l-Anness IX, Parti B.

 

4Ara l-Anness 3 tal-ftehim li jinsab fl-Anness IX, Parti B.

 

5Ara l-Anness IX, Parti A.

 

Justification

As regards the amendment to the title, it reflects the fact that the Register is mandatory for the institutions, not for those registered therein. Registration facilitates the interaction with the EU institutions which represents an important incentive.

Paragraph 3a (new) comes from Annex XV §2 1st subparagraph (“Members shall be held responsible for any failure by persons whom they employ or for whom they arrange access to Parliament to comply on Parliament's premises with the standards of conduct applicable to Members”) and is reworded, with a view to clarifying its meaning.

As regards the amendment to paragraph 4, art. 34 § 9 of the Implementing measures concerning the Members’ Statute, adopted by the Bureau, states the following: “The number of contracts between a Member and accredited assistants in force at any given time may not exceed three, regardless of the duration of work provided for in those contracts. This limit may be increased to four if an exemption is expressly granted by the President of Parliament following verification by the relevant department that the Member concerned has sufficient office space to comply with the standards applicable to the use of Parliament’s buildings, taking into account also the number of trainees that may be present.”

The contents of Rule 11(5) to (9) will become part of new Rule 116a and their wording will be streamlined.

Emenda    10

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 12

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 12

Artikolu 12

Investigazzjonijiet interni mmexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

Investigazzjonijiet interni mmexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

Ir-regoli komuni mniżżla fil-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) li jinkludu l-miżuri meħtieġa biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju għandhom ikunu applikabbli fil-Parlament, skond id-Deċiżjoni tal-Parlament annessa ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

Ir-regoli komuni mniżżla fil-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) li jinkludu l-miżuri meħtieġa biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju għandhom ikunu applikabbli fil-Parlament, skond id-Deċiżjoni tal-Parlament tat-18 ta' Novembru 1999 rigward it-termini u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni b'rabta mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kwlaunkwe attività illegali ta' detriment għall-interessi tal-Komunità.

__________________

 

6 Ara l-Anness XI.

 

Emenda    11

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 13

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 13

Artikolu 13

Osservaturi

Osservaturi

1.  Meta jkun ġie ffirmat Trattat dwar l-adeżjoni ta' xi Stat mal-Unjoni Ewropea, il-President jista', wara li jkun kiseb il-qbil tal-Konferenza tal-Presidenti, jistieden lill-parlament tal-Istat li qed jaderixxi biex, minn fost il-membri tiegħu stess, jaħtar numru ta' osservaturi li jkun daqs in-nurmu ta' siġġijiet ġejjienin fil-Parlament Ewropew allokati lil dak l-Istat.

1.  Meta jkun ġie ffirmat Trattat dwar l-adeżjoni ta' xi Stat mal-Unjoni Ewropea, il-President jista', wara li jkun kiseb il-qbil tal-Konferenza tal-Presidenti, jistieden lill-parlament tal-Istat li qed jaderixxi biex, minn fost il-membri tiegħu stess, jaħtar numru ta' osservaturi li jkun daqs in-nurmu ta' siġġijiet ġejjienin fil-Parlament Ewropew allokati lil dak l-Istat.

2.  Dawk l-osservaturi għandhom jieħdu sehem fil-proċeduri tal-Parlament sakemm jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Adeżjoni, u għandu jkollhom id-dritt li jitkellmu fil-kumitati u l-gruppi politiċi. M'għandux ikollhom id-dritt li jivvutaw jew li joħorġu għall-elezzjoni għal pożizzjonijiet fi ħdan il-Parlament. Il-parteċipazzjoni tagħhom m'għandu jkollha l-ebda effett legali fuq il-proċeduri tal-Parlament.

2.  Dawk l-osservaturi għandhom jieħdu sehem fil-proċeduri tal-Parlament sakemm jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Adeżjoni, u għandu jkollhom id-dritt li jitkellmu fil-kumitati u l-gruppi politiċi. M'għandux ikollhom id-dritt li jivvutaw jew li joħorġu għall-elezzjoni għal pożizzjonijiet fi ħdan il-Parlament, u lanqas li jirrapreżentaw lill-Parlament esternament. Il-parteċipazzjoni tagħhom m'għandu jkollha l-ebda effett legali fuq il-proċeduri tal-Parlament.

3.  It-trattament tagħhom għandu jkun assimilat ma' dak ta' Membru tal-Parlament f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu tal-faċilitajiet tal-Parlament u r-rimborż tal-ispejjeż li jġarrbu fl-attivitajiet tagħhom bħala osservaturi.

3.  It-trattament tagħhom għandu jkun assimilat ma' dak ta' Membru tal-Parlament f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu tal-faċilitajiet tal-Parlament u r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza li jġarrbu fl-attivitajiet tagħhom bħala osservaturi.

Emenda    12

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 14

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 14

Artikolu 14

President proviżorju

President proviżorju

1.  Fis-seduta li tinżamm skont l-Artikolu 146(2), u fi kwalunkwe seduta oħra miżmuma bil-għan li jiġu eletti l-President u l-Bureau, il-President uxxenti jew, fin-nuqqas tiegħu, xi wieħed mill-Viċi Presidenti uxxenti fl-ordni ta' preċedenza jew, fl-assenza tagħhom, il-Membru li jkun żamm il-mandat għall-itwal perijodu għandu jippresiedi sakemm ikun elett il-President.

1.  Fis-seduta li tinżamm skont l-Artikolu 146(2), u fi kwalunkwe seduta oħra miżmuma bil-għan li jiġu eletti l-President u l-Bureau, il-President uxxenti jew, fin-nuqqas tiegħu, xi wieħed mill-Viċi Presidenti uxxenti fl-ordni ta' preċedenza jew, fl-assenza tagħhom, il-Membru li jkun żamm il-mandat għall-itwal perijodu għandu jippresiedi sakemm ikun elett il-President.

2.  M'għandu jsir l-ebda xogħol sakemm xi Membru jkun qiegħed jippresiedi proviżorjament skont il-paragrafu 1, ħlief jekk ix-xogħol ikollu x'jaqsam ma' l-elezzjoni tal-President jew mal-verifika tal-kredenzjali.

2.  M'għandu jsir l-ebda xogħol sakemm xi Membru jkun qiegħed jippresiedi proviżorjament skont il-paragrafu 1, ħlief jekk ix-xogħol ikun jikkonċerna l-elezzjoni tal-President jew il-verifika tal-kredenzjali skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2). Kull kwistjoni oħra li għandha x'taqsam mal-verifika ta' kredenzjali li titqajjem waqt li hu jkun qiegħed jippresiedi, għandha tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli.

Il-Membru li jkun qiegħed jippresiedi proviżorjament skont il-paragrafu 1 jeżerċita s-setgħat tal-President imsemmija fl-Artikolu 3(2). Kull kwistjoni oħra li għandha x' taqsam mal-verifika ta' kredenzjali li titqajjem waqt li hu jkun qiegħed jippresiedi, għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli mill-verifika tal-kredenzjali.

 

Ġustifikazzjoni

L-interpretazzjoni ġiet inkorporata fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    13

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 15

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 15

Artikolu 15

Nominazzjonijiet u dispożizzjonijiet ġenerali

Nominazzjonijiet u dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Il-President, il-Viċi Presidenti u l-Kwesturi għandhom ikunu eletti b'vot sigriet, skond l-Artikolu 182. In-nominazzjonijiet għandhom ikunu bil-kunsens. Dawn jistgħu isiru biss minn grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru. Madankollu, jekk in-numru ta' nominazzjonijiet ma jkunx jisboq in-numru ta' karigi li jridu jimtlew, il-kandidati jistgħu ikunu eletti b'akklamazzjoni.

1.  Il-President għandu jkun elett b'vot sigriet, segwit mill-Viċi Presidenti u l-Kwesturi, skont l-Artikolu 182.

 

In-nominazzjonijiet għandhom ikunu bil-kunsens tal-innominat, u jistgħu jsiru biss minn grupp politiku jew minn mhux inqas minn 40 Membru. Nominazzjonijiet ġodda jistgħu jiġu ppreżentati qabel kull votazzjoni.

 

Jekk in-numru ta' nominazzjonijiet ma jaqbiżx in-numru ta' siġġijiet li jridu jimtlew, il-kandidati għandhom jiġu eletti b' akklamazzjoni, sakemm ma jkunx hemm talba għal votazzjoni sigrieta minn tal-inqas wieħed minn kull ħamsa tal-Membri komponenti tal-Parlament.

 

Filkaż ta' votazzjoni waħda għal aktar minn detentur ta' kariga wieħed, il-karta tal-vot għandha tkun valida biss jekk aktar minn nofs il-voti disponibbli jkunu ntużaw.

Jekk ikun meħtieġ li jittieħed il-post ta' Viċi President wieħed, u jkun hemm kandidat wieħed biss, dan jistà jiġi elett b'akklamazzjoni. Il-President għandu diskrezzjoni biex jiddeċiedi jekk l-elezzjoni ssirx b'akklamazzjoni jew b'vot sigriet. Il-kandidat elett għandu jieħu l-post tal-predeċessur tiegħu fl-ordni ta' preċedenza

 

2.  Fl-elezzjoni tal-President, tal-Viċi Presidenti u tal-Kwesturi għandha titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata b'mod ġenerali rappreżentazzjoni ġusta ta' l-Istati Membri u ta' fehmiet politiċi.

2.  Meta jkunu qegħdin jiġu eletti il-President, il-Viċi Presidenti u tal-Kwesturi, għandha titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati b'mod ġenerali rappreżentanza ġusta tal-fehmiet politiċi, kif ukoll bilanċ tal-ġeneru u bilanċ ġeografiku.

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-emendi għall-paragrafu 1 subparagrafu 1, il-prattika attwali hija li xi gruppi politiċi jressqu n-nomina darba għall-votazzjonijiet kollha, filwaqt li oħrajn jagħmlu dan qabel kull votazzjoni. Il-bidla hija wkoll riflessa fl-Artikolu 16.

L-interpretazzjoni hija mħassra għaliex l-ewwel żewġ sentenzi huma inklużi fit-tielet subparagrafu tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu. L-aħħar sentenza tiegħu ma żżid xejn mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(1) u għaldaqstant hija mħassra.

Fir-rigward, l-emenda għall-paragrafu 2, hija tallinja d-diċitura għal dik użata fir-Regolament tal-Persunal.

Emenda    14

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 16

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 16

Artikolu 16

Elezzjoni ta' President - indirizz tal-ftuħ

Elezzjoni ta' President - indirizz tal-ftuħ

1.  Il-President għandu jkun elett l-ewwel. In-nominazzjonijiet għandhom jingħataw qabel kull votazzjoni lill-Membru li jkun qiegħed jippresiedi proviżorjament skont l-Artikolu 14, li għandu jħabbarhom lill-Parlament. Jekk wara tliet votazzjonijiet ebda kandidat ma jġib maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa, ir-raba' votazzjoni għandha tkun biss bejn dawk iż-żewġ kandidati li jkunu ġabu l-akbar numru ta' voti fit-tielet votazzjoni. F' każ ta' voti ndaqs, l-aktar kandidat anzjan għandu jiġi dikjarat elett.

1.  In-nominazzjonijiet għal President għandhom jingħataw lill-Membru li jkun qiegħed jippresiedi proviżorjament skont l-Artikolu 14, li għandu jħabbarhom lill-Parlament. Jekk wara tliet votazzjonijiet ebda kandidat ma jġib maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa, ir-raba' votazzjoni għandha, bħala deroga mill-Artikolu 15(1), tkun biss bejn dawk iż-żewġ kandidati li jkunu ġabu l-akbar numru ta' voti fit-tielet votazzjoni. F' każ ta' voti ndaqs, l-aktar kandidat anzjan għandu jiġi dikjarat elett.

2. Malli jiġi elett il-President, il-Membru li jkun qiegħed jippresiedi proviżorjament skont l-Artikolu 14 m'għandux jibqa jippresiedi. Huwa biss il-President elett li jista' jagħmel l-indirizz tal-ftuħ.

2. Malli jiġi elett il-President, il-Membru li jkun qiegħed jippresiedi proviżorjament skont l-Artikolu 14 m'għandux jibqa jippresiedi. Huwa biss il-President elett li jista' jagħmel l-indirizz tal-ftuħ.

Ġustifikazzjoni

It-tħassir ta' "qabel kull votazzjoni" jirrifletti s-suġġeriment għal bidla fl-Artikolu 15.1.

Emenda    15

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 17

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 17

Artikolu 17

Elezzjoni ta' Viċi Presidenti

Elezzjoni ta' Viċi Presidenti

1.  Il-Viċi Presidenti għandhom imbagħad jiġu eletti fuq karta tal-vot waħda. Għandhom ikunu dikjarati eletti fl-ewwel votazzjoni dawk illi jġibu maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa, sakemm jimtlew erbatax-il post u fl-ordni skont in-numru ta' voti li jkunu kisbu. Jekk in-numru ta' kandidati eletti jkun inqas min-numru ta' karigi li jridu jimtlew, għandha ssir it-tieni votazzjoni skond l-istess kundizzjonijiet sabiex jimtlew il-karigi li jkun fadal. Jekk tkun meħtieġa it-tielet votazzjoni, maġġoranza relattiva għandha tkun biżżejjed għall-elezzjoni fil-karigi li jkun fadal. Fil-każ ta' riżultat ndaqs, l-aktar kandidati anzjani għandhom ikunu dikjarati eletti.

1.  Il-Viċi Presidenti għandhom imbagħad jiġu eletti fuq votazzjoni waħda. Għandhom ikunu dikjarati eletti fl-ewwel votazzjoni dawk illi jġibu maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa, sakemm jimtlew erbatax-il post u fl-ordni skont in-numru ta' voti li jkunu kisbu. Jekk in-numru ta' kandidati eletti jkun inqas min-numru ta' karigi li jridu jimtlew, għandha ssir it-tieni votazzjoni skond l-istess kundizzjonijiet sabiex jimtlew il-karigi li jkun fadal. Jekk tkun meħtieġa it-tielet votazzjoni, maġġoranza relattiva għandha tkun biżżejjed għall-elezzjoni fil-karigi li jkun fadal. Fil-każ ta' riżultat ndaqs, l-aktar kandidati anzjani għandhom ikunu dikjarati eletti.

Għalkemm dan l-Artikolu, kuntrarju għall-Artikolu 16(1), ma jiddisponix espressament għat-tfigħ ta' nominazzjonijiet ġodda bejn votazzjoni u oħra matul l-elezzjoni ta' Viċi Presidenti, azzjoni ta' dan it-tip hija permissibbli għaliex il-Parlament, li huwa korp sovran, għandu jkun jista' jikkunsidra l-kandidati kollha possibbli, speċjalment billi n-nuqqas ta' din il-possibilita` jista' jfixkel l-iżvolġiment kalm ta' l-elezzjoni.

 

2.  Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 20(1), il-Viċi Presidenti għandu jkollhom preċedenza skond l-ordni li fih ikunu ġew eletti u, fil-każ ta' voti ndaqs, skond l-eta`.

2.  Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(1), il-Viċi Presidenti għandu jkollhom preċedenza skond l-ordni li fih ikunu ġew eletti u, fil-każ ta' voti ndaqs, skond l-eta`.

Meta jkunu ġew eletti b’akklamazzjoni, għandu jittieħed vot sigriet biex tiġi stabbilita l-ordni ta’ preċedenza.

Meta jkunu ġew eletti b'akklamazzjoni, għandu jittieħed vot sigriet biex tiġi stabbilita l-ordni ta' preċedenza.

Ġustifikazzjoni

Din l-interpretazzjoni hija riflessa fil-bidliet suġġeriti għall-Artikolu 15.1.

Emenda    16

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 18

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 18

Artikolu 18

Elezzjoni ta' Kwesturi

Elezzjoni ta' Kwesturi

Wara l-elezzjoni tal-Viċi Presidenti, il-Parlament għandu jeleġġi ħames Kwesturi

Il-Parlament għandu jeleġġi ħames Kwesturi bl-istess proċedura bħal dik użata fl-elezzjoni tal-Viċi Presidenti.

Il-Kwesturi għandhom jiġu eletti bl-istess proċedura bħall-Viċi Presidenti.

 

Ġustifikazzjoni

Iż-żewġ sentenzi tal-Artikolu 18 huma magħquda f'waħda.

Emenda    17

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 19

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 19

Artikolu 19

Tul tal-Kariga ta' Uffiċjali

Tul tal-Kariga ta' Uffiċjali

1.  Il-mandat tal-President, tal-Viċi Presidenti u tal-Kwesturi għandu jkun ta' sentejn u nofs.

1.  Il-mandat tal-President, tal-Viċi Presidenti u tal-Kwesturi għandu jkun ta' sentejn u nofs.

Meta Membru jibdel il-grupp politiku tiegħu huwa jżomm, sakemm jiskadi ż-żmien tal-kariga ta' sentejn u nofs, kwalunkwe siġġu li jkollu fil-Bureau jew fil-Kulleġġ tal-Kwesturi.

Meta Membru jibdel il-grupp politiku tiegħu huwa jżomm, sakemm jiskadi ż-żmien tal-kariga ta' sentejn u nofs, kwalunkwe siġġu li jkollu fil-Bureau jew bħala Kwestur.

2.  Jekk xi waħda minn dawn il-karigi ssir vakanti qabel ma jiskadi dan iż-żmien, il-Membru elett għandu jservi biss għall-perjodu li jkun jifdal miż-żmien tal-kariga tal-predeċessur tiegħu.

2.  Jekk xi waħda minn dawn il-karigi ssir vakanti qabel ma jiskadi dan iż-żmien, il-Membru elett għandu jservi biss għall-perjodu li jkun jifdal miż-żmien tal-kariga tal-predeċessur tiegħu.

Emenda    18

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 20

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 20

Artikolu 20

Postijiet vakanti

Postijiet vakanti

1.  Jekk ikun meħtieġ li l-President, xi Viċi President jew xi Kwestur jinbidlu, kull wieħed mis-suċċessuri rispettivi tagħhom għandu jiġi elett skond ir-regoli ta' qabel.

1.  Jekk ikun meħtieġ li l-President, xi Viċi President jew xi Kwestur jinbidlu, kull wieħed mis-suċċessuri rispettivi tagħhom għandu jiġi elett skond ir-regoli ta' qabel.

Viċi President elett ġdid għandu jieħu l-post tal-predeċessur tiegħu fl-ordni ta' preċedenza.

Viċi President elett ġdid għandu jieħu l-post tal-predeċessur tiegħu fl-ordni ta' preċedenza.

2.  Jekk il-kariga ta' President issir vakanti, l-ewwel Viċi President għandu jieħu rwol ta' President sakemm jiġi elett il-President il-ġdid.

2.  Jekk il-kariga ta' President issir vakanti, Viċi President, li jkun ġie determinat skont l-ordni ta' preċedenza, għandu jieħu r-rwol ta' President sakemm jiġi elett il-President il-ġdid.

Emenda    19

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 22

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 22

Artikolu 22

Dmirijiet tal-President

Dmirijiet tal-President

1.  Il-President għandu jmexxi l-attivitajiet kollha tal-Parlament u tal-korpi tiegħu skond il-kundizzjonijiet stipulati f'dawn l-artikoli. Huwa għandu jgawdi s-setgħat kollha meħtieġa sabiex jippresjedi l-proċeduri tal-Parlament u sabiex jiżgura li dawn jitmexxew kif għandu jkun.

1.  Il-President għandu jmexxi l-attivitajiet kollha tal-Parlament u tal-korpi tiegħu skont dawn ir-Regoli. Huwa għandu jgawdi s-setgħat kollha meħtieġa sabiex jippresjedi l-proċeduri tal-Parlament u sabiex jiżgura li dawn jitmexxew kif għandu jkun.

Din id-dispożizzjoni tista' tiġi interpretata li tfisser li s-setgħat mogħtija minnha jinkludu s-setgħa li jiġi mitmum l-użu żejjed ta' mozzjonijiet bħal punti ta' ordni, mozzjonijiet proċedurali, spjegazzjonijiet tal-vot u talbiet għal votazzjonijiet separati, votazzjonijiet maqsuma jew votazzjonijiet b'sejħa ta' l-ismijiet meta l-President ikun konvint li dawn ikunu manifestament maħsuba biex joħolqu tħarbit imtawwal u gravi tal-proċeduri tal-Kamra jew tad-drittijiet tal-Membri l-oħra u jkunu se jirriżultaw f'dan.

 

Is-setgħat mogħtija permezz ta' din id-dispożizzjoni jinkludu s-setgħa li jippreżenta testi għall-votazzjoni f'ordni differenti minn dak elenkat fid-dokument li fuqu tkun qed issir il-votazzjoni.

 

2.  Id-dmirijiet tal-President huma li jiftaħ, jissospendi u jagħlaq is-seduti; li jagħti deċiżjonijiet dwar l-ammissibilità ta' emendi, dwar mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u dwar il-konformità ta' rapporti ma' dawn ir-Regoli; li jiżgura l-osservanza ta' dawn ir-Regoli, li jżomm l-ordni, li jsejjaħ lill-kelliema, li jagħlaq diskussjonijiet, li jressaq kwistjonijiet biex jittieħed vot fuqhom u li jħabbar ir-riżultat tal-votazzjonijiet; u li jirreferi lill-kumitati dawk il-komunikazzjonijiet li jkunu jikkonċernawhom.

2.  Id-dmirijiet tal-President huma li jiftaħ, jissospendi u jagħlaq is-seduti; li jagħti deċiżjonijiet dwar l-ammissibilità ta' emendi u testi oħra li jistressqu għall-votazzjoni, kif ukoll dwar l-ammissibilità tal-mistoqsijiet parlamentari; li jiżgura l-osservanza ta' dawn ir-Regoli, li jżomm l-ordni, li jsejjaħ lill-kelliema, li jagħlaq diskussjonijiet, li jressaq kwistjonijiet biex jittieħed vot fuqhom u li jħabbar ir-riżultat tal-votazzjonijiet; u li jirreferi lill-kumitati dawk il-komunikazzjonijiet li jkunu jikkonċernawhom.

3. Il-President jista' jitkellem waqt diskussjoni biss sabiex jagħlaq jew sabiex jitlob lill-kelliema jżommu l-ordni. Jekk ikun jixtieq jieħu sehem f'diskussjoni, huwa għandu jħalli s-Sedja u m'għandux jerġa jeħodha qabel ma tispiċċa d-diskussjoni.

3. Il-President jista' jitkellem waqt diskussjoni biss sabiex jagħlaq jew sabiex jitlob lill-kelliema jżommu l-ordni. Jekk ikun jixtieq jieħu sehem f'diskussjoni, huwa għandu jħalli s-Sedja u m'għandux jerġa jeħodha qabel ma tispiċċa d-diskussjoni.

4. F'relazzjonijiet internazzjonali, f'okkażjonijiet ċerimonjali u f'affarijiet amministrattivi, legali u finanzjarji mill-President, li jista' jiddelega dawn is-setgħat.

4. F'relazzjonijiet internazzjonali, f'okkażjonijiet ċerimonjali u f'affarijiet amministrattivi, legali u finanzjarji mill-President, li jista' jiddelega dawn is-setgħat.

 

4a.  Il-President huwa responsabbli għas-sigurtà u l-invjolabilità tal-binjiet tal-Parlament Ewropew.

Justification

The contents of the first interpretation after paragraph 1 shall be transformed into a provision of the title on plenary sessions (Rule 164a), whilethe contents of the second interpretation shall be transformed into a provision of the title on plenary sessions (Rule 174).

The suggested change to paragraph 2 reflects the current practice according to which the President rules as inadmissible not only amendments, but also paragraphs of reports which are in violation of primary Union law or risk damaging Parliament's interest or reputation.

The new paragraph 4a reflects the current practice according to which the President is the highest authority as regards the waiver of the inviolability of Parliament’s premises and archives (Articles 1 and 2 PPI) and its security.

Emenda    20

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 23

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 23

Artikolu 23

Dmirijiet tal-Viċi Presidenti

Dmirijiet tal-Viċi Presidenti

1.   Jekk il-President ikun assenti jew ma jkunx f'pożizzjoni li jaqdi dmirijietu, jew jekk ikun jixtieq li jieħu sehem f'diskussjoni skond l-Artikolu 22(3), wieħed mill-Viċi Presidenti skond l-Artikolu 17(2) għandu jeħodlu postu.

1.   Jekk il-President ikun assenti jew ma jkunx f'pożizzjoni li jaqdi dmirijietu, jew jekk ikun jixtieq li jieħu sehem f'diskussjoni skond l-Artikolu 22(3), wieħed mill-Viċi Presidenti skond l-Artikolu 17(2) għandu jeħodlu postu.

2.   Il-Viċi Presidenti għandhom ukoll jaqdu d-dmirijiet mogħtija lilhom skond l-Artikoli 25, 27(3) u (5) u 71(3).

2.   Il-Viċi Presidenti għandhom ukoll jaqdu d-dmirijiet mogħtija lilhom skond l-Artikoli 25, 27(3) u (5) u 71(3).

3.  Il-President jista' jiddelega lill-Viċi Presidenti kwalunkwe dmir bħal ma hu d-dmir li jirrappreżenta lill-Parlemant f'ċerimonji speċifiċi u atti. B'mod partikulari, il-President jista' jinnomina lil wieħed mill-Viċi Presidenti sabiex jinkariga ruħu minn ċerti responsabbiltajiet mogħtija lill-President fl-Artikolu 130(2) u l-paragrafu 3 tal-Anness II.

3.  Il-President jista' jiddelega lill-Viċi Presidenti kwalunkwe dmir bħal ma hu d-dmir li jirrappreżenta lill-Parlemant f'ċerimonji speċifiċi u atti. B'mod partikulari, il-President jista' jinnomina lil wieħed mill-Viċi Presidenti sabiex jinkariga ruħu minn ċerti responsabbiltajiet mogħtija lill-President fl-Artikoli 129 u 130(2).

Justification

L-Anness II se jitħassar. Ara l-emenda proposta għall-Artikolu 129.

Emenda    21

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 25

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 25

Artikolu 25

Dmirijiet tal-Bureau

Dmirijiet tal-Bureau

1.  Il-Bureau għandu jaqdi d-dmirijiet mogħtija lilu skond ir-Regoli ta' Proċedura.

1.  Il-Bureau għandu jaqdi d-dmirijiet mogħtija lilu skond ir-Regoli ta' Proċedura.

2.  Il-Bureau għandu jieħu deċiżjonijiet ta' xorta finanzjarja, organizzattiva u amministrattiva dwar affarijiet li jikkonċernaw l-organizzazzjoni interna tal-Parlament u tas-Segretarjat u l-korpi tiegħu.

2.  Il-Bureau għandu jieħu deċiżjonijiet ta' xorta finanzjarja, organizzattiva u amministrattiva dwar affarijiet li jikkonċernaw l-organizzazzjoni interna tal-Parlament u tas-Segretarjat u l-korpi tiegħu.

3.  Il-Bureau għandu jieħu deċiżjonijiet ta' xorta finanzjarja, organizzattiva u amministrattiva dwar affarijiet li jikkonċernaw lill-Membri fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali jew ta' grupp politiku.

3.  Il-Bureau għandu jieħu deċiżjonijiet ta' xorta finanzjarja, organizzattiva u amministrattiva dwar affarijiet li jikkonċernaw lill-Membri fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali jew ta' grupp politiku.

4.  Il-Bureau għandu jieħu deċiżjonijiet dwar affarijiet li jkollhom x'jaqsmu mat-tmexxija tas-seduti.

4.  Il-Bureau għandu jieħu deċiżjonijiet dwar affarijiet li jkollhom x'jaqsmu mat-tmexxija tas-seduti.

It-terminu 'tmexxija tas-seduti' jinkludi l-kwistjoni ta' l-imġiba tal-Membri fil-bini kollu tal-Parlament.

 

5.  Il-Bureau għandu jadotta d-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 35 dwar Membri mhux affiljati.

5.  Il-Bureau għandu jadotta d-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 35 dwar Membri mhux affiljati.

6.  Il-Bureau għandu jiddeċiedi dwar it-twaqqif ta' l-organigramma tas-Segretarjat u jagħmel regolamenti dwar is-sitwazzjoni amministrattiva u finanzjarja ta' l-uffiċjali u ta' impjegati oħra.

6.  Il-Bureau għandu jiddeċiedi dwar it-twaqqif tal-organigramma tas-Segretarjat u jagħmel regolamenti dwar is-sitwazzjoni amministrattiva u finanzjarja tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra.

7.  Il-Bureau għandu jħejji l-abbozz preliminari tal-baġit tal-Parlament.

7.  Il-Bureau għandu jħejji l-abbozz preliminari tal-baġit tal-Parlament.

8.  Il-Bureau għandu jadotta l-linji gwida għall-kwesturi skond l-Artikolu 28.

8.  Il-Bureau għandu jadotta l-linji gwida għall-Kwesturi u jista' jitlobhom iwettqu ċerti kompiti.

9.  Il-Bureau għandu jkun l-awtorità responsabbli li tawtorizza laqgħat ta' kumitati li jsiru barra mill-postijiet tax-xogħol tas-soltu, seduti, kif ukoll vjaġġi li jsiru għal studju u għal ġbir ta' informazzjoni minn rapporteurs.

9.  Il-Bureau għandu jkun l-awtorità responsabbli li tawtorizza laqgħat jew missjonijiet ta' kumitati li jsiru barra mill-postijiet tax-xogħol tas-soltu, seduti kif ukoll vjaġġi li jsiru għal studju u għal ġbir ta' informazzjoni minn rapporteurs.

F'każ li dawn il-laqgħat ikunu awtorizzati, l-arranġamenti lingwistiċi għandhom jiġu stabbiliti skond il-lingwi uffiċjali użati u mitluba mill-membri u mis-sostituti tal-kumitat konċernat.

F'każ li dawn il-laqgħat jew missjonijiet ikunu awtorizzati, l-arranġamenti lingwistiċi għandhom jiġu stabbiliti skond il-Kodiċi ta' Kondotta dwar il-Multilingwiżmu adottat mill-Bureau. L-istess artikolu għandu japplika wkoll għad-delegazzjonijiet.

L-istess għandu japplika fil-każ ta' delegazzjonijiet, ħlief fejn il-membri u s-sostituti konċernati jiftiehmu mod ieħor.

 

10.  Il-Bureau għandu jaħtar is-Segretarju Ġenerali skond l-Artikolu 222.

10.  Il-Bureau għandu jaħtar is-Segretarju Ġenerali skond l-Artikolu 222.

11.  Il-Bureau għandu jħejji r-regoli ta' implimentazzjoni skond ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2004/2003 dwar id-diżposizzjonijiet li jirregolaw il-partiti politiċi fil-livell Ewropew u r-regoli dwar iffinanzjar tagħhom. Fl-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament huwa għandu jieħu fuqu d-dmirijiet mogħtija lilu permezz ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

11.  Il-Bureau għandu jħejji r-regoli ta' implimentazzjoni li jirrigwardaw ir-regolamenti li jirregolaw il-partitiu l-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew u r-regoli dwar l-iffinanzjar tagħhom.

12.  Il-Bureau għandu jistipula r-regoli dwar it-trattament ta' tagħrif kunfidenzjali mill-Parlament u mill-korpi, mid-detenturi ta' karigi u minn Membri oħrajn tiegħu, filwaqt li titqies kwalunkwe ftehima interistituzzjonali dwar kwistjonijiet bħal dawn. Dawk ir-regoli għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u annessi ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura7.

12.  Il-Bureau għandu jistipula r-regoli dwar it-trattament ta' tagħrif kunfidenzjali mill-Parlament u mill-korpi, mid-detenturi ta' karigi u minn Membri oħrajn tiegħu, filwaqt li titqies kwalunkwe ftehima interistituzzjonali dwar kwistjonijiet bħal dawn. Dawk ir-regoli għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

13.  Il-President u/jew il-Bureau jistgħu jagħtu lil xi membru jew lil membri tal-Bureau dmirijiet ġenerali jew speċifiċi li jaqgħu fi ħdan il-kompetenzi tal-President u/jew tal-Bureau. Fl-istess ħin għandu jkun speċifikat il-mod kif dawn id-dmirijiet għandhom jitwettqu.

13.  Il-President u/jew il-Bureau jistgħu jagħtu lil xi membru jew lil membri tal-Bureau dmirijiet ġenerali jew speċifiċi li jaqgħu fi ħdan il-kompetenzi tal-President u/jew tal-Bureau. Fl-istess ħin għandu jkun speċifikat il-mod kif dawn id-dmirijiet għandhom jitwettqu.

14.  Il-Bureau għandu jinnomina żewġ Viċi Presidenti li jkunu inkarigati mill-implimentazzjoni tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali.

14.  Il-Bureau għandu jinnomina żewġ Viċi Presidenti li jkunu inkarigati mill-implimentazzjoni tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali.

Huma għandhom jirrapurtaw lura b'mod regolari lill-Konferenza tal-Presidenti dwar l-attivitajiet tagħhom f'dan ir-rigward.

 

 

14a.  Il-Bureau għandu jinnomina żewġ Viċi Presidenti li għandhom jiġu inkarigati mill-implimentazzjoni ta' konsultazzjoni strutturata mas-soċjetà ċivili Ewropea dwar suġġetti maġġuri.

 

14b.  Il-Bureau għandu jkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-Istatut għall-Membri u għandu jiddeċiedi dwar l-ammonti tal-allowances fuq il-bażi tal-baġit annwali.

15.  Meta jkun elett Parlament ġdid, il-Bureau li jkun se jispiċċa għandu jibqa' fil-kariga sa l-ewwel seduta tal-Parlament il-ġdid.

 

__________________

 

7 Ara l-Anness VII, Parti E.

 

Justification

The changes to paragraph 9 subparagraph 2, reflect the provisions of the Code of Conduct on multi-lingualism adopted by the Bureau on the basis of the competences conferred upon it by the current Rule.

As regards the changes to paragraph 11, the last sentence is deleted as it repeats paragraph 1. The amendments means to align the text of the Rule with the new Regulation.

Paragraph 14 subparagraph 2 is deleted here and moved under Rule 27(3).

The content for paragraph 14a (new)comes from the last sentence of Rule 27(5) and the wording is aligned with Rule 25(14).

This sentence in paragraph 14b(new) is taken from current Rule 10 and is slightly reworded to replace ("financial envelopes" is replaced by "allowances").

Paragraph 15 is deleted, as a new Rule 30a will cover all bodies and office holders.

Emenda    22

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 26

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 26

Artikolu 26

Kompożizzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti

Kompożizzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti

1.  Il-Konferenza tal-Presidenti tkun magħmula mill-President tal-Parlament u mill-presidenti tal-gruppi politiċi. Il-president ta' grupp politiku jista' jagħmel arranġamenti sabiex ikun rappreżentat minn xi membru tal-grupp tiegħu.

1.  Il-Konferenza tal-Presidenti tkun magħmula mill-President tal-Parlament u mill-presidenti tal-gruppi politiċi. Il-president ta' grupp politiku jista' jagħmel arranġamenti sabiex ikun rappreżentat minn xi membru tal-grupp tiegħu.

2.  Il-President tal-Parlament għandu jistieden lil wieħed mill-Membri mhux affiljati sabiex jattendi għal-laqgħat tal-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr ma jkollu d-dritt għall-vot.

2.  Il-President tal-Parlament għandu, wara li jagħti l-opportunità lill-Membri mhux affiljati biex jesprimu l-fehmiet tagħhom, jistieden wieħed minnhom sabiex jattendi għal-laqgħat tal-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr ma jkollu d-dritt għall-vot.

3.   Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tagħmel ħilitha sabiex jintlaħaq konsensus fuq kwistjonijiet riferiti lilha.

3.  Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tagħmel ħilitha sabiex jintlaħaq konsensus fuq kwistjonijiet riferiti lilha.

Meta ma jistax jintlaħaq kunsens, il-kwistjoni għandu jittieħed vot fuqha li jvarja skond piż ibbażat fuq in-numru ta' Membri f'kull grupp politiku.

Meta ma jistax jintlaħaq kunsens, il-kwistjoni għandu jittieħed vot fuqha li jvarja skond piż ibbażat fuq in-numru ta' Membri f'kull grupp politiku.

Emenda    23

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 27

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 27

Artikolu 27

Dmirijiet tal-Konferenza tal-Presidenti

Dmirijiet tal-Konferenza tal-Presidenti

1.  Il-Konferenza tal-Presidenti għandha twettaq id-dmirijiet mogħtija lilha skond ir-Regoli ta' Proċedura.

1.  Il-Konferenza tal-Presidenti għandha twettaq id-dmirijiet mogħtija lilha skond ir-Regoli ta' Proċedura.

2.  Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu deċiżjonijiet dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol tal-Parlament u ta' affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' ppjanar leġislattiv.

2.  Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu deċiżjonijiet dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol tal-Parlament u ta' affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' ppjanar leġislattiv.

3.  Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tkun l-awtorità responsabbli għal affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet u l-organi l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea u mal-parlamenti nazzjonali ta' l-Istati Membri.

3.  Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tkun l-awtorità responsabbli għal affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet u l-organi l-oħra tal-Unjoni Ewropea u mal-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri. Il-Viċi Presidenti li jkunu ġew inkarigati mill-implimentazzjoni tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali għandhom jirrappurtaw lura regolarment lill-Konferenza tal-Presidenti dwar l-attivitajiet tagħhom f'dak ir-rigward.

4. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tkun l-awtorità responsabbli għal affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' relazzjonijiet ma' pajjiżi li m'humiex membri u ma' istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li m'humiex ta' l-Unjoni.

4. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tkun l-awtorità responsabbli għal affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' relazzjonijiet ma' pajjiżi li m'humiex membri u ma' istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li m'humiex tal-Unjoni.

5.  Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tkun responsabbli biex torganizza konsultazzjonijiet strutturati mas-soċjetà ċivili Ewropea dwar kwistjonijiet ewlenin. Dan għandu jinkludi ż-żamma ta' dibattiti pubbliċi, li jkunu miftuħa għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini interessati, dwar suġġetti ta’ interess ġenerali Ewropew. Il-Bureau għandu jaħtar Viċi President responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ konsultazzjonijiet ta' dan it-tip, li għandu jirrapporta lura lill-Konferenza tal-Presidenti.

5.  Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tkun responsabbli biex torganizza konsultazzjonijiet strutturati mas-soċjetà ċivili Ewropea dwar kwistjonijiet ewlenin. Dan għandu jinkludi ż-żamma ta' dibattiti pubbliċi, li jkunu miftuħa għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini interessati, dwar suġġetti ta' interess ġenerali Ewropew. Il-Viċi President responsabbli għall-implimentazzjoni ta' tali konsultazzjoni għandu regolarment jirrapporta lura lill-Konferenza tal-Presidenti dwar l-attivitajiet tiegħu jew tagħha f'dak ir-rigward.

6. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tħejji l-abbozz ta' l-aġenda għas-sessjonijiet parzjali tal-Parlament.

6. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tħejji l-abbozz tal-aġenda għas-sessjonijiet parzjali tal-Parlament.

7.  Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tkun l-awtorità responsabbli mill-kompożizzjoni u l-kompetenza ta' kumitati, kumitati ta' inkjesta u kumitati parlamentari konġunti, delegazzjonijiet permanenti u delegazzjonijiet 'ad hoc'.

7.  Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tressaq proposti lill-Parlament rigward il-kompożizzjoni u l-kompetenza ta' kumitati, kumitati ta' inkjesta, kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet permanenti. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tkun responsabbli għall-awtorizzazzjoni tad-delegazzjonijiet 'ad hoc'.

8. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tiddeċiedi dwar kif għandhom jiġu allokati is-siġġijiet fil-Kamra skond l-Artikolu 36.

8. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tiddeċiedi dwar kif għandhom jiġu allokati is-siġġijiet fil-Kamra skond l-Artikolu 36.

9. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tkun l-awtorità responsabbli li tawtorizza li jsiru rapporti fuq inizjattiva proprja.

9. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tkun l-awtorità responsabbli li tawtorizza li jsiru rapporti fuq inizjattiva proprja.

10. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tippreżenta proposti lill-Bureau dwar affarijiet amministrattivi u baġitarji li jkollhom x'jaqsmu mal-gruppi politiċi.

10. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tippreżenta proposti lill-Bureau dwar affarijiet amministrattivi u baġitarji li jkollhom x'jaqsmu mal-gruppi politiċi.

Ġustifikazzjoni

It-test miżjud mal-paragrafu 3 huwa mċaqlaq mill-Artikolu 25(14).

Fir-rigward tat-tibdiliet għall-paragrafu 5, dawn huma marbuta maż-żieda tal-paragrafu 14a fl-Artikolu 25.

Emenda    24

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 28

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 28

Artikolu 28

Dmirijiet tal-Kwesturi

Dmirijiet tal-Kwesturi

Il-Kwesturi għandhom ikunu responsabbli għal affarijiet amministrattivi u finanzjarji li jolqtu direttament lill-Membri, skond il-linji gwida stabbiliti mill-Bureau.

Il-Kwesturi għandhom ikunu responsabbli għal affarijiet amministrattivi u finanzjarji li jolqtu direttament lill-Membri, skont il-linji gwida stabbiliti mill-Bureau kif ukoll għal kompiti oħra afdati lilhom.

Emenda    25

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 29

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 29

Artikolu 29

Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati

Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati

1.  Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għandha tkun magħmula mill-presidenti tal-kumitati permanenti jew temporanji kollha. Hija għandha teleġġi l-president tagħha.

1.  Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għandha tkun magħmula mill-presidenti tal-kumitati permanenti jew temporanji kollha. Hija għandha teleġġi l-president tagħha.

Fl-assenza tal-President, il-laqgħa tal-Konferenza għandha tiġi ppreseduta mill-Membru l-akbar fl-età, jew fl-assenza tiegħu, mill-Membru l-akbar fl-età li jkun preżenti.

1a.  Fl-assenza tal-President, il-laqgħa tal-Konferenza għandha tiġi ppreseduta mill-Membru preżenti li jkun l-akbar fl-età.

2.  Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti dwar ix-xogħol tal-kumitati u dwar il-preparazzjoni ta' l-abbozz ta' l-aġenda tas-sessjonijiet parzjali.

2.  Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti dwar ix-xogħol tal-kumitati u dwar il-preparazzjoni tal-abbozz tal-aġenda tas-sessjonijiet parzjali.

3.  Il-Bureau u l-Konferenza tal-Presidenti jistgħu jagħtu struzzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati sabiex twettaq doveri speċifiċi.

3.  Il-Bureau u l-Konferenza tal-Presidenti jistgħu jagħtu struzzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati sabiex twettaq doveri speċifiċi.

Ġustifikazzjoni

L-interpretazzjoni hija trasformata f'paragrafu. It-tħassir ma jagħmilx differenza fis-sustanza.

Emenda    26

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 30

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 30

Artikolu 30

Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet

Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet

1.  Il-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet għandha tkun magħmula mill-presidenti tad-delegazzjonijiet interparlamentari permanenti kollha. Hija għandha teleġġi l-president tagħha.

1.  Il-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet għandha tkun magħmula mill-presidenti tad-delegazzjonijiet interparlamentari permanenti kollha. Hija għandha teleġġi l-president tagħha.

Fl-assenza tal-President, il-laqgħa tal-Konferenza għandha tiġi ppreseduta mill-Membru l-akbar fl-età, jew fl-assenza tiegħu, mill-Membru l-akbar fl-età li jkun preżenti.

1a.   Fl-assenza tal-President, il-laqgħa tal-Konferenza għandha tiġi ppreseduta mill-Membru preżenti li jkun l-akbar fl-età.

2.   Il-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti dwar ix-xogħol tad-delegazzjonijiet.

2.   Il-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti dwar ix-xogħol tad-delegazzjonijiet.

3.   Il-Bureau u l-Konferenza tal-Presidenti jistgħu jagħtu struzzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet sabiex twettaq dmirijiet speċifiċi.

3.   Il-Bureau u l-Konferenza tal-Presidenti jistgħu jagħtu struzzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet sabiex twettaq dmirijiet speċifiċi.

Ġustifikazzjoni

L-interpretazzjoni hija trasformata f'paragrafu. It-tħassir ma jagħmilx differenza fis-sustanza.

Emenda    27

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 30a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 30a

 

Il-kontinwità ta' kariga waqt il-perijodu tal-elezzjoni

 

Meta jkun elett Parlament ġdid, il-korpi u d-detenturi ta' kariga kollha tal-Parlament li jkun se jispiċċa għandhom jibqgħu jeżerċitaw dmirijiethom sal-ewwel seduta tal-Parlament il-ġdid.

Ġustifikazzjoni

Il-kontenut tressaq mill-Artikolu 25(15) b'kamp ta' applikazzjoni usa'.

Emenda    28

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 31

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 31

Artikolu 31

Responsabbiltà tal-Bureau u tal-Konferenza tal-Presidenti

Responsabbiltà tal-Bureau u tal-Konferenza tal-Presidenti

1.  Il-minuti tal-Bureau u tal-Konferenza tal-Presidenti għandhom ikunu tradotti fil-lingwi uffiċjali, stampati u mqassma lill-Membri kollha tal-Parlament u għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku, ħlief jekk il-Bureau jew il-Konferenza tal-Presidenti, f'każi eċċezzjonali u għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità, kif stipulat fl-Artikolu 4(1) sa (4) tar-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jiddeċiedu mod ieħor dwar ċerti punti tal-minuti.

1.  Il-minuti tal-Bureau u tal-Konferenza tal-Presidenti għandhom ikunu tradotti fil-lingwi uffiċjali, stampati u mqassma lill-Membri kollha tal-Parlament u għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku, ħlief jekk il-Bureau jew il-Konferenza tal-Presidenti, f'każi eċċezzjonali u għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità, suġġett għall-Artikolu 4(1) sa (4) tar-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jiddeċiedu mod ieħor dwar ċerti punti tal-minuti.

2.  Kull Membru jista' jagħmel mistoqsijiet li jkollhom x'jaqsmu max-xogħol tal-Bureau, tal-Konferenza tal-Presidenti u tal-Kwesturi. Dawn il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President bil-miktub, innotifikati lill-Membri u ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Parlament, flimkien mat-tweġibiet li jingħataw, fi żmien tletin jum minn meta jitqiegħdu fuq il-Mejda.

2.  Kull Membru jista' jagħmel mistoqsijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-prestazzjoni tal-Bureau, tal-Konferenza tal-Presidenti u tal-Kwesturi tad-dmirijiet rispettivi tagħhom. Dawn il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President bil-miktub, innotifikati lill-Membri u ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Parlament, flimkien mat-tweġibiet li jingħataw, fi żmien tletin jum minn meta jitqiegħdu fuq il-Mejda.

Ġustifikazzjoni

Il-bidla għandha l-għan li tiċċara d-dispożizzjoni peress li l-kelma użata bħalissa, “xogħol” għandu kamp ta' applikazzjoni wiesa' u, skont is-Servizz konċernat, ħafna mistoqsijiet imqajma jaqgħu barra mill-ambitu tal-attivitajiet tat-tliet korpi msemmija.

Emenda    29

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 32

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 32

Artikolu 32

Tiswir ta' gruppi politiċi

Stabbiliment u xoljiment ta' gruppi politiċi

1.  Il-Membri jistgħu jingħaqdu fi gruppi skond l-affinitajiet politiċi tagħhom.

1.  Il-Membri jistgħu jingħaqdu fi gruppi skond l-affinitajiet politiċi tagħhom.

Il-Parlament normalment m'għandux għalfejn jevalwa l-affinità politika tal-membri ta' grupp. Meta jsawwru grupp flimkien skond dan l-Artikolu, il-Membri konċernati jaċċettaw bħala definizzjoni li huma għandhom affinità politika. Huwa biss meta din tiġi miċħuda mill-Membri konċernati li jkun meħtieġ li l-Parlament jevalwa jekk dan il-grupp ġiex imwaqqaf skont ir-Regoli.

Il-Parlament normalment m'għandux għalfejn jevalwa l-affinità politika tal-membri ta' grupp. Meta jsawwru grupp flimkien skond dan l-Artikolu, il-Membri konċernati jaċċettaw bħala definizzjoni li huma għandhom affinità politika. Huwa biss meta din tiġi miċħuda mill-Membri konċernati li jkun meħtieġ li l-Parlament jevalwa jekk dan il-grupp ġiex imwaqqaf skont ir-Regoli.

2.  Grupp politiku għandu jkun magħmul minn Membri eletti minn mhux inqas minn kwart ta' l-Istati Membri. In-numru ta’ Membri meħtieġ biex jissawwar grupp politiku għandu jkun ta’ ħamsa u għoxrin.

2.  Grupp politiku għandu jkun magħmul minn Membri eletti minn mhux inqas minn kwart tal-Istati Membri. In-numru ta' Membri meħtieġ biex jissawwar grupp politiku għandu jkun ta' ħamsa u għoxrin.

3.  Jekk grupp jinżel taħt il-limitu meħtieġ, il-President, bi ftehim mal-Konferenza tal-Presidenti, jista’ jippermetti li l-grupp ikompli jeżisti sas-seduta kostituttiva tal-Parlament li jkun imiss, kemm-il darba jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

3.  Jekk grupp jinżel taħt wieħed mil-limiti meħtieġa, il-President, bi ftehim mal-Konferenza tal-Presidenti, jista' jippermetti li l-grupp ikompli jeżisti sas-seduta kostituttiva tal-Parlament li jkun imiss, kemm-il darba jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

– il-membri jkomplu jirrappreżentaw mhux inqas minn wieħed minn kull ħames Stati Membri;

– il-membri jkomplu jirrappreżentaw mhux inqas minn wieħed minn kull ħames Stati Membri;

– il-grupp ikun ilu jeżisti għal perjodu ta’ aktar minn sena.

– il-grupp ikun ilu jeżisti għal perjodu ta' aktar minn sena.

Il-President m’għandux japplika din id-deroga fejn ikun hemm biżżejjed evidenza li wieħed jissuspetta li tkun qed tiġi abbużata.

Il-President m'għandux japplika din id-deroga fejn ikun hemm biżżejjed evidenza li wieħed jissuspetta li tkun qed tiġi abbużata.

4.  Membru ma jistax ikun f'iktar minn grupp wieħed.

4.  Membru ma jistax ikun f'iktar minn grupp wieħed.

5.  Il-President għandu jkun mgħarraf permezz ta' stqarrija meta jitwaqqaf grupp politiku. Din l-istqarrija għandha tispeċifika l-isem tal-grupp u l-ismijiet tal-membri tiegħu u tal-membri tal-Bureau tiegħu.

5.  Il-President għandu jkun mgħarraf permezz ta' stqarrija meta jitwaqqaf grupp politiku. Din l-istqarrija għandha tispeċifika l-isem tal-grupp u l-ismijiet tal-membri tiegħu u tal-membri tal-Bureau tiegħu. Għandha tiġi ffirmata mill-membri kollha tal-grupp.

6.  Din l-istqarrija għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

6.  Din l-istqarrija għandha tiġi annessa mal-minuti tas-sessjoni parzjali li waqtha jkun sar it-tħabbir tal-istabbiliment tal-grupp politiku.

 

6a.  Il-President għandu jħabbar l-istabbiliment ta' gruppi politiċi fil-Parlament. Tali tħabbir għandu jkollu effett legali retroattiv mill-mument meta l-grupp ikun innotifika l-istabbiliment tiegħu lill-President f'konformità ma' dan l-Artikolu.

 

Il-President għandu wkoll iħabbar ix-xoljiment ta' gruppi politiċi fil-Parlament. Tali tħabbir ikollu effett legali fil-jum ta' wara dak li fih il-kundizzjonijiet għall-eżistenza tal-grupp politiku ma jkunux għadhom issodisfati.

Justification

The change to the title aligns it with the provisions for the constitution/dissolution of the political groups (Rule 32 6a).

The current wording of paragraph 3 subparagraph 1 uses "threshold" in singular while there are two thresholds.

As regards the amendments to paragraph 5, the formality of signatures would increase the legal certainty of the statement submitted to the President.

Paragraph 6 has hardly ever been applied as it stands and certainly not during the last years. Therefore it is proposed to delete the reference to the publication in the Official journal and bring the provision in line with the practice.

As regards the addition of paragraph 6a, is aims at clarifying that a declaration by the President – in his role as a “notary” - is necessary for the establishment of the group, with retroactive effect to the moment when the group validly notified its establishment and, for its dissolution, also a declaration of President with effects on the day following the moment when the conditions failed to be complied with by the group.

Emenda    30

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 33

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 33

Artikolu 33

Attivitajiet u sitwazzjoni legali tal-gruppi politiċi

Attivitajiet u sitwazzjoni legali tal-gruppi politiċi

1.  Il-gruppi politiċi għandhom iwettqu dmirijiethom bħala parti mill-attivitajiet ta' l-Unjoni, inklużi l-ħidmiet allokati lilhom mir-Regoli ta' Proċedura. Il-gruppi politiċi għandhom ikunu provduti b'segretarjat skond l-organigramma tas-Segretarjat, b'faċilitajiet amministrattivi u bl-approprijazzjonijiet imdaħħla għal dak il-għan fil-baġit tal-Parlament.

1.  Il-gruppi politiċi għandhom iwettqu dmirijiethom bħala parti mill-attivitajiet tal-Unjoni, inklużi l-ħidmiet allokati lilhom mir-Regoli ta' Proċedura. Il-gruppi politiċi għandhom ikunu provduti b'segretarjat skond l-organigramma tas-Segretarjat, b'faċilitajiet amministrattivi u bl-approprijazzjonijiet imdaħħla għal dak il-għan fil-baġit tal-Parlament.

2.  Il-Bureau għandu jħejji r-regoli dwar il-forniment, l-implimentazzjoni u l-issorveljar ta' dawk il-faċilitajiet u approprjazzjonijiet, kif ukoll dwar id-delegi relatati ta' setgħat għall-implimentazzjoni tal-baġit.

2.  Il-Bureau , wara li jkun ikkunsidra kwalunkwe proposta magħmula mill-Konferenza tal-Presidenti, għandu jħejji r-regoli dwar il-forniment, l-implimentazzjoni u l-issorveljar ta' dawk il-faċilitajiet u approprjazzjonijiet, kif ukoll dwar id-delegi relatati ta' setgħat għall-implimentazzjoni tal-baġit u l-konsegwenzi ta' kwalunkwe nuqqas ta' rispett tagħhom.

3.  Dawk ir-regoli għandhom jiddeterminaw il-konsegwenzi amministrattivi u finanzjarji f'każ li grupp politiku jiġi xolt.

3.  Dawk ir-regoli għandhom jiddeterminaw il-konsegwenzi amministrattivi u finanzjarji f'każ li grupp politiku jiġi xolt.

Ġustifikazzjoni

Dan it-tibdil għandu l-għan li jġib dan l-Artikolu konformi mal-Artikolu 27(10).

Emenda    31

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 34

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 34

Artikolu 34

Intergruppi

Intergruppi

1.  Membri individwali jistgħu jiffurmaw Intergruppi, jew gruppi mhux uffiċjali oħrajn ta' Membri, minn fost il-gruppi politiċi kollha biex jiġu organizzati skambji informali ta’ fehmiet dwar kwistjonijiet speċifiċi, bil-parteċipazzjoni ta' membri ta’ kumitati parlamentari differenti, u biex jiġi promoss il-kuntatt bejn il-Membri u s-soċjetà ċivili.

1.  Membri individwali jistgħu jiffurmaw Intergruppi, jew gruppi mhux uffiċjali oħrajn ta' Membri, minn fost il-gruppi politiċi kollha biex jiġu organizzati skambji informali ta' fehmiet dwar kwistjonijiet speċifiċi, bil-parteċipazzjoni ta' membri ta' kumitati parlamentari differenti, u biex jiġi promoss il-kuntatt bejn il-Membri u s-soċjetà ċivili.

2.  Dawn il-gruppi ma jistgħux jinvolvu ruħhom f’attivitajiet li jistgħu jirriżultaw f’konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Kemm-il darba jiġu rispettati l-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi, kif adottati mill-Bureau, il-gruppi politiċi jistgħu jiffaċilitaw l-attivitajiet ta' dawn il-gruppi billi jipprovdulhom appoġġ loġistiku.

2.  Dawn il-gruppi għandhom ikunu trasparenti għalkollox fl-azzjonijiet tagħhom u ma jistgħux jinvolvu ruħhom f’attivitajiet li jistgħu jirriżultaw f’konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Kemm-il darba jiġu rispettati l-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi, kif adottati mill-Bureau, il-gruppi politiċi jistgħu jiffaċilitaw l-attivitajiet ta' dawn il-gruppi billi jipprovdulhom appoġġ loġistiku.

Dawn il-gruppi għandhom ikunu marbuta li jiddikjaraw kwalunkwe appoġġ, sew fi flus u sew in natura (eż. assistenza fix-xogħol tas-segretarjat) li, jekk ġie offrut lill-Membri bħala individwi, irid ikun iddikjarat skont l-Anness I.

3. L-intergruppi għandhom ikunu marbuta li jiddikjaraw annwalment kwalunkwe appoġġ, sew fi flus u sew in natura (eż. assistenza fix-xogħol tas-segretarjat) li, jekk ġie offrut lill-Membri bħala individwi, irid ikun iddikjarat skont l-Anness I.

Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu. Dan ir-reġistru għandu jkun ippubblikat fis-sit web tal-Parlament. Il-Kwesturi għandhom jadottaw regoli dettaljati dwar dawn id-dikjarazzjonijiet.

4. Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fit-tielet paragrafu. Dan ir-reġistru għandu jkun ippubblikat fis-sit web tal-Parlament. Il-Kwesturi għandhom jadottaw regoli dettaljati dwar dawn id-dikjarazzjonijiet u għandhom jiżguraw l-infurzar effettiv ta’ din ir-regola.

Emenda    32

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

PROĊEDURI LEĠISLATTIVI, TAL-BAĠIT U OĦRAJN

PROĊEDURI LEĠISLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN

Emenda    33

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 37

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 37

Artikolu 37

Il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni

Programmazzjoni annwali

1.  Il-Parlament għandu jaħdem flimkien mal-Kummissjoni u mal-Kunsill sabiex jiddetermina l-ippjanar leġislattiv ta' l-Unjoni Ewropea.

1.  Il-Parlament għandu jaħdem flimkien mal-Kummissjoni u mal-Kunsill sabiex jiddetermina l-ippjanar leġislattiv tal-Unjoni Ewropea.

Il-Parlament u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw fit-tħejjija tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni - li huwa l-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni għall-ipprogrammar annwali u multiannwali tal-Unjoni - skont l-iskeda u l-arranġamenti miftiehma bejn iż-żewġ istituzzjonijiet u annessi ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura8.

Il-Parlament u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw fit-tħejjija tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni - li huwa l-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni għall-ipprogrammar annwali u multiannwali tal-Unjoni - skont l-iskeda u l-arranġamenti miftiehma bejn iż-żewġ istituzzjonijiet8.

 

1a.   Wara l-adozzjoni tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, skont il-paragrafu 7 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil tal-Liġijiet Aħjar 8a, ser jiskambjaw fehmiet u jaqblu dwar dikjarazzjoni konġunta dwar il-programmazzjoni interistituzzjonali annwali li tistabbilixxi objettivi u prijoritajiet wiesgħa.

 

Qabel jinnegozja mal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dikjarazzjoni konġunta, il-President għandu jiskambja l-fehmiet mal-Konferenza tal-Presidenti u mal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati rigward l-objettivi u l-prijoritajiet wiesgħa tal-Parlament.

 

Qabel ma jiffirma d-dikjarazzjoni konġunta, il-President għandu jfittex li jikseb l-approvazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti.

2.  F'ċirkustanzi urġenti u mhux previsti, istituzzjoni tista', fuq inizjattiva tagħha stess u skont il-proċeduri mniżżla fit-Trattati, tipproponi ż-żieda ta' miżura leġislattiva mal-miżuri proposti fil-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni.

 

3.  Il-President għandu jgħaddi r-riżoluzzjoni adottata mill-Parlament lill-istituzzjonijiet l-oħra li jipparteċipaw fil-proċedura leġislattiva u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri.

3.  Il-President għandu jgħaddi kwalunkwe riżoluzzjoni adottata mill-Parlament dwar l-ippjanar u l-prijoritajiet leġislattivi lill-istituzzjonijiet l-oħra li jipparteċipaw fil-proċedura leġislattiva tal-Unjoni Ewropea u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

Il-President għandu jitlob lill-Kunsill jesprimi opinjoni fuq il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni u fuq ir-riżoluzzjoni tal-Parlament.

 

4.  Fejn istituzzjoni ma tkunx tista timxi mal-kalendarju stabbilit, għandha tinnotifika lill-istituzzjonijiet l-oħra dwar ir-raġunijiet għad-dewmien u tipproponi kalendarju ġdid.

 

 

4a.  Jekk il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tirtira proposta, il-Kummissarju kompetenti għandu jiġi mistieden mill-kumitat responsabbli għal laqgħa biex dik l-intenzjoni tiġi diskussa. Il-Presidenza tal-Kunsill tista' tiġi mistiedna wkoll għal din il-laqgħa. Jekk il-kumitat responsabbli ma jaqbilx mal-irtirar intenzjonat, jista' jitlob li l-Kummissjoni tagħmel stqarrija lill-Parlament. Għandu japplika l-Artikolu 123.

__________________

__________________

8 Ara l-Anness XIII.

Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni (ĠU C 304, 20.11.2010, p. 47).

 

8a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Huma proposti għadd ta' tħassiriet, kull waħda għal raġunijiet speċifiċi. Għalhekk il-paragrafu 2 tħassar minħabba li dan jikkonsisti f’dikjarazzjoni unilaterali fir-regoli interni tal-PE dwar x'inhuma allegatament awtorizzati li jagħmlu l-istituzzjonijiet l-oħra.

Il-paragrafu 3 subparagrafu 2 tħassar biex jiġi mċaqlaq hawn fuq, filwaq li

l-paragrafu 4 tħassar minħabba li qatt ma ġie applikat.

Emenda    34

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 38

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 38

Artikolu 38

Rispett tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Rispett tad-drittijiet fundamentali

1.  Il-Parlament għandu fl-attivitajiet kollha tiegħu jirrispetta b’mod sħiħ id-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

1.  Il-Parlament għandu fl-attivitajiet kollha tiegħu jirrispetta b'mod sħiħ id-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tiegħu.

Il-Parlament għandu jirrispetta wkoll b'mod sħiħ id-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 6(2) u (3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

 

2.  Fejn il-kumitat responsabbli mis-suġġett, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jkunu tal-opinjoni li proposta għal att leġislattiv jew partijiet minnha ma jkunux konformi ma’ drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-kwistjoni għandha, fuq talba tagħhom, tkun riferuta lill-kumitat responsabbli mill-interpretazzjoni tal-Karta. L-opinjoni ta’ dak il-kumitat għandha tkun annessa mar-rapport tal-kumitat responsabbli mis-suġġett.

2.  Fejn il-kumitat responsabbli mis-suġġett, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jkunu tal-opinjoni li proposta għal att leġislattiv jew partijiet minnha ma jkunux konformi mad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-kwistjoni għandha, fuq talba tagħhom, tkun riferuta lill-kumitat responsabbli mill-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

 

2a.  Dik it-talba għandha titressaq fi żmien erba' ġimgħat tax-xogħol mit-tħabbira fil-Parlament tar-referenza lill-kumitat.

 

2b.  L-opinjoni ta' dak il-kumitat responsabbli mill-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali għandha tiġi annessa mar-rapport tal-kumitat responsabbli mis-suġġett.

Ġustifikazzjoni

Dan l-adattament tat-titolu jkopri kemm il-Karta kif ukoll id-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni għad-drittijiet fundamentali, kif tradotti fit-Trattat tal-UE fl-Artikolu 6.

Il-paragrafu 1 jinżamm, iżda kemmxejn riformulata; l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma magħqudin flimkien. Id-dispożizzjoni attwali tmur lura għal qabel it-Trattat ta’ Lisbona, fejn il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali akkwistat l-istess valur tat-Trattat (l-Artikolu 6 ikopri kemm il-Karta (6(1)) u l-Konvenzjoni (6 (3)).

Rigward iż-żieda tal-paragrafu 2a, huwa l-allinjament tal-iskadenzi fl-Artikoli 38 u 42.

Emenda    35

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 38a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 38a

 

Ugwaljanza bejn il-ġeneri

 

1.  Fejn il-kumitat responsabbli mis-suġġett, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jkunu tal-opinjoni li proposta ma tikkunsidrax biżżejjed il-ħtieġa tal-ugwaljanza bejn is-sessi, jistgħu jitolbu li l-kwistjoni tkun riferuta lill-kumitat responsabbli mid-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi.

 

2.  Dik it-talba għandha titressaq fi żmien erba' ġimgħat tax-xogħol mit-tħabbira fil-Parlament tar-referenza lill-kumitat.

 

3.  L-opinjoni ta' dak il-kumitat responsabbli għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi għandha tiġi annessa mar-rapport tal-kumitat responsabbli mis-suġġett.

Ġustifikazzjoni

Il-korrezzjoni tikkonċerna t-tħassir tat-tielet paragrafu, li huwa ripetizzjoni tal-aħħar sentenza tal-ewwel paragrafu.

Emenda    36

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 39

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 39

Artikolu 39

Verifika tal-bażi legali

Verifika tal-bażi legali

1.  Fil-każijiet kollha ta' proposti għal atti leġislattivi u ta' dokumenti oħra ta' xorta leġislattiva, l-kumitat responsabbli mis-suġġett għandu l-ewwel jivverifika l-bażi legali.

1.  Fil-każijiet kollha ta' proposti għal atti legalment vinkolanti, il-kumitat responsabbli mis-suġġett għandu l-ewwel jivverifika l-bażi legali.

2.  Jekk dak il-kumitat jikkontesta l-validità u x-xerqien tal-bażi legali, anke fil-kuntest tal-verifika skont l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, huwa għandu jitlob l-opinjoni tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali.

2.  Jekk dak il-kumitat jikkontesta l-validità u x-xerqien tal-bażi legali, anke fil-kuntest tal-verifika skont l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, huwa għandu jitlob l-opinjoni tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali.

3.  Il-kumitat responsabbli mill-affarijiet legali jista' wkoll, fuq inizjattiva tiegħu stess, jittratta mistoqsijiet dwar il-bażi legali tal-proposti għal atti leġislattivi. F'każijiet bħal dawn, għandu jgħarraf kif jistħoqq lill-kumitat responsabbli mis-suġġett.

3.  Il-kumitat responsabbli mill-affarijiet legali jista' wkoll, fuq inizjattiva tiegħu stess, jittratta mistoqsijiet dwar il-bażi legali fi kwalunkwe stadju tal-proċedura leġislattiva. F'każijiet bħal dawn, għandu jgħarraf kif jistħoqq lill-kumitat responsabbli mis-suġġett.

4.  Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jiddeċiedi li jikkontesta l-validità u x-xerqien tal-bażi legali, huwa għandu jirraporta il-konklużjonijiet tiegħu lill-Parlament. Il-Parlament għandu jivvota fuq din il-kontestazzjoni qabel ma jivvota fuq il-kontenut tal-proposta.

4.  Fejn xieraq, wara l-iskambju tal-fehmiet mal-Kunsill u mal-Kummissjoni skont l-arranġamenti miftiehma fil-livell interistituzzjonali1a, jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jiddeċiedi li jikkontesta l-validità u x-xerqien tal-bażi legali, huwa għandu jirraporta il-konklużjonijiet tiegħu lill-Parlament. Mingħajr ħsara għall-Artkolu 63, il-Parlament għandu jivvota fuq din il-kontestazzjoni qabel ma jivvota fuq il-kontenut tal-proposta.

5.  M'humiex ammissibbli emendi mqiegħda fuq il-Mejda fil-Parlament sabiex tinbidel il-bażi legali ,ta' proposta għal att leġislattiv, jekk il-kumitat responsabbli mis-suġġett jew il-kumitat responsabbli mill-affarijiet legali ma jkunux ikkontestaw il-validità jew ix-xerqien tal-bażi legali.

5.  M'humiex ammissibbli emendi mqiegħda fuq il-Mejda fil-Parlament sabiex tinbidel il-bażi legali jekk il-kumitat responsabbli mis-suġġett jew il-kumitat responsabbli mill-affarijiet legali ma jkunux ikkontestaw il-validità jew ix-xerqien tal-bażi legali.

6.  Jekk il-Kummissjoni ma taqbilx li l-proposta tagħha għandha tigi emendata sabiex tikkonforma mal-bażi legali approvata mill-Parlament, ir-rapporteur jew il-president tal-kumitat responsabbli għall-affarjiiet legali jew tal-kumitat responsabbli mis-suġġett jistgħu jipproponu li l-votazzjoni fuq il-kontenut tal-proposta tiġi posposta għal seduta suċċessiva.

 

 

__________________

 

1a Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, paragrafu 25 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

Justification

As concerns the changes in paragraph 1, “legally binding" is an inclusive formula which covers both the acts adopted by the ordinary and special legislative procedure (currently referred to as "legislative acts") and those adopted by another procedure (for instance NLE which the current rules refer to as "other documents of a legislative nature"). This formula reflects Article 288 and Article 2(1)&(2) of the Treaty on the Functioning of the European Union. The change is to be included in other Rules, especially as some of them (e.g. Rule 49(1) or even Rule 39(3) just below) refer only to "legislative acts" or "legislative procedures", but are in fact also applied to acts and procedures which are not "legislative" in the meaning of Article 289(3) TFEU (for instance "NLE".

As concerns the changes in paragraph 1, this suggestion is made to include the possibility of checking the legal basis not only at the stage of Commission's proposal, but also when the Council adopts its first reading position.

As regards the deletion of paragraph 6, emphasis put (probably for historical reasons) on the Commission, while the author or co-author of the legislative act is the Council. Such a referral back to the committee is always possible under the Rules of Procedure.

Emenda    37

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 40

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 40

Artikolu 40

Delega tas-setgħat leġislattivi

Delega tas-setgħat leġislattivi u konferiment tas-setgħat leġislattivi

1.  Meta tiġi eżaminata proposta għal att leġislattiv li jiddelega setgħat lill-Kummissjoni kif previst mill-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament għandu jagħti attenzjoni partikolari għall-objettivi, il-kontenut, l-ambitu u t-tul ta' żmien tad-delega, kif ukoll għall-kundizzjonijiet li għalihom tkun soġġetta.

1.  Meta tiġi eżaminata proposta għal att leġislattiv li jiddelega setgħat lill-Kummissjoni kif previst mill-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament għandu jagħti attenzjoni partikolari għall-objettivi, il-kontenut, l-ambitu u t-tul ta' żmien tad-delega, kif ukoll għall-kundizzjonijiet li għalihom tkun soġġetta.

 

1a.  Meta tiġi eżaminata proposta għal att leġislattiv li jikkonferixxi setgħat ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament għandu joqgħod attent, b'mod partikolari, għall-fatt li waqt li teżerċita setgħa ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni la tista' temenda u lanqas tissupplimenta l-att leġislattiv, lanqas fl-elementi mhux essenzjali tiegħu.

2.  Il-kumitat responsabbli għas-suġġett jista', f'kull ħin, jitlob l-opinjoni tal-kumitat responsabbli għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

2.  Il-kumitat responsabbli għas-suġġett jista', f'kull ħin, jitlob l-opinjoni tal-kumitat responsabbli għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

3.  Il-kumitat responsabbli għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni jista' wkoll, bl-inizjattiva tiegħu, jittratta kwistjonijiet dwar id-delega tas-setgħat leġislattivi. F'każijiet bħal dawn, għandu jgħarraf kif jistħoqq lill-kumitat responsabbli mis-suġġett.

3.  Il-kumitat responsabbli għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni jista' wkoll, bl-inizjattiva tiegħu, jittratta kwistjonijiet dwar id-delega tas-setgħat leġislattivi u l-konferiment tas-setgħat ta' implimentazzjoni. F'każijiet bħal dawn, għandu jgħarraf kif jistħoqq lill-kumitat responsabbli mis-suġġett.

Emenda    38

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 41

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 41

Artikolu 41

Verifika ta' kompatibilità finanzjarja

Verifika ta' kompatibilità finanzjarja

1.  Fejn proposta għal att legislattiv ikollha implikazzjonijet finanzjarji, il-Parlament għandu jistabbilixxi jekk ikunux ipprovduti riżorsi finanzjarji biżżejjed.

1.  Fejn proposta għal att legalment vinkolanti jkollha implikazzjonijet finanzjarji, il-Parlament għandu jistabbilixxi jekk ikunux ipprovduti riżorsi finanzjarji biżżejjed.

2.  Bla ħsara għall-Artikolu 47, il-kumitat responsabbli mis-suġġett għandu jivverifika l-kompatibilità finanzjarja ta' kull proposta għal att leġislattiv, jew ta' kull dokument ieħor ta' natura leġislattiva, mal-qafas finanzjarju plurijennali.

2.  Il-kumitat responsabbli mis-suġġett għandu jivverifika li kull proposta għal att legalment vinkolanti tkun kompatibbli mil-lat finanzjarju mar-regolament tal-qafas finanzjarju pluriennali.

3. Meta l-kumitat responsabbli mis-suġġett jemenda l-allokazzjoni finanzjarja tal-att li qed jeżamina, għandu jitlob il-fehma tal-kumitat responsabbli mill-affarijiet tal-baġit.

3. Meta l-kumitat responsabbli mis-suġġett jemenda l-allokazzjoni finanzjarja tal-att li qed jeżamina, għandu jitlob il-fehma tal-kumitat responsabbli mill-affarijiet tal-baġit.

4.  Il-kumitat responsabbli mill-affarijiet tal-baġit jista' wkoll, fuq inizjattiva tiegħu stess, jittratta mistoqsijiet dwar il-kompatibilità finanzjarja tal-proposti għal atti leġislattivi. F'każijiet bħal dawn, għandu jgħarraf kif jistħoqq lill-kumitat responsabbli mis-suġġett.

4.  Il-kumitat responsabbli mill-affarijiet tal-baġit jista' wkoll, fuq inizjattiva tiegħu stess, jittratta mistoqsijiet dwar il-kompatibilità finanzjarja tal-proposti għal atti legalment vinkolanti. F'każijiet bħal dawn, għandu jgħarraf kif jistħoqq lill-kumitat responsabbli mis-suġġett.

5.  Jekk il-kumitat responsabbli mill-affarijiet tal-baġit jiddeċiedi li jikkontesta il-kompatibilità finanzjarja, għandu jirraporta l-konklużjonijiet tiegħu lill-Parlament li għandu jressaqhom biex jittieħed vot fuqhom.

5.  Jekk il-kumitat responsabbli mill-affarijiet tal-baġit jiddeċiedi li jikkontesta il-kompatibilità finanzjarja, għandu jirraporta l-konklużjonijiet tiegħu lill-Parlament qabel ma l-Parlament jivvota fuq il-proposta.

6.  Att li jiġi ddikjarat inkompatibbli jista' jiġi adottat mill-Parlament suġġett għad-deċiżjonijiet ta' l-Awtorità dwar il-Baġit.

 

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-bidliet għall-paragrafu 2, ir-referenza għall-Artikolu 47 hija superfluwa. Iż-żieda tar-regolament tiċċara li l-Kumitat BUDG iqis ukoll it-tabella ta' allokazzjonijiet inkluża fir-Regolament tal-QFP.

Fir-rigward tal-bidliet lill-paragrafu 5, il-Parlament ma jkunx jivvota fuq il-konklużjonijiet tal-Kumitat BUDG, iżda dawn ikunu jiġu mehmuża mar-rapport tal-kumitat responsabbli qabel il-votazzjoni plenarja.

Il-paragrafu 6 ġie mħassar peress li mhuwiex ċar ħafna u jitfa' dubju dwar jekk “l-Att” tfissirx l-abbozz ta’ proposta leġislattiva u dwar min ikun iddikjara li hi“inkompatibbli”.

Emenda    39

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 42

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 42

Artikolu 42

Eżami tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà

Eżami tal-osservanza tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità

1.  Waqt l-eżami ta’ proposta għal att legislattiv, il-Parlament għandu jagħti attenzjoni partikulari lill-osservanza tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità.

1.  Waqt l-eżami ta’ proposta għal att legislattiv, il-Parlament għandu jagħti attenzjoni partikulari lill-osservanza tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità.

2.  Il-kumitat responsabbli mill-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jista’ jiddeċiedi li jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-attenzjoni tal-kumitat responsabbli mis-suġġett fir-rigward ta’ kwalunkwe proposta għal att leġislattiv.

2.  Il-kumitat responsabbli mill-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jista’ jiddeċiedi li jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-attenzjoni tal-kumitat responsabbli mis-suġġett fir-rigward ta’ kwalunkwe proposta għal att leġislattiv.

 

Fejn il-kumitat responsabbli mis-suġġett, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jkunu tal-opinjoni li proposta għal att leġislattiv jew partijiet minnha ma jkunux konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-kwistjoni għandha, fuq talba tagħhom, tkun riferuta lill-kumitat responsabbli mill-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Dik it-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien erba' ġimgħat tax-xogħol mit-tħabbira fil-Parlament tar-referenza lill-kumitat.

3.  Jekk parlament nazzjonali jibgħat lill-President opinjoni motivata skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, dak id-dokument għandu jkun riferut lill-kumitat responsabbli mis-suġġett u mgħoddi għall-informazzjoni lill-kumitat responsabbli mill-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

 

4.  Ħlief fil-każijiet ta’ urġenza stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, il-kumitat responsabbli mis-suġġett m’għandux jgħaddi għall-votazzjoni aħħarija tiegħu qabel tmiem l-iskadenza ta’ tmien ġimgħat li hija stipulata fl-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

4.  Ħlief fil-każijiet ta’ urġenza stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 4 dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, il-kumitat responsabbli mis-suġġett m’għandux jgħaddi għall-votazzjoni aħħarija tiegħu qabel tmiem l-iskadenza ta’ tmien ġimgħat li hija stipulata fl-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

 

4a.  Jekk parlament nazzjonali jibgħat lill-President opinjoni motivata skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, dak id-dokument għandu jkun riferut lill-kumitat responsabbli għas-suġġett u mgħoddi, għall-informazzjoni, lill-kumitat responsabbli għall-osservanza tal-prinċipju ta' sussidjarjetà.

5.  Meta l-opinjonijiet motivati dwar in-nuqqas ta’ konformità ta’ proposta għall-att leġislattiv mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jirrappreżentaw mhux inqas minn terz tal-voti kollha allokati għall-parlamenti nazzjonali jew kwart fil-każ ta’ proposta għall-att leġislattiv ippreżentat skont l-Artikolu 76 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament m'għandux jieħu deċiżjoni sakemm l-awtur tal-proposta jistipula kif ikun biħsiebu jipproċedi.

5.  Meta l-opinjonijiet motivati dwar in-nuqqas ta’ konformità ta’ proposta għall-att leġislattiv mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jirrappreżentaw mhux inqas minn terz tal-voti kollha allokati għall-parlamenti nazzjonali jew kwart fil-każ ta’ proposta għall-att leġislattiv ippreżentat skont l-Artikolu 76 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament m'għandux jieħu deċiżjoni sakemm l-awtur tal-proposta jistipula kif ikun biħsiebu jipproċedi.

6.  Meta, skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, opinjonijiet motivati li jallegaw in-nuqqas ta’ konformità ta’ proposta għal att leġislattiv mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jirrappreżentaw mhux inqas minn maġġoranza sempliċi tal-voti allokati lill-parlamenti nazzjonali, il-kumitat responsabbli mis-suġġett, wara li jkun qies l-opinjonijiet motivati mressqa mill-parlamenti nazzjonali u mill-Kummissjoni, u wara li jkun sema’ l-fehmiet tal-kumitat responsabbli mill-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, jista’ jirrakkomanda lill-Parlament li jiċħad il-proposta fuq il-bażi ta’ ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jew jippreżenta lill-Parlament kwalunkwe rakkomandazzjoni oħra, li tista’ tinkludi suġġerimenti għal emendi li jkollhom x'jaqsmu mal-osservanza tal-prinċipju ta' sussidjarjetà. L-opinjoni mogħtija mill-kumitat responsabbli mill-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà għandha tkun annessa ma’ kwalunkwe rakkomandazzjoni bħal din.

6.  Meta, skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, opinjonijiet motivati li jallegaw in-nuqqas ta’ konformità ta’ proposta għal att leġislattiv mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jirrappreżentaw mhux inqas minn maġġoranza sempliċi tal-voti allokati lill-parlamenti nazzjonali, il-kumitat responsabbli mis-suġġett, wara li jkun qies l-opinjonijiet motivati mressqa mill-parlamenti nazzjonali u mill-Kummissjoni, u wara li jkun sema’ l-fehmiet tal-kumitat responsabbli mill-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, jista’ jirrakkomanda lill-Parlament li jiċħad il-proposta fuq il-bażi ta’ ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jew jippreżenta lill-Parlament kwalunkwe rakkomandazzjoni oħra, li tista’ tinkludi suġġerimenti għal emendi li jkollhom x'jaqsmu mal-osservanza tal-prinċipju ta' sussidjarjetà. L-opinjoni mogħtija mill-kumitat responsabbli mill-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà għandha tkun annessa ma’ kwalunkwe rakkomandazzjoni bħal din.

Ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi ippreżentata lill-Parlament għal dibattitu u għal votazzjoni. Jekk rakkomandazzjoni biex tkun miċħuda l-proposta tkun adottata b’maġġoranza tal-voti mitfugħa, il-President għandu jiddikjara l-proċedura magħluqa. Meta l-Parlament ma jiċħadx il-proposta, il-proċedura għandha tkompli, filwaqt li jitqiesu kwalunkwe rakkomandazzjonijiet approvati mill-Parlament.

Ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi ippreżentata lill-Parlament għal dibattitu u għal votazzjoni. Jekk rakkomandazzjoni biex tkun miċħuda l-proposta tkun adottata b’maġġoranza tal-voti mitfugħa, il-President għandu jiddikjara l-proċedura magħluqa. Meta l-Parlament ma jiċħadx il-proposta, il-proċedura għandha tkompli, filwaqt li jitqiesu kwalunkwe rakkomandazzjonijiet approvati mill-Parlament.

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda tal-paragrafu 2 subparagrafu 1a (ġdid) kienet ispirata mid-dispożizzjoni fl-Artikolu 38.

Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 42 tressaq biex jiġi wara l-paragrafu 4 u d-diċitura tiegħu ġiet simplifikata.

Emenda    40

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 44

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 44

Artikolu 44

Rappreżentanza tal-Parlament fil-laqgħat tal-Kunsill

Rappreżentanza tal-Parlament fil-laqgħat tal-Kunsill

Meta l-Kunsill jistieden lill-Parlament biex jieħu sehem f'laqgħa tal-Kunsill li fiha l-Kunsill jaġixxi f'kapacità leġislattiva, il-President għandu jitlob lill-president jew lir-rapporteur tal-kumitat responsabbli, jew lil xi Membru ieħor maħtur mill-kumitat, biex jirrappreżenta lill-Parlament.

Meta l-Kunsill jistieden lill-Parlament biex jieħu sehem f'laqgħa tal-Kunsill, il-President għandu jitlob lill-president jew lir-rapporteur tal-kumitat responsabbli mis-suġġett, jew lil xi Membru ieħor maħtur mill-kumitat, biex jirrappreżenta lill-Parlament.

Emenda    41

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 45

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 45

Artikolu 45

Id-drittijiet ta' inizjattiva mogħtija lill-Parlament mit-Trattati

Id-dritt tal-Parlament li jressaq proposti

F'każijiet fejn it-Trattati jagħtu dritt ta' inizjattiva lill-Parlament, il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li jfassal rapport fuq inizjattiva proprja

F'każijiet fejn it-Trattati jagħtu dritt ta' inizjattiva lill-Parlament, il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li jfassal rapport fuq inizjattiva proprja f'konformità mal-Artikolu 52.

Ir-rapport għandu jinkludi:

Ir-rapport għandu jinkludi:

(a) mozzjoni għal riżoluzzjoni;

(a) mozzjoni għal riżoluzzjoni;

(b)  fejn hu xieraq, abbozz ta' deċiżjoni jew abbozz ta' proposta;

(b)  abbozz ta' proposta;

(c) stqarrija spjegattiva li tinkludi, fejn ikun xieraq, dikjarazzjoni finanzjarja.

(c) nota spjegattiva li tinkludi, fejn ikun xieraq, dikjarazzjoni finanzjarja.

Fejn l-adozzjoni ta' att mill-Parlament jeħtieġ l-approvazzjoni jew il-kunsens tal-Kunsill u l-opinjoni jew il-kunsens tal-Kummissjoni, il-Parlament jista', wara l-votazzjoni għall-att propost, u fuq proposta tar-rapporteur, jiddeċiedi li jipposponi l-votazzjoni tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni sakemm il-Kunsill jew il-Kummissjoni jkunu ddikjaraw il-pożizzjoni tagħhom.

Fejn l-adozzjoni ta' att mill-Parlament jeħtieġ l-approvazzjoni jew il-kunsens tal-Kunsill u l-opinjoni jew il-kunsens tal-Kummissjoni, il-Parlament jista', wara l-votazzjoni għall-att propost, u fuq proposta tar-rapporteur, jiddeċiedi li jipposponi l-votazzjoni tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni sakemm il-Kunsill jew il-Kummissjoni jkunu ddikjaraw il-pożizzjoni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Suġġeriment ta' abbozzar biex it-titolu jiġi allinjat ma' dak tal-Artikolu 46.

Fir-rigward tal-bidliet lill-paragrafu 1b, dawn huma kjarifiki. Xi eżempji ta' inizjattivi possibbli tal-Parlament possibbli: l-Artikolu 7 tat-TUE: ksur ta' valuri tal-UE minn Stat Membru; Artikolu 14 tat-TUE: kompożizzjoni tal-PE; Artikolu 48 tat-TUE: reviżjoni tat-Trattat; Artikolu 223 §1 tat-TFUE: dispożizzjonijiet dwar l-elezzjonijiet tal-PE; Artikolu 223 §2 tat-TFUE: deċiżjoni dwar it-twettiq tad-dmirijiet tal-Membri (Statut tal-MPE); Artikolu 226 tat-TFUE: dispożizzjonijiet li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta tal-PE; Artikolu 226 tat-TFUE: regolamenti dwar it-twettiq tad-dmirijiet tal-ombudsman.

Emenda    42

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 46

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 46

Artikolu 46

Inizjattiva skond l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Talbiet lill-Kummissjoni għat-tressiq ta' proposti

1.  Il-Parlament jista', billi jadotta riżoluzzjoni fuq il-bażi ta' rapport fuq inizjattiva proprja mħejji mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 52, jagħmel talba lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sabiex tressaq quddiemu kull proposta xierqa sabiex jiġu adottati atti ġodda jew jiġu emendati atti eżistenti. Ir-riżoluzzjoni għandha tiġi adottata mill-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament fil-votazzjoni aħħarija. Il-Parlament jista', fl-istess ħin, jistabbilixxi limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' din il-proposta.

1.  Il-Parlament jista', billi jadotta riżoluzzjoni fuq il-bażi ta' rapport fuq inizjattiva proprja mħejji mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 52, jagħmel talba lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sabiex tressaq quddiemu kull proposta xierqa sabiex jiġu adottati atti ġodda jew jiġu emendati atti eżistenti. Ir-riżoluzzjoni għandha tiġi adottata mill-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament fil-votazzjoni aħħarija. Il-Parlament jista', fl-istess ħin, jistabbilixxi limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' din il-proposta.

2.  Kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda proposta għal att tal-Unjoni fuq il-bażi tad-dritt ta' inizjattiva mogħti lill-Parlament skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.  Kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda proposta għal att tal-Unjoni fuq il-bażi tad-dritt ta' inizjattiva mogħti lill-Parlament skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Tali proposta tista' titressaq f'daqqa minn mhux aktar minn għaxar Membri. Il-proposta għandha tindika l-bażi legali tagħha u tista' tkun akkumpanjata min nota ta' spjegazzjoni ta' mhux aktar minn 150 kelma.

Tali proposta tista' titressaq b'mod konġunt minn mhux aktar minn għaxar Membri. Il-proposta għandha tindika l-bażi legali li fuqha ssir u tista' tkun akkumpanjata minn nota spjegattiva ta' mhux aktar minn150 kelma.

 

Il-proposta għandha tiġi ppreżentata lill-President, li għandu jivverifika jekk ir-rekwiżiti legali humiex sodisfati. Huwa jista' jirreferi l-proposta għal opinjoni dwar jekk il-bażi legali hix xierqa lill-kumitat responsabbli għal tali verifika. Jekk il-President jiddikjara li l-proposta hija ammissibbli, għandu jħabbar dan fil-plenarja u jirreferiha lill-kumitat responsabbli.

 

Qabel ma jsir dan ir-riferiment lill-kumitat responsabbli, il-proposta għandha tiġi tradotta għal dawk il-lingwi uffiċjali li l-president ta' dak il-kumitat iqis li huma meħtieġa biex issir possibbli kunsiderazzjoni sommarja.

 

Il-kumitat responsabbli għandu jieħu deċiżjoni dwar azzjoni ulterjuri fi żmien tliet xhur mir-riferiment, u wara li jkun ta lill-awturi tal-proposta l-opportunità li jindirizzaw lill-kumitat.

 

L-awturi tal-proposta għandhom jissemmew b'isimhom fit-titolu tar-rapport.

3.  Il-proposta għandha tiġi ppreżentata lill-President, li għandu jivverifika jekk ir-rekwiżiti legali humiex sodisfati. Huwa jista' jirreferi l-proposta għal opinjoni dwar jekk il-bażi legali hix xierqa lill-kumitat responsabbli għal tali verifika. Jekk il-President jiddikjara li l-proposta hija ammissibbli, għandu jħabbar dan fil-plenarja u jirreferiha lill-kumitat responsabbli.

 

Qabel ma jsir dan ir-riferiment lill-kumitat responsabbli, il-proposta għandha tiġi tradotta għal dawk il-lingwi uffiċjali li l-president ta' dak il-kumitat iqis li huma meħtieġa biex issir possibbli kunsiderazzjoni sommarja.

 

Il-kumitat jista' jirrakkomanda lill-President li l-proposta tinfetaħ għall-firma minn kwalunkwe Membru, soġġett għall-modalitajiet u l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 136(2), 136(3) u 136(7).

 

Meta tali proposta tkun iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, ir-rapport dwar il-proposta għandu jitqies li ġie awtorizzat mill-Konferenza tal-Presidenti. Il-kumitat għandu jfassal rapport skont l-Artikolu 52, wara li jkun sema’ lill-awturi tal-proposta.

 

Meta proposta ma tinfetaħx għal firem addizzjonali jew ma tiġix iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, il-kumitat responsabbli għandu jieħu deċiżjoni dwar azzjoni ulterjuri fi żmien tliet xhur mir-riferiment, u wara li jkun sema' lill-awturi tal-proposta.

 

L-awturi tal-proposta għandhom jissemmew b'isimhom fit-titolu tar-rapport.

 

4.  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament għandha tindika l-bażi legali xierqa u tiġi akkumpanjata minn rakkomandazzjonijiet dettaljati rigward il-kontenut tal-proposti meħtieġa li għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-prinċipju ta' sussidjarjetà.

4.  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament għandha tindika l-bażi legali xierqa u tiġi akkumpanjata minn rakkomandazzjonijiet rigward il-kontenut tal-proposti meħtieġa.

5.  F'każ li proposta jkollha implikazzjonijiet finanzjarji, il-Parlament għandu jindika kif jistgħu jiġu pprovduti riżorsi finanzjarji adegwati.

5.  F'każ li proposta jkollha implikazzjonijiet finanzjarji, il-Parlament għandu jindika kif jistgħu jiġu pprovduti riżorsi finanzjarji adegwati.

6.  Il-kumitat responsabbli għandu jikkontrolla l-progress fit-tħejjija ta' kull att leġislattiv propost imfassal wara talba speċifika mill-Parlament.

6.  Il-kumitat responsabbli għandu jikkontrolla l-progress fit-tħejjija ta' kull att legali propost tal-Unjoni imfassal wara talba speċifika mill-Parlament.

 

6a.  Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għandha timmonitorja regolarment jekk il-Kummissjoni hijiex tikkonforma mal-paragrafu 10 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li skontu l-Kummissjoni għandha twieġeb għal talbiet għat-tressiq ta' proposti fi żmien tliet xhur billi tadotta komunikazzjoni speċifika li tiddikjara l-azzjonijiet ta' segwitu intiżi li għandhom jittieħdu. Hija għandha regolarment tirrapporta dwar ir-riżultati ta’ tali monitoraġġ lill-Konferenza tal-Presidenti.

Justification

The title is clarified and aligned, compared also to the title of Rule 45.

The first, second, fifth and sixth subparagraphs of Rule 46(3) are moved to Rule 46(2). The contents of the third and fourth subparagraphs of Rule 46(3) is deleted because the procedure they laid down is very complex and was hardly ever applied until now.

As regards changes to paragraph 4, they reflect that other principles must obviously also be respected (proportionality for instance).

Paragraph 6 shall become paragraph 5. This paragraph refers to a "proposed legislative act". The restriction implied by the word "legislative" (as defined in Article 289 TFEU) is questionable. Therefore it is suggested to use "Union act" as in Article 225 TFEU and in paragraph 1 of this Rule.

Emenda    43

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 47

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 47

Artikolu 47

Eżami ta' dokumenti leġislattivi

Eżami ta' atti legalment vinkolanti

1.  Il-proposti għal atti leġislattivi u dokumenti oħra ta' xorta leġislattiva għandhom jiġu referuti mill-President lill-kumitat responsabbli mill-eżami.

1.  Il-proposti għal atti legalment vinkolanti rċevuti minn istituzzjonijiet jew Stati Membri oħra għandhom jiġu referuti mill-President lill-kumitat responsabbli mill-eżami.

F'każijiet ta' dubju, il-President jista' japplika l-Artikolu 201(2) qabel jitħabbar fil-Parlament ir-referiment lill-kumitat responsabbli.

 

F'każijiet fejn proposta tkun mniżżla fil-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni, il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li jaħtar rapporteur biex isegwi l-fażi ta' tħejjija tal-proposta.

 

Konsultazzjonijiet mill-Kunsill jew talbiet għal opinjoni mill-Kummissjoni għandhom jintbagħtu mill-President lill-kumitat responsabbli mill-eżami tal-proposta kkonċernata.

 

Id-dispożizzjonijiet għall-ewwel qari stipulati fl-Artikoli 38 sa 46, 57 sa 63 u 75 għandhom japplikaw għall-proposti għal atti leġislattivi sew jekk ikunu jeħtieġu qari wieħed, jew tnejn jew tlieta.

 

 

1a.  Fil-każ ta’ dubju, il-President jista', qabel it-tħabbira fil-Parlament ta' referiment lill-kumitat responsabbli, tressaq mistoqsija dwar il-kompetenza lill-Konferenza tal-Presidenti. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, jew mill-president ta' din tal-aħħar, skont l-Artikolu 201a(2).

 

1b.   Il-kumitat responsabbli jista’, fi kwalunkwe ħin, jiddeċiedi li jaħtar rapporteur biex isegwi l-fażi preparatorja ta' proposta. Huwa għandu jagħti attenzjoni partikolari biex isir hekk fejn il-proposta tkun mniżżla fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni.

2.  Il-pożizzjonijiet tal-Kunsill għandhom jiġu referuti lill-kumitat responsabbli biex jiġu eżaminati fl-ewwel qari.

 

Id-dispożizzjonijiet dwar it-tieni qari mniżżla fl-Artikoli 64 sa 69 u 76 għandhom japplikaw għall-pożizzjonijiet tal-Kunsill.

 

3.  Waqt il-proċedura ta' konċiljazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill li tiġi wara t-tieni qari, ma jistax ikun hemm referenza lura lill-kumitat.

 

Id-dispożizzjonijiet dwar it-tielet qari mniżzla fl-Artikoli 70, 71 u 72 għandhom japplikaw fil-każ tal-proċedura ta' konċiljazzjoni.

 

4. L-Artikoli 49, 50, 53, 59(1) u (3), 60, 61 u 188 m'għandhomx japplikaw waqt it-tieni u t-tielet qari.

 

5.  Fil-każ ta' konflitt bejn dispożizzjoni tar-Regoli ta' Proċedura li għandha x'taqsam mat-tieni u t-tielet qari u kull dispożizzjoni oħra tar-Regoli, id-dispożizzjoni li għandha x'taqsam mat-tieni u t-tielet qari għandha tieħu l-preċedenza.

5.  Fil-każ ta' konflitt bejn dispożizzjoni tar-Regoli ta' Proċedura li għandha x'taqsam mat-tieni u t-tielet qari u kull dispożizzjoni oħra tar-Regoli, id-dispożizzjoni li għandha x'taqsam mat-tieni u t-tielet qari għandha tieħu l-preċedenza.

Justification

As regards the change to paragraph 1 subparagraph 1, same change as in Rule 39 paragraph 1.

As regards the second subparagraph of Rule 47(1), it converts Rule 201(2) into a new Rule on questions of competence: Rule 201a (new); an alignment is therefore necessary.

As regards the fourth subparagraph, the reference to the Commission Work Programme is limitative and should be deleted. The rest is moved as paragraph 1b of Rule 47.

As regards the fifth subparagraph, the readability of such provision is difficult. The list is not limitative as other Rules apply as well; in addition, it mentions general Rules which apply in any case throughout the procedure, as for instance Rules 38 to 44; Rules 45 & 46 concern the right of initiative; Rules 57 to 63 & 75 are specific for first reading and it is not clear what is meant by the reference to them in this subparagraph.

Paragraphs 2 and 3 (2) are deleted as superfluous or self-evident given the existence of specific Rules on second and third reading.

Paragraph 3 subparagraph 1 is deleted here and moved to Rule72 as §6(new)

Paragraph 4 is deleted given the proposals concerning Rules 66.5(new) and 72.7(new).

Emenda    44

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 47a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 47a

 

Aċċelerazzjoni tal-proċeduri leġislattivi

 

L-aċċelerazzjoni tal-proċeduri leġislattivi f'koordinazzjoni mal-Kunsill u mal-Kummissjoni dwar proposti speċifiċi, magħżula b'mod partikolari minn fost dawk identifikati bħala prijoritajiet fid-dikjarazzjoni konġunta dwar il-programmazzjoni interistituzzjonali annwali skont l-Artikolu 37(1a), jista' jsir qbil dwarha mill-kumitat jew kumitati responsabbli.

Emenda    45

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 48

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 48

Artikolu 48

Proċeduri leġislattivi dwar inizjattivi preżentati minn Stati Membri

Proċeduri leġislattivi dwar inizjattivi preżentati minn istituzzjonijiet, apparti l-Kummissjoni, jew mill-Istati Membri

1.  Inizjattivi ppreżentati minn Stati Membri skont l-Artikolu 76 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu trattati skont dan l-Artikolu u skont l-Artikoli 38 sa 43, 47 u 59.

1.  Meta jkunu qed jiġu trattati inizjattivi ppreżentati minn istituzzjonijiet oħra, apparti l-Kummissjoni, jew mill-Istati Membri, il-kumitat responsabbli jista' jistieden rappreżentanti tal-istituzzjonijiet jew tal-Istati Membri li jkunu ppreżentaw l-inizjattiva biex jippreżentaw l-inizjattiva tagħhom lill-kumitat. Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkunu ppreżentaw l-inizjattiva jistgħu jiġu akkumpanjati mill-Presidenza tal-Kunsill.

2.  Il-kumitat responsabbli jista' jistieden rappreżentanti ta' l-Istati Membri li ppreżentaw l-inizjattiva biex jippreżentawha lill-kumitat. Ir-rappreżentanti jistgħu jiġu akkompanjati mill-Presidenza tal-Kunsill.

2. Il-kumitat responsabbli jista' jistieden rappreżentanti tal-Istati Membri li ppreżentaw l-inizjattiva biex jippreżentawha lill-kumitat. Ir-rappreżentanti jistgħu jiġu akkompanjati mill-Presidenza tal-Kunsill.

3.  Qabel ma l-kumitat responsabbli jgħaddi għall-votazzjoni, għandu jistaqsi lill-Kummissjoni jekk hux qed tħejji opinjoni fuq l-inizjattiva. F'każ li jkun hekk, il-kumitat m'għandux jadotta r-rapport tiegħu qabel ma jirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni.

3.  Qabel ma l-kumitat responsabbli jgħaddi għall-votazzjoni, għandu jistaqsi lill-Kummissjoni jekk hix qed tħejji opinjoni fuq l-inizjattiva, jew jekk għandhiex l-intenzjoni li tressaq proposta alternattiva fi żmien qasir. Jekk it-tweġiba li jirċievi tkun waħda pożittiva, il-kumitat m'għandux jadotta r-rapport tiegħu qabel ma jirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni jew il-proposta alternattiva tagħha.

4.  Fejn żewġ proposti jew aktar li joriġinaw mill-Kummissjoni u/jew minn Stat Membru bl-istess għan leġislattiv jiġu ppreżentati lill-Parlament fl-istess ħin jew f'perjodu qasir ta' żmien, dawn għandhom jitqiesu f'rapport wieħed. Fir-rapport tiegħu, il-kumitat responsabbli għandu jindika għal liema test qed jiġu proposti l-emendi u jsemmi it-testi l-oħra kollha fir-riżoluzzjoni leġislattiva.

4.  Fejn żewġ proposti jew aktar li joriġinaw mill-Kummissjoni u/jew minn istituzzjoni oħra u/jew minn Stat Membru bl-istess għan leġislattiv jiġu ppreżentati lill-Parlament fl-istess ħin jew f'perjodu qasir ta' żmien, dawn għandhom jitqiesu mill-Parlamentf'rapport wieħed. Fir-rapport tiegħu, il-kumitat responsabbli għandu jindika għal liema test qed jiġu proposti l-emendi u jsemmi it-testi l-oħra kollha fir-riżoluzzjoni leġislattiva.

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-bidliet lill-paragrafu 1, dan l-Artikolu kif inhu fformulat fil-preżent isolvi l-każ tal-inizjattvi mill-Istati Membri, iżda istituzzjonijiet oħra jistgħu wkoll jagħmlu dan (il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-Qorti tal-Ġustizzja (ara l-Artikolu 294 (15) tat-TFUE). Ir-referenza għal "dan l-Artikolu u l-Artikoli 38 sa 43, 47 u 59" hija indebitament limitattiva. Dispożizzjonijiet oħra, bħal per eżempju, l-Artikoli 50 jew 53 jistgħu japplikaw ukoll. Il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 48 ġew magħquda flimkien.

Il-paragrafu 2 ġie mħassar peress li ngħaqad mal-paragrafu 1.

Emenda    46

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 49

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 49

Artikolu 49

Rapporti leġislattivi

Rapporti leġislattivi

1.  Il-president tal-kumitat li quddiemu tkun tressqet xi proposta għal att leġislattiv għandu jipproponi lill-kumitat il-proċedura li għandha tkun segwita.

1.  Il-president tal-kumitat li quddiemu tkun tressqet xi proposta għal att legalment vinkolanti għandu jipproponi lill-kumitat il-proċedura li għandha tkun segwita.

2.  Wara li tittieħed deċiżjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita, u jekk l-Artikolu 50 ma jkunx japplika, il-kumitat għandu jaħtar rapporteur dwar il-proposta għal att leġislattiv minn fost il-membri tiegħu jew minn fost is-sostituti permanenti jekk ikun għadu ma għamilx dan fuq il-bażi tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni miftiehem skond l-Artikolu 37.

2.  Wara li tittieħed deċiżjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita, u jekk il-proċedura simplifikata skont l-Artikolu 50 ma tkunx tapplika, il-kumitat għandu jaħtar rapporteur dwar il-proposta għal att leġislattiv minn fost il-membri tiegħu jew minn fost is-sostituti permanenti jekk ikun għadu ma għamilx dan fuq il-bażi tal-Artikolu 47(1b).

3.  Ir-rapport tal-kumitat għandu jkun fih:

3.  Ir-rapport tal-kumitat għandu jkun fih:

(a)  emendi, jekk ikun hemm, għall-proposta, flimkien ma', jekk ikun il-każ, ġustifikazzjonijiet qosra li għandhom ikunu r-responsabiltà tar-rapporteur u m'għandhux jittieħed vot fuqhom;

(a)  emendi, jekk ikun hemm, għall-proposta, flimkien ma', jekk ikun il-każ, ġustifikazzjonijiet qosra li għandhom ikunu r-responsabilità tal-awtur u m'għandux jittieħed vot fuqhom;

(b) abbozz ta' riżoluzzjoni leġislattiva, skond l-Artikolu 59(2);

(b) abbozz ta' riżoluzzjoni leġislattiva, skond l-Artikolu 59(2);

(c)  jekk ikun il-każ, nota spjegattiva li tinkludi dikjarazzjoni finanzjarja li tistabbilixxi l-impatt finanzjarju u l-kompatibilità tiegħu mal-qafas finanzjarju plurijennali.

(c)  jekk ikun xieraq, nota spjegattiva li tinkludi, fejn meħtieġ, dikjarazzjoni finanzjarja li tistabbilixxi l-kobor tal-impatt finanzjarju li jista' jkollu r-rapport u l-kompatibilità tiegħu mal-qafas finanzjarju plurijennali.

 

(ca)  jekk disponibbli, referenza għall-Valutazzjoni tal-Impatt mill-Parlament.

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-bidliet lill-paragrafu 3(a), dawn jirriflettu l-fatt li d-dispożizzjoni kif ifformulata fil-preżent timplika li, fir-“rapporti” il-“ġustifikazzjonijiet qosra” kollha tal-emendi huma “ir-responsabilità tar-rapporteur”. Dan huwa korrett għall-abbozzi ta' rapporti, iżda mhux għar-rapporti nfushom.

Fir-rigward tal-paragrafu 3(c), id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ma tantx huma komuni fin-noti spjegattivi, fil-waqt li l-kelma "tinkludi" timplika inklużjoni sistematika. Hija suġġerita diċitura aktar flessibbli.

Emenda    47

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 50

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 50

Artikolu 50

Proċedura simplifikata

Proċedura simplifikata

1.  Wara l-ewwel diskussjoni dwar proposta għal att leġislattiv, il-president tal-kumitat jista' jipproponi li din tkun approvata mingħajr emendi. Ħlief jekk ikun hemm oġġezzjoni minn mill-inqas wieħed minn kull għaxra tal-membri tal-kumitat, il-president tal-kumitat għandu jippreżenta lill-Parlament rapport li japprova l-proposta. L-Artikolu 150(1), it-tieni sub-paragrafu, (2) u (4) għandu japplika.

1.  Wara l-ewwel diskussjoni dwar proposta għal att leġislattiv, il-president tal-kumitat jista' jipproponi li din tkun approvata mingħajr emendi. Ħlief jekk ikun hemm oġġezzjoni minn mill-inqas wieħed minn kull għaxra tal-membri tal-kumitat, il-proċedura proposta għandha titqies bħala approvata. Il-president tal-kumitat, jew ir-rapporteur, jekk ikun inħatar wieħed, għandu jippreżenta lill-Parlament rapport li japprova l-proposta. L-Artikolu 150(1), it-tieni sub-paragrafu, (2) u (4) għandu japplika.

2.  Inkella, il-president tal-kumitat jista' jipproponi li huwa jew ir-rapporteur jagħmlu abbozz ta' sett ta' emendi li jirriflettu d-diskussjoni tal-kumitat. Jekk il-kumitat jaqbel ma dan, dawn l-emendi għandhom jintbagħtu lill-membri tal-kumitat. Ħlief jekk ikun hemm oġġezzjoni minn mill-inqas wieħed minn kull għaxra tal-membri tal-kumitat fil-limitu ta' żmien mogħti, li m'għandux ikun inqas minn wieħed u għoxrin ġurnata mid-data ta' meta jintbagħat, ir-rapport għandu jitqies li kien adottat mill-kumitat. F'dan il-każ l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġislattiva u l-emendi għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament mingħajr dibattitu skond l-Artikolu 150(1), it-tieni subparagrafu, (2) u (4).

2.  Inkella, il-president tal-kumitat jista' jipproponi li huwa jew ir-rapporteur jagħmlu abbozz ta' sett ta' emendi li jirriflettu d-diskussjoni tal-kumitat. Kemm-il darba ma jkunx hemm mill-inqas wieħed minn kull għaxra tal-membri tal-Kumitat li joġġezzjonaw, il-proċedura proposta għandha titqies bħala approvata u l-emendi għandhom jintbagħtu lill-membri tal-kumitat.

 

Kemm-il darba ma jkunx hemm oġġezzjoni għall-emendi minn mill-inqas wieħed minn kull għaxra tal-membri tal-kumitat fil-limitu ta' żmien mogħti, li m'għandux ikun ta' inqas minn għaxart ijiem tax-xogħol mid-data ta' meta jintbagħat, ir-rapport għandu jitqies li kien adottat mill-kumitat. F'dan il-każ l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġislattiva u l-emendi għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament mingħajr dibattitu skond l-Artikolu 150(1), it-tieni subparagrafu, (2) u (4).

 

Jekk ikun hemm oġġezzjoni għall-emendi minn mill-inqas wieħed minn kull għaxra tal-membri tal-kumitat, l-emendi għandu jittieħed vot fuqhom fil-laqgħa tal-kumitat li jkun imiss .

3.  Jekk ikun hemm oġġezzjoni minn mill-inqas wieħed minn kull għaxra tal-membri tal-kumitat, l-emendi għandu jittieħed vot fuqhom fil-laqgħa tal-kumitat li jkun imiss.

 

4.  L-ewwel u t-tieni sentenza ta' l-ewwel paragrafu, u l-ewwel, it-tieni u t-tielet sentenza tat-tieni paragrafu u t-tielet paragrafu għandhom japplikaw, 'mutatis mutandis', fir-rigward ta' opinjonijiet tal-kumitati skond it-tifsira ta' l-Artikolu 53.

4.  Bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-preżentazzjoni lill-Parlament, dan l-Artikolu għandu japplika, 'mutatis mutandis', fir-rigward ta' opinjonijiet tal-kumitati skond it-tifsira tal-Artikolu 53.

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu 3 japplika għall-każ imsemmi fil-paragrafu 2, mhux għall-każ imsemmi fil-paragrafu 1. Il-faċilità tal-qari tittejjeb bl-għaqda tal-paragrafi 2 u 3 f'paragrafu wieħed.

Il-bidla fil-paragrafu 4 għandha wkoll l-għan li ttejjeb il-leġġibiltà tiegħu.

Emenda    48

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 51

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 51

Artikolu 51

Rapporti mhux leġislattivi

Rapporti mhux leġislattivi

1.  Meta kumitat iħejji rapport mhux leġislattiv, il-kumitat għandu jaħtar rapporteur minn fost il-membri tiegħu jew minn fost is-sostituti permanenti.

1.  Meta kumitat iħejji rapport mhux leġislattiv, il-kumitat għandu jaħtar rapporteur minn fost il-membri tiegħu jew minn fost is-sostituti permanenti.

2.  Ir-rapporteur għandu jkollu r-responsabiltà li jipprepara r-rapport tal-kumitat u li jippreżentah lill-Parlament f'isem il-kumitat.

 

3.  Ir-rapport tal-kumitat għandu jkun fih:

3.  Ir-rapport tal-kumitat għandu jkun fih:

(a)  mozzjoni għal riżoluzzjoni;

(a)  mozzjoni għal riżoluzzjoni;

(b)  nota spjegattiva li tinkludi dikjarazzjoni finanzjarja li tistabilixxi l-impatt finanzjarju u l-kompatibilità tiegħu mal-qafas finanzjarju plurijennali;

(b)  nota spjegattiva li tinkludi, fejn meħtieġ, dikjarazzjoni finanzjarja li tistabilixxi l-kobor tal-impatt finanzjarju li jista' jkollu r-rapport u l-kompatibilità tiegħu mal-qafas finanzjarju plurijennali;

(c)  it-testi ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li għandhom ikunu inklużi skond l-Artikolu 133(4).

(c)  it-testi ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li għandhom ikunu inklużi skond l-Artikolu 133(4).

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu 2 ġie mħassar minn hawnhekk u tressaq taħt l-Artikolu 56 attwali. Id-definizzjoni tad-dmirijiet tar-rapporteur se tiġi inkluża fl-Artikolu 56 dwar l-abbozzar tar-rapporti.

Emenda    49

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 52

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 52

Artikolu 52

Rapporti fuq inizjattiva proprja

Rapporti fuq inizjattiva proprja

1.   Kumitat li jkollu l-ħsieb li jħejji rapport u li jippreżenta lill-Parlament mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar xi suġġett li jaqa' fi ħdan il-kompetenza tiegħu, li dwaru la kien ikkonsultat u lanqas intalab jagħti opinjoni skont l-Artikolu 201(1), jista' jagħmel dan biss bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti. Meta din l-awtorizzazzjoni ma tingħatax, għandha dejjem tingħata raġuni. Fejn is-suġġett tar-rapport ikun proposta mqiegħda fuq il-Mejda minn Membru skont l-Artikolu 46(2), l-awtorizzazzjoni tista' tiġi miċħuda biss jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Istatut tal-Membri u fl-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ma jiġux sodisfatti.

1.  Kumitat li jkollu l-ħsieb li jħejji rapport mhux leġislattiv jew rapport skont l-Artikolu 45 jew 46 dwar xi suġġett li jaqa' fi ħdan il-kompetenza tiegħu, li dwaru ma jkun sar l-ebda riferiment, jista' jagħmel dan biss bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti.

 

Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu deċiżjoni dwar talbiet għal awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti mressqa skont l-ewwel subparagrafu fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni, li hija għandha tistabilixxi.

Il-Konferenza tal-Presidenti tieħu deċiżjoni għal talbiet għal awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti skont il-paragrafu 1 fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li għandha tistabilixxi hija stess. Jekk il-kompetenza ta' kumitat li jħejji rapport tiġi kontestata, il-Konferenza tal-Presidenti tieħu deċiżjoni fi żmien sitt ġimgħat fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, jew, jekk ma jkun hemm ebda rakkomandazzjoni ta' dan it-tip, mill-President ta' din ta' l-aħħar. Jekk il-Konferenza tal-Presidenti tonqos milli tieħu deċiżjoni f'dak iż-żmien, ir-rakkomandazzjoni tiġi dikjarata li ġiet approvata.

 

 

1a.   Meta din l-awtorizzazzjoni ma tingħatax, għandha dejjem tingħata raġuni għaliex ma ngħatatx.

 

Fejn is-suġġett tar-rapport jaqa' taħt id-dritt ta' inizjattiva tal-Parlament imsemmi fl-Artikolu 45, l-awtorizzazzjoni tista' ma tingħatax biss fuq il-bażi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati ma jkunux ġew issodisfati.

 

1b.  Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 45 u fl-Artikolu 46, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu deċiżjoni fi żmien xahrejn.

2.  Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li jkunu f' rapporti fuq inizjattiva proprja għandhom jiġu eżaminati mill-Parlament skond il-proċedura bi preżentazzjoni qasira stipulata fl-Artikolu 151. Emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjoniijiet bħal dawn għandhom ikunu ammissibbli biss biex jitqiesu fil-plenarja jekk jitqiegħdu fuq il-Mejda mir-rapporteur biex jitqies tagħrif ġdid jew minn mhux inqas minn wieħed minn kull g ħaxra tal-Membri tal-Parlament. Il-gruppi politiċi jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet alternattivi skond l-Artikolu 170(4). L-Artikoli 176 u 180 għandhom japplikaw għall-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-kumitat u għall-emendi li din tkun suġġetta għalihom. L-Artikolu 180 għandu japplika wkoll għall-votazzjoni waħdanija fuq mozzjonijiet għal riżoluzzjoni alternattivi.

2.  Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li jitressqu lill-Parlament għandhom jiġu eżaminati skont il-proċedura bi preżentazzjoni qasira stipulata fl-Artikolu 151. Emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet bħal dawn u talbiet għal votazzjonijiet maqsuma jew għal votazzjonijiet separati għandhom ikunu ammissibbli biss biex jitqiesu fil-plenarja jekk jitressqu jew mir-rapporteur biex jitqies tagħrif ġdid jew minn mhux inqas minn wieħed minn kull għaxra tal-Membri tal-Parlament. Il-gruppi politiċi jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet alternattivi skond l-Artikolu 170(4). L-Artikolu 180 għandu japplika għall-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-kumitat u għall-emendi li din tkun suġġetta għalihom. L-Artikolu 180 għandu japplika wkoll għall-votazzjoni waħdanija fuq mozzjonijiet għal riżoluzzjoni alternattivi.

L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika fil-każijiet fejn is-suġġett tar-rapport jikkwalifika għal dibattitu ta' prijorità fil-plenarja, fejn ir-rapport jitfassal skond id-dritt ta' inizjattiva msemmi fl-Artikoli 45 jew 46, jew fejn ir-rapport ikun ġie awtorizzat bħala rapport strateġiku9 .

 

 

2a.  Il-paragrafu 2 m'għandux japplika fil-każjijet fejn is-suġġett tar-rapport jikkwalifika għal dibattitu ta' prijorità fil-plenarja, fejn ir-rapport jitfassal skond id-dritt ta' inizjattiva msemmi fl-Artikoli 45 jew 46, jew fejn ir-rapport ikun ġie awtorizzat bħala rapport strateġiku9a.

3.  Fejn is-suġġett tar-rapport jaqa' taħt id-dritt ta' inizjattiva msemmi fl-Artikolu 45, l-awtorizzazzjoni tista' tinżamm biss fuq il-bażi li l-kundizzjonijiet stipulati fit-Trattati ma ġewx sodisfatti.

 

4.  Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 45 u l-Artikolu 46, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu deċiżjoni fi żmien xahrejn.

 

__________________

__________________

9 Ara d-deċiżjoni relevanti tal-Konferenza tal-Presidenti, riprodotta fl-Anness XVII tar-Regoli ta' Proċedura.

 

 

9a Ara d-deċiżjoni rilevanti tal-Konferenza tal-Presidenti.

Justification

As regards the changes to paragraph 1, the words "neither a consultation nor a request for an opinion has been referred to it" are updated to the current framework where Parliament's legislative powers go well beyond consultation. In fact, the own-initiative report must not deal with topics which are the subject of a legislative report / proposal.The last part of this paragraph will be deleted: Article 5 of the Statute and Article 225 of the Treaty are general provisions and do not as such set certain conditions for a Member's initiative. Minimal conditions are set in Rule 46(2) and they are meant to allow the President to follow up with the referral to the Committee responsible. It is the Committee responsible which then decides whether to seek authorisation.

The first part of the interpretation following paragraph 1 is integrated into paragraph 1.The last part of the interpretation is covered in new Rule 201a(2).

As regards paragraph 1a and 1b, the change suggests a restructuring of the Rules concerning the conditions for authorisation. The current paragraph 3 is reinserted here as subparagraph of paragraph 2 to which it is linked

The content of paragraph 1bis moved from the current Rule 52(4).

The renumbering and replacement of current paragraph 3 and 4 before current paragraph 2 aims to clarify that own initiative reports are a subcategory of the non-legislative reports.

Paragraph 2 subparagraph 1 becomes a separate paragraph.

Paragraph 3 moved up as paragraph 2.1 and paragraph 5 is deleted here and moved up as paragraph 3. As they cover the same issues, the last sentence of paragraph 1 and paragraphs 3 and 4 are merged.

Emenda    50

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 53

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 53

Artikolu 53

Opinjonijiet ta' kumitati

Opinjonijiet ta' kumitati

1.  Jekk il-kumitat li quddiemu tkun tressqet għall-ewwel darba l-mistoqsija jkun jixtieq li jisma' l-fehmiet ta' kumitat ieħor, jew jekk kumitat ieħor ikun jixtieq jagħti l-fehmiet tiegħu dwar ir-rapport tal-kumitat li quddiemu tkun tressqet għall-ewwel darba l-mistoqsija, dawn il-kumitati jistgħu jitolbu lill-President biex, skond l-Artikolu 201(3), wieħed mill-kumitati jiġi nominat bħala l-kumitat responsabbli u l-ieħor bħala l-kumitat li jintalab jagħti opinjoni.

1.  Jekk il-kumitat li quddiemu tkun tressqet għall-ewwel darba l-mistoqsija jkun jixtieq li jisma' l-fehmiet ta' kumitat ieħor, jew jekk kumitat ieħor ikun jixtieq jagħti l-fehmiet tiegħu lill-kumitat li quddiemu tkun tressqet għall-ewwel darba l-mistoqsija, dawn il-kumitati jistgħu jitolbu lill-President biex, skond l-Artikolu 201(3), wieħed mill-kumitati jiġi nominat bħala l-kumitat responsabbli u l-ieħor bħala l-kumitat li jintalab jagħti opinjoni.

 

Il-kumitat li jagħti l-opinjoni jista' jaħtar rapporteur għal opinjoni minn fost il-membri jew is-sostituti permanenti tiegħu jew jibgħat il-fehmiet tiegħu fil-forma ta' ittra mill-president.

2.  Fil-każ ta' dokumenti ta' xorta leġislattiva skond it-tifsira ta' l-Artikolu 47(1), l-opinjoni għandha tkun tikkonsisti f'emendi għat-test li jkun tressaq quddiem il-kumitat flimkien ma', jekk ikun il-każ, ġustifikazzjonijiet qosra. Dawn il-ġustifikazzjonijiet għandhom ikunu r-responsabilità tar-rapporteur għal opinjoni u m'għandhomx jitressqu għall-vot. Jekk ikun meħtieġ, il-kumitat li jintalab opinjoni jista' jippreżenta ġustifikazzjoni qasira bil-miktub għall-opinjoni sħiħa.

2.  Meta l-opinjoni tikkonċerna proposta għal att legalment vinkolanti, hija għandha tkun tikkonsisti f'emendi għat-test li jkun tressaq quddiem il-kumitat flimkien ma', jekk ikun il-każ, ġustifikazzjonijiet qosra. Dawn il-ġustifikazzjonijiet għandhom ikunu r-responsabiltà tal-awtur tagħhom u m'għandux jittieħed vot fuqhom. Jekk ikun meħtieġ, il-kumitat li jintalab opinjoni jista' jippreżenta ġustifikazzjoni qasira bil-miktub għall-opinjoni sħiħa. Din il-ġustifikazzjoni qasira bil-miktub għandha tkun ir-responsabilità tar-rapporteur.

Fil-każ ta' testi mhux leġislattivi, l-opinjoni għandha tkun tikkonsisti f'suġġerimenti li jolqtu partijiet mill-mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata mill-kumitat responsabbli.

Meta l-opinjoni ma tkunx tikkonċerna proposta għal att legalment vinkolanti, hija għandha tkun tikkonsisti f'suġġerimenti li jolqtu partijiet mill-mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata mill-kumitat responsabbli.

Il-kumitat responsabbli għandu jivvota fuq dawn l-emendi jew suġġerimenti.

Il-kumitat responsabbli għandu jivvota fuq dawn l-emendi jew suġġerimenti.

L-opinjonijiet għandhom ikunu biss dwar dawk il-kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-oqsma ta' responsabilità tal-kumitat li jkun qed jagħti opinjoni.

L-opinjonijiet għandhom ikunu biss dwar dawk il-kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-oqsma ta' responsabilità tal-kumitat li jkun qed jagħti opinjoni.

3.  Il-kumitat responsabbli għandu jistabbilixxi żmien li fih il-kumitat li jintalab jagħti opinjoni għandu jagħti din l-opinjoni, biex din tiġi kkunsidrata mill-kumitat responsabbli. Kwalunkwe tibdil fil-programm imħabbar għandu jkun ikkomunikat minnufih mill-kumitat responsabbli lill-kumitat/i li jintalbu jagħtu opinjoni. Il-kumitat responsabbli m'għandux jasal għall-konklużjonijiet aħħarin tiegħu qabel ma jkun skada dak iż-żmien.

3.  Il-kumitat responsabbli għandu jistabbilixxi żmien li fih il-kumitat li jintalab jagħti opinjoni għandu jagħti din l-opinjoni, biex din tiġi kkunsidrata mill-kumitat responsabbli. Kwalunkwe tibdil fil-programm imħabbar għandu jkun ikkomunikat minnufih mill-kumitat responsabbli lill-kumitat/i li jintalbu jagħtu opinjoni. Il-kumitat responsabbli m'għandux jasal għall-konklużjonijiet aħħarin tiegħu qabel ma jkun skada dak iż-żmien.

 

3a.  B'mod alternattiv, il-kumitat li jagħti l-opinjoni jista' jiddeċiedi li jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu fil-forma ta' emendi li għandhom jitqegħdu fuq il-Mejda direttament fil-kumitat responsabbli wara li jkunu ġew adottati. Dawn l-emendi għandhom jitqegħdu fuq il-Mejda mill-President jew mir-rapporteur f'isem il-kumitat.

 

3b.  Il-kumitat li jagħti l-opinjoni għandu jqiegħed fuq il-Mejda l-emendi msemmija fil-paragrafu 3a sal-iskadenza għall-emendi stabbilita mill-kumitat responsabbli.

4.  L-opinjonijiet kollha adottati għandhom ikunu annessi mar-rapport tal-kumitat responsabbli.

4.  L-opinjonijiet u l-emendi kollha adottati mill-kumitat li jagħti l-opinjoni għandhom ikunu annessi mar-rapport tal-kumitat responsabbli.

5.  Il-kumitat responsabbli biss jista' jqiegħed fuq il-Mejda emendi fis-seduta plenarja.

5.  Il-kumitati li jagħtu l-opinjonijiet skont dan l-Artikolu ma jistgħux iressqu emendi għall-kunsiderazzjoni mill-Parlament.

6.  Il-president u r-rapporteur għal opinjoni tal-kumitat li jintalab jagħti opinjoni għandhom ikunu mistiedna sabiex jieħdu sehem f'kapaċità konsultattiva fil-laqgħat tal-kumitat responsabbli, sa fejn dawn il-laqgħat ikunu dwar il-kwistjoni ta' interess komuni.

6.  Il-president u r-rapporteur għal opinjoni tal-kumitat li jintalab jagħti opinjoni għandhom ikunu mistiedna sabiex jieħdu sehem f'kapaċità konsultattiva fil-laqgħat tal-kumitat responsabbli, sa fejn dawn il-laqgħat ikunu dwar il-kwistjoni ta' interess komuni.

Justification

As regards the changes to paragraph 1, strictly speaking, the opinion committee does not "make known its views on the report" but on the issue that will be covered by the report.As a new Rule 201a (new) is proposed to deal with the questions of competences,an alignment to that Rules is necessary throughout the text.The addition aims to clarify that a "rapporteur for an opinion" is appointed (currently not in the rules).

As regards the addition of paragraph 3 a (new), it reflects the outcome of the last CCC away day, when the Committee Chairs acknowledged that Rule 53 is over-used and recommended the introduction of the ‘committees-amendments” to the draft report of the lead committee.This possibility which corresponds to a current practice is now introduced in the Rules with an appropriate procedure to adopt and table “committee-amendments”.

Paragraph 5 is reworded. In fact, the restriction to the committee responsible is already set out in Rule 169 (which is a more relevant place).

Emenda    51

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 54

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 54

Artikolu 54

Proċedura b'kumitati assoċjati

Proċedura ta' kumitati assoċjati

Meta titressaq kwistjoni ta’ kompetenza quddiem il-Konferenza tal-Presidenti skont l-Artikoli 201(2) jew 52, u l-Konferenza tal-Presidenti tqis li, fuq il-bażi ta' l-Anness VI, il-kwistjoni taqa' kważi b'mod indaqs taħt il-kompetenza ta' żewġ kumitati jew aktar, jew li partijiet differenti tal-kwistjoni jaqgħu taħt il-kompetenza ta' żewġ kumitati jew aktar, l-Artikolu 53 għandu japplika b'dawn id-dispożizzjonijiet miżjuda li ġejjin:

1.  Meta titressaq kwistjoni ta’ kompetenza quddiem il-Konferenza tal-Presidenti skont l-Artikoli 201a, u l-Konferenza tal-Presidenti tqis li, fuq il-bażi tal-Anness VI, il-kwistjoni taqa' kważi b'mod indaqs taħt il-kompetenza ta' żewġ kumitati jew aktar, jew li partijiet differenti tal-kwistjoni jaqgħu taħt il-kompetenza ta' żewġ kumitati jew aktar, l-Artikolu 53 għandu japplika b'dawn id-dispożizzjonijiet miżjuda li ġejjin:

– il-programm għandu jkun miftiehem bejn il-kumitati kkonċernati flimkien;

– il-programm għandu jiġi miftiehem bejn il-kumitati kkonċernati flimkien;

– ir-rapporteur u r-rapporteurs għal opinjoni għandhom iżommu lil xulxin mgħarrfa u għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jilħqu qbil dwar it-testi li huma jipproponu lill-kumitati tagħhom u dwar il-pożizzjoni tagħhom dwar l-emendi;

– ir-rapporteur u r-rapporteurs għal opinjoni għandhom iżommu lil xulxin mgħarrfa u għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jilħqu qbil dwar it-testi li huma jipproponu lill-kumitati tagħhom u dwar il-pożizzjoni tagħhom dwar l-emendi;

–  il-presidenti tal-kumitati, ir-rapporteur u r-rapporteurs għal opinjoni kkonċernati għandhom jidentifikaw flimkien l-oqsma tat-test li jaqgħu taħt il-kompetenzi esklużivi jew konġunti tagħhom u jilħqu qbil dwar l-arranġamenti preċiżi għall-koperazzjoni tagħhom. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar id-delimitazzjoni tal-kompetenzi il-kwistjoni għandha titressaq, fuq talba ta' wieħed mill-kumitati involuti, quddiem il-Konferenza tal-Presidenti, li tista' tiddeċiedi dwar il-kwistjoni tal-kompetenzi rispettivi jew tiddeċiedi li għandha tapplika l-proċedura b'laqgħat ta' kumitati konġunti skont l-Artikolu 55; it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 201(2) għandu japplika mutatis mutandis;

–  il-presidenti tal-kumitati, ir-rapporteur u r-rapporteurs għal opinjoni kkonċernati huma marbuta bil-prinċipju ta’ kooperazzjoni tajba u sinċiera u għandhom jidentifikaw flimkien l-oqsma tat-test li jaqgħu taħt il-kompetenzi esklużivi jew maqsuma tagħhom u jilħqu qbil dwar l-arranġamenti preċiżi għall-koperazzjoni tagħhom. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar id-delimitazzjoni tal-kompetenzi il-kwistjoni għandha titressaq, fuq talba ta' wieħed mill-kumitati involuti, quddiem il-Konferenza tal-Presidenti, li tista' tiddeċiedi dwar il-kwistjoni tal-kompetenzi rispettivi jew tiddeċiedi li għandha tapplika l-proċedura b'laqgħat ta' kumitati konġunti skont l-Artikolu 55. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed f'konformità mal-proċedura u sal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 201a.

–  il-kumitat responsabbli għandu jaċċetta mingħajr votazzjoni emendi minn kumitat assoċjat meta dawn ikunu dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-kumitat assoċjat. Jekk l-emendi dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza konġunta tal-kumitat responsabbli u ta' kumitat assoċjat jiġu miċħuda mill-kumitat responsabbli, il-kumitat assoċjat jista' jqiegħed dawk l-emendi direttament fuq il-Mejda fil-plenarja;

–  il-kumitat responsabbli għandu jaċċetta mingħajr votazzjoni emendi minn kumitat assoċjat meta dawn ikunu dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-kumitat assoċjat. Jekk il-kumitat responsabbli jonqos milli jirrispetta l-kompetenza esklussiva tal-kumitat assoċjat, il-kumitat assoċjat jista’ jqiegħed fuq il-Mejda emendi direttament fil-plenarja. Jekk l-emendi dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza maqsuma tal-kumitat responsabbli u ta' kumitat assoċjat ma jiġux adottati mill-kumitat responsabbli, il-kumitat assoċjat jista' jqiegħed dawk l-emendi direttament fuq il-Mejda fil-plenarja;

– fil-każ li jkun hemm proċedura ta' konċiljazzjoni fuq il-proposta, id-delegazzjoni tal-Parlament għandha tinkludi lir-rapporteur ta' kwalunkwe kumitat assoċjat.

– fil-każ li jkun hemm proċedura ta' konċiljazzjoni fuq il-proposta, id-delegazzjoni tal-Parlament għandha tinkludi lir-rapporteur ta' kwalunkwe kumitat assoċjat.

Il-formulazzjoni ta' dan l-Artikolu ma tqiegħed ebda limiti għall-applikabilità tiegħu. Talbiet għall-applikazzjoni tal-proċedura b'kumitati assoċjati dwar rapporti mhux leġislattivi imsejsa fuq l-Artikolu 52(1) u l-Artikolu 132(1) u (2) huma ammissibbli.

 

Il-proċedura b'kumitati assoċjati stabbilita f'dan l-Artikolu m'għandhiex tapplika bi rbit mar-rakkomandazzjoni li jkun għandha tiġi adottata mill-kumitat responsabbliskont l-Artikolu 99.

 

Id-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti li tiġi applikata l-proċedura b'kumitati assoċjati tapplika fl-istadji kollha tal-proċedura in kwistjoni.

Id-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti li tiġi applikata l-proċedura b'kumitati assoċjati tapplika fl-istadji kollha tal-proċedura in kwistjoni.

Il-jeddijiet marbuta mal-istatus ta' "kumitat resonsabbli" għandhom jitwettqu mill-kumitat ewlieni. Fit-twettiq ta' dawn il-jeddijiet, il-kumitat ewlieni għandu jirrispetta l-prerogattivi tal-kumitat assoċjat, b'mod partikolari l-obbligu ta' kooperazzjoni leali fir-rigward tal-kalendarju u l-jedd tal-kumitat assoċjat li jiddetermina l-emendi li jiġu ppreżentati lill-Parlament fil-qasam ta' kompetenza esklussiva tiegħu.

Il-jeddijiet marbuta mal-istatus ta' "kumitat resonsabbli" għandhom jitwettqu mill-kumitat ewlieni. Fit-twettiq ta' dawn il-jeddijiet, il-kumitat ewlieni għandu jirrispetta l-prerogattivi tal-kumitat assoċjat, b'mod partikolari l-obbligu ta' kooperazzjoni leali fir-rigward tal-kalendarju u l-jedd tal-kumitat assoċjat li jiddetermina l-emendi li jiġu ppreżentati lill-Parlament fil-qasam ta' kompetenza esklussiva tiegħu.

Fil-każ li l-kumitat ewlieni ma jagħrafx il-prerogattivi tal-kumitat assoċjat, id-deċiżjonijiet meħuda minn tal-ewwel jibqgħu validi, imma tal-aħħar ikun jista' jqiegħed l-emendi direttament fuq il-Mejda fil-plenarja, fil-limiti tal-kompetenzi esklussivi tiegħu.

 

 

1a.   Il-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu m'għandhiex tapplika għar-rakkomandazzjonijiet li jkunu se jiġu adottati mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 99.

Justification

The changes to paragraph 1 reflect the decision to convert the current Rule 201 (2) into a new Rule 201awhich would cover the questions of competence. Thus, the restriction to legislative files implied by the first paragraph of Rule 201 (1) would be lifted and the new Rule would serve to deal with conflict of competences for both legislative and non-legislative reports. An alignment to take into account the creation of Rule 201 (a) (new) is necessary whenever 201(2) is mentioned.

The change to paragraph 1, indent 3, aims to make the sentence easy to read and to bring the provision in line with the suggested creation of Rule 201a (new).

For clarity reasons, the last paragraph of the fourth part of the interpretation to this Rule is integrated in paragraph 1, indent 4.

The second subparagraph of the interpretation is transformed into a new paragraph of Rule 54 (1a new).

The last subparagraph of the interpretation is integrated in the first paragraph of Rule 54 (fourth hyphen); for the case of shared competence, the text already clearly establishes that the associated committee can table amendments directly in plenary.

Emenda    52

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 55

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 55

Artikolu 55

Proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati

Proċedura ta’ kumitat konġunt

1.  Meta tiġi riferita lilha kwistjoni ta' kompetenza skont l-Artikolu 201(2), il-Konferenza tal-Presidenti tista' tiddeċiedi li għandha tiġi applikata l-proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati u b'votazzjoni konġunta jekk:

1.  Meta tiġi riferita lilha kwistjoni ta' kompetenza skont l-Artikolu 201a, il-Konferenza tal-Presidenti tista' tiddeċiedi li għandha tiġi applikata l-proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati u b'votazzjoni konġunta jekk:

– il-kwistjoni taqa', skont l-Anness VI, b'mod inseparabbli taħt il-kompetenzi ta' aktar minn kumitat wieħed, u and

– il-kwistjoni taqa', skont l-Anness VI, b'mod inseparabbli taħt il-kompetenzi ta' aktar minn kumitat wieħed, u u

– hija tkun tal-fehma li l-kwistjoni hija ta' importanza maġġuri.

– hija tkun tal-fehma li l-kwistjoni hija ta' importanza maġġuri.

2.  F'dak il-każ, ir-rapporteurs rispettivi għandhom ifasslu abbozz ta' rapport uniku, li għandu jkun eżaminat u li għandha ssir votazzjoni dwaru mill-kumitati involuti fil-laqgħat konġunti li jiġu ppreseduti b'mod konġunt mill-presidenti tal-kumitati involuti.

2.  F'dak il-każ, ir-rapporteurs rispettivi għandhom ifasslu abbozz ta' rapport uniku, li għandu jkun eżaminat u li għandha ssir votazzjoni dwaru mill-kumitati involuti fil-laqgħat konġunti li jiġu ppreseduti b'mod konġunt mill-presidenti tal-kumitati involuti.

Fl-istadji kollha tal-proċedura, id-drittijiet relatati mal-istatus ta' kumitat kompetenti ma jistgħux jiġu eżerċitati mill-kumitati involuti ħlief meta jaġixxu b'mod konġunt. Il-kumitati involuti jistgħu jistabbilixxu gruppi ta' ħidma biex jitħejjew il-laqgħat u l-votazzjonijiet.

Fl-istadji kollha tal-proċedura, id-drittijiet relatati mal-istatus ta' kumitat kompetenti ma jistgħux jiġu eżerċitati mill-kumitati involuti ħlief meta jaġixxu b'mod konġunt. Il-kumitati involuti jistgħu jistabbilixxu gruppi ta' ħidma biex jitħejjew il-laqgħat u l-votazzjonijiet.

3.  Fit-tieni qari tal-proċedura leġislattiva ordinarja, il-pożizzjoni tal-Kunsill tiġi e żaminata waqt laqgħa konġunta tal-kumitati kkonċernati li, fin-nuqqas ta' qbil bejn il-presidenti ta' dawn il-kumitati, issir nhar l-Erbgħa tal-ewwel ġimgħa prevista għal-laqgħat tal-organi parlamentari wara li tiġi kkomunikata l-pożizzjoni tal-Kunsill lill-Parlament. Fin-nuqqas ta' qbil dwar is-sejħa ta' laqgħa ulterjuri, din tissejjaħ mill-president tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati. Il-votazzjoni dwar r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari issir f'laqgħa konġunta fuq il-bażi ta' abbozz konġunt imħejji mir-rapporteurs rispettivi tal-kumitati kkonċernati jew, fin-nuqqas ta' abbozz konġunt, tal-emendi preżentati fil-kumitati kkonċernati.

3.  Fit-tieni qari tal-proċedura leġislattiva ordinarja, il-pożizzjoni tal-Kunsill tiġi e żaminata waqt laqgħa konġunta tal-kumitati kkonċernati li, fin-nuqqas ta' qbil bejn il-presidenti ta' dawn il-kumitati, issir nhar l-Erbgħa tal-ewwel ġimgħa prevista għal-laqgħat tal-organi parlamentari wara li tiġi kkomunikata l-pożizzjoni tal-Kunsill lill-Parlament. Fin-nuqqas ta' qbil dwar is-sejħa ta' laqgħa ulterjuri, din tissejjaħ mill-president tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati. Il-votazzjoni dwar r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari issir f'laqgħa konġunta fuq il-bażi ta' abbozz konġunt imħejji mir-rapporteurs rispettivi tal-kumitati kkonċernati jew, fin-nuqqas ta' abbozz konġunt, tal-emendi preżentati fil-kumitati kkonċernati.

Fit-tielet qari tal-proċedura leġislattiva ordinarja, il-presidenti u r-rapporteurs tal-kumitati kkonċernati jkunu ex officio membri tad-delegazzjoni fil-kumitat ta' konċiljazzjoni.

Fit-tielet qari tal-proċedura leġislattiva ordinarja, il-presidenti u r-rapporteurs tal-kumitati kkonċernati jkunu ex officio membri tad-delegazzjoni fil-kumitat ta' konċiljazzjoni.

Dan l-Artikolu jista' jiġi applikat għall-proċedura li twassal għal rakkomandazzjoni għall-approvazzjoni jew għaċ-ċaħda tal-konklużjoni ta' ftehima internazzjonali skont l-Artikoli 108(5) u 99(1) kemm-il darba jkunu sodisfati l-kundizzjonijiet fih stipulati.

 

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-bidliet għall-paragrafu 1, dawn jirriflettu l-allinjament relatati mal-ħolqien ta’ Artikolu 201(a) ġdid dwar kwistjonijiet ta’ kompetenzi.

L-interpretazzjoni ta' wara l-paragrafu 3 probabbilment tapplika wkoll għar-rakkomandazzjonijiet fi proċeduri oħra ta' approvazzjoni iżda dan mhuwiex stabbilit. Sabiex ma jkun hemm l-ebda konfużjoni jew interpretazzjoni a contrario, huwa ssuġġerit li jitħassar.

Emenda    53

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 56

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 56

Artikolu 52a

Abbozzar tar-rapporti

Abbozzar tar-rapporti

 

-1.  Ir-rapporteur għandu jkollu r-responsabiltà li jipprepara r-rapport tal-kumitat u li jippreżentah lill-Parlament f'isem il-kumitat.

1.  In-nota spjegattiva għandha taqa' taħt ir-responsabilità tar-rapporteur u m'għandux jittieħed vot fuqha. Madankollu, din għandha tkun taqbel mat-test tal-mozzjoni għal risoluzzjoni kif adottata u ma kwalunkwe emendi proposti mill-kumitat. Jekk ma jkunx hekk, il-president tal-kumitat jista' jħassar in-nota spjegattiva.

1.  In-nota spjegattiva għandha taqa' taħt ir-responsabilità tar-rapporteur u m'għandux jittieħed vot fuqha. Madankollu, din għandha tkun taqbel mat-test tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni kif adottata u ma kwalunkwe emendi proposti mill-kumitat. Jekk ma jkunx hekk, il-president tal-kumitat jista' jħassar in-nota spjegattiva.

2.  Ir-rapport għandu jagħti r-riżultat tal-vot meħud fuq ir-rapport fis-sħuħija tiegħu. Barra minn hekk, jekk mhux inqas minn terz tal-membri preżenti hekk jitolbu meta jittieħed il-vot, ir-rapport għandu jindika kif ivvota kull membru.

2.  Ir-rapport għandu jagħti r-riżultat tal-vot meħud fuq ir-rapport fis-sħuħija tiegħu u għandu jindika f'konformità mal-Artikolu 208(3) kif kull membru jkun ivvota.

3.  Meta l-opinjoni tal-kumitat ma tkunx unanima, ir-rapport għandu jagħti wkoll ġabra fil-qosor ta' l-opinjoni tal-minoranza. Opinjonijiet tal-minoranza għandhom ikunu espressi meta jittieħed il-vot fuq it-test sħiħ, u jistgħu, fuq talba ta' l-awturi, ikunu s-suġġett ta' dikjarazzjoni bil-miktub li ma tkunx itwal minn 200 kelma, u li tkun annessa man-nota spjegattiva.

3.  Il-pożizzjonijiet tal-minoranza jistgħu jiġu espressi meta jittieħed il-vot fuq it-test sħiħ, u jistgħu, fuq talba tal-awturi, ikunu s-suġġett ta' dikjarazzjoni bil-miktub li ma tkunx itwal minn 200 kelma, u li tkun annessa man-nota spjegattiva.

Il-president tal-kumitat għandu jsolvi kwalunkwe nuqqas ta' ftehim li jista' jinqala' bħala riżultat ta' l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Il-president tal-kumitat għandu jsolvi kwalunkwe nuqqas ta' ftehim li jista' jinqala' bħala riżultat tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.

4.  Fuq proposta mill-bureau tiegħu, kumitat jista' jiffissa limitu ta' żmien li fih ir-rapporteur ikollu jippreżenta l-abbozz tar-rapport tiegħu. Dan il-limitu ta' żmien jista' jittawwal jew jista' jinħatar rapporteur ieħor.

4.  Fuq proposta mill-president tiegħu, kumitat jista' jiffissa limitu ta' żmien li fih ir-rapporteur ikollu jippreżenta l-abbozz tar-rapport tiegħu. Dan il-limitu ta' żmien jista' jittawwal jew jista' jinħatar rapporteur ieħor.

5.  Malli jiskadi ż-żmien, il-kumitat jista' jagħti struzzjonijiet lill-president tiegħu sabiex jitlob li l-kwistjoni mressqa quddiemu titqiegħed fl-aġenda ta' waħda mis-seduti tal-Parlament li jkun imiss. Id-dibattiti jistgħu imbagħad jitmexxew fuq il-bażi ta' rapport bil-fomm mill-kumitat konċernat.

5.  Malli jiskadi ż-żmien, il-kumitat jista' jagħti struzzjonijiet lill-president tiegħu sabiex jitlob li l-kwistjoni mressqa quddiemu titqiegħed fl-aġenda ta' waħda mis-seduti tal-Parlament li jkun imiss. Id-dibattiti u l-votazzjonijiet jistgħu imbagħad jitmexxew fuq il-bażi ta' rapport bil-fomm mill-kumitat konċernat.

(This Rule as amended shall be moved before Rule 53)

Justification

As regards the contents of paragraph -1, it consists of the provision currentlu in Rule 51(2) and ismoved here for consistency.

The change to paragraph 2 will bring this provision in line with Rule 208(3): adoption of reports by roll-call vote is mandatory.

As regards the changes to paragraph 3 subparagraph 1, the first sentence will be deleted: lack of unanimity implies minority opinions; in addition it is not very clear what is meant by "give a summary of the minority opinion" in singular as compared to the rest of the paragraph.

The change to paragraph 4 is an alignment to committees’ practice.

Emenda    54

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 3 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

KAPITOLU 3

KAPITOLU 3

L-EWWEL QARI

PROĊEDURA LEĠISLATTIVA ORDINARJA

Emenda    55

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 3 – taqsima 1 (ġdida)

Test fis-seħħ

Emenda

 

TAQSIMA 1

 

L-EWWEL QARI

Emenda    56

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 3 – sottotitolu 1

Test fis-seħħ

Emenda

Stadju tal-Kumitat

imħassar

Emenda    57

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 57

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 57

imħassar

Modifika ta' proposta għal att leġislattiv

 

1.  Jekk il-Kummissjoni tinforma lill-Parlament jew jekk il-kumitat responsabbli jinduna b'xi mod ieħor li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li timmodifika l-proposta tagħha, il-kumitat responsabbli għandu jipposponi l-eżaminazzjoni tal-każ sakemm jirċievi l-proposta l-ġdida jew l-emendi tal-Kummissjoni.

 

2.  Jekk il-Kunsill jimmodifika sostanzjalment il-proposta għal att leġislattiv, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 63.

 

Ġustifikazzjoni

Din l-Artikolu, li huwa aktar adattat għall-proċeduri ta’ konsultazzjoni milli għall-proċeduri leġislattivi ordinarji, jitħassar minn hawnhekk u jitmexxa (kif emendat) għall-Kapitolu 4 l-ġdid dwar il-proċedura ta’ konsultazzjoni.

Emenda    58

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 58

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 58

imħassar

Pożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill dwar emendi

 

1.  Qabel ma jgħaddi għall-votazzjoni aħħarija dwar proposta għal att leġislattiv, il-kumitat responsabbli għandu jitlob lill-Kummissjoni biex tiddikjara l-pożizzjoni tagħha dwar l-emendi għall-proposta adottata mill-kumitat, u jitlob lill-Kunsill biex jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu.

 

2.  Jekk il-Kummissjoni ma tkunx f'pożizzjoni li tagħmel stqarrija simili, jew jekk tiddikjara li mhix preparata li taċċetta l-emendi kollha adottati mill-kumitat responsabbli, il-kumitat jista' jipposponi l-votazzjoni aħħarija.

 

3.  Jekk ikun il-każ, il-pożizzjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi inkluża fir-rapport.

 

Emenda    59

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 3 – sottotitolu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Stadju tas-seduta plenarja

imħassar

Emenda    60

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 59

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 59

Artikolu 59

Konklużjoni tal-ewwel qari

Votazzjoni fil-Parlament – l-ewwel qari

 

-1.   Il-Parlament jista' japprova, jemenda jew jiċħad l-abbozz ta' att leġislattiv.

1.  Il-Parlament għandu jeżamina l-proposta għal att leġislattiv fuq il-bażi ta' rapport imħejji mill-kumitat responsabbli skond l-Artikolu 49.

1.  Il-Parlament għandu l-ewwel jivvota fuq kwalunkwe proposta għaċ-ċaħda immedjata tal-abbozz ta' att leġislattiv li jkun tqiegħed fuq il-Mejda bil-miktub mill-kumitat responsabbli, grupp politiku jew mill-inqas 40 Membru.

 

Jekk il-proposta għaċ-ċaħda tiġi adottata, il-President għandu jitlob lill-istituzzjoni li minnha toriġina l-proposta biex tirtira l-abbozz tal-att leġislattiv.

 

Jekk l-istituzzjoni li minnha toriġina l-proposta tagħmel dan, il-President għandu jiddikjara l-proċedura magħluqa.

 

Jekk l-istituzzjoni li minnha toriġina ma tirtirax l-abbozz tal-att leġislattiv, il-President għandu jħabbar li l-ewwel qari tal-Parlament huwa magħluq, ħlief jekk fuq proposta tal-President jew tar-rapporteur tal-kumitat responsabbli jew ta' grupp politiku jew ta' mill-inqas 40 Membru, il-Parlament jiddeċiedi li jirriferi l-kwistjoni lura lill-kumitat responsabbli għar-rikonsiderazzjoni.

 

Jekk il-proposta għaċ-ċaħda ma tiġix adottata, il-Parlament għandu mbagħad jipproċedi skont il-paragrafi 1a sa 1c.

 

1a.  Kull ftehim proviżorju mqiegħed fuq il-Mejda mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 73d(4), għandu jingħata prijorità fil-votazzjoni u għandu jitressaq għal votazzjoni waħdanija, sakemm, fuq talba ta' grupp politiku jew ta' mill-inqas 40 Membru, il-Parlament ma jiddeċidix li jipproċedi bil-votazzjoni dwar l-emendi bi qbil mal-paragrafu 1b. F'dan il-każ, il-Parlament għandu jiddeċiedi wkoll jekk il-votazzjoni dwar l-emendi għandhiex issir minnufih. Jekk le, il-Parlament għandu jistabbilixxi skadenza ġdida għat-tressiq tal-emendi u l-votazzjoni għandha ssir f'seduta suċċessiva.

 

Jekk, b'votazzjoni waħdanija, il-ftehim proviżorju jiġi adottat, il-President għandu jħabbar li l-ewwel qari tal-Parlament ġie konkluż.

 

Jekk, b'votazzjoni unika, il-ftehim proviżorju jonqos milli jiżgura l-maġġoranza tal-voti mitfugħa, il-President għandu jistabbilixxi data ta' skadenza ġdida għall-emendi tal-abbozz ta' att leġislattiv. Dawn l-emendi mbagħad għandhom jitpoġġew għal votazzjoni f'seduta suċċessiva biex il-Parlament jikkonkludi l-ewwel qari tiegħu.

 

1b.  Ħlief fejn proposta għal ċaħda tkun ġiet adottata skont il-paragrafu 1 jew ftehim proviżorju adottat skont il-paragrafu 1a, kull emenda għall-abbozz ta' att leġislattiv għandu mbagħad jittieħed vot fuqha, inkluż, fejn applikabbli, partijiet individwali tal-ftehim proviżorju, meta jkunu saru talbiet għal votazzjonijiet maqsuma jew separati jew ikunu tressqu emendi li jikkompetu.

 

Qabel il-votazzjoni fuq l-emendi, il-President jista' jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara l-pożizzjoni tagħha u jista' jitlob lill-Kunsill sabiex jagħmel il-kummenti tiegħu.

 

Wara li tkun saret il-votazzjoni dwar dawk l-emendi, il-Parlament għandu jivvota fuq l-abbozz tal-att leġislattiv kollu kemm hu, emendat jew le.

 

Jekk l-abbozz tal-att leġislattiv kollu, emendat jew mhux, jiġi adottat, il-President għandu jħabbar li l-ewwel qari jkun ġie konkluż, sakemm, fuq proposta tal-President jew tar-rapporteur tal-kumitat responsabbli, jew ta' grupp politiku jew ta' mhux inqas minn 40 Membru, il-Parlament ma jiddeċidix li jirreferi l-kwistjoni lura lill-kumitat responsabbli, għal negozjati interistituzzjonali bi qbil mal-Artikoli 59a, 73a u 73d.

 

Jekk l-abbozz tal-att leġislattiv kollu kif emendat jonqos milli jiżgura maġġoranza tal-voti mitfugħa, il-President għandu jħabbar li l-ewwel qari jkun ġie konkluż, sakemm, fuq proposta tal-President jew tar-rapporteur tal-kumitat responsabbli, jew ta' grupp politiku jew ta' mhux inqas minn 40 Membru, il-Parlament ma jiddeċidix li jirreferi l-kwistjoni lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa' jiġi eżaminat.

 

1c.  Wara l-votazzjonijiet li jittieħdu skont il-paragrafi 1 sa 1b, u l-votazzjonijiet li mbagħad jittieħdu dwar l-emendi għall-abbozz ta' riżoluzzjoni leġislattiva dwar talbiet proċedurali, jekk ikun hemm, ir-riżoluzzjoni leġislattiva għandha titqies li ġiet adottata. Jekk ikun hemm bżonn, ir-riżoluzzjoni leġislattiva għandha tiġi modifikata, skont l-Artikolu 193(2), sabiex tirrifletti r-riżultat tal-votazzjonijiet li jittieħdu skont il-paragrafi 1 sa 1b.

 

It-test tar-riżoluzzjoni leġislattiva u tal-pożizzjoni tal-Parlament għandhom jitressqu mill-President lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll, fejn l-abbozz ta' att leġislattiv joriġina minnhom, lill-grupp ta' Stati Membri, lill-Qorti tal-Ġustizzja jew lill-Bank Ċentrali Ewropew.

2.  Il-Parlament għandu l-ewwel jivvota fuq l-emendi għall-proposta li dwarha jkun ir-rapport tal-kumitat responsabbli, imbagħad fuq il-proposta, emendata jew le, imbagħad fuq l-emendi għall-abbozz tar-riżoluzzjoni leġislattiva, imbagħad fuq l-abbozz tar-riżoluzzjoni leġislattiva fis-sħuħija tagħha, li għandu jkun fiha biss stqarrija dwar jekk il-Parlament japprovax, jiċħadx jew jipproponix emendi għall-proposta għal att leġislattiv u kwalunkwe talbiet proċedurali.

 

L-ewwel qari jiġi konkluż jekk jiġi adottat l-abbozz tar-riżoluzzjoni leġislattiva. Jekk il-Parlament ma jadottax ir-riżoluzzjoni leġislattiva, il-proposta għandha tiġi referuta lura lill-kumitat responsabbli.

 

Kull rapport imqiegħed fuq il-Mejda skond il-proċedura leġislattiva għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti 39, 47 u 49. Kull mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġislattiva imqiegħda fuq il-Mejda minn kumitat għandha ssir skond il-proċeduri ta' referenza kif stipulat fl-Artikoli 52 jew 201.

 

3. It-test tal-proposta kif approvat mill-Parlament u r-riżoluzzjoni li takkumpanjah għandhom jintbagħtu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni mill-President bħala l-pożizzjoni tal-Parlament.

 

Justification

The change of the title aims to clarify what the Rule is about(see also Rule 67a below).

As regards the changes to paragraph 1, it extends the possibility to table a motion for rejection to the political groups (this possibility is not foreseen in the current Rule 60). Otherwise,this sub-paragraph to paragraph 1 regroups the provisions in Rule 60 paras 2 and 3, with few modifications aiming to make its reading clearer. These provisions will be placed here in order to observe the logical sequence of the vote in plenary.Following the discussion in AFCO WG, it was agreed to invert the standard procedure so far (referral back to Committee) with the exceptional procedure (to immediately close the first reading).The reference to the vote on the draft legislative resolution has been deleted following the discussion in AFCO WG on 8/10/2015.

The insertion of paragraph 1 a (new) aims at granting a privileged status to any provisional agreement reached through informal negotiations in trilogue in accordance with Rule 73, by putting it to a single vote before any other amendments tabled. However, on request by political group/40 members, the Parliament will take a decision on the voting order. Thus, all political groups will have the possibility to ask for split votes and to table amendments to the Commission's proposal at plenary stage within the usual deadlines, but it would be for the plenary to decide the voting order.

The insertion of paragraph 1 a, subparagraph 3(new) is necessary as under paragraph 2 amendments would have been already tabled. Usual practice is that amendments which would not have been put to vote under paragraph 2 would be put to vote at the next voting session.

As regards, paragraph 1 b, subparagraphs 3 to 5 (new) - technical adaptation of the text following AFCO WG decision not to have a vote on the draft legislative resolution anymore.Provision corresponding to current rule 61 paragraph 2, second subparagraph.Provision currently in Rule 60 paragraph 3.

Current Rule 59 §3 is inserted as paragraph 1 c (new), subparagraph 2.

Emenda    61

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 59a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 59a

 

Riferiment lura lill-kumitat responsabbli

 

Jekk skont l-Artikolu 59, il-kwistjoni tiġi riferuta lura lill-kumitat responsabbli biex terġa' tiġi eżaminata jew għal negozjati interistituzzjonali bi qbil mal-Artikoli 73a u 73d, il-kumitat responsabbli għandu, oralment jew bil-miktub, jirrapporta lill-Parlament fi żmien erba' xhur, liema perjodu jista' jiġi estiż b'deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti.

 

Wara riferiment lura lill-kumitat, il-kumitat ewlieni għandu, qabel ma jieħu deċiżjoni dwar il-proċedura, jippermetti li kumitat assoċjat, kif jipprevedi l-Artikolu 54, jagħmel għażliet dwar l-emendi li huma rilevanti għall-kompetenza esklussiva tiegħu, u b'mod partikolari l-għażla ta' emendi li għandhom jiġu ppreżentati mill-ġdid fil-plenarja.

 

Xejn ma jipprevjeni lill-Parlament milli jiddeċiedi li jagħmel, jekk ikun il-każ, dibattitu ta' konklużjoni wara r-rapport mill-kumitat responsabbli li għaliha tkun ġiet irriferuta lura l-kwistjoni

 

(l-aħħar żewġ paragrafi huma mdaħħla bħala interpretazzjonijiet)

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta testendi l-iskadenza minn xahrejn għal erba' xhur, billi xahrejn taw prova li kienu jikkostitwixxu skadenza ferm stretta biex wieħed jagħmel xi progress sinifikanti dwar fajls leġislattivi. Barra minn hekk żdiedet il-possibilità li tiġi estiża mill-Konferenza tal-Presidenti sabiex tiġi ċċarata d-dispożizzjoni attwalment fl-Artikolu 61(2), it-tieni subparagrafu.

L-ewwel paragrafu ġej mill-interpretazzjoni attwalment fl-Artikolu 60(3).

Fir-rigward tat-tieni paragrafu tal-interpretazzjoni, dan ġej mill-Artikolu 61(2), ir-raba' subparagrafu kif adottat fil-15 ta' Settembru 2016.

Emenda    62

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 60

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 60

imħassar

Ċaħda ta' proposta tal-Kummissjoni

 

1.  Jekk proposta tal-Kummissjoni ma jirnexxilhiex tikseb il-maġġororanza tal-voti mitfugħa jew jekk tkun ġiet adottata mozzjoni għaċ-ċaħda tagħha, li tista’ titqiegħed fuq il-Mejda mill-kumitat responsabbli jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru, il-President għandu, qabel ma l-Parlament jivvota fuq l-abbozz tar-riżoluzzjoni leġislattiva, jitlob lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta.

 

2.  Jekk il-Kummissjoni tirtira l-proposta tagħha, il-President għandu jiddikjara li l-proċedura ngħalqet u għandu jinforma lill-Kunsill b'dan.

 

3.  Jekk il-Kummissjoni ma tirtirax il-proposta tagħha, il-Parlament għandu jirreferi l-kwistjoni lura lill-kumitat responsabbli mingħajr ma ssir il-votazzjoni fuq l-abbozz tar-riżoluzzjoni leġislattiva, ħlief jekk il-Parlament, wara proposta tal-president jew ir-rapporteur tal-kumitat responsabbli jew ta’ xi grupp politiku jew ta’ mhux inqas minn erbgħin Membru, jgħaddi għall-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġislattiva.

 

Fil-każ li l-proposta tiġi rreferuta lura lill-kumitat, il-kumitat responsabbli għandu jiddeċiedi dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita u għandu jirraporta lura lill-Parlament, bil-fomm jew bil-miktub, fi żmien stabbilit mill-Parlament li ma jistax ikun itwal minn xahrejn.

 

Wara referenza lura lill-kumitat skont il-paragrafu 3, il-kumitat ewlieni għandu, qabel ma jieħu id-deċiżjoni tiegħu dwar il-proċedura, jippermetti li kumitat assoċjat skont l-Artikolu 54 jagħmel l-għażliet tiegħu dwar l-emendi li huma rilevanti għall-kompetenza esklussiva tiegħu, b'mod partikolari l-għażla ta' emendi li għandhom jiġu ppreżentati mill-ġdid lill-Parlament.

 

L-iskadenza stabbilita skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 għandha tapplika għat-tqegħid fuq il-Mejda, bil-fomm jew bil-miktub, tar-rapport tal-kumitat reponsabbli. Dan ma jaffettwax l-istabbiliment mill-Parlament tal-mument opportun sabiex jitkompla l-eżami tal-proċedura in kwistjoni.

 

4.  Jekk il-kumitat responsabbli ma jkunx jista' jirrapporta lura sad-data ta' l-iskadenza, għandu jitlob referenza lura lill-kumitat skond l-Artikolu 188(1). Jekk ikun meħtieġ, il-Parlament jista' jistabbilixxi data ta' skadenza ġdida skond l-Artikolu 188(5). Jekk it-talba tal-kumitat ma tiġix aċċettata, il-Parlament għandu jgħaddi għall-votazzjoni fuq l-abbozz tar-riżoluzzjoni leġislattiva.

 

Ġustifikazzjoni

Dan it-tħassir huwa propost bħala każ ta' rifjut, b'adattamenti żgħar li jirriflettu l-prattika attwali, u huwa kopert minn abbozzi ġodda tal-Artikoli 59 u 59a.

Emenda    63

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 61

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 61

imħassar

Addozzjoni ta' emendi għal proposta tal-Kummissjoni

 

1.  Meta proposta tal-Kummissjoni tiġi approvata fis-sħuħija tagħha, imma fuq bażi ta' emendi li wkoll ikunu ġew adottati, il-votazzjoni fuq l-abbozz tar-riżoluzzjoni leġislattiva għandha tiġi posposta sa meta l-Kummissjoni tistqarr il-pożizzjoni tagħha fuq kull emenda tal-Parlament.

 

Jekk il-Kummissjoni ma tkunx f'qagħda li tagħmel dan it-tip ta' stqarrija fi tmiem il-votazzjoni il-Parlament fuq il-proposta tagħha, għandha tinforma lill-President jew lill-kumitat responsabbli dwar meta tkun tista' tagħmel dan; il-proposta għandha mbagħad titqiegħed fl-abbozz ta' l-aġenda ta' l-ewwel seduta parzjali li jkun imiss.

 

2.  Jekk il-Kummissjoni tħabbar li ma jkollhiex il-ħsieb li tadotta l-emendi kollha tal-Parlament, ir-rapporteur tal-kumitat responsabbli jew, fin-nuqqas tiegħu, il-president tal-kumitat responsabbli għandu jagħmel proposta formali lill-Parlament dwar jekk għandhiex titkompla l-votazzjoni fuq l- abbozz tar-riżoluzzjoni leġislattiva. Qabel jippreżenta din il-proposta, ir-rapporteur jew il-president tal-kumitat responsabbli jistgħu jitolbu lill-President sabiex jissospendi l-eżami tal-punt imqajjem.

 

Jekk il-Parlament jiddeċiedi li jipposponi l-votazzjoni, il-punt imqajjem jitqies li ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat.

 

F'dan il-każ, il-kumitat responsabbli għandu jirraporta lura lill-Parlament, oralment jew bil-miktub, fi żmien stabbilit mill-Parlament li ma jistax ikun itwal minn xahrejn.

 

Jekk il-kumitat responsabbli ma jkunx jista' jirrapporta lura sad-data ta' skadenza, għandha tiġi applikata l-proċedura stipulata fl-Artikolu 60(4).

 

Huma biss l-emendi li jkunu tqiegħdu fuq il-Mejda mill-kumitat responsabbli u li jfittxu li jintlaħaq kompromess mal-Kummissjoni li għandhom ikunu ammissibbli f'dan l-stadju.

 

Xejn ma jipprevjeni lill-Parlament milli jiddeċiedi li jagħmel, jekk ikun il-każ, dibattitu ta’ konklużjoni wara r-rapport mill-Kumitat responsabbli li għaliha tkun ġiet irriferita lura l-kwistjoni.

 

3.  L-applikazzjoni tal-paragrafu 2 ma teskludix il-possibiltà li titqiegħed fuq il-Mejda talba għar-riferenza minn Membri oħra skond l-Artikolu 188.

 

Kumitat li lilu jkun ġie referut każ lura, skond il-paragrafu 2, għandu qabel kollox, skond il-kundizzjonijiet tal-mandat li l-paragrafu hawn imsemmi jassenjalu, jirrapporta sad-data ta' skadenza mogħtija u, fejn ikun xieraq, iqiegħed fuq il-Mejda emendi li jfittxu li jintlaħaq kompromess mal-Kummissjoni, iżda mhux li jerġgħu jiġu eżaminati d-dispożizzjonijiet kollha approvati mill-Parlament.

 

Madankollu, f' dawn it-termini ta' referenza, minħabba l-effett ta' sospensjoni fuq il-każ meta jiġi mgħoddi lura, il-kumitat ikollu iktar libertà u jista', fejn iħoss il-bżonn biex jintlaħaq kompromess, jipproponi li jerġa' jeżamina fil-Parlament dawk id-dispożizzjonijiet li kisbu vot favorevoli.

 

F'każi bħal dawn, peress li l-uniċi emendi li jistgħu jitressqu mill-kumitat huma dawk l-emendi li jfittxu li jintlaħaq kompromess, u bil-għan li tiġi mħarsa s-sovranità tal-Parlament, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiddikjara b'mod ċar liema minn dawk id-dispożizzjonijiet diġà approvati jaqgħu jekk l-emendi proposti jiġu adottati.

 

Ġustifikazzjoni

It-tħassir huwa propost peress li d-dispożizzjonijiet kollha li mhumiex obsoleti minħabba li llum il-Parlament jinnegozja mal-Kunsill huma koperti minn abbozzi ġodda tal-Artikoli 59 u 59a.

L-interpretazzjoni skont il-paragrafu 2 tmexxiet għall-Artikolu 59a.

Emenda    64

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 3 – sottotitolu 3

Test fis-seħħ

Emenda

Proċedura ta' segwitu

imħassar

Emenda    65

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 62

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 62

imħassar

Segwitu għall-pożizzjoni tal-Parlament

 

1.  Fiż-żmien li jiġi wara li l-Parlament ikun adotta il-pożizzjoni tiegħu dwar xi proposta mill-Kummissjoni, il-president u r-rapporteur tal-kumitat responsabbli għandhom isegwu l-progress tal-proposta fil-kors tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni tagħha mill-Kunsill, b'mod partikolari sabiex jiżguraw li l-impenji meħuda mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni lejn il-Parlament fir-rigward tal-pożizzjoni tiegħu jkunu osservati kif jixraq.

 

2.  Il-kumitat responsabbli jista` jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jiddiskuti l-kwistjoni magħhom.

 

3.  F'kull stadju tal-proċedura ta' segwitu il-kumitat responsabbli jista', jekk iqis li jkun meħtieġ, iqiegħed fuq il-Mejda mozzjoni għal risoluzzjoni skond dan l-Artikolu li tirrakkomanda li l-Parlament:

 

jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirtira l-proposta tagħha, jew

 

jitlob lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill biex jirreferu l-kwistjoni mill-ġdid lill-Parlament skond l-Artikolu 63, jew jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta ġdida, jew

 

jiddeċiedi li jieħu kull azzjoni oħra li jqis li tkun xierqa.

 

Din il-mozzjoni għandha titqiegħed fl-abbozz ta' l-aġenda tas-sessjoni parzjali li taħbat wara d-deċiżjoni mill-kumitat.

 

Ġustifikazzjoni

Għandu jitressaq għall-Kapitolu 4 l-ġdid dwar il-proċedura ta' konsultazzjoni.

Emenda    66

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 63

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 63

Artikolu 63

Referenza mill-ġdid lill-Parlament

Riferiment mill-ġdid lill-Parlament

Proċedura leġislattiva ordinarja

 

1.  Il-President għandu, fuq talba tal-kumitat responsabbli, jitlob lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirreferi l-proposta tagħha lill-Parlament:

1.  Il-President għandu, fuq talba tal-kumitat responsabbli, jitlob lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirreferi l-proposta tagħha lill-Parlament meta:

  meta l-Kummissjoni tirtira l-proposta inizjali tagħha wara li l-Parlament ikun adotta l-pożizzjoni tiegħu sabiex tibdilha b'test ieħor, ħlief meta dan isir sabiex titqies il-pożizzjoni tal-Parlament; or

 

–   l-Kummissjoni temenda jew ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta inizjali b'mod sostanzjali, ħlief meta dan isir sabiex titqies il-pożizzjoni tal-Parlament; or

–  il-Kummissjoni tissostitwixxi, temenda b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temenda b'mod sostanzjali l-proposta inizjali tagħha wara li l-Parlament ikun adotta l-pożizzjoni tiegħu, ħlief meta dan isir sabiex titqies il-pożizzjoni tal-Parlament.

meta, minħabba l-mogħdija taż-żmien jew il-bidliet fiċ-ċirkustanzi, in-natura tal-problema li magħha jkollha x'taqsam il-proposta tinbidel b'mod sostanzjali; or

– in-natura tal-problema li magħha jkollha x'taqsam il-proposta tinbidel b'mod sostanzjali minħabba l-mogħdija taż-żmien jew il-bidliet fiċ-ċirkustanzi; or

meta jkunu saru elezzjonijiet ġodda tal-Parlament minn mindu dan kien adotta l-pożizzjoni tiegħu, u l-Konferenza tal-Presidenti tqis li dan ikun opportun.

ikunu saru elezzjonijiet ġodda tal-Parlament minn mindu dan kien adotta l-pożizzjoni tiegħu, u l-Konferenza tal-Presidenti tqis li dan ikun opportun.

 

1a.  Fejn modifika tal-bażi legali ta' proposta hija ppjanata, li tirriżulta fil-fatt li l-proċedura leġislattiva ordinarja ma tibqax tapplika għal dik il-proposta, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, skont il-paragrafu 25 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jiskambjaw opinjonijiet dwarha permezz tal-Presidenti rispettivi tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom.

2.  Il-Parlament għandu, fuq talba tal-kumitat responsabbli, jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jirreferi lill-Parlament proposta ppreżentata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, meta l-Kunsill ikollu l-ħsieb jimmodifika l-bażi legali tal-proposta bir-riżultat li l-proċedura leġislattiva ordinarja ma tibqax tapplika.

2.  Wara l-iskambju ta' fehmiet imsemmi fil-paragrafu 1a, il-President, fuq talba tal-kumitat responsabbli, għandu jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jirreferi lill-Parlament abbozz ta' att leġislattiv, meta l-Kummissjoni jew il-Kunsill ikollhom il-ħsieb jimmodifikaw il-bażi legali prevista fil-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari, bir-riżultat li l-proċedura leġislattiva ordinarja ma tibqax tapplika.

Proċeduri oħra

 

3.  Fuq talba tal-kumitat responsabbli, il-President għandu jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsulta lill-Parlament fl-istess ċirkustanzi u bl-istess kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, kif ukoll meta l-Kunsill jemenda jew ikollu l-ħsieb li jemenda b'mod sostanzjali l-proposta li dwarha l-Parlament kien oriġinarjament ta l-opinjoni tiegħu, ħlief meta dan isir sabiex jiddaħħlu l-emendi tal-Parlament.

 

4.  Il-President għandu wkoll jitlob li proposta għal att terġa titressaq quddiem il-Parlament fiċ-ċirkustanzi stabbiliti f'dan l-artikolu meta l-Parlament hekk jiddeċiedi fuq proposta minn grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru.

 

Ġustifikazzjoni

It-titoli tas-sottosezzjoni jistgħu jitħassru minħabba li din ser tkun parti mill-kapitolu PLO.

Il-Paragrafu 1, inċiż 2 għandu jitħassar peress li hu magħqud mal-inċiż ta' hawn fuq.

Il-paragrafi 3 u 4, li ġew immodifikati ftit, se jitmexxew għal kapitolu 4 ġdid dwar il-proċedura ta' konsultazzjoni.

Emenda    67

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 4 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

KAPITOLU 4

TAQSIMA 2

IT-TIENI QARI

IT-TIENI QARI

Emenda    68

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 4 – sottotitolu 1

Test fis-seħħ

Emenda

Stadju tal-Kumitat

imħassar

Emenda    69

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 64

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 64

Artikolu 64

Komunikazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill

Komunikazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill

1.  Il-komunikazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sseħħ meta titħabbar mill-President fil-Parlament. Il-President għandu jagħmel it-tħabbira wara li jkun irċieva d-dokumenti li jkun fihom il-pożizzjoni nnifisha, id-dikjarazzjonijiet kollha li jsiru fil-minuti tal-Kunsill meta jadotta il-pożizzjoni, ir-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu u l-pożizzjoni tal-Kummissjoni, tradotti kif imiss fil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. It-tħabbira mill-President għandha ssir waqt l-ewwel sessjoni parzjali li tiġi l-wasla ta' dawn id-dokumenti.

1.  Il-komunikazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sseħħ meta titħabbar mill-President fil-Parlament. Il-President għandu jagħmel it-tħabbira wara li jkun irċieva d-dokumenti li jkun fihom il-pożizzjoni nnifisha, id-dikjarazzjonijiet kollha li jsiru fil-minuti tal-Kunsill meta jadotta il-pożizzjoni, ir-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu u l-pożizzjoni tal-Kummissjoni, tradotti kif imiss fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. It-tħabbira mill-President għandha ssir waqt l-ewwel sessjoni parzjali wara l-wasla ta' dawn id-dokumenti.

Qabel jagħmel it-tħabbira, il-President għandu jistabilixxi, wara li jikkonsulta lill-president tal-kumitat responsabbli u/jew ir-rapporteur, li t-test li jkun rċieva jkun tabilħaqq pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari u li ċ-ċirkustanzi deskritti fl-Artikolu 63 ma japplikawx. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-President, flimkien mal-kumitat responsabbli u, fejn hu possibbli, bi ftehim mal-Kunsill, għandu jfittex soluzzjoni xierqa.

Qabel jagħmel it-tħabbira, il-President għandu jistabilixxi, wara li jikkonsulta lill-President tal-kumitat responsabbli u/jew ir-rapporteur, li t-test li jkun rċieva jkun tabilħaqq pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari u li ċ-ċirkustanzi deskritti fl-Artikolu 63 ma japplikawx. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-President, flimkien mal-kumitat responsabbli u, fejn hu possibbli, bi ftehim mal-Kunsill, għandu jfittex soluzzjoni xierqa.

 

1a.  Fil-jum meta titħabbar fil-Parlament, il-pożizzjoni tal-Kunsill għandha titqies li tkun tressqet awtomatikament quddiem il-kumitat responsabbli fl-ewwel qari.

2. Għandha tiġi pubblikata lista ta' dawn il-komunikazzjonijiet fil-minuti tas-seduta flimkien ma' l-isem tal-kumitat responsabbli.

2.  Għandha tiġi pubblikata lista ta' dawn il-komunikazzjonijiet fil-minuti tas-seduta flimkien mal-isem tal-kumitat responsabbli.

Ġustifikazzjoni

Il-Paragrafu 1a (ġdid) tmexxa hawn mill-Artikolu 66(1).

Emenda    70

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 65

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 65

Artikolu 65

Titwil tal-limiti taż-żmien

Titwil tal-limiti taż-żmien

1.  Fil-każ ta' limitu ta' żmien għat-tieni qari, il-President għandu, fuq talba tal-president tal-kumitat responsabbli, jew fuq talba tad-delegazzjoni tal-konċiljazzjoni tal-Parlament fil-każ ta' limiti ta' żmien għall-konċiljazzjoni, itawwal il-limiti ikkonċernati skond l-Artikolu 294(14) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

1.  Il-President għandu, fuq talba tal-President tal-kumitat responsabbli, testendi l-iskadenzi għat-tieni qari skont l-Artikolu 294(14) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2. Il-President għandu javża lill-Parlament b'kull estensjoni tal-limitu ta' żmien skond l-Artikolu 294(14) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Parlament sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Kunsill.

2. Il-President għandu javża lill-Parlament b'kull estensjoni tal-limitu ta' żmien skont l-Artikolu 294(14) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Parlament sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 65 huwa inkluż fil-kapitolu dwar it-tieni qari iżda jkopri fil-fatt kemm it-tieni kif ukoll it-tielet qari. Il-forniment attwalment fil-paragrafu1 - l-estensjoni tal-iskadenzi fit-tielet qari hija prevista fl-Artikolu 69a l-ġdid.

Emenda    71

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 66

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 66

Artikolu 66

Riferiment lill-kumitat responsabbli u proċedura fl-istess kumitat

Proċedura fil-kumitat responsabbli

1.  Fil-jum li tiġi kkomunikata lill-Parlament skond l-Artikolu 64(1), il-pożizzjoni tal-Kunsill għandha titqies li tkun tressqet awtomatikament quddiem il-kumitat responsabbli u quddiem il-kumitati li jkunu ntalbu jagħtu opinjoni fl-ewwel qari.

 

2.  Il-pożizzjoni tal-Kunsill għandha tiddaħħal bħala l-ewwel punt fl-aġenda ta' l-ewwel laqgħa tal-kumitat responsabbli li tiġi wara d-data li fiha ssir il-komunikazzjoni. Il-Kunsill jista' jiġi mistieden jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu.

2.  Il-pożizzjoni tal-Kunsill għandha tiddaħħal bħala punt ta' prijorità fl-aġenda tal-ewwel laqgħa tal-kumitat responsabbli li tiġi wara d-data li fiha ssir il-komunikazzjoni. Il-Kunsill jista' jiġi mistieden jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu.

3.  Ħlief jekk ikun deċiż xorta oħra, ir-rapporteur fit-tieni qari għandu jkun l-istess bħal fl-ewwel qari.

3.  Ħlief jekk ikun deċiż xorta oħra, ir-rapporteur fit-tieni qari għandu jkun l-istess bħal fl-ewwel qari.

4.  Id-dispożizzjonijiet għat-tieni qari fl-Artikolu 69(2), (3) u (5) għandhom japplikaw għall-proċeduri fil-kumitat responsabbli; membri u sostituti permanenti ta' dak il-kumitat biss jistgħu iqiegħdu fuq il-Mejda proposti għal ċaħda jew għal emendi. Il-kumitat għandu jiddeċiedi b'maġġoranza tal-voti mitfugħa.

4.  Id-dispożizzjonijiet rigward l-ammissibilità tal-emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-Artikolu 69(2) u (3) għandhom japplikaw għall-proċeduri fil-kumitat responsabbli; membri u sostituti permanenti ta' dak il-kumitat biss jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda proposti għal ċaħda jew għal emendi. Il-kumitat għandu jiddeċiedi b'maġġoranza tal-voti mitfugħa.

5.  Qabel il-votazzjoni, il-kumitat jista' jitlob lill-president tal-kumitat u lir-rapporteur sabiex l-emendi li jkunu tqiegħdu fuq il-Mejda fil-kumitat jiġu diskussi mal-President tal-Kunsill jew mar-rappreżentant tiegħu jew mal-Kummissarju responsabbli preżenti. Ir-rapporteur jista' jqiegħed fuq il-Mejda emendi ta' kompromess wara din id-diskussjoni.

 

6.  Il-kumitat responsabbli għandu jippreżenta rakkomandazzjoni għat-tieni qari li tipproponi li tapprova, temenda jew tiċħad il-pożizzjoni adottata mill-Kunsill. Ir-rakkomandazzjoni għandha tinkludi ġustifikazzjoni qasira għad-deċiżjoni proposta.

6.  Il-kumitat responsabbli għandu jippreżenta rakkomandazzjoni għat-tieni qari li tipproponi li tapprova, temenda jew tiċħad il-pożizzjoni adottata mill-Kunsill. Ir-rakkomandazzjoni għandha tinkludi ġustifikazzjoni qasira għad-deċiżjoni proposta.

 

6a.  L-Artikoli 49, 50, 53 u 188 m'għandhomx japplikaw waqt it-tieni qari.

Ġustifikazzjoni

Paragraph 1 is deleted here and moved, as amended, to Rule 64(1a). The end of the paragraph ("referred automatically to... the committees asked for their opinion at first reading.") is misleading. The committees asked for an opinion do not intervene in second reading, except if they are "associated committees" in the meaning of Rule 54 (see Rule 47(4) and 3rd paragraph of interpretation of Rule 54).

As regards the deletion of paragraph 5, this provision is not in line with (the current and revised) Rule 73, which provide for the intervention of the negotiation team (not only the chair and rapporteur).

As regards the insertion of paragraph 6 a (new), it is moved here, with modifications, from current Rule 47 (4).

Emenda    72

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 4 – sottotitolu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Stadju tas-seduta plenarja

imħassar

Emenda    73

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 67

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 67

Artikolu 67

Tmiem tat-tieni qari

Tressiq lill-Parlament

1.  Il-pożizzjoni tal-Kunsill u, fejn ikun disponibbli, ir-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-kumitat responsabbli għandhom jitqiegħdu awtomatikament fl-abbozz tal-aġenda għas-sessjoni parzjali li l-jum tal-Erbgħa tagħha jkun jaħbat qabel u jkun eqreb għall-jum li fih jiskadi ż-żmien ta' tliet xhur jew, jekk jiġi estiż skont l-Artikolu 65, ta' erbgħa xhur, ħlief jekk il-kwistjoni kienet ikkunsidrata f'sessjoni partzjali ta' qabel.

Il-pożizzjoni tal-Kunsill u, fejn ikun disponibbli, ir-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-kumitat responsabbli għandhom jitqiegħdu awtomatikament fl-abbozz tal-aġenda għas-sessjoni parzjali li l-jum tal-Erbgħa tagħha jkun jaħbat qabel u jkun eqreb għall-jum li fih jiskadi ż-żmien ta' tliet xhur jew, jekk jiġi estiż skont l-Artikolu 65, ta' erba' xhur, ħlief jekk il-kwistjoni kienet ikkunsidrata f'sessjoni parzjali ta' qabel.

Ir-rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari ppreżentati minn kumitati parlamentari huma ekwivalenti għal nota spjegattiva li fiha l-kumitat jiġġustifika l-pożizzjoni tiegħu fir-rigward tal-pożizzjoni tal-Kunsill. Ma jittieħed l-ebda vot fuq dawn it-testi.

 

2.  It-tieni qari jintemm meta l-Parlament japprova, jiċħad jew jemenda l-pożizzjoni tal-Kunsill fil-limitu ta' żmien u skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

 

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu 2 jitħassar hawnhekk u jiġi ttrasferit, kif emendat, fl-Artikolu 67a § 5

Emenda    74

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 67a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 67a

 

Votazzjoni fil-Parlament – it-tieni qari

 

1.  Il-Parlament għandu l-ewwel jivvota fuq kwalunkwe proposta għaċ-ċaħda immedjata tal-pożizzjoni tal-Kunsill li tkun tressqet bil-miktub mill-kumitat responsabbli, grupp politiku jew mill-inqas 40 Membru. Biex tiġi adottata, din il-proposta għandha tirrikjedi l-voti tal-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament.

 

Jekk din il-proposta għal ċaħda tiġi adottata, u tirriżulta f'ċaħda tal-pożizzjoni tal-Kunsill, il-President għandu jħabbar fil-Parlament li l-proċedura leġislattiva tkun magħluqa.

 

Jekk il-proposta għaċ-ċaħda ma tiġix adottata, il-Parlament għandu mbagħad jipproċedi skont il-paragrafi 2 sa 5.

 

2.  Kull ftehim proviżorju mqiegħed fuq il-Mejda mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 73d(4), għandu jingħata prijorità fil-votazzjoni u għandu jitressaq għal votazzjoni unika, sakemm, fuq talba ta' grupp politiku jew ta' mill-inqas 40 Membru, il-Parlament jiddeċiedi li jipproċedi immedjatament bil-votazzjoni dwar l-emendi bi qbil mal-paragrafu 3.

 

Jekk, b'votazzjoni unika, il-ftehim proviżorju jikseb il-voti tal-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, il-President għandu jħabbar li t-tieni qari tal-Parlament ikun ġie konkluż.

 

Jekk, b'votazzjoni unika, il-ftehim proviżorju ma jiksibx il-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, il-Parlament għandu mbagħad jipproċedi skont il-paragrafi 3 sa 5.

 

3.  Ħlief fejn proposta għal ċaħda tkun ġiet adottata skont il-paragrafu 1 jew fejn ftehim proviżorju jkun ġie adottat skont il-paragrafu 2, kwalunkwe emenda għall-pożizzjoni tal-Kunsill, inklużi dawk li jinsabu fil-ftehim proviżorju mqiegħed fuq il-Mejda mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 73d(4) għandhom imbagħad jitressqu għall-votazzjoni. Kwalunkwe emenda għall-pożizzjoni tal-Kunsill għandha tiġi adottata biss jekk tikseb il-voti tal-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament.

 

Qabel il-votazzjoni fuq l-emendi, il-President jista' jitlob lill-Kummissjoni biex tiddikjara l-pożizzjoni tagħha u jista' jitlob lill-Kunsill biex jagħmel il-kummenti tiegħu.

 

4.  Minkejja votazzjoni mill-Parlament kontra l-proposta inizjali għaċ-ċaħda tal-pożizzjoni tal-Kunsill skont il-paragrafu 1, il-Parlament jista', fuq proposta tal-President jew ir-rapporteur tal-kumitat responsabbli jew ta' grupp politiku jew ta' mhux inqas minn 40 Membru, jikkunsidra proposta oħra għaċ-ċaħda wara li jivvota fuq l-emendi skont il-paragrafi 2 jew 3. Biex tiġi adottata, din il-proposta għandha tirrikjedi l-voti tal-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament.

 

Jekk il-pożizzjoni tal-Kunsill tkun miċħuda, il-President għandu jħabbar fil-Parlament li l-proċedura leġislattiva tkun magħluqa.

 

5.  Wara l-votazzjonijiet li jittieħdu skont il-paragrafi 1 sa 4 u kwalunkwe votazzjoni sussegwenti li jittieħdu dwar l-emendi għall-abbozz ta' riżoluzzjoni leġislattiva dwar talbiet proċedurali, il-President għandu jħabbar li t-tieni qari tal-Parlament ikun ġie konkluż u r-riżoluzzjoni leġislattiva għandha titqies li tkun ġiet adottata. Jekk ikun hemm bżonn, ir-riżoluzzjoni leġislattiva għandha tiġi modifikata, skont l-Artikolu 193(2), sabiex tirrifletti r-riżultat tal-votazzjonijiet li jittieħdu skont il-paragrafi 1 sa 4 jew l-applikazzjoni tal-Artikolu 76.

 

It-test tar-riżoluzzjoni leġislattiva u tal-pożizzjoni tal-Parlament, jekk ikun hemm, għandhom jintbagħtu mill-President lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

 

Meta ma tkun tressqet l-ebda proposta sabiex tiġi miċħuda jew emendata l-pożizzjoni tal-Kunsill, din għandha titqies li ġiet approvata.

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet fil-paragrafu 1 jikkorrispondu għall-Artikolu 68(1) attwali, dawk fil-paragrafu 2 għandhom l-għan li jallinjawh mad-dispożizzjoni dwar il-votazzjoni tat-test miftiehem fil-plenarja fl-ewwel qari. Il-bidla fil-paragrafu 4 għandha l-għan li testendi l-possibilità li tipproponi ċ-ċaħda lill-President u lil grupp politiku jew lil mhux inqas minn 40 Membru (meta mqabbla mal-Artikolu 68(2) attwali). Din id-dispożizzjoni, li tinsab attwalment fl-Artikolu 171(2)(a), imxiet lejn tmiem dan l-Artikolu u tħassret fl-imsemmi Artikolu ta' hawn fuq.

Emenda    75

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 68

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 68

imħassar

Ċaħda tal-pożizzjoni tal-Kunsill

 

1.  Il-kumitat responsabbli, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu, bil-miktub u qabel ma jiskadi ż-żmien stabbilit mill-President, iqiegħdu fuq il-Mejda proposta għaċ-ċaħda tal-pożizzjoni tal-Kunsill. Għall-adozzjoni ta' din il-proposta jkunu jinħtieġu l-voti tal-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament. Il-votazzjoni fuq proposta għaċ-ċaħda tal-pożizzjoni tal-Kunsill għandha ssir qabel il-votazzjoni fuq kwalunkwe emendi.

 

2.  Minkejja vot mill-Parlament kontra l-proposta inizjali għaċ-ċaħda tal-pożizzjoni tal-Kunsill, il-Parlament jista', fuq ir-rakkomandazzjoni tar-rapporteur, jikkunsidra proposta oħra għaċ-ċaħda wara li jsiru l-votazzjonijiet fuq l-emendi u wara li jisma' stqarrija mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 69(5).

 

3.  Jekk il-pożizzjoni tal-Kunsill tkun miċħuda, il-President għandu jħabbar fil-Parlament li l-proċedura leġislattiva tkun magħluqa.

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu se jitħassar għax il-każ ta' ċaħda se jkun kopert mill-abbozz il-ġdid tal-Artikolu 67a.

Emenda    76

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 69

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 69

Artikolu 69

Emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill

Ammissibilità tal-emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill

1.  Il-kumitat responsabbli, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda emendi għall-posizzjoni tal-Kunsill biex jitqiesu fil-Parlament.

1.  Il-kumitat responsabbli, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill biex jitqiesu fil-Parlament.

2.  Emenda għall-pożizzjoni tal-Kunsill tkun ammissibbli biss jekk tkun skont l-Artikoli 169 u 170 u tkun tfittex li:

2.  Emenda għall-pożizzjoni tal-Kunsill għandha tkun ammissibbli biss jekk tkun skont l-Artikoli 169 u 170 u tkun tfittex li:

(a)  terġa' ġġib lura kompletament jew parzjalment il-pożizzjoni adottata mill-Parlament fl-ewwel qari tiegħu; jew

(a)  terġa' ġġib lura kompletament jew parzjalment il-pożizzjoni adottata mill-Parlament fl-ewwel qari tiegħu; jew

(b)  tilħaq kompromess bejn il-Kunsill u l-Parlament; jew

(b)  tilħaq kompromess bejn il-Kunsill u l-Parlament; jew

(c)  temenda parti mit-test ta' pożizzjoni tal-Kunsill li ma kenitx inkluża fil-proposta ppreżentata fl-ewwel qari jew li kienet differenti minnha fil-kontenut u li ma ssarfitx f'tibdil sostanzjali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 63; jew

(c)  temenda parti mit-test ta' pożizzjoni tal-Kunsill li ma kenitx inkluża fil-proposta ppreżentata fl-ewwel qari jew li kienet differenti minnha fil-kontenut; jew

(d)  tqis fatt ġdid jew sitwazzjoni legali ġdida li seħħew minn meta sar l-ewwel qari.

(d)  tqis fatt ġdid jew sitwazzjoni legali ġdida li seħħew minn meta saret l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari.

Id-diskrezzjoni tal-President li jiddikkjara emenda ammissibbli jew mhux ammissibbli ma tistax tiġi kkontestata.

Id-diskrezzjoni tal-President li jiddikjara emenda ammissibbli jew mhux ammissibbli ma tistax tiġi kkontestata.

3.  Jekk ikunu saru elezzjonijiet ġodda minn mindu jkun sar l-ewwel qari, imma l-Artikolu 63 ma jkunx ġie invokat, il-President jista' jiddeċiedi li jneħħi r-restrizzjonijiet dwar l-ammissibilita stipulati fil-paragrafu 2.

3.  Jekk ikunu saru elezzjonijiet ġodda minn mindu jkun sar l-ewwel qari, imma l-Artikolu 63 ma jkunx ġie invokat, il-President jista' jiddeċiedi li jneħħi r-restrizzjonijiet dwar l-ammissibilità stipulati fil-paragrafu 2.

4.  Emenda għandha tiġi adottata biss jekk tikseb il-voti tal-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament.

 

5.  Qabel il-votazzjoni fuq l-emendi, il-President jista' jitlob lill-Kummissjoni biex tiddikjara l-pożizzjoni tagħha u jista' jitlob lill-Kunsill biex jagħmel il-kummenti tiegħu.

 

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet għall-paragrafu 2, subparagrafu 1, punt c, huma proposti minħabba li s-silta "u li ma ssarfitx f'tibdil sostanzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 63" tista' tinftiehem bħala kundizzjoni supplimentari ta' ammissibilità.

Il-paragrafi 4 u 5 jitħassru peress li huma se jkunu koperti mill-Artikolu 67a, paragrafu 3.

Emenda    77

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 5 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

KAPITOLU 5

TAQSIMA 4

IT-TIELET QARI

KONĊILJAZZJONI U T-TIELET QARI

Emenda    78

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 5 – sottotitolu 1

Test fis-seħħ

Emenda

Konċiljazzjoni

imħassar

Emenda    79

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 69b (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 69b

 

Estensjoni tal-limiti taż-żmien

 

1.  Il-President għandu, fuq talba tad-delegazzjoni tal-President għall-kumitat ta' konċiljazzjoni, jestendi l-iskadenzi għat-tieni qari skont l-Artikolu 294(14) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

 

2.  Il-President għandu javża lill-Parlament b'kull estensjoni tal-limitu ta' żmien skont l-Artikolu 294(14) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Parlament sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Kunsill.

Emenda    80

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 71

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 71

Artikolu 71

Delegazzjoni għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni

Delegazzjoni għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni

1.  Id-delegazzjoni tal-Parlament għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandha tkun magħmula minn numru ta' membri illi jkun ugwali għan-numru ta' membri tad-delegazzjoni tal-Kunsill.

1.  Id-delegazzjoni tal-Parlament għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandha tkun magħmula minn numru ta' membri illi jkun ugwali għan-numru ta' membri tad-delegazzjoni tal-Kunsill.

2.  Il-kompożizzjoni politika tad-delegazzjoni għandha tikkorrispondi mal-kompożizzjoni tal-Parlament skkond gruppi politiċi. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tistabbilixxi n-numru eżatt ta' Membri minn kull grupp politiku.

2.  Il-kompożizzjoni politika tad-delegazzjoni għandha tikkorrispondi mal-kompożizzjoni tal-Parlament skont gruppi politiċi. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tistabbilixxi n-numru eżatt ta' Membri minn kull grupp politiku.

3.  Il-membri tad-delegazzjoni għandhom jinħatru mill-gruppi politiċi għal kull każ ta' konċiljazzjoni, preferibilment minn fost il-membri tal-kumitati kkonċernati, ħlief għal tliet membri li għandhom jinħatru bħala membri permanenti ta' delegazzjonijiet konsekuttivi għal perjodu ta' tnax-il xahar. It-tliet membri permanenti għandhom jinħatru mill-partiti politiċi minn fost il-Viċi Presidenti u għandhom ikunu ġejjin minn mhux inqas minn żewġ gruppi politiċi differenti. Il-president u r-rapporteur tal-kumitat responsabbli f'kull każ partikolari għandhom ikunu membri tad-delegazzjoni.

3.  Il-membri tad-delegazzjoni għandhom jinħatru mill-gruppi politiċi għal kull każ ta' konċiljazzjoni, preferibilment minn fost il-membri tal-kumitat responsabbli, ħlief għal tliet membri li għandhom jinħatru bħala membri permanenti ta' delegazzjonijiet konsekuttivi għal perjodu ta' tnax-il xahar. It-tliet membri permanenti għandhom jinħatru mill-partiti politiċi minn fost il-Viċi Presidenti u għandhom ikunu ġejjin minn mhux inqas minn żewġ gruppi politiċi differenti. Il-President u r-rapporteur fit-tieni qari tal-kumitat responsabbli kif ukoll ir-rapporteur ta' kwalunkwe kumitat assoċjat għandhom f'kull każ ikunu membri tad-delegazzjoni.

4.  Il-gruppi politiċi rappreżentati fid-delegazzjoni għandhom jaħtru sostituti.

4.  Il-gruppi politiċi rappreżentati fid-delegazzjoni għandhom jaħtru sostituti.

5.  Gruppi politiċi u Membri mhux affiljati li ma jkunux rappreżentati fid-delegazzjoni jistgħu jibagħtu rappreżentant kull wieħed għal kull laqgħa interna ta' preparazzjoni tad-delegazzjoni.

5.  Gruppi politiċi li ma jkunux rappreżentati fid-delegazzjoni jistgħu jibagħtu rappreżentant kull wieħed għal kull laqgħa interna ta' preparazzjoni tad-delegazzjoni. Jekk id-delega ma tinkludi l-ebda Membru mhux affiljat, Membru mhux affiljat wieħed jista' jattendi kwalunkwe laqgħa interna ta' preparazzjoni tad-delegazzjoni.

6.  Id-delegazzjoni għandha titmexxa mill-President jew minn wieħed mit-tliet membri permanenti.

6.  Id-delegazzjoni għandha titmexxa mill-President jew minn wieħed mit-tliet membri permanenti.

7.  Id-delegazzjoni għandha tiddeċiedi b'maġġoranza tal-membri tagħha. Id-deliberazzjonijiet tagħha m'għandhomx ikunu pubbliċi.

7.  Id-delegazzjoni għandha tiddeċiedi b'maġġoranza tal-membri tagħha. Id-deliberazzjonijiet tagħha m'għandhomx ikunu pubbliċi.

Il-konferenza tal-Presidenti għandha tistabbilixxi linji gwida proċedurali oħra għall-ħidma tad-delegazzjoni għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni.

Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tistabbilixxi linji gwida proċedurali oħra għall-ħidma tad-delegazzjoni għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni.

8.  Ir-riżultati tal-konċiljazzjoni għandhom jingħataw lill-Parlament mid-delegazzjoni.

8.  Ir-riżultati tal-konċiljazzjoni għandhom jingħataw lill-Parlament mid-delegazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-bidliet għal paragrafu 3, iż-żieda ta' "ir-rapporteur ta' kwalunkwe kumitat assoċjat" tirrifletti l-aħħar inċiż tal-Artikolu 54.

Il-paragrafu 5 għandu jiġi abbozzat mill-ġdid sabiex juri b'mod ċar li l-Membri mhux affiljati mhumiex rappreżentati b'mod kollettiv minn persuna waħda biss.

Emenda    81

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 5 – sottotitolu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Stadju tas-seduta plenarja

imħassar

Emenda    82

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 72

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 72

Artikolu 72

Test konġunt

Test konġunt

1.  Meta jintlaħaq ftehim dwar test konġunt fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, il-kwistjoni għandha titqiegħed fl-aġenda ta' seduta tal-Parlament li għandha ssir fi żmien sitt ġimgħat jew, jekk ikun hemm estensjoni, fi żmien tmien ġimgħat mid-data ta' l-approvazzjoni tat-test konġunt mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni.

1.  Meta jintlaħaq ftehim dwar test konġunt fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, il-kwistjoni għandha titqiegħed fl-aġenda ta' seduta tal-Parlament li għandha ssir fi żmien sitt ġimgħat jew, jekk ikun hemm estensjoni, fi żmien tmien ġimgħat mid-data tal-approvazzjoni tat-test konġunt mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni.

2.  Il-president jew membru ieħor nominat tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandu jagħmel stqarrija dwar it-test konġunt, u din għandha jkollha anness magħha rapport.

2.  Il-President jew membru ieħor nominat tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandu jagħmel stqarrija dwar it-test konġunt, u din għandu jkollha anness magħha rapport.

3.  Ma' tista' titressaq l-ebda emenda għat-test konġunt.

3.  Ma' tista' titressaq l-ebda emenda għat-test konġunt.

4.  Għandha tittieħed votazzjoni waħdanija fuq it-test konġunt sħiħ. It-test konġunt għandu jkun approvat jekk iġib il-maġġoranza tal-voti mitfugħa.

4.  Għandha tittieħed votazzjoni unikawaħdanija fuq it-test konġunt sħiħ. It-test konġunt għandu jkun approvat jekk iġib il-maġġoranza tal-voti mitfugħa.

5.  Meta ma jintlaħaq ebda ftehim dwar test konġunt fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, il-president jew membru ieħor nominat tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandhom jagħmlu stqarrija. Din l-istqarrija għandha tiġi segwita b'dibattitu.

5.  Meta ma jintlaħaq ebda ftehim dwar test konġunt fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, il-President jew membru ieħor nominat tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandhom jagħmlu stqarrija. Din l-istqarrija għandha tiġi segwita b'dibattitu.

 

5a.  Waqt il-proċedura ta' konċiljazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill li tiġi wara t-tieni qari, ma jistax ikun hemm referenza lura lill-kumitat.

 

5b.  L-Artikoli 49, 50 u 53 m'għandhomx japplikaw waqt it-tielet qari.

Ġustifikazzjoni

Paragrafu 5a (ġdid) jerġa' jiddaħħal hawnhekk mill-Artikolu 47(3) u l-paragrafu 5b (ġdid) mill-Artikolu 47(4).

Emenda    83

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 6 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

KAPITOLU 6

TAQSIMA 5

GĦELUQ TAL-PROĊEDURA LEĠISLATTIVA

GĦELUQ TAL-PROĊEDURA

Ġustifikazzjoni

Trid titressaq qabel l-Artikolu 78.

Emenda    84

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 3 – taqsima 3 (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

TAQSIMA 3

 

NEGOZJATI INTERISTITUZZJONALI MATUL IL-PROĊEDURA LEĠISLATTIVA ORDINARJA

 

(Taqsima 3 għandha tiddaħħal qabel it-Taqsima 4 dwar il-Konċiljazzjoni u t-tielet qari u għandu jkun fiha l-Artikolu 73, kif emendat, u l-Artikolu 73a sa 73d).

Emenda    85

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 73

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 73

Artikolu 73

Negozjati interistituzzjonali fi proċeduri leġislattivi

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.  Negozjati mal-istituzzjonijiet l-oħrajn bil-għan li tintlaħaq ftehima waqt proċedura leġislattiva għandhom jitwettqu filwaqt li jitqies il-Kodiċi ta' Mġiba stipulat mill-Konferenza tal-Presidenti10.

Negozjati mal-istituzzjonijiet l-oħrajn bil-għan li tintlaħaq ftehima waqt proċedura leġislattiva jistgħu jitwettqu biss wara deċiżjoni meħuda skont l-Artikoli 73a sa 73c, jew wara riferiment lura lill-Parlament għal negozjati interistituzzjonali. Tali negozjati għandhom jitwettqu filwaqt li jitqies il-Kodiċi ta' Mġiba stipulat mill-Konferenza tal-Presidenti10.

2.  Tali negozjati m'għandhomx jinbdew qabel l-adozzjoni mill-kumitat responsabbli, fuq bażi ta' każ b'każ għal kull proċedura leġislattiva kkonċernata u, b'maġġoranza tal-membri tiegħu, ta’ deċiżjoni dwar il-ftuħ tan-negozjati. Dik id-deċiżjoni għandha tiddetermina l-mandat u l-kompożizzjoni tat-tim tan-negozjati. Tali deċiżjonijiet għandhom jiġu nnotifikati lill-President, li għandu jżomm il-Konferenza tal-Presidenti infurmata fuq bażi regolari.

 

Il-mandat għandu jikkonsisti f’rapport adottat fil-kumitat u mqiegħed fuq il-Mejda għal eżami ulterjuri mill-Parlament. Bħala eċċezzjoni, meta l-kumitat responsabbli jqis li jkun debitament ġustifikat li wieħed jidħol f'negozjati qabel l-adozzjoni ta' rapport fil-kumitat, il-mandat jista’ jikkonsisti f'sett ta' emendi jew f’sett ta’ objettivi, prijoritajiet jew orjentazzjonijiet definiti b'mod ċar.

 

3.  It-tim tan-negozjati għandu jitmexxa mir-rapporteur u għandu jiġi ppresedut mill-President tal-kumitat responsabbli jew minn Viċi President innominat mill-President. Għandu jinkludi għall-inqas ix-shadow rapporteurs minn kull grupp politiku.

 

4.  Kwalunkwe dokument maħsub biex jiġi diskuss f’laqgħa mal-Kunsill u l-Kummissjoni (“trilogu”) għandu jieħu l-forma ta’ dokument li jindika l-pożizzjonijiet rispettivi tal-istituzzjonijiet involuti u s-soluzzjonijiet ta’ kompromess possibbli u għandu jiġi ċċirkolat mat-tim tan-negozjati għall-inqas 48 siegħa, jew f’każijiet ta’ urġenza għall-inqas 24 siegħa, qabel it-trilogu inkwistjoni.

 

Wara kull trilogu, it-tim tan-negozjati għandu jirrapporta lura lil-laqgħa sussegwenti tal-kumitat responsabbli. Id-dokumenti li jirriflettu l-eżitu tal-aħħar trilogu għandhom ikunu disponibbli għall-kumitat.

 

Meta ma jkunx fattibbli li tissejjaħ laqgħa tal-kumitat b'mod f'waqtu, it-tim tan-negozjati għandu jirrapporta lura lill-President, lix-shadow rapporteurs u lill-koordinaturi tal-kumitat, kif xieraq.

 

Il-kumitat responsabbli jista' jaġġorna l-mandat fid-dawl tal-progress tan-negozjati.

 

5.  Jekk in-negozjati jwasslu għal kompromess, il-kumitat responsabbli għandu jkun infurmat mingħajr dewmien. It-test miftiehem għandu jiġi ppreżentat lill-kumitat responsabbli biex jeżaminah. Jekk jiġi approvat fil-kumitat, it-test miftiehem għandu jitqiegħed fuq il-Mejda sabiex jiġi eżaminat mill-Parlament fil-forma xierqa, inklużi l-emendi ta’ kompromess. Jista’ jiġi ppreżentat bħala test konsolidat sakemm ikun juri b’mod ċar il-modifiki għall-proposta għal att leġislattiv li tkun qed tiġi eżaminata.

 

6.  Meta l-proċedura tinvolvi kumitat jew kumitati assoċjati jew laqgħat konġunti tal-kumitati, l-Artikoli 54 u 55 għandhom japplikaw għad-deċiżjoni dwar il-ftuħ tan-negozjati u għall-mod kif jitmexxew dawn in-negozjati.

 

F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-kumitati kkonċernati, il-modalitajiet għall-ftuħ tan-negozjati u għat-tmexxija ta’ tali negozjati għandhom jiġu ddeterminati mill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati b’konformità mal-prinċipji stabbiliti f’dawk l-Artikoli.

 

__________________

__________________

10 Ara l-Anness XX.

10 Kodiċi ta' Mġiba għal negozjar fil-kuntest tal-proċedura leġislattiva ordinarja.

Emenda    86

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 73a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 73a

 

Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament

 

1.   Meta l-kumitat ikun adotta rapport leġislattiv skont l-Artikolu 49, huwa jista' jiddeċiedi, permezz tal-maġġoranza tal-membri tiegħu, li jidħol f'negozjati abbażi ta' dak ir-rapport.

 

2.   Id-deċiżjonijiet biex jibdew negozjati għandhom jitħabbru fil-bidu tas-sessjoni parzjali li ssegwi l-adozzjoni tagħhom fil-kumitat. Sa tmiem il-jum ta' wara t-tħabbira fil-Parlament, gruppi politiċi jew membri individwali, li flimkien jammontaw għal mhux inqas minn wieħed minn kull għaxar Membri tal-Parlament, jistgħu jitolbu bil-miktub li deċiżjoni ta' kumitat li tkun se tidħol f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni. Il-Parlament għandu jivvota fuq dawn it-talbiet matul l-istess sessjoni parzjali.

 

Jekk ma ssir l-ebda talba sad-data tal-iskadenza stipulata fis-subparagrafu 1, il-President għandu jinforma lill-Parlament li dan huwa l-każ. Jekk issir talba, il-President jista', immedjatament qabel il-votazzjoni, jagħti d-dritt tal-kelma lil kelliem wieħed favur u kelliem wieħed kontra. Kull kelliem jista' jagħmel diskors ta' mhux aktar minn żewġ minuti.

 

3.   Jekk il-Parlament jirrifjuta d-deċiżjoni tal-kumitat li jidħol f'negozjati, l-abbozz ta' att leġislattiv u r-rapport tal-kumitat responsabbli għandhom jitqiegħdu fl-aġenda tas-sessjoni parzjali ta' wara, u l-President għandu jistabbilixxi skadenza għat-tressiq ta' emendi. L-Artikolu 59(1b) għandu japplika.

 

4.  In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun skadiet l-iskadenza stipulata fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 mingħajr talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati. Jekk din it-talba tkun saret, in-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe żmien wara li d-deċiżjoni tal-kumitat biex jidħol f'negozjati tkun ġiet approvata fil-Parlament.

Ġustifikazzjoni

Il-korrezzjoni tinvolvi t-tħassir ta' dawn l-aħħar kliem tal-paragrafu 4 tal-emenda 263, peress li l-maġġoranza msemmija hija normali u m'hemmx għalfejn tiġi speċifikata. Hija tbiddel ukoll il-kliem "votazzjoni plenarja" għal "votazzjoni fil-Parlament" fil-paragrafu 4.

Emenda    87

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 73b (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 73b

 

Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Kunsill

 

Fejn il-Parlament ikun adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, din għandha tikkostitwixxi l-mandat għal kwalunkwe negozjati ma' istituzzjonijiet oħra. Il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi, b'maġġoranza tal-membri tiegħu, li jidħol f'negozjati fi kwalunkwe ħin wara dan. Deċiżjonijiet bħal dawn għandhom jitħabbru fil-Parlament matul is-sessjoni parzjali wara l-votazzjoni fil-kumitat u referenza għalihom għandha tiġi inkluża fil-minuti.

Emenda    88

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 73c (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 73c

 

Negozjati qabel it-tieni qari tal-Parlament

 

Meta l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tkun ġiet riferuta lill-kumitat responsabbli, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari għandha, soġġetta għall-Artikolu 69, tikkostitwixxi l-mandat għal kwalunkwe negozjati ma' istituzzjonijiet oħrajn; Il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li jidħol f'negozjati fi kwalunkwe ħin sussegwenti.

 

Meta l-pożizzjoni tal-Kunsill tkun tinkludi elementi li ma jkunux koperti mill-abbozz tal-att leġislattiv jew mill-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari, il-kumitat jista' jadotta linji gwida, inkluż fil-forma ta' emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill, għat-tim tan-negozjati.

Emenda    89

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 73d (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 73d

 

Tmexxija tan-negozjati

 

1.   It-tim tan-negozjati tal-Parlament għandu jitmexxa mir-rapporteur u għandu jiġi ppresedut mill-President tal-kumitat responsabbli jew minn Viċi President innominat mill-President. Għandu jinkludi għall-inqas ix-shadow rapporteurs minn kull grupp politiku li jixtieq jipparteċipa.

 

2.   Kull dokument maħsub għad-diskussjoni f'laqgħa mal-Kunsill u mal-Kummissjoni ("trilogu") għandu jitqassam mat-tim tan-negozjati tal-anqas 48 siegħa qabel, jew f'każijiet ta' urġenza tal-anqas 24 siegħa qabel it-trilogu kkonċernat.

 

3.   Wara kull trilogu, il-President tat-tim tan-negozjati u r-Rapporteur, f'isem it-tim tan-negozjati, għandhom jirrapportaw lura għal-laqgħa li jmiss tal-kumitat responsabbli.

 

Meta ma jkunx fattibbli li tissejjaħ laqgħa tal-kumitat b'mod f'waqtu, il-President tat-tim tan-negozjati u r-Rapporteur, f'isem it-tim tan-negozjati, għandhom jirrapportaw lura għal laqgħa tal-koordinaturi tal-kumitat.

 

4.   Jekk in-negozjati jwasslu għal ftehim proviżorju, il-kumitat responsabbli għandu jkun infurmat mingħajr dewmien. Id-dokumenti li jirriflettu l-eżitu tal-aħħar trilogu għandhom ikunu disponibbli għall-kumitat u jiġu ppubblikati. Il-ftehim proviżorju għandu jitressaq lill-kumitat responsabbli, li għandu jiddeċiedi permezz ta' votazzjoni unika b'maġġoranza tal-voti mitfugħin. Jekk jiġi approvat, għandu jitressaq għall-eżami mill-Parlament, fi preżentazzjoni li turi b'mod ċar il-modifiki li jkunu saru fl-abbozz ta' att leġislattiv.

 

5.   F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-kumitati kkonċernati skont l-Artikoli 54 u 55, ir-regoli ddettaljati għall-ftuħ tan-negozjati u għat-tmexxija ta' tali negozjati għandhom jiġu ddeterminati mill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati b'konformità mal-prinċipji stabbiliti f'dawk l-Artikoli.

Emenda    90

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 74

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 74

imħassar

Approvazzjoni ta' deċiżjoni dwar il-ftuħ ta' negozjati interistituzzjonali qabel l-adozzjoni ta' rapport fil-kumitat

 

1.  Kwalunkwe deċiżjoni minn kumitat dwar il-ftuħ tan-negozjati qabel l-adozzjoni ta' rapport fil-kumitat għandha tiġi tradotta fil-lingwi uffiċjali kollha, għandha titqassam lill-Membri kollha tal-Parlament u għandha tiġi ppreżentata lill-Konferenza tal-Presidenti.

 

Fuq talba ta’ grupp politiku, il-Konferenza tal-Presidenti tista’ tiddeċiedi li tinkludi l-punt, biex jiġi eżaminat b’dibattitu u votazzjoni, fl-abbozz tal-aġenda tas-sessjoni parzjali ta’ wara t-tqassim tad-deċiżjoni, f’liema każ il-Parlament għandu jistabbilixxi skadenza għat-tqegħid ta' emendi fuq il-Mejda.

 

Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-Konferenza tal-Presidenti biex il-punt jiġi inkluż fl-abbozz tal-aġenda ta’ dik is-sessjoni parzjali, id-deċiżjoni dwar il-ftuħ tan-negozjati għandha titħabbar mill-President waqt il-ftuħ ta’ dik is-sessjoni parzjali.

 

2.  Il-punt għandu jiġi inkluż fl-abbozz ta’ aġenda għas-sessjoni parzjali ta' wara t-tħabbir tad-deċiżjoni għal eżami b'dibattitu u votazzjoni, u l-President għandu jistabbilixxi skadenza għat-tressiq ta' emendi meta grupp politiku jew għall-inqas 40 Membru jitolbu dan fi żmien 48 siegħa wara t-tħabbir tad-deċiżjoni.

 

Inkella, id-deċiżjoni dwar il-ftuħ tan-negozjati għandha titqies approvata.

 

Emenda    91

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 75

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 75

Artikolu 63a

Ftehim fl-ewwel qari

Ftehim fl-ewwel qari

Meta, skond l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill ikun għarraf lill-Parlament li jkun approva l-pożizzjoni tal-Parlament, il-President, wara l-finalizzazzjoni skont l-Artikolu 193, għandu jħabbar fil-Parlament li l-proposta tkun ġiet adottata bil-formulazzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-Parlament.

Meta, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill ikun għarraf lill-Parlament li jkun approva l-pożizzjoni tal-Parlament, il-President, wara l-finalizzazzjoni skont l-Artikolu 193, għandu jħabbar fil-Parlament li l-att leġislattiv ikun ġie adottat bil-formulazzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-Parlament.

 

(Dan l-Artikolu għandu jitmexxa lejn tmiem it-Taqsima 1 dwar l-ewwel qari.)

Ġustifikazzjoni

Għandha titressaq fi tmiem it-taqsima 1 hawn fuq, waqt l-ewwel qari

Emenda    92

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 76

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 76

Artikolu 69a

Ftehim fit-tieni qari.

Ftehim fit-tieni qari.

Meta ebda mozzjoni għaċ-ċaħda tal-pożizzjoni tal-Kunsill, u ebda emendi għal dik il-pożizzjoni ma jiġu adottati skond l-Artikolu 68 u 69 fiż-żmien stabbilit għat-tqegħid fuq il-Mejda u t-teħid ta' vot fuq l-emendi jew fuq proposti għaċ-ċaħda, il-President għandu jħabbar fil-Parlament li l-att propost ġie adottat b'mod aħħari. Huwa għandu, flimkien mal-President tal-Kunsill, jiffirma l-att propost u jagħmel arranġamenti għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, skond l-Artikolu 78.

Meta ebda proposta għaċ-ċaħda tal-pożizzjoni tal-Kunsill, u ebda emenda għal dik il-pożizzjoni ma jkunu tqiegħdu fuq il-Mejda skont l-Artikoli 67a u 69 fiż-żmien stabbilit għat-tqegħid fuq il-Mejda u t-teħid ta' vot fuq l-emendi jew fuq proposti għaċ-ċaħda, il-President għandu jħabbar fil-Parlament li l-att propost ġie adottat b'mod aħħari.

 

(Dan l-Artikolu għandu jitmexxa lejn tmiem it-Taqsima 2 waqt it-tieni qari.)

Ġustifikazzjoni

Il-kontenut tal-aħħar sentenza jitressaq fl-Artikolu 78.

Emenda    93

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 77

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 77

imħassar

Rekwiżiti għat-tfassil ta' atti leġislattivi

 

1.  Atti adottati b'mod konġunt mill-Parlament u l-Kunsill skond il-proċedura leġislattiva ordinarja għandhom juru x-xorta ta' l-att rilevanti u jkunu segwiti min-numru tas-serje, mid-data ta' adozzjoni u b'turija ta' xi jkun is-suġġett.

 

2.  atti adottati b'mod konġunt mill-Parlament u l-Kunsill għandhom jinkludu dan li ġej:

 

(a) 'Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea';

 

(b) referenza għad-disposizzjonijiet li taħthom l-att ikun ġie adottat, preċeduta mill-kelmiet 'Wara li kkunsidraw';

 

(c) ċitazzjoni li jkun fiha referenza għall-proposti ppreżentati, opinjonijiet miksuba u konsultazzjonijiet imwettqa;

 

(d) stqarrija tal-ġustifikazzjonijiet li fuqhom ikun ibbażat l-att, introdotta bil-kelma 'billi';

 

(e) frażi bħal 'adottaw dan ir-Regolament' jew 'adottaw din id-Direttiva' jew 'adottaw din id-Deċiżjoni' jew 'iddeċidew kif ġej', segwita mit-test ta' l-att.

 

3.  L-atti għandhom ikunu maqsumin f'artikoli, u jekk ikun il-każ miġbura f'kapitoli u f'taqsimiet.

 

4.  L-aħħar artikolu ta' att għandu jispeċifika id-data tad-dħul fis-seħħ, meta dik id-data tkun taħbat qabel jew wara l-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni.

 

5.  L-aħħar artikol u tal-att għandu jkun segwit minn:

 

formulazzjoni xierqa, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati, fir-rigward tal-applikabilità tiegħu;

 

'Magħmul …', segwita mid-data li fiha l-att ġie adottat;

 

'Għall-Parlament Ewropew il-President', 'Għall-Kunsill il-President', segwiti mill-isem tal-President tal-Parlament u tal-President tal-Kunsill li jkun fil-kariga meta l-att ikun adottat.

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu għandu jitħassar minn hawnhekk u jsir Anness għar-Regoli. Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill fihom dispożizzjonijiet simili f'anness u mhux fit-test innifsu. Regoli dettaljati dwar l-abbozzar ta' atti leġislattivi ġew miftehma bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni fuq livell amministrattiv (b'mod partikolari fil-Gwida Prattika Komuni għall-persuni involuti fl-abbozzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea).

Emenda    94

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 78

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 78

Artikolu 78

Iffirmar ta' atti adottati

Iffirmar u pubblikazzjoni ta' atti adottati

Wara li t-test adottat skont l-Artikolu 193 jkun ġie ffinalizzat u ladarba jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha jkunu ntemmew kif jixraq, l-atti adottati skont il-proċedura leġislattiva ordinarja għandhom jiġu ffirmati mill-President u s-Segretarju Ġenerali u għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarji Ġenerali tal-Parlament u tal-Kunsill.

Wara li t-test adottat skont l-Artikolu 193 u l-Anness XVIa jkun ġie ffinalizzat u ladarba jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha jkunu ntemmew kif jixraq, l-atti adottati skont il-proċedura leġislattiva ordinarja għandhom jiġu ffirmati mill-President u s-Segretarju Ġenerali.

 

Is-Segretarji Ġenerali tal-Parlament u tal-Kunsill imbagħad għandhom jagħmlu l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Il-bidla għandha l-għan li tistabbilixxi l-bażi legali għall-Anness il-ġdid maħluq bit-test tal-Artikolu 77 attwali.

Emenda    95

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 4 (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

KAPITOLU 4

 

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-PROĊEDURA TA' KONSULTAZZJONI

 

(Dan għandu jiġi introdott wara l-Artikolu 78)

Ġustifikazzjoni

Il-korrezzjoni tirrigwarda biss it-titolu tal-Kapitolu 4 sabiex tiġi evitata l-impressjoni li dan il-kapitolu jistabbilixxi l-proċeduri kollha għall-proċedura ta' konsultazzjoni.

Emenda    96

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 78a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 78a

 

Proposta modifikata għal att legalment vinkolanti

 

Jekk il-Kummissjoni biħsiebha tibdel jew timmodifika l-proposta tagħha għal att legalment vinkolanti, il-kumitat responsabbli jista' jipposponi l-eżami tal-każ sakemm jirċievi l-proposta l-ġdida jew l-emendi tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni hija l-Artikolu 57(1) attwali u l-bidliet issuġġeriti għandhom l-għan li jissimplifikaw it-test.

Emenda    97

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 78b (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 78b

 

Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi

 

Qabel ma jgħaddi għall-votazzjoni finali dwar proposta għal att legalment vinkolanti, il-kumitat responsabbli jista' jitlob lill-Kummissjoni biex tiddikjara l-pożizzjoni tagħha dwar l-emendi kollha għall-proposta adottati mill-kumitat.

 

Jekk ikun il-każ, dik il-pożizzjoni għandha tiġi inkluża fir-rapport.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni hija attwalment fl-Artikolu 58 u l-bidliet issuġġeriti għandhom l-għan li jissimplifikaw it-test.

Emenda    98

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 78c (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 78c

 

Votazzjoni fil-Parlament

 

L-Artikolu 59 (-1), (1), (1b) u (1c) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Emenda    99

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 78d (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 78d

 

Segwitu għall-pożizzjoni tal-Parlament

 

1.  Fiż-żmien li jiġi wara li l-Parlament ikun adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar abbozz ta' att legalment vinkolanti, il-President u r-rapporteur tal-kumitat responsabbli għandhom isegwu l-progress ta' dak l-abbozz ta' att fil-kors tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni tagħha mill-Kunsill, b'mod partikolari sabiex jiżguraw li kwalunkwe impenn meħud mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni lejn il-Parlament fir-rigward tal-pożizzjoni tiegħu jkun osservat kif jixraq. Huma għandhom jirrappurtaw lura lill-kumitat regolarment.

 

2.  Il-kumitat responsabbli jista' jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jiddiskuti l-kwistjoni magħhom.

 

3.  F'kull stadju tal-proċedura ta' segwitu il-kumitat responsabbli jista', jekk iqis li jkun meħtieġ, iqiegħed fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni li tirrakkomanda li l-Parlament:

 

  jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirtira l-proposta tagħha,

 

  jitlob lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill biex jirreferu l-kwistjoni mill-ġdid lill-Parlament skont l-Artikolu 78e, jew jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta ġdida, jew

 

  jiddeċiedi li jieħu kull azzjoni oħra li jqis li tkun xierqa.

 

Din il-mozzjoni għandha titqiegħed fl-abbozz tal-aġenda tas-sessjoni parzjali li taħbat wara l-adozzjoni tal-mozzjoni mill-kumitat.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni tmexxiet hawn mill-Artikolu 62 attwali.

Emenda    100

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 78e (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 78e

 

Riferiment mill-ġdid lill-Parlament

 

1.  Fuq talba tal-kumitat responsabbli, il-President għandu jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsulta lill-Parlament fl-istess ċirkustanzi u bl-istess kundizzjonijiet stipulati fil-Artikolu 63(1), kif ukoll meta l-Kunsill jemenda jew ikollu l-ħsieb li jemenda b'mod sostanzjali l-abbozz ta' att legalment vinkolanti li dwaru l-Parlament kien oriġinarjament ta l-pożizzjoni tiegħu, ħlief meta dan isir sabiex jiddaħħlu l-emendi tal-Parlament.

 

2.  Il-President għandu wkoll jitlob li abbozz ta' att legalment vinkolanti jerġa' jitressaq quddiem il-Parlament fiċ-ċirkustanzi stabbiliti f'dan l-Artikolu meta l-Parlament jiddeċiedi hekk dwar proposta minn grupp politiku jew minn mhux inqas minn 40 Membru.

Ġustifikazzjoni

Il-Paragrafu 1 jitmexxa hawn mill-Artikolu 63(3), filwaqt li l-Paragrafu 2 jitmexxa mill-Artikolu 63(4).

Emenda    101

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 7 – enumerazzjoni

Test fis-seħħ

Emenda

KAPITOLU 7

KAPITOLU 5

AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI

AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI

Ġustifikazzjoni

Il-Kapitolu 7 se jsir il-Kapitolu 5

Emenda    102

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 81

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 81

Artikolu 81

Trattati ta' adeżjoni

Trattati ta' adeżjoni

1.  Kull applikazzjoni minn xi Stat Ewropew sabiex isir membru tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi referuta lill-kumitat responsabbli biex tkun meqjusa.

1.  Kull applikazzjoni minn xi Stat Ewropew sabiex isir membru tal-Unjoni Ewropea bi qbil mal-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandha tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli biex tkun meqjusa.

2.  Il-Parlament jista' jiddeċiedi, fuq proposta tal-kumitat responsabbli, ta' xi grupp politiku jew ta' mhux inqas minn erbgħin Membru, li jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jieħdu sehem f'dibattitu qabel ma jibdew in-negozjati ma' l-Istat applikant.

2.  Il-Parlament jista' jiddeċiedi, fuq proposta tal-kumitat responsabbli, ta' xi grupp politiku jew ta' mhux inqas minn erbgħin Membru, li jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jieħdu sehem f'dibattitu qabel ma jibdew in-negozjati mal-Istat applikant.

3.  Matul in-negozjati l-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jgħarrfu lill-kumitat responsabbli regolarment u bis-sħiħ dwar il-progress fin-negozjati u, jekk ikun meħtieġ, dan it-tagħrif għandu jingħata b'mod kunfidenzjali.

3.  Il-kumitat responsabbli għandu jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jipprovduh b'informazzjoni sħiħa u regolari dwar il-progress tan-negozjati u, jekk ikun meħtieġ, dan it-tagħrif għandu jingħata b'mod kunfidenzjali.

4.  Fi kwalunkwe stadju tan-negozjati, l-Parlament jista', fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli, jadotta rakkomandazzjonijiet u jitlob li dawn jitqiesu qabel jiġi konkluż xi trattat għall-adeżjoni ta' Stat applikant fl-Unjoni Ewropea.

4.  Fi kwalunkwe stadju tan-negozjati, l-Parlament jista', fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli, jadotta rakkomandazzjonijiet u jitlob li dawn jitqiesu qabel jiġi konkluż xi trattat għall-adeżjoni ta' Stat applikant fl-Unjoni Ewropea.

5.  Meta jitlestew in-negozjati, imma qabel ma jiġi ffirmat kwalunkwe ftehim, l-abbozz tal-ftehim għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 99.

5.  Meta jitlestew in-negozjati, imma qabel ma jiġi ffirmat kwalunkwe ftehim, l-abbozz tal-ftehim għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 99. Bi qbil mal-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-approvazzjoni tal-Parlament għandha tirrikjedi l-voti ta' maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Il-kliem użat huwa adattat f'paragrafu 3 sabiex tiġi evitata stqarrija unilaterali fir-Regoli interni tal-Parlament Ewropew dwar x'għandhom jagħmlu Istituzzjonijiet oħra.

Emenda    103

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 83

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 83

Artikolu 83

Ksur ta' prinċipji findamentali minn Stat Membru

Ksur ta' prinċipji u valuri fundamentali minn Stat Membru

1.  Il-Parlament jista', fuq il-bażi ta' rapport speċifiku tal-kumitat responsabbli mfassal skont l-Artikoli 45 u 52:

1.  Il-Parlament jista', fuq il-bażi ta' rapport speċifiku tal-kumitat responsabbli mfassal skont l-Artikoli 45 u 52:

(a) jivvota fuq proposta motivata li titlob lill-Kunsill biex jaġixxi skond l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(a) jivvota fuq proposta motivata li titlob lill-Kunsill biex jaġixxi skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(b) jivvota fuq proposta li titlob lill-Kummissjoni jew lill-Istati Membri sabiex iressqu proposta skond l-Artikolu 7(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(b) jivvota fuq proposta li titlob lill-Kummissjoni jew lill-Istati Membri sabiex iressqu proposta skont l-Artikolu 7(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(c) jivvota fuq proposta li titlob lill-Kunsill sabiex jaġixxi skond l-Artikolu 7(3) jew, sussegwentement, skond l-Artikolu 7(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(c) jivvota fuq proposta li titlob lill-Kunsill sabiex jaġixxi skont l-Artikolu 7(3) jew, sussegwentement, skont l-Artikolu 7(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

2.  Kull talba mill-Kunsill għal approvazzjoni ta' proposta ppreżentata skont l-Artikolu 7(1) u (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien mal-osservazzjonijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat għandhom jitħabbru lill-Parlament u jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 99. Ħlief fil-każ ta' ċirkustanzi urġenti u ġustifikati, il-Parlament għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu fuq proposta mill-Kumitat responsabbli.

2.  Kull talba mill-Kunsill għal approvazzjoni ta' proposta ppreżentata skont l-Artikolu 7(1) u (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien mal-osservazzjonijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat għandhom jitħabbru lill-Parlament u jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 99. Ħlief fil-każ ta' ċirkustanzi urġenti u ġustifikati, il-Parlament għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu fuq proposta mill-Kumitat responsabbli.

3.  Deċiżjonijiet skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu jeħtieġu maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħa, li tkun tikkostitwixxi l-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament.

3.  Bi qbil mal-Artikolu 354 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, deċiżjonijiet skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu jeħtieġu maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħa, li tkun tikkostitwixxi l-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament.

4.  Il-kumitat responsabbli jista' jippreżenta mozzjoni għal riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni, bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza ta' Presidenti. Dik il-mozzjoni għal riżoluzzjoni għandha turi l-fehmiet tal-Parlament dwar xi ksur serju minn xi Stat Membru, dwar is-sanzjonijiet xierqa u dwar kif dawk is-sanzjonijiet jiġu mibdula jew revokati.

4.  Il-kumitat responsabbli jista' jippreżenta mozzjoni għal riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni, bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza ta' Presidenti. Dik il-mozzjoni għal riżoluzzjoni għandha turi l-fehmiet tal-Parlament dwar xi ksur serju minn xi Stat Membru, dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu u dwar kif dawk il-miżuri jiġu mibdula jew revokati.

5.  Il-kumitat responsabbli għandu jiżgura li l-Parlament ikun infurmat b'mod sħiħ u, fejn ikun meħtieġ, li jintalab jagħti l-fehmiet tiegħu dwar il-miżuri li jsegwu l-approvazzjoni tiegħu mogħtija skont il-paragrafu 3. Il-Kunsill għandu jkun mistieden sabiex jispjega l-iżviluppi skont kif ikun xieraq. Fuq proposta mill-kumitat responsabbli, mħejjija bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament jista' jadotta rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill.

5.  Il-kumitat responsabbli għandu jiżgura li l-Parlament ikun infurmat b'mod sħiħ u, fejn ikun meħtieġ, jintalab jagħti l-fehmiet tiegħu dwar il-miżuri li jsegwu l-approvazzjoni tiegħu mogħtija skont il-paragrafu 3. Il-Kunsill għandu jkun mistieden sabiex jispjega l-iżviluppi skont kif ikun xieraq. Fuq proposta mill-kumitat responsabbli, imħejjija bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament jista' jadotta rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Il-bidla fil-paragrafu 4 għandha l-għan li tallinja l-kliem użat mat-Trattat (l-Artikolu 7 TUE billi juża "miżuri" mhux "sanzjonijiet").

Emenda    104

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 84

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 84

Artikolu 84

Kompożizzjoni tal-Parlament

Kompożizzjoni tal-Parlament

F'ħin xieraq qabel it-tmiem ta' leġislatura, il-Parlament jista', fuq il-bażi ta' rapport imfassal mill-kumitat responsabbli tiegħu skont l-Artikolu 45, jagħmel proposta biex tinbidel il-kompożizzjoni tiegħu. L-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament għandu jkun eżaminat skont l-Artikolu 99.

F'ħin xieraq qabel it-tmiem ta' leġislatura, il-Parlament jista', fuq il-bażi ta' rapport imfassal mill-kumitat responsabbli tiegħu skont l-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 45 u l-Artikolu 52, jagħmel proposta biex tinbidel il-kompożizzjoni tiegħu. L-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament għandu jkun eżaminat skont l-Artikolu 99.

Ġustifikazzjoni

Bħal fl-Artikoli l-oħrajn ta' dan il-Kapitolu, hija meħtieġa referenza għall-artikolu relevanti tat-Trattat (Artikolu 14(2) TUE) għax dan huwa l-bażi għall-inizjattiva tal-Parlament.

Emenda    105

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 85

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 85

Artikolu 85

Kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri

Kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri

1.  Talbiet għall-introduzzjoni ta' koperazzjoni msaħħa bejn Stati Membri skont l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom jitressqu mill-President quddiem il-Kumitat responsabbli biex jitqiesu. L-Artikoli 39, 41, 43, 47, 57 sa 63 u 99 għandhom japplikaw kif jixraq.

1.  Talbiet għall-introduzzjoni ta' koperazzjoni msaħħa bejn Stati Membri skont l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom jitressqu mill-President quddiem il-Kumitat responsabbli biex jitqiesu. Għandu japplika l-Artikolu 99.

2.  Il-kumitat responsabbli għandu jivverifika l-konformità mal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-Artikoli 326 sa 334 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.  Il-kumitat responsabbli għandu jivverifika l-konformità mal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-Artikoli 326 sa 334 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3.  Atti sussegwenti proposti taħt reġim ta' koperazzjoni msaħħa, malli dan ikun stabbilit, għandhom ikunu trattati mill-Parlament skond l-istess proċeduri bħal meta l-koperazzjoni msaħħa ma tkunx tapplika. Għandu japplika l-Artikolu 47.

3.  Atti sussegwenti proposti taħt reġim ta' koperazzjoni msaħħa, malli dan ikun stabbilit, għandhom ikunu trattati mill-Parlament skont l-istess proċeduri bħal meta l-koperazzjoni msaħħa ma tkunx tapplika. Għandu japplika l-Artikolu 47.

Ġustifikazzjoni

Diversi referenzi tħassru għax mhux meħtieġa jew huma superfluwi (ir-referenza għal Artikoli 57 sa 63 dwar l-ewwel qari, u r-referenza għall-Artikoli 39, 41, 43 u 47 huma superfluwi). Fir-rigward tal-proċedura ta' approvazzjoni, din hija normalment irregolata mill-Artikolu 99 biss.

Emenda    106

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 8 – enumerazzjoni

Test fis-seħħ

Emenda

KAPITOLU 8

KAPITOLU 6

PROĊEDURI TAL-BAĠIT

PROĊEDURI TAL-BAĠIT

Emenda    107

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 86

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 86

Artikolu 86

Il-Qafas finanzjarju plurijennali

Il-Qafas finanzjarju pluriennali

Fejn il-Kunsill jitlob l-approvazzjoni tal-Parlament għall-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju plurijennali, il-kwistjoni għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 99. L-approvazzjoni tal-Parlament għandha tkun teħtieġ il-voti tal-maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu.

Fejn il-Kunsill jitlob l-approvazzjoni tal-Parlament għall-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali, il-kwistjoni għandha tkun trattata skont l-Artikolu 99. Skont l-Artikolu 312(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-approvazzjoni tal-Parlament għandha tkun teħtieġ il-voti tal-maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu.

Emenda    108

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 86a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 86a

 

Proċedura baġitarja annwali

 

Il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li jfassal rapport li jitqies xieraq rigward il-baġit, wara li jkun ikkunsidra l-Anness għall-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja soda1a.

 

Kull kumitat jista' jagħti opinjoni fiż-żmien stipulat mill-kumitat responsabbli.

 

___________________

 

1a ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Il-bidla tipproponi li jitħassar l-Artikolu 87 attwali u jiġi sostitwit b'Artikolu ġdid dwar il-proċedura baġitarja annwali.

Emenda    109

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 87

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 87

imħassar

Dokumenti ta' ħidma

 

1.  Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għall-Membri:

 

(a) l-abbozz tal-baġit ippreżentat mill-Kummissjoni;

 

(b) ġabra fil-qosor mill-Kunsill tad-deliberazzjonijiet tiegħu dwar l-abbozz tal-baġit;

 

(c) il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit imfassal skont l-Artikolu 314(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

 

(d) kull abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-qsim proviżorju fi tnax-il parti skont l-Artikolu 315 tat-Trattat dwar l-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

 

2.  Dawk id-dokumenti għandhom ikunu rreferuti lill-kumitat responsabbli. Kull kumitat ikkonċernat jista' jagħti l-opinjoni tiegħu.

 

3.  Jekk kumitati oħra jkunu jixtiequ jagħtu opinjoni, il-President għandu jistabbilixxi żmien sa meta dawn l-opinjonijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-kumitat responsabbli.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda    110

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 88

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 88

Artikolu 88

Kunsiderazzjoni tal-abbozz tal-baġit - l-ewwel fażi

Pożizzjoni tal-Parlament dwar l-abbozz tal-baġit

1.  Bla ħsara għall-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt, kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda u jitkellem favur abbozzi ta' emendi għall-abbozz tal-baġit.

1.  Emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit jistgħu jitressqu lill-kumitat responsabbli minn Membri individwali.

 

Emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill jistgħu jitressqu fil-Parlament minn mill-inqas 40 Membru jew f'isem kumitat jew grupp politiku.

2.  L-abbozzi ta' emendi għandhom ikunu ammissibbli biss jekk jiġu ppreżentati bil-miktub, ikunu ffirmati minn mhux inqas minn erbgħin Membru jew jitqiegħdu fuq il-Mejda f'isem grupp politiku jew kumitat, ikunu jindikaw it-titolu tal-baġit li għalih jirreferu u jkunu jiżguraw li jinżamm bilanċ bejn id-dħul u l-infiq. L-abbozzi ta' emendi għandhom jinkludu t-tgħrif rilevanti kollu dwar ir-rimarki li għandhom jitniżżlu ħdejn it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

2.  L-emendi għandhom jitressqu u jiġu ġġustifikati bil-miktub, għandhom jinkludu l-firma tal-awturi tagħhom u jispeċifikaw il-linja baġitarja li jirreferu għaliha.

L-abbozzi ta’ emendi kollha għall-abbozz tal-baġit għandhom ikunu ġustifikati bil-miktub.

 

3.  Il-President għandu jiffissa l-limitu ta' żmien għat-tqegħid fuq il-Mejda ta' abbozzi ta' emendi.

3.  Il-President għandu jiffissa l-limitu ta' żmien għat-tqegħid fuq il-Mejda ta' abbozzi ta' emendi.

4.  Il-kumitat responsabbli għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar it-testi ppreżentati qabel ma jiġu diskussi fil-Parlament.

4.  Il-kumitat responsabbli għandu jivvota dwar l-emendi qabel ma jiġu diskussi fil-Parlament.

M'għandux jittieħed vot fil-Parlament fuq abbozzi ta' emendi li jiġu miċħuda mill-kumitat responsabbli ħlief jekk issir talba bil-miktub għal dan minn kumitat jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru, qabel ma jiskadi ż-żmien iffissat mill-President; din l-iskadenza m'għandha fl-ebda każ tkun ta' anqas minn 24 siegħa qabel ma tibda l-votazzjoni.

4a.   Jista' jittieħed vot fuq emendi li jitressqu fil-Parlament li jiġu miċħuda mill-kumitat responsabbli unikament jekk issir talba bil-miktub għal dan minn kumitat jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru, qabel ma jiskadi ż-żmien iffissat mill-President; din l-iskadenza m'għandha fl-ebda każ tkun ta' anqas minn 24 siegħa qabel ma tibda l-votazzjoni.

5.  L-abbozzi ta' emendi għall-estimi tal-Parlament li jkunu simili għal dawk li jkunu diġà ġew miċħuda mill-Parlament fiż-żmien meta tfasslu l-estimi għandhom jiġu diskussi biss fil-każ fejn il-kumitat responsabbli ikun ta opinjoni favorevoli.

5.  L-emendi għall-estimi tal-Parlament li jkunu simili għal dawk li jkunu diġà ġew miċħuda mill-Parlament fiż-żmien meta tfasslu l-estimi għandhom jiġu diskussi biss fil-każ fejn il-kumitat responsabbli ikun ta opinjoni favorevoli.

6.  Minkejja l-Artikolu 59(2), il-Parlament għandu jieħu votazzjonijiet separati u suċċessivi fuq:

6.  Il-Parlament għandu jieħu votazzjonijiet suċċessivi fuq:

–  kull abbozz ta' emenda,

–  l-emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit, skont it-taqsima,

  kull taqsima tal-abbozz tal-baġit,

 

–  mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-abbozz tal-baġit.

–   mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-abbozz tal-baġit.

Madankollu, għandu japplika l-Artikolu 174(4) sa (8).

Madankollu, għandhom japplikaw l-Artikolu 174(4) sa (8a).

7.  L-artikoli, il-kapitoli, it-titoli u t-taqsimiet tal-abbozz tal-baġit li dwarhom ma tqiegħdu fuq il-Mejda l-ebda abbozzi ta' emendi għandhom jitqiesu bħala li ġew adottati.

7.  L-artikoli, il-kapitoli, it-titoli u t-taqsimiet tal-abbozz tal-baġit li dwarhom ma tqiegħdet fuq il-Mejda l-ebda emenda għandhom jitqiesu bħala li ġew adottati.

8.  Sabiex jiġu adottati, l-abbozzi ta' emendi għandhom jiksbu l-maġġoranza tal-voti tal-Membri kollha tal-Parlament.

8.  Skont l-Artikolu 314(4)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex jiġu adottati, l-emendi għandhom jiksbu l-maġġoranza tal-voti tal-Membri kollha tal-Parlament.

9.  Jekk il-Parlament ikun emenda l-abbozz tal-baġit, l-abbozz tal-baġit kif emendat għandu jiġi mgħoddi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, flimkien mal-ġustifikazzjonijiet.

9.  Jekk il-Parlament ikun emenda l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit, il-pożizzjoni kif emendata għandha tiġi mgħoddija lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, flimkien mal-ġustifikazzjonijiet u l-minuti tas-seduta li fiha l-emendi jkunu ġew adottati.

10.  Il-minuti tas-seduta li fiha l-Parlament ikun ta l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz tal-baġit għandhom jiġu mgħoddija lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

 

Ġustifikazzjoni

The title of Rule 88 is changed and brought in line with point 13 of the Annex to the IIA. As regards the changes to paragraph 1, they clarify the possibility to table amendments to the Council's position.

Paragraph 2 subparagraph 2 is deleted here and included in subparagraph 1.

As regards the changes to paragraph 4, the word "texts" is quite vague and therefore it is replaced by "amendments".

As regards the changes to paragraph 6 in the introductory part, the word "notwithstanding" is deleted to avoid unnecessary questions on the applicability of the other Rules governing the first reading.

The modifications to paragraph 6 subparagraph 2 reflect the changes in Rule 174.

Emenda    111

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 89

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 89

Artikolu 95a

Trialogu Finanzjarju

Koperazzjoni interistituzzjonali

Il-President għandu jieħu sehem f'laqgħat regolari bejn il-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jissejħu, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, taħt il-proċeduri tal-baġit imsemmija fit-Titolu II tas-Sitt Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-President għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jippromwovi konsultazzjoni u rikonċiljazzjoni tal-posizzjonijiet tal-istituzzjonijiet sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-proċeduri fuq msemmija.

Bi qbil mal-Artikolu 324 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President għandu jieħu sehem f'laqgħat regolari bejn il-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jissejħu, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, taħt il-proċeduri tal-baġit imsemmija fit-Titolu II tas-Sitt Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-President għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jippromwovi konsultazzjoni u rikonċiljazzjoni tal-posizzjonijiet tal-istituzzjonijiet sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-proċeduri fuq msemmija.

Il-President tal-Parlament jista' jiddelega dan id-dover lil xi Viċi President li jkollu esperjenza fi kwistjonijiet baġitarji jew lill-President tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji.

Il-President tal-Parlament jista' jiddelega dan id-dover lil xi Viċi President li jkollu esperjenza fi kwistjonijiet baġitarji jew lill-President tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji.

 

(Dan l-Artikolu kif emendat se jitmexxa biex jiġi fi tmiem il-kapitolu dwar il-proċeduri baġitarji, wara l-Artikolu 95.)

Ġustifikazzjoni

Emenda    112

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 91

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 91

Artikolu 91

Adozzjoni definittiva tal-baġit

Adozzjoni definittiva tal-baġit

Fejn il-President ikun sodisfatt li l-baġit ġie adottat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa għandu jiddikjara fil-Parlament li l-baġit kien adottat b'mod definittiv. Huwa għandu jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Fejn il-President iqis li l-baġit ġie adottat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa għandu jiddikjara fil-Parlament li l-baġit kien adottat b'mod definittiv. Huwa għandu jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    113

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 93

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 93

Artikolu 93

Kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġits

Kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġits

Id-dipożizzjonijiet dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni dwar l-għoti ta' kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament Finanzjarju huma mehmuża ma' dawn ir-Regoli bħala anness11. Dan l-anness għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 227(2).

Id-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri dwar l-għoti ta' kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit skont id-dispożizzjonijiet finanzjarji tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament Finanzjarju huma mehmuża ma' dawn l-Artikoli bħala anness11.

__________________

__________________

11 Ara l-Anness V.

11 Ara l-Anness V.

Ġustifikazzjoni

Allinjament tal-verżjoni EN ma' verżjonijiet lingwistiċi oħra (FR, IT, NL).

Emenda    114

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 94

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 94

Artikolu 94

Proċeduri oħra ta' kwittanza

Proċeduri oħra ta' kwittanza

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta' għoti ta' kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom japplikaw bl-istess mod għall-proċedura ta' għoti ta' kwittanza:

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta' għoti ta' kwittanza lill-Kummissjoni bi qbil mal-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom japplikaw bl-istess mod għall-proċedura ta' għoti ta' kwittanza:

– lill-President tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew;

– lill-President tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew;

–  lill-persuni responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġits ta' istituzzjoniijiet u organi oħra ta' l-Unjoni Ewropea bħal ma huma l-Kunsill (f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-attivitajiet tiegħu bħala eżekuttiv), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni;

–  lill-persuni responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġits ta' istituzzjoniijiet u korpi oħra tal-Unjoni Ewropea bħal ma huma l-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni;

– lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp;

– lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp;

– lill-organi responsabbli mill-eżekuzzjoni tal-baġit ta' entitajiet li huma legalment indipendenti u li jwettqu dmirijiet tal-Unjoni, sa fejn l-attivitajiet tagħhom ikunu suġġetti għal dispożizzjonijiet legali li jeħtieġu kwittanza mill-Parlament Ewropew.

– lill-organi responsabbli mill-eżekuzzjoni tal-baġit ta' entitajiet li huma legalment indipendenti u li jwettqu dmirijiet tal-Unjoni, sa fejn l-attivitajiet tagħhom ikunu suġġetti għal dispożizzjonijiet legali li jeħtieġu kwittanza mill-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Il-bidla proposta tikkjarifika l-parti introduttorja li l-kwittanza hija mogħtija fuq il-bażi tal-Artikolu 319 tat-TFUE.

Rigward it-tieni inċiż, il-kliem "(f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet tiegħu bħala eżekuttiv)" għandhom jitħassru, minħabba li jidher ċar li l-kwittanza ma tikkonċernax l-attivitajiet politiċi tal-Kunsill.

Emenda    115

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 95

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 95

Artikolu 92a

Kontroll tal-Parlament fuq l-implimentazzjoni tal-baġit

L-implimentazzjoni tal-baġit

1.  Il-Parlament għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena kurrenti. Dan id-dover għandu jingħata lill-kumitat responsabbli mill-kontroll tal-baġit u lill-kumitati l-oħra li jkunu kkonċernati.

1.  Il-Parlament għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena kurrenti. Dan id-dover għandu jingħata lill-kumitat responsabbli mill-kontroll tal-baġit u lill-kumitati l-oħra li jkunu kkonċernati.

2.  Kull sena, qabel l-ewwel qari ta' l-abbozz tal-baġit għas-sena finanzjarja ta' wara, il-Parlament għandu jikkonsidra l-problemi ffaċċjati fl-implimentazzjoni tal-baġit kurrenti, jekk ikun il-każ fuq il-bażi ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni mqiegħda fuq il-Mejda mill-kumitat responsabbli.

2.  Kull sena, qabel l-ewwel qari tiegħu tal-abbozz tal-baġit għas-sena finanzjarja ta' wara, il-Parlament għandu jikkunsidra l-problemi ffaċċjati fl-implimentazzjoni tal-baġit kurrenti, jekk ikun il-każ fuq il-bażi ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni mqiegħda fuq il-Mejda mill-kumitat responsabbli.

 

(Dan l-Artikolu kif emendat se jitmexxa biex jiġi qabel l-Artikolu 93.)

Ġustifikazzjoni

Emenda    116

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 9 – enumerazzjoni

Test fis-seħħ

Emenda

KAPITOLU 9

KAPITOLU 7

PROĊEDURI INTERNI TAL-BAĠIT

PROĊEDURI INTERNI TAL-BAĠIT

Ġustifikazzjoni

Il-Kapitolu 9 se jsir il-Kapitolu 7.

Emenda    117

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 98

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 98

Artikolu 98

Setgħa biex jagħmel u jħallas spejjeż

Setgħa biex jagħmel u jħallas spejjeż, japprova l-kontijiet u jagħti l-kwittanza

1.  Wara li jiġi kkonsultat il-kumitat kompetenti, il-President għandu jagħmel u jħallas, jew iġiegħel li jsiru u jitħallsu, l-ispejjeż koperti mir-regoli finanzjarji interni maħruġa mill-Bureau.

1.  Wara li jiġi kkonsultat il-kumitat kompetenti, il-President għandu jagħmel u jħallas, jew iġiegħel li jsiru u jitħallsu, l-ispejjeż koperti mir-regoli finanzjarji interni maħruġa mill-Bureau.

2.  Il-President għandu jgħaddi l-abbozz tal-kontijiet annwali lill-kumitat responsabbli.

2.  Il-President għandu jgħaddi l-abbozz tal-kontijiet annwali lill-kumitat responsabbli.

3.  Fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli, il-Parlament għandu japprova l-kontijiet tiegħu u jiddeċiedi dwar l-għoti ta' kwittanza.

3.  Fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli, il-Parlament għandu japprova l-kontijiet tiegħu u jiddeċiedi dwar l-għoti ta' kwittanza.

Emenda    118

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 10 – enumerazzjoni

Test fis-seħħ

Emenda

KAPITOLU 10

KAPITOLU 8

PROĊEDURA TA' APPROVAZZJONI

PROĊEDURA TA' APPROVAZZJONI

Ġustifikazzjoni

Il-Kapitolu 10 se jsir il-Kapitolu 8

Emenda    119

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 99

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 99

Artikolu 99

Proċedura ta' approvazzjoni

Proċedura ta' approvazzjoni

1.  Meta l-Parlament jintalab jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal att propost, għandu, meta jadotta d-deċiżjoni tiegħu, iqis ir-rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli li japprova jew jiċħad l-att. Ir-rakkomandazzjoni għandha tinkludi kunsiderazzjonijiet, iżda m’għandhiex tinkludi premessi. Tista’ tinkludi ġustifikazzjoni qasira, li għandha taqa’ taħt ir-responsabbiltà tar-rapporteur u li m'għandux jittieħed vot dwarha. L-Artikolu 56(1) għandu japplika mutatis mutandis. Emendi mressqa fil-kumitat għandhom ikunu ammissibbli biss jekk ikollhom l-għan li jaqilbu s-sens tar-rakkomandazzjoni kif proposta mir-rapporteur.

1.  Meta l-Parlament jintalab jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal att legalment vinkolanti, il-kumitat responsabbli għandu jressaq quddiem il-Parlament rakkomandazzjoni li tapprova jew tiċħad l-att propost.

 

Ir-rakkomandazzjoni għandha tinkludi kunsiderazzjonijiet, iżda m'għandhiex tinkludi premessi. L-emendi fil-kumitat għandhom ikunu ammissibbli biss jekk ikollhom l-għan li jaqilbu s-sens tar-rakkomandazzjoni kif proposta mir-rapporteur.

 

Ir-rakkomandazzjoni tista' tkun akkumpanjata minn nota spjegattiva qasira, li għandha taqa' taħt ir-responsabilità tar-rapporteur u m'għandux jittieħed vot fuqha. L-Artikolu 56(1) għandu japplika mutatis mutandis.

Il-kumitat responsabbli jista' jressaq mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġislattiva. Kumitati oħra jistgħu jkunu involuti fit-tfassil tar-riżoluzzjoni bi qbil mal-Artikolu 201(3) flimkien mal-Artikoli 53, 54 jew 55.

1a.   Jekk ikun meħtieġ, il-kumitat responsabbli jista' wkoll iqiegħed fuq il-Mejda rapport li jinkludi mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġislattiva li tistabbilixxi r-raġunijiet għaliex il-Parlament għandu jagħti jew jiċħad l-approvazzjoni tiegħu u, meta jkun xieraq, fejn isiru rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-att propost.

 

1b.   Il-kumitat responsabbli għandu jindirizza t-talba għall-approvazzjoni mingħajr dewmien żejjed. Jekk il-kumitat responsabbli ma jkunx adotta r-rakkomandazzjoni tiegħu fi żmien sitt xhur mid-data li fiha ġiet riferita lilu t-talba għall-approvazzjoni, il-Konferenza tal-Presidenti tista' jew tpoġġi l-kwistjoni fuq l-aġenda għall-kunsiderazzjoni ta' sessjoni parzjali sussegwenti jew inkella, f'każijiet debitament sostanzjati, tiddeċiedi li testendi l-perjodu ta' sitt xhur.

Il-Parlament għandu jiddeċiedi dwar l-att li jkun jeħtieġ l-approvazzjoni tiegħu skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea permezz ta' votazzjoni waħda dwar l-approvazzjoni, irrispettivament minn jekk ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli tkunx li l-att propost jiġi approvat jew miċħud, u ebda emenda ma tista' titqiegħed fuq il-mejda. Il-maġġoranza meħtieġa għall-adozzjoni tal-approvazzjoni għandha tkun il-maġġoranza stipulata fl-Artikolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li joħloq il-bażi legali għall-att propost jew, jekk fih ma tkun indikata l-ebda maġġoranza, il-maġġoranza tal-voti mitfugħa. Jekk il-maġġoranza meħtieġa ma tintlaħaqx, l-att propost għandu jitqies li jkun ġie miċħud.

1c.   Il-Parlament għandu jiddeċiedi dwar l-att propost permezz ta' votazzjoni waħda dwar l-approvazzjoni, irrispettivament minn jekk ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli tkunx li l-att propost jiġi approvat jew miċħud, u ebda emenda ma tista' titqiegħed fuq il-Mejda. Jekk il-maġġoranza meħtieġa ma tintlaħaqx, l-att propost għandu jitqies li jkun ġie miċħud.

2.  Barra minn hekk, fil-każ ta’ ftehimiet internazzjonali, trattati ta’ adeżjoni, id-determinazzjoni ta’ ksur serju u persistenti ta' prinċipji fundamentali minn Stat Membru, l-istabbiliment tal-kompożizzjoni tal-Parlament, l-istabbiliment ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri jew l-adozzjoni ta’ qafas finanzjarju pluriennali, għandhom japplikaw l-Artikoli 108, 81, 83, 84, 85 u 86 rispettivament.

 

3.  Meta l-approvazzjoni tal-Parlament tkun meħtieġa għal xi proposta għal att leġislattiv propost jew xi ftehim internazzjonali previst, il-kumitat responsabbli jista', sabiex jiffaċilita r-riżultat pożittiv tal-proċedura, jiddeċiedi li jippreżenta rapport interim dwar il-proposta lill-Parlament b'mozzjoni għal riżoluzzjoni li jkun fiha rakkomandazzjonijiet għall-modifika jew għall-implimentazzjoni tal-att leġislattiv propost jew tal-ftehim internazzjonali previst.

3.  Meta l-approvazzjoni tal-Parlament tkun meħtieġa, il-kumitat responsabbli jista', fi kwalunkwe waqt, jippreżenta rapport interim lill-Parlament b'mozzjoni għal riżoluzzjoni li jkun fiha rakkomandazzjonijiet għall-modifika jew għall-implimentazzjoni tal-att propost.

4.  Il-kumitat responsabbli għandu jindirizza t-talba għall-approvazzjoni mingħajr dewmien żejjed. Jekk il-kumitat responsabbli jiddeċiedi li ma jagħtix rakkomandazzjoni, jew ma jkunx adotta rakkomandazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun ġiet riferita lilu t-talba għall-approvazzjoni, il-Konferenza tal-Presidenti tista' jew tpoġġi l-kwistjoni fuq l-Aġenda għall-kunsiderazzjoni ta' sessjoni parzjali sussegwenti jew inkella, f'każijiet debitament sostanzjati, tiddeċiedi li testendi l-perjodu ta' sitt xhur.

 

Meta l-approvazzjoni tal-Parlament hija meħtieġa għal ftehima internazzjonali prevista, il-Parlament jista' jiddeċiedi, fid-dawl ta' rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli, li jissospendi l-proċedura ta' approvazzjoni għal żmien mhux itwal minn sena.

 

Ġustifikazzjoni

The changes to paragraph 1 reflect the fact that having an explanatory statement as a means of supporting/reinforcing the recommendation by rapporteur/committee is useful (it may lead to fewer reports under paragraph 2 as the committee would not draft them regularly in order to explain its (new)position).

Paragraph 1 subparagraph 2 shall become par 1a. The addition of "also" aims to clarify this aspect. The references to Rules 53, 54 and 55 are deleted because they are superfluous and might even lead to an erroneous “a contrary” reasoning concerning the first subparagraph (where Rule 53 and Rule 55 could apply, but not Rule 54). The fact that Rule 54 cannot apply to a report concerning the consent procedure stricto sensu is mentioned explicitly under Rule 54.

The text of paragraph 1 b (new) is moved from the first subparagraph of Rule 99(4) and streamlined.

The suggested changes to paragraph 1 subparagraph 3 aim to streamline the text and to delete provisions which are superfluous. Parliament's consent is always required because of a Treaty provision. The majority is also clearly indicated.

The suggested deletion of paragraph 2 aim to streamline the text and to delete provisions which are superfluous. This paragraph just reiterates some (but not all) situations where consent is required and which are already described in Rules 108, 81, 83, 84, 85 & 86.

The text of paragraph 4 subparagraph 1 is moved to a new paragraph 1b of Rule 99 and streamlined.

Paragraph 4 subparagraph 2 is to be deleted here and moved under Rule 108. This provision only applies to envisaged international agreements, because of the involvement of (and probable need for clarification for) third parties, and could therefore be moved under Rule 108. This paragraph does not impede Parliament abrogating at any time its decision to suspend, nor does it prevent Parliament from renewing it after its expiry.

Emenda    120

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 11 – enumerazzjoni

Test fis-seħħ

Emenda

KAPITOLU 11

KAPITOLU 9

PROĊEDURI OĦRA

PROĊEDURI OĦRA

Emenda    121

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 100

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 100

Artikolu 100

Proċedura għall-għoti ta' opinjonijiet skond l-Artikolu 140 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Proċedura għall-għoti ta' opinjonijiet dwar derogi għall-adozzjoni tal-euro

1.  Meta l-Parlament ikun ikkonsultat dwar rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill skond l-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu, wara li dawn ir-rakkomandazzjonijiet ikunu ppreżentati fis-seduta plenarja mill-Kunsill, jiddelibera fuq il-bażi ta' proposta ppreżentata oralment jew bil-miktub mill-kumitat responsabbli u li tipproponi l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda tar-rakkomandazzjonijiet li dwarhom il-Parlament ikun ġie kkonsultat.

1.  Meta l-Parlament ikun ikkonsultat skont l-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jiddelibera fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli tiegħu u li jipproponi l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda tal-att propost.

2.  Il-Parlament għandu mbagħad jieħu vot wieħed kollettiv fuq ir-rakkomandazzjonijiet li għalihom ma jistgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda l-ebda emendi.

2.  Il-Parlament għandu mbagħad jieħu vot uniku fuq l-att propost, li għalih ma tista' titqiegħed fuq il-Mejda l-ebda emenda.

Ġustifikazzjoni

Il-bidla fit-titolu hija mmirata lejn iż-żieda fil-leġġibilità tat-titolu tal-Artikolu.

Fir-rigward tat-tibdiliet għall-paragrafu 1, l-Artikolu kif jinsab bħalissa mhuwiex għal kollox konformi mal-Artikolu 140(2) tat-TFUE, u lanqas ma jirrifletti l-prattika attwali. Il-Parlament huwa kkonsultat dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill, mhux dwar "rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill" (dan l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill huwa bbażat fuq rakkomandazzjoni lill-Istati Membri li għandhom l-euro bħala l-munita tagħhom). Il-Kumitat ECON iħejji rapport b'mod sistematiku.

Emenda    122

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 102

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 102

Artikolu 102

Proċeduri għall-iskrutinju ta' ftehimiet volontarji

Proċeduri għall-iskrutinju ta' ftehimiet volontarji previsti

1. Meta l-Kummissjoni tgħarraf lill-Parlament bil-ħsieb tagħha li tesplora l-użu ta' ftehimiet volontarji bħala alternattiva għal leġislazzjoni, il-kumitat responsabbli jista' jħejji rapport dwar il-mertu tal-kwistjoni skond l-Artikolu 52.

1. Meta l-Kummissjoni tgħarraf lill-Parlament bil-ħsieb tagħha li tesplora l-użu ta' ftehimiet volontarji bħala alternattiva għal leġislazzjoni, il-kumitat responsabbli jista' jħejji rapport dwar il-mertu tal-kwistjoni skont l-Artikolu 52.

2. Meta l-Kummissjoni tħabbar li biħsiebha tidħol fi ftehima volontarja, il-kumitat responsabbli jista' jqiegħed fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni li tirrakkomanda l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda tal-proposta, u taħt liema kundizzjonijiet.

2. Meta l-Kummissjoni tħabbar li biħsiebha tidħol fi ftehima volontarja, il-kumitat responsabbli jista' jqiegħed fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni li tirrakkomanda l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda tal-proposta, u taħt liema kundizzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

It-titolu preżenti huwa qarrieqi peress li jagħti l-impressjoni li l-ftehim volontarju huwa diġà fis-seħħ.

Emenda    123

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 103

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 103

Artikolu 103

Kodifikazzjoni

Kodifikazzjoni

1.  Meta proposta għall-kodifikazzjoni ta' leġislazzjoni tal-Unjoni tiġi ppreżentata lill-Parlament, din għandha titressaq quddiem il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali. Dan il-Kumitat għandu jeżaminaha skond l-arranġamenti milħuqa fuq livell interistituzzjonali sabiex jaċċerta ruħu li din tkun sempliċiment kodifikazzjoni mingħajr tibdil sostanzjali.

1.  Meta proposta għall-kodifikazzjoni ta' leġislazzjoni tal-Unjoni tiġi ppreżentata lill-Parlament, din għandha titressaq quddiem il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali. Dan il-Kumitat għandu jeżaminaha skont l-arranġamenti milħuqa fuq livell interistituzzjonali sabiex jaċċerta ruħu li din tkun sempliċiment kodifikazzjoni mingħajr tibdil sostanzjali.

2.  Il-Kumitat li kien responsabbli għall-atti li kellhom jiġu kkodifikati jistà, fuq talba tiegħu stess jew tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, jintalab jagħti l-opinjoni tiegħu dwar kemm hi mixtieqa l-kodifikazzjoni.

2.  Il-Kumitat li kien responsabbli għall-atti li kellhom jiġu kkodifikati jistà, fuq talba tiegħu stess jew tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, jintalab jagħti l-opinjoni tiegħu dwar kemm hi mixtieqa l-kodifikazzjoni.

3.  L-emendi għat-test tal-proposta mhumiex ammissibbli.

3.  L-emendi għat-test tal-proposta mhumiex ammissibbli.

Madankollu, fuq talba tar-rapporteur, il-president tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jistà jippreżenta, għall-approvazzjoni ta' dan ta' l-aħħar, emendi relatati ma' l-adattamenti tekniċi, kemm-il darba dawk l-adattamenti jkunu meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-proposta hija konformi mar-regoli dwar il-kodifikazzjoni u ma jinvolvux tibdil sostanzjali tal-proposta.

Madankollu, fuq talba tar-rapporteur, il-President tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jistà jippreżenta, għall-approvazzjoni ta' dan tal-aħħar, emendi relatati mal-adattamenti tekniċi, kemm-il darba dawk l-adattamenti jkunu meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-proposta hija konformi mar-regoli dwar il-kodifikazzjoni u ma jinvolvux tibdil sostanzjali tal-proposta.

4.  Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinvolvix tibdil sostanzjali għall-leġislazzjoni tal-Unjoni, huwa għandu jirreferiha lill-Parlament għall-approvazzjoni tiegħu.

4.  Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinvolvix tibdil sostanzjali għal-leġislazzjoni tal-Unjoni, huwa għandu jirreferiha lill-Parlament għall-approvazzjoni tiegħu.

Jekk il-kumitat huwa tal-fehma li l-proposta tinkludi tibdil sostanzjali, huwa għandu jipproponi lill-Parlament iċ-ċaħda tal-proposta.

Jekk il-kumitat huwa tal-fehma li l-proposta tinkludi tibdil sostanzjali, huwa għandu jipproponi lill-Parlament iċ-ċaħda tal-proposta.

Fiż-żewġ każi, il-Parlament għandu jiddeċiedi permezz ta' vot wieħed, mingħajr emendi jew dibattitu.

Fiż-żewġ każi, il-Parlament għandu jiddeċiedi permezz ta' vot wieħed, mingħajr emendi jew dibattitu.

__________________

__________________

12 Ftehima interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994, Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi, punt 4 (ĠU C 102, 4.4.1996, p.2).

12 Ftehima interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994, Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi, punt 4 (ĠU C 102, 4.4.1996, p.2).

Ġustifikazzjoni

Il-bidla ssuġġerita għandha l-għan li tissimplifika l-kliem użat fl-Artikolu u tallinjah mal-prattika attwali.

Emenda    124

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 104

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 104

Artikolu 104

Tfassil mill-ġdid

Tfassil mill-ġdid

1.  Meta proposta għat-tfassil mill-ġdid ta' leġislazzjoni tal-Unjoni tiġi preżentata lill-Parlament, għandha titressaq quddiem il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali u l-kumitat responsabbli mis-suġġett.

1.  Meta proposta għat-tfassil mill-ġdid ta' leġislazzjoni tal-Unjoni tiġi preżentata lill-Parlament, għandha titressaq quddiem il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali u l-kumitat responsabbli mis-suġġett.

2.  Il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali għandu jeżaminaha skond l-arranġamenti milħuqa fuq livell interistituzzjonali bil-għan li jkun żgurat li l-proposta ma tinvolvix tibdiliet sostanzjali minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta.

2.  Il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali għandu jeżaminaha skont l-arranġamenti milħuqa fuq livell interistituzzjonali bil-għan li jkun żgurat li l-proposta ma tinvolvix tibdiliet sostanzjali minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta.

Għall-iskop ta' dan l-eżami, l-emendi għat-test tal-proposta mhumiex ammissibbli. Madankollu, l-Artikolu 103(3), it-tieni subparagrafu għandu japplika għal dispożizzjonjiet li ma nbidlux fil-proposta għal tfassil mill-ġdid.

Għall-iskop ta' dan l-eżami, l-emendi għat-test tal-proposta mhumiex ammissibbli. Madankollu, l-Artikolu 103(3), it-tieni subparagrafu għandu japplika għal dispożizzjonjiet li ma nbidlux fil-proposta għal tfassil mill-ġdid.

3.  Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli b'dan.

3.  Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli b'dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169 u 170, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli mis-suġġett jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169 u 170, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli mis-suġġett jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, jekk f’konformità mal-punt 8 tal-Ftehima Interistituzzjonali l-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jippreżenta emendi għall-partijiet kodifikati tal-proposta, huwa għandu jinnotifika minnufih il-ħsieb tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tgħarraf lill-kumitat, qabel il-vot skont l-Artikolu 58, bil-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' tfassil mill-ġdid.

Madankollu, emendi ta' partijiet tal-proposta li ma nbidlux jistgħu jiġu aċċettati fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ mill-President tal-kumitat responsabbli għas-suġġett inkwistjoni, jekk iqis/tqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet għandhom jitniżżlu f'ġustifikazzjoni bil-miktub tal-emendi.

4.  Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta tinkludi bidliet sostanzjali minbarra dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jipproponi li l-Parlament jiċħad il-proposta u għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli mis-suġġett b'dan.

4.  Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta tinkludi bidliet sostanzjali minbarra dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jipproponi li l-Parlament jiċħad il-proposta u għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli mis-suġġett b'dan.

F'dan il-każ, il-President għandu jsejjaħ lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħha. Jekk il-Kummissjoni tirtira l-proposta tagħha, il-President għandu jinnota li l-proċedura tilfet l-iskop tagħha u għandu jgħarraf lill-Kunsill. Jekk il-Kummissjoni ma tirtirax il-proposta tagħha, il-Parlament għandu jerġà jibgħatha lill-kumitat responsabbli mis-suġġett, sabiex jeżaminaha skond il-proċedura normali.

F'dan il-każ, il-President għandu jsejjaħ lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħha. Jekk il-Kummissjoni tirtira l-proposta tagħha, il-President għandu jinnota li l-proċedura tilfet l-iskop tagħha u għandu jgħarraf lill-Kunsill. Jekk il-Kummissjoni ma tirtirax il-proposta tagħha, il-Parlament għandu jerġà jibgħatha lill-kumitat responsabbli mis-suġġett, sabiex jeżaminaha skont il-proċedura normali.

__________________

__________________

13 Ftehima interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' tfassil mill-ġdid ta' l-atti legali, punt 9 (ĠU C 77, 28.3.2002, p.1).

13 Ftehima interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' tfassil mill-ġdid tal-atti legali, punt 9 (ĠU C 77, 28.3.2002, p.1).

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament ripetutament ikkunsidra r-riformulazzjoni bħala teknika leġislattiva normali (għal waħda mir-riżoluzzjonijiet reċenti, ara 2011/2029(INI), paragrafu 41), iżda l-Kummissjoni naqqset l-għadd ta' proposti għal riformulazzjoni minħabba l-kliem użat attwali ta' dan l-Artikolu u l-implikazzjonijiet tiegħu f'termini ta' setgħat emendattivi bla restrizzjonijiet u li mhumiex prevedibbli. Minħabba n-nuqqas ta' rieda tal-Kummissjoni li tippreżenta proposti ġodda għal riformulazzjoni minħabba s-setgħat tal-Parlament biex jiġu introdotti bidliet sostanzjali, ġie propost abbozzar ġdid. Il-bidla proposta terġa' ddaħħal il-kliem użat oriġinali ta' dan il-paragrafu (emendata fl-2009) bl-għan li jiġu ċċarati l-limiti tas-setgħat emendattivi tal-Parlament u bl-għan li l-Kummissjoni titħeġġeġ tressaq aktar proposti għal riformulazzjoni. Għalkemm l-Artikolu attwali ma jsemmi xejn dwar dan, għandhom jiġu applikati l-istess kriterji fl-istadju tal-plenarja.

Emenda    125

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 9a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

KAPITOLU 9A

 

Atti delegati u ta' implimentazzjoni

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' ċarezza, inħoloq kapitolu ġdid dwar l-Atti Delegati u ta' Implimentazzjoni.

Emenda    126

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 105

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 105

Artikolu 105

Atti delegati

Atti delegati

1.  Meta l-Kummissjoni tibgħat att delegat lill-Parlament, il-President għandu jgħaddih lill-kumitat responsabbli għall-att leġislattiv ta' bażi, li jista' jiddeċiedi li jaħtar rapporteur għall-analiżi ta' att delegat wieħed jew iktar.

1.  Meta l-Kummissjoni tibgħat att delegat lill-Parlament, il-President għandu jgħaddih lill-kumitat responsabbli għall-att leġislattiv ta' bażi, li jista' jiddeċiedi li jinnomina wieħed mill-Membri tiegħu għall-analiżi ta' att delegat wieħed jew iktar.

2.  Il-President għandu jħabbar lill-Parlament id-data meta l-att delegat iku n wasal fil-lingwi uffiċjali kollha u l-perjodu li matulu jistgħu jitqajmu oġġezzjonijiet. Dan il-perjodu għandu jibda minn din id-data.

2.  Matul is-sessjoni parzjali wara li l-att jiġi riċevut, il-President għandu jħabbar lill-Parlament id-data meta l-att delegat ikun wasal fil-lingwi uffiċjali kollha u l-perjodu li matulu jistgħu jitqajmu oġġezzjonijiet. Dan il-perjodu għandu jibda mid-data ta' meta jkun wasal.

It-tħabbira għandha tiġi ppubblikata fil-minuti tas-seduta, flimkien mal-isem tal-kumitat responsabbli.

It-tħabbira għandha tiġi ppubblikata fil-minuti tas-seduta, flimkien mal-isem tal-kumitat responsabbli.

3.  Il-kumitat responsabbli jista', b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-att leġislattiv ta' bażi u, jekk iqis li jkun xieraq, wara li jkun ikkonsulta lil kull kumitat konċernat, iressaq mozzjoni għal riżoluzzjoni motivata lill-Parlament. Dik il-mozzjoni għal riżoluzzjoni għandha tispeċifika r-raġunijiet tal-Parlament għall-oġġezzjonijiet u jista' jkun fiha talba lill-Kummissjoni biex jiġi ppreżentat att delegat ġdid li jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament.

3.  Il-kumitat responsabbli jista', b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-att leġislattiv ta' bażi u, jekk iqis li jkun xieraq, wara li jkun ikkonsulta lil kull kumitat ikkonċernat, iressaq mozzjoni għal riżoluzzjoni motivata fejn joġġezzjona għall-att delegat. Jekk għaxart ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tas-sessjoni parzjali li matulha l-jum tal-Erbgħa jaħbat qabel u l-eqreb għall-jum tal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 5, u l-kumitat responsabbli ma jkunx qiegħed fuq il-Mejda tali mozzjoni għal riżoluzzjoni, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jressqu mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-kwistjoni biex tiddaħħal fl-aġenda tas-sessjoni parzjali hawn fuq imsemmija.

4.  Jekk għaxart ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tas-sessjoni parzjali li matulha l-jum tal-Erbgħa jaħbat qabel u l-eqreb għall-jum tal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 5, il-kumitat responsabbli ma jkunx ressaq il-mozzjoni għal riżoluzzjoni, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin membru jistgħu jressqu mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-kwistjoni biex tiddaħħal fl-aġenda tas-sessjoni parzjali hawn fuq imsemmija.

 

 

4a.  Kull mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont il-paragrafu 3 għandha tispeċifika r-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet tal-Parlament u jista' jkun fiha talba lill-Kummissjoni biex tippreżenta att delegat ġdid li jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament.

5.  Il-Parlament għandu jiddeċiedi, fiż-żmien stipulat fl-att leġislattiv ta' bażi, dwar kull mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa, bil-maġġoranza stipulata fl-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

5.  Il-Parlament għandu japprova tali mozzjoni fiż-żmien stipulat fl-att leġislattiv ta' bażi u, skont l-Artikolu 290(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, bil-maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu.

Meta l-kumitat responsabbli jqis li hu xieraq li jestendi, skont l-att leġislattiv ta' bażi, l-iskadenza għat-tressiq ta' oġġezzjonijiet għall-att delegat, il-President tal-kumitat kompetenti għandu jinnotifika, f'isem il-Parlament, din l-estensjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Meta l-kumitat responsabbli jqis li hu xieraq li jestendi, skont id-dispożizzjonijiet tal-att leġislattiv ta' bażi, l-iskadenza għat-tressiq ta' oġġezzjonijiet għall-att delegat, il-President tal-kumitat kompetenti għandu jinnotifika, f'isem il-Parlament, din l-estensjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

6.  Jekk il-kumitat responsabbli jirrakkomanda li, qabel l-iskadenza stipulata fl-att leġislattiv ta' bażi, il-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għall-att delegat:

6.  Jekk il-kumitat responsabbli jirrakkomanda li, qabel l-iskadenza stipulata fl-att leġislattiv ta' bażi, il-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għall-att delegat:

– huwa għandu jgħarraf lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati permezz ta' ittra li tistipula r-raġunijiet tiegħu u jressaq rakkomandazzjoni dwar dan;

– huwa għandu jgħarraf lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati permezz ta' ittra li tistipula r-raġunijiet tiegħu u jressaq rakkomandazzjoni dwar dan;

– jekk ma titressaq l-ebda oġġezzjoni fil-laqgħa li jkun imiss tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati jew f'każ ta' urġenzail-president tal-kumitat għandu javża, permezz ta' proċedura bil-miktub, lill-President tal-Parlament, li għandu jgħarraf lill-plenarja mill-iktar fis possibbli;

– jekk ma titressaq l-ebda oġġezzjoni fil-laqgħa li jkun imiss tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati jew f'każ ta' urġenza, il-President tal-kumitat għandu javża, permezz ta' proċedura bil-miktub, lill-President tal-Parlament, li għandu jgħarraf lill-plenarja mill-iktar fis possibbli;

– jekk, fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa wara t-tħabbir fil-plenarja, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru joġġezzjonaw għar-rakkomandazzjoni, din tal-aħħar għandha titqiegħed għall-votazzjoni;

– jekk, fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa wara t-tħabbir fil-plenarja, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru joġġezzjonaw għar-rakkomandazzjoni, din tal-aħħar għandha titqiegħed għall-votazzjoni;

– jekk fl-istess perjodu, ma ssir l-ebda oġġezzjoni, ir-rakkomandazzjoni proposta għandha titqies bħala approvata;

– jekk fl-istess perjodu, ma ssir l-ebda oġġezzjoni, ir-rakkomandazzjoni proposta għandha titqies bħala approvata;

– l-adozzjoni ta' tali rakkomandazzjoni għandha twassal biex kwalunkwe proposta ta' oġġezzjoni sussegwenti għall-att delegat tkun inammissibbli.

– l-adozzjoni ta' tali rakkomandazzjoni għandha twassal biex kwalunkwe proposta ta' oġġezzjoni sussegwenti għall-att delegat tkun inammissibbli.

7.  Il-kumitat responsabbli jista', b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-att leġislattiv ta' bażi, jieħu l-inizjattiva li jressaq mozzjoni għal riżoluzzjoni motivata lill-Parlament biex tiġi revokata, kollha kemm hi jew parzjalment, id-delega tas-setgħat stipulati għal dan l-att. Il-Parlament għandu jaġixxi skont il-maġġoranza stipulata fl-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

7.  Il-kumitat responsabbli jista', b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-att leġislattiv ta' bażi, jieħu l-inizjattiva li jressaq mozzjoni għal riżoluzzjoni lill-Parlament biex tiġi revokata, kollha kemm hi jew parzjalment, id-delega tas-setgħat jew li tiġi opposta l-estensjoni awtomatika tad-delega tas-setgħat prevista b'dan l-att.

 

Skont l-Artikolu 290(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, deċiżjoni ta' revoka tad-delega tas-setgħat tittieħed biss jekk tinkiseb il-maġġoranza tal-voti tal-Membri kollha tal-Parlament.

8.  Il-President għandu jgħarraf lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-pożizzjonijiet meħuda skont dan l-Artikolu.

8.  Il-President għandu jgħarraf lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-pożizzjonijiet meħuda skont dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

As regards the changes to paragraph 1, they reflect the practice: the motions for resolutions for objecting a delegated act are tabled by the committee responsible, either in the name of the Committee Chair, or in the name of the authors of the original request.

The changes to paragraph 2 aims at clarifying it: in the second sentence, the date could be "the date" expressly mentioned in the first sentence or the date of the announcement (see the impact of the date of announcement on the deadlines for second reading).

The last sentence of paragraph 3 shall become paragraph 4a. The restructuring of paragraphs 3 and 4 aims to clarify that the current paragraph 3 second sentence also applies when a motion for resolution is tabled by a political group or at least 40 Members.

Paragraph 4 is deleted here and moved to the end of paragraph 3.

The insertion of paragraph 4 a (new) is meant to broaden the scope as indicated in paragraph 3 above.

As regards the changes to paragraph 7: the Treaty does not require any specific reasons by EP when revoking a delegation of powers, therefore the word "reasoned" is deleted. Moreover, a provision governing the decision whereby Parliament opposes the tacit extension of the period of delegation of powers is introduced in Rule 105 as no such provision existed so far.

Emenda    127

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 106

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 106

Artikolu 106

Atti u miżuri ta' implimentazzjoni

Atti u miżuri ta' implimentazzjoni

1.  Meta l-Kummissjoni tgħaddi abbozz ta' att jew miżura ta' implimentazzjoni lill-Parlament, il-President għandu jibagħtu lill-kumitat responsabbli għall-att leġislattiv ta' bażi, liema kumitat jista’ jiddeċiedi li jaħtar rapporteur għall-analiżi ta' abbozz wieħed jew iżjed ta' atti jew miżuri ta' implimentazzjoni.

1.  Meta l-Kummissjoni tgħaddi abbozz ta' att jew miżura ta' implimentazzjoni lill-Parlament, il-President għandu jibagħtu lill-kumitat responsabbli għall-att leġislattiv ta' bażi, liema kumitat jista' jiddeċiedi li jinnomina wieħed mill-membri tiegħu għall-analiżi ta' abbozz wieħed jew iżjed ta' atti jew miżuri ta' implimentazzjoni.

2.  Il-kumitat responsabbli jista' jippreżenta mozzjoni għal riżoluzzjoni motivata lill-Parlament li tindika li abbozz ta' att jew ta' miżura ta' implimentazzjoni jaqbeż il-kompetenzi ta' implimentazzjoni stipulati fl-att leġislattiv ta' bażi jew mhux konformi mal-leġislazzjoni tal-Unjoni għal raġunijiet oħra.

2.  Il-kumitat responsabbli jista' jippreżenta mozzjoni għal riżoluzzjoni motivata lill-Parlament li tindika li abbozz ta' att jew ta' miżura ta' implimentazzjoni jaqbeż il-kompetenzi ta' implimentazzjoni stipulati fl-att leġislattiv ta' bażi jew mhux konformi mal-leġislazzjoni tal-Unjoni għal raġunijiet oħra.

3.  Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni tista' tinkludi talba lill-Kummissjoni biex tirtira l-att, il-miżura jew l-abbozz ta' att jew ta' miżura, biex temendah filwaqt li jitqiesu l-oġġezzjonijiet formulati mill-Parlament jew biex titressaq proposta leġislattiva ġdida. Il-President għandu jgħarraf lill-Kunsill u l-Kummissjoni bil-pożizzjoni li tittieħed.

3.  Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni tista' tinkludi talba lill-Kummissjoni biex tirtira l-abbozz ta' att jew miżura ta' implimentazzjoni, biex temendah filwaqt li jitqiesu l-oġġezzjonijiet formulati mill-Parlament jew biex titressaq proposta leġislattiva ġdida. Il-President għandu jgħarraf lill-Kunsill u l-Kummissjoni bil-pożizzjoni li tittieħed.

4.  Jekk il-miżuri ta' implimentazzjoni previsti mill-Kummissjoni jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fid-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet kumplimentari li ġejjin:

4.  Jekk il-miżuri ta' implimentazzjoni previsti mill-Kummissjoni jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fid-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet kumplimentari li ġejjin:

(a)  iż-żmien ta’ l-iskrutinju għandu jibda jgħodd meta l-abbozz ta' miżuri jkun ġie mressaq lill-Parlament bil-lingwi uffiċjali kollha. Fejn japplikaw limiti ta' żmien ta' skrutinju applikati kif previst fl-Artikolu 5a(5)(b) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE u f'każijiet ta' urġenza stipulati fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-perjodu taż-żmien għall-iskrutinju għandu jibda jgħodd mid-data meta l-Parlament jirċievi l-abbozz aħħari tal-miżuri ta' implimentazzjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi ppreżentati lill-membri tal-kumitat stabbilit skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE, ħlief jekk ikun hemm oġġezzjoni mill-president tal-kumitat responsabbli. L-Artikolu 158 m'għandux japplika f'dan il-każ;

(a)  iż-żmien tal-iskrutinju għandu jibda jgħodd meta l-abbozz ta' miżuri ta' implimentazzjoni jkun tressaq lill-Parlament bil-lingwi uffiċjali kollha. Fejn japplikaw limiti ta' żmien ta' skrutinju applikati kif previst fl-Artikolu 5a(5)(b) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE u f'każijiet ta' urġenza stipulati fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-perjodu taż-żmien għall-iskrutinju għandu jibda jgħodd mid-data meta l-Parlament jirċievi l-abbozz aħħari tal-miżuri ta' implimentazzjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi ppreżentati lill-membri tal-kumitat stabbilit skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE, ħlief jekk ikun hemm oġġezzjoni mill-President tal-kumitat responsabbli. L-Artikolu 158 m'għandux japplika fiż-żewġ każijiet imsemmija fis-sentenza preċedenti;

(b)  jekk l-abbozz ta' miżura ta' implimentazzjoni jkun ibbażat fuq il-paragrafu 5 jew 6 tal-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, li jistipula limiti ta' żmien imqassra għal oppożizzjoni mill-Parlament, tista' titqiegħed fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni li topponi l-adozzjoni tal-abbozz ta' miżura mill-president tal-kumitat responsabbli jekk dak il-kumitat ma jkunx seta' jiltaqa' fiż-żmien disponibbli;

(b)  jekk l-abbozz ta' miżura ta' implimentazzjoni jkun ibbażat fuq il-paragrafu 5 jew 6 tal-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, li jistipula limiti ta' żmien imqassra għal oppożizzjoni mill-Parlament, tista' titqiegħed fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni li topponi l-adozzjoni tal-abbozz ta' miżura mill-president tal-kumitat responsabbli jekk dak il-kumitat ma jkunx seta' jiltaqa' fiż-żmien disponibbli;

(c)  il-Parlament, billi jaġixxi b'maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu, jista' jopponi l-adozzjoni tal-abbozz ta' miżura ta' implimentazzjoni billi jindika li l-abbozz jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni pprovduti fl-att ta' bażi, li mhux kompatibbli mal-għan jew il-kontenut tal-att ta' bażi jew li ma jirrispettax il-prinċipji tas-sussidjarjetà jew proporzjonalità;

(c)  il-Parlament, billi jaġixxi b'maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu, jista' jadotta riżoluzzjoni li topponi l-adozzjoni tal-abbozz ta' miżura ta' implimentazzjoni billi jindika li l-abbozz jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni pprovduti fl-att ta' bażi, li mhux kompatibbli mal-għan jew il-kontenut tal-att ta' bażi jew li ma jirrispettax il-prinċipji tas-sussidjarjetà jew proporzjonalità;

 

Jekk għaxart ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tas-sessjoni parzjali li matulha l-jum tal-Erbgħa jaħbat qabel u l-eqreb għall-jum tal-iskadenza għall-oppożizzjoni tal-adozzjoni tal-abbozz tal-miżura ta' implimentazzjoni, u l-kumitat responsabbli ma jkunx qiegħed fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-kwistjoni biex tiddaħħal fl-aġenda tas-sessjoni parzjali hawn fuq imsemmija.

(d)  fil-każ li l-kumitat responsabbli, wara talba motivata kif xieraq mill-Kummissjoni, jirrakkomanda permezz ta' ittra motivata lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati li l-Parlament jiddikjara li ma jopponix il-miżura proposta, qabel l-iskadenza taż-żmien normali stipulat fl-Artikolu 5a(3)(c) u/jew l-Artikolu 5a(4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 105(6), ta' dan l-Artikolu.

(d)  fil-każ li l-kumitat responsabbli, jirrakkomanda permezz ta' ittra motivata lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati li l-Parlament jiddikjara li ma jopponix il-miżura proposta, qabel l-iskadenza taż-żmien normali stipulat fl-Artikolu 5a(3)(c) u/jew l-Artikolu 5a(4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 105(6), ta' dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tat-test f'punt a għaliex fiż-żewġ każijiet biss previsti fl-Artikolu 5a, paragrafi 5(b) u 6, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, l-Artikolu 158 ma japplikax.

Emenda    128

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 108

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 108

Artikolu 108

Ftehimiet internazzjonali

Ftehimiet internazzjonali

1.  Meta jkun hemm il-ħsieb li jinfetħu negozjati dwar il-konklużjoni, it-tiġdid jew l-emendar ta' ftehima internazzjonali, il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li jfassal rapport jew b'xi mod ieħor jissorvelja l-proċedura u jinforma lill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati b'dik id-deċiżjoni. Fejn ikun xieraq, kumitati oħrajn jistgħu jintalbu għal opinjoni skont l-Artikolu 53(1). L-Artikoli 201(2), 54 jew 55 għandhom japplikaw fejn ikun xieraq.

1.  Meta jkun hemm il-ħsieb li jinfetħu negozjati dwar il-konklużjoni, it-tiġdid jew l-emendar ta' ftehima internazzjonali, il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li jfassal rapport jew b'xi mod ieħor jissorvelja din il-fażi preparatorja. Huwa għandu jinforma lill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati b'dik id-deċiżjoni.

Il-presidenti u r-rapporteurs tal-kumitat responsabbli u ta' kwalunkwe kumitati assoċjati, għandhom, b'mod konġunt, jieħdu azzjoni xierqa biex jiġi żgurat li l-Parlament jingħata tagħrif immedjat, regolari u sħiħ, jekk ikun meħtieġ b'mod kunfidenzjali, fl-istadji kollha tan-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali, inklużi l-abbozz u t-test adottat b'mod aħħari ta' direttivi ta' negozjar, kif ukoll it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 3.

 

– mill-Kummissjoni skont l-obbligi tagħha taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-impenji tagħha skont il-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, u

 

– mill-Kunsill skont l-obbligi tiegħu taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

 

 

1a.  Il-kumitat responsabbli għandu, malajr kemm jista' jkun, jikseb tagħrif mill-Kummissjoni dwar il-bażi legali magħżula għall-konklużjoni tal-ftehimiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kumitat responsabbli għandu jivverifika l-bażi legali magħżula skont l-Artikolu 39.

2.  Il-Parlament jista', fuq proposta tal-kumitat responsabbli, ta' grupp politiku jew ta' mhux inqas minn erbgħin Membru, jitlob lill-Kunsill sabiex ma jawtorizzax il-ftuħ ta' negozjati qabel ma l-Parlament ikun iddikjara l-pożizzjoni tiegħu dwar il-mandat ta' nnegozjar propost fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli.

2.  Il-Parlament jista', fuq proposta tal-kumitat responsabbli, ta' grupp politiku jew ta' mhux inqas minn erbgħin Membru, jitlob lill-Kunsill sabiex ma jawtorizzax il-ftuħ ta' negozjati qabel ma l-Parlament ikun iddikjara l-pożizzjoni tiegħu dwar il-mandat ta' negozjar propost fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli.

3.  Meta jkunu se jinfetħu in-negozjati, il-kumitat responsabbli għandu jikseb tagħrif mill-Kummissjoni dwar il-bażi legali magħżula għall-konklużjoni tal-ftehimiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kumitat responsabbli għandu jivverifika il-bażi legali magħżula skont l-Artikolu 39. Meta l-Kummissjoni tonqos milli tidentifika bażi legali, jew meta jkun hemm dubji dwar il-validità ta' bażi legali, għandu japplika l-Artikolu 39.

 

4.  Fi kwalunkwe stadju tan-negozjati, u minn tmiem in-negozjati sal-konklużjoni tal-ftehima, il-Parlament jista', fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli, u wara li jqis kwalunkwe proposta rilevanti imqiegħda fuq il-Mejda skont l-Artikolu 134, jadotta rakkomandazzjonijiet u jitlob li dawn jitqiesu qabel tiġi konkluża dik il-ftehima.

4.  Fi kwalunkwe stadju tan-negozjati, u minn tmiem in-negozjati sal-konklużjoni tal-ftehim, il-Parlament jista', fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli, imfassal fuq inizjattiva proprja jew wara li jqis kwalunkwe proposta rilevanti mqiegħda fuq il-Mejda minn grupp politiku jew mill-inqas 40 Membru, jadotta rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u jitlob li dawn jitqiesu qabel tiġi konkluża dik il-ftehima.

5. Talbiet mill-Kunsill għal approvazzjoni jew opinjoni tal-Parlament għandhom jitressqu mill-President quddiem il-kumitat responsabbli għal konsiderazzjoni skont l-Artikolu 99 jew l-Artikolu 47(1).

5. Talbiet mill-Kunsill għal approvazzjoni jew opinjoni tal-Parlament għandhom jitressqu mill-President quddiem il-kumitat responsabbli għal konsiderazzjoni skont l-Artikolu 99 jew l-Artikolu 47(1).

6.  Qabel ma ssir il-votazzjoni, il-kumitat responsabbli jew grupp politiku jew mhux inqas minn wieħed minn kull għaxar Membri, jistgħu jipproponu li l-Parlament jitlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompatibilità ta' ftehima internazzjonali mat-Trattati. Jekk il-Parlament japprova proposta ta' dan it-tip, il-votazzjoni għandha tiġi ddiferita sakemm il-Qorti tagħti l-opinjoni tagħha14.

6.  Fi kwalunkwe ħin qabel ma l-Parlament jivvota fuq talba għal approvazzjoni jew opinjoni, il-kumitat responsabbli jew mhux inqas minn wieħed minn kull għaxar Membri li jiffurmaw il-Parlament jistgħu jipproponu li l-Parlament jitlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompatibilità ta' ftehim internazzjonali mat-Trattati.

 

Qabel ma l-Parlament jivvota fuq dik il-proposta, il-President jista' jitlob l-opinjoni tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, li għandu jirrapporta dwar il-konklużjonijiet tiegħu lill-Parlament.

 

Jekk il-Parlament japprova l-proposta li tintalab opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-votazzjoni fuq talba għal approvazzjoni jew opinjoni għandha tiġi differita sakemm il-Qorti tagħti l-opinjoni tagħha.

7.  Il-Parlament jagħti l-opinjoni jew l-approvazzjoni tiegħu dwar il-konklużjoni, it-tiġdid jew l-emendar ta' ftehima internazzjonali jew ta' protokoll finanzjarju li jsir mill-Unjoni Ewropea f'votazzjoni waħdanija b'maġġoranza tal-voti mitfugħa. M'għandhomx ikunu ammissibli emendi għat-test tal-ftehima jew tal-protokoll.

7.  Meta l-Parlament jintalab jagħti l-approvazzjoni tiegħu dwar il-konklużjoni, it-tiġdid jew l-emendar ta' ftehim internazzjonali, huwa għandu jiddeċiedi permezz ta' votazzjoni unika skont l-Artikolu 99.

 

Jekk il-Parlament ma jagħtix l-approvazzjoni tiegħu, il-President għandu javża lill-Kunsill li l-ftehim ikkonċernat ma jistax issir, jiġġedded jew jiġi emendat.

 

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 99(1b), il-Parlament jista' jiddeċiedi, abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli, li jissospendi d-deċiżjoni tiegħu dwar il-proċedura ta' approvazzjoni għal żmien mhux itwal minn sena.

8.  Jekk l-opinjoni adottata mill-Parlament tkun waħda negattiva, il-President għandu jitlob lill-Kunsill sabiex ma jidħolx għall-ftehima ikkonċernata.

8.  Meta l-Parlament jintalab jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-konklużjoni, it-tiġdid jew l-emendar ta' ftehim internazzjonali, l-ebda emenda għat-test tal-ftehim ma għandha tkun ammissibbli. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 170(1), emendi għall-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill għandhom ikunu ammissibbli.

 

Jekk l-opinjoni adottata mill-Parlament tkun waħda negattiva, il-President għandu jitlob lill-Kunsill sabiex ma jikkonkludix il-ftehima ikkonċernata.

9.  Jekk il-Parlament ma jagħtix l-approvazzjoni tiegħu għal xi ftehima internazzjonali, il-President għandu javża lill-Kunsill li l-ftehima ikkonċernata ma tistax issir.

 

 

9a.  Il-Presidenti u r-rapporteurs tal-kumitat responsabbli u ta' kwalunkwe kumitat assoċjat, għandhom, b'mod konġunt, jiċċekkjaw li, f'konformità mal-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jipprovdu lill-Parlament b'tagħrif immedjat, regolari u sħiħ, jekk ikun meħtieġ b'mod kunfidenzjali, fl-istadji kollha tal-preparazzjonijiet għan-negozjar, in-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali, inkluża informazzjoni dwar l-abbozz u t-test adottat finalment ta' direttivi ta' negozjar, kif ukoll informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dawk il-ftehimiet.

__________________

 

14 Ara wkoll l-interpretazzjoni tal-Artikolu 141.

 

Justification

As regards the changes to paragraph 1, they aim to clarify this paragraph, which concerns the monitoring of the steps taken by the other institutions prior to the effective launch of the negotiations. The committees responsible could do this monitoring by:- an INI report (authorised automatically and notified for information to the CCC);- by any other means under these Rules (such as motions for resolutions following debates on statements or on oral questions, etc.).The last two sentences are deleted as superfluous. The scope of Rules 53, 54 and 55 is clearly defined in those Rules. Any committee can do an opinion to INI reports under Rule 53. They can also do opinions under Rules 54 or 55. The acknowledgement of their exclusive or joint competences are not always questioned and settled under Rule 201 (2) (new Rule 201 a). Moreover, referring to the right of asking for opinions under this paragraph, but not under all Rules of procedures where they are applicable may lead to an erroneous “a contrario” type of reasoning.

Paragraph 1 indent 1 is deleted as redundant and not comprehensive (there are also customary practice and obligations taken in the form of unilateral declarations by Commissioners). Similarly,

the second indent of paragraph 1is deleted as it is redundant.

Paragraph 1 a (new) applies even before the Commission asks the Council to approve its negotiating mandate (here in paragraph 2 above). To observe the chronology paragraphs 2 and 3 are inverted.

Paragraph 4 applies during the negotiations and before the conclusion of the international agreement. The change aims to clarify that the committee responsible may draw an INI report (authorised automatically and notified for information to the CCC).To simplify the reading, it is suggested to add the provision concerning the possibility for a political group or at least 40 members to table such a proposal (currently in Rule 134 paragraph 1 and 2).

As regards the changes to paragraph 6, questions concerning the compatibility of an international agreement with the Treaties often touch upon issues – such as subsidiarity, legal basis, the interpretation and application of international law, the legal protection of Parliament’s rights and prerogatives etc. – for which the Committee on Legal Affairs is responsible under Annex VI to the Rules of Procedure. It is therefore appropriate to involve this Committee in the procedure referred to in this provision.

As regards the changes to paragraph 7, the first sentence covers both consultations and consent procedures. In case of consultation, Parliament does not decide in a single vote: amendments to the Council decision are admissible and put to the vote. However, the second sentence is useful only for consultations since, under Rule 99(1), third subparagraph (Rule 99 § 4 new), plenary amendments are never admissible in consent procedures.AFCO WG suggests therefore to re-order paragraphs 7, 8 and 9 in order to address the specificity of the consent and the consultation procedures.Moreover, the reference to "financial protocol[s]" which applies only in this provision shall be deleted. Elsewhere in the Rule, the reference to "international agreement[s]" is deemed sufficient.The third subparagraph is moved here from Rule 99 paragraph 4 second subparagraph. The text is slightly adapted to correspond to the new placement.

Paragraph 9 to be deleted here and moved under paragraph 7.

The new paragraph 9a consists of the text of subparagraph 2 of paragraph 1 which is slightly adapted.

Indeed, the current wording of that subparagraph gives the impression that the EP should be proactive in order for Article 218(10) TFEU to be applied. This is not in line with the Treaties, under which other institutions must inform the EP without specific requests, especially after C-658/11. The wording “…shall jointly supervise/monitor in line with Article 218(10) TFEU that Parliament is provided…” could be suggested.This subparagraph covers all demarches related to the conclusion of international agreements, from the intention to open negotiations to its conclusion and implementation.

Emenda    129

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 109

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 109

Artikolu 109

Proċeduri bbażati fuq l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fil-każ ta' applikazzjoni proviżorja jew is-sospensjoni ta' ftehimiet internazzjonali jew it-teħid ta' pożizzjoni tal-Unjoni f'korp imwaqqaf bi ftehima internazzjonali

L-applikazzjoni proviżorja jew is-sospensjoni tal-applikazzjoni ta' ftehimiet internazzjonali jew it-teħid ta' pożizzjoni tal-Unjoni f'korp imwaqqaf bi ftehima internazzjonali

Meta l-Kummissjoni skont l-obbligi tagħha taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, tgħarraf lill-Parlament u lill-Kunsill bil-ħsieb tagħha li tipproponi l-applikazzjoni proviżorja jew is-sospensjoni ta' ftehim internazzjonali, għandha ssir stqarrija fil-Parlament u tkun segwita b'diskussjoni. Il-Parlament jista' jħejji rakkomandazzjonijiet skond l-Artikoli 108 u 113.

Meta l-Kummissjoni jew il-Viċi President/Rappreżentant Għoli jinfurmaw lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-intenzjoni tagħhom li jipproponi l-applikazzjoni proviżorja jew is-sospensjoni ta' ftehim internazzjonali, il-Parlament jista' jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex jagħmlu dikjarazzjoni, u li wara din għandu jkun hemm dibattitu. Il-Parlament jista' jħejji rakkomandazzjonijiet abbażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli jew skont l-Artikolu 113, li jista' jinkludi, b'mod partikolari, talba lill-Kunsill biex ma japplikax ftehim b'mod proviżorju sakemm il-Parlament ma jkunx ta l-kunsens tiegħu.

L-istess proċedura għandha tapplika meta l-Kummissjoni tgħarraf lill-Parlament bi proposta li tikkonċerna l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f'isem l-Unjoni f'korp stabbilit minn ftehim internazzjonali.

L-istess proċedura għandha tapplika meta l-Kummissjoni jew il-Viċi-President/Rappreżentant Għoli tipproponi pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f'isem l-Unjoni f'korp stabbilit minn ftehim internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

It-titolu huwa mqassar billi titħassar ir-referenza għall-Artikolu 218 (l-istess artikolu japplika wkoll għall-proċeduri msemmija fl-Artikolu 108, filwaqt li dan l-Artikolu jikkonċerna biss l-Artikolu 218 paragrafi 9 & 10). Il-bidla proposta għandha l-għan li tallinja t-titolu mal-kliem użat fl-Artikolu 218(9) TFUE - "sospensjoni tal-applikazzjoni".

It-tibdil propost fil-paragrafu 1 għandu l-għan li jiċċara min huwa l-awtur tad-dikjarazzjoni. "Kummissjoni jew il-Viċi-President/Rappreżentant Għoli" hija introdotta fl-Artikolu, sabiex jiġi allinjat mal-Artikolu 218(9) TFUE.

Emenda    130

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 110

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 110

Artikolu 110

Rappreżentanti speċjali

Rappreżentanti speċjali

1.  Meta l-Kunsill ikollu l-ħsieb li jaħtar Rappreżentant Speċjali skond l-Artikolu 33 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-President, fuq talba tal-Kumitat responsabbli, għandu jistieden lill-Kunsill sabiex jagħmel stqarrija u jwieġeb mistoqsijiet dwar il-mandat, l-għanijiet u affarijiet oħra rilevanti li jkollhom x'jaqsmu mad-doveri u l-irwol li għandu jwettaq ir-Rappreżentant Speċjali.

1.  Meta l-Kunsill ikollu l-ħsieb li jaħtar Rappreżentant Speċjali skont l-Artikolu 33 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-President, fuq talba tal-Kumitat responsabbli, għandu jistieden lill-Kunsill sabiex jagħmel stqarrija u jwieġeb mistoqsijiet dwar il-mandat, l-għanijiet u affarijiet oħra rilevanti li jkollhom x'jaqsmu mad-doveri u r-rwol li għandu jwettaq ir-Rappreżentant Speċjali.

2.  Meta jkun inħatar ir-Rappreżentant Speċjali, imma qabel ma jieħu l-pożizzjoni tiegħu, il-persuna maħtura tista' tiġi mistiedna sabiex tidher quddiem il-kumitat responsabbli biex tagħmel stqarrija u twieġeb mistoqsijiet.

2.  Meta jkun inħatar ir-Rappreżentant Speċjali, imma qabel ma jieħu l-pożizzjoni tiegħu, il-persuna maħtura tista' tiġi mistiedna sabiex tidher quddiem il-kumitat responsabbli biex tagħmel stqarrija u twieġeb mistoqsijiet.

3.  Fi żmien tliet xhur mis-smigħ, il-kumitat jista' jipproponi rakkomandazzjoni skond l-Artikolu 134 li jkollha x'taqsam direttament ma' l-istqarrija li tkun saret u mat-tweġibiet mogħtija.

3.  Fi żmien xahrejn mis-smigħ, il-kumitat responsabbli jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà relatati direttament mal-ħatra.

4.  Ir-Rappreżentant Speċjali għandu jiġi mistieden sabiex iżomm il-Parlament infurmat b'mod sħiħ u regolari dwar l-implimentazzjoni fil-prattika tal-mandat tiegħu.

4.  Ir-Rappreżentant Speċjali għandu jiġi mistieden sabiex iżomm il-Parlament infurmat b'mod sħiħ u regolari dwar l-implimentazzjoni fil-prattika tal-mandat tiegħu.

5.  Rappreżentant speċjali maħtur mill-Kunsill b'mandat li jkollu x'jaqsam ma' kwistjonijiet ta' politika partikolari jista' jiġi mistieden mill-Parlament, jew jista' jitlob li jiġi mistieden, sabiex jagħmel stqarrija lill-kumitat responsabbli.

 

Ġustifikazzjoni

Il-kliem użat attwalment fil-paragrafu 3 mhuwiex ċar, u għal dan il-paragrafu, tidher li hija rilevanti biss il-parti tal-Artikolu 134 dwar il-proposta mressqa minn grupp politiku jew minn tal-anqas 40 Membru. Il-proċedura tal-Artikolu 113 fiha nfisha dejjem se tkun applikabbli għaliex il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkopri l-PESK. Il-paragrafu 5 huwa mħassar billi huwa superfluwu.

Emenda    131

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 111

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 111

Artikolu 111

Rappreżentanza Internazzjonali

Rappreżentanza Internazzjonali

1.  Meta jkollu jinħatar Kap ta' delegazzjoni barranija tal-Unjoni, il-persuna nominata tista' tiġi mistiedna sabiex tidher quddiem l-organu rilevanti tal-Parlament sabiex tagħmel stqarrija u twieġeb mistoqsijiet.

1.  Meta jkollu jinħatar Kap ta' delegazzjoni barranija tal-Unjoni, il-persuna nominata tista' tiġi mistiedna sabiex tidher quddiem il-kumitat responsabbli sabiex tagħmel stqarrija u twieġeb mistoqsijiet.

2.  Fi żmien tliet xhur mis-smiegħ imsemmi fil-paragrafu 1, il-kumitat responsabbli jista' jadotta risoluzzjoni jew jagħmel rakkomandazzjoni, skond il-każ, liema riżoluzzjoni jew rakkomandazzjoni jkollhom x'jaqsmu direttament ma' l-istqarrija li tkun saret u mat-tweġibiet mogħtija.

2.  Fi żmien xahrejn mis-smigħ imsemmi fil-paragrafu 1, il-kumitat responsabbli jista' jadotta riżoluzzjoni jew jagħmel rakkomandazzjoni, skont il-każ, li jkollhom x'jaqsmu direttament mal-ħatra.

Ġustifikazzjoni

Il-bidla għandha l-għan li tissostitwixxi "il-korp rilevanti tal-Parlament" b'"kumitat responsabbli" sabiex iġġib id-dispożizzjoni f'konformità mad-dikjarazzjoni dwar ir-responsabbiltà politika u tassigura kliem koerenti fl-RtP kollha.

Emenda    132

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 112

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 112

Artikolu 113a

Konsultazzjoni mal-Parlament u għoti ta' informazzjoni lill-Parlament fil-qafas tal-politika estera u ta' sigurtà komuni

Konsultazzjoni mal-Parlament u għoti ta' informazzjoni lill-Parlament fil-qafas tal-politika estera u ta' sigurtà komuni

1.  Meta l-Parlament jiġi ikkonsultat skond l-Artikolu 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-kwistjoni għandha tinġieb quddiem il-kumitat responsabbli li jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet skond l-Artikolu 113.

1.  Meta l-Parlament jiġi ikkonsultat skont l-Artikolu 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-kwistjoni għandha tinġieb quddiem il-kumitat responsabbli li jista' jfassal abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 113.

2.  Il-kumitati kkonċernati għandhom ifittxu li jiżguraw li l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jipprovdihom b'tagħrif regolari u f'waqtu dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni ta' l-Unjoni, dwar l-ispiża mistennija kull darba li tiġi adottata deċiżjoni li tinvolvi infiq skond dik il-politika u dwar kwalunkwe konsiderazzjonijiet finanzjarji oħra li jkollhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet skond dik il-politika. Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli, il-kumitat jista' jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq.

2.  Il-kumitati kkonċernati għandhom ifittxu li jiżguraw li l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jipprovdihom b'tagħrif regolari u f'waqtu dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni tal-Unjoni, dwar l-ispiża mistennija kull darba li tiġi adottata deċiżjoni li tinvolvi infiq skont dik il-politika u dwar kwalunkwe konsiderazzjoni finanzjarja oħra li jkollha x'taqsam mal-implimentazzjoni ta' azzjonijiet skont dik il-politika. Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli, il-kumitat jista' jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq.

3.  Għandu jsir dibattitu darbtejn fis-sena fuq id-do kument konsultattiv stabbilit mill-Viċi-President/Rappreżentant Għoli dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-politika estera u ta' sigurta` komuni, inklużi l-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta' l-Unjoni. Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 123 għandhom japplikaw.

3.  Għandu jsir dibattitu darbtejn fis-sena fuq id-dokument konsultattiv stabbilit mill-Viċi-President/Rappreżentant Għoli dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-politika estera u ta' sigurta` komuni, inklużi l-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-Unjoni. Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 123 għandhom japplikaw.

(Ara wkoll l-interpretazzjoni tal-Artikolu 134.)

 

4.  Il-Viċi President/Rappreżentant Għoli għandu jkun mistieden għal kull dibattitu f'seduta plenarja li jinvolvi politika barranija, politika ta' sigurtà jew politika ta' difiża.

4.  Il-Viċi President/Rappreżentant Għoli għandu jkun mistieden għal kull dibattitu f'seduta plenarja li jinvolvi politika barranija, politika ta' sigurtà jew politika ta' difiża.

 

(Dan l-Artikolu kif emendat għandu jitressaq wara l-Artikolu 113 u konsegwentement inkluż fil-Kapitolu 2a li għadu kif inħoloq.)

Justification

Rigward it-tħassir tal-interpretazzjoni, l-użu ta' din ir-referenza mhijiex ovvja. L-unika interpretazzjoni fl-Artikolu 134 hija relatata mal-paragrafu 3 tiegħu. Din tikkonċerna rapporti, mhux il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni previsti fl-Artikolu 123.

Emenda    133

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu III – kapitolu 2a – titolu (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

KAPITOLU 2A

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR L-AZZJONI ESTERNA TAL-UNJONI

 

(Għandhom jiġu introdotti qabel l-Artikolu 113)

Emenda    134

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 113

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 113

Artikolu 113

Rakkomandazzjonijiet fil-qafas tal-politika estera u ta' sigurtà komuni

Rakkomandazzjonijiet dwar il-politiki esterni tal-Unjoni

1.  Il-Kumitat responsabbli mill-politika estera u ta' sigurtà komuni jista' jħejji rakkomandazzjonijet lill-Kunsill fl-oqsma li jaqgħu fi ħdan ir-responsabbiltà tiegħu wara li jkun kiseb awtorizzazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti jew fuq proposta skont l-Artikolu 134.

1.  Il-kumitat responsabbli jista' jfassal abbozz ta' rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar suġġetti li jaqgħu taħt it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (l-azzjoni esterna tal-Unjoni) jew f'każijiet fejn ftehim internazzjonali jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 108 ma jkunx ġie riferut lill-Parlament jew il-Parlament ma jkunx ġie infurmat bih skont l-Artikolu 109.

2.  F'każi urġenti l-awtorizzazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1 tista' tingħata mill-President, li jista' bl-istess mod jawtorizza laqgħa ta' emerġenza tal-kumitat konċernat.

2.  F'każijiet urġenti, il-President jista' jawtorizza laqgħa ta' emerġenza tal-kumitat ikkonċernat.

3.  Waqt il-proċedura għall-adozzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet, li għandu jittieħed vot fuqhom fil-forma ta' test bil-miktub, l-Artikolu 158 m'għandux japplika u għandhom ikunu ammissibbli emendi orali.

3.  Waqt il-proċedura għall-adozzjoni ta' dawn l-abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet fl-istadju tal-kumitati, għandu jkun meħtieġ li jitressaq test bil-miktub għall-votazzjoni.

In-nuqqas ta' applikabilità ta' l-Artikolu 158 huwa possibbli biss fil-kumitat u biss f'każi urġenti. Ma jistax ikun hemm eċċezzjonijiet għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 158, la f'laqgħat tal-kumitat li ma jkunux dikjarati bħala urġenti u l-anqas f'seduti plenarji.

 

Id-dispożizzjoni li tgħid li emendi orali huma ammissibbli tfisser li membri ma jistgħux joġġezzjonaw għal emendi orali li jittieħed vot fuqhom fil-kumitat.

 

 

3a.  Fil-każijiet ta' emerġenza msemmija fil-paragrafu 2, l-Artikolu 158 m'għandux japplika fl-istadju tal-kumitat, u għandhom ikunu ammissibbli emendi orali. Il-Membri ma jistgħux joġġezzjonaw għal emendi orali li jittieħed vot fuqhom fil-kumitat.

4.  Rakkomandazzjonijiet imħejjija b'dan il-mod għandhom ikunu inklużi fl-aġenda għas-sessjoni parzjali li jkun imiss. F'każi urġenti, li dwarhom jiddeċiedi l-President, rakkomandazzjonijiet jistgħu ikunu inklużi fl-aġenda ta' sessjoni parzjali kurrenti. Rakkomandazzjonijiet għandhom jitqiesu li ġew adottati ħlief jekk, qabel il-bidu tas-sessjoni parzjali, mhux inqas minn erbgħin Membru iressqu oġġezzjoni bil-miktub, f'liema każ ir-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat għandhom jiġu inklużi fl-aġenda ta' l-istess seduta parzjali għad-diskussjoni u l-votazzjoni. Grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jqiegħdu emendi fuq il-Mejda.

4.  L-abbozz ta' rakkomandazzjonijiet imħejji mill-kumitat għandu jkun inkluż fl-aġenda għas-sessjoni parzjali li jkun imiss. F'każi urġenti, li dwarhom jiddeċiedi l-President, rakkomandazzjonijiet jistgħu jkunu inklużi fl-aġenda ta' sessjoni parzjali kurrenti.

 

4a.  Ir-Rakkomandazzjonijiet għandhom jitqiesu li ġew adottati ħlief jekk, qabel il-bidu tas-sessjoni parzjali, mill-inqas 40 Membru jressqu oġġezzjoni bil-miktub. Fejn titresssq tali oġġezzjoni, l-abbozz ta' rakkomandazzjonijiet tal-kumitat għandu jiġi inkluż fl-aġenda tal-istess seduta parzjali. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu s-suġġett ta' dibattitu, u kull emenda mressqa minn grupp politiku jew minn tal-anqas 40 Membru għandha tittieħed votazzjoni dwarha.

Ġustifikazzjoni

The changes to the title aim to extend the scope of Rule 113, so as to align it with the broader scope of Rule 134; moreover, Rule 113 is merged with Rule 134 and a a new chapter concerning EP recommendations on the Union’s external action is created. Consequently, Rule 134 is to be deleted.

As regards the changes to paragraph 1, it is suggested to also include the Commission among the possible “addressees” of an EP recommendation.

The deletion in paragraph 3 subparagraph 1 is proposed because this is the only reference in the Rules to "oral amendments". All other references are made in interpretations (in particular, the interpretation to Rule 169 gives the oral amendments equivalent status to the amendments not distributed in all languages).However, the interpretation which follows paragraph 3,is deleted and merged, with slight adaptations, with the provision of paragraph 3 a (new); it acknowledges the specifcity of the CFSP area and the high probability of urgent matters which would justify the a derogation for putting "oral amendments" to vote.

Emenda    135

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 114

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 114

Artikolu 114

Ksur tad-drittijiet tal-bniedem

Ksur tad-drittijiet tal-bniedem

F'kull seduta parzjali, mingħajr ma jkollu bżonn ta' awtorizzazzjoni, kull wieħed mill-kumitati responsabbli jista' jqiegħed fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni skond l-istess proċeduri kif stipulat fl-Artikolu 113(4) dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

F'kull seduta parzjali, mingħajr ma jkollu bżonn ta' awtorizzazzjoni, kull wieħed mill-kumitati responsabbli jista' jqiegħed fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni skont l-istess proċeduri kif stipulat fl-Artikolu 113(4) dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

Emenda    136

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 115

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 115

Artikolu 115

Trasparenza fl-attivitajiet tal-Parlament

Trasparenza fl-attivitajiet tal-Parlament

1. Il-Parlament għandu jiżgura l-akbar trasparenza fl-attivitajiet tiegħu, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

1. Il-Parlament għandu jiżgura l-akbar trasparenza fl-attivitajiet tiegħu, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Id-dibattiti fil-Parlament għandhom ikunu pubbliċi.

2.  Id-dibattiti fil-Parlament għandhom ikunu pubbliċi.

3.  Il-laqgħat tal-kumitati għandhom normalment ikunu pubbliċi. Il-kumitati jistgħu jiddeċiedu, madankollu, sa mhux aktar tard minn meta l-aġenda tal-laqgħa tkun adottata, li jaqsmu l-aġenda ta' dik il-laqgħa f'punti li jkunu miftuħin għall-pubbliku u punti li jkunu magħluqin għall-pubbliku. Madankollu jekk laqgħa ssir fil-magħluq, il-kumi tat jistà, bla ħsara għall-Artikolu 4(1) sa (4) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jagħmel id-dokumenti u minuti tal-laqgħa aċċessibbli għall-pubbliku. L-Artikolu 166 għandu japplika f'każ ta' kwalunkwe ksur tar-regoli li jirregolaw il-kunfidenzjalità.

3.  Il-laqgħat tal-kumitati għandhom normalment ikunu pubbliċi. Il-kumitati jistgħu jiddeċiedu, madankollu, sa mhux aktar tard minn meta l-aġenda tal-laqgħa tkun adottata, li jaqsmu l-aġenda ta' dik il-laqgħa f'punti li jkunu miftuħin għall-pubbliku u punti li jkunu magħluqin għall-pubbliku. Madankollu jekk laqgħa ssir bil-magħluq, il-kumitat jistà jiddeċiedi li jagħmel id-dokumenti tal-laqgħa aċċessibbli għall-pubbliku.

4.  L-eżami li jsir mill-kumitat responsabbli ta' talbiet li jkollhom x'jaqsmu ma' proċeduri dwar immunità skond l-Artikolu 9 għandu dejjem isir bil-magħluq.

 

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet għall-paragrafu 3, huma biss irfinar tal-kliem użat. Il-kontroreferenza għall-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049 ma tagħmilx sens legali. Il-ksur tal-kunfidenzjalità hija diġà rregolata mill-Artikoli 11 u 166, għalhekk m'hemmx bżonn li dan jiġi ripetut skont id-dispożizzjoni attwali.

Il-paragrafu 4 għandu jitħassar minħabba li l-kwistjoni għandha tiġi ttrattata skont l-Artikolu 9(10) u skont il-prinċipji stabbiliti bi qbil mal-Artikolu 9(12).

Emenda    137

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 116

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 116

Artikolu 116

Aċċess pubbliku għal dokumenti

Aċċess pubbliku għal dokumenti

1.  Kull ċittadin ta' l-Unjoni u kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun residenti jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru għandhom id-dritt li jkollhom aċċess għal dokumenti tal-Parlament skont l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, bla ħsara għall-prinċipji, l-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u skond id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

1.  Kull ċittadin tal-Unjoni u kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun residenti jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru għandhom id-dritt li jkollhom aċċess għal dokumenti tal-Parlament skont l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, bla ħsara għall-prinċipji, il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Aċċess għal dokumenti tal-Parlament għandu, sa fejn ikun possibbli, jingħata lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra bl-istess mod.

Aċċess għal dokumenti tal-Parlament għandu, sa fejn ikun possibbli, jingħata lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra bl-istess mod.

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu jkun ippubblikat bħala tagħrif flimkien mar-Regoli ta' Proċedura15.

 

2.  Għall-għanijiet ta' aċċess għal dokumenti, l-espressjoni 'dokumenti tal-Parlament' tfisser kwalunkwe kontenut li jaqa' fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 li jkun tħejja minn jew ġie rċevut minn Uffiċjali tal-Parlament skond it-tifsira tal-Titolu I, Kapitolu 2 ta' dawn ir-Regoli, minn organi li jirregolaw il-Parlament, minn kumitati jew delegazzjonijiet interparlamentari, jew mis-Segretarjat tal-Parlament.

2.  Għall-għanijiet ta' aċċess għal dokumenti, l-espressjoni "dokumenti tal-Parlament" tfisser kwalunkwe kontenut li jaqa' fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 li jkun tħejja minn jew ġie rċevut minn uffiċjali tal-Parlament skont it-tifsira tat-Titolu I, Kapitolu 2 ta' dawn ir-Regoli, minn organi li jirregolaw il-Parlament, minn kumitati jew delegazzjonijiet interparlamentari, jew mis-Segretarjat tal-Parlament.

Jekk jitqiegħdu fuq il-Mejda skond ir-Regoli ta' Proċedura, dokumenti mħejjija minn Membri individwali jew minn gruppi politiċi huma dokumenti tal-Parlament għall-għanijiet ta' aċċess għal dokumenti.

B'konformità mal-Artikolu 4 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, dokumenti mħejjija minn Membri individwali jew minn gruppi politiċi huma dokumenti tal-Parlament għall-għanijiet ta' aċċess għal dokumenti biss jekk jitqiegħdu fuq il-Mejda skont ir-Regoli ta' Proċedura.

Il-Bureau għandu jagħmel regoli sabiex jiżgura li d-dokumenti kollha tal-Parlament jiġu reġistrati.

Il-Bureau għandu jagħmel regoli sabiex jiżgura li d-dokumenti kollha tal-Parlament jiġu reġistrati.

3.  Il-Parlament għandu jistabbilixxi reġistru ta' dokumenti tal-Parlament. Dokumenti leġislattivi u ċerti kategoriji oħra ta' dokumenti għandhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, ikunu aċċessibbli direttament mir-reġistru. Referenzi għal dokumenti oħra tal-Parlament għandhom, sa fejn ikun possibbli, ikunu inklużi fir-reġistru.

3.  Il-Parlament għandu jistabbilixxi sit elettroniku ta' reġistru pubbliku ta' dokumenti tal-Parlament. Dokumenti leġislattivi u ċerti kategoriji oħra ta' dokumenti għandhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, ikunu aċċessibbli direttament permezz tas-sit elettroniku tar-reġistru pubbliku tal-Parlament. Referenzi għal dokumenti oħra tal-Parlament għandhom, sa fejn ikun possibbli, ikunu inklużi fis-sit elettroniku tar-reġistru pubbliku.

Il-kategoriji ta' dokumenti li jkunu aċċessibbli direttament għandhom ikunu stabbiliti f'lista adottata mill-Bureau u ppubblikata fuq is-sit elettoniku tal-Parlament. Din il-lista m'għandhiex tillimita d-dritt ta' aċċess għal dokumenti li ma jkunux fil-kategoriji inklużi fil-lista; dawk id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli fuq talba bil-miktub.

Il-kategoriji ta' dokumenti li jkunu aċċessibbli direttament permezz tas-sit elettroniku tal-Parlament tar-reġistru pubbliku għandhom ikunu stabbiliti f'lista adottata mill-Bureau u ppubblikata fuq is-sit elettroniku tar-reġistru pubbliku tal-Parlament. Din il-lista m'għandhiex tillimita d-dritt ta' aċċess għal dokumenti li ma jkunux fil-kategoriji inklużi fil-lista; dawk id-dokumenti jistgħu jkunu disponibbli fuq talba bil-miktub skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Il-Bureau jista' jadotta regoli, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li jistabbilixxu arranġamenti għall-aċċess, liema regoli għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-Bureau għandu jadotta regoli għall-aċċess għal dokumenti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.  Il-Bureau għandu jinnomina l-organi responsabbli mill-immaniġġar ta' talbiet inizjali (Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001) u għandu jaddotta deċiżjonijiet dwar talbiet ta' konferma (Artikolu 8 tar-Regolament) u talbiet għal dokumenti sensittivi (Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura).

4.  Il-Bureau għandu jinnomina l-organi responsabbli mill-immaniġġjar ta' talbiet inizjali (Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001) u mill-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar talbiet ta' konferma (Artikolu 8 tar-Regolament) u dwar talbiet għal aċċess għal dokumenti sensittivi (Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura).

5.  Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinnomina r-rappreżentanti tal-Parlament fuq il-kumitat interistituzzjonali mwaqqaf skond l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

 

6.  Wieħed mill-Viċi Presidenti għandu jkun responsabbli mis-superviżjoni ta' l-immaniġġjar ta' talbiet għal aċċess għal dokumenti.

6.  Wieħed mill-Viċi Presidenti għandu jkun responsabbli mis-superviżjoni tal-immaniġġjar ta' talbiet għal aċċess għal dokumenti.

 

6a.  Il-Bureau għandu jadotta r-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

7.  Il-kumitat responsabbli tal-Parlament għandu, fuq il-bażi ta' tagħrif mogħti mill-Bureau u sorsi oħrajn, jipprepara r-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u jippreżentah lis-seduta plenarja.

7.  Il-kumitat responsabbli tal-Parlament għandu jeżamina regolarment it-trasparenza tal-attivitajiet tal-Parlament u jressaq rapport bil-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lis-seduta plenarja.

Il-kumitat responsabbli għandu wkoll jeżamina u jevalwa r-rapporti adottati mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji l-oħra skond l-Artikolu 17 tar-Regolament.

Il-kumitat responsabbli jista' wkoll jeżamina u jevalwa r-rapporti adottati mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji l-oħra skont l-Artikolu 17 tar-Regolament.

 

7a.  Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinnomina r-rappreżentanti tal-Parlament fuq il-kumitat interistituzzjonali mwaqqaf skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

__________________

 

15 Ara l-Anness XIV.

 

Justification

The changes to paragraph 1, subparagraph 1 are necessary as the Rules of Procedure may not restrict public access rights under Regulation 1049/2001.

As regards the deletion of paragraph 1, subparagraph 3, this annex is deleted since from a legal and procedural point of view it is not an annex. The Regulation would however be included in a compendium of legal acts, easily accessible to MEPs and other persons.

The changes to paragraph 2, subparagraph 2, reflect the ‘raison d’être’ of this rule. A document is "tabled" when it enters into the EP administrative circuit.

The changes to paragraph 3, subparagraph 2, clarify the relevant “register”; the use of “shall” would imply an obligation to disclose, but an exception under Article 4 of Regulation 1049 might apply; therefore “may” is more appropriate.

Paragraph 3, subparagraph 3, is updated as the rules have already been adopted (adopting them is an obligation under Regulation 1049/2001).

Paragraph 5 is deleted here and reinserted as paragraph 8 (new).

The changes to paragraph 7 and the addition of 6 a (new) adjust the the text to standard practice according to which the Bureau endorses yearly a technical/administrative report whereas the LIBE Committee prepares biannual reports (EP Institutional report on the implementation of Regulation 1049/2001; such reports were adopted in 2009, 2011, 2013, and 2016). It is therefore suggested to clarify that the adoption of the technical report is ensured by the Bureau whereas LIBE is competent for the institutional/political report, which may be based on the findings of the technical reports.Article 17(1) of Regulation (EC) No 1049/2001 reads as follows: "1. Each institution shall publish annually a report for the preceding year including the number of cases in which the institution refused to grant access to documents, the reasons for such refusals and the number of sensitive documents not recorded in the register."

Emenda    138

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 116a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 116a

 

Aċċess għall-Parlament

 

1.   Il-kards ta' aċċess għall-Membri, l-assistenti tal-Membri u terzi persuni għandhom jinħarġu abbażi tar-regoli stabbiliti mill-Bureau. Dawk ir-regoli għandhom jirregolaw ukoll l-użu u l-irtirar ta' kards ta' aċċess.

 

2.  Il-kards ma għandhomx jinħarġu lil individwi f'entourage ta' Membru li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġistru tat-trasparenza għal organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil tal-politika tal-UE u l-implementazzjoni tal-politika 1a.

 

3.   Entitajiet irreġistrati fir-reġistru ta' trasparenza u r-rappreżentanti tagħhom li ngħataw kards għal aċċess fit-tul għall-Parlament Ewropew għandhom josservaw:

 

  il-Kodiċi ta' Mġiba għar-Reġistranti mehmuż mal-ftehim;

 

  il-proċeduri u l-obbligi l-oħra stabbiliti fil-ftehim; and

 

  id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw dan l-Artikolu.

 

Mingħajr preġudizzju għall-applikabilità tar-regoli ġenerali li jirregolaw l-irtirar jew id-diżattivazzjoni temporanja tal-kards għal aċċess fit-tul, u sakemm ma jkunx hemm argumenti sinifikattivi kontra dan, is-Segretarju Ġenerali għandu, bl-awtorizzazzjoni tal-Kwesturi, jirtira jew jiddiżattiva kard għal aċċess fit-tul fejn id-detentur ikun tneħħa mir-reġistru ta' trasparenza għal ksur tal-Kodiċi ta' Mġiba għar-Reġistranti, jew ikun ħati ta' ksur serju tal-obbligi stabbiliti f'dan il-paragrafu, jew ikun irrifjuta milli jikkonforma ma' talba formali sabiex jattendi smigħ jew laqgħa tal-kumitat jew li jikkoopera ma' kumitat ta' inkjesta, mingħajr ma jipprovdi ġustifikazzjoni suffiċjenti.

 

4.   Il-Kwesturi jistgħu jiddeterminaw sa fejn il-kodiċi ta' mġiba msemmi fil-paragrafu 2 huwa applikabbli għall-persuni li, filwaqt li għandhom kard ta' aċċess fit-tul, ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim.

 

5.   Il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, għandu jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta r-reġistru ta' trasparenza skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar l-istabbiliment tal-imsemmi reġistru;

 

__________________

 

1a ĠU L 277 19.9.2014, p. 11.

Ġustifikazzjoni

Artikolu ġdid miżjud sabiex iżid referenza għar-Reġistru ta' Trasparenza

Emenda    139

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 117

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 117

Artikolu 117

Elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni

Elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni

1  Meta l-Kunsill Ewropew jipproponi kandidat għal President tal-Kummissjoni, il-President għandu jitlob lill-kandidat biex jagħmel stqarrija u jippreżenta l-linji gwida politiċi tiegħu lill-Parlament. L-istqarrija għandha tkun segwita minn dibattitu.

1.  Meta l-Kunsill Ewropew jipproponi kandidat għal President tal-Kummissjoni, il-President għandu jitlob lill-kandidat biex jagħmel stqarrija u jippreżenta l-linji gwida politiċi tiegħu lill-Parlament. L-istqarrija għandha tkun segwita minn dibattitu.

Il-Kunsill Ewropew għandu jkun mistieden jieħu sehem fid-dibattitu.

Il-Kunsill Ewropew għandu jkun mistieden jieħu sehem fid-dibattitu.

2.  Il-Parlament għandu jeleġġi l-President tal-Kummissjoni b'maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu.

2.  Bi qbil mal-Artikolu 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Parlament għandu jeleġġi l-President tal-Kummissjoni b'maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu.

Il-votazzjoni għandha ssir permezz ta' vot sigriet.

Il-votazzjoni għandha ssir permezz ta' sejħa tal-ismijiet.

3.   Jekk il-kandidat jiġi elett, il-President għandu jgħarraf b'dan lill-Kunsill u jitlob lilu u lill-President elett tal-Kummissjoni biex jipproponu bi ftehim bejniethom il-persuni nominati għall-karigi differenti bħala Kummissarji.

3.   Jekk il-kandidat jiġi elett, il-President għandu jgħarraf b'dan lill-Kunsill u jitlob lilu u lill-President elett tal-Kummissjoni biex jipproponu bi ftehim bejniethom il-persuni nominati għall-karigi differenti bħala Kummissarji.

4.   Jekk il-kandidat ma jiksibx il-maġġoranza meħtieġa, il-President għandu jistieden lill-Kunsill Ewropew sabiex fi żmien xahar jipproponi kandidat ieħor għall-elezzjoni, skont l-istess proċedura.

4.   Jekk il-kandidat ma jiksibx il-maġġoranza meħtieġa, il-President għandu jistieden lill-Kunsill Ewropew sabiex fi żmien xahar jipproponi kandidat ieħor għall-elezzjoni, skont l-istess proċedura.

Ġustifikazzjoni

Emenda    140

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 118

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 118

Artikolu 118

Elezzjoni tal-Kummissjoni

Elezzjoni tal-Kummissjoni

 

- 1.   Il-President għandu jistieden lill-President elett tal-Kummissjon biex jgħarraf lill-Parlament dwar l-allokazzjoni tar-responsabilitajiet tal-portafolli fil-Kulleġġ tal-Kummissarji propost f'konformità mal-linji gwida politiċi tal-President elett.

1.  Wara li jkun ikkonsulta mal-President elett tal-Kummissjoni, il-President għandu jitlob lill-persuni nominati għall-karigi differenti bħala Kummissarji mill-President elett tal-Kummissjoni u mill-Kunsill sabiex jidhru quddiem il-kumitati parlamentari rispettivi skond l-oqsma li għalihom ġew nominati. Dan is-smigħ għandu jsir fil-pubbliku.

1.  Wara li jkun ikkonsulta mal-President elett tal-Kummissjoni, il-President għandu jitlob lill-persuni nominati għall-karigi differenti bħala Kummissarji mill-President elett tal-Kummissjoni u mill-Kunsill sabiex jidhru quddiem il-kumitati jew korpi parlamentari rispettivi skont l-oqsma li għalihom ġew nominati.

 

1a.  Is-seduti ta' smigħ għandhom ikunu mmexxija mill-kumitati.

 

B'mod eċċezzjonali, seduta ta' smigħ tista' ssir f'format differenti meta Kummissarju nnominat ikollu responsabilitajiet li huma primarjament orizzontali, dment li tali seduta ta' smigħ tinvolvi l-kumitati responsabbli. Is-seduti ta' smigħ għandhom isiru fil-pubbliku.

2.   Il-President jista' jistieden lill-President elett tal-Kummissjon biex jgħarraf lill-Parlament dwar l-allokazzjoni tar-responsabilitajiet tal-portafolli fil-Kulleġġ tal-Kummissarji propost f'konformità mal-linji gwida politiċi tiegħu.

 

3.  Il-kumitat jew kumitati kompetenti għandhom jistiednu lill-Kummissarju nnominat biex jagħmel stqarrija u jwieġeb għall-mistoqsijiet. Is-seduti ta' smigħ għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jippermetti li l-Kummissarji nnominati jagħtu lill-Parlament t-tagħrif kollu rilevanti. Id-dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tas-seduti ta' smigħ għandhom ikunu stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

3.  Il-kumitat jew kumitati kompetenti għandhom jistiednu lill-Kummissarju nnominat biex jagħmel stqarrija u jwieġeb għall-mistoqsijiet. Is-seduti ta' smigħ għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jippermetti li l-Kummissarji nnominati jagħtu lill-Parlament t-tagħrif kollu rilevanti. Id-dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tas-seduti ta' smigħ għandhom ikunu stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura16.

4.  Il-President elett għandu jippreżenta l-kulleġġ tal-Kummissarji u l-programm tagħhom f'seduta tal-Parlament li għaliha għandhom ikunu mistiedna jattendu l-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kunsill. L-istqarrija għandha tkun segwita minn dibattitu.

4.  Il-President elett għandu jiġi mistieden jippreżenta l-kulleġġ tal-Kummissarji u l-programm tagħhom f'seduta tal-Parlament li għaliha għandhom ikunu mistiedna jattendu l-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kunsill. L-istqarrija għandha tkun segwita minn dibattitu.

5.  Sabiex jingħalaq id-dibattitu, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni. Għandu japplika l-Artikolu 123(3), (4) u (5).

5.  Sabiex jingħalaq id-dibattitu, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni. Għandu japplika l-Artikolu 123(3) sa (5b).

Wara l-votazzjoni fuq il-mozzjoni għal riżoluzzjoni, il-Parlament għandu jeleġġi jew jiċħad il-Kummissjoni b'maġġoranza tal-voti mitfugħa.

 

Il-vot għandu jittieħed permezz ta' sejħa ta' l-ismijiet.

 

Il-Parlament jista` jiddifferixxi l-votazzjoni għas-seduta ta' wara.

 

 

5a.  Wara l-votazzjoni fuq il-mozzjoni għal riżoluzzjoni, il-Parlament għandu jeleġġi jew jiċħad il-Kummissjoni b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, b'sejħa tal-ismijiet. Il-Parlament jista' jiddifferixxi l-votazzjoni għas-seduta ta' wara.

6.  Il-President għandu jgħarraf lill-Kunsill bl-elezzjoni jew biċ-ċaħda tal-Kummissjoni.

6.   Il-President għandu jgħarraf lill-Kunsill bl-elezzjoni jew biċ-ċaħda tal-Kummissjoni.

7.   F'każ ta' bdil sostanzjali fil-portafolli matul il-mandat tal-Kummissjoni, il-mili ta' post vakanti jew il-ħatra ta' Kummissarju ġdid wara l-adeżjoni ta' Stat Membru ġdid, il-Kummissarji konċernati għandhom jiġu mistiedna jidhru quddiem il-kumitati responsabbli mill-oqsma ta' kompetenza rispettivi, skond il-paragrafu 3.

7.  F'każ ta' bdil sostanzjali fil-portafolli jew bidla fil-kompożizzjoni tal-Kummissjoni matul il-mandat tal-Kummissjoni, il-Kummissarji kkonċernati jew kwalunkwe Kummissarju nnominat għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fi smigħ li jsir f'konformità mal-paragrafi 1a u 3.

 

7a.  Fil-każ ta' bidla fil-portafoll tal-Kummissarju jew fl-interessi finanzjarji ta' Kummissarju matul il-mandat tiegħu jew tagħha, din is-sitwazzjoni għandha tkun soġġetta għal skrutinju mill-Parlament skont l-Anness XVI.

 

Jekk jiġi identifikat kunflitt ta' interessi matul it-tul tal-kariga ta' Kummissarju, u l-President tal-Kummissjoni jonqos milli jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament sabiex tinstab soluzzjoni għal dan il-kunflitt ta' interessi, il-Parlament jista' jitlob lill-President tal-Kummissjoni biex ma jibqax jagħti fiduċja lill-Kummissarju msemmi, skont il-paragrafu 5 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea u, fejn xieraq, jieħu azzjoni bl-għan li jċaħħad lill-Kummissarju msemmi mid-dritt tiegħu għal pensjoni jew għal benefiċċji oħra minflok pensjoni f'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 245 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

_______________

 

16 Ara l-Anness XVI.

 

Justification

The changes to this Rule transpose the principle set out in paragraph 5 of the EP resolution of 8 September 2015 on procedures and practices regarding Commissioner hearings.

Paragraph 2 of Rule 118 becomes paragraph 1 and "may" is replaced by "shall", since it corresponds to standard practice the last three subparagraphs of paragraph 5 are re-grouped into a new paragraph (5a)in order to facilitate the reading and the interpretation.

In paragraph 7, the reference to a new MS is deleted as it is not accurate given that the same procedure applies to any new Commissioner (resignation, new accession or other circumstances.)

Emenda    141

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 118a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 118a

 

Programmazzjoni pluriennali

 

Mal-ħatra ta' Kummissjoni ġdida, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, skont il-paragrafu 5 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, għandhom jaqsmu l-fehmiet tagħhom u jilħqu qbil dwar konklużjonijiet konġunti dwar l-ipprogrammar pluriennali.

 

Għal dak l-għan, u qabel ma jinnegozja mal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar konklużjonijiet konġunti rigward l-ipprogrammar pluriennali, il-President għandu jagħmel skambju ta' fehmiet mal-Konferenza tal-Presidenti dwar l-objettivi prinċipali tal-politiki u l-prijoritajiet għal-leġislatura l-ġdida. Dan l-iskambju ta' fehmiet se jieħu inkunsiderazzjoni, inter alia, il-prijoritajiet ippreżentati mill-President elett tal-Kummissjoni, kif ukoll it-tweġibiet mogħtija mill-Kummissarji nnominati waqt is-seduti ta' smigħ previsti fl-Artikolu 118.

 

Qabel ma jiffirma l-konklużjonijiet konġunti, il-President għandu jfittex li jikseb l-approvazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti.

Emenda    142

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 119

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 119

Artikolu 119

Mozzjoni ta' ċensura kontra l-Kummissjoni

Mozzjoni ta' ċensura kontra l-Kummissjoni

1.  Mozzjoni ta' ċensura kontra l-Kummissjoni tista' tiġi ppreżentata lill-President minn parti waħda minn għaxra tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament.

1.  Mozzjoni ta' ċensura kontra l-Kummissjoni tista' tiġi ppreżentata lill-President minn parti waħda minn għaxra tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament. Jekk mozzjoni ta' ċensura tkun ġiet ivvutata fl-aħħar xahrejn, waħda ġdida tista' titqiegħed fuq il-Mejda minn 20 % biss tal-Membri kollha tal-Parlament.

2.  Il-mozzjoni għandha tissejjah 'mozzjoni ta' ċensura' u għandha tigi sostnuta b'raġunijiet. Għandha tintbagħat lill-Kummissjoni.

2.  Il-mozzjoni għandha tissejjaħ "mozzjoni ta' ċensura" u għandha tiddikjara r-raġunijiet. Għandha tintbagħat lill-Kummissjoni.

3.  Il-President għandu jħabbar lill-Membri li tqiegħdet fuq il-Mejda mozzjoni ta' ċensura minnufih malli jirċeviha.

3.  Il-President għandu jħabbar lill-Membri li tqiegħdet fuq il-Mejda mozzjoni ta' ċensura minnufih malli jirċeviha.

4.  Id-dibattitu dwar iċ-ċensura m'għandux jsir biss wara li jgħaddu mill-inqas erbgħa u għoxrin siegħa minn meta tkun tħabbret lill-Membri l-wasla tal-mozzjoni ta' ċensura.

4.  Id-dibattitu dwar iċ-ċensura m'għandux isir biss wara li jgħaddu mill-inqas erbgħa u għoxrin siegħa minn meta tkun tħabbret lill-Membri l-wasla tal-mozzjoni ta' ċensura.

5.  Il-votazzjoni dwar il-mozzjoni għandha ssir permezz ta' sejħa ta' l-ismijiet u għandha issir wara li jgħaddu mhux inqas minn tmienja u erbgħin siegħa mill-bidu tad-dibattitu.

5.  Il-votazzjoni dwar il-mozzjoni għandha ssir permezz ta' sejħa tal-ismijiet u għandha ssir wara li jgħaddu mhux inqas minn tmienja u erbgħin siegħa mill-bidu tad-dibattitu.

6.  Id-dibattitu u l-votazzjoni għandhom isiru, l-aktar tard, waqt is-seduta parzjali ta' wara li tkun giet ippreżentata l-mozzjoni.

6.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 5, id-dibattitu u l-votazzjoni għandhom isiru, l-aktar tard, waqt is-seduta parzjali ta' wara li tkun ġiet ippreżentata l-mozzjoni.

7.  Il-mozzjoni ta' ċensura tgħaddi jekk ikollha maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħa, maġġoranza li tirraprezenta l-maġġoranza tal-Membri li jiffurmaw il-Parlament. Ir-riżultat għandu jiġi notifikat lill-President tal-Kunsill u lill-President tal-Kummissjoni.

7.  F'konformità mal-Artikolu 234 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-mozzjoni ta' ċensura għandha tgħaddi jekk ikollha maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħa, maġġoranza li tirrapreżenta l-maġġoranza tal-Membri li jiffurmaw il-Parlament. Ir-riżultat għandu jiġi notifikat lill-President tal-Kunsill u lill-President tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-bidla fil-paragrafu 6 hija kjarifika teknika għall-każ tal-minisessjonijiet ta' Brussell.

Emenda    143

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 120

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 120

Artikolu 120

In-Nomina tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

In-Nomina tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Fuq proposta tal-kumitat responsabbli, il-Parlament għandu jaħtar il-persuna nominata minnu fuq il-kumitat ta' seba' persuni inkarigat biex jevalwa x-xerqien tal-kandidati biex jingħataw il-kariga ta' Imħallfin jew Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali.

Fuq proposta tal-kumitat responsabbli, il-Parlament għandu jaħtar il-persuna nominata minnu fuq il-kumitat ta' seba' persuni inkarigat biex jevalwa x-xerqien tal-kandidati biex jingħataw il-kariga ta' Imħallfin jew Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali. Il-kumitat responsabbli għandu jiddeċiedi dwar il-persuna nominata li jixtieq jipproponi billi jorganizza votazzjoni b'maġġoranza sempliċi. Għal dan l-iskop, il-koordinaturi ta' dak il-kumitat għandhom jistabbilixxu lista finali ta' kandidati.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tallinja l-Artikolu 120 mal-prattika eżistenti.

Emenda    144

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 121

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 121

Artikolu 121

Ħatra tal-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri

Ħatra tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri

1.  Il-kandidati nominati bħala Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri għandhom jiġu mistiedna jagħmlu stqarrija quddiem il-kumitat responsabbli u jwieġbu l-mistoqsijiet magħmula lilhom mill-membri. Il-kumitat għandu jivvota b'mod sigriet separatament fuq kull nomina.

1.  Il-kandidati nominati bħala Membri tal-Qorti tal-Awdituri għandhom jiġu mistiedna jagħmlu stqarrija quddiem il-kumitat responsabbli u jwieġbu l-mistoqsijiet magħmula lilhom mill-membri. Il-kumitat għandu jivvota b'mod sigriet separatament fuq kull nomina.

2.  Il-kumitat responsabbli għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-Parlament dwar jekk in-nominazzjoni għandhiex tiġi approvata, liema rakkomandazzjoni għandu jkollha l-forma ta' rapport li jinkludi proposta separata għal kull deċiżjoni fuq kull nomina.

2.  Il-kumitat responsabbli għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-Parlament dwar jekk in-nomina għandhiex tiġi approvata.

3.  Il-vot f'seduta plenarja għandu jittieħed fi żmien xahrejn minn meta tkun waslet in-nominazzjoni ħlief jekk il-Parlament, fuq talba tal-kumitat responsabbli, ta' grupp politiku jew ta' mhux inqas minn erbgħin Membru, jiddeċiedi mod ieħor. Il-Parlament għandu jivvota b'mod sigriet separatament għal kull nomina u jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'maġġoranza tal-voti mitfugħa.

3.  Il-vot f'seduta plenarja għandu jittieħed fi żmien xahrejn minn meta tkun waslet in-nomina ħlief jekk il-Parlament, fuq talba tal-kumitat responsabbli, ta' grupp politiku jew ta' mhux inqas minn erbgħin Membru, jiddeċiedi mod ieħor. Il-Parlament għandu jivvota b'mod sigriet separatament għal kull nomina.

4.  Jekk l-opinjoni adottata mill-Parlament dwar nominazzjoni individuali tkun negattiva, il-President għandu jitlob lill-Kunsill biex jirtira n-nominazzjoni u jippreżenta nominazzjoni ġdida lill-Parlament.

4.  Jekk l-opinjoni adottata mill-Parlament dwar nomina individuali tkun negattiva, il-President għandu jitlob lill-Kunsill biex jirtira n-nomina u jippreżenta nomina ġdida lill-Parlament.

Emenda    145

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 122

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 122

Artikolu 122

Ħatra tal-Membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

Ħatra tal-Membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

1.   Il-kandidat innominat bħala President tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiġi mistieden biex jagħmel stqarrija quddiem il-kumitat responsabbli u jwieġeb il-mistoqsijiet magħmula lilu mill-Membri.

1.  Il-kandidat nominat bħala President, Viċi President jew Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiġi mistieden biex jagħmel stqarrija quddiem il-kumitat responsabbli u jwieġeb il-mistoqsijiet magħmula lilu mill-Membri.

2.   Il-kumitat responsabbli għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-Parlament dwar jekk in-nominazzjoni għandhiex tiġi approvata.

2.   Il-kumitat responsabbli għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-Parlament dwar jekk in-nomina għandhiex tiġi approvata.

3.   Il-vot għandu jittieħed fi żmien xahrejn minn meta tkun ġiet ippreżentata n-nominazzjoni ħlief jekk il-Parlament, fuq talba tal-kumitat responsabbli, ta' grupp politiku jew ta' mhux inqas minn erbgħin Membru, jiddeċiedi mod ieħor.

3.  Il-vot għandu jittieħed fi żmien xahrejn minn meta tkun ġiet ippreżentata n-nomina ħlief jekk il-Parlament, fuq talba tal-kumitat responsabbli, ta' grupp politiku jew ta' mhux inqas minn erbgħin Membru, jiddeċiedi mod ieħor. Il-Parlament għandu jivvota b'mod sigriet separatament għal kull nomina.

4.   Jekk l-opinjoni adottata mill-Parlament tkun negattiva, il-President għandu jitlob lill-Kunsill biex jirtira n-nomina tiegħu u jippreżenta nomina ġdida lill-Parlament.

4.  Jekk l-opinjoni adottata mill-Parlament dwar nomina tkun negattiva, il-President għandu jitlob l-irtirar tan-nomina u s-sottomissjoni ta' nomina ġdida lill-Parlament.

5.   L-istess proċedura għandha tapplika fil-każ tan-nomini ta' Viċi President u ta' Membri oħra tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.

 

Justification

The change in paragraph 1 aims to clarify that the procedure should be followed (and is actually followed) with regard to all members of the ECB Executive Board (cf. current § 5).

In paragraph 4, the words "the President shall ask the Council to withdraw its nomination and to submit a new nomination to Parliament" imply that Parliament is consulted by the Council. However, the wording of Article 283(2) TFEU is not clear in this respect.Where the EN wording of this Treaty provision might leave some doubt, the FR version clearly provides for a consultation by the European Council: "sont nommés par le Conseil européen ..., sur recommandation du Conseil et après consultation du Parlement européen".However, according to the DE version, Parliament is indeed consulted by the Council.Therefore Rule122 §4 has been reformulated so as to correspond with both versions.

§ 5.See suggested changes to §1

Emenda    146

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 122a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 122a

 

Ħatriet f'korpi ta' governanza ekonomika

 

1.  Dan l-Artikolu għandu japplika għall-ħatra ta':

 

  il-President u l-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku;

 

  il-President, il-Viċi President u l-Membri full-time tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni;

 

  il-Presidenti u d-Diretturi Eżekuttivi tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); u

 

  id-Direttur Maniġerjali u l-Viċi Direttur Maniġerjali tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi.

 

2.  Kull kandidat għandu jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat responsabbli u jwieġeb mistoqsijiet magħmula mill-Membri.

 

3.  Il-kumitat responsabbli għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-Parlament dwar kull proposta għal ħatra.

 

4.  Il-vot għandu jittieħed fi żmien xahrejn minn meta tasal il-proposta għall-ħatra ħlief jekk il-Parlament, fuq talba tal-kumitat responsabbli, ta' grupp politiku jew ta' mhux inqas minn erbgħin Membru, jiddeċiedu mod ieħor. Il-Parlament għandu jivvota b'mod sigriet separatament għal kull ħatra.

 

5.  Jekk id-deċiżjoni adottata mill-Parlament dwar proposta għal ħatra tkun negattiva, il-President għandu jitlob l-irtirar tagħha u s-sottomissjoni ta' proposta ġdida lill-Parlament.

Emenda    147

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 123

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 123

Artikolu 123

Stqarrijiet mill-Kummissjoni, mill-Kunsill u mill-Kunsill Ewropew

Stqarrijiet mill-Kummissjoni, mill-Kunsill u mill-Kunsill Ewropew

1.   Il-Membri tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew jistgħu f'kull ħin jitolbu permess mingħand il-President tal-Parlament biex jagħmlu stqarrija. Il-President tal-Kunsill Ewropew għandu jagħmel stqarrija wara kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew. Il-President tal-Parlament għandu jiddeċiedi meta l-istqarrija tkun tista' ssir u jekk għandhiex tiġi segwita minn dibattitu sħiħ jew minn tletin minuta ta' mistoqsijiet qosra u konċizi mill-Membri.

1.   Il-Membri tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew jistgħu f'kull ħin jitolbu permess mingħand il-President tal-Parlament biex jagħmlu stqarrija. Il-President tal-Kunsill Ewropew għandu jagħmel stqarrija wara kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew. Il-President tal-Parlament għandu jiddeċiedi meta l-istqarrija tkun tista' ssir u jekk għandhiex tiġi segwita minn dibattitu sħiħ jew minn tletin minuta ta' mistoqsijiet qosra u konċiżi mill-Membri.

2.   Meta jpoġġi stqarrija b'dibattitu fl-aġenda tiegħu, il-Parlament għandu jiddeċiedi jekk jagħlaqx jew le d-dibattitu b'riżoluzzjoni. Fil-każ li jkun programmat rapport fuq l-istess argument fl-istess seduta parzjali jew f'dik ta' wara, dan ma jsirx, ħlief jekk il-President, għal raġunijiet eċċezzjonali, jipproponi mod ieħor. Jekk il-Parlament jiddeċiedi li jagħlaq id-dibattitu b'riżoluzzjoni, kumitat, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni.

2.   Meta jpoġġi stqarrija b'dibattitu fl-aġenda tiegħu, il-Parlament għandu jiddeċiedi jekk jagħlaqx jew le d-dibattitu b'riżoluzzjoni. Fil-każ li jkun programmat rapport fuq l-istess argument fl-istess seduta parzjali jew f'dik ta' wara, dan ma jsirx, ħlief jekk il-President, għal raġunijiet eċċezzjonali, jipproponi mod ieħor. Jekk il-Parlament jiddeċiedi li jagħlaq id-dibattitu b'riżoluzzjoni, kumitat, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni.

3.   Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet għandu jittieħed vot fuqhom fl-istess ġurnata. Il-President għandu jiddeċiedi dwar l-eċċezzjonijiet. Spjegazzjonijiet ta' votazzjoni għandhom ikunu ammissibbli.

3.  Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet għandu jittieħed vot fuqhom fil-ħin ta' votazzjoni l-aktar bikri possibbli. Il-President għandu jiddeċiedi dwar l-eċċezzjonijiet. Spjegazzjonijiet ta' votazzjoni għandhom ikunu ammissibbli.

4.   Mozzjoni konġunta għal riżoluzzjoni għandha tieħu post il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet imqiegħda fuq il-Mejda qabel mill-firmatarji tagħha, iżda mhux il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mqiegħda fuq il-Mejda minn kumitati, gruppi politiċi jew Membri oħra.

4.   Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta għandha tieħu post il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet imqiegħda fuq il-Mejda qabel mill-firmatarji tagħha, iżda mhux il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet imqiegħda fuq il-Mejda minn kumitati, gruppi politiċi jew Membri oħra.

 

4a.  Jekk mozzjoni għal riżoluzzjoni titqiegħed fuq il-Mejda minn gruppi politiċi li jirrappreżentaw maġġoranza ċara, il-President jista' jpoġġi din il-mozzjoni għall-vot l-ewwel.

5.  Wara li tkun ġiet adottata riżoluzzjoni, ma jistax jittieħed vot fuq mozzjonijiet oħra ħlief jekk il-President, b'eċċezzjoni, jiddeċiedi mod ieħor.

5.  Wara li tkun ġiet adottata riżoluzzjoni, ma jistax jittieħed vot fuq mozzjonijiet oħra ħlief jekk il-President, b'eċċezzjoni, jiddeċiedi mod ieħor.

 

5a.  L-awtur jew l-awturi ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni mqiegħda fuq il-Mejda skont il-paragrafu 2 jew l-Artikolu 135(2) għandu jkollhom id-dritt li jirtirawha qabel il-votazzjoni aħħarija.

 

5b.  Mozzjoni għal riżoluzzjoni li tkun ġiet irtirata tista' tittieħed u terġa' titqiegħed fuq il-Mejda minnufih minn grupp, kumitat jew mill-istess numru ta' Membri li jkollhom id-dritt li jqiegħduha fuq il-Mejda. Il-paragrafu 5a u dan il-paragrafu għandhom japplikaw biss għal riżoluzzjonijiet imressqa skont l-Artikoli 105 u 106.

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu 5a jkopri t-test trasferit attwalment fl-Artikolu 133(6), li ġie ssimplifikat.

Il-paragrafu 5b jikkonsisti fit-test tal-Artikolu 133(8) attwali b'żieda li tirrigwarda l-mozzjonijiet dwar atti delegati u ta' implimentazzjoni.

Emenda    148

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 124

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 124

Artikolu 124

Stqarrijiet li jispjegaw id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni

Stqarrijiet li jispjegaw id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni

Wara li jkun ikkonsulta l-Konferenza tal-Presidenti, il-President jista' jistieden lill-President tal-Kummissjoni, lill-Kummissarju responsabbli mir-relazzjonijiet mal-Parlament Ewropew jew, bi ftehim, lil xi Kummissarju ieħor, biex jagħmlu stqarrija lill-Parlament wara kull laqgħa tal-Kummissjoni li tispjega d-deċiżjonijiet ewlenin li jkunu ttieħdu. L-istqarrija għandha tiġi segwita minn dibattitu ta' mhux inqas minn tletin minuta li fih il-Membri jistgħu jagħmlu xi mistoqsijiet qosra.

Il-President għandu jistieden lill-President tal-Kummissjoni, lill-Kummissarju responsabbli mir-relazzjonijiet mal-Parlament Ewropew jew, bi ftehim, lil xi Kummissarju ieħor, biex jagħmlu stqarrija lill-Parlament wara kull laqgħa tal-Kummissjoni li tispjega d-deċiżjonijiet ewlenin li jkunu ttieħdu, ħlief jekk għal raġunijiet ta' skedar ta' ħinijiet jew minħabba relevanza politika relattiva tas-suġġett, il-Konferenza tal-Presidenti tiddeċiedi li dan mhux meħtieġ. L-istqarrija għandha tiġi segwita minn dibattitu ta' mhux inqas minn tletin minuta li fih il-Membri jistgħu jagħmlu xi mistoqsijiet qosra.

Emenda    149

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 125

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 125

Artikolu 125

Stqarrijiet mill-Qorti ta' l-Awdituri

Stqarrijiet mill-Qorti tal-Awdituri

1.   Fil-kuntest ta' proċedura ta' kwittanza jew ta' l-attivitajiet tal-Parlament f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontroll tal-baġit, il-President tal-Qorti ta' l-Awdituri jista' jiġi mistieden jieħu l-kelma sabiex jippreżenta l-kummenti inklużi fir-Rapport Annwali, fir-rapporti speċjali jew fl-opinjonijiet tal-Qorti, jew sabiex jispjega l-programm ta' ħidma tal-Qorti.

1.  Fil-kuntest ta' proċedura ta' kwittanza jew tal-attivitajiet tal-Parlament f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontroll tal-baġit, il-President tal-Qorti tal-Awdituri jista' jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni sabiex jippreżenta l-kummenti inklużi fir-Rapport Annwali, fir-rapporti speċjali jew fl-opinjonijiet tal-Qorti, jew sabiex jispjega l-programm ta' ħidma tal-Qorti.

2.   Il-Parlament jista' jiddeċiedi li jlaqqa dibattitu separat dwar xi kwistjonijiet li jirriżultaw minn stqarrijiet ta' dan it-tip bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill, b'mod partikulari fejn ikunu ġew irrapurtati irregolaritajiet fl-immaniġġjar tal-finanzi.

2.   Il-Parlament jista' jiddeċiedi li jlaqqa' dibattitu separat dwar xi kwistjonijiet li jirriżultaw minn stqarrijiet ta' dan it-tip bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill, b'mod partikolari fejn ikunu ġew irrappurtati irregolaritajiet fl-immaniġġjar tal-finanzi.

Ġustifikazzjoni

Il-kliem "jieħu l-kelma" huwa sostitwit b'"jagħmel dikjarazzjoni" sabiex din id-dispożizzjoni tiġi allinjata mal-espressjoni użata fl-Artikoli 123(1) u 124 kif ukoll mar-referenza għal "dikjarazzjonijiet" fil-paragrafu 2 hawn taħt.

Emenda    150

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 126

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 126

Artikolu 126

Stqarrijiet mill-Bank Ċentrali Ewropew

Stqarrijiet mill-Bank Ċentrali Ewropew

1.   Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu jippreżenta lill-Parlament ir-Rapport Annwali tal-Bank dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u dwar il-politika monetarja kemm tas-sena ta' qabel kif ukoll tas-sena kurrenti.

1.  Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiġi mistieden biex jippreżenta lill-Parlament ir-Rapport Annwali tal-Bank dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u dwar il-politika monetarja kemm tas-sena ta' qabel kif ukoll tas-sena kurrenti.

2.   Din il-preżentazzjoni għandha tiġi segwita minn dibattitu ġenerali.

2.   Din il-preżentazzjoni għandha tiġi segwita minn dibattitu ġenerali.

3.   Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, mhux inqas minn erba' darbiet fis-sena, għandu jiġi mistieden għal-laqgħat tal-kumitat responsabbli biex jagħmel stqarrija u jwieġeb għall-mistoqsijiet.

3.   Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, mhux inqas minn erba' darbiet fis-sena, għandu jiġi mistieden għal-laqgħat tal-kumitat responsabbli biex jagħmel stqarrija u jwieġeb għall-mistoqsijiet.

4.   Fuq talba tagħhom jew tal-Parlament, il-President, il-Viċi President u l-Membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għandhom jiġu mistiedna għal laqgħat addizzjoni.

4.   Fuq talba tagħhom jew tal-Parlament, il-President, il-Viċi President u l-Membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għandhom jiġu mistiedna għal laqgħat addizzjonali.

5.   Għandu jitħejja rapport verbatim fil-lingwi uffiċjali ta' dak li jkun intqal skond il-paragrafi 3 u 4.

5.  Għandu jitħejja rapport verbatim ta' dak li jkun intqal skont il-paragrafi 3 u 4.

Ġustifikazzjoni

Mill-aħħar bidla fl-Artikolu 194, ir-rapporti verbatim tal-plenarja ma għadhomx jitfasslu fil-lingwi kollha. Fil-livell ta' kumitat, il-prattika komuni rigward id-djalogu monetarju hija li jkun hemm traskrizzjoni tal-proċedimenti li mbagħad tiġi tradotta fi tliet lingwi.

Emenda    151

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 127

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 127

imħassar

Rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika.

 

1.   Ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni għandha tiġi ppreżentata lill-kumitat responsabbli li għandu jissottometti rapport lill-Parlament.

 

2.   Il-Kunsill għandu jiġi mistieden biex jgħarraf lill-Parlament bil-kontenut tar-rakkomandazzjoni tiegħu u bil-pożizzjoni meħuda mill-Kunsill Ewropew.

 

Ġustifikazzjoni

Dan għandu jitħassar għaliex ma japplikax fil-prattika. Fil-prattika, ir-rapporti INI tal-Kumitati ECON u EMPL f'dan il-qasam huma bbażati fuq id-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-5 ta' Lulju 2012; il-Konferenza tal-Presidenti ddeċidiet li tawtorizza (annwalment, awtomatikament u barra mill-kwota) ir-rapporti INI li ġejjin:- wara r-rilaxx tal-AGS, u fid-dawl tas-Summit tar-Rebbiegħa: ECON INI (+ BUDG skont l-Artikolu 54) kif ukoll EMPL INI (+ BUDG skont l-Artikolu 54) - kmieni fil-Ħarifa: ECON INI li jevalwa l-implimentazzjoni tas-semestru li għaddej bħalissa u jipprovdi input għall-AGS tas-sena li ġejja.

Emenda    152

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 128

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 128

Artikolu 128

Mistoqsijiet għal tweġiba orali b'dibattitu

Mistoqsijiet għal tweġiba orali b'dibattitu

1.  Jistgħu isiru mistoqsijiet lill-Kunsill jew lill-Kummissjoni minn kumitat, minn grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru, b'talba biex il-mistoqsijiet jidħlu fl-aġenda tal-Parlament.

1  Jistgħu jsiru mistoqsijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà minn kumitat, minn grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru, b'talba biex il-mistoqsijiet jidħlu fl-aġenda tal-Parlament.

Dawn il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President li għandu jgħaddihom minnufih lill-Konferenza tal-Presidenti.

Dawn il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President li għandu jgħaddihom minnufih lill-Konferenza tal-Presidenti.

Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tiddeċiedi jekk il-mistoqsijiet għandhomx jitqiegħu fl-aġenda u f'liema ordni għandhom jitqiegħdu fl-aġenda. Il-mistoqsijiet li ma jitqegħdux fl-aġenda tal-Parlament fi żmien tliet xhur minn meta jkunu ġew imressqa jiskadu.

Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tiddeċiedi jekk il-mistoqsijiet għandhomx jitqiegħdu fl-abbozz ta' aġenda skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 149. Il-mistoqsijiet li ma jitqegħdux fl-abbozz ta' aġenda tal-Parlament fi żmien tliet xhur minn meta jkunu ġew imressqa jiskadu.

2.   Il-mistoqsijiet lill-Kummissjoni għandhom jintbagħtu lil dik l-istituzzjoni mhux inqas minn ġimgħa qabel is-seduta li fl-aġenda tagħha għandhom jidhru dawn il-mistoqsijiet, u l-mistoqsijiet lill-Kunsill għandhom jintbagħtu mhux inqas minn tliet ġimgħat qabel dik id-data.

2.  Il-mistoqsijiet lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandhom jintbagħtu lid-destinatarju mhux inqas minn ġimgħa qabel is-seduta li fl-aġenda tagħha għandhom jidhru dawn il-mistoqsijiet, u l-mistoqsijiet lill-Kunsill għandhom jintbagħtu mhux inqas minn tliet ġimgħat qabel dik id-data.

3.   Fejn il-mistoqsijiet ikollhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 42 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, id-data ta' skadenza stipulata fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma tapplikax, u l-Kunsill għandu jwieġeb kemm jista' jkun malajr u jżomm il-Parlament infurmat kif suppost.

3.  Fejn il-mistoqsijiet ikollhom x'jaqsmu mal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni, il-limiti ta' żmien stipulati fil-paragrafu 2 ma japplikawx, u t-tweġiba trid tingħata kemm jista' jkun malajr sabiex il-Parlament jinżamm infurmat kif suppost.

4.  Wieħed mill-interpellanti jkollu ħames minuti biex jagħmel il-mistoqsija. Għandu jwieġeb membru ta' l-istituzzjoni konċernata.

4.  Wieħed mill-interpellanti jista' jagħmel il-mistoqsija. Id-destinatarju għandu jwieġeb.

L-awtur tal-mistoqsija huwa ntitolat li juża l-ħin kollu għall-intervent kif imsemmi.

 

5.   L-Artikolu 123(2) sa (5) għandu japplika mutatis mutandis.

5.  L-Artikolu 123(2) sa (5b)rigward it-tqegħid fuq il-Mejda ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet u l-votazzjoni fuqhom għandu japplika mutatis mutandis.

Justification

Paragraph 1 is brought up to date, as following the entry into force of the Lisbon Treaty its text should include the possibility to submit Oral Questions to the Vice-President / High Representative Furthermore, the change made refloect the fact that the CoP does not decide on each and every Oral Question tabled, but simply adopts the Draft Agenda and Final Draft Agenda, including the possible Oral Questions. The reference to Rule 149 is introduced as the recommendation by the CCC referred to in Rule 149(1) includes a list of Oral Questions.

In paragraph 2 the words "that institution" cannot be used anymore if the VP/HR is added, therefore it is suggested to use "addressee" like in Annex III to the Rules.

Changes to paragraph 3 aim to increase the readability as this paragraph provides for two time limits.

Paragraph 4 is modified as having speaking time for the authors of the Oral Question does not seem useful especially as the Rules of Procedure do not establish the speaking time for other speakers in Plenary (rapporteurs, rapporteurs for opinion, authors of the motions for resolutions of Rule 135, other institutions, etc.). Speaking time is agreed with political groups and indicated in the Agenda of the Plenary. In addition, as regards authors of oral questions, when there is more than one author (e.g. several OQs on the same subject or one OQ tabled by several political groups or committees, but not in the case of an OQ tabled by 40+ MEPs), speaking time for each author or co-author is 2 minutes, not 5. This is why the reference to 5 minutes is deleted.

The second subparagraph of paragraph 2 is deleted as it is valid in the case of a question tabled jointly by several committees or political groups, as ad hoc arrangements are frequent, e.g. for questions tabled jointly by several committees.

Emenda    153

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 129

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 129

Artikolu 129

Ħin għall-mistoqsijiet

Ħin għall-mistoqsijiet

1.   Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni f'kull sessjoni parzjali għal tul ta' 90 minuta dwar tema orizzontali speċifika waħda jew iktar minn waħda deċiżi mill-Konferenza tal-Presidenti xahar qabel is-sessjoni parzjali.

1.  Jista' jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni f'kull sessjoni parzjali għal tul ta' mhux iktar minn 90 minuta dwar tema orizzontali speċifika waħda jew iktar minn waħda deċiżi mill-Konferenza tal-Presidenti xahar qabel is-sessjoni parzjali.

2.   Il-Kummissarji mistiedna mill-Konferenza tal-Presidenti biex jipparteċipaw għandu jkollhom portafoll relatat mat-tema jew it-temi orizzontali speċifiċi li dwarhom ikunu se jsiru mistoqsijiet. In-numru ta' Kummissarji għandu jkun limitat għal tnejn għal kull sessjoni parzjali, bil-possibilità li jiżdied it-tielet wieħed skont it-tema jew temi orizzontali speċifiċi magħżula għall-Ħin għall-Mistoqsijiet.

2.   Il-Kummissarji mistiedna mill-Konferenza tal-Presidenti biex jipparteċipaw għandu jkollhom portafoll relatat mat-tema jew it-temi orizzontali speċifiċi li dwarhom ikunu se jsiru mistoqsijiet. In-numru ta' Kummissarji għandu jkun limitat għal tnejn għal kull sessjoni parzjali, bil-possibilità li jiżdied it-tielet wieħed skont it-tema jew temi orizzontali speċifiċi magħżula għall-Ħin għall-Mistoqsijiet.

3.   Il-ħin għall-mistoqsijiet għandu jsir b'konformita ma' sistema ta' poloz li d-dettalji tagħha huma stabbiliti f'anness ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura17.

 

4.   Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jistgħu jiġu organizzati ħinijiet għal mistoqsijiet speċifiċi mal-Kunsill, mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Grupp tal-euro.

4.   Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jistgħu jiġu organizzati ħinijiet għal mistoqsijiet speċifiċi mal-Kunsill, mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Grupp tal-euro.

 

4a.  Il-ħin għall-mistoqsijiet ma għandux jiġi speċifikament allokat minn qabel. Il-President għandu jiżgura, sa fejn ikun possibbli, li l-Membri li jkollhom fehmiet politiċi differenti u li jkunu minn Stati Membri differenti jingħataw l-opportunità li jagħmlu mistoqsija wara xulxin.

 

4b.  Il-Membru għandu jingħata minuta biex jifformula l-mistoqsija u l-Kummissarju jingħata żewġ minuti biex iwieġeb. Dak il-Membru jista' jagħmel mistoqsija supplimentari ta' 30 sekonda li jkollha relevanza diretta mal-mistoqsija prinċipali. Il-Kummissarju mbagħad għandu jingħata żewġ minuti biex jagħti tweġiba supplimentari.

 

Il-mistoqsijiet u l-mistoqsijiet supplimentari għandhom ikunu direttament relatati mat-tema orizzonatali speċifika magħżula skont il-paragrafu 1. Il-President jista' jiddeċiedi dwar l-ammissibilità.

__________________

 

17 Ara l-Anness II.

 

Ġustifikazzjoni

Il-bidla fil-paragrafu 4a tissuġġerixxi l-użu tal-proċedura "catch the eye". Il-paragrafu 4b jittratta l-kontenut tal-paragrafi 2 u 3 tal-Anness II. Bħala konsegwenza ta' dawn il-bidliet, l-Anness se jitħassar.

Emenda    154

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 130

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 130

Artikolu 130

Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub

Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub

1.   Kull Membru jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont kriterji stipulati f'anness ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura18. L-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu esklużivament responsabbli mill-kontenut tal-mistoqsijiet.

1.   Kull Membru jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont kriterji stipulati f'anness ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura18. L-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu esklussivament responsabbli mill-kontenut tal-mistoqsijiet.

2.   Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President. Id-dubji dwar l-ammissibilità ta' mistoqsija għandhom jiġu trattati mill-President. Id-deċiżjoni tal-President ma għandhiex tkun bbażata esklussivament fuq id-dispożizzjonijiet tal-anness imsemmi fil-paragrafu 1 iżda fuq id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali. Id-deċiżjoni tal-President għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.

2.   Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President. Id-dubji dwar l-ammissibilità ta' mistoqsija għandhom jiġu trattati mill-President. Id-deċiżjoni tal-President ma għandhiex tkun ibbażata esklussivament fuq id-dispożizzjonijiet tal-anness imsemmi fil-paragrafu 1 iżda fuq id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali. Id-deċiżjoni motivata tal-President għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.

3.  Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati f'format elettroniku. Kull Membru jista' jippreżenta massimu ta' ħames mistoqsijiet fix-xahar.

3.  Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati f'format elettroniku. Kull Membru jista' jippreżenta massimu ta' għoxrin mistoqsija fuq perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi.

Bħala eċċezzjoni, il-mistoqsijiet addizzjonali jistgħu jiġu ppreżentati fil-forma ta' dokument stampat depożitat u ffirmat personalment mill-Membru kkonċernat fis-servizz rilevanti tas-Segretarjat.

 

Wara perjodu li jiskadi sena wara l-bidu tat-tmien leġislatura, il-Konferenza tal-Presidenti għandha twettaq valutazzjoni tar-reġim dwar il-mistoqsijiet addizzjonali.

 

L-espressjoni "bħala eċċezzjoni" għandha tiġi interpretata li tfisser li l-mistoqsija addizzjonali tikkonċerna kwistjoni ta' urġenza u li t-tressiq ta' dik il-mistoqsija ma jkunx jista' jistenna sax-xahar ta' wara. Barra minn hekk, in-numru ta' mistoqsijiet imressqa skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 għandu jkun iżgħar min-norma ta' ħames mistoqsijiet fix-xahar.

 

 

3a.  Mistoqsija tista' tiġi appoġġjata minn Membri minbarra l-interpellant. Tali mistoqsijiet għandhom jgħoddu ma' dawk tal-interpellant u mhux mal-massimu ta' mistoqsijiet ta' min jappoġġja skont il-paragrafu 3.

4.  Jekk mistoqsija ma tkunx tista' titwieġeb fil-ħin stipulat għandha titqiegħed, fuq talba ta' l-interpellant, fl-aġenda tal-laqgħa ta' wara tal-kumitat responsabbli. L-Artikolu 129 għandu japplika mutatis mutandis.

4.  Jekk mistoqsija ma tkunx tista' titwieġeb mid-destinatarju fi żmien tliet ġimgħat (mistoqsija prijoritarja) jew sitt ġimgħat (mistoqsija mhux bi prijorità) minn meta tkun intbagħtet lid-destinatarju, tista' titqiegħed, fuq talba tal-interpellant, fl-aġenda tal-laqgħa ta' wara tal-kumitat responsabbli.

Peress li l-President ta' kumitat għandu s-setgħa li jsejjaħ laqgħa ta' dak il-kumitat, kif stipulat fl-Artikolu 206(1), huwa għandu wkoll, fl-interess ta' organizzazzjoni tajba tal-proċeduri, jiddeċiedi dwar l-abbozz ta' aġenda għal-laqgħa li jsejjaħ. Din il-prerogattiva tapplika mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-President skont l-Artikolu 130(4) li jissottometti mistoqsija bil-miktub, fuq talba tal-awtur tagħha, fl-abbozz ta' aġenda tal-laqgħa li jkun imiss tal-Kumitat. Madankollu, il-President għandu s-setgħa diskrezzjonali li jipproponi, filwaqt li jikkunsidra l-prijoritajiet politiċi, l-ordni tal-ħidma tal-laqgħa u l-modalitjiet tal-proċedura (pereżempju, proċedura mingħajr dibattitu bl-adozzjoni, eventwalment, ta' deċiżjoni dwar is-segwitu, kif ukoll, fejn xieraq, rakkomandazzjoni sabiex il-punt ikompli jiġi diskuss f’laqgħa sussegwenti).

 

5.  Mistoqsijiet li jeħtieġu tweġiba minnufih iżda ma jeħtiġux riċerka dettaljata (mistoqsijiet ta' prijorità) għandhom jingħataw tweġiba fi żmien tliet ġimgħat minn meta jkunu mibgħuta lid-destinatarji. Kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda mistoqsija prijoritarja waħda fix-xahar.

5.  Kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda mistoqsija prijoritarja waħda fix-xahar.

Mistoqsijiet oħra (mistoqsijiet mhux prijoritarji) għandhom jingħataw tweġiba fi żmien sitt ġimgħat minn meta jkunu mibgħuta lill-istituzzjoni kkonċernata.

 

6.   Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament.

6.  Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet inkluż kwalunkwe anness relatat għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament.

__________________

__________________

18 Ara Anness III.

18 Ara Anness III.

Justification

Several changes are made to this Rule. Paragraph 2 is aligned with Rule 136 paragraph 2. In practice, the author always receives an explanation of the reasons why the question was considered inadmissible by the President.

Second subparagraph of paragraph 3 is deleted in accordance with the plenary decision of 29 April 2015.The EP resolution of 29 April 2015 on Parliament's estimates of revenue and expenditure calls upon the EP"- to limit, for each Member, the number of parliamentary questions submitted in electronic format to a maximum of five questions per month (not taking into account the co-authors);- to abolish the possibility to submit any additional questions [...];- [...]- expects the revised rules to be applicable as of January 2016."On 9 September 2015, the following interpretation was adopted: "The expression 'by way of exception' is to be interpreted as meaning that the additional question concerns a matter of urgency and that the submission of that question cannot wait until the following month. Furthermore, the number of questions tabled under the second subparagraph of paragraph 3 must be smaller than the norm of five questions per month". In accordance wit the)CoP decision of 9 December 2015, subparagraph 3 of paragraph 3 is also deleted.

Subparagraph 4 of paragraph 3 is also deleted because it is obsolete given that the additional questions are abolished.

Changes to paragraph 4 aim at clarifying the provision. Currently, the application mutatis mutandis of Rule 129 raises doubts since the latest amendments thereto. Furthermore, since the increased number of written questions caused delays in the Institutions' replies, these written questions tend to appear more and more often on the committees' agendas, so it is suggested that the placement on the Committee agenda should not be automatic.

Changes to paragraph 5 aim to correct the fact that the current text imposes an obligation on third parties. As regards the research needed as a criterion for establishing the priority, practice shows that it is difficult to invoke it; the substance of the questions should give an indication whether it is a priority question or not.

Emenda    155

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 131

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 131

Artikolu 131

Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-Bank Ċentrali Ewropew

Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-Bank Ċentrali Ewropew

1.   Kwalunkwe Membru jista' jagħmel sa mhux iktar minn sitt mistoqsijiet fix-xahar għal tweġiba bil-miktub lill-Bank Ċentrali Ewropew b'konformità ma' kriterji stipulati f'anness ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura19. L-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu esklużivament responsabbli mill-kontenut tal-mistoqsijiet.

1.   Kwalunkwe Membru jista' jagħmel sa mhux iktar minn sitt mistoqsijiet fix-xahar għal tweġiba bil-miktub lill-Bank Ċentrali Ewropew b'konformità ma' kriterji stipulati f'anness ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura19. L-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu esklussivament responsabbli mill-kontenut tal-mistoqsijiet.

2.   Tali mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President tal-kumitat responsabbli li għandu jinnotifikahom lill-Bank Ċentrali Ewropew. Id-dubji dwar l-ammissibilità ta' mistoqsija għandhom jiġu trattati mill-President. Id-deċiżjoni tal-President għandha tkun innotifikata lill-awtur tal-mistoqsija.

2.   Tali mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President tal-kumitat responsabbli li għandu jinnotifikahom lill-Bank Ċentrali Ewropew. Id-dubji dwar l-ammissibilità ta' mistoqsija għandhom jiġu trattati mill-President. Id-deċiżjoni tal-President għandha tkun innotifikata lill-awtur tal-mistoqsija.

3.   Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament.

3.   Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament.

4.   Jekk mistoqsija ma tkunx ingħatat tweġiba sad-data ta' skadenza stipulata, għandha tiġi inkluża, fuq talba ta' min ikun għamilha, fl-aġenda ta' l-ewwel laqgħa li l-kumitat responsabbli jkollu mal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew.

4.  Jekk mistoqsija ma tkunx ingħatat tweġiba fi żmien sitt ġimgħat, tista' tiġi inkluża, fuq talba ta' min ikun għamilha, fl-aġenda tal-ewwel laqgħa li l-kumitat responsabbli jkollu mal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew.

__________________

_________________

19 Ara Anness III.

19 Ara Anness III.

Ġustifikazzjoni

Il-bidla fil-paragrafu 4 tirrifletti l-prattika fil-Kumitat ECON li jitolbu tweġiba malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ fi żmien 6 ġimgħat. Barra minn hekk, l-istess bħall-bidla fl-Artikolu 130(4), qed jiġi ssuġġerit li t-tqegħid fuq l-aġenda tal-Kumitat ECON m'għandux ikun awtomatiku.

Emenda    156

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 131a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 131a

 

Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub li jikkonċernaw il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u l-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni

 

1.  L-Artikolu 131(1), (2) u (3) japplika mutatis mutandis fir-rigward ta' mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u l-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni. In-numru ta' tali mistoqsijiet għandu jitnaqqas mill-massimu ta' sitt mistoqsijiet previsti fl-Artikolu 131(1).

 

2.  Jekk mistoqsija ma tkunx ingħatat tweġiba sa ħames ġimgħat, tista' tiġi inkluża, fuq talba tal-interpellant tagħha, fl-aġenda tal-ewwel laqgħa li l-kumitat responsabbli jkollu mal-President tad-destinatarju.

Ġustifikazzjoni

L-iskadenza ta' ħames ġimgħat hija speċifikata fil-Ftehim Interistituzzjonali mal-BĊE. Ara wkoll ir-rimarka skont l-Artikolu 130(4) u l-Artikolu 131(4) dwar it-tqegħid fuq l-aġenda tal-Kumitat.

Emenda    157

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu V – kapitolu 4 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

RAPPORTI TA' ISTITUZZJONIJIET OĦRA

RAPPORTI TA' ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA

Emenda    158

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 132

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 132

Artikolu 132

Rapporti annwali u rapporti oħra ta' istituzzjonijiet oħra.

Rapporti annwali u rapporti oħra ta' istituzzjonijiet jew korpi oħra.

1.   Rapporti annwali u rapporti oħra ta' istituzzjonijiet oħra, li għalihom it-Trattati jipprovdu l-konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew jew li għalihom dispożizzjonijiet legali oħra jipprovdu għall-opinjoni tal-Parlament, għandhom jiġu ttrattati permezz ta' rapport ippreżentat fis-seduta plenarja.

1.   Rapporti annwali u rapporti oħra ta' istituzzjonijiet jew korpi oħra, li għalihom it-Trattati jipprovdu l-konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew jew li għalihom dispożizzjonijiet legali oħra jipprovdu għall-opinjoni tal-Parlament, għandhom jiġu ttrattati permezz ta' rapport ippreżentat fis-seduta plenarja.

2.   Rapporti annwali u rapporti oħra ta' istituzzjonijiet oħra li ma jaqgħux taħt il-paragrafu 1 għandhom jiġu mgħoddija lill-kumitat responsabbli li jista' jipproponi li jitħejja rapport skond l-Artikolu 52.

2.  Rapporti annwali u rapporti oħra ta' istituzzjonijiet jew korpi oħra li ma jaqgħux taħt il-paragrafu 1 għandhom jiġu mgħoddija lill-kumitat responsabbli li għandu jeżaminahom u li jista' jippreżenta mozzjoni għal riżoluzzjoni qasira lill-Parlament jew jipproponi li jitħejja rapport skont l-Artikolu 52 jekk iqis li l-Parlament għandu jieħu pożizzjoni dwar kwistjoni importanti koperta fir-rapporti.

Ġustifikazzjoni

Il-bidla proposta għat-titolu biħsiebha testendi l-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjoni, peress li "korpi oħra" hija usa' minn "istituzzjonijiet oħra".

Emenda    159

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 133

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 133

Artikolu 133

Mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet

Mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet

1.  Kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni fuq materja li taqa' taħt l-isferi attività tal-Unjoni Ewropea.

1.  Kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar kwistjoni li taqa' taħt l-isferi ta' attività tal-Unjoni Ewropea.

Il-mozzjoni m'għandhiex tkun itwal minn 200 kelma.

Il-mozzjoni m'għandhiex tkun itwal minn 200 kelma.

 

1a  Il-kontenut ta' tali mozzjoni

 

  ma jista' jkun fih ebda deċiżjoni dwar kwistjonijiet li għalihom ġew stabbiliti proċeduri u kompetenzi speċifiċi oħra f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura, b'mod partikolari l-Artikolu 46, jew

 

  ma jistax jittratta s-suġġett ta' proċedimenti li għaddejjin fil-Parlament.

 

1b.  Kull Membru jista' jressaq mhux iktar minn mozzjoni waħda bħal din kull xahar.

 

1c.   Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-President, li għandu jivverifika jekk tissodisfax il-kriterji applikabbli. Jekk il-President jiddikjara li l-mozzjoni hija ammissibbli, għandu jħabbar dan fil-plenarja u jirreferiha lill-kumitat responsabbli.

 

 

2.  Il-kumitat responsabbli għandu jiddeċiedi liema proċeduri għandhom jiġu adottati.

2.  Il-kumitat responsabbli għandu jiddeċiedi liema proċeduri għandhom jiġu adottati, inkluża l-kombinazzjoni tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni ma' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet jew rapporti oħra, l-adozzjoni ta' opinjoni, li tista' tieħu l-forma ta' ittra, jew it-tfassil ta' rapport skont l-Artikolu 52. Huwa jista' wkoll jiddeċiedi li ma jsegwix il-mozzjoni għal riżoluzzjoni.

Huwa jista' jgħaqqad il-mozzjoni għal riżoluzzjoni ma' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni oħrajn jew ma' rapporti oħra.

 

Jista' jagħti opinjoni li tista' tieħu l-forma ta' ittra.

 

Jista' jiddeċiedi li jħejji rapport skond l-Artikolu 52.

 

3.   L-awturi ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni għandhom jiġu mgħarrfa bid-deċiżjonijiet tal-kumitat u tal-Konferenza tal-Presidenti.

3.  L-awturi ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni għandhom jiġu mgħarrfa bid-deċiżjonijiet tal-President, tal-kumitat u tal-Konferenza tal-Presidenti.

4.   Ir-rapport għandu jinkludi t-test tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni.

4.   Ir-rapport għandu jinkludi t-test tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni.

5.   Opinjonijiet f'forma ta' ittra indirizzata lill-istituzzjonijiet l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu mgħoddija mill-President.

5.   Opinjonijiet f'forma ta' ittra indirizzata lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu mgħoddija mill-President.

6.   L-awtur jew l-awturi ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni mqiegħda fuq il-Mejda skond l-Artikoli 123(2), 128(5) jew 135(2) għandu jkollhom id-dritt li jirtirawha qabel il-votazzjoni aħħarija.

 

7.  Mozzjoni għal riżoluzzjoni mqiegħda fuq il-Mejda skond il-paragrafu 1 tista' tiġi rtirata mill-awtur, l-awturi jew l-ewwel firmatarju qabel ma l-kumitat jiddeċiedi li jħejji rapport dwarha skond il-paragrafu 2.

7.  Mozzjoni għal riżoluzzjoni mqiegħda fuq il-Mejda skont il-paragrafu 1 tista' tiġi rtirata mill-awtur, l-awturi jew l-ewwel firmatarju qabel ma l-kumitat jiddeċiedi li jħejji rapport dwarha skont il-paragrafu 2.

Ladarba l-mozzjoni tkun ittieħdet mill-kumitat, il-kumitat biss ikun jista' jirtiraha sa qabel ma tibda l-votazzjoni aħħarija.

Ladarba l-mozzjoni tkun ittieħdet mill-kumitat, il-kumitat biss ikun jista' jirtiraha sa qabel ma tibda l-votazzjoni aħħarija.

8.  Mozzjoni għal riżoluzzjoni li tkun ġiet irtirata tista' tittieħed u terġa' titqiegħed fuq il-Mejda minnufih minn grupp, kumitat jew mill-istess numru ta' Membri li jkollhom id-dritt li jqiegħduha fuq il-Mejda.

 

Il-kumitati għandhom id-dmir li jiżguraw li l-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li jitqiegħdu fuq il-Mejda skond dan l-Artikolu u li jissodisfaw ir-rekwiżiti hemm stipulati jiġu segwiti u ssir riferenza għalihom kif imiss f'dokumenti li jitħejjew b'riżultat tagħhom.

 

 

(it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1a għandu jiddaħħal bħala interpretazzjoni.)

Justification

The changes proposed in paragraphs 1a and 1b take into account the fact that the number of motions for resolution has increased exponentially during the current term. According to some recent figures:38 motions for resolution tabled in 201182 in 201247 in 2013494 in 2014and 737 in 2015 (855 including the ones that have not been published ). Over 90 % of these motions are tabled by a very small number of MEPs (less than 10), and nearly all motions for resolution have a counter part in a written question by the same author.In 2015, only one single motion for resolution was given follow up by a committee: the relevant committee decided to ask authorisation for an INI report on the subject.

Changes to paragraph 2 (1) clarify that the enumeration in this paragraph is not exhaustive. Subaragraphs 2,3 and 4 of paragraph 2 are deleted here and moved into Rule 133(2).

Paragraph 6 is deleted here and moved under Rule 123 as a new paragraph (5a) with slight modifications, so as to take into account other Rules which provide for the possibility of withdrawal of a motion for resolution as for example Rules 105 and 106.As this paragraph does not apply to motions tabled by individual Members, but only to motions tabled by a committee, political group or 40 Members, it is moved to Rule 123 as a new paragraph 4a. Likewise, pargraph 8 is deleted here and moved as modified under Rule 123 as a new paragraph 5b:“A withdrawn motion for a resolution may be taken over and retabled immediately by a group, a committee or the same number of Members as is entitled to table it. This provision applies also to resolutions tabled under Rules 105 and 106.” The suggested change aims to clarify that re-tabling also applies to resolutions objecting to DIA under Rules 105 and 106.

Emenda    160

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 134

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 134

imħassar

Rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill

 

1.   Grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru, jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar suġġetti li jaqgħu taħt it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jew jekk il-Parlament ma jkunx ġie kkonsultat dwar ftehima internazzjonali fl-ambitu tal-Artikoli 108 jew 109.

 

2.  Dawn il-proposti għandhom jiġu referuti lill-kumitat responsabbli biex jiġu eżaminati.

 

Fejn ikun il-każ, il-kumitat għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Parlament skond il-proċeduri mniżżla f'dawn ir-Regoli.

 

3.  Fir-rapport tiegħu, il-kumitat responsabbli għandu jressaq proposta lill-Parlament għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill, flimkien ma' nota spjegattiva qasira u, fejn ikun il-każ, flimkien ma' l-opinjonijiet tal-kumitati kkonsultati.

 

Ma jkunx hemm bżonn ta' awtorizzazzjoni minn qabel mill-Konferenza tal-Presidenti biex jiġi applikat dan il-paragrafu.

 

4.   Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 113.

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu huwa mħassar minħabba li ngħaqad mal-Artikolu 113 taħt il-kapitolu "Relazzjonijiet barranin".

Emenda    161

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 135

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 135

Artikolu 135

Dibattiti fuq każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt

Dibattiti fuq każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt

1.   Kumitat, delegazzjoni interparlamentari, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jitolbu bil-miktub lill-President biex isir dibattitu dwar każ urġenti ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt (Artikolu 149(3)).

1.  Kumitat, delegazzjoni interparlamentari, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jitolbu bil-miktub lill-President biex isir dibattitu dwar każ urġenti ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt.

2.  Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tagħmel lista ta' suġġetti li għandhom jiġu inklużi fl-abbozz aħħari ta' l-aġenda għad-dibattitu li jkun imiss fuq każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt skond it-talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 u skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness IV. In-numru totali ta' suġġetti nklużi fl-aġenda m'għandux ikun akbar minn tlieta, inklużi s-sotto-kapitoli.

2.  Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tagħmel lista ta' suġġetti li għandhom jiġu inklużi fl-abbozz aħħari tal-aġenda għad-dibattitu li jkun imiss fuq każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt skont it-talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 u skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness IV. In-numru totali ta' suġġetti nklużi fl-aġenda m'għandux ikun akbar minn tlieta, inklużi s-sotto-kapitoli.

Skont l-Artikolu 152, il-Parlament jista' jwarrab suġġett li jkun se jiġi diskuss u jibdlu ma' ieħor mhux skedat. Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet fuq is-suġġetti magħżula għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda sa fil-għaxija ta' dak il-jum li fih tkun approvata l-aġenda. Il-President għandu jistabbilixxi data ta' skadenza preċiża sa meta jistgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda dawn il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet.

Skont l-Artikolu 152, il-Parlament jista' jwarrab suġġett li jkun se jiġi diskuss u jibdlu ma' ieħor mhux skedat. Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet fuq is-suġġetti magħżula jistgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda minn Kumitat, grupp politiku jew mill-inqas 40 Membru sa fil-għaxija ta' dak il-jum li fih tkun approvata l-aġenda. Il-President għandu jistabbilixxi data ta' skadenza preċiża sa meta jistgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda dawn il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet.

3  Il-ħin totali allokat għad-diskorsi tal-gruppi politiċi u tal-Membri mhux affiljati għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 162(4) u (5) fil-limiti tal-ħin massimu ta' 60 minuta mħolli għad-dibattitu għal kull sessjoni parzjali.

3  Il-ħin totali allokat għad-diskorsi tal-gruppi politiċi u tal-Membri mhux affiljati għandu jiġi stabbilit skont il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 162(4) u (5) fil-limiti tal-ħin massimu ta' 60 minuta mħolli għad-dibattitu għal kull sessjoni parzjali.

Il-ħin li jifdal wara li jitnaqqas il-ħin meħtieġ għall-introduzzjoni u l-votazzjoni fuq il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet u l-ħin għad-diskorsi, jekk ikun hemm, li jkun allokat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, għandu jinqasam bejn il-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati.

Il-ħin li jifdal wara li jitnaqqas il-ħin meħtieġ għall-introduzzjoni tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet u l-ħin għad-diskorsi, jekk ikun hemm, li jkun allokat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, għandu jinqasam bejn il-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati.

4.  Fl-aħħar tad-dibattitu għandu jittieħed vot immedjat. L-Artikolu 183 ma japplikax.

4.  Fl-aħħar tad-dibattitu għandu jittieħed vot immedjat. L-Artikolu 183 li jikkonċerna l-ispjegazzjonijiet tal-vot ma għandux japplika.

Il-votazzjonijiet li jsiru meħuda skond dan l-Artikolu jistgħu jiġu organizzati fuq bażi kollettiva taħt ir-responsabbiltà tal-President jew tal-Konferenza tal-Presidenti.

Il-votazzjonijiet li jsiru meħuda skont dan l-Artikolu jistgħu jiġu organizzati fuq bażi kollettiva taħt ir-responsabbiltà tal-President jew tal-Konferenza tal-Presidenti.

5.   Jekk jiġu mressqa żewġ mozzjonijiet, jew aktar, għal riżoluzzjonijiet dwar l-istess suġġett, għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 123(4).

5.  Jekk jiġu mressqa żewġ mozzjonijiet, jew aktar, għal riżoluzzjonijiet dwar l-istess suġġett, għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 123(4) u (4a).

6.  Il-President u l-presidenti tal-gruppi politiċi jistgħu jiddeċiedu li mozzjoni għal riżoluzzjoni għandha titqiegħed għall-vot mingħajr dibattitu. Deċiżjoni ta' dan it-tip teħtieġ il-qbil unanimu tal-presidenti tal-gruppi politiċi kollha.

6.  Il-President u l-presidenti tal-gruppi politiċi jistgħu jiddeċiedu li mozzjoni għal riżoluzzjoni għandha titqiegħed għall-vot mingħajr dibattitu. Deċiżjoni ta' dan it-tip teħtieġ il-qbil unanimu tal-presidenti tal-gruppi politiċi kollha.

Id-dispożizzjonijiet tar-Regoli 187, 188 u 190 m'għandhomx japplikaw għal riżoluzzjonijiet inklużi fl-aġenda għal dibattitu dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 187 u 188 m'għandhomx japplikaw għal riżoluzzjonijiet inklużi fl-aġenda għal dibattitu dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda għal dibattitu dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt biss wara li tkun ġiet approvata l-lista tas-suġġetti. Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li ma jkunux jistgħu jiġu ttrattati fil-ħin allokat għad-dibattitu jiskadu. L-istess għandu japplika fil-każ tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li għalihom, fuq talba skond l-Artikolu 168(3), ikun ġie stabbilit li m'hemmx kworum. Il-Membri jibqa' jkollhom id-dritt li jerġgħu ipoġġu fuq il-Mejda dawn il-mozzjonijiet, biex jiġu eżaminati fil-kumitat skond l-Artikolu 133 jew biex ikun hemm dibattitu dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt fis-sessjoni parzjali li jkun imiss.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda għal dibattitu dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt biss wara li tkun ġiet approvata l-lista tas-suġġetti. Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li ma jkunux jistgħu jiġu ttrattati fil-ħin allokat għad-dibattitu jiskadu. L-istess għandu japplika fil-każ tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li għalihom, fuq talba skont l-Artikolu 168(3), ikun ġie stabbilit li m'hemmx kworum. L-awturi jibqa' jkollhom id-dritt li jerġgħu jqiegħdu fuq il-Mejda dawn il-mozzjonijiet, biex jiġu eżaminati fil-kumitat skont l-Artikolu 133 jew biex ikun hemm dibattitu dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fis-sessjoni parzjali li jkun imiss.

Suġġett ma jistax jitqiegħed fl-aġenda għal dibattitu fuq każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u tal-prinċipji tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt jekk diġà jkun fl-aġenda għal dik is-sessjoni parzjali.

Suġġett ma jistax jitqiegħed fl-aġenda għal dibattitu fuq każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u tal-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt jekk diġà jkun fl-aġenda għal dik is-sessjoni parzjali.

M'hemm ebda dispożizzjoni fir-Regoli ta' Proċedura li tippermetti li jsir dibattitu konġunt fuq mozzjoni għal riżoluzzjoni mqiegħda fuq il-Mejda skond il-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, u fuq rapport ta' kumitat dwar l-istess suġġett.

M'hemm ebda dispożizzjoni fir-Regoli ta' Proċedura li tippermetti li jsir dibattitu konġunt fuq mozzjoni għal riżoluzzjoni mqiegħda fuq il-Mejda skont il-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, u fuq rapport ta' kumitat dwar l-istess suġġett.

* * *

 

Meta ssir talba skond l-Artikolu 168(3) sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx hemm kworum, din it-talba għandha tkun valida biss fil-każ tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni li għandha titqiegħed għall-vot u mhux fil-każ tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li jiġu wara.

Meta ssir talba skont l-Artikolu 168(3) sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx hemm kworum, din it-talba għandha tkun valida biss fil-każ tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni li għandha titqiegħed għall-vot u mhux fil-każ tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li jiġu wara.

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet fil-paragrafu 3(2) jirriflettu l-fatt li fil-prattika l-ħin tal-votazzjoni ma jiġix imnaqqas, filwaqt li l-kontroreferenza fil-paragrafu 5 tfisser li l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni skont l-Artikolu 135 jistgħu jkunu mozzjonijiet konġunti.

Permezz tal-emenda tal-paragrafu 6(2), l-applikazzjoni tal-Artikolu 190 li jikkonċerna l-aġġornament ta' dibattitu u l-votazzjoni tkun permessa.

Emenda    162

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 136

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 136

imħassar

Dikjarazzjonijiet bil-miktub

 

1.   Mhux inqas minn għaxar Membri minn mhux inqas minn tliet gruppi politiċi jistgħu jippreżentaw dikjarazzjoni bil-miktub ta' mhux iżjed minn 200 kelma li jkollha x'taqsam esklussivament ma' kwistjoni li taqa' taħt il-kompetenzi tal-Unjoni Ewropea. Il-kontenut ta' dikjarazzjoni bħal din ma jistax imur lil hinn mill-forma ta' dikjarazzjoni. B'mod partikolari, dan il-kontenut jista' ma jitlobx azzjoni leġislattiva, ikun fih kwalunkwe deċiżjoni dwar kwistjonijiet li għalihom ġew stabbiliti proċeduri u kompetenzi speċifiċi f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura jew jindirizza s-suġġett ta' proċedimenti li għaddejjin fil-Parlament.

 

2.   L-awtorizzazzjoni biex jitkompla l-proċess għandha tkun soġġetta għal deċiżjoni raġunata mill-President skont il-paragrafu 1 fi kwalunkwe każ partikolari. Id-dikjarazzjonijiet bil-miktub għandhom ikunu ppubblikati bil-lingwi uffiċjali fuq is-sit web tal-Parlament u mqassma elettronikament lill-Membri kollha. Dawn għandhom jiddaħħlu f'reġistru elettroniku flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji. Dan ir-reġistru għandu jkun pubbliku u għandu jkun aċċessibbli permezz tas-sit web tal-Parlament. Kopji stampati tad-dikjarazzjonijiet bil-miktub iffirmati għandhom jinżammu wkoll mill-President.

 

3.   Kull Membru jista' jżid il-firma tiegħu ma' dikjarazzjoni inkluża fir-reġistru elettroniku. Il-firma tista' tiġi rtirata fi kwalunkwe mument qabel tmiem il-perjodu ta' tliet xhur mid-dħul tad-dikjarazzjoni fir-reġistru. F’każ ta' rtirar bħala dan, il-Membru kkonċernat ma għandux jitħalla jerġa’ jiffirma d-dikjarazzjoni.

 

4.   Meta, wara perjodu ta' tliet xhur minn meta tkun iddaħħlet fir-reġistru, dikjarazzjoni tkun iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, il-President għandu jgħarraf b'dan lill-Parlament. Bla ma torbot lill-Parlament, id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppubblikata fil-minuti bl-ismijiet tal-firmatarji tagħha.

 

5.   Il-proċedura għandha tingħalaq billi, fl-aħħar tas-sessjoni parzjali, id-dikjarazzjoni tintbagħat lid-destinatarji flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji.

 

6.   Fejn l-istituzzjonijiet li lilhom tkun ġiet indirizzata d-dikjarazzjoni adottata ma jgħarrfux lill-Parlament dwar is-segwitu maħsub fi żmien tliet xhur minn meta jirċevuha, il-kwistjoni għandha, fuq talba ta' wieħed mill-awturi tad-dikjarazzjoni, titpoġġa fuq l-aġenda ta' laqgħa sussegwenti tal-kumitat responsabbli.

 

7.   Dikjarazzjoni bil-miktub li tkun ilha fir-reġistru għal aktar minn tliet xhur u ma tkunx iffirmata minn mhux inqas minn nofs il-Membri kollha tal-Parlament għandha taqa', mingħajr il-possibbiltà li l-perjodu ta' tliet xhur ikun imtawwal.

 

Emenda    163

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu V – Kapitolu 5a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

KAPITOLU 5A

 

KONSULTAZZJONI TA' ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA

 

(Għandha tiġi introdotta wara l-Artikolu 136)

Ġustifikazzjoni

L-Artikoli 137 sa 139 ma joqogħdux perfettament f'kapitolu intitolat "Riżoluzzjonijiet u rakkomandazzjonijiet". Għalhekk, inħoloq Kapitolu 5a ġdid.

Emenda    164

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 137

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 137

Artikolu 137

Konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

1.   Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-President għandu jibda l-proċedura ta' konsultazzjoni u jgħarraf lill-Parlament b'dan.

1.   Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-President għandu jibda l-proċedura ta' konsultazzjoni u jgħarraf lill-Parlament b'dan.

2.  Kumitat jista' jitlob li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jiġi kkonsultat dwar kwistjonijiet ta' xorta ġenerali jew dwar punti speċifiċi.

2.  Kumitat jista' jitlob li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jiġi kkonsultat dwar kwistjonijiet ta' xorta ġenerali jew dwar punti speċifiċi.

Il-kumitat għandu jindika iż-żmien li fih il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jagħti l-opinjoni tiegħu.

Il-kumitat għandu jindika iż-żmien li fih il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jagħti l-opinjoni tiegħu.

Talba għall-konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandha tiġi approvata mill-Parlament mingħajr dibattitu.

Talba għall-konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandha tiġi mħabbra lill-Parlament fis-sessjoni parzjali tiegħu li jkun imiss u għandha titqies adottata, sakemm grupp politiku jew mill-inqas 40 Membru ma jitolbux fi żmien 24 siegħa mit-tħabbira li titpoġġa għall-vot.

3.   L-opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandhom jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli.

3.   L-opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandhom jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli.

Ġustifikazzjoni

It-transparenza tal-proċedura tista' tittejjeb billi fil-plenarja jitħabbar l-kamp ta' applikazzjoni preċiż tal-konsultazzjoni mitluba mill-kumitat. Jekk tali tħabbira tat-talba ssir, jista' jkun maħsub li tintuża l-proċedura ta' approvazzjoni taċita użata attwalment f'oqsma oħra (atti delegati, interpretazzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura, corrigenda): jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni fi żmien l-iskadenza li jibda wara t-tħabbira, it-talba għall-konsultazzjoni titqies approvata; jekk issir oġġezzjoni sa dik l-iskadenza, jittieħed vot fuq it-talba.

Emenda    165

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 138

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 138

Artikolu 138

Konsultazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni

Konsultazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni

1.   Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni, il-President għandu jibda l-proċedura ta' konsultazzjoni u jgħarraf lill-Parlament b'dan.

1.   Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni, il-President għandu jibda l-proċedura ta' konsultazzjoni u jgħarraf lill-Parlament b'dan.

2.  Kumitat jista' jitlob li l-Kumitat tar-Reġjuni jiġi kkonsultat dwar kwistjonijiet ta' xorta ġenerali jew dwar punti speċifiċi.

2.  Kumitat jista' jitlob li l-Kumitat tar-Reġjuni jiġi kkonsultat dwar kwistjonijiet ta' xorta ġenerali jew dwar punti speċifiċi.

Il-kumitat għandu jindika ż-żmien li fih il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jagħti l-opinjoni tiegħu.

Il-kumitat għandu jindika ż-żmien li fih il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jagħti l-opinjoni tiegħu.

Talba għall-konsultazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni għandha tiġi approvata mill-Parlament mingħajr dibattitu.

Talba għall-konsultazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni għandha tiġi mħabbra lill-Parlament fis-sessjoni parzjali tiegħu li jkun imiss u għandha titqies approvata, sakemm grupp politiku jew mill-inqas 40 Membru ma jitolbux fi żmien 24 siegħa mit-tħabbira li titpoġġa għall-vot.

3.   L-opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli.

3.   L-opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli.

Ġustifikazzjoni

it-transparenza tal-proċedura tista' tittejjeb billi fil-plenarja jitħabbar il-kamp ta' applikazzjoni preċiż tal-konsultazzjoni mitluba mill-kumitat. Jekk tali tħabbira tat-talba ssir, jista' jkun maħsub li tintuża l-proċedura ta' approvazzjoni taċita użata attwalment f'oqsma oħra (atti delegati, interpretazzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura, corrigenda): jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni fi żmien l-iskadenza li jibda wara t-tħabbira, it-talba għall-konsultazzjoni titqies approvata; jekk issir oġġezzjoni sa dik l-iskadenza, jittieħed vot fuq it-talba.

Emenda    166

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 140

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 140

Artikolu 140

Ftehimiet interistituzzjonali

Ftehimiet interistituzzjonali

1.  Il-Parlament jista' jidħol fi ftehimiet ma' istituzzjonijiet oħra fil-kuntest ta' l-applikazzjoni tat-Trattati jew sabiex itejjeb jew jikkjarifika proċeduri.

1.  Il-Parlament jista' jidħol fi ftehimiet ma' istituzzjonijiet oħra fil-kuntest tal-applikazzjoni tat-Trattati jew sabiex itejjeb jew jikkjarifika proċeduri.

Ftehimiet ta' dan it-tip jistgħu jkunu fil-forma ta' dikjarazzjonijiet konġunti, skambju ta' ittri jew kodiċi ta' mġiba jew strumenti oħra xierqa. Dawn għandhom ikunu ffirmati mill-President wara li jiġu eżaminati mill-kumitat responsabbli għall-affarijiet kostituzzjonali u wara li jkunu approvati mill-Parlament. Huma jistgħu jiġu annessi mar-Regoli ta' Proċedura bħala informazzjoni.

Ftehimiet ta' dan it-tip jistgħu jkunu fil-forma ta' dikjarazzjonijiet konġunti, skambju ta' ittri jew kodiċi ta' mġiba jew strumenti oħra xierqa. Dawn għandhom ikunu ffirmati mill-President wara li jiġu eżaminati mill-kumitat responsabbli għall-affarijiet kostituzzjonali u wara li jkunu approvati mill-Parlament.

2.   Meta ftehimiet ta' dan it-tip iġibu magħhom bdil fi drittijiet jew obligazzjonijiet proċedurali eżistenti jew tistabbilixxi drittijiet jew obligazzjonijiet proċedurali ġodda għall-Membri jew għall-organi tal-Parlament, jew b'xi mod ieħor iġibu magħhom bdil jew interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura, il-kwistjoni għandha titressaq quddiem il-kumitat responsabbli sabiex tiġi eżaminata skond l-Artikolu 226(2) sa (6) qabel ma jkunu ffirmati l-ftehimiet.

2.   Meta ftehimiet ta' dan it-tip iġibu magħhom bdil fi drittijiet jew obligazzjonijiet proċedurali eżistenti jew jistabbilixxu drittijiet jew obligazzjonijiet proċedurali ġodda għall-Membri jew għall-korpi tal-Parlament, jew b'xi mod ieħor iġibu magħhom bdil jew interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura, il-kwistjoni għandha titressaq quddiem il-kumitat responsabbli sabiex tiġi eżaminata skont l-Artikolu 226(2) sa (6) qabel ma jkunu ffirmati l-ftehimiet.

Emenda    167

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 141

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 141

Artikolu 141

Proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

1.   Il-Parlament għandu, fil-limiti ta' żmien mogħtija mit-Trattati u mill-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' azzjoni mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jeżamina l-leġislazzjoni tal-Unjoni u l-miżuri ta' implimentazzjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tiegħu ġew rispettati kompletament.

1.  Il-Parlament għandu, fil-limiti ta' żmien mogħtija mit-Trattati u mill-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' azzjoni mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jeżamina l-leġislazzjoni tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tagħha sabiex jiżgura li d-drittijiet tiegħu ġew rispettati kompletament.

2.   Il-kumitat responsabbli għandu jirrapporta lill-Parlament, jekk ikun meħtieġ oralment, meta jissusspetta li jkun hemm ksur tal-ligi tal-Unjoni.

2.  Il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali għandu jirrapporta lill-Parlament, jekk ikun meħtieġ oralment, meta jissusspetta li jkun hemm ksur tal-ligi tal-Unjoni. Fejn xieraq, jista' jisma' l-fehmiet tal-kumitat responsabbli għas-suġġett.

3.  Il-President għandu jippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f'isem il-Parlament skond ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli.

3.  Il-President għandu jippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f'isem il-Parlament skont ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali.

Fil-bidu tas-sessjoni parzjali li jkun imiss, huwa jista' jressaq id-deċiżjoni dwar it-tkomplija ta' l-azzjoni quddiem is-seduta plenarja. Jekk is-seduta plenarja tiddeċiedi kontra l-azzjoni b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, huwa għandu jirtiraha.

Fil-bidu tas-sessjoni parzjali li jkun imiss, huwa jista' jressaq id-deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-azzjoni quddiem il-Parlament. Jekk il-Parlament jiddeċiedi kontra l-azzjoni b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, il-President għandu jirtira l-azzjoni.

Jekk il-President jippreżenta rikors kontra r-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli, huwa għandu fil-bidu tas-sezzjoni parzjali li jkun imiss iressaq id-deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-proċeduri quddiem is-seduta plenarja.

Jekk il-President jippreżenta rikors kontra r-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli, huwa għandu fil-bidu tas-sezzjoni parzjali li jkun imiss iressaq id-deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-proċeduri quddiem il-Parlament.

4.  Il-President għandu jippreżenta osservazzjonijiet jew jintervjeni f'isem il-Parlament fi proċeduri quddiem il-qorti wara konsultazzjoni mal-kumitat responsabbli.

4.  Il-President għandu jippreżenta osservazzjonijiet jew jintervjeni f'isem il-Parlament fi proċeduri quddiem il-qorti wara konsultazzjoni mal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali.

Fejn il-President ikun bi ħsiebu jitbiegħed mar-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli, huwa għandu jinforma lill-kumitat b'dan u għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Konferenza tal-Presidenti, filwaqt li jiddikjara r-raġunijiet tiegħu.

Fejn il-President ikun bi ħsiebu jitbiegħed mir-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, huwa għandu jinforma lill-kumitat b'dan u għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Konferenza tal-Presidenti, filwaqt li jiddikjara r-raġunijiet tiegħu.

Fejn il-Konferenza tal-Presidenti tkun tal-fehma li l-Parlament, b'mod eċċezzjonali, m'għandux iressaq osservazzjonijiet jew jintervjeni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'sitwazzjonijiet fejn ikun hemm dubji dwar il-validità legali ta' att tal-Parlament, il-kwistjoni għandha titressaq fil-plenarja mingħajr dewmien.

Fejn il-Konferenza tal-Presidenti tkun tal-fehma li l-Parlament, b'mod eċċezzjonali, m'għandux iressaq osservazzjonijiet jew jintervjeni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'sitwazzjonijiet fejn ikun hemm dubji dwar il-validità legali ta' att tal-Parlament, il-kwistjoni għandha titressaq fil-Parlament mingħajr dewmien.

F'każijiet ta' urġenza, il-President jista' jieħu azzjoni kawtelatorja sabiex jikkonforma mal-limiti ta' żmien preskritti mill-qorti kkonċernata. F'każijiet bħal dawn, il-proċedura stipulata f'dan il-paragrafu għandha tiġi implimentata ma' l-ewwel opportunità.

 

M'hemm xejn fir-Regoli li jżomm lill-kumitat responsabbli milli jiddeċiedi dwar arranġamenti proċedurali xierqa għat-trażmissjoni fil-ħin tar-rakkomandazzjoni tiegħu f'każijiet ta' urġenza.

M'hemm xejn fir-Regoli li jżomm lill-kumitat responsabbli milli jiddeċiedi dwar arranġamenti proċedurali xierqa għat-trażmissjoni fil-ħin tar-rakkomandazzjoni tiegħu f'każijiet ta' urġenza.

L-Artikolu 108(6) jistabbilixxi proċedura speċifika għad-deċiżjoni tal-Parlament dwar l-eżerċitar tad-dritt li l-Qorti tal-Ġustizzja, bis-saħħa tal-Artikolu 218(11) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tintalab opinjoni dwar il-kompatibilità ta' xi ftehima internazzjonali mat-Trattati. Din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi 'lex specialis' li għandha prevalenza fuq ir-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 141.

 

Meta jkollhom jiġu eżerċitati d-drittijiet tal-Parlament fir-rigward tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-att ikkonċernat ma jkunx kopert mill-Artikolu 141, il-proċedura tipprevedi li dan l-Artikolu għandu japplika b'analoġija.

Meta jkollhom jiġu eżerċitati d-drittijiet tal-Parlament fir-rigward tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-att ikkonċernat ma jkunx kopert mill-Artikolu 141, il-proċedura tipprevedi li dan l-Artikolu għandu japplika b'analoġija.

 

4a.  F'każijiet ta' urġenza, il-President, fejn possibbli, wara li jkun ikkonsulta mal-President u r-rapporteur tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, jista' jieħu azzjoni ta' prekawżjoni sabiex jikkonforma mal-limiti ta' żmien rilevanti. F'każijiet bħal dawn, il-proċedura prevista fil-paragrafi 3 jew 4, skont kif applikabbli, għandha tiġi implimentata mal-ewwel opportunità.

 

4b.  Il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali għandu jistabbilixxi l-prinċipji li se juża fl-applikazzjoni tiegħu ta' dan l-Artikolu.

Justification

The changes in paragraph 4(4) aim at making the urgent procedure of a general application as in practice, precautionary action might be necessary in any case, i.e. also in relation to the direct actions referred to in paragraph 3.

The changes in paragraph 4 (4b) aim to ratify the existence of the 'Guidelines for the application of Rule 141 of the Rules of Procedure', drafted in cooperation with the Legal Service, and adopted by the Coordinators of the Committee on Legal Affairs on 24 February 2015 . Recommendations made to the President under this Rule have constantly referred to these Guidelines since their adoption.

The deletion of the interpretation reflect the change to Rule 108(6) (according to which the President may request the opinion of the committee responsible for legal affairs before Parliament votes on a proposal to seek an opinion from the Court of Justice on the compatibility of an international agreement with the Treaties).

Emenda    168

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 143

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 143

Artikolu 143

Konferenza tal-Kumitati għall-Affarijiet Ewropej (COSAC)

Konferenza tal-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet tal-Unjoni (COSAC)

1.   Fuq proposta tal-President, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinnomina l-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-COSAC, u tista' tagħtihom il-mandat. Id-delegazzjoni għandha titmexxa minn Viċi President tal-Parlament Ewropew responsabbli għall-implimentazzjoni tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali u mill-President tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet istituzzjonali.

1.  Fuq proposta tal-President, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinnomina l-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-COSAC, u tista' tagħtihom il-mandat. Id-delegazzjoni għandha titmexxa minn Viċi President tal-Parlament Ewropew responsabbli għall-implimentazzjoni tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali u mill-President tal-kumitat responsabbli għal affarijiet kostituzzjonali.

2.   Il-membri l-oħra tad-delegazzjoni għandhom jintgħażlu skont is-suġġetti li jkunu se jiġu diskussi fil-laqgħa tal-COSAC, u għandhom ikunu, kemm jista' jkun, rappreżentanti tal-kumitati responsabbli għal dawk is-suġġetti. Id-delegazzjoni għandha tippreżenta rapport wara kull laqgħa.

2.  Il-membri l-oħra tad-delegazzjoni għandhom jintgħażlu skont is-suġġetti li jkunu se jiġu diskussi fil-laqgħa tal-COSAC, u għandhom ikunu, kemm jista' jkun, rappreżentanti tal-kumitati responsabbli għal dawk is-suġġetti.

3.   Għandu jitqies kif jistħoqq il-bilanċ politiku globali fil-Parlament.

3.   Għandu jitqies kif jistħoqq il-bilanċ politiku globali fil-Parlament.

 

3a.  Id-delegazzjoni għandha tippreżenta rapport lill-Konferenza tal-Presidenti wara kull laqgħa tal-COSAC.

Ġustifikazzjoni

L-isem sħiħ tal-COSAC mogħti hawnhekk ġej mill-Protokoll Nru 9 tat-Trattat ta' Amsterdam. Mhuwiex konformi mal-isem mogħti fl-Artikolu 10 tal-Protokoll Nru 1 tat-TUE u tat-TFUE, jiġifieri "Konferenza tal-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet tal-Unjoni", jew fir-Regoli ta' Proċedura tal-COSAC (ĠU C 229, 4.8.2011, p. 1), jiġifieri "Konferenza tal-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet tal-Unjoni tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea". Diverġenzi simili huma osservati fil-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Emenda    169

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 146

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 146

Artikolu 146

Tlaqqigħ tal-Parlament

Tlaqqigħ tal-Parlament

1.   Il-Parlament għandu jiltaqa', mingħajr il-ħtieġa li jiġi msejjaħ, fit-tieni Tlieta ta' Marzu ta' kull sena u għandu jiddetermina hu nnifsu t-tul ta' l-aġġornamenti tas-sessjoni.

1.  F'konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 229 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Parlament għandu jiltaqa', mingħajr il-ħtieġa li jiġi msejjaħ, fit-tieni Tlieta ta' Marzu ta' kull sena. Għandu jiddetermina hu nnifsu t-tul tal-aġġornamenti tas-sessjoni.

2.   Barra minn hekk, il-Parlament għandu jiltaqa' mingħajr il-ħtieġa li jiġi msejjaħ fl-ewwel jum tat-Tlieta li jaħbat wara li jgħaddi perjodu ta' xahar mit-tmiem tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 10(1) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976.

2.   Barra minn hekk, il-Parlament għandu jiltaqa' mingħajr il-ħtieġa li jiġi msejjaħ fl-ewwel jum tat-Tlieta li jaħbat wara li jgħaddi perjodu ta' xahar mit-tmiem tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976.

3.   Il-Konferenza tal-Presidenti, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għal dan, tista' tibdel it-tul ta' l-aġġornamenti deċiżi skond il-paragrafu 2 mill-inqas ġimagħtejn qabel id-data li qabel kienet stabbilita mill-Parlament sabiex tkompli s-sessjoni; madankollu, l-ġurnata tat-tkomplija m' għandhiex tkun posposta għal aktar minn ġimagħtejn.

3.   Il-Konferenza tal-Presidenti, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għal dan, tista' tibdel it-tul tal-aġġornamenti deċiżi skont il-paragrafu 2 mill-inqas ġimagħtejn qabel id-data li qabel kienet stabbilita mill-Parlament sabiex tkompli s-sessjoni; madankollu, l-ġurnata tat-tkomplija m' għandhiex tkun posposta għal aktar minn ġimagħtejn.

4.  F'każi eċċezzjonali, wara li jikkonsulta mal-Konferenza tal-Presidenti, il-President għandu jlaqqa' l-Parlament fuq talba ta' maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill.

4.  F'każi eċċezzjonali, wara li jikkonsulta mal-Konferenza tal-Presidenti, il-President għandu jlaqqa' l-Parlament fuq talba ta' maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill.

F'każi eċċezzjonali, bl-approvazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, il-President jista' jlaqqa l-Parlament f'każi ta' urġenza.

F'każi eċċezzjonali, bl-approvazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, il-President jista' jlaqqa' l-Parlament f'każi ta' urġenza.

Emenda    170

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 148

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 148

Artikolu 148

Attendenza tal-Membri għas-seduti

Attendenza tal-Membri għas-seduti

1.  Għandu jkun espost reġistru ta' attendenza għall-firma tal-Membri f'kull seduta.

1.  Għandu jkun espost reġistru ta' attendenza għall-firma tal-Membri f'kull seduta.

2.  L-ismijiet tal-Membri preżenti, skont kif jidhru fir-reġistru ta' attendenza, għandhom jitniżżlu fil-minuti ta' kull seduta bħala "preżenti". L-ismijiet tal-Membri li jkunu ġew skużati milli jattendu mill-President għandhom jitniżżlu fil-minuti ta' kull seduta bħala "skużati".

2.  L-ismijiet tal-Membri reġistrati bħala preżenti fir-reġistru ta' attendenza għandhom jiġu indikati fil-minuti ta' kull seduta bħala "preżenti". L-ismijiet tal-Membri li jkunu ġew skużati milli jattendu mill-President għandhom jiġu indikati fil-minuti ta' kull seduta bħala "skużati".

Ġustifikazzjoni

Il-bidla ssegwi mill-qrib il-verżjoni Franċiża "Les noms des députés dont la présence est attestée par cette feuille de présence sont consignés comme "présents" ..."

Emenda    171

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 149

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 149

Artikolu 149

Abbozz ta' l-aġenda

Abbozz tal-aġenda

1.  Qabel kull sessjoni parzjali l-abbozz ta' l-aġenda għandu jitħejja mill-Konferenza tal-Presidenti fuq il-bażi ta' rakkomandazzjonijiet mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati u wara li jitqies il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni miftiehem imsemmi fl-Artikolu 37.

1.  Qabel kull sessjoni parzjali l-abbozz tal-aġenda għandu jitħejja mill-Konferenza tal-Presidenti fuq il-bażi ta' rakkomandazzjonijiet mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati.

Il-Kummissjoni u l-Kunsill jistgħu, fuq stedina tal-President, jattendu għad-deliberazzjonijiet tal-konferenza tal-Presidenti dwar l-abbozz ta' l-aġenda.

Il-Kummissjoni u l-Kunsill jistgħu, fuq stedina tal-President, jattendu għad-deliberazzjonijiet tal-konferenza tal-Presidenti dwar l-abbozz tal-aġenda.

2.   L-abbozz ta' l-aġenda jista' jindika ħinijiet għall-votazzjoni għal ċerti punti li jitpoġġew għall-konsiderazzjoni.

2.   L-abbozz tal-aġenda jista' jindika ħinijiet għall-votazzjoni għal ċerti punti li jitpoġġew għall-konsiderazzjoni.

3.   Perjodu wieħed jew tnejn li flimkien ma jaqbżux is-60 minuta, jistgħu jiġu riżervati fl-abbozz tal-aġenda għal dibattiti dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt kif stipulat fl-Artikolu 135.

 

4.   L-aħħar abbozz ta' l-aġenda għandu jitqassam lill-membri mhux inqas minn tliet siegħat qabel il-bidu tas-sessjoni parzjali.

4.  L-aħħar abbozz tal-aġenda għandu jsir disponibbli għall-Membri mhux inqas minn tliet sigħat qabel il-bidu tas-sessjoni parzjali.

Ġustifikazzjoni

L-aħħar parti tas-sentenza fil-paragrafu 1 se titħassar biex jiġi evitat kunflitt potenzjali ma' kwalunkwe bidla fl-Artikolu 37 fl-estensjoni ta' IIA ġdid dwar leġislazzjoni aħjar.

Emenda    172

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 150

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 150

Artikolu 150

Proċedura f'sessjoni plenarja mingħajr emendi u diskussjoni

Proċedura f'sessjoni plenarja mingħajr emendi u diskussjoni

1.  Kull proposta għal att leġislattiv (l-ewwel qari) u kull mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġislattiva li tkun adottata fil-kumitat b'inqas minn wieħed minn għaxra tal-membri tal-kumitat li jivvutaw kontriha għandha titqiegħed fl-abbozz ta' l-aġenda tal-Parlament għall-votazzjoni mingħajr emendi.

1.  Meta rapport ikun ġie adottat fil-kumitat b'inqas minn wieħed minn għaxra tal-membri tal-kumitat li jivvutaw kontrih, dan għandu jitqiegħed fl-abbozz tal-aġenda tal-Parlament għall-votazzjoni mingħajr emendi.

Għaldaqstant, dak il-punt fl-aġenda għandu jittieħed vot uniku fuqu, ħlief jekk, qabel jitħejja l-aħħar abbozz ta' l-aġenda, gruppi politiċi jew Membri individwali li flimkien jiffurmaw parti waħda minn għaxra tal-Parlament, ikunu talbu bil-miktub li l-punt ikun miftuħ għal emendi, f'liema każ il-President għandu jistabbilixxi żmien sa meta jistgħu jitqiegħdu emendi fuq il-Mejda.

Għaldaqstant, dak il-punt fl-aġenda għandu jittieħed vot uniku fuqu, ħlief jekk, qabel jitħejja l-aħħar abbozz tal-aġenda, gruppi politiċi jew Membri individwali li flimkien jiffurmaw parti waħda minn għaxra tal-Parlament, ikunu talbu bil-miktub li l-punt ikun miftuħ għal emendi, f'liema każ il-President għandu jistabbilixxi żmien sa meta jistgħu jitqiegħdu emendi fuq il-Mejda.

2.   Punti mqiegħda fl-aħħar abbozz ta' l-aġenda għal votazzjoni mingħajr emendi għandhom ikunu wkoll mingħajr diskussjoni ħlief jekk il-Parlament, meta jadotta l-aġenda tiegħu fil-bidu ta' sessjoni parzjali, jiddeċiedi mod ieħor fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, jew jekk jintalab jagħmel dan minn xi grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru.

2.   Punti mqiegħda fl-aħħar abbozz tal-aġenda għal votazzjoni mingħajr emendi għandhom ikunu wkoll mingħajr diskussjoni ħlief jekk il-Parlament, meta jadotta l-aġenda tiegħu fil-bidu ta' sessjoni parzjali, jiddeċiedi mod ieħor fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, jew jekk jintalab jagħmel dan minn xi grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru.

3.   Meta tkun qed tħejji l-aħħar abbozz ta' l-aġenda ta' sessjoni parzjali, il-konferenza tal-Presidenti tista' tipproponi li punti oħra jkunu eżaminati mingħajr emendi jew mingħajr diskussjoni. Meta jkun qed jadotta l-aġenda tiegħu, il-Parlament jista' ma jaċċettax proposta bħal din jekk xi grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jkunu qiegħdu fuq il-Mejda l-oppożizzjoni tagħhom bil-miktub mhux inqas minn siegħa qabel il-ftuħ tas-sessjoni parzjali.

3.   Meta tkun qed tħejji l-aħħar abbozz tal-aġenda ta' sessjoni parzjali, il-konferenza tal-Presidenti tista' tipproponi li punti oħra jkunu eżaminati mingħajr emendi jew mingħajr diskussjoni. Meta jkun qed jadotta l-aġenda tiegħu, il-Parlament jista' ma jaċċettax proposta bħal din jekk xi grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jkunu qiegħdu fuq il-Mejda l-oppożizzjoni tagħhom bil-miktub mhux inqas minn siegħa qabel il-ftuħ tas-sessjoni parzjali.

4.   Meta punt ikun eżaminat mingħajr diskussjoni, ir-rapporteur jew il-president tal-kumitat responsabbli jistgħu jagħmlu diskors ta' mhux iktar minn żewġ minuti minnufih qabel ma jittieħed il-vot.

4.   Meta punt ikun eżaminat mingħajr diskussjoni, ir-rapporteur jew il-President tal-kumitat responsabbli jistgħu jagħmlu diskors ta' mhux iktar minn żewġ minuti minnufih qabel ma jittieħed il-vot.

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet fil-paragrafu 1 jirriflettu l-fatt li l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni attwali tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 150 huma pjuttost wiesgħa: COD (l-ewwel qari), CNS, APP, NLE, INI, IMM, BUDG, REGL. Fil-fatt, dan japplika għar-rapporti kollha adottati fil-kumitat. Attwalment, abbozzi ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari u abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill biss huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu.

Emenda    173

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 152

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 152

Artikolu 149a

Adozzjoni ta' l-Aġenda u emendi għall-Aġenda

Adozzjoni tal-Aġenda u emendi għall-Aġenda

1.  Fil-bidu ta' kull sessjoni parzjali, il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni dwar l-aħħar abbozz ta' l-aġenda. Emendi jistgħu jkunu proposti minn xi kumitat, minn grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru. Kull proposta bħal din għandha tasal għand il-President mhux inqas minn siegħa qabel il-ftuħ tas-sessjoni parzjali. Il-President jista' jagħti l-kelma lil min iressaq l-emenda, lil kelliem favur u lil kelliem kontra, f'kull każ għal mhux iżjed minn minuta.

1.  Fil-bidu ta' kull sessjoni parzjali, il-Parlament għandu jadotta l-aġenda tiegħu. Emendi għall-aħħar abbozz tal-aġenda jistgħu jkunu proposti minn xi kumitat, minn grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru. Kull proposta bħal din għandha tasal għand il-President mhux inqas minn siegħa qabel il-ftuħ tas-sessjoni parzjali. Il-President jista' jagħti l-kelma lil min iressaq l-emenda, u lil kelliem wieħed kontra, f'kull każ għal mhux iżjed minn minuta.

2.  Malli tiġi adottata, l-aġenda ma tistax tiġi emendata, ħlief skond l-Artikoli 154 u 187 sa 191 jew fuq proposta mill-President.

2.  Malli tiġi adottata, l-aġenda ma tistax tiġi emendata, ħlief skont l-Artikoli 154 u 187 sa 191 jew fuq proposta mill-President.

Jekk mozzjoni ta' proċedura sabiex tiġi emendata l-aġenda tiġi miċħuda, ma tistax terġa' titqiegħed fuq il-Mejda fl-istess sessjoni parzjali.

Jekk mozzjoni ta' proċedura sabiex tiġi emendata l-aġenda tiġi miċħuda, ma tistax terġa' titqiegħed fuq il-Mejda fl-istess sessjoni parzjali.

3.   Qabel ma jagħlaq is-seduta, il-President għandu jħabbar id-data, il-ħin u l-aġenda għas-seduta li jkun imiss.

3.   Qabel ma jagħlaq is-seduta, il-President għandu jħabbar id-data, il-ħin u l-aġenda għas-seduta li jkun imiss.

(Dan l-Artikolu għandu jiġi ttrasferit immedjatament wara l-Artikolu 149, peress li jikkonċerna l-abbozz ta' aġenda.)

Ġustifikazzjoni

Emenda    174

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 153a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 153a

 

Dibattitu topiku mitlub minn grupp politiku

 

1.  F'kull seduta parzjali, perjodu wieħed jew żewġ perjodi ta' mhux inqas minn 60 minuta kull wieħed għandhom jiġu riżervati fl-abbozz tal-aġenda għal kwistjoni topika ta' interess kbir għall-politika tal-Unjoni Ewropea.

 

2.  Kull grupp politiku għandu jkollu d-dritt li jipproponi l-kwistjoni topika tal-għażla tiegħu għal mill-inqas dibattitu wieħed bħal dan kull sena. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tiżgura, matul il-perjodu kontinwu ta' sena, tqassim ġust fost il-gruppi politiċi tal-eżerċizzju ta' dak id-dritt.

 

3.  Il-gruppi politiċi għandhom jittrażmettu l-kwistjoni topika tal-għażla tagħhom lill-President bil-miktub qabel jitfassal l-abbozz tal-aġenda finali mill-Konferenza tal-Presidenti. L-Artikolu 38(1) li jirrigwarda d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tiegħu għandhom jiġu rispettati bis-sħiħ.

 

4.  Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tiddetermina l-ħin li fih isir dibattitu bħal dan. Hija tista' tiddeċiedi b'maġġoranza li tirrappreżenta erbgħa minn kull ħames Membri Parlamentari biex tirrifjuta kwistjoni mressqa minn grupp.

 

5.  Id-dibattitu għandu jiġi introdott minn rappreżentant tal-grupp politiku li jkun ippropona l-kwistjoni topika. Il-ħin għad-diskorsi wara din l-introduzzjoni għandu jiġi allokat skont l-Artikolu 162(4) u (5).

 

6.  Id-dibattitu għandu jiġi xolt mingħajr ma tiġi adottata riżoluzzjoni.

Emenda    175

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 154

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 154

Artikolu 154

Proċedura urġenti

Proċedura urġenti

1.  Talba sabiex dibattitu dwar xi proposta li fuqha l-Parlament kien ikkonsultat skond l-Artikolu 47(1) jitqies bħala urġenti tista' ssir lill-Parlament mill-President, minn xi kumitat, minn xi grupp politiku, minn mhux inqas minn erbgħin Membru, mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill. Din it-talba għandha ssir bil-miktub u għandhom jingħataw r-raġunijiet għala qed issir.

1.  Talba sabiex dibattitu dwar xi proposta ppreżentata lill-Parlament skont l-Artikolu 47(1) jitqies bħala urġenti tista' ssir lill-Parlament mill-President, minn xi kumitat, minn xi grupp politiku, minn mhux inqas minn erbgħin Membru, mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill. Din it-talba għandha ssir bil-miktub u għandhom jingħataw r-raġunijiet għala qed issir.

2.   Malli l-President jirċievi talba għal dibattitu urġenti huwa għandu jħabbar dan lill-Parlament. Il-vot fuq it-talba għandu jittieħed fil-bidu tas-seduta li tiġi wara s-seduta li fiha tkun saret it-tħabbira, kemm-il darba il-proposta li tikkonċerna t-talba tkun tqassmet bil-lingwi uffiċjali. Meta jkun hemm diversi talbiet għal dibattitu urġenti dwar l-istess suġġett, l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda tat-talba għal dibattitu urġenti għandhom japplikaw għat-talbiet kollha dwar dak l-istess suġġett.

2.   Malli l-President jirċievi talba għal dibattitu urġenti huwa għandu jħabbar dan lill-Parlament. Il-vot fuq it-talba għandu jittieħed fil-bidu tas-seduta li tiġi wara s-seduta li fiha tkun saret it-tħabbira, kemm-il darba il-proposta li tikkonċerna t-talba tkun tqassmet bil-lingwi uffiċjali. Meta jkun hemm diversi talbiet għal dibattitu urġenti dwar l-istess suġġett, l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda tat-talba għal dibattitu urġenti għandhom japplikaw għat-talbiet kollha dwar dak l-istess suġġett.

3.   Qabel il-votazzjoni, jistgħu jinstemgħu biss min iressaq it-talba, kelliem wieħed favur u wieħed kontra, u l-president u/jew ir-rapporteur tal-kumitat responsabbli, f'kull każ dawn ma jistgħux jitkellmu għal iżjed minn tliet minuti.

3.  Qabel il-votazzjoni, jistgħu jinstemgħu biss min iressaq it-talba, kelliem wieħed kontra, u l-President u/jew ir-rapporteur tal-kumitat responsabbli, u f'kull każ dawn ma jistgħux jitkellmu għal iżjed minn tliet minuti.

4.   Kwistjonijiet li għandhom ikunu trattati bi proċedura urġenti għandhom jingħataw prijorità fuq punti oħra ta' l-aġenda. Il-President għandu jistabbilixxi l-ħin tad-dibattitu u tal-votazzjoni.

4.   Kwistjonijiet li għandhom ikunu trattati bi proċedura urġenti għandhom jingħataw prijorità fuq punti oħra tal-aġenda. Il-President għandu jistabbilixxi l-ħin tad-dibattitu u tal-votazzjoni.

5.   Dibattitu urġenti jista' jsir mingħajr rapport jew, f'każi eċċezzjonali, fuq il-bażi ta' rapport orali mill-kumitat responsabbli.

5.  Dibattitu urġenti jista' jsir mingħajr rapport jew, f'każi eċċezzjonali, fuq il-bażi ta' rapport orali mill-kumitat responsabbli.

 

Fejn tintuża proċedura urġenti u jsiru negozjati interistituzzjonali, l-Artikoli 73 u 73a ma għandhomx japplikawx. L-Artikolu 73d għandu japplika mutatis mutandis.

Ġustifikazzjoni

Il-verb "ikkonsultat" fil-paragrafu 1 jista' jimplika restrizzjoni għal proċeduri ta' konsultazzjoni, filwaqt li l-Artikolu 47(1) ikopri wkoll proċeduri leġislattivi ordinarji. Trattament urġenti ta' fajl jista' wkoll jirriżulta utli fi proċeduri ta' approvazzjoni.

Il-bidla suġġerita fil-paragrafu 5 għandha l-għan li tkopri mhux biss id-"dibattitu", iżda wkoll il-"votazzjoni" kif hemm fil-paragrafu 4.

+ Interpretazzjoni ġdida.

Emenda    176

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 156

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 156

Artikolu 156

Skadenzi

Skadenzi

Ħlief fil-każi ta' urġenza msemmija fl-Artikoli 135 u 154, m'għandux jinfetaħ dibattitu u m'għandhiex issir votazzjoni fuq xi test ħlief jekk dan ikun tqassam mhux inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa qabel.

Ħlief fil-każi ta' urġenza msemmija fl-Artikoli 135 u 154, m'għandux jinfetaħ dibattitu u m'għandhiex issir votazzjoni fuq xi test ħlief jekk dan ikun sar disponibbli mhux inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa qabel.

Emenda    177

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 157

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 157

Artikolu 157

Aċċess għall-Kamra

Aċċess għall-Kamra

1.   Ebda persuna ma tista' tidħol fil-Kamra ħlief Membri tal-Parlament, Membri tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament, membri tal-persunal li jeħtieġu li jkunu preżenti hemmhekk fil-qadi ta' dmirijiethom, u esperti jew uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

1.  Ebda persuna ma tista' tidħol fil-Kamra ħlief Membri tal-Parlament, Membri tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament, membri tal-persunal li jeħtieġu li jkunu preżenti hemmhekk fil-qadi ta' dmirijiethom, u kwalunkwe persuna mistiedna mill-President.

2.   Huma biss persuni li jkollhom tessera tad-dħul maħruġa kif imiss mill-President jew mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament li jistgħu jitħallew jidħlu fil-gallariji.

2.   Huma biss persuni li jkollhom tessera tad-dħul maħruġa kif imiss mill-President jew mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament li jistgħu jitħallew jidħlu fil-gallariji.

3.   Membri tal-pubbliku li jitħallew jidħlu fil-gallariji għandhom jibqgħu bil-qiegħda u jżommu s-skiet. Kwalunkwe persuna li tesprimi approvazzjoni jew diżapprovazzjoni għandha tinħareġ minnufih mill-'ushers'.

3.   Membri tal-pubbliku li jitħallew jidħlu fil-gallariji għandhom jibqgħu bil-qiegħda u jżommu s-skiet. Kwalunkwe persuna li tesprimi approvazzjoni jew diżapprovazzjoni għandha tinħareġ minnufih mill-'uxxiera'.

Ġustifikazzjoni

Emenda    178

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 158

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 158

Artikolu 158

Lingwi

Lingwi

1.   Id-dokumenti kollha tal-Parlament għandhom jitħejjew bl-lingwi uffiċjali.

1.   Id-dokumenti kollha tal-Parlament għandhom jitħejjew bil-lingwi uffiċjali.

2.   Il-Membri kollha għandhom id-dritt li jitkellmu fil-Parlament bil-lingwa uffiċjali ta' l-għażla tagħhom. Diskorsi mogħtija f'waħda mill-lingwi uffiċjali għandhom ikunu interpretati simultanjament fil-lingwi uffiċjali l-oħra u fi kwalunkwe lingwa oħra li l-Bureau jidhirlu li jkun hemm il-ħtieġa għaliha.

2.   Il-Membri kollha għandhom id-dritt li jitkellmu fil-Parlament bil-lingwa uffiċjali tal-għażla tagħhom. Diskorsi mogħtija f'waħda mil-lingwi uffiċjali għandhom ikunu interpretati simultanjament fil-lingwi uffiċjali l-oħra u fi kwalunkwe lingwa oħra li l-Bureau jidhirlu li jkun hemm il-ħtieġa għaliha.

3.   Interpretazzjoni għandha tiġi pprovduta fil-laqgħat tal-kumitat minn u għal-lingwi uffiċjali użati u mitluba mill-membri u l-membri sostituti ta' dak il-kumitat jew delegazzjoni.

3.   Interpretazzjoni għandha tiġi pprovduta fil-laqgħat tal-kumitat minn u għal-lingwi uffiċjali użati u mitluba mill-membri u l-membri sostituti ta' dak il-kumitat jew delegazzjoni.

4.  F'laqgħat tal-kumitati u delegazzjonijiet li ma jsirux fil-postijiet normali tax-xogħol, l-interpretazzjoni għandha tigi pprovduta f'dawk il-lingwi tal-membri li jkunu kkonfermaw l-attendenza għal dawn il-laqgħat. Arranġamenti aktar flessibbli jistgħu jsiru f'kazi eċċezzjonali jekk ikun hemm qbil għad dan bejn il-membri tal-kumitat jew tad-delegazzjoni. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil għandu jiddeċiedi l-Bureau.

4.  F'laqgħat tal-kumitati u delegazzjonijiet li ma jsirux fil-postijiet normali tax-xogħol, l-interpretazzjoni għandha tigi pprovduta f'dawk il-lingwi tal-membri li jkunu kkonfermaw l-attendenza għal dawn il-laqgħat. Arranġamenti aktar flessibbli jistgħu jsiru f'kazi eċċezzjonali. Il-Bureau għandu jadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa.

Meta, wara li jitħabbar ir-riżultat ta' xi votazzjoni, ikun stabbilit illi hemm diskrepanzi bejn il-verżjonijiet tal-lingwi differenti, il-President jiddeċiedi jekk ir-riżultat imħabbar huwiex validu skond l-Artikolu 184(5). Jekk huwa jiddikkjara ir-riżultat validu, huwa għandu jiddeċiedi liema verżjoni għandha titqies bħala li giet adottata. Madankollu, m' hix regola ġenerali li l-verżjoni oriġinali għandha titqies bħala t-test uffiċjali, billi jista' jkun hemm sitwazzjoni li fiha l-lingwi l-oħra kollha jkunu differenti mit-test oriġinali.

 

 

4a.  Wara li jitħabbar ir-riżultat ta' votazzjoni, il-President għandu jiddeċiedi dwar kwalunkwe talba dwar l-allegazzjoni ta' diskrepanzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti.

Ġustifikazzjoni

Emenda    179

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 159

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 159

Artikolu 159

Arranġament tranżitorju

Arranġament tranżitorju

1.   Tul perjodu tranżitorju li jibqa' jgħodd sa tmiem it-tmien leġislatura parlamentari, huma permessi derogi mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 158, meta u sa fejn f'xi lingwa uffiċjali ma jkunux disponibbli interpreti jew tradutturi f'numru biżżejjed minkejja miżuri xierqa

1.   Tul perjodu tranżitorju li jibqa' jgħodd sa tmiem it-tmien leġislatura parlamentari, huma permessi derogi mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 158, meta u sa fejn f'xi lingwa uffiċjali ma jkunux disponibbli interpreti jew tradutturi f'numru biżżejjed minkejja miżuri xierqa

2.   Il-Bureau jiddetermina fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, is-sitwazzjoni tar-rekwiżiti tal-Paragrafu 1 għal kull lingwa uffiċjali kkonċernata u jeżamina d-deċiżjoni tiegħu kull sitt xhur fuq il-bażi ta' rapport tas-Segretarju Ġenerali dwar il-progress li jkun sar. Il-Bureau jiddeċiedi dwar id-dispożizzjonijiet meħtieġa li għandhom jiġu implimentati.

2.  Il-Bureau għandu jiddetermina, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali u bil-kunsiderazzjoni dovuta tal-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 3, is-sitwazzjoni tar-rekwiżiti tal-Paragrafu 1 għal kull lingwa uffiċjali kkonċernata u jeżamina d-deċiżjoni tiegħu kull sitt xhur fuq il-bażi ta' rapport tas-Segretarju Ġenerali dwar il-progress li jkun sar. Il-Bureau għandu jiddeċiedi dwar id-dispożizzjonijiet meħtieġa li għandhom jiġu implimentati.

3.   Hawnhekk, minħabba t-Trattati, jiġu applikati r-regolamenti tranżitorji speċjali maħruġa mill-Kunsill rigward il-kompożizzjoni ta' dokumenti legali bl-eċċezzjoni ta' regolamenti li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill joħorġu flimkien.

3.  Hawnhekk, minħabba t-Trattati, għandhom jiġu applikati r-regolamenti tranżitorji speċjali maħruġa mill-Kunsill rigward il-kompożizzjoni ta' dokumenti legali.

4.   Fuq rakkomandazzjoni mill-Bureau, il-Parlament jista' jiddeċiedi li dan l-artikolu jitneħħa qabel iż-żmien stipulat, jew li jestendih meta jiskadi l-perjodu stipulat.

4.   Fuq rakkomandazzjoni mill-Bureau, il-Parlament jista' jiddeċiedi li dan l-artikolu jitneħħa qabel iż-żmien stipulat, jew li jestendih meta jiskadi l-perjodu stipulat.

__________________

__________________

20 Estiż b'deċiżjoni tal-Parlament tas-26 ta' Frar 2014.

20 Estiż b'deċiżjoni tal-Parlament tas-26 ta' Frar 2014.

Ġustifikazzjoni

L-emendi fil-paragrafi 2 u 3 jieħdu kont tal-fatt li d-deroga għad-disponibilità ta' atti legali tal-UE bl-Irlandiż se jiskadu gradwalment minn tmiem l-2016. Atti oħra għajr "regolamenti adottati b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill" se jkollhom jiġu adottati u ppubblikati bl-Irlandiż: direttivi mill-PE u l-Kunsill mill-1 ta' Jannar 2017, deċiżjonijiet mill-PE u l-Kunsill mill-1 ta' Jannar 2018, eċċ. Għalhekk, se jkunu meħtieġa aktar riżorsi ta' traduzzjoni għal dawn id-dokumenti, li jistgħu jitqiesu li għandhom prijorità fuq id-dokumenti l-oħra mhux leġislattivi.

Emenda    180

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 160

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 160

Artikolu 160

Tqassim ta' dokumenti

Tqassim ta' dokumenti

Dokumenti li jiffurmaw il-bażi għal dibattiti u deċiżjonijiet tal-Parlament għandhom ikunu stampati u mqassma lill-Membri. Lista ta' dawn id-dokumenti għandha tiġi ppubblikata fil-minuti tas-seduti tal-Parlament.

Dokumenti li jiffurmaw il-bażi għal dibattiti u deċiżjonijiet tal-Parlament għandhom ikunu disponibbli għall-Membri.

Bla ħsara għall-applikazzjoni ta' l-ewwel paragrafu, il-Membri u l-gruppi politiċi għandu jkollhom aċċess dirett għas-sistema ta' l-informatika interna tal-Parlament Ewropew għall-konsultazzjoni ta' kwalunkwe dokument ta' tħejjija mhux kunfidenzjali (abbozz ta' rapport, abbozz ta' rakkomandazzjoni, abbozz ta' opinjoni, dokument ta' ħidma, emendi mqiegħda fuq il-Mejda f'kumitat).

Bla ħsara għall-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu, il-Membri u l-gruppi politiċi għandu jkollhom aċċess dirett għas-sistema tal-informatika interna tal-Parlament Ewropew għall-konsultazzjoni ta' kwalunkwe dokument ta' tħejjija mhux kunfidenzjali (abbozz ta' rapport, abbozz ta' rakkomandazzjoni, abbozz ta' opinjoni, dokument ta' ħidma, emendi mqiegħda fuq il-Mejda f'kumitat).

Ġustifikazzjoni

L-aħħar sentenza hija mħassra hawnhekk u mdaħħla fl-Artikolu 192 dwar il-Minuti tas-sessjoni plenarja bħala 1a ġdid.

Emenda    181

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 162

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 162

Artikolu 162

Allokazzjoni ta' ħin għad-diskorsi u lista tal-kelliema

Allokazzjoni ta' ħin għad-diskorsi u lista tal-kelliema

1.   Il-Konferenza tal-Presidenti tista' tipproponi lill-Parlament li jkun allokat ħin għad-diskorsi għal xi dibattitu partikulari. Il-Parlament għandu jiddeċiedi fuq din il-proposta mingħajr diskussjoni.

1.   Il-Konferenza tal-Presidenti tista' tipproponi lill-Parlament li jkun allokat ħin għad-diskorsi għal xi dibattitu partikolari. Il-Parlament għandu jiddeċiedi fuq din il-proposta mingħajr diskussjoni.

2.   Ebda membru ma jista' jitkellem ħlief meta jissejjaħ biex jagħmel dan mill-President. Il-Membri għandhom jitkellmu minn posthom u għandhom jindirizzaw lill-President. Jekk kelliem joħroġ barra mis-suġġett, il-President għandu jsejjaħlu għall-ordni.

2.   Ebda membru ma jista' jitkellem ħlief meta jissejjaħ biex jagħmel dan mill-President. Il-Membri għandhom jitkellmu minn posthom u għandhom jindirizzaw lill-President. Jekk kelliem joħroġ barra mis-suġġett, il-President għandu jsejjaħlu għall-ordni.

3.   Għall-ewwel parti ta' dibattitu partikulari, il-President jista' jagħmel lista ta' kelliema li tkun tinkludi dawra waħda jew aktar ta' kelliema minn kull grupp politiku li jkun jixtieq jitkellem, f'ordni skont id-daqs tal-grupp, u Membru wieħed li ma jkunx affiljat ma' grupp.

3.  Għall-ewwel parti ta' dibattitu partikolari, il-President jista' jagħmel lista ta' kelliema li tkun tinkludi dawra waħda jew aktar ta' kelliema minn kull grupp politiku li jkun jixtieq jitkellem, f'ordni skont id-daqs tal-grupp.

4.  Il-ħin għad-diskorsi għal din il-parti tad-dibattitu għandu jiġi allokat skont il-kriterji li ġejjin:

4.  Il-ħin għad-diskorsi għal din il-parti tad-dibattitu għandu jiġi allokat skont il-kriterji li ġejjin:

(a) l-ewwel parti tal-ħin għad-diskorsi għandha tinqasam b'mod indaqs bejn il-gruppi politiċi kollha;

(a) l-ewwel parti tal-ħin għad-diskorsi għandha tinqasam b'mod indaqs bejn il-gruppi politiċi kollha;

(b) parti oħra għandha tinqasam bejn il-gruppi politiċi fi proporzjon skont in-numru totali tal-membri tagħhom;

(b) parti oħra għandha tinqasam bejn il-gruppi politiċi fi proporzjon skont in-numru totali tal-membri tagħhom;

(c) il-Membri mhux affiljati għandhom jiġu allokati ħin totali għad-diskorsi li jkun ibbażat fuq il-partijiet allokati lil kull grupp politiku skont il-punti (a) u (b).

(c) il-Membri mhux affiljati għandhom jiġu allokati ħin totali għad-diskorsi li jkun ibbażat fuq il-partijiet allokati lil kull grupp politiku skont il-punti (a) u (b).

5.   Meta jkun allokat ħin totali għad-diskorsi għal bosta punti fl-aġenda, il-gruppi politiċi għandhom jgħarrfu lill-President dwar il-parti mill-ħin allokat lilhom li tkun se tintuża għal kull punt individwali. Il-President għandu jiżgura li dawn il-ħinijiet għad-diskorsi jkunu rispettati.

5.   Meta jkun allokat ħin totali għad-diskorsi għal bosta punti fl-aġenda, il-gruppi politiċi għandhom jgħarrfu lill-President dwar il-parti mill-ħin allokat lilhom li tkun se tintuża għal kull punt individwali. Il-President għandu jiżgura li dawn il-ħinijiet għad-diskorsi jkunu rispettati.

6.   Il-bqija tal-ħin maħsub għad-dibattitu m'għandux jiġi allokat b'mod speċifiku minn qabel. Minflok, il-President għandu jistieden lill-Membri biex jitkellmu, bħala regola ġenerali għal mhux aktar minn minuta. Il-President għandu jiżgura – sa fejn ikun possibbli – li kelliema li jkollhom opinjonijiet politiċi differenti u li jkunu minn Stati Membri differenti jitkellmu wara xulxin.

6.   Il-bqija tal-ħin maħsub għad-dibattitu m'għandux jiġi allokat b'mod speċifiku minn qabel. Minflok, il-President jista' jistieden lill-Membri biex jitkellmu, bħala regola ġenerali għal mhux aktar minn minuta. Il-President għandu jiżgura – sa fejn ikun possibbli – li kelliema li jkollhom opinjonijiet politiċi differenti u li jkunu minn Stati Membri differenti jitkellmu wara xulxin.

7.   Fuq talba, tista' tingħata prijorità lill-president jew lir-rapporteur tal-kumitat responsabbli u lill-presidenti ta' gruppi politiċi li jkunu jixtiequ jitkellmu f'isem il-grupp tagħhom, jew lil kelliema li jkunu deputati tagħhom.

7.  Fuq talba, tista' tingħata prijorità mill-President lill-president jew lir-rapporteur tal-kumitat responsabbli u lill-presidenti ta' gruppi politiċi li jkunu jixtiequ jitkellmu f'isem il-grupp tagħhom, jew lil kelliema li jkunu deputati tagħhom.

8.   Il-President jista' jagħti l-kelma lill-Membri li juru, billi jgħollu karta kaħla, ix-xewqa tagħhom li jressqu mistoqsija ta' mhux aktar minn nofs minuta lil Membru ieħor waqt id-diskors tiegħu, jekk il-kelliem jaqbel u jekk il-President iqis li dan ma jkunx se jfixkel id-dibattitu.

8.  Il-President jista' jagħti l-kelma lill-Membri li juru, billi jgħollu karta blu, ix-xewqa tagħhom li jressqu mistoqsija ta' mhux aktar minn nofs minuta lil Membru ieħor waqt id-diskors tiegħu li tkun marbuta ma' dak li jkun qal il-Membru, sakemm il-kelliem jaqbel u l-President ikun sodisfatt li dan ma jkun la se jfixkel id-dibattitu u lanqas, permezz ta' mistoqsijiet suċċessivi mressqa permezz ta' karti blu, ma jwassal għal żbilanċ drastiku fl-affinitajiet tal-grupp politiku ta' Membri li jitkellmu fih.

9.   Ebda Membru ma jista' jitkellem għal iktar minn minuta fuq dawn li ġejjin: il-minuti tas-seduta, il-mozzjonijiet proċedurali, l-emendi għall-aħħar abbozz tal-aġenda jew għall-aġenda.

9.   Ebda Membru ma jista' jitkellem għal iktar minn minuta fuq dawn li ġejjin: il-minuti tas-seduta, il-mozzjonijiet proċedurali, l-emendi għall-aħħar abbozz tal-aġenda jew għall-aġenda.

10.   Bla ħsara għas-setgħat dixxiplinarji l-oħra tiegħu, il-President jista' jordna li d-diskorsi ta' Membri li ma jkunx tahom il-kelma jew li jkomplu jitkellmu iktar mill-ħin mogħti lilhom jitħassru mir-rapporti verbatim tas-seduti.

 

11.   Fid-dibattitu dwar xi rapport il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jinstemgħu, bħala regola, minnufih wara l-preżentazzjoni tiegħu mir-rapporteur. Il-Kummissjoni, il-Kunsill u r-rapporteur jistgħu jinstemgħu mill-ġdid, b'mod partikolari biex iwieġbu għall-istqarrijiet magħmula mill-Membri.

11.   Fid-dibattitu dwar xi rapport il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jinstemgħu, bħala regola, minnufih wara l-preżentazzjoni tiegħu mir-rapporteur. Il-Kummissjoni, il-Kunsill u r-rapporteur jistgħu jinstemgħu mill-ġdid, b'mod partikolari biex iwieġbu għall-istqarrijiet magħmula mill-Membri.

12.   Membri li ma jkunux tkellmu waqt xi dibattitu jistgħu, mhux iżjed minn darba f'kull sessjoni parzjali, jippreżentaw stqarrija bil-miktub ta' mhux iżjed minn 200 kelma li għandha tiġi annessa mar-rapport verbatim tad-dibattitu.

12.   Membri li ma jkunux tkellmu waqt xi dibattitu jistgħu, mhux iżjed minn darba f'kull sessjoni parzjali, jippreżentaw stqarrija bil-miktub ta' mhux iżjed minn 200 kelma li għandha tiġi annessa mar-rapport verbatim tad-dibattitu.

13.   Bla ħsara għall-Artikolu 230 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President għandu jfittex li jilħaq ftehim mal-Kummissjoni, mal-Kunsill u mal-President tal-Kunsill Ewropew dwar allokazzjoni xierqa ta' ħin għad-diskorsi għalihom.

13.  B'kunsiderazzjoni tal-Artikolu 230 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President għandu jfittex li jilħaq ftehim mal-Kummissjoni, mal-Kunsill u mal-President tal-Kunsill Ewropew dwar allokazzjoni xierqa ta' ħin għad-diskorsi għalihom.

Justification

Paragraph 10 is deleted here and inserted in Rule 194 (Verbatim) as paragraph 1a (new). A technical change that brings everything under Verbatim and allows for a single cross reference in Rule 206 "Rule 194 also applies mutatis mutandis to Committees" (only few committees draw up Verbatim reports). Thus, no cross reference to this Rule is needed in Rule 209.

The suggested modification in paragraph 13 clarifies that the Rules of Procedure might not, in any case, prejudice primary law adn that this paragraph is not likely to allow an infringement of Article 230 TFUE since the President just "seek[s]" "to reach an understanding" with the institutions concerned.

Emenda    182

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 164a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 164a

 

Prevenzjoni ta' ostruzzjoni

 

Il-President għandu jkollu s-setgħa li jtemm l-użu eċċessiv ta' mozzjonijiet bħal punti ta' ordni, mozzjonijiet proċedurali jew spjegazzjonijiet tal-vot, jew talbiet għal votazzjonijiet separati, votazzjonijiet maqsuma jew votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet meta jkun konvint li dawn il-mozzjonijiet jew talbiet ikunu manifestament maħsuba biex joħolqu ostruzzjoni mtawla u serja, jew jirriżultaw fiha, tal-proċeduri tal-Parlament jew tad-drittijiet tal-Membri.

 

(Fil-Kapitolu 3 "Regoli ġenerali dwar it-tmexxija tas-seduti")

Ġustifikazzjoni

It-test tal-interpretazzjoni attwalment taħt l-Artikolu 22(1) qed jiddaħħal hawn bi kliem użat mhux mibdula.

Emenda    183

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 165

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 165

Artikolu 165

Miżuri immedjati

Miżuri immedjati

1.   Il-President għandu jsejjaħ għall-ordni kwalunkwe Membru li jisfratta t-tmexxija bla xkiel tal-proċeduri jew li l-imġiba tiegħu tonqos milli tkun konformi mad-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Artikolu 11.

1.   Il-President għandu jsejjaħ għall-ordni kwalunkwe Membru li jisfratta t-tmexxija bla xkiel tal-proċeduri jew li l-imġiba tiegħu tonqos milli tkun konformi mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-Artikolu 11.

2.   Jekk din l-imġieba tirrepeti ruħha, il-President għandu għal darb'oħra jerġa' jsejjaħ lill-Membru għall-ordni, u l-fatt għandu jiġi rrapurtat fil-minuti.

2.   Jekk din l-imġiba tirrepeti ruħha, il-President għandu għal darb'oħra jerġa' jsejjaħ lill-Membru għall-ordni, u l-fatt għandu jiġi rrapurtat fil-minuti.

3.   Jekk it-tfixkil ikompli, jew jekk l-imġieba terġa tirrepeti ruħha, il-President jista' jċaħħad lil Membru kkonċernat mid-dritt li jitkellem u jkeċċih mill-Kamra għall-bqija tas-seduta. Huwa jista' wkoll jirrikorri għal din il-miżura ta' l-aħħar minnufih u mingħajr it-tieni sejħa għall-ordni f' każijiet ta' serjetà eċċezzjonali. Is-Segretarju Ġenerali għandu, mingħajr dewmien, jara li dawn il-miżuri dixxiplinari jitwettqu, bl-għajnuna ta' l-ushers u, jekk ikun meħtieġ, tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Parlament.

3.   Jekk it-tfixkil ikompli, jew jekk l-imġiba terġa' tirrepeti ruħha, il-President jista' jċaħħad lill-Membru kkonċernat mid-dritt li jitkellem u jkeċċih mill-Kamra għall-bqija tas-seduta. Huwa jista' wkoll jirrikorri għal din il-miżura tal-aħħar minnufih u mingħajr it-tieni sejħa għall-ordni f' każijiet ta' serjetà eċċezzjonali. Is-Segretarju Ġenerali għandu, mingħajr dewmien, jara li dawn il-miżuri dixxiplinari jitwettqu, bl-għajnuna tal-uxxiera u, jekk ikun meħtieġ, tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Parlament.

4.   Jekk it-tfixkil jhedded li jostakola l-ħidma tal-Kamra, il-President għandu jagħlaq jew jissospendi s-seduta għal żmien speċifiku sabiex jerġa' jġib l-ordni. Jekk ma jkunx jista' jsemma' lilu nnifsu, għandu jħalli s-Sedja; dan għandu jkollu l-effett ta' sospensjoni tas-seduta. Il-President għandu jerġa jsejjaħ s-seduta.

4.   Jekk it-tfixkil jhedded li jostakola l-ħidma tal-Kamra, il-President għandu jagħlaq jew jissospendi s-seduta għal żmien speċifiku sabiex jerġa' jġib l-ordni. Jekk ma jkunx jista' jsemma' lilu nnifsu, għandu jħalli s-Sedja; dan għandu jkollu l-effett ta' sospensjoni tas-seduta. Il-President għandu jerġa jsejjaħ is-seduta.

 

4a.  Il-President jista' jiddeċiedi li jinterrompi x-xandir dirett tas-seduta fil-każ ta' lingwaġġ difamatorju, razzist jew ksenofobiku minn Membru.

 

4b.  Il-President jista' jiddeċiedi li jħassar mir-rekords awdjoviżivi tal-proċedimenti dawk il-partijiet ta' diskors minn Membru li jkun fihom lingwaġġ difamatorju, razzist jew ksenofobiku.

 

Din id-deċiżjoni għandu jkollha effett immedjat. Din għandha, madankollu, tkun suġġetta għal konferma mill-Bureau mhux aktar tard minn erba' ġimgħat wara li tittieħed, jew, jekk il-Bureau ma jiltaqax f'dak il-perjodu, fil-laqgħa tiegħu li jmiss.

5.   Is-setgħat stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jingħataw, mutatis mutandis, lill-uffiċjali li jippresiedu l-organi, il-kumitati u d-delegazzjonijiet kif stipulat fir-Regoli ta' Proċedura.

5.  Is-setgħat stipulati fil-paragrafi 1 sa 4b għandhom jingħataw, mutatis mutandis, lill-uffiċjali li jippresiedu l-korpi, il-kumitati u d-delegazzjonijiet kif stipulat fir-Regoli ta' Proċedura.

6.   Fejn hu xieraq, u filwaqt li titqies is-serjetà tal-ksur ta' l-istandards ta' mġiba tal-Membri, il-Membru li jkun qed jippresiedi jista', sa mhux aktar tard mis-sessjoni parzjali li jkun imiss jew mil-laqgħa li jkun imiss ta' l-organu, kumitat jew delegazzjoni kkonċernati, jsaqsi lill-President biex japplika l-Artikolu 166.

6.   Fejn hu xieraq, u filwaqt li titqies is-serjetà tal-ksur tal-istandards ta' mġiba tal-Membri, il-Membru li jkun qed jippresiedi jista', sa mhux aktar tard mis-sessjoni parzjali li jkun imiss jew mil-laqgħa li jkun imiss tal-korp, kumitat jew delegazzjoni kkonċernati, jsaqsi lill-President biex japplika l-Artikolu 166.

Ġustifikazzjoni

Emenda    184

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 166

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 166

Artikolu 166

Pieni

Pieni

1.  F'każijiet eċċezzjonalment serji ta' diżordni jew sfrattar tal-Parlament bi ksur tal-prinċipji imniżżla fl-Artikolu 11, il-President, wara li jisma' lill-Membru konċernat, għandu jadotta deċiżjoni motivata li tistipula l-piena xierqa, liema deċiżjoni huwa għandu jinnotifka lill-Membru konċernat u lill-uffiċjali li jippresiedu l-organi, l-kumitati u d-delegazzjonijiet li fihom iservi l-Membru, qabel ma jħabbarha fil-plenarja.

1.  F'każijiet serji ta' diżordni jew sfrattar tal-Parlament bi ksur tal-prinċipji mniżżla fl-Artikolu 11, il-President għandu jadotta deċiżjoni motivata li tistipula l-piena xierqa.

 

Il-Membru kkonċernat għandu jiġi mistieden mill-President jissottometti osservazzjonijiet bil-miktub qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni. F'każijiet eċċezzjonali, il-President jista' jiddeċiedi li jsejjaħ seduta ta' smigħ tal-Membru kkonċernat.

 

Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat permezz ta' ittra rreġistrata jew, f'każijiet ta' urġenza, permezz tal-uxxiera.

 

Wara li tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat, kwalunkwe piena imposta fuq Membru għandha titħabbar mill-President lill-Parlament, u l-uffiċjali li jippresiedu l-korpi, il-kumitati u d-delegazzjonijiet li fihom iservi l-Membru, għandhom jiġu infurmati.

 

Ladarba l-piena tkun finali għandha tiġi ppubblikata b'mod prominenti fuq il-websajt tal-Parlament għall-bqija tal-leġislatura.

2.   Waqt il-valutazzjoni ta' l-imġiba osservata għandha titqies in-natura eċċezzjonali, rikorrenti jew permanenti tagħha u s-serjetà tagħha, fuq il-bażi tal-linji gwida annessi ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

2.  Waqt il-valutazzjoni tal-imġiba osservata għandha titqies in-natura eċċezzjonali, rikorrenti jew permanenti tagħha, kif ukoll is-serjetà tagħha.

 

Għandha ssir distinzjoni bejn azzjonijiet viżivi, li jistgħu jkunu tollerati, dment li ma jkunux offensivi, difamatorji, razzisti jew ksenofobiċi, u jibqgħu f'limiti raġonevoli, u dawk li jisfrattaw b'mod attiv l-attività parlamentari.

3.  Il-piena tista' tikkonsisti f'miżura waħda jew iżjed minn dawn li ġejjin:

3.  Il-piena tista' tikkonsisti f'miżura waħda jew iżjed minn dawn li ġejjin:

(a) twissija;

(a) twissija;

(b) it-telf tal-jedd għall-allowance ta' sussistenza ta' kuljum għal perjodu ta' bejn jumejn u għaxart ijiem;

(b)  it-telf tal-jedd għall-allowance ta' sussistenza ta' kuljum għal perjodu ta' bejn jumejn u tletin jum;

(c) mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-vot fil-plenarja, u suġġett, f'dan il-każ, għal konformità stretta ma' l-istandards ta' mġiba tal-Membri, sospensjoni temporanja mill-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha jew uħud minnhom tal-Parlament, għal perjodu ta' bejn jumejn u għaxart ijiem konsekuttivi li fihom jiltaqgħu l-Parlament jew kwalunkwe wieħed mill-organi, kumitati jew delegazzjonijiet tiegħu;

(c)  mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-vot fil-plenarja, u suġġett, f'dan il-każ, għal konformità stretta mal-istandards ta' mġiba tal-Membri, sospensjoni temporanja mill-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha jew uħud minnhom tal-Parlament, għal perjodu ta' bejn jumejn u għaxart ijiem konsekuttivi li fihom jiltaqgħu l-Parlament jew kwalunkwe wieħed mill-korpi, kumitati jew delegazzjonijiet tiegħu;

(d) preżentazzjoni lill-Konferenza tal-Presidenti, skont l-Artikolu 21, ta' proposta għal sospensjoni jew tneħħija minn waħda jew iżjed mill-karigi li dak il-Membru jkollu fil-Parlament.

 

 

(da)  projbizzjoni għall-Membru milli jirrappreżenta lill-Parlament f'delegazzjoni interparlamentari, konferenza interparlamentari jew kwalunkwe forum interistituzzjonali, sa sena waħda.

 

(adb)  fil-każ ta' ksur tal-obbligi ta' kunfidenzjalità, limitazzjoni tad-drittijiet ta' aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali jew klassifikata sa sena.

 

3a.  Il-miżuri stipulati fil-paragrafu 3(b) sa (db) jistgħu jiġu rduppjati fil-każ ta' offiżi ripetuti, jew jekk il-Membru jirrifjuta li jikkonforma ma' miżura meħuda skont l-Artikolu 165(3),

 

3b.  Il-President jista', addizzjonalment, jippreżenta proposta lill-Konferenza tal-Presidenti u/jew lill-Kumitat ikkonċernat għas-sospensjoni jew it-tneħħija minn waħda jew iżjed karigi interni mħaddna mill-Membru tal-Parlament, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21.

__________________

 

21 Ara l-Anness XV.

 

Justification

Changes to paragraph 1 take into account that the EN version "In exceptionally serious cases of disorder or disruption of Parliament " is much less explicit than the FR version (and others) "Dans le cas où un député trouble la séance [...] ou perturbe les travaux du Parlement ". Therefore it is suggested to replace the mandatory oral hearing with giving the opportunity to the Member concerned to present his views.The suggested changes aim to answer several practical inconveniences:- on the hearing: there is no legal necessity that the President hears the Member concerned orally (usually the Member concerned just states what he stated in writing);- on the notifications: in the recent past, there have been a number of cases where the sanctioned Member refused to sign an "accusé de reception";

Changes to paragraph 3b aim to review the penalties and to linkto the context in which the penalised conduct took place (e.g: days on which Parliament meets, days when the committees or the delegations meet, ban on access to confidential information, ban on participation in EP delegations).

Emenda    185

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 167

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 167

Artikolu 167

Proċeduri interni ta' appell

Proċeduri interni ta' appell

Il-Membru konċernat jista' jressaq appell intern lill-Bureau fi żmien ġimagħtejn min-notifika tal-piena imposta mill-President. Dan l-appell għandu jkollu l-effett li jissospendi l-applikazzjoni ta' dik il-piena. Il-Bureau jista', sa mhux iktar tard minn erba' ġimgħat wara li jkun tressaq l-appell, jannulla, jikkonferma jew inaqqas il-piena imposta, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' appell esterni disponibbli għall-Membru konċernat. Jekk il-Bureau jonqos milli jieħu deċiżjoni fil-limitu ta' żmien stipulat, il-piena għandha tiġi ddikjarata nulla u bla effett.

Il-Membru konċernat jista' jressaq appell intern lill-Bureau fi żmien ġimagħtejn min-notifika tal-piena imposta mill-President bis-saħħa tal-Artikolu 166(1) sa (3a). Dan l-appell għandu jkollu l-effett li jissospendi l-applikazzjoni ta' dik il-piena. Il-Bureau jista', sa mhux iktar tard minn erba' ġimgħat wara li jkun tressaq l-appell jew, jekk dan ma jiltaqax f'dan il-perjodu, fil-laqgħa li jmiss tiegħu, jannulla, jikkonferma jew jimmodifika l-piena imposta, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' appell esterni disponibbli għall-Membru konċernat. Jekk il-Bureau jonqos milli jieħu deċiżjoni fil-limitu ta' żmien stipulat, il-piena għandha titqies nulla u bla effett.

Ġustifikazzjoni

Il-bidla għandha l-għan li tiċċara li jekk ma jkunx hemm laqgħa tal-Bureau f'dawk l-erba' ġimgħat, id-deċiżjoni għandha tittieħed malli laqgħa tal-Bureau sseħħ.

Emenda    186

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu VII – kapitolu 5 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

KWORUM U VOTAZZJONI

KWORUM, EMENDI U VOTAZZJONI

Ġustifikazzjoni

It-titolu jista' jirreferi wkoll għal "EMENDI" peress li l-Kapitolu jittrattahom ukoll.

Emenda    187

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 168

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 168

Artikolu 168

Kworum

Kworum

1.  Il-Parlament jista' jiddelibera, jgħaddi l-aġenda u japprova l-minuti, ikun xi jkun in-numru ta' Membri preżenti.

1.  Il-Parlament jista' jiddelibera, jgħaddi l-aġenda u japprova l-minuti, ikun xi jkun in-numru ta' Membri preżenti.

2.  Għandu jitqies li ntlaħaq kworum meta terz tal-Membri kollha tal-Parlament ikunu preżenti fil-Kamra.

2.  Għandu jitqies li ntlaħaq kworum meta terz tal-Membri kollha tal-Parlament ikunu preżenti fil-Kamra.

3.  Il-votazzjonijiet kollha għandhom ikunu validi ikun xi jkun in-numru ta' votanti ħlief jekk il-President, fuq talba li ssir qabel tibda l-votazzjoni minn mhux inqas minn erbgħin Membru, jara fil-ħin tal-votazzjoni li ma hemmx kworum. Jekk il-votazzjoni turi li ma hemmx kworum, il-votazzjoni għandha titqiegħed fl-aġenda tas-seduta li jkun imiss.

3.  Il-votazzjonijiet kollha għandhom ikunu validi jkun xi jkun in-numru ta' votanti ħlief jekk il-President, fuq talba li ssir qabel tibda l-votazzjoni minn mhux inqas minn erbgħin Membru, jistabbilixxi li ma jkunx hemm kworum. Jekk in-numru ta' Membri meħtieġ sabiex jintlaħaq il-kworum ma jkunx biżżejjed, il-President għandu jiddikjara li ma hemmx kworum, u l-votazzjoni għandha titqiegħed fl-aġenda tas-seduta li jkun imiss.

Talba sabiex ikun ivverifikat il-kworum għandha ssir minn mhux inqas minn erbgħin Membru. Talba f'isem grupp politiku mhix ammissibbli.

 

Meta jkun qed jiġi stabbilit ir-riżultat tal-votazzjoni, għandhom jitqiesu, skont il-paragrafu 2, il-Membri kollha preżenti fil-Kamra u, skont il-paragrafu 4, tal-Membri kollha li talbu sabiex ikun ivverifikat il-kworum. Is-sistema ta' votazzjoni elettronika ma tistax tintuża għal dan il-għan. Il-bibien tal-Kamra ma jistgħux jingħalqu.

Is-sistema ta' votazzjoni elettronika tista' tintuża sabiex jiġi vverifikat il-limitu minimu ta' 40 Membru, iżda ma tistax tintuża biex jiġi vverifikat kworum. Il-bibien tal-Kamra ma jistgħux jingħalqu.

Jekk in-numru ta' Membri meħtieġ sabiex jintlaħaq il-kworum ma jkunx preżenti, il-President m'għandux iħabbar ir-riżultat tal-votazzjoni imma għandu jiddikjara li ma hemmx kworum.

 

L-aħħar sentenza tal-paragrafu 3 ma tapplikax għal votazzjonijiet dwar mozzjonijiet proċedurali imma biss għal votazzjonijiet fuq il-mertu.

 

4.  Membri li jkunu talbu għall-verifika tal-kworum għandhom jitqiesu li huma preżenti skond it-tifsira tal-paragrafu 2, anke jekk ma jkunux għadhom fil-Kamra.

4.  Membri li jitolbu għall-verifika tal-kworum għandhom ikunu preżenti fil-Kamra meta ssir it-talba, u għandhom jitqiesu li huma preżenti skont it-tifsira tal-paragrafi 2 u 3, anke jekk imbagħad jitilqu mill-Kamra.

Membri li jkunu talbu għall-verifika tal-kworum għandhom ikunu preżenti fil-Kamra meta ssir it-talba.

 

5.  Jekk ikun hemm inqas minn erbgħin Membru preżenti, il-President jista' jagħti deċiżjoni li ma hemmx kworum.

5.  Jekk ikun hemm inqas minn erbgħin Membru preżenti, il-President jista' jagħti deċiżjoni li ma hemmx kworum.

Justification

The changes to paragraph 3 subparagraph 1, take into account the interpretation to this article and the the current practice which is slightly different from the Rule. The principles governing the verification of the quorum is as follows:- at least 40 MEPs (thresholds!) may ask for the quorum to be checked; the MEPs submitting this request do this by standing up;- in case 40 MEPs ask for the quorum to be checked, the check is being done visually: The number of MEPs being present are visually counted;- if the quorum is not present, the vote will not take place, but be immediately postponed.

As regards the deletion of paragraph 3 subparagraph 2, it is superfluous as it overlaps with paragraph 3 of the Rule itself.

As regards the changes of the interpretion after paragraph 3, the first sentence of this interpretation is superfluous as it overlaps with paragraphs 2 and 4 of the Rule itself.

Emenda    188

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 168a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 168a

 

Livelli limitu

 

1.   Għall-finijiet ta' dawn l-Artikoli, u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

 

(a)   "limitu baxx" tfisser wieħed minn kull għoxrin tal-Membri li jiffurmaw il-Parlament jew grupp politiku;

 

(b)   "limitu medju" tfisser wieħed minn kull għaxra tal-Membri li jiffurmaw il-Parlament, magħmula minn grupp politiku wieħed jew iktar jew Membri individwali, jew kombinazzjoni tat-tnejn;

 

(c)   "limitu għoli" tfisser wieħed minn kull ħamsa tal-Membri li jiffurmaw il-Parlament, magħmula minn grupp politiku wieħed jew iktar jew Membri individwali, jew kombinazzjoni tat-tnejn;

 

2.  Meta, għall-iskop biex jiġi determinat jekk limitu applikabbli intlaħaqx, tkun meħtieġa firma ta' Membru, dik il-firma tista' tkun jew miktuba bl-idejn jew f'forma elettronika, prodotta bis-sistema ta' firma elettronika tal-Parlament. Fiż-żmien stipulat relevanti, Membru jista' jirtira, iżda mhux sussegwentement iġedded, il-firma tiegħu jew tagħha.

 

3.  Meta l-appoġġ ta' grupp politiku jkun meħtieġ biex jintlaħaq limitu minimu, il-grupp għandu jaġixxi permezz tal-president tiegħu jew permezz ta' persuna magħżula b'mod dovut minnu jew minnha għal dak l-iskop.

 

4.  L-appoġġ ta' grupp politiku għandu jitqies kif ġej għall-applikazzjoni tal-limitu medju u għoli:

 

-  meta Artikolu li jistipula tali limitu minimu jiġi invokat matul seduta jew laqgħa: il-Membri kollha li jifformaw parti mill-grupp ta' appoġġ u huma fiżikament preżenti;

 

-  fil-każijiet l-oħra: il-Membri kollha li jifformaw parti mill-grupp ta' appoġġ

Emenda    189

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Allinjament orizzontali

Test fis-seħħ

Allinjament orizzontali

 

Allinjament orizzontali tal-Artikoli u l-emendi tad-definizzjonijiet il-ġodda tal-limiti minimi stipulati fl-Artikolu 168a

 

A. Fl-Artikoli u l-emendi li ġejjin u li jikkonċernaw l-Artikoli li ġejjin, il-kliem "grupp politiku jew mill-inqas erbgħin Membru", fi kwalunkwe forma grammatikament inflessa, għandu jiġi sostitwit bil-kliem "grupp politiku jew Membri li jilħqu mill-inqas il-limitu baxx", bi kwalunkwe bidla grammatikali neċessarja:

 

Artikolu 15(1)

 

Artikolu 38(2)

 

Artikolu 38a(1) (ġdid)

 

Artikolu 42(2) subparagrafu 3 (ġdid)

 

Artikolu 59(1) subparagrafu 1

 

Artikolu 59(1b) subparagrafu 4 (ġdid)

 

Artikolu 59(1a) subparagrafu 1(ġdid)

 

Artikolu 59(1b) subparagrafu 4 (ġdid)

 

Artikolu 59(1b) subparagrafu 5 (ġdid)

 

Artikolu 63(4)

 

Artikolu 67a(1) subparagrafu 1 (ġdid)

 

Artikolu 67a(2) subparagrafu 1 (ġdid)

 

Artikolu 67a(4) subparagrafu 1 (ġdid)

 

Artikolu 69(1)

 

Artikolu 81(2)

 

Artikolu 88(1) subparagrafu 2

 

Artikolu 105(3)

 

Artikolu 105(6) it-tielet inċiż

 

Artikolu 106(4c) subparagrafu 2 (ġdid)

 

Artikolu 108(2)

 

Artikolu 108(4)

 

Artikolu 113(4a) (ġdid)

 

Artikolu 118(5) subparagrafu 1

 

Artikolu 121(3)

 

Artikolu 122(3)

 

Artikolu 122a(4) (ġdid)

 

Artikolu 123(2)

 

Artikolu 128(1) subparagrafu 1

 

Artikolu 135(1)

 

Artikolu 135(2)

 

Artikolu 137(2) subparagrafu 3

 

Artikolu 138(2) subparagrafu 3

 

Artikolu 150(2)

 

Artikolu 150(3)

Artikolu 152(1)

Artikolu 153(1)

 

Artikolu 154(1)

 

Artikolu 169(1) subparagrafu 1

 

Artikolu 170(4) subparagrafu 1

Artikolu 174(5)

 

Artikolu 174(6)

Artikolu 176(1)

 

Artikolu 180(1)

 

Artikolu 187(1) subparagrafu 1

 

Artikolu 188(1) subparagrafu 1

 

Artikolu 189(1) subparagrafu 1

 

Artikolu 190(1) subparagrafu 1

 

Artikolu 190(4)

 

Artikolu 226(4)

Artikolu 231(4)

Anness XVI paragrafu 1c, subparagrafu 7

Fl-Artikoli 88(4) u 113(4a), il-kliem "mill-inqas erbgħin Membru", fi kwalunkwe forma grammatikament inflessa, għandu jiġi sostitwit bil-kliem "grupp politiku jew Membri li jilħqu mill-inqas il-limitu baxx", bi kwalunkwe bidla grammatikali neċessarja.

 

B. Fl-Artikoli 50(1) u 50(2) subparagrafu 1, il-kliem "mill-inqas wieħed minn kull għaxra tal-membri tal-kumitat", fi kwalunkwe forma grammatikament inflessa, għandu jiġi sostitwit bil-kliem "membri jew grupp politiku (gruppi politiċi) li jilħqu mill-inqas il-limitu medju fil-kumitat", bi kwalunkwe bidla grammatikali neċessarja.

 

Fl-Artikolu 73 a(2) u l-Artikolu 150(1) subparagrafu 2, il-kliem "gruppi politiċi jew Membri individwali li flimkien jikkostitwixxu wiħed minn kull għaxra tal-Membri tal-Parlament", fi kwalunkwe forma grammatikament inflessa, għandu jiġi sostitwit bil-kliem "Membri jew grupp politiku (gruppi politiċi) li jilħqu mill-inqas il-limitu medju", bi kwalunkwe bidla grammatikali neċessarja.

 

Fl-Artikolu 210 a(4), il-kliem "tliet membri ta' kumitat" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "membri jew grupp politiku (gruppi politiċi) li jilħqu mill-inqas il-limitu medju fil-kumitat", bi kwalunkwe bidla grammatikali neċessarja.

 

C. Fl-Artikolu 15(1), il-kliem "mill-inqas għoxrin fil-mija tal-Membri li jiffurmaw il-Parlament" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "Membri jew grupp politiku (gruppi politiċi) li jilħqu mill-inqas il-limitu għoli", bi kwalunkwe bidla grammatikali neċessarja.

 

Fl-Artikolu 182(2) u l-Artikolu 180a(2) , il-kliem "mill-inqas wieħed minn kull ħamsa tal-Membri li jiffurmaw il-Parlament" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "Membri jew grupp politiku (gruppi politiċi) li jilħqu mill-inqas il-limitu għoli", bi kwalunkwe bidla grammatikali neċessarja.

 

Fl-Artikolu 191(1), il-kliem "grupp politiku jew mill-inqas erbgħin Membru" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "Membri jew grupp politiku (gruppi politiċi) li jilħqu mill-inqas il-limitu għoli", bi kwalunkwe bidla grammatikali neċessarja.

 

Fl-Artikolu 204(2), is-subparagrafu 1 u l-Artikolu 208(2), il-kliem "wieħed minn kull sitta tal-membri tal-kumitat" jew "wieħed minn kull sitta tal-membri tiegħu", fi kwalunkwe forma grammatikament inflessa, għandu jiġi sostitwit bil-kliem "membri jew grupp politiku (gruppi politiċi) li jilħqu mill-inqas il-limitu għoli fil-kumitat", bi kwalunkwe bidla grammatikali neċessarja.

 

Fl-Artikolu 208(3), il-kliem "kwart tal-membri ta' kumitat" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "membri jew grupp politiku (gruppi politiċi) li jilħqu mill-inqas il-limitu għoli fil-kumitat", bi kwalunkwe bidla grammatikali neċessarja.

 

D. Dan l-allinjament orizzontali tal-limiti minimi ma jippreġudikax l-adozzjoni, iċ-ċaħda jew il-modifika tal-Artikoli u l-emendi elenkati hawn fuq dwar aspetti li huma differenti mil-limiti minimi.

 

(Din l-emenda tapplika fit-test kollu. L-adozzjoni tagħha teħtieġ bidliet korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda    190

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 169

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 169

Artikolu 169

Tqegħid ta' emendi fuq il-Mejda u t-tressieq tagħhom

Tqegħid ta' emendi fuq il-Mejda u t-tressiq tagħhom

1.  Emendi biex ikunu eżaminati fil-Parlament jistgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda mill-kumitat responsabbli, minn grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru.

1.  Emendi biex ikunu eżaminati fil-Parlament jistgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda mill-kumitat responsabbli, minn grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru. L-ismijiet tal-kofirmatarji kollha għandhom jiġu ppubblikati.

Emendi għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda bil-miktub u għandhom ikunu ffirmati mill-awturi tagħhom.

Emendi għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda bil-miktub u għandhom ikunu ffirmati mill-awturi tagħhom.

Emendi għal dokumenti ta' natura leġislattiva li jaqgħu fit-tifsira ta' l-Artikolu 47(1) jista' jkollhom magħhom ġustifikazzjoni qasira. Dawn il-ġustifikazzjonijiet għandhom ikunu r-responsabiltà ta' l-awtur u m'għandux jittieħed vot fuqhom.

Emendi għal proposti għal atti legalment vinkolanti jista' jkollhom magħhom ġustifikazzjoni qasira. Dawn il-ġustifikazzjonijiet għandhom ikunu r-responsabiltà tal-awtur u m'għandux jittieħed vot fuqhom.

2.  Bla ħsara għal-limitazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 170, emenda jista' jkollha l-għan li tbiddel kwalunkwe parti ta' xi test, jew li tħassar, iżżid jew tissostitwixxi kliem jew numri.

2.  Bla ħsara għal-limitazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 170, emenda jista' jkollha l-għan li tbiddel kwalunkwe parti ta' xi test, jew li tħassar, iżżid jew tissostitwixxi kliem jew numri.

F'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 170 il-kelma "test" tfisser it-test sħiħ ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni jew ta' abbozz ta' riżoluzzjoni leġislattiva, ta' proposta għal deċiżjoni jew ta' proposta għal att leġislattiv.

F'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 170 il-kelma "test" tfisser it-test sħiħ ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni jew ta' abbozz ta' riżoluzzjoni leġislattiva, ta' proposta għal deċiżjoni jew ta' proposta għal att legalment vinkolanti.

3.   Il-President għandu jistabbilixxi limitu ta' żmien għat-tqegħid ta' emendi fuq il-Mejda.

3.   Il-President għandu jistabbilixxi limitu ta' żmien għat-tqegħid ta' emendi fuq il-Mejda.

4.   Emenda tista' titressaq waqt id-dibattitu mill-awtur tagħha jew minn kwalunkwe Membru ieħor maħtur mill-awtur sabiex jissostitwih.

4.   Emenda tista' titressaq waqt id-dibattitu mill-awtur tagħha jew minn kwalunkwe Membru ieħor maħtur mill-awtur sabiex jissostitwih.

5.   Meta emenda tiġi rtirata mill-awtur tagħha, din għandha taqa' ħlief fil-każ li tittieħed minnufih minn xi Membru ieħor.

5.   Meta emenda tiġi rtirata mill-awtur tagħha, din għandha taqa' ħlief fil-każ li tittieħed minnufih minn xi Membru ieħor.

6.  mendi għandhom jitqiegħdu għall-vot biss wara li jkunu ġew stampati u mqassma fil-lingwi uffiċjali kollha, ħlief jekk il-Parlament jiddeċiedi mod ieħor. Il-Parlament ma jistax jiddeċiedi mod ieħor jekk joġġezzjonaw mhux inqas minn erbgħin Membru. Il-Parlament għandu jevita li jieħu deċiżjonijiet li jwasslu sabiex Membri li jużaw lingwa partikolari jkunu żvantaġġjati b'mod inaċċettabbli.

L-emendi għandhom jitqiegħdu għall-vot biss wara li jkunu saru disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha, ħlief jekk il-Parlament jiddeċiedi mod ieħor. Il-Parlament ma jistax jiddeċiedi mod ieħor jekk joġġezzjonaw mhux inqas minn erbgħin Membru. Il-Parlament għandu jevita li jieħu deċiżjonijiet li jwasslu sabiex Membri li jużaw lingwa partikolari jkunu żvantaġġjati b'mod inaċċettabbli.

Meta jkun hemm inqas minn mitt Membru preżenti, il-Parlament ma jistax jiddeċiedi mod ieħor jekk mhux inqas minn wieħed minn kull għaxar Membri preżenti joġġezzjonaw.

Meta jkun hemm inqas minn mitt Membru preżenti, il-Parlament ma jistax jiddeċiedi mod ieħor jekk mhux inqas minn wieħed minn kull għaxar Membri preżenti joġġezzjonaw.

Fuq proposta tal-President, emenda orali jew kwalunkwe modifika orali oħra tiġi trattata bħal emenda mhux mqassma fil-lingwi kollha uffiċjali. Jekk il-President jidhirlu li tali emenda jew modifika hija ammissibbli abbażi tal-Artikolu 170(3), sakemm ma jkunx hemm oppożizzjoni espressa skont l-Artikolu 169(6), għandha tiġi vvotata skont l-ordni stabbilita għall-vot.

Fuq proposta tal-President, emenda orali jew kwalunkwe modifika orali oħra għandha tiġi trattata bħal emenda mhux disponibbli fil-lingwi kollha uffiċjali. Jekk il-President jidhirlu li tali emenda jew modifika hija ammissibbli abbażi tal-Artikolu 170(3), sakemm ma jkunx hemm oppożizzjoni espressa skont l-Artikolu 169(6), għandha tiġi vvotata skont l-ordni stabbilita għall-vot.

Fil-kumitat, in-numru ta' voti meħtieġ biex jiġi oppost il-vot ta' tali emenda jew modifika, huwa stabbilit abbażi tal-Artikolu 209 proporzjonalment għal dak li jipprevali fil-plenarja, aġġustat, jekk ikun il-każ, għall-eqreb numru sħiħ.

Fil-kumitat, in-numru ta' voti meħtieġ biex jiġi oppost il-vot ta' tali emenda jew modifika, huwa stabbilit abbażi tal-Artikolu 209 proporzjonalment għal dak li jipprevali fil-plenarja, aġġustat, jekk ikun il-każ, għall-eqreb numru sħiħ.

Ġustifikazzjoni

Il-bidla fil-paragrafu 1 ssarraf fl-Artikoli rakkomandazzjoni inkluża fir-rapport Ferrara adottat mill-Parlament fit-28 ta' April 2016.

Emenda    191

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 170

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 170

Artikolu 170

Ammissibilità ta' emendi

Ammissibilità ta' emendi

1.  Ebda emenda m'għandha tkun ammissibbli jekk:

1. Mingħajr ħsara għall-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati fl-Artikolu 52(2) li jikkonċerna rapporti ta' inizjattiva proprja u l-Artikolu 69(2) li jikkonċerna emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill, l-ebda emenda m'għandha tkun ammissibbli jekk:

(a)   ma jkollhiex x'taqsam direttament mat-test li tkun temenda;

(a)   ma jkollhiex x'taqsam direttament mat-test li tkun temenda;

(b)   tkun tħassar jew tissostitwixxi t-test sħiħ;

(b)   tkun tħassar jew tissostitwixxi t-test sħiħ;

(c)   tkun temenda iżjed minn wieħed mill-artikoli jew paragrafi individwali tat-test li għalih tirreferi. Din id-disposizzjoni ma tapplikax għal emendi ta' kompromess jew għal emendi li jfittxu li jagħmlu tibdil identiku f'xi espressjonijiet partikulari fit-test kollu;

(c)   tkun temenda iżjed minn wieħed mill-artikoli jew paragrafi individwali tat-test li għalih tirreferi. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal emendi ta' kompromess jew għal emendi li jfittxu li jagħmlu tibdil identiku f'xi espressjonijiet partikolari fit-test kollu;

 

(ca)  hija maħsuba biex temenda proposta għall-kodifikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni; madankollu, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 103(3) għandu japplika mutatis mutandis;

 

(cb)  hija intiża li temenda dawk il-partijiet ta' proposta li jinvolvu t-tfassil mill-ġdid tal-leġislazzjoni tal-Unjoni u li jibqgħu l-istess f'tali proposta; madankollu, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(2) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 104(2) għandhom japplikaw mutatis mutandis;

(d)  ikun stabbilit li mill-anqas f'waħda mil-lingwi uffiċjali t-test li dwaru qed tintalab emenda ma jkunx jitlob tibdil; f'dan il-każ, il-President għandu, flimkien ma' min hu kkonċernat, ifittex li jsib rimedju lingwistiku xieraq.

(d)  dan ifittex biss li jiżgura l-korrettezza lingwistika jew jindirizza l-konsistenza terminoloġika tat-test fil-lingwa li fiha l-emenda titressaq; f'dan il-każ, il-President għandu, flimkien ma' min hu kkonċernat, ifittex li jsib rimedju lingwistiku xieraq.

2.   Emenda għandha taqa' jekk tkun inkonsistenti ma' deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu qabel fir-rigward tat-test matul l-istess votazzjoni.

 

3.  Il-President għandu jiddeċiedi jekk emendi humiex ammissibbli jew le.

3.  Il-President għandu jiddeċiedi jekk emendi humiex ammissibbli jew le.

Id-deċiżjoni tal-President skond il-paragrafu 3 dwar l-ammissibilità ta' emendi ma tkunx ibbażata esklussivament fuq id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu, imma fuq id-dispożizzjonijiet tar-Regoli b'mod ġenerali.

Id-deċiżjoni tal-President skont il-paragrafu 3 dwar l-ammissibilità ta' emendi ma tkunx ibbażata esklussivament fuq id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, imma fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli b'mod ġenerali.

4.  Grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni alternattiva għal mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġislattiva li tkun f' xi rapport ta' xi kumitat.

4.  Grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni alternattiva għal mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġislattiva li tkun f' xi rapport ta' xi kumitat.

F'każ bħal dan, il-grupp jew il-Membri kkonċernati ma jistgħux iqiegħdu fuq il-Mejda emendi għall-mozzjoni għal riżoluzzjoni mill-kumitat responsabbli. Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni alternattiva ma tistax tkun itwal mill-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-kumitat. Fuq din għandu jittieħed vot wieħed fil-Parlament mingħajr emendi.

F'każ bħal dan, il-grupp jew il-Membri kkonċernati ma jistgħux iqiegħdu fuq il-Mejda emendi għall-mozzjoni għal riżoluzzjoni mill-kumitat responsabbli. Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni alternattiva ma tistax tkun itwal mill-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-kumitat. Fuq din għandu jittieħed vot wieħed fil-Parlament mingħajr emendi.

L-Artikolu 123(4) għandu japplika mutatis mutandis.

L-Artikolu 123(4) li jikkonċerna mozzjonijiet għar-riżoluzzjonijiet konġunti għandu japplika mutatis mutandis.

 

4a.  Bi ftehim mal-President, emendi jistgħu jitressqu eċċezzjonalment wara l-għeluq tal-iskadenza għall-emendi jekk ikunu emendi ta' kompromess, jew jekk ikun hemm problemi tekniċi. Il-President għandu jiddeċiedi fuq l-ammissibilità ta' tali emendi. Il-President għandu jkollu l-approvazzjoni tal-Parlament sabiex jagħmel hekk qabel ma jqiegħed tali emendi għall-vot.

 

Dawn il-kriterji ġenerali għall-ammissibilità jistgħu jiġu applikati:

 

  bħala regola ġenerali, l-emendi ta' kompromess jirrelataw ma partijiet mit-test li kienu s-suġġett ta' emendi qabel ma skada ż-żmien sabiex jitressqu emendi;

 

  bħala regola ġenerali, l-emendi ta' kompromess jistgħu jitressqu minn gruppi politiċi li jirrappreżentaw maġġoranza fil-Parlament, mill-Presidenti jew mir-rapporteurs f'isem il-kumitati kkonċernati jew l-awturi ta' emendi oħra;

 

  bħala regola ġenerali, emendi ta' kompromess għandhom iġibu l-irtirar ta' emendi oħra għall-istess parti tat-test.

 

Il-President biss jista' jipproponi li emenda ta' kompromess tiġi kkunsidrata. Sabiex emenda ta' kompromess jittieħed vot fuqha, il-President għandu jkollu l-approvazzjoni tal-Parlament billi jistaqsi jekk hemmx oġġezzjonijiet għal dik il-votazzjoni. Jekk ikun hemm oġġezzjoni, il-Parlament għandu jiddeċiedi fuq il-kwistjoni b'maġġoranza tal-voti mitfugħa.

Justification

The changes to the introductory part of paragraph 1 aim to include a reference to specific Rules dealing with the admissibility of amendments, for the sake of clarity.

Changes to paragraph 1 (c a (new)) seeks to clarify that the same principle laid down in Rule 103(3) which provides that, except for the cases mentioned therein, amendments to proposals for codification are not admissible at committee stage, applies at plenary stage as well.

Changes to paragraph § 1 (c b (new)) seeks to clarify that the same principle laid down in Rule 104(2) and (3) which provides that, except for the cases mentioned therein, amendments to the provisions which remain unchanged in a proposal recasting Union legislation are not admissible at committee stage, applies at plenary stage as well.

Changes to paragrapg 1 d aims to clarify certain questions raised sometmes by the current provision. For instance, it does theoretically exclude a vote when one single language version of the Commission proposal already reflects, due to a translation error, the contents of the amendment tabled. The wording suggested is selectively based upon Rule 193(3). Indeed, together with Rule 193(2), Rule 193(3) covers a linked issue.

Paragraph 2 is deleted here and moved under Rule 171 (4).This paragraph does not concern the "admissibility of amendments" (i.e. the title of this Rule). Furthermore, a similar principle is set out in the last sentence of Rule 171(4).

Paragraph 4a(new) is moved here from Rule 174 § 4 and slightly redrafted (in line with the existing interpretation).

Emenda    192

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 171

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 171

Artikolu 171

Proċedura ta' votazzjoni

Proċedura ta' votazzjoni

1.  Din il-proċedura ta' votazzjoni li ġejja tapplika fil-każ ta' rapporti:

1.  Għajr fejn huwa speċifikament previst mod ieħor f'dawn ir-Regoli, il-proċedura ta' votazzjoni li ġejja tapplika għat-testi sottomessi mill-Parlament:

(a)  l-ewwel, votazzjonijiet fuq emendi tat-test li jkollhom x'jaqsmu mar-rapport tal-kumitat responsabbli;

(a)  l-ewwel, fejn applikabbli, votazzjoni fuq kwalunkwe emenda għall-proposta għal att legalment vinkolanti,

(b) it-tieni, votazzjoni fuq it-test sħiħ, emendat jew mhux,

(b)  it-tieni, fejn applikabbli, votazzjoni fuq dik il-proposta sħiħa, emendata jew mhux,

(c) votazzjoni fuq emendi għal mozzjoni għal riżoluzzjoni jew għal abbozz ta' riżoluzzjoni leġislattiva,

(c)  it-tielet, votazzjoni fuq kwalunkwe emenda għal mozzjoni għal riżoluzzjoni jew għal abbozz ta' riżoluzzjoni leġislattiva,

(d) fl-aħħar, votazzjoni fuq il-mozzjoni għal riżoluzzjoni sħiħa jew għal abbozz ta' riżoluzzjoni leġislattiva (votazzjoni aħħarija).

(d)  fl-aħħar, votazzjoni fuq il-mozzjoni għal riżoluzzjoni sħiħa (votazzjoni aħħarija).

Il-Parlament m'għandux jivvota fuq in-noti spjegattivi li jkun fih ir-rapport.

Il-Parlament m'għandux jivvota fuq kwalunkwe nota spjegattiva li jkun fih ir-rapport.

2.  Il-proċedura li ġejja tapplika għat-tieni qari:

 

(a) meta ma tkun tqiegħdet fuq il-Mejda l-ebda proposta sabiex tiġi miċħuda jew emendata l-pożizzjoni tal-Kunsill, din għandha titqies li ġiet approvata skont l-Artikolu 76;

 

(b) il-votazzjoni dwar proposta sabiex tiġi miċħuda l-pożizzjoni tal-Kunsill għandha tittieħed qabel il-votazzjoni fuq xi emendi (ara l-Artikolu 68(1));

 

(c) meta jiġu mqiegħda fuq il-Mejda bosta emendi għal pożizzjoni tal-Kunsill, il-votazzjoni fuq dawn l-emendi għandha tittieħed fl-ordni stipulat fl-Artikolu 174;

 

(d) meta l-Parlament ikun ħa votazzjoni sabiex jemenda il-pożizzjoni tal-Kunsill, votazzjoni oħra fuq it-test sħiħ tista' tittieħed biss skont l-Artikolu 68(2).

 

3.   Il-proċedura stipulata fl-Artikolu 72 għandha tapplika għat-tielet qari.

 

4.  F'votazzjonijiet fuq testi leġislattivi u fuq mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet mhux leġislattivi, għandhom isiru l-ewwel il-votazzjonijiet fuq il-mertu u warajhom isiru votazzjonijiet fuq iċ-ċitazzjonijiet u l-premessi. Emendi li jkunu inkonsistenti ma' vot li diġà ttieħed għandhom jaqgħu.

4.  F'votazzjonijiet fuq testi proposti għal atti legali vinkolanti u fuq mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet mhux leġislattivi, għandhom isiru l-ewwel il-votazzjonijiet fuq il-mertu u warajhom isiru votazzjonijiet fuq iċ-ċitazzjonijiet u l-premessi.

 

4a.  Emenda għandha taqa' jekk tkun inkonsistenti ma' deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu qabel fir-rigward tat-test matul l-istess votazzjoni.

5.   L-uniku Membru li jista' jitkellem waqt il-votazzjoni huwa r-rapporteur li għandu jkollu l-opportunità li jesprimi fil-qosor il-fehmiet tal-kumitat tiegħu dwar l-emendi li ttieħed vot fuqhom.

5.  L-uniku Membru li jista' jitkellem waqt il-votazzjoni huwa r-rapporteur, jew, minfloku jew minflokha, il-President tal-kumitat. Hu għandu jkollu jew hi għandu jkollha l-opportunità li jesprimi jew li tesprimi fil-qosor il-fehmiet tal-kumitat responsabbli għall-emendi mressqa għall-vot.

Justification

The changes to the introductory part of paragraph 1 aims to clarify the the scope of this paragraph, as the the word "report"does not described entirely;   it actually covers non-legislative files and 1st reading codecision files and consultations. Points (a) and (b) apply to legislative files only; points (c) and (d) also apply to motions of resolutions not included in a "report" (the so-called "B8" documents). More generally, for legislative reports, Rule 171 (1), (2) & (3) essentially repeats Rule 59(2), Rules 68, 69 and 76, as well Rule 72. Compare with Rule 99 which sets out the voting procedure for consents but is not in any way referred to in Rule 171.

The second sentence of paragraph 4 is deleted as it sets out a principle similar to the one in Rule 170(2). For clarity reasons, Rule 170 (2) could be moved hereafter.

Emenda    193

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 172

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 172

imħassar

Voti ndaqs

 

1.   Fil-każ ta' voti ndaqs skond l-Artikolu 171(1)(b) jew (d), it-test sħiħ għandu jerġa' jintbagħat quddiem il-kumitat. Dan japplika wkoll għal votazzjonijiet skond l-Artikoli 3 u 9 u għal votazzjonijiet aħħarin skont l-Artikoli 199 u 212, bil-ftehim li, għal dawn l-aħħar żewġ Artikoli, il-kwistjoni tintbagħat lura quddiem il-Konferenza tal-Presidenti.

 

2.   Fil-każ ta' voti ndaqs fuq l-aġenda bħala oġġett sħiħ (Artikolu 152) jew fuq il-minuti bħala oġġett sħiħ (Artikolu 192), jew fuq test li jitpoġġa għal votazzjonijiet maqsuma skond l-Artikolu 176, it-test għandu jitqies li ġie adottat.

 

3.  Fil-każi l-oħra kollha, fejn ikun hemm voti ndaqs, bla ħsara għal dawk l-Artikoli li jeħtieġu maġġoranza kwalifikata, it-test jew il-proposta għandhom jitqiesu li ġew miċħuda.

 

Artikolu 172(3) għandu jiġi interpretat li jfisser li, fejn ikun hemm vot indaqs fuq abbozz ta' rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 14 1(4) sabiex ma jkunx hemm intervenzjoni fi proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dan il-vot indaqs ma għandux ifisser l-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni li l-Parlament għandu jintervjeni f'dawk il-proċeduri. F'każ bħal dan, il-kumitat responsabbli għandu jitqies li ma esprimiex rakkomandazzjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu huwa mħassar hawnhekk, u mdaħħal eżatt wara l-Artikolu 179 (votazzjoni aħħarija)

Emenda    194

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 173

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 173

imħassar

Prinċipji li jirregolaw il-votazzjonijiet

 

1.   Votazzjoni fuq rapport għandha ssir fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli. Il-kumitat jista' jiddelega dan id-dmir lill-president u lir-rapporteur tiegħu.

 

2.  Il-kumitat jista' jirrakkomanda li l-emendi kollha jew bosta minnhom jittieħed vot fuqhom f'daqqa sabiex jiġu aċċettati, miċħuda jew iddikjarati bla effett.

 

Il-kumitat jista' wkoll jipproponi emendi ta' kompromess.

 

3.   Meta l-kumitat jirrakkomanda li emendi jittieħed vot fuqhom f'daqqa, il-vot kollettiv fuq dawn l-emendi għandu jittieħed l-ewwel.

 

4.   Meta l-kumitat jipproponi emenda ta' kompromess, din l-emenda ta' kompromess għandha tingħata prijorità fil-votazzjoni.

 

5.   Emendi li għalihom tintalab votazzjoni b'sejħa ta' l-ismijiet għandu jittieħed vot fuqhom individwalment.

 

6.   Votazzjoni maqsuma mhix ammissibbli f'każ ta' votazzjoniji kollettiva jew f'każ ta' votazzjoni fuq emenda ta' kompromess.

 

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju ta' votazzjoni prijoritarja tal-emendi (kollha) ta' kompromess impoġġija għall-vot jista' jiġi inkluż fl-Artikolu 174(4) (ġdid). Il-paragrafu 5 ttieħed fl-Artikolu 174(8a) (ġdid), il-paragrafu 6 ttieħed, ftit modifikat, fl-Artikolu 174(4b) (ġdid).

Emenda    195

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 174

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 174

Artikolu 174

Ordni tal-votazzjoni dwar emendi

Ordni tal-votazzjoni dwar emendi

1.   Emendi jieħdu prijorità fuq it-test li miegħu jkollhom x'jaqsmu u għandu jittieħed vot fuqhom qabel it-test.

1.   Emendi għandhom jieħdu prijorità fuq it-test li miegħu jkollhom x'jaqsmu u għandu jittieħed vot fuqhom qabel it-test.

2.   Jekk jitqiegħdu fuq il-Mejda żewġ emendi jew iżjed għall-istess parti ta' xi test li jkunu jeskludu lil xulxin, l-emenda li l-aktar titbiegħed mit-test oriġinali għandha tieħu l-prijorità u għandu jittieħed vot fuqha l-ewwel. Jekk tkun adottata, l-emendi l-oħra għandhom jitqiesu bħala miċħuda; jekk tkun miċħuda, għandu jittieħed vot fuq l-emenda li jkun imiss fil-prijorità u l-istess għal kull waħda mill-emendi li jkun fadal. Fejn ikun hemm dubju dwar il-prijorità, il-President għandu jiddeċiedi. Jekk l-emendi kollha jiġu miċħuda, it-test oriġinali għandu jitqies bħala adottat ħlief fil-każ li jkun intalab vot separat fiż-żmien speċifikat.

2.   Jekk jitqiegħdu fuq il-Mejda żewġ emendi jew iżjed għall-istess parti ta' xi test li jkunu jeskludu lil xulxin, l-emenda li l-aktar titbiegħed mit-test oriġinali għandha tieħu l-prijorità u għandu jittieħed vot fuqha l-ewwel. Jekk tkun adottata, l-emendi l-oħra għandhom jitqiesu bħala miċħuda; jekk tkun miċħuda, għandu jittieħed vot fuq l-emenda li jkun imiss fil-prijorità u l-istess għal kull waħda mill-emendi li jkun fadal. Fejn ikun hemm dubju dwar il-prijorità, il-President għandu jiddeċiedi. Jekk l-emendi kollha jiġu miċħuda, it-test oriġinali għandu jitqies bħala adottat ħlief fil-każ li jkun intalab vot separat fiż-żmien speċifikat.

3.  Il-President jista' jqiegħed it-test oriġinali għall-vot l-ewwel, jew iqiegħed għall-vot, qabel l-emenda li l-aktar titbiegħed mit-test oriġinali, emenda li hija eqreb lejn it-test oriġinali.

3.  Madankollu, meta l-President iqis li dan jiffaċilita l-votazzjoni, hu jista' jqiegħed it-test oriġinali għall-vot l-ewwel, jew iqiegħed għall-vot, qabel l-emenda li l-aktar titbiegħed mit-test oriġinali, emenda li hija eqreb lejn it-test oriġinali.

Jekk xi waħda minn dawn iġib maġġoranza, l-emendi l-oħra kollha li jkunu tqiegħdu fuq il-Mejda għall-istess test għandhom jaqgħu.

Jekk xi waħda minn dawn iġib maġġoranza, l-emendi l-oħra kollha li jkunu tqiegħdu fuq il-Mejda għall-istess parti mit-test għandhom jaqgħu.

4.  F'każi eċċezzjonali, fuq proposta mill-President, emendi mqiegħda fuq il-Mejda wara l-għeluq tad-dibattitu jista' jittieħed vot fuqhom jekk ikunu emendi ta' kompromess, jew jekk ikun hemm problemi tekniċi. Il-President għandu jkollu l-approvazzjoni tal-Parlament sabiex jittieħed vot fuq dawn l-emendi.

 

Skont l-Artikolu 170(3), il-President għandu jiddeċiedi jekk emendi jkunux ammissibbli. Fil-każ ta' emendi ta' kompromess imqiegħda fuq il-Mejda qabel l-għeluq ta' dibattitu, bi qbil ma' dan il-paragrafu, Il-President għandu jiddeċiedi dwar l-ammissibilità tagħhom każ b'każ, filwaqt li jqis in-natura ta' kompromess ta' l-emendi.

 

Il-President biss jista' jipproponi li emenda ta' kompromess tiġi kkunsidrata. Sabiex emenda ta' kompromess jittieħed vot fuqha, il-President għandu jkollu l-approvazzjoni tal-Parlament billi jistaqsi jekk hemmx oġġezzjonijiet għal dik il-votazzjoni. Jekk ikun hemm oġġezzjoni, il-Parlament għandu jiddeċiedi fuq il-kwistjoni b'maġġoranza tal-voti mitfugħa.

 

 

4a.   Meta emendi ta' kompromess jitpoġġew għall-vot, dawn għandhom jingħataw prijorità fil-votazzjoni.

 

4b.   Votazzjoni maqsuma mhijiex ammissibbli f'każ ta' votazzjoni fuq emenda ta' kompromess.

5.   Meta l-kumitat responsabbli jkun qiegħed fuq il-Mejda sett ta' emendi għat-test li jkun is-suġġett tar-rapport, il-President għandu jqiegħdhom għall-vot flimkien, ħlief fil-każ li xi grupp politiku jew grupp ta' mhux inqas minn erbgħin Membru jkunu talbu votazzjonijiet separati jew ħlief fil-każ li jkunu tqiegħdu emendi oħra fuq il-Mejda.

5.  Meta l-kumitat responsabbli jkun qiegħed fuq il-Mejda sett ta' emendi għat-test li jkun is-suġġett tar-rapport, il-President għandu jqegħedhom għall-vot flimkien, ħlief jekk fuq punti partikolari xi grupp politiku jew grupp ta' mhux inqas minn erbgħin Membru jkunu talbu votazzjonijiet separati jew maqsuma jew ħlief fil-każ li jkunu tqiegħdu emendi oħra fuq il-Mejda li joħolqu kunflitt.

6.  Il-President jista' jqiegħed emendi oħra għall-vot b'mod kollettiv meta dawn l-emendi jkunu kumplimentari. F'każi bħal dawn huwa għandu jsegwi l-proċedura stipulata fil-paragrafu 5. Awturi ta' emendi bħal dawn jistgħu jipproponu voti kollettivi meta l-emendi tagħhom ikunu kumplimentari.

6.  Il-President jista' jqiegħed emendi oħra għall-vot b'mod kollettiv meta dawn l-emendi jkunu kumplimentari, sakemm grupp politiku jew mill-inqas erbgħin Membru ma jkunux talbu votazzjonijiet separati jew maqsuma. Awturi ta' emendi bħal dawn jistgħu jipproponu wkoll voti kollettivi meta l-emendi tagħhom ikunu kumplimentari.

7.  Il-President jista' jiddeċiedi, wara l-adozzjoni jew iċ-ċaħda ta' xi emenda partikulari, li bosta emendi oħra li jkollhom kontenut simili jew li jkollhom l-istess għanijiet għandu jittieħed vot fuqhom flimkien. Il-President jista' jitlob l-approvazzjoni tal-Parlament qabel ma jagħmel dan.

7.  Il-President jista' jiddeċiedi, wara l-adozzjoni jew iċ-ċaħda ta' xi emenda partikolari, li bosta emendi oħra li jkollhom kontenut simili jew li jkollhom l-istess għanijiet għandu jittieħed vot fuqhom flimkien. Il-President jista' jitlob l-approvazzjoni tal-Parlament qabel ma jagħmel dan.

Sett ta' emendi bħal dan jista' jkun jirreferi għal partijiet differenti tat-test oriġinali.

Sett ta' emendi bħal dan jista' jkun jirreferi għal partijiet differenti tat-test oriġinali.

8.   Meta żewġ emendi identiċi jew iżjed jitqiegħdu fuq il-Mejda minn awturi differenti, dawn għandu jittieħed vot fuqhom bħala emenda waħda.

8.   Meta żewġ emendi identiċi jew iżjed jitqiegħdu fuq il-Mejda minn awturi differenti, dawn għandu jittieħed vot fuqhom bħala emenda waħda.

 

8a.  Emendi li għalihom tintalab votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet għandu jittieħed vot fuqhom individwalment.

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu 4 huwa mħassar hawnhekk u tressaq fl-Artikolu 170(4a) (ġdid). Litteralment, dan japplika għal "emendi mqiegħda fuq il-Mejda wara l-għeluq tad-dibattitu", u mhux għal emendi mressqa bejn tmiem l-iskadenza għat-tressiq tal-emendi u l-għeluq tad-dibattitu.

Paragrafi 4a (ġdid) u 4b (ġdid), modifikati ftit, tressqu minn hawn għall-Artikolu 173(4), u 173(6), rispettivament.

Paragrafu

8a (ġdid) hu l-Artikolu attwali 173§5.

Emenda    196

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 175

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 175

Artikolu 175

Eżami f'kumitat ta' emendi tas-seduta plenarja

Filtru tal-kumitat ta' emendi tas-seduta plenarja

Meta jitqiegħdu fuq il-Mejda aktar minn ħamsin emenda u talba għal votazzjoni maqsuma jew separata għal rapport li jkun qed jiġi eżaminat mill-Parlament, il-President jista' jitlob lill-kumitat responsabbli, wara li jikkonsulta lill-president tal-istess kumitat, sabiex jiltaqa' biex jeżamina dawk l-emendi jew talbiet. Kull emenda jew talba għal votazzjoni maqsuma jew separata li ma tirċevix voti favorevoli f'dan l-istadju minn mhux inqas minn wieħed minn kull għaxra tal-membri tal-kumitat m'għandux jittieħed vot fuqha fil-Parlament.

Meta jitqiegħdu fuq il-Mejda aktar minn ħamsin emenda jew talba għal votazzjoni maqsuma jew separata li jikkonċernaw test imressaq minn kumitat li jkun qed jiġi eżaminat mill-Parlament, il-President jista' jitlob lill-kumitat responsabbli, wara li jikkonsulta lill-president tal-istess kumitat, sabiex jiltaqa' biex jivvota fuq kull waħda minn dawk l-emendi jew talbiet. Kull emenda jew talba għal votazzjoni maqsuma jew separata li ma tirċevix voti favorevoli f'dan l-istadju minn mhux inqas minn wieħed minn kull għaxra tal-membri tal-kumitat m'għandux jittieħed vot fuqha fil-Parlament.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li d-definizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija limitata mill-kelma "rapport", attwalment dan l-Artikolu mhuwiex qed jiġi applikat għal dokumenti ("B") imressqa mill-kumitati bħal mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet jew rakkomandazzjonijiet. Il-bidla tissuġġerixxi li tiġi inkluża projbizzjoni fuq il-voti kollettivi fil-livell tal-Kumitat, u li jiżdied il-limitu massimu ta' membru minn għaxar membri tal-kumitat għal terz.

Emenda    197

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 176

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 176

Artikolu 176

Votazzjonijiet maqsuma

Votazzjonijiet maqsuma

1.   Meta t-test li għandu jitqiegħed għall-vot ikun fih żewġ dispożizzjonijiet jew iżjed, jew referenzi għal żewġ punti jew iżjed, jew ikun jista' jinqasam f'żewġ partijiet jew iżjed li jkollhom tifsira distinta u/jew valur normattiv distint, tista' tintalab votazzjoni maqsuma minn grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru.

1.   Meta t-test li għandu jitqiegħed għall-vot ikun fih żewġ dispożizzjonijiet jew iżjed, jew referenzi għal żewġ punti jew iżjed, jew ikun jista' jinqasam f'żewġ partijiet jew iżjed li jkollhom tifsira distinta u/jew valur normattiv distint, tista' tintalab votazzjoni maqsuma minn grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru.

2.  It-talba għandha ssir sa mhux aktar tard minn filgħaxija tal-ġurnata ta' qabel il-votazzjoni, ħlief fil-każ li l-President jistabbilixxi skadenza differenti. Il-President għandu jiddeċiedi fuq it-talba.

2.  L-aktar tard, it-talba għandha ssir filgħaxija tal-ġurnata ta' qabel il-votazzjoni, ħlief fil-każ li l-President jistabbilixxi skadenza differenti. Il-President għandu jiddeċiedi fuq it-talba.

Emenda    198

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 178

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 178

Artikolu 178

Votazzjonijiet

Votazzjonijiet

1.   Bħala regola ġenerali, l-Parlament għandu jivvota b'turija ta' l-idejn.

1.   Bħala regola ġenerali, l-Parlament għandu jivvota b'turija tal-idejn.

 

Madankollu, il-President jista', fi kwalunkwe ħin, jiddeċiedi li l-votazzjonijiet isiru permezz tas-sistema ta' votazzjoni elettronika.

 

1a.  Il-President għandu jiddikjara l-votazzjonijiet miftuħin u magħluqin.

 

Malli l-President jiddikjara votazzjoni miftuħa, ħadd ħlief il-President ma jitħalla jitkellem sakemm il-votazzjoni ma tkunx iddikjarata magħluqa.

 

1b.  Meta jiġi kkalkulat jekk test ġiex adottat jew micħud, għandhom jitqiesu biss il-voti mitfugħa favur u kontra, ħlief fejn maġġoranza speċifika tkun stipulata mit-Trattati.

2.  Jekk il-President jiddeċiedi li r-riżultat huwa dubjuż, għandu jittieħed vot mill-ġdid permezz tas-sistema ta' votazzjoni elettronika u, jekk din ma tkunx qed taħdem, jittieħed vot billi l-Membri jpoġġu bil-qiegħda u jqumu bil-wieqfa.

2.  Jekk il-President jiddeċiedi li r-riżultat ta' votazzjoni b'turija tal-idejn huwa dubjuż, għandu jittieħed vot mill-ġdid permezz tas-sistema ta' votazzjoni elettronika u, jekk din ma tkunx qed taħdem, jittieħed vot billi l-Membri jpoġġu bil-qiegħda u jqumu bil-wieqfa.

 

2a.  Il-President għandu jistabbilixxi u jħabbar ir-riżultat.

3.  Ir-riżultat tal-vot għandu jiġi reġistrat.

3.  Ir-riżultat tal-vot għandu jiġi reġistrat.

Ġustifikazzjoni

L-ewwel subparagrafu (ġdid) tressaq hawn mill-Artikolu 181(1) l-ewwel subparagrafu. Il-paragrafu 1a (ġdid) tressaq mill-Artikolu 184(1) u (2), u l-paragrafu 1b (ġdid) mill-Artikolu 180(2), it-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu.

Il-paragrafu 2a (ġdid) tressaq hawn mill-Artikolu 180(2), l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu.

Emenda    199

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 179

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 179

Artikolu 179

Votazzjoni aħħarija

Votazzjoni aħħarija

Meta tittieħed deċiżjoni abbażi ta' rapport, il-Parlament għandu jieħu kwalunkwe votazzjoni waħdanija u/jew aħħarija b'sejħa tal-ismijiet skont l-Artikolu 180(2). Il-votazzjoni dwar l-emendi għandha tittieħed b'sejħa tal-ismijiet biss wara li tkun saret talba skont l-Artikolu 180.

Meta tittieħed deċiżjoni abbażi ta' rapport, il-Parlament għandu jieħu kwalunkwe votazzjoni waħdanija u/jew aħħarija b'sejħa tal-ismijiet skont l-Artikolu 180(2).

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 179 fuq votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet ma japplikawx għar-rapporti previsti fl-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 9(3), (6) u (8) fil-kuntest ta' proċeduri relatati mal-immunità ta' Membru.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 179 fuq votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet ma japplikawx għar-rapporti previsti fl-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 9(3), (6) u (8) fil-kuntest ta' proċeduri relatati mal-immunità ta' Membru.

Ġustifikazzjoni

It-tieni sentenza tal-paragrafu 1 hija superfluwa u ma tikkonċernax votazzjoni aħħarija.

Emenda    200

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 179a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 179a

 

Voti ndaqs

 

1.  Fil-każ ta' voti ndaqs skont l-Artikolu 171(1)(b) jew (d), it-test sħiħ għandu jerġa' jintbagħat quddiem il-kumitat. Dan għandu japplika għall-votazzjonijiet skont l-Artikoli 3 u 9.

 

2.  Fil-każ ta' voti ndaqs fuq test li jitpoġġa għal votazzjoni maqsuma skont l-Artikolu 176, it-test għandu jitqies li ġie adottat.

 

3.  Fil-każi l-oħra kollha, fejn ikun hemm voti ndaqs, bla ħsara għal dawk l-Artikoli li jeħtieġu maġġoranza kwalifikata, it-test jew il-proposta għandhom jitqiesu li ġew miċħuda.

 

L-Artikolu 179a(3) għandu jiġi interpretat li jfisser li, fejn ikun hemm vot indaqs fuq abbozz ta' rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 141(4) sabiex ma jkunx hemm intervenzjoni fi proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dan il-vot indaqs ma għandux ifisser l-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni li skontha l-Parlament għandu jintervjeni f'dawk il-proċeduri. F'każ bħal dan, il-kumitat responsabbli għandu jitqies li ma esprimiex rakkomandazzjoni.

 

Il-President jista' jivvota, iżda mingħajr ma jkollu vot deċiżiv.

 

(l-aħħar żewġ subparagrafi għandhom jiddaħħlu bħala interpretazzjonijiet)

Ġustifikazzjoni

Il-kontroreferenzi għall-Artikoli 199 u 212 għandhom jitħassru jekk il-proposti għall-modifika ta' dawn l-Artikoli jiġu approvati. Ma jittieħed l-ebda vot fuq l-aġenda u l-minuti kollha, iżda biss fuq suġġerimenti għal modifiki. Jekk ma jkunx hemm talba għall-modifiki adottati, dawn huma taċitament approvati.

Emenda    201

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 180

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 180

Artikolu 180

Votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet

Votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet

1.  Barra mill-każi msemmijin fl-Artikoli 118(5), 119(5) u 179, il-vot għandu jittieħed b'sejħa tal-ismijiet jekk issir talba bil-miktub għal dan minn xi grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru sa mhux aktar tard minn filgħaxija tal-ġurnata ta' qabel il-votazzjoni, ħlief fil-każ li l-President jistabbilixxi skadenza differenti.

1.  Barra mill-każi msemmijin f'dawn ir-Regoli, il-vot għandu jittieħed b'sejħa tal-ismijiet jekk issir talba bil-miktub għal dan minn xi grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru mhux aktar tard minn filgħaxija tal-ġurnata ta' qabel il-votazzjoni, ħlief fil-każ li l-President jistabbilixxi skadenza differenti.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 180(1) fuq votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet ma japplikawx għar-rapporti previsti fl-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 9(3), (6) u (8) fil-kuntest ta' proċeduri relatati mal-immunità ta' Membru.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 179 fuq votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet ma japplikawx għar-rapporti previsti fl-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 9(3), (6) u (8) fil-kuntest ta' proċeduri relatati mal-immunità ta' Membru.

 

1a.  Kull grupp politiku jista' jressaq mhux iktar minn mitt talba għal votazzjonijiet bis-sejħa tal-ismijiet għal kull sessjoni parzjali.

2.  Il-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet għandha ssir permezz tas-sistema ta' votazzjoni elettronika. Meta din ma tkunx tista' tintuża għal raġunijiet tekniċi, l-ismijiet għandhom jissejħu f'ordni alfabetiku, u jibdew bl-isem ta' Membru li jittella' bil-polza. Il-President għandu jkun l-aħħar wieħed li jissejjaħ biex jivvota.

2.  Il-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet għandha ssir permezz tas-sistema ta' votazzjoni elettronika.

 

Meta din ma tkunx tista' tintuża għal raġunijiet tekniċi, l-ismijiet jistgħu jissejħu f'ordni alfabetiku, u jibdew bl-isem ta' Membru li jittella' bil-polza. Il-President għandu jkun l-aħħar wieħed li jissejjaħ biex jivvota. Il-votazzjoni għandha ssir bil-fomm u għandha tiġi espressa permezz ta' "Iva", "Le", jew "Nastjeni".

Il-votazzjoni għandha ssir bil-fomm u għandha tiġi espressa permezz ta' "Iva", "Le", jew "Nastjeni". Meta jiġi kkalkulat jekk mozzjoni kenitx adottata jew miċħuda għandhom jitqiesu biss voti favur u kontra. Il-President għandu jistabbilixxi u jħabbar ir-riżultat.

 

Ir-riżultat tal-votazzjoni għandu jitniżżel fil-minuti tas-seduta skond il-grupp politiku fl-ordni alfabetiku ta' l-ismijiet tal-Membri, b'indikazzjoni ta' kif ivvutaw.

2a.  Ir-riżultat tal-votazzjoni għandu jitniżżel fil-minuti tas-seduta skont il-grupp politiku fl-ordni alfabetiku tal-ismijiet tal-Membri, b'indikazzjoni ta' kif ivvutaw.

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-bidliet fil-paragrafu 1, peress li hemm bosta Artikoli speċifiċi li jirrikjedu votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet (bħall-Artikoli 52(2), 90(6), 118(5), 119(5) u 179), u fid-dawl ta' tibdil potenzjali fil-ġejjieni, jidher li jkun aħjar li jkun hemm sempliċement referenza ġenerali għal dawn id-dispożizzjonijiet.

Rigward it-tħassir tal-paragrafu 2, subparagrafu 2: l-ewwel sentenza ssir parti mit-tieni subparagrafu; it-tieni u t-tielet sentenza għandhom jiġu inklużi fl-Artikolu 178.

Emenda    202

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 180a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 180a

 

Votazzjonijiet permezz ta' vot sigriet

 

1.  Fil-każ ta' ħatriet, il-votazzjonijiet għandhom isiru b'vot sigriet, bla ħsara għall-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 204(2), it-tieni subparagrafu.

 

Fil-kalkolu tan-numru ta' voti mitfugħa għandhom jitqiesu biss karti tal-vot li jkun fihom l-ismijiet ta' Membri li ġew nominati.

 

2.  Votazzjoni tista' wkoll issir b'vot sigriet jekk jintalab dan minn mhux inqas minn parti waħda minn ħamsa tal-Membri kollha tal-Parlament. Dawn it-talbiet jridu jsiru qabel tibda l-votazzjoni.

 

3.  Talba għal vot sigriet għandha tieħu prijorità fuq talba għal vot b'sejħa tal-ismijiet.

 

4.  Minn tnejn sa tmien Membri mtellgħin bil-polza għandhom jgħoddu l-voti mitfugħa f'vot sigriet, ħlief jekk issir votazzjoni elettronika.

 

Fil-każ ta' votazzjonijiet skont il-Paragrafu 1, m'għandux ikun hemm kandidati fost dawk li jgħoddu l-voti.

 

L-ismijiet ta' Membri li jieħdu sehem f'vot sigriet għandhom jitniżżlu fil-minuti tas-seduta li fiha jkun ittieħed il-vot.

Ġustifikazzjoni

Preċedentement l-Artikolu 182. Il-kontroreferenza għall-Artikolu 199 hija mħassra minħabba l-modifiki ssuġġeriti għal dak l-Artikolu. Il-modifika għandha l-għan li tiċċara li votazzjonijiet permezz ta' vot sigriet japplikaw ukoll għal ħatriet esterni, u mhumiex limitati għal elezzjonijiet/ħatriet tal-Membri.

Emenda    203

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 181

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 181

Artikolu 181

Votazzjonijiet elettroniċi

Użu tas-sistema tal-votazzjoni elettronika.

1.  Il-President jista', fi kwalunkwe ħin, jiddeċiedi li l-votazzjonijiet indikati fl-Artikoli 178, 180 u 182 għandhom isiru permezz tas-sistema ta' votazzjoni elettronika.

 

Meta s-sistema ta' votazzjoni elettronika ma tkunx tista' tintuża għal raġunijiet tekniċi, il-votazzjonji għandha ssir skond l-Artikoli 178, 180(2) jew 182.

 

L-arranġamenti tekniċi għall-użu tas-sistema ta' votazzjoni elettronika għandhom jkunu rregolati b' istruzzjonijiet mill-Bureau.

1. L-arranġamenti tekniċi għall-użu tas-sistema ta' votazzjoni elettronika għandhom jkunu rregolati b'istruzzjonijiet mill-Bureau.

2.  Meta jittieħed vot elettroniku, ir-riżultat numeriku tal-vot biss jiġi rreġistrat.

2.  Meta jittieħed vot elettroniku, u sakemm ma jikkonċernax votazzjoni bis-sejħa tal-ismijiet, ir-riżultat numeriku tal-vot biss jiġi rreġistrat.

Madankollu, jekk tkun intalbet votazzjoni b'sejħa ta' l-ismijiet skond l-Artikolu 180(1), il-voti għandhom jitniżżlu fil-minuti tas-seduta skond il-grupp politiku fl-ordni alfabetiku ta' l-ismijiet tal-Membri.

 

3.  Il-votazzjoni b'sejħa ta' l-ismijiet għandha tittieħed skond l-Artikolu 180(2) jekk il-maġġoranza tal-Membri preżenti jitolbu dan. Is-sistema indikata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista' tintuża sabiex tistabbilixxi jekk ikunx hemm maġġoranza.

 

 

3a.  Il-President jista' fi kwalunkwe ħin jiddeċiedi li juża s-sistema tal-votazzjoni elettronika sabiex jivverifika limitu minimu.

Ġustifikazzjoni

L-Artikoli 181 u 182 se jinqelbu peress li votazzjoni sigrieta tista' wkoll issir bl-użu tas-sistema ta' votazzjoni elettronika.

Rigward il-paragrafu 1 subparagrafu 1 huwa hawnhekk imħassar u mdaħħal fl-Artikoli 178

Rigward il-paragrafu 1 subparagrafu 2 huwa mħassar, peress li huwa superfluwu.

Il-paragrafu 2 subparagrafu 2 huwa mħassar minħabba li jirrepeti l-Artikolu 180§2 subparagrafu 3.

Emenda    204

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 182

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 182

imħassar

Votazzjonijiet permezz ta' vot sigriet

 

1.  Fil-każ ta' ħatriet il-votazzjonijiet għandhom isiru b'vot sigriet, bla ħsara għall-Artikolu 15(1), l-Artikolu 199(1) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 204(2).

 

Fil-kalkolu tan-numru ta' voti mitfugħa għandhom jitqiesu biss karti tal-vot li jkun fihom l-ismijiet ta' Membri li ġew nominati.

 

2.  Votazzjoni tista' wkoll ssir b'vot sigriet jekk jintalab dan minn mhux inqas minn parti waħda minn ħamsa tal-Membri kollha tal-Parlament. Dawn it-talbiet għandhom isiru qabel tibda l-votazzjoni.

 

Meta ssir talba għal votazzjoni sigrieta qabel il-bidu tal-votazzjoni minn mhux inqas minn wieħed minn kull ħamsa tal-Membri tal-Parlament, il-Parlament għandu jagħmel din il-votazzjoni.

 

3.   Talba għal vot sigriet għandha tieħu prijorità fuq talba għal vot b'sejħa ta' l-ismijiet.

 

4.  Minn tnejn sa tmien Membri mtellgħa bil-polza għandhom jgħoddu l-voti mitfugħa f'vot sigriet, ħlief jekk issir votazzjoni elettronika.

 

Fil-każ ta' votazzjonijiet skond il-Paragrafu 1, m'għandux ikun hemm kandidati fost dawk li jgħoddu l-voti.

 

L-ismijiet ta' Membri li jieħdu sehem f'vot sigriet għandhom jitniżżlu fil-minuti tas-seduta li fiha jkun ittieħed il-vot.

 

Ġustifikazzjoni

L-Artikoli 181 u 182 se jinqelbu peress li votazzjoni sigrieta tista' wkoll issir bl-użu tas-sistema ta' votazzjoni elettronika.

Emenda    205

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 182a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 182a

 

Diżgwid dwar votazzjonijiet

 

1.  Punti ta' ordni li jikkonċernaw il-validità ta' votazzjoni jistgħu jitqajmu wara li l-President ikun iddikjara l-votazzjoni magħluqa.

 

2.  Wara li jitħabbar ir-riżultat ta' votazzjoni b'turija tal-idejn, Membru jista' jitlob li dan ir-riżultat ikun ivverifikat billi tintuża s-sistema ta' votazzjoni elettronika.

 

3.  Il-President għandu jiddeċiedi jekk ir-riżultat imħabbar ikunx validu. Id-deċiżjoni tiegħu għandha tkun aħħarija.

Ġustifikazzjoni

Dan kien l-Artikolu 184. Dan ġie modifikat u mqiegħed qabel l-Artikolu 183.

Emenda    206

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 183

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 183

Artikolu 183

Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet tal-vot

1.  Malli jintemm id-dibattitu ġenerali, kull Membru jista' jagħti spjegazzjoni bil-fomm ta' mhux iżjed minn minuta jew jagħmel spjegazzjoni bil-miktub ta' mhux iżjed minn 200 kelma dwar il-votazzjoni aħħarija. L-ispegazzjoni għandha tiġi inkluża fir-rapport verbatim tal-proċeduri.

1.  Malli s-sessjoni ta' votazzjoni tintemm, kwalunkwe Membru jista' jagħti spjegazzjoni bil-fomm ta' mhux iżjed minn minuta dwar il-votazzjoni waħdanija u/jew aħħarija dwar punt sottomess lill-Parlament. Kull Membru jista' jagħti mhux iktar minn tliet spjegazzjonijiet orali tal-vot f'kull sessjoni parzjali.

 

Kwalunkwe Membru jista' jagħti rigward tali vot spjegazzjoni bil-miktub tal-vot ta' mhux iżjed minn 200 kelma li għandha tiġi inkluża fil-paġna tal-Membri fuq il-websajt tal-Parlament.

Kull grupp politiku jista' jagħti spjegazzjoni tal-vot li ma ddumx aktar minn żewġ minuti.

Kull grupp politiku jista' jagħti spjegazzjoni tal-vot li ma ddumx aktar minn żewġ minuti.

Ma jintlaqgħux iżjed talbiet għal spjegazzjoni tal-vot malli tibda l-ewwel spjegazzjoni tal-vot.

Ma jintlaqgħux iżjed talbiet għal spjegazzjoni tal-vot malli tibda l-ewwel spjegazzjoni tal-vot fuq l-ewwel punt.

Spjegazzjonijiet tal-vot huma ammissibbli fil-każ ta' votazzjoni aħħarija fuq kwalunkwe suġġett imressaq quddiem il-Parlament. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu l-espressjoni "votazzjoni aħħarija" ma tirreferix għat-tip ta' votazzjoni, imma tfisser l-aħħar votazzjoni fuq kwalunkwe suġġett.

Spjegazzjonijiet tal-vot huma ammissibbli fil-każ ta' votazzjoni waħdanija u/jew aħħarija fuq kwalunkwe punt imressaq quddiem il-Parlament. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu l-espressjoni "votazzjoni aħħarija" ma tirreferix għat-tip ta' votazzjoni, imma tfisser l-aħħar votazzjoni fuq kwalunkwe suġġett.

2.  Spjegazzjonijiet tal-vot m'humiex ammissibbli fil-każ ta' votazzjonijiet dwar affarijiet proċedurali.

2.  Spjegazzjonijiet tal-vot m'humiex ammissibbli fil-każ ta' votazzjonijiet permezz ta' vot sigriet jew votazzjonijiet dwar affarijiet proċedurali.

3.  Meta xi proposta għal att leġislattiv jew xi rapport jiddaħħlu fl-aġenda tal-Parlament skond l-Artikolu 150, il-Membri jistgħu jressqu spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub skont il-paragrafu 1.

3.  Meta punt ikun ġie inkluż fl-aġenda tal-Parlament mingħajr emendi jew mingħajr dibattitu, il-Membri jistgħu jressqu biss spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub skont il-paragrafu 1.

Spjegazzjonijiet tal-vot, sew bil-fomm u sew bil-miktub, għandu jkollhom relevanza diretta għat-test li fuqu tkun qed tittieħed il-votazzjoni.

Spjegazzjonijiet tal-vot, sew bil-fomm u sew bil-miktub, għandu jkollhom relevanza diretta għas-suġġett sottomess lill-Parlament.

Ġustifikazzjoni

Il-bidla fil-paragrafu 1, subparagrafu 3 hija kjarifika f'konformità mal-prattika attwali.

Rigward il-bidliet fil-paragrafu 2, l-ispjegazzjonijiet tal-votazzjoni huma espressament esklużi għal votazzjonijiet permezz ta' vot sigriet.

Fir-rigward tal-bidliet fl-interpretazzjoni wara l-paragrafu 3, l-espressjoni "għat-test li fuqu tkun qed tittieħed il-votazzjoni" mhijiex dejjem adattata. Pereżempju, għall-elezzjoni tal-Kummissjoni, l-ebda test ma jiġi sottomess iżda jsiru spjegazzjonijiet tal-vot.

Emenda    207

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 184

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 184

imħassar

Diżgwid dwar votazzjonijiet

 

1. Il-President għandu jiddikjara l-votazzjonijiet miftuħin u magħluqin.

 

2. Malli l-President jiddikjara votazzjoni miftuħa, ħadd ħlief il-President ma jitħalla jitkellem sakemm il-votazzjoni ma tkunx dikjarata magħluqa.

 

3. Punti ta' ordni li jikkonċernaw il-validità ta' xi votazzjoni jistgħu jitqajmu wara li l-President ikun iddikkjara l-votazzjoni magħluqa.

 

4. Wara li jitħabbar ir-riżultat ta' votazzjoni b'turija ta' l-idejn, kwalunkwe Membru jista' jitlob li dan ir-riżultat ikun ivverifikat billi tintuża s-sistema ta' votazzjoni elettronika.

 

5. Il-President għandu jiddeċiedi jekk ir-riżultat imħabbar ikunx validu. Id-deċiżjoni tiegħu għandha tkun aħħarija.

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu kif immodifikat għandu jitressaq fl-Artikolu 178 u qabel l-Artikolu 183 (Artikolu 182a (ġdid))

Emenda    208

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu VII – kapitolu 6 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

KAPITOLU 6

KAPITOLU 6

MOZZJONIJIET TA' INTERRUZZJONI U TA' PROĊEDURA

PUNTI TA' ORDNI U MOZZJONIJIET TA' PROĊEDURA

Ġustifikazzjoni

Aktar tard ma ssir l-ebda referenza għall-"mozzjonijiet ta' interruzzjoni". Għalhekk, it-titolu ta' dan il-Kapitolu jista' jkun "Punti ta' ordni u mozzjonijiet ta' proċedura" (l-Artikolu 185 jitressaq wara l-Artikolu 186). Peress li jkollhom prijorità fuq mozzjonijiet ta' proċedura, huwa ssuġġerit li l-Artikolu 186 attwali dwar il-punti ta' ordni jiddaħħal hawn, qabel l-artikoli dwar il-mozzjonijiet ta' proċedura.

Emenda    209

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 185

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 185

Artikolu 185

Mozzjonijiet ta' proċedura

Mozzjonijiet ta' proċedura

1.  Talbiet sabiex jitressqu mozzjonijiet ta' proċedura, jiġifieri:

1.  Talbiet sabiex jitressqu mozzjonijiet ta' proċedura, jiġifieri:

(a) l-inammissibilità ta' xi kwistjoni (Artikolu 187);

l-inammissibilità ta' xi kwistjoni (Artikolu 187);

(b) referenza lura lill-kumitat (Artikolu 188);

(b) referenza lura lill-kumitat (Artikolu 188);

(c) l-għeluq ta' xi dibattitu (Artikolu 189);

(c) l-għeluq ta' xi dibattitu (Artikolu 189);

(d) l-aġġornament ta' xi dibattitu u votazzjoni (Artikolu 190); jew

(d) l-aġġornament ta' xi dibattitu u votazzjoni (Artikolu 190); jew

(e) is-sospensjoni jew l-għeluq tas-seduta (Artikolu 191);

(e) is-sospensjoni jew l-għeluq tas-seduta (Artikolu 191);

għandhom jieħdu preċedenza fuq talbiet sabiex tingħata l-kelma.

għandhom jieħdu preċedenza fuq talbiet sabiex tingħata l-kelma.

Fuq dawn il-mozzjonijiet għandhom jinstemgħu biss dawk li jkunu ressquhom u dawn li ġejjin: kelliem wieħed favur u wieħed kontra u l-president jew ir-rapporteur tal-kumitat responsabbli.

Fuq dawn il-mozzjonijiet għandhom jinstemgħu biss dawk li jkunu ressquhom u dawn li ġejjin: kelliem wieħed kontra u l-President jew ir-rapporteur tal-kumitat responsabbli.

2.  Il-ħin tad-diskorsi m'għandux jisboq il-minuta.

2.  Il-ħin tad-diskorsi m'għandux jisboq il-minuta.

Emenda    210

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 186

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 186

Artikolu 184a

Punti ta' ordni

Punti ta' ordni

1.  Membru jista' jitħalla jitkellem sabiex jiġbed l-attenzjoni tal-President dwar kull nuqqas ta' rispett tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament. Il-Membru għandu l-ewwel jispeċifika għal liema Artikolu jkun qed jirreferi.

1.  Membru jista' jitħalla jitkellem sabiex jiġbed l-attenzjoni tal-President dwar kull nuqqas ta' rispett tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament. Il-Membru għandu l-ewwel jispeċifika għal liema Artikolu jkun qed jirreferi.

2.  Talba sabiex jitqajjem punt ta' ordni għandha tieħu preċedenza fuq kull talba oħra sabiex tingħata l-kelma.

2.  Talba sabiex jitqajjem punt ta' ordni għandha tieħu preċedenza fuq kull talba oħra sabiex tingħata l-kelma jew għal mozzjonijiet ta' proċedura.

3.  Il-ħin tad-diskorsi m'għandux jisboq il-minuta.

3.  Il-ħin tad-diskorsi m'għandux jisboq il-minuta.

4.  Il-President għandu jieħu deċiżjoni minnufih dwar punti ta' ordni skond ir-Regoli ta' Proċedura u għandu jħabbar id-deċiżjoni tiegħu minnufih wara li jitqajjem il-punt ta' ordni. M'għandu jittieħed l-ebda vot fuq id-deċiżjoni tal-President.

4.  Il-President għandu jieħu deċiżjoni minnufih dwar punti ta' ordni skont ir-Regoli ta' Proċedura u għandu jħabbar id-deċiżjoni tiegħu minnufih wara li jitqajjem il-punt ta' ordni. M'għandu jittieħed l-ebda vot fuq id-deċiżjoni tal-President.

5.  F'każi eċċezzjonali, huwa jista' jgħid li se jħabbar id-deċiżjoni tiegħu aktar tard, iżda mhux iżjed tard minn erbgħa u għoxrin siegħa wara li jkun tqajjem il-punt ta' ordni. Il-posponiment ta' deċiżjoni ma jġibx miegħu l-aġġornament tad-dibattitu. Il-President jista' jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli.

5.  F'każi eċċezzjonali, huwa jista' jgħid li se jħabbar id-deċiżjoni tiegħu aktar tard, iżda mhux iżjed tard minn erbgħa u għoxrin siegħa wara li jkun tqajjem il-punt ta' ordni. Il-posponiment ta' deċiżjoni ma jġibx miegħu l-aġġornament tad-dibattitu. Il-President jista' jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli.

It-talba biex isir punt ta' ordni għandha tkun relatata mal-punt ta' l-aġenda li jkun qiegħed jiġi diskuss f'dak il-mument. Il-President jista' jieħu punt ta' ordni dwar kwistjoni differenti f'mument xieraq, eż. wara li l-punt ta' l-aġenda in kwistjoni ikun magħluq jew qabel ma s-seduta tiġi aġġornata.

It-talba biex isir punt ta' ordni għandha tkun relatata mal-punt tal-aġenda li jkun qiegħed jiġi diskuss f'dak il-mument. Il-President jista' jieħu punt ta' ordni dwar kwistjoni differenti f'mument xieraq, eż. wara li l-punt tal-aġenda in kwistjoni jkun magħluq jew qabel ma s-seduta tiġi aġġornata.

 

(Dan l-Artikolu kif emendat se jitressaq biex jiġi qabel l-Artikolu 185.)

Ġustifikazzjoni

Peress li dawn għandhom prijorità fuq il-mozzjonijiet ta' proċedura, huwa ssuġġerit li dan l-Artikolu 186 dwar punti ta' ordni jiddaħħal qabel l-artikoli dwar il-mozzjonijiet proċedurali bħall-Artikolu 184a (ġdid)

Emenda    211

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 187

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 187

Artikolu 187

Tressiq ta' l-inammissibilità ta' xi kwistjoni

Tressiq tal-inammissibilità ta' xi kwistjoni

1.  Fil-bidu tad-dibattitu dwar xi punt speċifiku ta' l-aġenda, tista' titressaq l-inammissibilità ta' dak il-punt. Mozzjoni bħal din għandu jittieħed vot fuqha minnufih.

1  Fil-bidu tad-dibattitu dwar xi punt speċifiku tal-aġenda tista' titressaq l-inammissibilità ta' dak il-punt minn grupp politiku jew minn erbgħin Membru. Mozzjoni bħal din għandu jittieħed vot fuqha minnufih.

Meta jkun hemm il-ħsieb li jitressaq każ ta' inammisibilità, dan għandu jkun notifikat mhux inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa qabel lill-President li għandu jinforma lill-Parlament minnufih.

Meta jkun hemm il-ħsieb li jitressaq każ ta' inammisibilità, dan għandu jkun notifikat mhux inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa qabel lill-President li għandu jinforma lill-Parlament minnufih.

2.  Jekk il-mozzjoni tiġi approvata, il-Parlament għandu jgħaddi minnufih għall-punt li jkun imiss fl-aġenda.

2.  Jekk il-mozzjoni tiġi approvata, il-Parlament għandu jgħaddi minnufih għall-punt li jkun imiss fl-aġenda.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu ma jispeċifikax minn min għandha titressaq l-inammissibilità. Għalhekk qed jiġi ssuġġerit li jiġi inkluż limitu minimu li jkun identiku għal dak fl-Artikoli 188, 189. 190 u 191.

Emenda    212

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 188

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 188

Artikolu 188

Referenza lura lill-Kumitat

Referenza lura lill-Kumitat

1.  Grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jagħmlu talba għal referenza lura lill-kumitat meta tkun stabbilita l-aġenda jew qabel il-bidu tad-dibattitu.

1.  Grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jagħmlu talba għal referenza lura lill-kumitat meta tkun stabbilita l-aġenda jew qabel il-bidu tad-dibattitu.

Għandha tingħata notifika dwar l-intenzjoni li titressaq referenza lura lill-kumitat mhux inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa qabel. In-notifika għandha ssir lill-President li għandu jinforma lill-Parlament minnufih.

Għandha tingħata notifika dwar l-intenzjoni li titressaq referenza lura lill-kumitat mhux inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa qabel. In-notifika għandha ssir lill-President li għandu jinforma lill-Parlament minnufih.

2.  Referenza lura lill-kumitat tista' wkoll tintalab minn xi grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru qabel jew matul il-votazzjoni. Mozzjoni bħal din għandu jittieħed vot fuqha minnufih.

2.  Referenza lura lill-kumitat tista' wkoll tintalab minn xi grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru qabel jew matul il-votazzjoni. Mozzjoni bħal din għandu jittieħed vot fuqha minnufih.

3   Talba tista' ssir darba biss f'kull wieħed minn dawn l-istadji proċedurali.

3   Talba tista' ssir darba biss f'kull wieħed minn dawn l-istadji proċedurali.

4.  Referenza lura lill-kumitat iġġib magħha sospensjoni tad-diskussjoni dwar dak il-punt.

4.  Referenza lura lill-kumitat iġġib magħha sospensjoni tal-eżami ta' dak il-punt.

5.  Il-Parlament jista' jistabbilixxi limitu ta' żmien li fih il-kumitat ikollu jagħti l-konklużjonijiet tiegħu.

5.  Il-Parlament jista' jistabbilixxi limitu ta' żmien li fih il-kumitat ikollu jagħti l-konklużjonijiet tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Il-kelma "diskussjoni" ma jidhirx li hija l-iktar kelma adattata fejn tkun intalbet referenza lura waqt il-votazzjoni, għalhekk minflok ġiet issuġġerita "eżami".

Emenda    213

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 190

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 190

Artikolu 190

Aġġornament ta' dibattitu u ta' votazzjoni

Aġġornament ta' dibattitu jew ta' votazzjoni

1.  Fil-bidu ta' dibattitu dwar xi punt fl-aġenda, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu iressqu mozzjoni li d-dibattitu jiġi aġġornat għal data u ħin speċifiċi. Mozzjoni bħal din għandu jittieħed vot fuqha minnufih.

1.  Fil-bidu ta' dibattitu dwar xi punt fl-aġenda, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jressqu mozzjoni li d-dibattitu jiġi aġġornat għal data u ħin speċifiċi. Mozzjoni bħal din għandu jittieħed vot fuqha minnufih.

Il-ħsieb li se titressaq mozzjoni ta' aġġornament għandu jkun ikkomunikat lill-President mill-inqas 24 siegħa bil-quddiem u l-President għandu jgħarraf lill-Parlament minnufih.

Il-ħsieb li se titressaq mozzjoni ta' aġġornament għandu jkun ikkomunikat lill-President mill-inqas 24 siegħa bil-quddiem u l-President għandu jgħarraf lill-Parlament minnufih.

2.  Jekk il-mozzjoni tiġi approvata, il-Parlament għandu jgħaddi minnufih għall-punt li jkun imiss fl-aġenda. Id-dibattitu li jkun ġie aġġornat għandu jissokta fid-data u l-ħin speċifikati.

2.  Jekk il-mozzjoni tiġi approvata, il-Parlament għandu jgħaddi minnufih għall-punt li jkun imiss fl-aġenda. Id-dibattitu li jkun ġie aġġornat għandu jissokta fid-data u l-ħin speċifikati.

3.  Jekk il-mozzjoni tiġi miċħuda, ma tistax terġa' titqiegħed fuq il-Mejda f'dik is-sessjoni parzjali.

3.  Jekk il-mozzjoni tiġi miċħuda, ma tistax terġa' titqiegħed fuq il-Mejda f'dik is-sessjoni parzjali.

4.  Qabel jew waqt votazzjoni, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu iressqu mozzjoni li l-votazzjoni tkun aġġornata. Mozzjoni bħal din għandu jittieħed vot fuqha minnufih.

4.  Qabel jew waqt votazzjoni, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jressqu mozzjoni li l-votazzjoni tkun aġġornata. Mozzjoni bħal din għandu jittieħed vot fuqha minnufih.

Kull deċiżjoni mill-Parlament sabiex dibattitu jiġi aġġornat għal sessjoni parzjali sussegwenti għandha tispeċifika s-sessjoni parzjali li fl-aġenda tagħha se jitqiegħed id-dibattitu, bil-ftehim li l-aġenda għal dik is-sessjoni parzjali ikollha titħejja skond l-Artikoli 149 u 152.

 

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-bidla fit-titolu, din hija kwistjoni ta' abbozzar biss: sostituzzjoni ta' "u" b' "jew".

Fir-rigward tat-tħassir tal-interpretazzjoni, din l-interpretazzjoni mhux dejjem ġiet rispettata, u l-abbozz ta' aġenda għal kull sessjoni parzjali jiġi adottat mill-Konferenza tal-Presidenti.

Emenda    214

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 191

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 191

Artikolu 191

Sospensjoni jew għeluq tas-seduta

Sospensjoni jew għeluq tas-seduta

Is-seduta tista' tiġi sospiża jew magħluqa waqt dibattitu jew votazzjoni jekk il-Parlament hekk jiddeċiedi fuq proposta mill-President jew fuq talba ta' grupp politiku jew ta' mhux inqas minn erbgħin Membru. Għandu jittieħed vot fuq proposta jew talba bħal din minnufih.

Is-seduta tista' tiġi sospiża jew magħluqa waqt dibattitu jew votazzjoni jekk il-Parlament hekk jiddeċiedi fuq proposta mill-President jew fuq talba ta' grupp politiku jew ta' mhux inqas minn erbgħin Membru. Għandu jittieħed vot fuq proposta jew talba bħal din minnufih.

Jekk tiġi ppreżentata talba biex seduta tiġi sospiża jew biex tingħalaq, il-proċedura għall-votazzjoni fuq talba bħal din għandha tkun mibdija bla dewmien. Il-mod normali ta' kif jitħabbru l-votazzjonijiet fil-plenarja għandu jintuża u, skont il-prattika attwali, għandu jingħata biżżejjed żmien biex il-Membri jaslu fl-Awla.

Jekk tiġi ppreżentata talba biex seduta tiġi sospiża jew biex tingħalaq, il-proċedura għall-votazzjoni fuq talba bħal din għandha tkun mibdija bla dewmien. Il-mod normali ta' kif jitħabbru l-votazzjonijiet fil-plenarja għandu jintuża u, skont il-prattika attwali, għandu jingħata biżżejjed żmien biex il-Membri jaslu fl-Awla.

B'analoġija mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 152(2), jekk tali talba tiġi miċħuda, talba simili ma tkunx tista' titressaq mill-ġdid matul l-istess jum. Skont l-interpretazzjoni tal-Artikolu 22(1), il-President għandu d-dritt li jtemm l-użu eċċessiv ta' talbiet ippreżentati taħt dan l-Artikolu.

B'analoġija mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 152(2), jekk tali talba tiġi miċħuda, talba simili ma tkunx tista' titressaq mill-ġdid matul l-istess jum. Skont l-Artikolu 164a, il-President għandu d-dritt li jtemm l-użu eċċessiv ta' talbiet ippreżentati taħt dan l-Artikolu.

Emenda    215

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 192

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 192

Artikolu 192

Minuti

Minuti

1.  Il-minuti ta' kull seduta, bid-dettalji tal-proċeduri u d-deċiżjonijiet tal-Parlament u l-ismijiet tal-kelliema, għandhom jitqassmu mhux inqas minn nofs siegħa qabel il-bidu tal-parti ta' wara nofsinhar tas-seduta li jkun imiss.

1.  Il-minuti ta' kull seduta, bid-dettalji tal-proċeduri, l-ismijiet tal-kelliema u d-deċiżjonijiet tal-Parlament, inkluż ir-riżultat ta' kwalunkwe vot dwar kwalunkwe emenda, għandhom ikunu disponibbli mhux inqas minn nofs siegħa qabel il-bidu tal-parti ta' waranofsinhar tas-seduta li jkun imiss.

Fil-kuntest ta' proċeduri leġislattivi, l-emendi kollha adottati mill-Parlament għandhom ukoll jitqiesu li jkunu deċiżjonijiet skont it-tifsira ta' din id-dispożizzjoni, wkoll jekk il-proposta relevanti tal-Kummissjoni jew il-pożizzjoni tal-Kunsill ikunu fl-aħħar mill-aħħar miċħuda, skont l-Artikolu 60(1) jew l-Artikolu 68(3) rispettivament.

 

 

1a.  Lista ta' dokumenti li jiffurmaw il-bażi għad-dibattiti u d-deċiżjonijiet tal-Parlament għandha tkun ippubblikata fil-minuti.

2.  Fil-bidu tal-parti ta' wara nofsinhar ta' kull seduta, il-President għandu jqiegħed quddiem il-Parlament, għall-approvazzjoni tiegħu, il-minuti tas-seduta ta' qabel.

2.  Fil-bidu tal-parti ta' wara nofsinhar ta' kull seduta, il-President għandu jqiegħed quddiem il-Parlament, għall-approvazzjoni tiegħu, il-minuti tas-seduta ta' qabel.

3.  Jekk jitqajjmu oġġezzjonijiet għall-minuti, il-Parlament għandu, jekk ikun meħtieġ, jiddeċiedi jekk il-bidliet mitluba għandhomx ikunu kkunsidrati. Ebda Membru ma jista' jitkellem fuq is-suġġett għal aktar minn minuta.

3.  Jekk jitqajmu oġġezzjonijiet għall-minuti, il-Parlament għandu, jekk ikun meħtieġ, jiddeċiedi jekk il-bidliet mitluba għandux jittieħed kont tagħhom. Ebda Membru ma jista' jitkellem fuq is-suġġett għal aktar minn minuta.

4.  Il-minuti għandhom ikunu ffirmati mill-President u mis-Segretarju Ġenerali u jinżammu fl-arkivji tal-Parlament. Il-minuti għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.  Il-minuti għandhom ikunu ffirmati mill-President u mis-Segretarju Ġenerali u jinżammu fl-arkivji tal-Parlament. Il-minuti għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu 1a (ġdid) tressaq hawnhekk mill-Artikolu 160 għall-konsistenza, immodifikat ftit.

Emenda    216

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 194

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 194

Artikolu 194

Rapporti Verbatim

Rapporti Verbatim

1.  Għandu jsir rapport verbatim tad-diskussjonijiet ta' kull seduta bħala dokument multilingwi li fih jidhru l-kontribuzzjonijiet orali kollha bil-lingwa oriġinali tagħhom.

1.  Għandu jsir rapport verbatim tad-diskussjonijiet ta' kull seduta bħala dokument multilingwi li fih jidhru l-kontribuzzjonijiet orali kollha bil-lingwa oriġinali uffiċjali.

 

1a.  Bla ħsara għas-setgħat dixxiplinarji l-oħra tiegħu, il-President jista' jordna li d-diskorsi ta' Membri li ma jkunx tahom il-kelma jew li jkomplu jitkellmu iktar mill-ħin mogħti lilhom jitħassru mir-rapporti verbatim tad-dibattiti.

2.  Il-kelliema jistgħu jagħmlu korrezzjonijiet għat-test ittajpjat tal-kontribuzzjonijiet orali tagħhom fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol. Il-korrezzjonjiet għandhom jintbagħtu sal-iskadenza lis-Segretarjat.

2.  Il-kelliema jistgħu jagħmlu korrezzjonijiet għat-test ittajpjat tal-kontribuzzjonijiet orali tagħhom fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol. Il-korrezzjonjiet għandhom jintbagħtu sal-iskadenza lis-Segretarjat.

3.  Ir-rapport verbatim multilingwi għandu jkun ippubblikat bħala anness mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jinżamm fir-rekords tal-Parlament.

3.  Ir-rapport verbatim multilingwi għandu jkun ippubblikat bħala anness mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jinżamm fir-rekords tal-Parlament.

4.  Għandha ssir traduzzjoni bi kwalunkwe lingwa uffiċjali ta' silta mir-rapport verbatim fuq talba minn Membru. Jekk ikun meħtieġ, it-traduzzjoni għandha tingħata fi żmien qasir.

4.  Għandha ssir traduzzjoni bi kwalunkwe lingwa uffiċjali ta' silta mir-rapport verbatim fuq talba minn Membru. Jekk ikun meħtieġ, it-traduzzjoni għandha tingħata fi żmien qasir.

Ġustifikazzjoni

Rigward iż-żieda tal-paragrafu 1a (ġdid), dan tressaq hawnhekk mill-Artikolu 162(10). Dan jiżgura konsistenza u jippermetti applikazzjoni awtomatika mutatis mutandis għall-Kumitati fil-każ eċċezzjonali meta fil-fatt ikollhom verbatim, li b'hekk iħaffef l-ammont ta' kontroreferenzi li hemm attwalment fl-Artikolu 209.

Emenda    217

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 195

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 195

Artikolu 195

Rekord awdjoviżiv tad-diskussjonijiet

Rekord awdjoviżiv tad-diskussjonijiet

1.  Id-diskussjonijiet tal-Parlament bil-lingwi li jsiru, kif ukoll is-soundtrack multilingwi minn kull kabina attiva tal-interpretazzjon, għandhom jixxandru fil-ħin reali fil-websajt tiegħu.

1.  Id-diskussjonijiet tal-Parlament bil-lingwi li jsiru, kif ukoll is-soundtrack multilingwi minn kull kabina attiva tal-interpretazzjon, għandhom jixxandru fil-ħin reali fil-websajt tiegħu.

2.  Eżatt wara s-seduta għandu jsir rekord awdjoviżiv indiċiżżat tad-diskussjonijiet bil-lingwi li jsiru fihom, kif ukoll is-soundtracks multilingwi minn kull kabina attiva tal-interpretazzjoni u dawn għandhom isiru disponibbli fil-websajt tal-Parlament matul il-mandat parlamentari kurrenti u dak li jmiss, u wara dan iż-żmien dawn għandhom jinħażnu fir-rekords tal-Parlament. Dan ir-rekord awdjoviżiv għandu jkun marbut permezz ta' ħolqa mar-rapporti verbatim tad-diskussjonijiet malli dawn ikunu disponibbli.

2.  Eżatt wara s-seduta għandu jsir rekord awdjoviżiv indiċizzat tad-diskussjonijiet bil-lingwi li jsiru fihom, kif ukoll is-soundtracks multilingwi minn kull kabina attiva tal-interpretazzjoni u dawn għandhom isiru disponibbli fil-websajt tal-Parlament għall-kumplament tal-mandat parlamentari u matul il-mandat parlamentari li jmiss, u wara dan iż-żmien dawn għandhom jinħażnu fir-rekords tal-Parlament. Dan ir-rekord awdjoviżiv għandu jkun marbut permezz ta' ħolqa mar-rapporti verbatim tad-diskussjonijiet malli dawn ikunu disponibbli.

Ġustifikazzjoni

L-espressjoni "matul il-mandat" parlamentari kurrenti u dak li jmiss" qajmet ftit kritika. Abbozzar bħal "għall-kumplament tal-mandat parlamentari u matul il-mandat parlamentari li jmiss" huwa ppreferut.

Emenda    218

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu VIII – kapitolu 1 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

KUMITATI - TWAQQIF U SETGĦAT

KUMITATI

Ġustifikazzjoni

Il-Kapitoli 1 u 2 huma amalgamati f'kapitolu wieħed iddedikat għal kumitati u kapitolu separat iddedikat għal delegazzjonijiet interparlamentari nħoloq għal qari aħjar.

Emenda    219

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 196

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 196

Artikolu 196

Twaqqif ta' Kumitati Permanenti

Twaqqif ta' Kumitati Permanenti

Fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament għandu jwaqqaf kumitati permanenti li s-setgħat tagħhom għandhom ikunu stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura22. Il-Membri tagħhom għandhom ikunu eletti fl-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjoni ta' Parlament ġdid u mill-ġdid sentejn u nofs wara.

Fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament għandu jwaqqaf kumitati permanenti. Ir-responsabilitajiet tagħhom għandhom ikunu stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura22 li għandhom jiġu adottati minn maġġoranza tal-voti mitfugħa. Il-Membri tagħhom għandhom ikunu eletti fl-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjoni ta' Parlament ġdid u mill-ġdid sentejn u nofs wara.

Is-setgħat tal-kumitati permanenti għandhom jigu stabbiliti f'ħin differenti mill-ħin meta l-kumitat ikun qed jitwaqqaf.

Ir-responsabilitajiet tal-kumitati permanenti jistgħu jiġu stabbiliti f'ħin differenti mill-ħin meta l-kumitat ikun qed jitwaqqaf.

__________________

__________________

22 Ara l-Anness VI.

22 Ara l-Anness VI.

Ġustifikazzjoni

1

Emenda    220

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 197

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 197

Artikolu 197

Twaqqif ta' Kumitati Speċjali

Kumitati Speċjali

Fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament jista' f'kull ħin iwaqqaf kumitati speċjali, li s-setgħat, il-kompożizzjoni u l-mandat tagħhom għandhom ikunu stabbiliti fl-istess ħin li tittieħed id-deċiżjoni li jitwaqqfu; il-mandat tagħhom m'għandux jisboq it-tnax-il xahar, ħlief meta l-Parlament jestendi dan il-mandat malli jiskadi.

1.   Fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament jista' f'kull ħin iwaqqaf kumitati speċjali, li r-responsabilitajiet, is-saħħa numerika u l-mandat tagħhom għandhom ikunu stabbiliti fl-istess ħin li tittieħed id-deċiżjoni li jitwaqqfu;

Billi s-setgħat, il-kompożizzjoni u l-mandat tal-kumitati speċjali jiġu deċiżi fl-istess ħin li jitwaqqfu dawk il-kumitati, il-Parlament ma jistax sussegwentement jiddeċiedi li jibdel is-setgħat tagħhom, sew billi jżidhom u sew billi jnaqqashom.

 

 

1a.   Il-mandat tal-kumitati speċjali m'għandux jisboq it-tnax-il xahar, ħlief meta l-Parlament jestendi dak il-mandat malli jiskadi. Sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieħor fid-deċiżjoni tal-Parlament li biha jitwaqqaf il-kumitat speċjali, il-mandat tal-imsemmi kumitat speċjali għandu jibda jiddekorri mid-data tal-laqgħa kostitwenti tiegħu.

 

1b.   Il-kumitati speċjali ma għandux ikollhom il-jedd li jagħtu opinjonijiet lil kumitati oħra.

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-bidliet għall-paragrafu 1, l-aħħar parti tas-sentenza qed titħassar minn hawn u qed tiddaħħal hawn taħt bħala l-paragrafu 1a.

Fir-rigward tat-tħassir tal-interpretazzjoni wara l-paragrafu 1, is-sentenza li skontha s-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-kumitati speċjali ma jistgħux jinbidlu wara li jkunu twaqqfu qed titħassar.

Fir-rigward tal-inserzjoni tal-paragrafu 1b. Is-sentenza ġejja mill-Artikolu 201(1), li huwa ġenerali ħafna.

Emenda    221

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 198

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 198

Artikolu 198

Kumitati ta' inkjesta

Kumitati ta' inkjesta

1.  Il-Parlament jista' fuq talba ta' kwart tal-Membri tiegħu, iwaqqaf kumitat ta' inkjesta biex jinvestiga allegazzjoni ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni jew allegazzjoni ta' amministrazzjoni ħazina fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni li jkunu jidhru li jkunu atti ta' xi istituzzjoni jew organu tal-Komunitajiet Ewropej, ta' xi korp ta' amministrazzjoni pubblika ta' xi Stat Membru, jew ta' persuni li għandhom setgħa mogħtija mil-liġi tal-Unjoni sabiex jimplimentaw dik il-liġi.

1.   Skont l-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 1995 dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċitar tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew, il-Parlament jista', fuq talba ta' kwart tal-Membri tiegħu, iwaqqaf kumitat ta' inkjesta biex jinvestiga allegazzjoni ta' ksur jew amministrazzjoni ħazina fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni li jkunu jidhru li jkunu atti ta' xi istituzzjoni jew organu tal-Komunitajiet Ewropej, ta' xi korp ta' amministrazzjoni pubblika ta' xi Stat Membru, jew ta' persuni li għandhom setgħa mogħtija mil-liġi tal-Unjoni sabiex jimplimentaw dik il-liġi.

Id-deċiżjoni li jitwaqqaf kumitat ta' inkjesta għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fi żmien xahar. Barra minn hekk, il-Parlament għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex kemm jista' jkun jiċċirkula din id-deċiżjoni.

 

 

Is-suġġett tal-inkjesta, kif definit minn kwart tal-Membri kollha tal-Parlament, u l-perjodu ta' żmien stipulat fil-paragrafu 10 m'għandhomx ikunu jistgħu jiġu emendati.

 

1a.  Id-deċiżjoni li jitwaqqaf kumitat ta' inkjesta għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien xahar minn meta tittieħed.

2.  Il-modus operandi ta' kumitat ta' inkjesta għandu jkun regolat mid-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli dwar il-kumitati, ħlief jekk ikun stipulat speċifikament mod ieħor f'dan l-Artikolu u fid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 1995 dwar id-disposizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew li hija annessa ma dawn ir-Regoli.

2.  Il-modus operandi ta' kumitat ta' inkjesta għandu jkun regolat mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli dwar il-kumitati, ħlief jekk ikun stipulat speċifikament mod ieħor f'dan l-Artikolu u fid-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA.

3.  It-talba sabiex jitwaqqaf kumitat ta' inkjesta għandha tispeċifika b'mod preċiż is-suġġett tal-inkjesta u tinkludi stqarrija dettaljata tar-raġunijiet għala qed issir. Il-Parlament, fuq proposta mill-Konferenza ta' Presidenti, għandu jiddeċiedi jekk għandux jitwaqqaf kumitat u, jekk jiddeċiedi li għandu jitwaqqaf kumitat, jiddeċiedi x'għamla għandu jkollu dan il-kumitat, skont l-Artikolu 199.

3.  It-talba sabiex jitwaqqaf kumitat ta' inkjesta għandha tispeċifika b'mod preċiż is-suġġett tal-inkjesta u tinkludi stqarrija dettaljata tar-raġunijiet għala qed issir. Il-Parlament għandu jiddeċiedi jekk għandux jitwaqqaf kumitat u, jekk jiddeċiedi li għandu jitwaqqaf kumitat, huwa għandu jiddeċiedi s-saħħa numerika tiegħu.

4.  Kumitat ta' inkjesta għandu jtemm xogħlu bil-preżentazzjoni ta' rapport fi żmien mhux aktar minn tnax-il xahar. Il-Parlament jista' għal darbtejn jestendi dan il-perjodu bi tliet xhur kull darba.

 

Huma biss membri sħaħ jew, fl-assenza tagħhom, sostituti permanenti li jistgħu jivvutaw f'kumitat ta' inkjesta.

 

 

4a.  Il-kumitati ta' inkjesta ma jistgħux jagħtu opinjonijiet lil kumitati oħra.

 

4b.  Fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti tiegħu, huma biss il-membri sħaħ jew, fl-assenza tagħhom, is-sostituti li jistgħu jivvutaw f'kumitat ta' inkjesta.

5.  Kumitat ta' inkjesta għandu jeleġġi l-president tiegħu u żewġ viċi presidenti u jaħtar rapporteur wieħed jew iżjed. Il-kumitat jista' wkoll jassenja responsabbiltajiet, dmirijiet u doveri speċifiċi lill-Membri tiegħu li mbagħad ikunu jridu jibdew jagħtu rapporti dettaljati lill-kumitat.

5.  Kumitat ta' inkjesta għandu jeleġġi l-president u l-viċi presidenti tiegħu u jaħtar rapporteur wieħed jew iżjed. Il-kumitat jista' wkoll jassenja responsabbiltajiet, dmirijiet u doveri speċifiċi lill-Membri tiegħu li mbagħad ikunu jridu jibdew jagħtu rapporti dettaljati lill-kumitat.

Fl-intervall bejn laqgħa u oħra, il-Bureau tal-kumitat għandu, f'każi ta' urġenza jew ħtieġa, jeżerċita s-setgħat tal-kumitat, azzjoni li tkun suġġetta għal ratifika fil-laqgħa li jkun imiss.

5a.  Fl-intervall bejn laqgħa u oħra, il-koordinaturi tal-kumitat għandhom, f'każi ta' urġenza jew ħtieġa, jeżerċitaw is-setgħat tal-kumitat, azzjoni li tkun suġġetta għal ratifika fil-laqgħa li jkun imiss.

 

 

6.  Meta kumitat ta' inkjesta jqis li jkun inkiser xi wieħed mid-drittijiet tiegħu, dan għandu jipproponi li l-President jieħu l-miżuri xierqa.

 

7.  Kumitat ta' inkjesta jista' jikkuntattja lill-istituzzjonijiet jew lill-persuni msemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni stipulata fil-paragrafu 2 bil-għan li jżomm xi seduta ta' smigħ jew li jakkwista xi dokumenti.

 

L-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u ta' l-akkomodazzjoni ta' membri u ta' uffiċjali ta' istituzzjonijiet u organi tal-Unjoni għandhom jitħallsu minn dawk l-istituzzjonijiet u organi. Spejjeż ta' l-ivjaġġar u ta' l-akkomodazzjoni ta' persuni oħra li jidhru quddiem kumitat ta' inkjesta għandhom ikunu rimbursati mill-Parlament Ewropew skond ir-regoli dwar is-seduta ta' smigħ ta' esperti.

 

Kull persuna li tissejjaħ sabiex tixhed quddiem kumitat ta' inkjesta tista' titlob li tgawdi d-drittijiet kollha li tgawdi kieku tixhed quddiem tribunal f'pajjiżha. Hija għandha tkun infurmata dwar dawn id-drittijiet qabel ma tixhed quddiem il-kumitat.

 

F'dak li għandu x'jaqsam mal-lingwi użati, kumitat ta' inkjesta għandu japplika d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 158. Madankollu, il-Bureau tal-kumitat:

7. F'dak li għandu x'jaqsam mal-lingwi użati, kumitat ta' inkjesta għandu japplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 158. Madankollu, il-bureau tal-kumitat:

– jista' jillimita l-interpretazzjoni għal-lingwi uffiċjali ta' dawk li għandhom jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet, jekk iqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità,

– jista' jillimita l-interpretazzjoni għal-lingwi uffiċjali ta' dawk li għandhom jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet, jekk iqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità,

– għandu jiddeċiedi dwar it-traduzzjoni ta' dokumenti li jkun irċieva b'mod li jiżgura li l-kumitat ikun jista' jwettaq id-deliberazzjonijiet tiegħu b'mod effiċjenti u malajr u li s-segretezza u l-kunfidenzjalità meħtieġa jkunu rispettati.

– għandu jiddeċiedi dwar it-traduzzjoni ta' dokumenti li jkun irċieva b'mod li jiżgura li l-kumitat ikun jista' jwettaq id-deliberazzjonijiet tiegħu b'mod effiċjenti u malajr u li s-segretezza u l-kunfidenzjalità meħtieġa jkunu rispettati.

8.  Il-president ta' kumitat ta' inkjesta għandu, flimkien mal-Bureau, jiżgura li s-segretezza u l-kunfidenzjalità tad-deliberazzjonijiet ikunu rispettati u għandu jagħti avviż kif imiss lill-membri dwar dan.

 

Huwa għandu wkoll jirreferi b'mod espliċitu għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni msemmija iktar 'il fuq. Għandha tapplika il-Parti A tal-Anness VII għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

 

9.  Fl-eżami ta' dokumenti sigrieti jew kunfidenzjali li jkunu ġew mgħoddija lill-kumitat għandhom jintużaw miżuri tekniċi li jiżguraw li jkunu biss il-membri responsabbli mill-każ li jkollhom aċċess personali għalihom. Il-membri konċernati għandhom jintrabtu solennement li ma jippermettux li xi persuna oħra jkollha aċċess għal tagħrif sigriet jew kunfidenzjali, skond dan l-Artikolu, u li jużaw din l-informazzjoni esklussivament għall-għanijiet biex li jippreparaw ir-rapport tagħhom għall-kumitat ta' inkjesta. Il-laqgħat għandhom jinżammu f'postijiet mgħammra b'tali mod li jkun impossibbli għal persuni mhux awtorizzati li jsegwu l-proċeduri.

 

 

9a.  Meta l-allegati ksur jew amministrazzjoni ħażina fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni jissuġġerixxu li korp jew awtorità ta' Stat Membru jistgħu jkunu responsabbli, il-kumitat ta' inkjesta jista' jitlob lill-parlament tal-Istat Membru kkonċernat jikkoopera fl-investigazzjoni.

10.  Wara li jtemm xogħlu, kumitat ta' inkjesta għandu jissottometti lill-Parlament rapport dwar ir-riżultat ta' xogħlu, li jkun fih opinjonijiet tal-minoranza, jekk ikun il-każ, skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 56. Ir-rapport għandu jkun ippubblikat.

10.  Kumitat ta' inkjesta għandu jtemm xogħlu bil-preżentazzjoni lill-Parlament ta' rapport dwar ir-riżultati tax-xogħol tiegħu fi żmien ta' mhux aktar minn tnax-il xahar mil-laqgħa kostitwenti tiegħu. Il-Parlament jista' jiddeċiedi, għal darbtejn, li jestendi dan il-perjodu bi tliet xhur kull darba. Jekk ikun xieraq, ir-rapport jista' jkun fih opinjonijiet tal-minoranza skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 56. Ir-rapport għandu jkun ippubblikat.

Fuq talba tal-kumitat ta' inkjesta l-Parlament għandu jagħmel dibattitu dwar ir-rapport fis-sessjoni parzjali li jkun imiss wara li jiġi ppreżentat.

Fuq talba tal-kumitat ta' inkjesta l-Parlament għandu jagħmel dibattitu dwar ir-rapport fis-sessjoni parzjali li jkun imiss wara li jiġi ppreżentat.

Il-kumitat jista' wkoll jippreżenta lill-Parlament abbozz ta' rakkomandazzjoni indirizzat lil istituzzjonijiet jew organi tal-Unjoni Ewropea jew lill-Istati Membri.

10a.  Il-kumitat jista' wkoll jippreżenta lill-Parlament abbozz ta' rakkomandazzjoni indirizzat lil istituzzjonijiet jew organi tal-Unjoni Ewropea jew lill-Istati Membri.

 

 

11.  Il-President għandu jagħti struzzjonijiet lill-kumitat responsabbli skond l-Anness VI sabiex jissorvelja l-azzjonijiet li ttieħdu bħala riżultat tax-xogħol tal-kumitat ta' inkjesta u, jekk ikun il-każ, sabiex jirraporta dwar dan. Huwa għandu jieħu kwalunkwe passi oħra li jidhirlu xierqa sabiex jiżgura li l-konklużjonijiet ta' l-inkjesta jitpoġġew fil-prattika.

11.  Il-President għandu jagħti struzzjonijiet lill-kumitat responsabbli skont l-Anness VI sabiex jissorvelja l-azzjonijiet li ttieħdu bħala riżultat tax-xogħol tal-kumitat ta' inkjesta u, jekk ikun il-każ, sabiex jirraporta dwar dan, u għandu jieħu kwalunkwe pass ieħor li jidhirlu xieraq sabiex jiżgura li l-konklużjonijiet tal-inkjesta jitpoġġew fil-prattika.

Hija biss il-proposta mill-Konferenza tal-Presidenti dwar l-għamla ta' kumitat ta' inkjesta (paragrafu 3) li tista' tiġi emendata, skond l-Artikolu 199(2).

 

Is-suġġett ta' l-inkjesta kif stabbilit minn kwart tal-Membri kollha tal-Parlament (paragrafu 3) u ż-żmien stipulat fil-paragrafu 4 ma jistgħux jiġu emendati.

 

__________________

 

23 Ara l-Anness VIII.

 

 

(It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jiddaħħal bħala interpretazzjoni.)

Justification

As regards the changes to paragraph 1 subparagraph1, alignment with the wording used in both Article 226 TFEU and Article 2 of Decision 95/167/EC, Euratom, ECSC i.e.: "investigate alleged contraventions or maladministration in the implementation of Union law which ..." .

As regards the deletion of paragraph 1 subparagraph2, now paragraph 1a with some modifications

The new interpretation in paragraph 1 comes from the second interpretation at the end of Rule 198.The reference for Paragraph 12 is currently listed as paragraph 10 a (new)The reference for Paragraph 2 is currently listed as paragraph 1 a (new)

As regards the addition of paragraph 1b, nowadays Parliament's activity is always made available to the public. The second sentence therefore seems superfluous.

As regards the deletion of paragraph 4 subparagraph 1, to be deleted here and merged with the text of current paragraph 10. Several changes aims to clarify this Rule. The current provision is rather unclear as to when exactly the 12-month period starts to run: from the decision to set up an inquiry committee or from its constituent meeting.T he relevant provisions of the Decision 95/167: Article 2(1): "The decision to set up a temporary committee of inquiry, specifying in particular its purpose and the time limit for submission of its report, shall be published in the Official Journal of the European Communities."Art. 2(4) "The temporary committee of inquiry shall cease to exist on the submission of its report within the time limit laid down when it was set up, or at the latest upon expiry of a period not exceeding 12 months from the date when it was set up, and in any event at the close of the parliamentary term. By means of a reasoned decision the European Parliament may twice extend the twelve-month period by three months. Such a decision shall be published in the Official Journal of the European Communities."

As regards the deletion of paragraph 4 subparagraph 2, Becomes paragraph 4 b (new) with some modifications

As regards the insertion of paragraph 4 a (new) this sentence is moved here from the very general Rule 201(1).

As regards the insertion of paragraph 4 b (new), the change aims at clarifying that this provision relates to any vote, and not only to the vote on a final report.

As regards the change to paragraph 5, it is an alignment with Rule 204(1).

The insertion of paragraph 5 a (new) is an adaptation to the introduction of Rule 205(2) on committee coordinators.

Paragraph 6 is deleted deleted as it is superfluous

For subparagraph 2, the first sentence is superfluous and the second one is covered by the Bureau decision on public hearings.Subparagraph 3 is misleading. According to the Decision of 1995, persons called to give evidence are not obliged to appear, so the parallelism with the rights when called by a national court (in which case their presence is obligatory) is confusing and legally problematic.

Paragraphs 8 and 9 are deleted as obsolete. Morever, paragraph 9 is outdated given the Rules on the treatment of confidential information held by other institutions.

The change to paragraph 10 subparagraph 1 aims to differentiate between the report, which is presented by the committee and debated in Parliament, and the possible draft recommendation, which is the only document put to vote.

The first interpretation following paragraph 11 shall be deleted if changes in Rule 199 are agreed upon.

The second interpretation following paragraph 11 shall be deleted here and moved under paragraph 2 (with corrected cross-references).

Emenda    222

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 199

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 199

Artikolu 199

Kompożizzjoni tal-kumitati

Kompożizzjoni tal-kumitati

1. Membri tal-kumitati u tal-kumitati ta' inkjesta għandhom jiġu eletti wara li n-nominazzjonijiet ikunu ġew ippreżentati mill-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tippreżenta proposti lill-Parlament. Il-kompżizzjoni tal-kumitati għandha tirrifletti, sa fejn ikun possibbli, il-kompożizzjoni tal-Parlament.

1. Membri tal-kumitati, tal-kumitati speċjali u tal-kumitati ta' inkjesta għandhom jinħatru mill-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati.

 

Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tistabbilixxi skadenza li fiha l-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati għandhom jikkomunikaw il-ħatriet tagħhom lill-President, li mbagħad għandu jħabbarhom lill-Parlament.

Meta Membru jbiddel il-grupp politiku tiegħu huwa għandu jżomm, għall-bqija tal-mandat tiegħu ta' sentejn u nofs, is-siġġijiet li jkollu f'kumitati parlamentari. Madankollu, jekk il-bdil tal-grupp politiku ta' xi Membru ikollu l-effett li jtellef il-bilanċ ta' rappreżentanza ġusta ta' fehmiet politiċi f'xi kumitat, għandhom isiru proposti ġodda għall-kompożizzjoni ta' dak il-kumitat mill-Konferenza tal-Presidenti skond il-proċedura mniżżla fil-paragrafu 1, it-tieni sentenza, liema proposti għandhom jiggarantixxu d-drittijiet individwali tal-Membru kkonċernat.

 

Il-proporzjonalità tat-tqassim tas-siġġijiet tal-kumitati fost il-gruppi politiċi m'għandhiex titbiegħed mill-eqreb numru sħiħ xieraq. Jekk xi grupp jiddeċiedi li ma jkollux rappreżentanti f'xi kumitat, dawn is-siġġijiet għandhom jibqgħu battala u l-kumitat jonqos fid-daqs bin-numru korrispondenti. Mhuwiex permess l-iskambju ta' siġġijiet bejn il-gruppi politiċi.

 

 

1a.  Il-kompżizzjoni tal-kumitati għandha tirrifletti, sa fejn ikun possibbli, il-kompożizzjoni tal-Parlament. It-tqassim tas-siġġijiet tal-kumitati fost il-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati għandu jkun l-eqreb numru sħiħ 'il fuq jew l-eqreb numru sħiħ 'l isfel mill-kalkolu proporzjonali.

 

Meta ma jkun hemm l-ebda qbil fost il-gruppi politiċi dwar il-piż proporzjonali tagħhom fi ħdan kumitat speċifiku wieħed jew aktar, hija l-Konferenza tal-Presidenti li għandha tiddeċiedi.

 

1b.  Jekk grupp politiku jiddeċiedi li ma jokkupax siġġijiet f'kumitat, jew jonqos milli jaħtar il-membri tiegħu fi żmien l-iskadenza stabbilita mill-Konferenza tal-Presidenti, dawn is-siġġijiet għandhom jibqgħu battala. L-iskambju ta' siġġijiet bejn il-gruppi politiċi mhuwiex permess.

 

1c.  Meta l-fatt li Membru jibdel il-grupp politiku tiegħu jkollu l-effett li jħarbat id-distribuzzjoni proporzjonali tas-siġġijiet tal-kumitat kif definita fil-paragrafu 1a, u ma jkun hemm l-ebda ftehim fost il-gruppi politiċi biex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji stabbiliti fih, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa.

 

1d.  Kwalunkwe modifika li tiġi deċiża fil-ħatriet mill-gruppi politiċi u mill-Membri mhux affiljati għandha tiġi kkomunikata lill-President, li għandu jħabbarha lill-Parlament sa mhux aktar tard mill-bidu tas-seduta li jkun imiss. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ mill-jum tat-tħabbira.

 

1e.  Il-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati jistgħu jaħtru numru ta' sostituti għal kull kumitat li m'għandux jaqbeż in-numru ta' membri sħaħ li l-grupp politiku jew il-Membru mhux affiljat ikollhom il-jedd li jaħtru fil-kumitat. Il-President għandu jkun infurmat b'dan. Dawn is-sostituti għandu jkollhom il-jedd li jattendu u li jitkellmu fil-laqgħat tal-kumitat u, jekk il-membru sħiħ ikun assenti, li jieħdu sehem fil-votazzjonijiet.

 

1f.  F'każ ta' assenza tal-membru sħiħ u meta ma jkunux inħatru sostituti jew dawn tal-aħħar ikunu assenti, il-membru sħiħ jista' jagħmel arranġamenti sabiex ikun rappreżentat fil-laqgħat minn membru ieħor tal-istess grupp politiku, jew, meta l-membru jkun Membru mhux affiljat, minn Membru mhux affiljat ieħor, li għandu jkollu l-jedd li jivvota. Il-President tal-kumitat għandu jiġi notifikat sa mhux aktar tard mill-bidu tas-sessjoni tal-votazzjoni.

 

In-notifika bil-quddiem imsemmija fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 1f għandha tingħata qabel tmiem id-dibattitu jew qabel il-ftuħ tal-votazzjoni fuq il-punt jew il-punti li fir-rigward tagħhom il-membru sħiħ għandu jiġi sostitwit.

2.   Emendi għall-proposti tal-Konferenza tal-Presidenti jkunu ammissibbli biss jekk jitqiegħdu fuq il-Mejda minn mhux inqas minn erbgħin Membru. Il-Parlament għandu jivvota fuq dawn l-emendi b'vot sigriet.

 

3.   Membri għandhom jitqiesu li ġew eletti fuq il-bażi tal-proposti mill-Konferenza tal-Presidenti, kif eventwalment emendati skond paragrafu 2. Meta grupp politiku jonqos milli jippreżenta nominazzjonijiet għal membri f'kumitat ta' inkjesta skond il-paragrafu 1 fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Konferenza tal-Presidenti, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tippreżenta lill-Parlament biss in-nominazzjonijiet ippreżentati lilha f'dak il-limitu ta' żmien.

 

4.   Il-Konferenza tal-Presidenti tista' tiddeċiedi proviżorjament li timla postijiet vakanti f'xi kumitat bi qbil mal-persuni li għandhom jinħatru u bla ħsara għall-paragrafu 1.

 

5.   Il-Konferenza tal-Presidenti tista' tiddeċiedi proviżorjament li timla postijiet vakanti f'xi kumitat bi qbil mal-persuni li għandhom jinħatru u bla ħsara għall-paragrafu 1.

 

6.   Kwalunkwe tibdil bħal dan għandu jitressaq quddiem il-Parlament għar-ratifika fis-seduta li jkun imiss.

 

 

Skont dan l-Artikolu:

 

  l-istatus ta' membru sħiħ jew ta' membru sostitut ta' kumitat jiddependi esklużivament minn jekk wieħed ikunx membru ta' grupp politiku partikulari;

 

  jekk in-numru ta' membri sħaħ ta' grupp politiku partikulari f'kumitat jinbidel, l-akbar numru ta' sostituti permanenti li jista' jaħtar fuq dak il-kumitat għandu jinbidel bl-istess mod;

 

  il-Membri li jibdlu l-grupp politiku tagħhom ma jistgħux iżommu l-istatus ta' membru sħiħ jew ta' membru sostitut ta' kumitat li kellhom bħala membru tal-grupp oriġinali tagħhom;

 

  membru ta' kumitat ma jista', taħt l-ebda ċirkustanza, ikun sostitut għal kollega li jkun jappartjeni għal grupp politiku ieħor.

 

(L-aħħar żewġ paragrafi mhux numerati tal-Artikolu qed jiddaħħlu bħala interpretazzjonijiet.)

Justification

As regards paragraph 1, several changes are suggestedso that the Members of committees would no longer be formally elected by the Parliament, but appointed by the political groups. The political groups would therefore have to inform the Conference of Presidents / the President within a deadline set by the Conference of Presidents, in view of an announcement of the composition in plenary.When Members change their political group, the latter would have the right to designate another member within the committee(s) this member was holding a seat in. The Member changing political group would therefore loose the seat he/she holds in the committee, unless the group this member is joining would appoint him/her in the same committee.- Consequently, changing political group would entail also the end of any office as (Vice-)Chair and possibly the office as rapporteur in that committee.- The principle according to which the committees' composition should as for as possible reflect the composition of the Parliament should remain unchanged, as well as the principle that the political groups should take the necessary initiatives in case the fair representation of political views in a committee is disturbed.This part of the interpretation may therefore become part of Rule 199.

Concerning the interpretation of pragraph 1f (new), as Rules 199 and 200 will be merged, this interpretation (from Rule 200) will follow paragraph 7(new) of Rule 199, with a corrected cross-reference.

For paragraph 3, long-standing practice is that there is no vote in plenary on the CoP proposal as a whole. Only the amendments are put to the vote.This paragraph becomes obsolete if the proposed changes to Rule 199 are adopted.

Paragraph 4 is moved to Rule 198(4).

Paragraphs 2, 5 and 6 become obsolete if the proposed changes to Rule 199 are adopted.

For the new interpretation, the wording of the interpretation to Rule 200 is reviewed; the first two hyphens could be deleted because they repeat the Rule. This interpretation will follow Rule 199, as Rules 199 and 200 are merged.

Emenda    223

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 200

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 200

imħassar

Sostituti

 

1.   Il-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati jistgħu għal kull kumitat jaħtru numru ta' sostituti permanenti li jkun ugwali għan-numru ta' membri sħaħ li jkunu jirrappreżentawhom fil-kumitat. Il-President għandu jkun infurmat b'dan. Dawn is-sostituti permanenti għandu jkollhom id-dritt li jattendu u jitkellmu f'laqgħat tal-kumitat u, jekk il-membru sħiħ ikun assenti, li jieħdu sehem fil-votazzjonijiet.

 

Fil-każ li s-siġġu ta' membru sħiħ ta' kumitat jiġi vakanti, sostitut permanenti mill-istess grupp politiku għandu jkun intitolat li jivvota fil-post tal-membru sħiħ, fuq bażi temporanja sakemm is-sostituzzjoni proviżorja tal-membru sħiħ skont l-Artikolu 199(5), jew, fin-nuqqas ta' tali sostituzzjoni provviżorja, sakemm issir il-ħatra ta' membru sħiħ ġdid. Dan id-dritt huwa bbażat fuq id-deċiżjoni tal-Parlament dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitat, u l-għanijiet li jiżguraw li n-numru ta 'membri tal-grupp politiku kkonċernat li jista' jieħu sehem fil-votazzjoni huwa ugwali għan-numru intitolati li jagħmlu dan qabel is-siġġu ġie vakanti.

 

2.   Barra minn hekk, f'każ ta' assenza ta' membru sħiħ u fil-każ li ma kienux maħtura sostituti permanenti jew fil-każ li dawn ta' l-aħħar ikunu assenti, il-membru sħiħ tal-kumitat jista' jagħmel arranġamenti sabiex ikun rappreżentat fil-laqgħat minn membru ieħor tal-grupp politiku tiegħu li għandu jkun intitolat għall-vot. L-isem tas-sostitut għandu jkun notifikat lill-president tal-kumitat qabel il-bidu tas-sessjoni tal-votazzjoni.

 

Paragrafu 2 għandu japplika, 'mutatis mutandis', għall-Membri mhux affiljati.

 

In-notifika bil-quddiem imsemmija fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 2 għandha tingħata qabel tmiem id-dibattitu jew qabel il-ftuħ tal-votazzjoni fuq il-punt jew punti li għalihom il-membru sħiħ sostitwit.

 

* * *

 

Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jinkludu żewġ elementi li huma mfissra b'mod ċar b'dan it-test:

 

  grupp politiku ma jistax ikollu sostituti permanenti għal xi kumitat aktar milli jkollu membri sħaħ;

 

  gruppi politiċi biss għandhom id-dritt li jaħtru sostituti permanenti, bil-kundizzjoni waħdanija li jinfurmaw lill-President.

 

Bħala konklużjoni:

 

  l-istatus ta' sostituti permanenti jiddependi esklussivament fuq jekk wieħed ikunx membru ta' grupp politiku partikulari;

 

  meta n-numru ta' membri sħaħ ta' grupp politiku partikulari f'xi kumitat jinbidel, l-akbar numru ta' sostituti permanenti li dak il-grupp politiku jkun jista' jaħtar fuq dak il-kumitat jinbidel bl-istess mod;

 

  meta membru jibdel il-grupp politiku tiegħu, huwa ma jistgħax iżomm l-'istatus' ta' sostitut permanenti li kellu bħala membru tal-grupp oriġinali tiegħu;

 

  membru ta' kumitat ma jistax, taħt l-ebda ċirkustanza, jissostitwixxi xi kollega li jkun ġej minn grupp politiku ieħor.

 

Emenda    224

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 201

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 201

Artikolu 201

Dmirijiet tal-kumitati

Dmirijiet tal-kumitati

1.  Kumitati permanenti għandhom jeżaminaw kwistjonijiet imressqa quddiemhom mill-Parlament jew, f'xi aġġornament tas-sessjoni, mill-President f'isem il-Konferenza tal-Presidenti. Ir-responsabbiltajiet ta' kumitati speċjali u kumitati ta' inkjesta għandhom ikunu stabbiliti meta jitwaqqfu; dawn ma jistgħux jagħtu opinjonijiet lil kumitati oħra.

1.  Kumitati permanenti għandhom jeżaminaw kwistjonijiet imressqa quddiemhom mill-Parlament jew, f'xi aġġornament tas-sessjoni, mill-President f'isem il-Konferenza tal-Presidenti.

(Ara l-interpretazzjoni skont l-Artikolu 197.)

 

2.   Jekk kumitat permanenti jiddikjara lilu nnifsu mhux kompetenti biex jeżamina xi kwistjoni, jew jekk jinqala' konflitt dwar il-kompetenza ta' żewġ kumitati permanenti jew iżjed, il-kwistjoni ta' kompetenza għandha titressaq quddiem il-Konferenza tal-Presidenti fi żmien erba' ġimgħat minn meta jitħabbar fil-Parlament li saret riferenza lill-kumitat.

 

Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu deċiżjoni fi żmien sitt ġimgħat fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, jew, jekk ma jkunx hemm rakkomandazzjoni bħal din, mill-president tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati. Jekk il-Konferenza tal-Presidenti ma tieħux deċiżjoni f'dak il-perjodu, ir-rakkomandazzjoni għandha titqies li tkun ġiet approvata.

 

Il-presidenti tal-kumitati jistgħu jagħmlu ftehimiet ma' presidenti oħra tal-kumitati dwar l-allokazzjoni ta' suġġett lil xi kumitat partikolari, bla ħsara, fejn ikun il-każ, għall-awtorizzazzjoni ta' proċedura b' kumitati assoċjati skont l-Artikolu 54.

 

3.   Jekk ikun hemm żewġ kumitati permanenti jew iżjed li jkunu kompetenti sabiex jikkunsidraw xi kwistjoni, wieħed mill-kumitati għandu jkun nominat bħala l-kumitat responsabbli u l-oħrajn bħala kumitati li jintalbu jagħtu opinjoni.

3.   Jekk ikun hemm żewġ kumitati permanenti jew iżjed li jkunu kompetenti sabiex jikkunsidraw xi kwistjoni, wieħed mill-kumitati għandu jkun nominat bħala l-kumitat responsabbli u l-oħrajn bħala kumitati li jintalbu jagħtu opinjoni.

Madankollu, ebda kwistjoni m'għandha titressaq fl-istess ħin quddiem iżjed minn tliet kumitati, ħlief jekk ikun hemm raġuni serja għala għandha tingħata deroga minn din ir-regola skond il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1.

Madankollu, ebda kwistjoni m'għandha titressaq fl-istess ħin quddiem iżjed minn tliet kumitati, ħlief jekk jiġi deċiż li tingħata deroga minn din ir-regola skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1.

4.  Żewġ kumitati jew iżjed, jew żewġ sotto-kumitati jew iżjed jistgħu b'mod konġunt jikkunsidraw kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom, imma ma jistgħux jieħdu deċiżjoni.

4.  Żewġ kumitati jew iżjed, jew żewġ sotto-kumitati jew iżjed jistgħu b'mod konġunt jikkunsidraw kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom, imma ma jistgħux jieħdu deċiżjoni b'mod konġunt ħlief fejn japplika l-Artikolu 55.

5.  Kull kumitat jista', bi qbil mal-Bureau tal-Parlament, jagħti istruzzjonijiet lil wieħed jew iżjed mill-membri tiegħu sabiex jagħmel xi studju jew xi missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni.

5.  Kull kumitat jista', bi qbil mal-korpi rilevanti tal-Parlament, jagħti istruzzjonijiet lil wieħed jew iżjed mill-membri tiegħu sabiex jagħmlu xi studju jew xi missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Rigward il-paragrafu 1, it-tieni sentenza tal-Artikolu 201 qed titħassar u tiżdied mal-Artikoli 197 u 198 rispettivament.

L-interpretazzjoni tal-paragrafu 1 hija mħassra minħabba li hija superfluwa.

Għal raġunijiet ta' ċarezza, il-paragrafu 2, tħassar minn hawn u tmexxa iktar 'l isfel bi ftit bidliet bħala l-Artikolu 201a (ġdid) dwar "Kwistjonijiet ta' kompetenza"

Għas-subparagrafu 2 tal-paragrafu 3, il-prattika turi li l-eċċezzjoni (aktar minn tliet kumitati) tapplika pjuttost ta' spiss.

Fir-rigward tal-paragrafu 5, l-emenda għandha l-għan li tkopri l-bidla reċenti dwar l-approvazzjoni tad-delegazzjonijiet esterni.

Emenda    225

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 201a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 201a

 

Kwistjonijiet ta' kompetenza

 

1.  Jekk kumitat permanenti jiddikjara lilu nnifsu mhux kompetenti biex jeżamina punt, jew jekk jinqala' konflitt dwar il-kompetenza ta' żewġ kumitati permanenti jew iżjed, il-kwistjoni ta' kompetenza għandha titressaq quddiem il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati fi żmien erba' ġimgħat minn meta jitħabbar fil-Parlament li sar ir-riferiment lill-kumitat.

 

2.  Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu deċiżjoni fi żmien sitt ġimgħat wara li tkun tressqet il-kwistjoni fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, jew, jekk ma jkunx hemm rakkomandazzjoni bħal din, mill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati. Jekk il-Konferenza tal-Presidenti ma tieħux deċiżjoni f'dak il-perjodu, ir-rakkomandazzjoni għandha titqies li tkun ġiet approvata.

 

3.  Il-presidenti tal-kumitati jistgħu jagħmlu ftehimiet ma' presidenti ta' kumitati oħra dwar l-allokazzjoni ta' punt lil kumitat partikolari, b'suġġett, fejn ikun neċessarju, għall-awtorizzazzjoni ta' proċedura b'kumitati assoċjati skont l-Artikolu 54.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu bħalissa jinsabu fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 201.

Emenda    226

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 202

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 202

imħassar

Kumitat responsabbli mill-verifika ta' kredenzjali

 

Fost il-kumitati mwaqqfa skond id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli, għandu jkun hemm kumitat li jkun responsabbli mill-verifika ta' kredenzjali u mill-preparazzjoni ta' deċiżjonijiet dwar kwalunkwe oġġezzjoni li tikkonċerna l-validità ta' elezzjonijiet.

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu għandu jitħassar peress huwa superfluwu minħabba l-Artikolu 3(3) u l-Anness VI.

Emenda    227

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 203

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 203

Artikolu 203

Sottokumitati

Sottokumitati

1.  Kumitat permanenti jew speċjali jista', fl-interess ta' xogħolu, b'awtorizzazzjoni minn qabel mill-Konferenza tal-Presidenti, jaħtar sottokumitat wieħed jew iżjed, li tagħhom l-istess kumitat għandu jiddetermina l-kompożizzjoni, skond l-Artikolu 199, u l-oqsma ta' responsabiltà. Is-sottokumitati għandhom jirraportaw lill-kumitat li jkun waqqafhom.

1.  Is-sottokumitati jistgħu jitwaqqfu b'konformità mal-Artikolu 196. Kumitat permanenti jew speċjali jista' wkoll, fl-interess ta' xogħlu u suġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel mill-Konferenza tal-Presidenti, jaħtar sottokumitat wieħed jew iżjed, waqt li fl-istess ħin jiddetermina l-kompożizzjoni tagħhom, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 199 u l-oqsma ta' responsabilità tagħhom, li għandhom jaqgħu taħt l-oqsma ta' responsabilità tal-kumitat prinċipali. Is-sottokumitati għandhom jirraportaw lill-kumitat prinċipali tagħhom.

2.  Il-proċedura tas-sottokumitati għandha tkun l-istess bħal tal-kumitati.

2.  Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dawn ir-Regoli, il-proċedura tas-sottokumitati għandha tkun l-istess bħal tal-kumitati.

 

2a.  Il-membri sħaħ ta' sottokumitat għandhom jintgħażlu minn fost il-membri tal-kumitat prinċipali.

3.   Sostituti għandhom jitħallew ikunu f'sottokumitati taħt l-istess kundizzjonijiet bħal ma jkunu f'kumitati.

3.   Sostituti għandhom jitħallew ikunu f'sottokumitati taħt l-istess kundizzjonijiet bħal ma jkunu f'kumitati.

4.   L-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet għandha tkun tali li tiggarantixxi l-interdipendenza bejn sottokumitat u l-kumitat li fi ħdanu jkun twaqqaf is-sottokumitat. Għal dan il-għan il-membri sħaħ kollha ta' sottokumitat għandhom jintgħażlu minn fost il-membri tal-kumitat prinċipali.

 

 

4a.  Il-President tal-kumitat prinċipali jista' jinvolvi lill-Presidenti tas-sottokumitati fil-ħidma tal-koordinaturi jew jista' jippermettilhom jippresiedu dibattiti fil-kumitat prinċipali dwar kwistjonijiet ittrattati b'mod speċifiku mis-sottokumitati kkonċernati, kemm-il darba dan il-mod ta' kif wieħed jipproċedi jitressaq quddiem il-bureau tal-kumitat għal eżami u approvazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Rigward il/paragrafu 1, din il-modifika għandha l-għan li tiċċara l-ispeċifiċità taż-żewġ sottokumitati tal-kumitat AFET, espressament previsti fl-Anness VI tar-Regoli ta´Proċedura (adottat mill-plenarja), filwaqt li tirrispetta l-possibilità ġenerali li kumitat jistabbilixxi sottokumitat wara awtorizzazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti.

L-ordni tal-paragrafi inqalbet. Il-paragrafu 4 jsir il-paragrafu 2a (ġdid) u fih xi ftit bidliet.

Bħalissal-paragrafu 4a jifforma parti mill-interpretazzjoni fl-Artikolu 204.

Emenda    228

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 204

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 204

Artikolu 204

Bureaux tal-kumitati

Bureaux tal-kumitati

Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-elezzjoni tal-membri tal-kumitat skond l-Artikolu 199, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi president u minn viċi presidenti li għandhom ikunu eletti f'votazzjonijiet separati. In-numru ta' viċi presidenti li għandhom jiġu eletti għandu jiġi determinat mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti.

1. Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-ħatra tal-membri tal-kumitat skont l-Artikolu 199, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi president u f'viċi presidenti li għandhom ikunu eletti minn fost il-membri sħaħ ta' dak il-kumitat f'votazzjonijiet separati. In-numru ta' viċi presidenti li għandhom jiġu eletti għandu jiġi determinat mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti. Id-diversità tal-Parlament għandha tiġi riflessa fil-kompożizzjoni tal-bureau ta' kull kumitat; ma għandux ikun permess li jkun hemm bureau kompost minn nisa biss jew minn irġiel biss jew li l-Viċi Presidenti kollha joriġinaw mill-istess Stat Membru.

Huma biss il-membri titulari tal-kumitat, li ġew eletti skont l-Artikolu 199, li jistgħu jiġu eletti għall-bureau tiegħu.

 

Meta n-numru ta' nominazzjonijiet ikun jaqbel man-numru ta' postijiet li jridu jimtlew, l-elezzjoni tista' ssir b'akklamazzjoni.

2. Meta n-numru ta' nominazzjonijiet ikun jaqbel man-numru ta' postijiet li jridu jimtlew, l-elezzjoni għandha ssir b'akklamazzjoni. Madankollu, jekk ikun hemm aktar minn kandidat wieħed f'votazzjoni partikolari, jew tal-inqas wieħed minn kull sitta tal-membri tal-kumitat ikunu talbu votazzjoni, l-elezzjoni għandha ssir permezz ta' votazzjoni sigrieta.

Meta dan ma jkunx il-każ, jew fuq talba ta' parti waħda minn sitta tal-membri tal-kumitat, l-elezzjoni għandha ssir permezz ta' votazzjoni sigrieta.

 

Jekk ikun hemm biss kandidat wieħed, l-elezzjoni tintrebaħ b'maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa li għandhom jinkludu l-voti favur u kontra.

Jekk ikun hemm biss kandidat wieħed, l-elezzjoni għandha tintrebaħ b'maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa li għandhom jinkludu l-voti favur u kontra.

Meta jkun hemm iżjed minn kandidat wieħed fl-ewwel votazzjoni, il-kandidat li jġib maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa, kif imfisser fis-subparagrafu preċedenti, għandu jkun elett. Fit-tieni votazzjoni, il-kandidat li jġib l-ogħla numru ta' voti għandu jkun elett. Fil-każ ta' voti ndaqs, l-aktar membru anzjan għandu jkun elett.

Meta jkun hemm iżjed minn kandidat wieħed, il-kandidat li jġib maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa fl-ewwel votazzjoni għandu jkun elett. Fit-tieni votazzjoni, il-kandidat li jġib l-ogħla numru ta' voti għandu jkun elett. Fil-każ ta' voti ndaqs, l-aktar membru anzjan għandu jkun elett.

Meta tkun meħtieġa t-tieni votazzjoni, jistgħu jkunu nominati kandidati ġodda.

 

Din id-dispożizzjoni ma żżommx, imma għall-kuntrarju tippermetti, lill-president tal-kumitat prinċipali milli jinvolvi lill-presidenti tas-sottokumitati fil-ħidma tal-Bureau jew milli jippermettilhom li jippresiedu dibattiti dwar kwistjonijiet trattati b'mod speċifiku mis-sottokumitati kkonċernati, kemm-il darba dan il-mod ta' kif wieħed jipproċedi jkun ippreżentat lill-bureau fis-sħuħija tiegħu għall-konsiderazzjoni tiegħu u jkun hemm qbil dwaru mill-bureau.

 

 

2a.   L-Artikoli li ġejjin dwar l-Uffiċjali tal-Parlament għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kumitati: l-Artikolu 14 (President proviżorju), l-Artikolu 15 (Nominazzjonijiet u dispożizzjonijiet ġenerali), l-Artikolu 16 (Elezzjoni ta' President - indirizz tal-ftuħ, l-Artikolu 19 (Tul tal-Kariga ta' Uffiċjali) u l-Artikolu 20 (Postijiet vakanti).

Justification

In paragraph 1, the word "election" has to be modified into "appointment" to reflect the proposed changes to Rule 199.

Interpretation is deleted here and incorporated in the first sentence of paragraph 1.

Subparagraph 1 of paragraph 2 is aligned with the revised Rule 15 and merging with subparagraphs 1 and 2. - To become the high threshold

Subparagraph 2 of paragraph 2 is deleted here and included in paragraph 2 above

Pagragraph 2, subparagraph 5 is deleted as it is superfluous.Rule 15, which applies mutatis mutandis to committees (see Rule 204 paragraph 4 new) already includes this principle.

Paragraph 2a (new), includes those references to Rules relevant for this chapter currently covered in Rule 209 in order to render the Rules more reader friendly.

For the interpretation of paragraph 2, to be deleted here and moved under Rule 203 as paragraph 5 new.This interpretation will be transformed into paragraph 5 new of Rule 203 on subcommittees.

Emenda    229

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 205

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 205

Artikolu 205

Koordinaturi tal-kumitati u shadow rapporteurs

Koordinaturi tal-kumitati

1.  Il-gruppi politiċi jistgħu jinnominaw wieħed mill-membri tagħhom bħala koordinatur.

1.  Il-gruppi politiċi jistgħu jinnominaw wieħed mill-membri tagħhom f'kull kumitat bħala koordinatur.

2.  Fejn ikun meħtieġ, il-koordinaturi tal-kumitati għandhom jiġu msejħa mill-president tal-kumitat biex iħejju deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-kumitat, b'mod partikolari deċiżjonijiet dwar il-proċedura u l-ħatra ta' rapporteurs. Il-kumitat jista' jiddelega lill-koordinaturi s-setgħa biex jittieħdu ċerti deċiżjonijiet, ħlief għal deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni ta' rapporti, opinjonijiet jew emendi. Il-viċi presidenti tal-kumitati jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem bħala konsulenti fil-laqgħat tal-koordinaturi tal-kumitati. Il-koordinaturi għandhom jagħmlu ħilithom biex jilħqu kunsens. Meta ma jkunx jista' jintlaħaq kunsens, huma jistgħu jaġixxu biss b'maġġoranza li tirrappreżenta b'mod ċar maġġoranza kbira tal-kumitat, filwaqt li titqies is-saħħa rispettiva tal-gruppi differenti.

2.  Fejn ikun meħtieġ, il-koordinaturi tal-kumitati għandhom jiġu msejħa mill-president tal-kumitat biex iħejju deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-kumitat, b'mod partikolari deċiżjonijiet dwar il-proċedura u dwar il-ħatra ta' rapporteurs. Il-kumitat jista' jiddelega lill-koordinaturi s-setgħa biex jieħdu ċerti deċiżjonijiet, ħlief għal deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni ta' rapporti, mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, opinjonijiet jew emendi.

 

Il-viċi presidenti tal-kumitati jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem bħala konsulenti fil-laqgħat tal-koordinaturi tal-kumitati.

 

Meta ma jkunx jista' jintlaħaq kunsens, il-koordinaturi jistgħu jaġixxu biss b'maġġoranza li tirrappreżenta b'mod ċar maġġoranza kbira tal-kumitat, filwaqt li titqies is-saħħa rispettiva tal-gruppi politiċi differenti.

 

Il-President għandu jħabbar fil-kumitat id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-koordinaturi, li għandhom jitqiesu li ġew adottati jekk ma jiġux ikkontestati u għandhom ikunu debitament imsemmija fil-minuti tal-laqgħa tal-kumitat.

3.   Il-koordinaturi tal-kumitati għandhom jissejħu mill-president tal-kumitat tagħhom sabiex iħejju l-organizzazzjoni tas-seduti ta' smigħ tal-Kummissarji nnominati. Wara dawn is-seduti ta' smigħ, il-koordinaturi għandhom jiltaqgħu biex jevalwaw il-kandidati nnominati f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Anness XVI.

 

4.   Għal kull rapport, il-gruppi politiċi jistgħu jinnominaw shadow rapporteur biex isegwi l-progress tar-rapport rilevanti u jfittex kompromessi fil-kumitat f'isem il-grupp. Ismijiethom għandhom jiġu mgħarrfa lill-president tal-kumitat. Fuq proposta tal-koordinaturi, il-kumitat jista', b'mod partikolari, jiddeċiedi li jinvolvi lix-shadow rapporteurs sabiex jintlaħaq ftehim mal-Kunsill fi proċeduri leġislattivi ordinarji.

 

Il-Membri Mhux Affiljati ma jikkostitwixxux grupp politiku skont l-Artikolu 32 u, għaldaqstant, ma jistgħux jinnominaw koordinaturi, li huma l-uniċi Membri li jistgħu jipparteċipaw bi dritt fil-laqgħat tal-koordinaturi.

Il-Membri mhux affiljati ma jikkostitwixxux grupp politiku skont l-Artikolu 32 u, għaldaqstant, ma jistgħux jinnominaw koordinaturi, li huma l-uniċi Membri li jistgħu jipparteċipaw bi dritt fil-laqgħat tal-koordinaturi.

Il-laqgħat tal-koordinaturi huma maħsuba biex iħejju d-deċiżjonijiet ta' kumitat u ma jistgħux jissostitwixxu l-laqgħat ta' kumitat, ħlief b'delega espliċita. Minħabba dan, id-deċiżjonijiet meħuda fil-laqgħa tal-koordinaturi għandhom jiġu soġġetti għal delega ex ante. Fin-nuqqas ta' din id-delega, il-koordinaturi jistgħu jadottaw biss rakkomandazzjonijiet li jeħtieġu approvazzjoni formali ex post mill-kumitat.

 

Fi kwalunkwe każ, id-dritt għall-aċċess għat-tagħrif tal-Membri Mhux Affiljati għandu jiġi garantit, f'konformità mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, permezz tat-trażmissjoni tat-tagħrif u tal-preżenza ta' membru tas-Segretarjat tal-Membri Mhux Affiljati fil-laqgħat tal-koordinaturi.

Fi kwalunkwe każ, id-dritt għall-aċċess għat-tagħrif tal-Membri mhux affiljati għandu jiġi garantit, f'konformità mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, permezz tat-trażmissjoni tat-tagħrif u tal-preżenza ta' membru tas-Segretarjat tal-Membri mhux affiljati fil-laqgħat tal-koordinaturi.

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu maqsum fi tnejn: parti ddedikata lill-koordinaturi, u l-parti l-oħra ddedikata lix-shadow rapporteurs.

Rigward il-paragrafu 3, jitħassar minħabba dispożizzjonijiet dettaljati fl-Anness XVI

Rigward il-paragrafu 4, jitmexxa għall-Artikolu 205(a)ġdid. L-aħħar sentenza tista' titħassar bħala waħda li m'għadhiex tgħodd minħabba d-dispożizzjonijiet dwar it-tim tan-negozjati (kemm fl-Artikolu 73(3) attwali u kemm fl-Artikolu 73d (ġdid) rivedut.

L-interpretazzjoni tas-subparagrafu 2 hija mħassra minħabba li hija superfluwa. Din l-interpretazzjoni tirrepeti l-Artikolu 205.2, kif emendat.

Emenda    230

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 205a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 205a

 

Shadow Rapporteurs

 

Għal kull rapport, il-gruppi politiċi jistgħu jinnominaw shadow rapporteur biex isegwi l-progress tar-rapport rilevanti u jfittex kompromessi fil-kumitat f'isem il-grupp. Ismijiethom għandhom jiġu mgħarrfa lill-president tal-kumitat.

Ġustifikazzjoni

L-aħħar sentenza tista' tiġi mħassra bħala waħda li m'għadhiex tgħodd minħabba d-dispożizzjonijiet dwar it-tim tan-negozjati (kemm fl-Artikolu 73(3) attwali u kemm fl-Artikolu 73d (ġdid) rivedut.

Emenda    231

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu VIII – kapitolu 2 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

KAPITOLU 2

imħassar

KUMITATI - FUNZJONIJIET

 

Ġustifikazzjoni

It-titolu huwa mħassar u l-kontenut jiddaħħal mal-Kapitolu 1.

Emenda    232

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 206

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 206

Artikolu 206

Laqgħat tal-kumitati

Laqgħat tal-kumitati

1.   Kumitat għandu jiltaqa' meta jissejjaħ mill-president tiegħu jew fuq talba tal-President.

1.   Kumitat għandu jiltaqa' meta jissejjaħ mill-president tiegħu jew fuq talba tal-President.

 

Meta jkun qed isejjaħ laqgħa, il-president għandu jressaq l-abbozz ta' aġenda tagħha. Il-kumitat għandu jieħu deċiżjoni fuq l-aġenda fil-bidu tal-laqgħa.

2.   Il-Kummissjoni u l-Kunsill jistgħu jieħdu sehem f'laqgħat tal-kumitati jekk ikunu mistiedna biex jagħmlu dan f'isem xi kumitat mill-president tiegħu.

2.   Il-Kummissjoni, il-Kunsill u istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni jistgħu jitkellmu f'laqgħat tal-kumitati jekk ikunu mistiedna biex jagħmlu dan f'isem xi kumitat mill-president tiegħu.

B'deċiżjoni speċjali ta' kumitat, kwalunkwe persuna oħra tista' tkun mistiedna sabiex tattendi u titkellem f'xi laqgħa.

B'deċiżjoni ta' kumitat, kwalunkwe persuna oħra tista' tkun mistiedna sabiex tattendi u titkellem f'xi laqgħa.

B'analoġija, id-deċiżjoni dwar jekk assistenti ta' Membri għandhomx jitħallew ikunu preżenti f'laqgħat tal-kumitat għandha titħalla fid-diskrezzjoni ta' kull kumitat.

 

Il-kumitat responsabbli jista', bl-approvazzjoni tal-Bureau, jorganizza smigħ ta' esperti jekk jikkunsidra dan is-smiegħ bħala essenzjali għat-tmexxija effettiva tax-xogħol tiegħu fir-rigward ta' xi suġġett partikulari.

Il-kumitat responsabbli jista', bl-approvazzjoni tal-Bureau, jorganizza smigħ ta' esperti jekk jikkunsidra dan is-smiegħ bħala essenzjali għat-tmexxija effettiva tax-xogħol tiegħu fir-rigward ta' xi suġġett partikulari.

Kumitati li jintalbu jagħtu opinjoni jistgħu jattendu għas-smiegħ jekk ikunu jixtiequ.

 

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu interpretati f'konformità mal-punt 50 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea24.

 

3. Bla ħsara għall-Artikolu53 (6) u ħlief fil-każ li kumitat jiddeċiedi mod ieħor, il-Membri jistgħu jattendu laqgħat ta' kumitati li huma ma jkunux jagħmlu parti minnhom, imma ma jistgħux jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet.

3. Bla ħsara għall-Artikolu 53(6) u ħlief fil-każ li kumitat jiddeċiedi mod ieħor, il-Membri li jattendu laqgħat ta' kumitati li huma ma jkunux jagħmlu parti minnhom, ma jistgħux jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet.

Dawn il-Membri jistgħu, madankollu, jingħataw permess mill-kumitat biex jieħdu parti fil-proċeduri f'kapaċità konsultattiva.

Huma jistgħu, madankollu, jingħataw permess mill-kumitat biex jieħdu sehem fil-laqgħat tiegħu f'kapaċità konsultattiva.

 

3a.  L-Artikolu 162(2) dwar l-allokazzjoni tal-ħin tad-diskors għandu japplika mutatis mutandis għall-kumitati.

 

3b.  Meta jitfassal rapport verbatim, l-Artikolu 194(1a), (2) u (4) għandu japplika mutatis mutandis.

___________________________

 

24 Ara l-Anness XIII.

 

Justification

Subparagraph 2 of paragraph 1: Alignment to the current practice.

Subparagraph 3 of interpretation of paragraph 2: To be deleted as obsolete.Hearings are public. This paragraph of the interpretation can be misleading.

Cross reference inserted in paragraph 3a (new) instead of Rule 209 in order to improve the readability.

As regards to paragraph 3b (new), in order to make the Rules more "user friendly", it is suggested:- to move Rule 162(10) to Rule 194 as new paragraph 1a;- to include in Rule 206 a cross reference to Rule 194§1(a) as well as to some additional paragraphs which can apply mutatis mutandis to committees.

Emenda    233

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 207

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 207

Artikolu 207

Minuti tal-laqgħat tal-kumitati

Minuti tal-laqgħat tal-kumitati

Il-minuti ta' kull laqgħa ta' kumitat għandhom jitqassmu lill-membri kollha ta' dak il-kumitat u jiġu ppreżentati lill-kumitat għall-approvazzjoni tiegħu.

Il-minuti ta' kull laqgħa ta' kumitat għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-membri kollha ta' dak il-kumitat u jiġu ppreżentati lill-kumitat għall-approvazzjoni tiegħu.

Emenda    234

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 208

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 208

Artikolu 208

Votazzjoni fil-Kumitat

Votazzjoni fil-Kumitat

1.  Kull Membru jista' jqiegħed emendi fuq il-Mejda biex ikunu eżaminati mill-kumitat.

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 66(4) dwar it-tieni qari, l-emendi jew l-abbozzi ta' proposta għaċ-ċaħda mqiegħda fuq il-Mejda biex ikunu eżaminati mill-kumitat għandhom dejjem jiġu ffirmati minn membru sħiħ jew minn membru sostitut tal-kumitat ikkonċernat jew koiffirmati minn tal-inqas membru wieħed dawn.

2.  Kumitat jista' jivvota b'mod validu meta kwart mill-membri tiegħu ikunu fil-fatt preżenti. Madankollu, jekk issir talba f'dan ir-rigward minn parti waħda minn sitta tal-membri tiegħu qabel ma tibda l-votazzjoni, il-votazzjoni tkun valida biss jekk il-maġġoranza tal-membri li jiffurmaw il-kumitat ikunu ħadu sehem fiha.

2.  Kumitat jista' jivvota b'mod validu meta kwart mill-membri tiegħu jkunu fil-fatt preżenti. Madankollu, jekk issir talba f'dan ir-rigward minn parti waħda minn sitta tal-membri tiegħu qabel ma tibda l-votazzjoni, il-votazzjoni għandha tkun valida biss jekk il-maġġoranza tal-membri tiegħu jkunu ħadu sehem fiha.

3.   Kwalunkwe votazzjoni unika u/jew aħħarija fil-kumitat dwar rapport għandha ssir permezz ta' votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet skont l-Artikolu 180(2). Il-votazzjoni dwar l-emendi u votazzjonijiet oħrajn għandhom isiru b'turija tal-idejn, sakemm il-President jiddeċiedi li jkompli b'votazzjoni elettronika jew kwart tal-membri tal-kumitat jitolbu li ssir votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet.

3.   Kwalunkwe votazzjoni unika u/jew aħħarija fil-kumitat dwar rapport jew opinjoni għandha ssir permezz ta' votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet skont l-Artikolu 180(2) u (2a). Il-votazzjoni dwar l-emendi u votazzjonijiet oħrajn għandhom isiru b'turija tal-idejn, sakemm il-president jiddeċiedi li jkompli b'votazzjoni elettronika jew kwart tal-membri tal-kumitat jitolbu li ssir votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 208(3) dwar il-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet m'għandhomx japplikaw għar-rapporti stipulati fl-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 9(3), (6) u (8), fi proċedimenti relatati mal-immunità ta' Membru.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 208(3) dwar il-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet m'għandhomx japplikaw għar-rapporti stipulati fl-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 9(3), (6) u (8), fi proċedimenti relatati mal-immunità ta' Membru.

4.   Il-president jista' jieħu sehem f'diskussjonijiet u jista' jivvota, imma mingħajr ma jkollu l-vot deċiżiv.

 

5.  Fid-dawl ta' l-emendi mqiegħda fuq il-Mejda, il-kumitat jista', minflok ma jgħaddi għal votazzjoni, jitlob lir-rapporteur sabiex jippreżenta abbozz ġdid li kemm jista' jkun, jagħti kas ta' l-emendi. Għandu mbagħad jiġi stabbilit perjodu ġdid li fih ikunu jistgħu jsiru emendi għal dan l-abbozz.

5.  Fid-dawl tal-emendi mqiegħda fuq il-Mejda, il-kumitat jista', minflok ma jgħaddi għal votazzjoni, jitlob lir-rapporteur sabiex jippreżenta abbozz ġdid li kemm jista' jkun, jagħti kas tal-emendi. Għandu mbagħad jiġi stabbilit perjodu ġdid li fih ikunu jistgħu jsiru emendi.

Justification

For paragraph 1, the change suggests including proposals for rejection at committee level, which the MEPs can put forward and, if adopted by the committee, such motion for rejection would be tabled to the plenary in accordance with Rule 60 RoP.Inclusion of cross-reference to current Rule 66 §4 (in second reading, only members or permanent substitutes of the committee can table amendments).

As regards to paragraph 3, the change proposes that a roll call vote be required for the final vote on opinions.According to the CCC guidelines on the use of roll call vote, the final vote on the outcome of negotiations and recommendations for the second reading should also be taken by roll call.No deadline applicable to requests for a roll call vote at committee stage (since Rule 180 §1 does not apply to committee stage).

Concerning paragraph 4, it is deleted here and transformed into an interpretation to Rule 179a (3) on tied votes with slight adaptations of the text. This provision refers to the tied vote and clarifies that the vote of the Chair is the same as the vote of any other Member.

As regards to paragraph 5, the change aims to clarify that this paragraph applies also to legislative files, not only to non-legislative files (textually, only the reference to amendments "to this draft", not to the underlying proposal, would bring to the conclusion that it would not apply to legislative files).

Emenda    235

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 209

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 209

Artikolu 209

Dispożizzjonijiet dwar is-seduti plenarji li japplikaw fil-kumitat

Dispożizzjonijiet dwar is-seduti plenarji li japplikaw fil-kumitat

L-Artikoli 14, 15, 16, 19, 20, 38 sa 48, 160, 162(2) u (10), 165, 167, 169 sa 172, 174, 177, 178, 181, 182, 184 sa 187, 190 u 191 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal-laqgħat tal-kumitati.

L-Artikoli li ġejjin dwar il-votazzjoni, u l-mozzjonijiet ta' interruzzjoni u ta' proċedura għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kumitati: l-Artikolu 164a (Prevenzjoni ta' tħarbit), l-Artikolu 168a (Limiti stabbiliti), l-Artikolu 169 (Tqegħid ta' emendi fuq il-Mejda u t-tressiq tagħhom), l-Artikolu 170 (Ammissibilità ta' emendi), l-Artikolu 171 (Proċedura ta' votazzjoni), l-Artikolu 174 (Ordni tal-votazzjoni dwar emendi) bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 4b, l-Artikolu 176(1) (Votazzjonijiet maqsuma), l-Artikolu 177 (Dritt għall-vot), l-Artikolu 178 (Votazzjonijiet), l-Artikolu 179a (Voti ndaqs), l-Artikolu 180(2) u (2a) (Votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet), l-Artikolu 180a (Votazzjonijiet permezz ta' vot sigriet), l-Artikolu 181 (Użu ta' sistema ta' votazzjoni elettronika), Artikolu 182a (Diżgwid dwar votazzjonijiet), l-Artikolu 184a (Punti ta' ordni),l-Artikolu 190 (Aġġornament ta' dibattitu jew ta' votazzjoni) u l-Artikolu 191 (Sospensjoni jew għeluq tas-seduta).

Emenda    236

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 210a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 210a

 

Proċedura għall-eżami minn kumitat ta' informazzjoni kunfidenzjali milqugħa mill-Parlament

 

1.  Meta l-Parlament ikun taħt obbligu ġuridiku li jittratta informazzjoni li jkun irċieva bħala informazzjoni kunfidenzjali, il-president tal-kumitat responsabbli għandu awtomatikament japplika l-proċedura ta' kunfidenzjalità stipulata fil-paragrafu 3.

 

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, fin-nuqqas ta' kwalunkwe obbligu ġuridiku li l-informazzjoni milqugħa tiġi ttrattata bħala informazzjoni kunfidenzjali, kwalunkwe kumitat jista' japplika l-proċedura ta' kunfidenzjalità stipulata fil-paragrafu 3 fuq mozzjoni tiegħu stess għal punt ta' informazzjoni jew dokument indikat minn wieħed mill-membri tiegħu f'talba bil-miktub jew orali. Għandha tkun meħtieġa maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti biex tittieħed id-deċizjoni li tiġi applikata l-proċedura ta' kunfidenzjalità f'każ bħal dan.

 

3.  Ladarba l-president tal-kumitat ikun iddikkjara li l-proċedura ta' kunfidenzjalità hija applikata, l-aċċess għal-laqgħa għandu jingħata biss lill-membri tal-kumitat u lill-uffiċjali u l-esperti li jkunu ġew nominati minn qabel mill-president u li l-preżenza tagħhom tkun assolutament meħtieġa.

 

Id-dokumenti għandhom jitqassmu fil-bidu tal-laqgħa u jerġgħu jinġabru fl-aħħar. Huma għandhom ikunu nnumerati. Ma jistgħux jittieħdu noti jew fotokopji.

 

Id-diskussjoni dwar punt trattat skont il-proċedura ta' kunfidenzjalità m'għandhiex tissemma fil-minuti tal-laqgħa. Id-deċiżjoni rilevanti biss, jekk tittieħed, tista' titniżżel.

 

4.  Tliet membri ta' kumitat li jkun applika l-proċedura kunfidenzjali jistgħu jagħmlu talba biex jiġi eżaminat ksur ta' kunfidenzjalità. Din it-talba tista' titqiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-kumitat. B'maġġoranza tal-membri tiegħu, il-kumitat jista' jiddeċiedi li jressaq il-kwistjoni quddiem ll-President għal eżami ulterjori skont l-Artikoli 11 u 166.

Justification

Annex VII on confidential and sensitive information, which currently includes the IIAs and a decision by Parliament could be restructured completely. The legal substance of chapter A of this annex, which relates to the "confidential procedure" is kept and included with adaptations into the body of the rules as a new Rule 210 a. This provision (in reference to Annex VII (1)b) is legally misleading and in contradiction with the definition of "confidential information" under the Bureau decision of 15 April 2013 concerning the rules governing the treatment of confidential information by the European Parliament as well as with the relevant IIAs.This rule (in reference to Annex VII (1)b) is legally misleading and incorrect. The said committee has nothing to do with matters of confidential treatment of classified or other confidential information.The new wording establishes (for Rule 210a (1)) a clear link to Parliament's obligations under the relevant IIAs or any other legally binding commitments relating to the confidential treatment of classified or other confidential information.(in refrence to Rule 210a (4)) Alignment with Rules 11 and 166 according to which only the President is entitled to impose sanctions in case of a breach of confidentiality by a Member.

Emenda    237

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 211

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 211

Artikolu 211

Seduti ta' smigħ pubbliku dwar inizjattivi taċ-ċittadini

Seduti ta' smigħ pubbliku dwar inizjattivi taċ-ċittadini

1.  Meta l-Kummissjoni tkun ippubblikat inizjattiva taċ-ċittadini fir-reġistru rilevanti skont l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 211/20111 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini, il-President tal-Parlament, fuq talba mill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati:

1.   Meta l-Kummissjoni tkun ippubblikat inizjattiva taċ-ċittadini fir-reġistru rilevanti skont l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 211/20111 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini, il-President tal-Parlament, fuq talba mill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati:

(a)  għandu jagħti l-kompitu lill-kumitat leġislattiv responsabbli mis-suġġett skont l-Anness VI biex jorganizza s-smigħ pubbliku stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011; il-Kumitat responsabbli għall-petizzjonijiet għandu jkun awtomatikament assoċjat mal-kumitat leġislattiv skont l-Artikolu 54 ta' dawn ir-Regoli;

(a)  għandu jagħti l-kompitu lill-kumitat responsabbli mis-suġġett skont l-Anness VI biex jorganizza s-smigħ pubbliku stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011; il-Kumitat responsabbli għall-petizzjonijiet għandu jkun awtomatikament assoċjat skont l-Artikolu 54 ta' dawn ir-Regoli;

(b)   jista', fejn żewġ inizjattivi taċ-ċittadini jew aktar, ippubblikati fir-reġistru rilevanti skont l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, ikollhom suġġett simili, jiddeċiedi, wara li jikkonsulta lill-organizzaturi, li jiġi organizzat smigħ pubbliku konġunt fejn jiġu indirizzati l-inizjattivi taċ-ċittadini kollha fuq l-istess livell.

(b)   jista', fejn żewġ inizjattivi taċ-ċittadini jew aktar, ippubblikati fir-reġistru rilevanti skont l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, ikollhom suġġett simili, jiddeċiedi, wara li jikkonsulta lill-organizzaturi, li jiġi organizzat smigħ pubbliku konġunt fejn jiġu indirizzati l-inizjattivi taċ-ċittadini kollha fuq l-istess livell.

2.   Il-kumitat responsabbli:

2.   Il-kumitat responsabbli:

(a)   għandu jiżgura li l-Kummissjoni tirċievi lill-organizzaturi fil-livell xieraq skont l-Artikolu 10(1)(b), tar-Regolament (UE) Nru 211/2011;

(a)   għandu jiżgura li l-Kummissjoni tirċievi lill-organizzaturi fil-livell xieraq skont l-Artikolu 10(1)(b), tar-Regolament (UE) Nru 211/2011;

(b)   għandu jiżgura, jekk ikun hemm bżonn bl-appoġġ tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, li l-Kummissjoni tipparteċipa kif xieraq fl-organizzazzjoni tas-smigħ pubbliku u li, f'din l-okkażjoni, tkun rappreżentata fil-livell xieraq.

(b)   għandu jiżgura, jekk ikun hemm bżonn bl-appoġġ tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, li l-Kummissjoni tipparteċipa kif xieraq fl-organizzazzjoni tas-smigħ pubbliku u li, f'din l-okkażjoni, tkun rappreżentata fil-livell xieraq.

3.   Il-President tal-kumitat responsabbli għandu jagħżel id-data għas-smigħ pubbliku fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tal-inizjattiva lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011.

3.   Il-president tal-kumitat responsabbli għandu jagħżel id-data għas-smigħ pubbliku fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tal-inizjattiva lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011.

4.   Il-kumitat responsabbli għandu jorganizza s-smigħ pubbliku fil-Parlament, jekk ikun il-każ flimkien mal-istituzzjonijiet u l-entitajiet l-oħrajn tal-Unjoni f'każ li juru x-xewqa li jipparteċipaw. Jista' jistieden lil partijiet interessati oħrajn biex jattendu.

4.   Il-kumitat responsabbli għandu jorganizza s-smigħ pubbliku fil-Parlament, jekk ikun il-każ flimkien mal-istituzzjonijiet u l-entitajiet l-oħrajn tal-Unjoni f'każ li juru x-xewqa li jipparteċipaw. Jista' jistieden lil partijiet interessati oħrajn biex jattendu.

Il-kumitat responsabbli għandu jistieden lil grupp rappreżentattiv tal-organizzaturi, inkluż tal-inqas waħda mill-persuni ta' kuntatt imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu3 (2) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, biex tippreżenta l-inizjattiva fis-seduta ta' smigħ.

Il-kumitat responsabbli għandu jistieden lil grupp rappreżentattiv tal-organizzaturi, inkluż tal-inqas waħda mill-persuni ta' kuntatt imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu3 (2) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, biex jippreżenta l-inizjattiva fis-seduta ta' smigħ.

5.   Il-Bureau għandu, skont l-arranġamenti maqbulha mal-Kummissjoni, jadotta regoli dwar ir-rimborż ta' spejjeż imġarrba.

5.   Il-Bureau għandu, skont l-arranġamenti maqbulha mal-Kummissjoni, jadotta regoli dwar ir-rimborż ta' spejjeż imġarrba.

6.   Il-President tal-Parlament u l-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati jista' jiddelega s-setgħat tagħhom fil-qafas ta' dan l-Artikolu lil Viċi President jew president ieħor tal-kumitat rispettivament;

6.   Il-President tal-Parlament u l-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati jista' jiddelega s-setgħat tagħhom fil-qafas ta' dan l-Artikolu lil Viċi President jew president ieħor tal-kumitat rispettivament;

7.  Jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 54 jew fl-Artikolu 55, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll mutatis mutandis għal kumitati oħrajn. L-Artikolu 201 għandu japplika wkoll.

7.  Jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 54 jew fl-Artikolu 55, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll mutatis mutandis għal kumitati oħrajn. L-Artikoli 201u 201a għandhom japplikaw ukoll.

L-Artikolu 25(9) ma għandux japplika għas-seduti ta' smigħ pubbliku dwar inizjattivi taċ-ċittadini.

L-Artikolu 25(9) ma għandux japplika għas-seduti ta' smigħ pubbliku dwar inizjattivi taċ-ċittadini.

 

7a.  Fil-każ li l-Kummissjoni tonqos milli tressaq proposta għal att legali dwar inizjattiva taċ-ċittadini li tkun tressqet lilha b'suċċess skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 fi żmien perjodu ta' tnax-il xahar wara li tkun ħarġet opinjoni pożittiva dwarha u spjegat f'komunikazzjoni l-azzjoni li għandha l-ħsieb li tieħu, il-kumitat responsabbli jista' jorganizza seduta ta' smigħ b'konsultazzjoni mal-organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini u jekk ikun meħtieġ jattiva l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46 bil-ħsieb li jeżerċita d-dritt tal-Parlament li jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta xierqa.

Ġustifikazzjoni

Fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-espressjoni "leġislattiv" hija pjuttost mhux tas-soltu. L-istess kumitat jissemma bħala l-"kumitat responsabbli" fil-paragrafi ta' wara.

Iż-żieda tal-paragrafu 7a (ġdid) toħroġ mill-§32 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tat-28 ta' Ottbru 2015 (ir-Rapport Schöpflin), li talbet ukoll lill-Parlament jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu f'dan ir-rigward.

Emenda    238

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 212

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 212

Artikolu 212

Twaqqif u dmirijiet ta' delegazzjonijiet interparlamentari

Twaqqif u dmirijiet ta' delegazzjonijiet interparlamentari

1.  Fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament għandu jwaqqaf delegazzjonijiet interparlamentari permanenti u, filwaqt li jqis id-dmirijiet tagħhom, jiddeċiedi dwar in-natura tagħhom u dwar in-numru ta' membri li jiffurmawhom. Il-membri għandhom ikunu eletti matul fl-ewwel jew fit-tieni sessjoni parzjali wara li l-Parlament jerġa' jiġi elett u l-elezzjoni tagħhom tkun tgħodd għal-leġislatura sħiħa.

1.  Fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament għandu jwaqqaf delegazzjonijiet interparlamentari permanenti u, filwaqt li jqis id-dmirijiet tagħhom, jiddeċiedi dwar in-natura tagħhom u dwar in-numru ta' membri li jiffurmawhom. Il-membri għandhom jinħatru mill-gruppi politiċi u mill-Membri mhux affiljati matul l-ewwel jew it-tieni sessjoni parzjali wara li l-Parlament jerġa' jiġi elett u l-elezzjoni tagħhom tkun tgħodd għal-leġislatura sħiħa.

2.  Membri tad-delegazzjonijiet għandhom ikunu eletti wara li jiġu ppreżentati nominazzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti mill-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tippreżenta lill-Parlament proposti maħsuba sabiex jiżguraw li jkun hemm, sa fejn ikun possibbli, rappreżentazzjoni ġusta ta' l-Istati Membri u ta' fehmiet politiċi. L-Artikolu 199(2), (3), (5) u (6) għandu japplika.

2.  Il-gruppi politiċi għandhom jiżguraw sa fejn hu possibbli li l-Istati Membri, il-fehmiet politiċi u l-ġeneri huma rrappreżentati b'mod ġust. Ma għandux ikun possibbli li aktar minn terz tal-membri ta' delegazzjoni jkollhom l-istess nazzjonalità. L-Artikolu 199 għandu japplika mutatis mutandis.

3.   Il-Bureaux tad-delegazzjonijiet għandhom jitwaqqfu skond il-proċedura stabbilita għall-kumitati permanenti skond l-Artikolu 204.

3.   Il-bureaux tad-delegazzjonijiet għandhom jitwaqqfu skont il-proċedura stabbilita għall-kumitati permanenti skont l-Artikolu 204.

4.   Il-Parlament għandu jistabbilixxi s-setgħat ġenerali tad-delegazzjonijiet individwali. Huwa jista' f'kull ħin jiddeċiedi li jżid jew inaqqas dawn is-setgħat.

4.   Il-Parlament għandu jistabbilixxi s-setgħat ġenerali tad-delegazzjonijiet individwali. Huwa jista' f'kull ħin jiddeċiedi li jżid jew inaqqas dawn is-setgħat.

5.   Id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni meħtieġa sabiex id-delegazzjonijiet ikunu jistgħu iwettqu xogħolhom għandhom ikunu adottati mill-Konferenza tal-Presidenti fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet.

5.   Id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni meħtieġa sabiex id-delegazzjonijiet ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom għandhom ikunu adottati mill-Konferenza tal-Presidenti fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet.

6.  Il-president ta' delegazzjoni għandu jippreżenta rapport dwar l-attivitajiet tad-delegazzjoni lill-kumitat responsabbli mill-affarijiet barranin u s-sigurtà.

6.  Il-president ta' delegazzjoni għandu jirrapporta lura b'mod regolari dwar l-attivitajiet tad-delegazzjoni lill-kumitat responsabbli mill-affarijiet barranin.

7.   Il-president ta' delegazzjoni għandha tingħatalu l-opportunità li jinstema' minn kumitat meta fl-aġenda jkun hemm xi punt li jkollu x'jaqsam mal-qasam ta' responsabilità tad-delegazzjoni. L-istess għandu jgħodd f'laqgħat ta' xi delegazzjoni għall-president jew għar-rapporteur ta' dak il-kumitat.

7.   Il-president ta' delegazzjoni għandha tingħatalu l-opportunità li jinstema' minn kumitat meta fl-aġenda jkun hemm xi punt li jkollu x'jaqsam mal-qasam ta' responsabilità tad-delegazzjoni. L-istess għandu jgħodd f'laqgħat ta' xi delegazzjoni għall-president jew għar-rapporteur ta' dak il-kumitat.

Ġustifikazzjoni

It-test tal-paragrafu 1 huwa mibdul skont l-Artikolu 199 modifikat.

Il-modifika tal-paragrafu 2 tidħol fis-seħħ biss mill-2019. Għalissa l-biċċa l-kbira tal-presidenti tad-delegazzjonijiet huma membri tal-kumitat tal-AFET, tal-INTA jew tad-DEVE. Din hija tendenza tajba li għandha tinżamm fil-prinċipju, peress li tinkoraġġixxi l-koerenza fil-pożizzjonijiet tal-Parlament.

Fil-paragrafu 6 hemm korrezzjoni tat-titolu tal-Kumitat AFET u kjarifika li r-rapportar mhuwiex assimilat mal-preżentazzjoni tar-rapporti tal-attività.

Emenda    239

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 213

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 213

Artikolu 214a

Koperazzjoni ma' l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa

Koperazzjoni mal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

1.   Il-korpi tal-Parlament, b'mod partikulari l-kumitati, għandhom jikkoperaw f'oqsma ta' interess komuni mal-korpi korrispondenti fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa bil-għan, partikulari li jtejbu l-effiċjenza f'xogħolhom u jevitaw d-duplikazzjoni ta' l-isforzi tagħhom.

1.   Il-korpi tal-Parlament, b'mod partikulari l-kumitati, għandhom jikkoperaw f'oqsma ta' interess komuni mal-korpi korrispondenti fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa bil-għan, partikulari li jtejbu l-effiċjenza f'xogħolhom u jevitaw id-duplikazzjoni tal-isforzi tagħhom.

2.  Il-Konferenza tal-Presidenti, bi qbil ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa, għandha tiddeċiedi dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożsizzjonijiet.

2.  Il-Konferenza tal-Presidenti, bi qbil mal-awtoritajiet kompetenti tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, għandha tiddeċiedi dwar l-arranġamenti għal dik il-kooperazzjoni.

 

(Dan l-Artikolu kif emendat għandu jitmexxa biex jiġi wara l-Artikolu 214.)

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu se jiġi trasferit fl-aħħar tal-Kapitolu, peress li jikkonċerna tip speċifiku ta' kooperazzjoni.

Emenda    240

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 214

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 214

Artikolu 214

Kumitati parlamentari konġunti

Kumitati parlamentari konġunti

1.   Il-Parlament Ewropew jista' jwaqqaf kumitati parlamentari konġunti mal-parlamenti ta' Stati assoċjati mal- Unjoni jew ta' Stati li magħhom ikunu bdew negozjati għall-adeżjoni.

1.   Il-Parlament Ewropew jista' jwaqqaf kumitati parlamentari konġunti mal-parlamenti ta' Stati assoċjati mal-Unjoni jew ta' Stati li magħhom ikunu bdew negozjati għall-adeżjoni.

Dawn il-kumitati jistgħu jħejju rakkomandazzjonijiet għall-Parlamenti involuti. Fil-każ tal-Parlament Ewropew, dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jitpoġġew quddiem il-kumitat responsabbli, li għandu jressaq proposti dwar x'azzjoni għandha tittieħed.

Dawn il-kumitati jistgħu jħejju rakkomandazzjonijiet għall-Parlamenti involuti. Fil-każ tal-Parlament Ewropew, dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jitpoġġew quddiem il-kumitat responsabbli, li għandu jressaq proposti dwar x'azzjoni għandha tittieħed.

2.  Ir-responsabilitajiet ġenerali tad-diversi kumitati parlamentari konġunti għandhom jiġu stabbiliti mill-Parlament Ewropew u skond il-ftehima mal-pajjiżi terzi.

2.  Ir-responsabilitajiet ġenerali tad-diversi kumitati parlamentari konġunti għandhom jiġu stabbiliti mill-Parlament Ewropew, b'konformità mal-ftehimiet mal-pajjiżi terzi.

3.   Kumitati parlamentari konġunti għandhom ikunu regolati mill-proċeduri stipulati fil-ftehima kkonċernata. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju ta' ugwaljanza bejn id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew u d-delegazzjoni tal-parlament involut.

3.   Il-kumitati parlamentari konġunti għandhom ikunu regolati mill-proċeduri stipulati fil-ftehim rilevanti. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju ta' ugwaljanza bejn id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew u d-delegazzjoni tal-parlament involut.

4.  Kumitati parlamentari konġunti għandhom iħejju r-regoli ta' proċedura tagħhom u jippreżentawhom għall-approvazzjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew u tal-Parlament involut.

4.  Il-kumitati parlamentari konġunti għandhom iħejju r-regoli ta' proċedura tagħhom stess u jippreżentawhom għall-approvazzjoni, fi ħdan il-Parlament Ewropew lill-Bureau tiegħu, u fi ħdan il-parlament involut tal-pajjiż terz lill-korp rilevanti ta' dan tal-aħħar.

5.   L-elezzjoni tal-membri ta' delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew għal kumitati parlamentari konġunti u l-kompożizzjoni tal-Bureau ta' dawn id-delegazzjonijiet għandhom ikunu skond il-proċedura stabbilita għal delegazzjonijiet interparlamentari.

5.   L-elezzjoni tal-membri ta' delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew għal kumitati parlamentari konġunti u l-kompożizzjoni tal-bureau ta' dawn id-delegazzjonijiet għandhom ikunu skont il-proċedura stabbilita għal delegazzjonijiet interparlamentari.

Ġustifikazzjoni

L-"approvazzjoni tal-bureaux" hija speċifika wisq bħal fil-każ tal-Assembleji tal-pajjiżi terzi, u huwa f'idejhom li jagħżlu l-awtorità responsabbli biex tapprova r-regoli ta' proċedura ta' tali kumitati parlamentari konġunti.

Emenda    241

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 215

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 215

Artikolu 215

Dritt ta' Petizzjoni

Dritt ta' Petizzjoni

1.  Kull ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea u kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun residenti jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru għandhom id-dritt li jindirizzaw, b'mod individwali jew flimkien ma' ċittadini jew persuni oħrajn, petizzjoni lill-Parlament dwar xi kwistjoni li tkun taqa' fl-oqsma ta' attività ta' l-Unjoni Ewropea u li tkun taffettwahom direttament.

1.  B'konformità mal-Artikolu 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea u kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun residenti jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru għandhom id-dritt li jindirizzaw, b'mod individwali jew flimkien ma' ċittadini jew persuni oħrajn, petizzjoni lill-Parlament dwar xi kwistjoni li tkun taqa' fl-oqsma ta' attività tal-Unjoni Ewropea u li tkun taffettwahom direttament.

2.  Petizzjonijiet lill-Parlament għandhom juru l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz permamenti ta' kull wieħed minn dawk li jkunu qed jagħmlu l-petizzjoni.

2.  Il-petizzjonijiet lill-Parlament għandhom juru l-isem u l-indirizz permamenti ta' kull wieħed minn dawk li jkunu qed jagħmlu l-petizzjoni.

.

2a.  Sottomissjonijiet lill-Parlament li juru biċ-ċar li mhumiex intenzjonati li jkunu petizzjoni ma għandhomx jiġu reġistrati bħala petizzjonijiet; minflok, għandhom jiġu mgħoddija mingħajr dewmien lis-servizz xieraq biex jiġu ttrattati ulterjorment.

3. Meta petizzjoni tkun iffirmata minn bosta persuni fiżiċi jew ġuridiċi, il-firmatarji għandhom jaħtru rappreżentant u viċi rappreżentanti li għandhom jitqiesu bħala l-petizzjonanti għall-finijiet ta' dan it-Titolu.

3. Meta petizzjoni tkun iffirmata minn bosta persuni fiżiċi jew ġuridiċi, il-firmatarji għandhom jaħtru rappreżentant u viċi rappreżentanti li għandhom jitqiesu bħala l-petizzjonanti għall-finijiet ta' dan it-Titolu.

Meta ma tkun saret l-ebda nominazzjoni bħal din, l-ewwel firmatarju jew persuna oħra xierqa għandhom jitqiesu bħala l-petizzjonanti.

Meta ma tkun saret l-ebda nominazzjoni bħal din, l-ewwel firmatarju jew persuna oħra xierqa għandhom jitqiesu bħala l-petizzjonanti.

4.   Kull petizzjonant jista' fi kwalunkwe żmien jirtira l-appoġġ tiegħu għall-petizzjoni.

4.   Kull petizzjonant jista' fi kwalunkwe żmien jirtira l-firma tiegħu mill-petizzjoni.

Wara l-irtirar tal-appoġġ mill-petizzjonanti kollha l-petizzjoni għandha ssir nulla u bla effett.

Jekk il-petizzjonanti kollha jirtiraw il-firma tagħhom, il-petizzjoni għandha ssir nulla u bla effett.

5.   Il-petizzjonijiet għandhom ikunu miktuba b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.   Il-petizzjonijiet għandhom ikunu miktuba b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Petizzjonijiet miktuba b'xi lingwa oħra jkunu kkunsidrati biss jekk min jagħmel il-petizzjoni jkun hemeż traduzzjoni f'xi waħda mil-lingwi uffiċjali. Il-korrispondenza tal-Parlament ma' min jagħmel il-petizzjoni għandha tkun bil-lingwa uffiċjali li biha tkun miktuba t-traduzzjoni.

Petizzjonijiet miktuba b'xi lingwa oħra jkunu kkunsidrati biss jekk min jagħmel il-petizzjoni jkun hemeż traduzzjoni f'xi waħda mil-lingwi uffiċjali. Il-korrispondenza tal-Parlament ma' min jagħmel il-petizzjoni għandha tkun bil-lingwa uffiċjali li biha tkun miktuba t-traduzzjoni.

Il-Bureau jista' jiddeċiedi li l-petizzjonijiet u l-korrispondenza mal-petizzjonanti jistgħu jkunu abbozzati b'lingwi oħra li huma użati f' xi Stat Membru.

Il-Bureau jista' jiddeċiedi li l-petizzjonijiet u l-korrispondenza mal-petizzjonanti jistgħu jkunu abbozzati b'lingwi oħra li, skont l-ordni kostituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, igawdu minn status uffiċjali fit-territorju tiegħu kollu jew f'parti minnu.

 

5a.   Il-petizzjonijiet jistgħu jitressqu jew bil-posta jew permezz tal-portal tal-Petizzjonijiet li għandu jsir disponibbli fuq is-sit web tal-Parlament u li għandu jiggwida lill-petizzjonant biex jifformula l-petizzjoni b'tali mod li jkun konformi mal-paragrafi 1 u 2.

 

5b.  Meta jintlaqgħu ħafna petizzjonijiet dwar suġġett simili, dawn jistgħu jiġu ttrattati b'mod konġunt.

6.   Petizzjonijiet għandhom jiddaħħlu f'reġistru fl-ordni li fih jiġu rċevuti jekk ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2; dawk li ma jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet għandhom jiġu arkivjati, u min għamel il-petizzjoni għandu jingħata r-raġunijiet għal dan.

6.   Petizzjonijiet għandhom jiddaħħlu f'reġistru fl-ordni li fih jiġu rċevuti jekk ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2; dawk li ma jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet għandhom jiġu arkivjati, u min għamel il-petizzjoni għandu jingħata r-raġunijiet għal dan.

7.   Petizzjonijiet li jiddaħħlu fir-reġistru għandhom jitressqu mill-President quddiem il-kumitat responsabbli li għandu l-ewwel jistabbilixxi jekk il-petizzjoni tkunx ammissibbli jew le skont l-Artikolu 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

7.   Petizzjonijiet li jiddaħħlu fir-reġistru għandhom jitressqu mill-President quddiem il-kumitat responsabbli li għandu l-ewwel jistabbilixxi jekk il-petizzjoni tkunx ammissibbli skont l-Artikolu 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Jekk il-kumitat responsabbli ma jilħaqx konsensus dwar l-ammissibilità tal-petizzjoni, din għandha tiġi ddikjarata ammissibbli jekk kemm-il darba jkun hemm talba f'das-sens minn mhux anqas minn kwart tal-membri tal-kumitat.

Jekk il-kumitat responsabbli ma jilħaqx konsensus dwar l-ammissibilità tal-petizzjoni, din għandha tiġi ddikjarata ammissibbli jekk kemm-il darba jkun hemm talba f'das-sens minn mhux anqas minn terz tal-membri tal-kumitat.

8.   Petizzjonijiet dikjarati inammissibbli mill-kumitat għandhom jiġu arkivjati; il-petizzjonant għandu jkun mgħarraf bid-deċiżjoni u bir-raġunijiet li wasslu għaliha. Meta jkun possibbli, jistgħu jiġu rrakkomandati mezzi ta' riparazzjoni alternattivi.

8.   Petizzjonijiet dikjarati inammissibbli mill-kumitat għandhom jiġu arkivjati; il-petizzjonant għandu jkun mgħarraf bid-deċiżjoni u bir-raġunijiet li wasslu għaliha. Meta jkun possibbli, jistgħu jiġu rrakkomandati mezzi ta' riparazzjoni alternattivi.

9.  Il-petizzjonijiet, ladarba jiddaħħlu fir-reġistru, għandhom bħala regola ġenerali jsiru dokumenti pubbliċi, u l-isem tal-petizzjonant kif ukoll il-kontenut tal-petizzjoni jistgħu jiġu ppubblikati mill-Parlament għal raġunijiet ta' trasparenza.

9.  Il-petizzjonijiet, ladarba jiddaħħlu fir-reġistru, għandhom isiru dokumenti pubbliċi, u l-isem tal-petizzjonant, tal-kopetizzjonanti possibbli u tas-sostenitur possibbli kif ukoll il-kontenut tal-petizzjoni jistgħu jiġu ppubblikati mill-Parlament għal raġunijiet ta' trasparenza. Il-petizzjonant, il-kopetizzjonanti u s-sostenituri għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan.

10.   Minkejja d-dispożizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 9 hawn fuq, il-petizzjonant jista' jitlob li ismu ma jidhirx sabiex tkun imħarsa l-privatezza tiegħu, f'liema każ il-Parlament għandu jilqa' it-talba.

10.   Minkejja l-paragrafu 9 hawn fuq, petizzjonant, kopetizzjonant jew sostenitur jista' jitlob li ismu ma jidhirx sabiex titħares il-privatezza tiegħu, f'liema każ il-Parlament għandu jilqa' it-talba.

Meta l-ilment tal-petizzjonant ma jkunx jista' jiġi investigat għal raġunijiet ta' anonomità, il-petizzjonant għandu jiġi kkonsultat rigward x'passi oħra jridu jkomplu jittieħdu.

Meta l-ilment tal-petizzjonant ma jkunx jista' jiġi investigat għal raġunijiet ta' anonomità, il-petizzjonant għandu jiġi kkonsultat rigward x'passi oħra jridu jkomplu jittieħdu.

 

10a.  Bl-għan li jipproteġi d-drittijiet ta' partijiet terzi, il-Parlament jista', fuq mozzjoni tiegħu stess jew fuq talba mill-parti terza kkonċernata, janonimizza petizzjoni u/jew data oħra li tkun tinsab fiha, jekk jara li jkun xieraq li jagħmel hekk.

11.   Il-petizzjonant jista' jitlob li l-petizzjoni tiegħu (jew tagħha) tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali, f'liema każ għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet xierqa mill-Parlament biex jiġi żgurat illi l-kontenut ma jsirx pubbliku. Il-petizzjonant għandu jiġi mgħarraf taħt liema kundizzjonijiet preċiżi għandha tapplika din id-dispożizzjoni.

 

12.   Meta l-kumitat iqis li jkun il-każ, dan jista' jirreferi l-kwistjoni lill-Ombudsman.

 

13.   Petizzjonijiet indirizzati lill-Parlament minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li la jkunu ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u lanqas jkunu residenti fi Stat Membru, u lanqas ma jkollhom l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru, għandhom ikunu reġistrati u arkivjati separatament. Kull xahar, il-President għandu jibgħat rendikont ta' petizzjonijiet bħal dawn li jkunu waslu matul ix-xahar ta' qabel, liema rendikont għandu jindika s-suġġett ta' dawn il-petizzjonijiet, lill-kumitat responsabbli għall-petizzjonijiet li jista' jitlob li jingħata dawk li jkun jixtieq jeżamina.

13.   Petizzjonijiet indirizzati lill-Parlament minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li la jkunu ċittadini tal-Unjoni Ewropea u lanqas ikunu residenti fi Stat Membru, u lanqas ma jkollhom l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru, għandhom ikunu reġistrati u arkivjati separatament. Kull xahar, il-President għandu jibgħat rendikont ta' petizzjonijiet bħal dawn li jkunu waslu matul ix-xahar ta' qabel, liema rendikont għandu jindika s-suġġett ta' dawn il-petizzjonijiet, lill-kumitat responsabbli għall-petizzjonijiet li jista' jitlob li jingħata dawk li jkun jixtieq jeżamina.

Justification

Concerning paragraph 2, the requirement to indicate both nationality and a permanent address is unnecessary, since the Treaty only requires the petitioner to be either citizen or a resident in the EU. The requirement to indicate nationality creates a lot of practical problems since petitioners are not often aware of the requirement.

For paragraph 2a (new), submissions addressed to the President of the Parliament or just Parliament should not be automatically registered as petitions. To be considered as a petitioner, the person has to show a clear intent to petition. Other submissions than petitions need to be treated in an appropriate way by the responsible services. An intention is expressed, if the submission is addressed to the Committee on Petitions or its Chair, or the submission states that it is a petition.

In subparagraph 5, paragraph 3, the verb "used" is quite vague. For instance, Article 55(2) TEU refers more specifically to languages "which, in accordance with [the Member States] constitutional order, enjoy official status in all or part of their territory".

In paragraph 9, the first addition clarifies the existing uncertainty about the "legal status" of the names of co-petitioners and supporters in the light of data protection rules.The duty to inform the petitioners and possible co-petitioners and supporters about the public nature of the petition avoids misunderstandings and subsequent administrative problems. In legal terms, it can become relevant in the context of data protection legislation.Finally, the term “as a general rule” is deleted to the extent that the confidential procedure under paragraph 11 is abolished.

Concerning paragraph 10a (new), proposal with a view to remedying frequent practical problems in that field (defamation of third parties in the petition, disclosure of sensitive personal data of third parties who have not given their consent etc.)

For paragraph 11, this procedure is not in line with Parliament's transparency obligations under Regulation 1049/2001. Against the background of these obligations, Parliament is legally not in a position to guarantee the confidentiality which is promised to the petitioner under this rule. Indeed, this confidentiality-promise as such is, in legal terms, not sufficient to justify a refusal of access under Regulation 1049. This contradiction could even, in a worst-case scenario, entail problems of liability of Parliament. Without prejudice to the possibility, for the petitioner, to request the anonymisation of his petition under paragraph 10, it is therefore proposed to delete this paragraph.

As regards to paragraph 12, this is a misunderstanding in the existing RoP: the Ombudsman cannot start acting on a case without a complaint addressed to it.

Emenda    242

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 216

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 216

Artikolu 216

Eżami ta' Petizzjonijiet

Eżami ta' Petizzjonijiet

1.   Il-petizzjonijiet ammissibbli għandhom jiġu kkunsidrati mill-kumitat responsabbli waqt l-attività normali tiegħu, permezz ta' diskussjoni waqt laqgħa regolari jew permezz ta' proċedura bil-miktub. Il-petizzjonanti jistgħu jiġu mistiedna sabiex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-kumitat jekk tkun se tiġi diskussa l-petizzjoni tagħhom, jew inkella jistgħu jitolbu huma biex ikunu preżenti. Id-dritt tal-kelma għandu jingħata lill-petizzjonanti skont id-diskrezzjoni tal-president tal-kumitat.

1.   Il-petizzjonijiet ammissibbli għandhom jiġu kkunsidrati mill-kumitat responsabbli waqt l-attività normali tiegħu, permezz ta' diskussjoni waqt laqgħa regolari jew permezz ta' proċedura bil-miktub. Il-petizzjonanti jistgħu jiġu mistiedna sabiex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-kumitat jekk tkun se tiġi diskussa l-petizzjoni tagħhom, jew inkella jistgħu jitolbu huma biex ikunu preżenti. Id-dritt tal-kelma għandu jingħata lill-petizzjonanti skont id-diskrezzjoni tal-president tal-kumitat.

2.   Il-kumitat jista', għal dak li għandu x'jaqsam ma' petizzjoni ammissibbli, jiddeċiedi li jfassal rapport fuq inizjattiva proprja skont l-Artikolu 52(1) jew li jippreżenta mozzjoni qasira għal riżoluzzjoni lill-Parlament, kemm-il darba ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti. Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni bħal dawn għandhom jitqiegħdu fl-abbozz tal-aġenda tas-sessjoni parzjali li ssir mhux aktar tard minn tmien ġimgħat wara li jkunu ġew adottati fil-kumitat. Għandha ssir votazzjoni waħdanija għalihom u għandhom ikunu wkoll mingħajr dibattitu ħlief jekk il-Konferenza tal-Presidenti ma tiddeċidix b'mod eċċezzjonali li tapplika l-Artikolu 151.

2.  Il-kumitat jista', għal dak li għandu x'jaqsam ma' petizzjoni ammissibbli, jiddeċiedi li jippreżenta mozzjoni għal riżoluzzjoni qasira lill-Parlament, kemm-il darba l-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tkun mgħarrfa minn qabel u ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti. Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni bħal dawn għandhom jitqiegħdu fl-abbozz tal-aġenda tas-sessjoni parzjali li ssir mhux aktar tard minn tmien ġimgħat wara li jkunu ġew adottati fil-kumitat. Għandha ssir votazzjoni waħdanija għalihom. Il-Konferenza tal-Presidenti tista' tipproponi li tapplika l-Artikolu 151, u fin-nuqqas ta' dan għandhom jiġu adottati mingħajr dibattitu.

Il-kumitat jista' jitlob opinjonijiet mingħand kumitati oħra li għandhom responsabilità speċifika għall-kwistjoni li tkun qed tiġi meqjusa skond l-Artikolu 53 u l-Anness VI.

 

3.  Meta r-rapport jittratta, b'mod partikolari, l-applikazjoni jew l-interpretazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, jew xi tibdil propost għal-liġi eżistenti, il-kumitat responsabbli għas-suġġett għandu jiġi assoċjat skont l-Artikolu 53(1) u l-ewwel u t-tieni inċiżi tal-Artikolu 54. Il-kumitat responsabbli għandu jaċċetta mingħajr votazzjoni suġġerimenti għal partijiet tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni li jaslu mingħand il-kumitat responsabbli għas-suġġett u li jittrattaw l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni tal-liġi tal-Unjoni jew xi tibdil għal-liġi eżistenti. Jekk il-kumitat responsabbli ma jaċċettax dawn is-suġġerimenti, il-kumitat assoċjat jista' jqiegħdhom direttament fuq il-Mejda fil-plenarja.

3.  Meta l-kumitat ikollu l-ħsieb li jfassal rapport fuq inizjattiva proprja skont l-Artikolu 52(1) fir-rigward ta' petizzjoni ammissibbli u li tkun tittratta, b'mod partikolari, l-applikazjoni jew l-interpretazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, jew xi tibdil propost għal-liġi eżistenti, il-kumitat responsabbli għas-suġġett għandu jiġi assoċjat skont l-Artikolu 53 u l-Artikolu 54. Il-kumitat responsabbli għandu jaċċetta mingħajr votazzjoni suġġerimenti għal partijiet tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni li jaslu mingħand il-kumitat responsabbli għas-suġġett u li jittrattaw l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni tal-liġi tal-Unjoni jew xi tibdil għal-liġi eżistenti. Jekk il-kumitat responsabbli ma jaċċettax dawn is-suġġerimenti, il-kumitat assoċjat jista' jqegħidhom direttament fuq il-Mejda fil-plenarja.

4.  Għandu jitwaqqaf reġistru elettroniku li fih iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħtu jew jirtiraw l-appoġġ tagħhom lill-petiżżjonant, billi jpoġġu l-firma elettronika tagħhom fuq petizzjonijiet li jkunu ġew dikjarati ammissibbli u li jkunu ddaħħlu fir-reġistru.

4.   Il-firmatarji jkunu jistgħu jagħtu appoġġ jew jirtiraw l-appoġġ tagħhom minn petizzjoni ammissibbli fuq il-Portal tal-Petizzjonijiet li għandu jsir disponibbli fuq is-sit web tal-Parlament.

5.  Meta jkun qed jinvestiga petizzjonijiet, jistabbilixxi fatti jew ifittex soluzzjonijiet il-kumitat jista' jorganizza żjarat sabiex jinstabu l-fatti fl-Istat Membru jew fir-reġjun konċernat mill-petizzjoni.

 

Ir-rapporti dwar iż-żjarat għandhom jiġu abbozzati minn min jieħu sehem fihom. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu mgħoddija lill-President wara l-approvazzjoni tal-kumitat.

 

Żjarat għall-ġbir tal-fatti u r-rapporti dwar dawk iż-żjarat huma mmirati biss biex jipprovdu lill-Kumitat bit-tagħrif mitlub sabiex ikun jista' jqis il-petizzjoni b'mod ulterjuri. Tali rapporti huma abbozzati taħt ir-responsabbiltà esklussiva tal-parteċipanti fiż-żjara, li għandhom ifittxu li jilħqu konsensus. Jekk dan ma jintlaħaqax, ir-rapport għandu jistabbilixxi s-sejbiet diverġenti tal-fatti jew tal-valutazzjonijiet. Ir-rapport jiġi sottomess lill-Kumitat għall-approvazzjoni tiegħu permezz ta' vot wieħed, sakemm il-President ma jiddikjarax, fejn xieraq, li l-emendi jistgħu jitressqu għal partijiet tar-rapport. L-Artikolu 56 ma japplikax għal dawn ir-rapporti, la direttament u lanqas mutatis mutandis. Fil-każ li l-Kumitat ma japprovahomx, ir-rapporti ma għandhomx jiġu mgħoddija lill-President.

 

6.   Il-kumitat jista' jitlob l-għajnuna tal-Kummissjoni, b'mod partikulari permezz ta' tagħrif dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni jew dwar il-konformità magħha, u permezz ta' kull tagħrif jew dokumenti li jkunu relevanti għall-petizzjoni. Għandhom jiġu mistiedna rappreżentanti tal-Kummissjoni biex jattendu l-laqgħat tal-kumitat.

6.   Il-kumitat jista' jitlob l-għajnuna tal-Kummissjoni, b'mod partikulari permezz ta' tagħrif dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni jew dwar il-konformità magħha, u permezz ta' kull tagħrif jew dokumenti li jkunu relevanti għall-petizzjoni. Għandhom jiġu mistiedna rappreżentanti tal-Kummissjoni biex jattendu l-laqgħat tal-kumitat.

7.   Il-kumitat jista' jitlob lill-President biex jgħaddi l-opinjoni jew ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni, lill-Kunsill jew lill-awtorità kkonċernata tal-Istat Membru għal azzjoni jew tweġiba.

7.   Il-kumitat jista' jitlob lill-President biex jgħaddi l-opinjoni jew ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni, lill-Kunsill jew lill-awtorità kkonċernata tal-Istat Membru għal azzjoni jew tweġiba.

8.   Il-kumitat għandu jgħarraf lill-Parlament kull sitt xhur dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tiegħu.

8.   Il-kumitat għandu jirrapporta lill-Parlament kull sena dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tiegħu u, fejn ikun xieraq, dwar il-miżuri meħuda mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni dwar il-petizzjonijiet riferuti lilhom mill-Parlament.

Il-kumitat jista', b'mod partikulari, jgħarraf lill-Parlament bil-miżuri meħuda mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni dwar petizzjonijiet riferuti lilhom mill-Parlament.

 

Il-petizzjonant għandu jiġi mgħarraf bid-deċiżjoni meħuda mill-kumitat u għandu jingħata r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.

 

Meta l-konsiderazzjoni ta' petizzjoni ammissibbli tintemm, din għandha tiġi ddikjarata magħluqa u l-petizzjonant għandu jiġi mgħarraf.

Meta l-konsiderazzjoni ta' petizzjoni ammissibbli tintemm, din għandha tiġi ddikjarata magħluqa b'deċiżjoni tal-kumitat.

 

9a.  Il-petizzjonant għandu jiġi mgħarraf bid-deċiżjonijiet rilevanti kollha meħuda mill-kumitat u għandu jingħata r-raġunijiet għal dawk id-deċiżjonijiet.

 

9b.  Petizzjoni tista' terġa' tinfetaħ b'deċiżjoni tal-kumitat, jekk ikunu nġabu għall-attenzjoni tiegħu fatti ġodda rilevanti relatati mal-petizzjoni u l-petizzjonant jitlob li dan isir.

 

9c.  B'maġġoranza tal-membri tiegħu, il-kumitat għandu jadotta linji gwida għat-trattament tal-petizzjonijiet skont dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

Ġustifikazzjoni

Rigward is-subparagrafu 1 tal-paragrafu 2, il-mozzjoni għal riżoluzzjoni qasira hija karatteristika tal-Kumitat PETI; attwalment l-Artikolu 151 jista' japplika jekk il-Konferenza tal-Presidenti tiddeċiedi li jsir hekk.

Għas-subparagrafu 1 tal-paragrafu 8, fil-prattika, il-PETI jippreżenta, skont l-Artikoli 52 u 216(8), rapport li jitqiegħed għall-votazzjoni u xi drabi jiġi emendat (ara pereżempju P7_TA(2014)0204 u A7–0131/2014). Barra minn hekk, ir-rittmu huwa annwali, mhux "kull sitt xhur".

Emenda    243

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 216a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 216a

 

Żjarat ta' ġbir ta' informazzjoni

 

1.  Meta jkun qed jinvestiga l-petizzjonijiet, jistabbilixxi l-fatti jew ifittex soluzzjonijiet il-kumitat jista' jorganizza żjarat ta' ġbir ta' informazzjoni fl-Istat Membru jew fir-reġjun ikkonċernat mill-petizzjonijiet ammissibbli li jkun diġà sar dibattitu dwarhom fil-kumitat. Bħala regola ġenerali, iż-żjarat ta' ġbir ta' informazzjoni għandhom ikopru kwistjonijiet li jitqajmu f'ħafna petizzjonijiet. Għandhom japplikaw ir-Regoli tal-Bureau li jirregolaw id-delegazzjonijiet tal-kumitati fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

 

2.  Il-Membri eletti fl-Istat Membru destinatarju ma għandhomx ikunu parti mid-delegazzjoni. Huma jistgħu jitħallew jakkumpanjaw id-delegazzjoni taż-żjara ta' ġbir ta' informazzjoni f'kapaċità ex officio.

 

3.  Wara kull żjara, għandu jitfassal rapport dwar il-missjoni mill-membri uffiċjali tad-delegazzjoni. Il-Kap tad-delegazzjoni għandu jikkoordina t-tfassil tar-rapport u għandu jfittex il-kunsens dwar il-kontenut tiegħu fost il-membri uffiċjali fuq livell ekwu. Jekk tali kunsens ma jinstabx, ir-rapport tal-missjoni għandu jispjega l-valutazzjonijiet diverġenti.

 

Il-Membri li jkunu qed jieħdu sehem fid-delegazzjoni ex officio ma għandhomx jipparteċipaw fit-tfassil tar-rapport.

 

4.  Ir-rapport tal-missjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet possibbli, għandu jitressaq lill-kumitat. Il-Membri jistgħu jressqu emendi għar-rakkomandazzjonijiet, iżda mhux għall-partijiet tar-rapport li jirrigwardaw il-fatti stabbiliti mid-delegazzjoni.

 

Il-kumitat għandu l-ewwel jivvota fuq l-emendi għar-rakkomandazzjonijiet, jekk ikun hemm, imbagħad fuq ir-rapport tal-missjoni fis-sħuħija tiegħu.

 

Ir-rapport tal-missjoni, jekk jiġi approvat, għandu jintbagħat lill-President għal raġunijiet ta' informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Għaċ-ċarezza, qed jiġi propost li jkun hemm Artikolu separat dwar iż-żjarat ta' ġbir ta' informazzjoni. (Dik li qabel kienet parti mill-Artikolu 216)

Emenda    244

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 217

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 217

Artikolu 217

Notifika ta' petizzjonijiet

Notifika ta' petizzjonijiet

1.  Għandha ssir notifika fil-Parlament dwar il-petizzjonijiet li jkunu ddaħħlu fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 215(6) u dwar id-deċiżjonijiet prinċipali li jikkonċernaw il-proċedura li għandha tiġi segwita f'petizzjonijiet speċifiċi. Dawn in-notifikazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fil-minuti tal-proċeduri.

1.  Għandha ssir notifika fil-Parlament dwar il-petizzjonijiet li jkunu ddaħħlu fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 215(6) u dwar id-deċiżjonijiet prinċipali li jikkonċernaw il-proċedura li għandha tiġi segwita f'petizzjonijiet speċifiċi. Dawn in-notifikazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fil-minuti tal-proċeduri.

2.  It-titlu u l-ġabra fil-qosor tat-test tal-petizzjonijiet li jiddaħħlu fir-reġistru, flimkien mat-testi ta' l-opinjonijiet u tad-deċiżjonijiet l-aktar importanti li jitressqu b'konnessjoni ma' l-eżami tal-petizzjonijiet, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku f'database, kemm-il darba min jagħmel il-petizzjoni jaqbel li dan isir. Petizzjonijiet kunfidenzjali għandhom jinżammu fl-arkivji tal-Parlament fejn ikunu għad-dispożizzjoni tal-Membri li jridu jikkonsultawhom.

2.  It-titlu u l-ġabra fil-qosor tat-test tal-petizzjonijiet li jiddaħħlu fir-reġistru, flimkien mat-testi tal-opinjonijiet u tad-deċiżjonijiet l-aktar importanti li jitressqu b'konnessjoni mal-eżami tal-petizzjonijiet, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq il-Portal tal-Petizzjonijiet li għandu jsir disponibbli fuq is-sit web tal-Parlament.

Emenda    245

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 218

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 218

Artikolu 218

Inizjattiva taċ-ċittadini

Inizjattiva taċ-ċittadini

Meta l-Parlament ikun mgħarraf li l-Kummissjoni tkun ġiet mistiedna biex tressaq proposta għal att legali skont l-Artikolu 11(4) tat-Trattat UE u b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 211/2011, il-kumitat responsabbli għall-petizzjonijiet għandu jaċċerta ruħu jekk din il-ħaġa tistax taffettwa l-ħidma tiegħu u, jekk ikun meħtieġ, għandu jgħarraf lil dawk il-petizzjonanti li jkunu indirizzaw il-petizzjonijiet dwar suġġetti relatati.

1.   Meta l-Parlament ikun mgħarraf li l-Kummissjoni tkun ġiet mistiedna biex tressaq proposta għal att legali skont l-Artikolu 11(4) tat-Trattat UE u b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 211/2011, il-kumitat responsabbli għall-petizzjonijiet għandu jaċċerta ruħu jekk din il-ħaġa tistax taffettwa l-ħidma tiegħu u, jekk ikun meħtieġ, għandu jgħarraf lil dawk il-petizzjonanti li jkunu indirizzaw il-petizzjonijiet dwar suġġetti relatati.

Il-proposti għal inizjattivi taċ-ċittadini li jkunu ġew reġistrati b'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, iżda li ma jistgħux jitressqu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament minħabba li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet rilevanti kollha stipulati ma ġewx rispettati, jistgħu jiġu eżaminati mill-kumitat responsabbli għall-petizzjonijiet jekk dan iqis xieraq li jingħata segwitu. L-Artikoli 215, 216 u 217 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

2.   Il-proposti għal inizjattivi taċ-ċittadini li jkunu ġew reġistrati b'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, iżda li ma jistgħux jitressqu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament minħabba li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet rilevanti kollha stipulati ma ġewx rispettati, jistgħu jiġu eżaminati mill-kumitat responsabbli għall-petizzjonijiet jekk dan iqis xieraq li jingħata segwitu. L-Artikoli 215, 216, 216a u 217 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Ġustifikazzjoni

Is-subparagrafi se jiġu nnumerati mill-ġdid bħala l-paragrafi 1 u 2 rispettivament.

Emenda    246

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 219

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 219

Artikolu 219

Elezzjoni tal-Ombudsman

Elezzjoni tal-Ombudsman

1.  Fil-bidu ta' kull leġislatura, minnufih wara l-elezzjoni tal-President jew fil-każi imsemmija fil-paragrafu 8, il-President għandu jsejjaħ għal nominazzjonijiet għall-uffiċċju ta' l-Ombudsman u għandu jagħti żmien sa meta jistgħu jiġu ppreżentati. Avviż li jsejjaħ għal nominazzjonijiet għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

1.  Fil-bidu ta' kull leġislatura jew fil-każ tal-mewt, ir-riżenja jew it-tneħħija mill-kariga tal-Ombudsman, il-President għandu jsejjaħ għal nominazzjonijiet għall-uffiċċju tal-Ombudsman u għandu jagħti żmien sa meta jistgħu jiġu ppreżentati. Avviż li jsejjaħ għal nominazzjonijiet għandu jkun ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  In-nominazzjonijiet għandu jkollhom l-appoġġ ta' mhux inqas minn erbgħin Membru li jkollhom nazzjonalita` ta' mhux inqas minn żewġ Stati Membri.

2.  In-nominazzjonijiet għandu jkollhom l-appoġġ ta' mhux inqas minn erbgħin Membru li jkollhom nazzjonalita` ta' mhux inqas minn żewġ Stati Membri.

Kull membru jista' jappoġġja biss nominazzjoni waħda.

Kull membru jista' jappoġġja biss nominazzjoni waħda.

In-nominazzjonijiet għandhom jinkludu d-dokumenti kollha ta' prova meħtieġa sabiex juru b'mod ċert li l-persuna nominata tissodisfa l-kundizzjonijiet mitluba mir-Regolamenti dwar l-Ombudsman.

In-nominazzjonijiet għandhom jinkludu d-dokumenti kollha ta' prova meħtieġa sabiex juru b'mod ċert li l-persuna nominata tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-qadi tad-dmirijiet tal-Ombudsman.

3.  In-nominazzjonijiet għandhom jitressqu quddiem il-kumitat responsabbli, li jista' jitlob li jisma' lill-persuni nominati.

3.  In-nominazzjonijiet għandhom jitressqu quddiem il-kumitat responsabbli. Lista sħiħa tal-Membri li jkunu taw l-appoġġ tagħhom lill-persuni nominati għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku meta jkun il-waqt.

Dan is-smiegħ għandu jkun miftuħ għall-Membri kollha.

 

 

3a.  Il-kumitat responsabbli jista' jitlob li jisma' lill-persuni nominati. Dan is-smiegħ għandu jkun miftuħ għall-Membri kollha.

4.  Il-Parlament imbagħad għandu jivvota biex japprova lista ta' nominazzjonijiet ammissibbli f'ordni alfabetiku.

4.  Il-Parlament imbagħad għandu jivvota biex japprova lista ta' nominazzjonijiet ammissibbli f'ordni alfabetiku.

5.  Il-votazzjoni għandha ssir b'vot sigriet fuq il-bażi ta' maġġoranza tal-voti mitfugħa.

5.  L-Ombudsman għandu jiġi elett b'maġġoranza tal-voti mitfugħa.

Jekk ebda kandidat ma jkun elett wara l-ewwel żewġ votazzjonijiet, ikomplu jikkontestaw biss iż-żewġ kandidati li jkunu ġabu l-akbar numru ta' voti fit-tieni votazzjoni.

Jekk ebda kandidat ma jkun elett wara l-ewwel żewġ votazzjonijiet, ikomplu jikkontestaw biss iż-żewġ kandidati li jkunu ġabu l-akbar numru ta' voti fit-tieni votazzjoni.

Fil-każ ta' voti ndaqs għandu jinħatar l-aktar membru anzjan.

Fil-każ ta' voti ndaqs għandu jinħatar l-aktar membru anzjan.

6.  Qabel ma tinfetaħ il-votazzjoni, il-President għandu jiżgura li jkunu preżenti mhux inqas minn nofs il-Membri kollha tal-Parlament.

6.  Qabel ma tinfetaħ il-votazzjoni, il-President għandu jiżgura li jkunu preżenti mhux inqas minn nofs il-Membri kollha tal-Parlament.

7.  Il-persuna eletta għandha tissejjaħ minnufih sabiex tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

 

8.  L-Ombudsman għandu jeżerċita d-dmirijiet tiegħu sakemm is-suċċessur tiegħu jieħu l-kariga, ħlief fil-każ ta' mewt jew ta' tneħħija mill-kariga.

8.  L-Ombudsman għandu jeżerċita d-dmirijiet tiegħu sakemm is-suċċessur tiegħu jieħu l-kariga, ħlief fil-każ ta' mewt jew ta' tneħħija mill-kariga.

Justification

As regards the changes in paragraph 1, the "cases referred to in paragraph 8" are death or dismissal. The resignation should also be taken into account (see Article 7(1) of Parliament's Decision on the Ombudsman's duties, and recent history).

As regards the changes in paragraph 2 subparagraph 3, reference to the "Regulations on the Ombudsman" is somewhat strange. It probably means the act (currently a "decision" and eventually a "regulation") "on the regulations and general conditions governing the performance of the Ombudsman's duties (see Article 228(4) of the Treaty on the Functioning of the European Union)

As regards the addition of paragraph 3a - moved from para. 3

As regards the changes in paragraph 5 subparagraph 1, alternative wording suggested

As regards the deletion of paragraph 7 - a repetition of what is already laid down in the Ombudsman-decision.

Emenda    247

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 220

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 220

Artikolu 220

Attivitajiet ta' l-Ombudsman

Attivitajiet tal-Ombudsman

1.   Id-deċiżjoni dwar ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-qadi tad-dmirijiet ta' l-Ombudsman u d-dispożizzjonijiet li jimplimentaw dik id-deċiżjoni kif adottata mill-Ombudsman huma annessi għall-informazzjoni ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura24.

 

2.  L-Ombudsman għandu, skond l-Artikolu 3(6) u (7) tad-deċiżjoni hawn fuq imsemmija, jinforma lill-Parlament dwar każi ta' amministrazzjoni ħażina li dwarhom il-kumitat responsabbli jkun jista' jagħmel rapport. L-Ombudsman għandu wkoll, skont l-Artikolu 3(8) ta' dik id-deċiżjoni, jippreżenta rapport lill-Parlament fi tmiem kull sessjoni annwali dwar ir-riżultat ta' l-inkjesti tiegħu. Il-Kumitat responsabbli għandu jagħmel rapport dwar dan li għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament sabiex isir dibattitu fuqu.

2.  Il-kumitat responsabbli għandu jeżamina l-każi ta' amministrazzjoni ħażina li bihom ikun ġie mgħarraf mill-Ombudsman skont l-Artikolu 3(6) u (7) tad-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom u jista' jfassal rapport skont l-Artikolu 52.

 

Il-kumitat responsabbli għandu jeżamina r-rapport imressaq mill-Ombudsman fi tmiem kull sessjoni annwali dwar ir-riżultat tal-inkjesti tiegħu, skont l-Artikolu 3(8) tad-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom u jista' jippreżenta mozzjoni għal riżoluzzjoni lill-Parlament jekk iqis li l-Parlament jeħtieġ li jieħu pożizzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe aspett ta' dak ir-rapport.

3.  L-Ombudsman jista' wkoll jagħti tagħrif lill-kumitat responsabbli fuq talba ta' dan ta' l-aħħar, jew jinstema' mill-istess kumitat fuq inizjattiva tiegħu.

3.  L-Ombudsman jista' wkoll jagħti tagħrif lill-kumitat responsabbli fuq talba ta' dan tal-aħħar, jew jinstema' mill-istess kumitat fuq inizjattiva tiegħu.

__________________

 

25 Ara l-Anness X.

 

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tat-tħassir tal-paragrafu 1, peress li dan l-Anness għandu jiġi inkluż f'ġabra ta' dokumenti għall-informazzjoni tal-Membri, m'hemmx ġustifikazzjoni għal din ir-regola.

Emenda    248

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 221

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 221

Artikolu 221

Tneħħija ta' l-Ombudsman

Tneħħija tal-Ombudsman

1.  Parti waħda minn għaxra tal-Membri kollha tal-Parlament tista' tagħmel talba għat-tneħħija ta' l-Ombudsman jekk ma jkunx jibqa' jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġ biex jaqdi dmirijietu jew jekk ikun ħati ta' mġieba ħażina serja.

1.  Parti waħda minn għaxra tal-Membri kollha tal-Parlament tista' tagħmel talba għat-tneħħija tal-Ombudsman jekk ma jkunx jibqa' jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġ biex jaqdi dmirijietu jew jekk ikun ħati ta' mġiba ħażina serja. Meta tali talba għat-tneħħija tal-Ombudsman tkun ġiet ivvotata fix-xahrejn preċedenti, tista' titressaq waħda ġdida biss minn wieħed minn kull ħamsa mill-Membri li jiffurmaw il-Parlament.

2.  It-talba għandha tintbagħat lill-Ombudsman u lill-kumitat responsabbli li, jekk jiddeċiedi b'maġġoranza tal-membri tiegħu li r-raġunijiet huma fondati, għandu jippreżenta rapport lill-Parlament. Jekk jitlob li jintema', l-Ombudsman għandu jinstema' qabel ma jittieħed vot fuq ir-rapport. Il-Parlament għandu, wara li jsir dibattitu, jieħu deċiżjoni permezz ta' vot sigriet.

2.  It-talba għandha tintbagħat lill-Ombudsman u lill-kumitat responsabbli li, jekk jiddeċiedi b'maġġoranza tal-membri tiegħu li r-raġunijiet huma fondati, għandu jippreżenta rapport lill-Parlament. Jekk jitlob li jinstema', l-Ombudsman għandu jinstema' qabel ma jittieħed vot fuq ir-rapport. Il-Parlament għandu, wara li jsir dibattitu, jieħu deċiżjoni permezz ta' vot sigriet.

3.  Qabel ma jiftaħ il-votazzjoni, il-President għandu jiżgura li nofs il-membri kollha tal-Parlament ikunu preżenti.

3.  Qabel ma jiftaħ il-votazzjoni, il-President għandu jiżgura li nofs il-membri kollha tal-Parlament ikunu preżenti.

4.  Jekk il-vot ikun favur it-tneħħija ta' l-Ombudsman u dan ma jirriżenjax wara l-vot, il-President għandu, sa mhux aktar tard mis-sessjoni parzjali li taħbat wara dik s-sessjoni li fiha jkun ittieħed il-vot, jagħmel talba lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex l-Ombudsman jitneħħa flimkien ma' talba sabiex tingħata deċiżjoni mingħajr dewmien.

4.  Jekk il-vot ikun favur it-tneħħija tal-Ombudsman u dan ma jirriżenjax wara l-vot, il-President għandu, sa mhux aktar tard mis-sessjoni parzjali li taħbat wara dik s-sessjoni li fiha jkun ittieħed il-vot, jagħmel talba lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex l-Ombudsman jitneħħa flimkien ma' talba sabiex tingħata deċiżjoni mingħajr dewmien.

Ir-riżenja ta' l-Ombudsman ġġib fi tmiemha il-proċedura.

Ir-riżenja tal-Ombudsman iġġib fi tmiemha l-proċedura.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-emenda tal-Artikolu 119(1).

Emenda    249

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 222

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 222

Artikolu 222

Segretarjat

Segretarjat

1.  Il-Parlament għandu jkun megħjun minn Segretarju Ġenerali maħtur mill-Bureau.

1.  Il-Parlament għandu jkun megħjun minn Segretarju Ġenerali maħtur mill-Bureau.

Is-Segretarju Ġenerali għandu jagħmel dikjarazzjoni solenni quddiem il-Bureau li jaqdi d-dmirijiet tiegħu b'mod kuxjenzjuż u b'imparzjalità assoluta.

Is-Segretarju Ġenerali għandu jagħmel dikjarazzjoni solenni quddiem il-Bureau li jaqdi d-dmirijiet tiegħu b'mod kuxjenzjuż u b'imparzjalità assoluta.

2.  Is-Segretarju Ġenerali għandu jmexxi Segretarjat li l-kompożizzjoni u l-organizzazzjoni tiegħu għandhom ikunu stabbiliti mill-Bureau.

2.  Is-Segretarju Ġenerali għandu jmexxi Segretarjat li l-kompożizzjoni u l-organizzazzjoni tiegħu għandhom ikunu stabbiliti mill-Bureau.

3.  Il-Bureau għandu jistabbilixxi l-organingramma tas-Segretarjat u r-regolamenti li jirrigwardaw is-sitwazzjoni amministrattiva u finanzjarja ta' uffiċjali u impjegati oħra.

3.  Il-Bureau għandu jistabbilixxi l-organingramma tas-Segretarjat u r-regolamenti li jirrigwardaw is-sitwazzjoni amministrattiva u finanzjarja ta' uffiċjali u impjegati oħra.

Il-Bureau għandu wkoll jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra li għalihom japplikaw, b'mod sħiħ jew f'parti minnhom, l-Artikoli 11 sa 13 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

 

Il-President tal-Parlament għandu jinforma b'dan lill-istituzzjonijiet relevanti ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-President tal-Parlament għandu jinforma b'dan lill-istituzzjonijiet relevanti tal-Unjoni Ewropea.

Justification

Article 15 of the Protocol on Privileges and Immunities reads as follows:The European Parliament and the Council, acting by means of regulations in accordance with the ordinary legislative procedure, and after consulting the other institutions concerned, shall determine the categories of officials and other servants of the Union to whom the provisions of Article 11, the second paragraph of Article 12, and Article 13 shall apply, in whole or in part.The names, grades and addresses of officials and other servants included in such categories shall be communicated periodically to the governments of the Member States."

Emenda    250

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu 12 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

TITOLU XII

TITOLU XII

SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET LI JIKKONĊERNAW IL-PARTITI POLITIĊI FIL-LIVELL EWROPEW

SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET LI JIKKONĊERNAW IL-PARTITI POLITIĊI EWROPEJ U L-FONDAZZJONIJIET POLITIĊI EWROPEJ

Emenda    251

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 223

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 223

imħassar

Setgħat u Responsabbiltajiet tal-President

 

Il-President għandu jirrappreżenta l-Parlament fir-relazzjonijiet tiegħu mal-partiti politiċi fil-livell Ewropew, skont l-Artikolu 22(4).

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu huwa ta' natura purament dikjaratorja, peress li l-kompetenza tal-President li jirrappreżenta lill-Parlament hija stabbilita fl-Artikolu 22(4). Peress li l-President se jkollu rwol ġdid x'jaqdi fil-kapaċità tiegħu bħala president tal-Bureau, skont l-Artikolu 224(1) ġdid tar-Regoli ta' Proċedura, qed jiġi propost li dan l-Artikolu jitħassar bl-għan li tiġi evitata konfużjoni fir-rigward tar-rwol tal-President.

Emenda    252

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 223a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 223a1a

 

Setgħat u responsabbiltajiet li jikkonċernaw il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

 

1.   Meta, skont l-Artikolu 65(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, il-Parlament jiddeċiedi li jirriserva għalih innifsu d-dritt li jawtorizza n-nefqa, huwa għandu jaġixxi permezz tal-Bureau tiegħu.

 

Fuq din il-bażi, il-Bureau għandu jkun kompetenti biex jadotta deċiżjonijiet skont l-Artikoli 17, 18, 24, 27(3) u 30 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej.

 

Id-deċiżjonijiet individwali adottati mill-Bureau abbażi ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu ffirmati mill-President f'ismu u għandhom jiġu nnotifikati lill-applikant jew lill-benefiċjarju skont l-Artikolu 297 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Id-deċiżjonijiet individwali għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 ta' dak it-Trattat.

 

Il-Bureau jista', fi kwalunkwe ħin, jikkonsulta l-Konferenza tal-Presidenti.

 

2.   Fuq talba ta' kwart mill-Membri li jiffurmaw il-Parlament li jkunu jirrappreżentaw minn tal-inqas tliet gruppi politiċi, il-Parlament għandu jivvota dwar id-deċiżjoni li ssir talba, skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, lill-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej biex tivverifika jekk partit politiku Ewropew irreġistrat jew fondazzjoni politika Ewropea rreġistrata jkunux konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

 

3.   Fuq talba ta' kwart mill-Membri li jiffurmaw il-Parlament li jkunu jirrappreżentaw minn tal-inqas tliet gruppi politiċi, il-Parlament għandu jivvota dwar proposta għal deċiżjoni motivata biex issir oġġezzjoni, skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament Nru 1141/2014, għad-deċiżjoni tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej li tħassar ir-reġistrazzjoni ta' partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea fi żmien tliet xhur mill-komunikazzjoni tad-deċiżjoni.

 

Il-kumitat responsabbli għandu jressaq proposta għal deċiżjoni motivata. Jekk din il-proposta tiġi miċħuda, għandu jitqies li tkun ġiet adottata d-deċiżjoni kuntrarja.

 

4.   Abbażi ta' proposta mill-kumitat responsabbli, il-Konferenza tal-Presidenti għandha taħtar żewġ membri tal-kumitat magħmul minn persuni eminenti indipendenti skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

 

__________________

 

1a L-Artikolu 223a kif imdaħħal għandu japplika biss għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. L-Artikolu 224 fid-diċitura attwali tiegħu għandu jibqa' applikabbli fir-rigward tal-atti u l-impenji relatati mal-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew għas-snin baġitarji 2014, 2015, 2016 u 2017, li, skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jibqgħu rregolati mir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom. L-Artikolu 225 fid-diċitura attwali tiegħu għandu jibqa' applikabbli għall-partiti politiċi u għall-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003, sakemm ikunu għadhom qed jirċievu finanzjament għas-snin baġitarji 2014, 2015, 2016 u 2017 b'applikazzjoni ta' dan ir-regolament tal-aħħar.

Emenda    253

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 224

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 224

imħassar

Setgħat u Responsabbiltajiet tal-Bureau

 

1.  Il-Bureau għandu jieħu deċiżjoni fuq kwalunkwe talba għall-iffinanzjar ippreżentata minn partit politiku fil-livell Ewropew u fuq it-tqassim tal-benefiċċji fost il-partiti politiċi benefiċjarji. Huwa għandu jħejji lista ta' benefiċjarji u tal-ammonti allokati.

 

2.  Il-Bureau għandu jiddeċiedi jekk jissospendix jew inaqqasx l-iffinanzjar, u jekk jirkuprax ammonti li jkunu tħallsu bi żball.

 

3.  Fl-aħħhar tas-sena finanzjarja, il-Bureau għandu japprova r-rapport aħħari ta' l-attivita tal-partit politiku benefiċjarju u d-dikjarazzjoni finanzjarja aħħarija.

 

4.  Skond it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill, il-Bureau jista' jagħmel għotja ta' assistenza teknika lill-partiti politiċi fil-livell Ewropew skond il-proposti tagħhom. Il-Bureau jista' jiddelega lis-Segretarju Ġenerali xi deċiżjonijiet partikulari għall-għoti ta' assistenza teknika.

 

5.  Fil-każijiet kollha msemmija fil-paragrafi 1 sa 4, il-Bureau għandu jaġixxi skond proposta mis-Segretarju Ġenerali. Ħlief f'dawk il-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u 4 il-Bureau għandu jisma' r-rappreżentanti tal-partiti politiċi konċernati qabel ma jieħu deċiżjoni. Il-Bureau jista', fi kwalunkwe ħin, jikkonsulta l-Konferenza tal-Presidenti.

 

6.  Meta l-Parlament - wara verifika - jistabbilixxi li partit politiku fil-livell Ewropew ma jkunx baqa' josserva l-prinċipji tal-libertà, tad-demokrazija, tar-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u ta' l-istat tad-dritt, il-Bureau għandu jiddeċiedi li dak il-partit ma jingħatax iffinanzjar.

 

Emenda    254

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 225

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 225

imħassar

Setgħat u Responsabbiltajiet tal-kumitat responsabbli u tal-Parlament f'seduta plenarja

 

1.  Fuq talba ta' kwart mill-Membri tal-Parlament li jirrappreżentaw minn ta' l-inqas tliet gruppi politiċi, il-President, wara diskussjoni fil-Konferenza tal-Presidenti, għandu jitlob lill-kumitat responsabbli sabiex jivverifika jekk partit politiku fil-livell Ewropew ikunx għadu josserva (b'mod partikulari fil-programm u l-attivitajiet tiegħu) il-prinċipji li fuqhom hi mwaqqfa l-Unjoni Ewropea, li huma l-prinċipji tal-libertà, tad-demokrazija, tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u ta' l-istat tad-dritt.

 

2.  Qabel ma jippreżenta proposta għal deċiżjoni lill-Parlament, il-kumitat responsabbli għandu jisma' lir-rappreżentanti tal-partiti politiċi konċernati u għandu jitlob u jikkunsidra l-opinjoni ta' kumitat magħmul minn persuni eminenti indipendenti, skond ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2004/2003 ta' l-4 ta' Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament.

 

3.  Il-Parlament għandu jivvota (b'maġġoranza tal-voti mitfugħa) fuq proposta għal deċiżjoni li tistabbilixxi jekk il-partit politiku kkonċernat ikunx josserva jew le l-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1. L-ebda emenda ma tista' titqiegħed fuq il-Mejda. Fi kwalunkwe każ, jekk il-proposta għal deċiżjoni ma tiksibx maġġoranza, titqies li ġiet addotata deċiżjoni kuntrarja.

 

4.  Id-deċiżjoni tal-Parlament għandha tapplika b'effett mill-ġurnata minn meta kienet imqiegħda fuq il-Mejda t-talba msemmija fil-paragrafu 1.

 

5.  Il-President għandu jirrapreżenta il-Parlament fil-kumitat magħmul minn persuni eminenti indipendenti.

 

6.  Il-kumitat responsabbli għandu jħejji r-rapport skond ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar l-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament u dwar l-attivitajiet iffinanzjati, u għandu jippreżentah fis-seduta plenarja.

 

Emenda    255

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 226

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 226

Artikolu 226

Applikazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura

Applikazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura

1.  Jekk iqum xi dubju dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, il-President jista' jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli għall-eżami.

1.  Jekk iqum xi dubju dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, il-President jista' jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli għall-eżami.

Min ikun jippresiedi kumitat jista' jagħmel dan meta jqum xi dubju bħal dan waqt li jkun għaddej ix-xogħol tal-kumitat u jkollu x'jaqsam miegħu.

Min ikun jippresiedi kumitat jista' jagħmel dan meta jqum xi dubju bħal dan waqt li jkun għaddej ix-xogħol tal-kumitat u jkollu x'jaqsam miegħu.

2.  Il-kumitat għandu jiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ li jipproponi emenda għar-Regoli ta' Proċedura. F'dan il-każ għandu jimxi skond l-Artikolu 227.

2.  Il-kumitat għandu jiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ li jipproponi emenda għar-Regoli ta' Proċedura. F'dan il-każ għandu jimxi skont l-Artikolu 227.

3.  Jekk il-kumitat jiddeċiedi li interpretazzjoni tar-regoli eżistenti tkun biżżejjed, dan għandu jgħaddi l-interpretazzjoni tiegħu lill-President li għandu jgħarraf lill-Parlament fis-sessjoni parzjali li jkun imiss.

3.  Jekk il-kumitat jiddeċiedi li interpretazzjoni tar-regoli eżistenti tkun biżżejjed, dan għandu jgħaddi l-interpretazzjoni tiegħu lill-President li għandu jgħarraf lill-Parlament fis-sessjoni parzjali li jkun imiss.

4.  Jekk grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jikkontestaw l-interpretazzjoni tal-kumitat, għandu jittieħed vot fuq il-kwistjoni fil-Parlament. It-test jiġi adottat b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, bil-kundizzjoni li mhux inqas minn terz tal-Membri kollha tal-Parlament ikunu preżenti. Fil-każ li jiġi miċħud, il-kwistjoni għandha tintbagħat lura lill-kumitat.

4.  Jekk grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jikkontestaw l-interpretazzjoni tal-kumitat fi żmien 24 siegħa wara t-tħabbir tagħha, għandu jittieħed vot fuq il-kwistjoni fil-Parlament. It-test għandu jiġi adottat b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, bil-kundizzjoni li mhux inqas minn terz tal-Membri kollha tal-Parlament ikunu preżenti. Fil-każ li jiġi miċħud, il-kwistjoni għandha tintbagħat lura lill-kumitat.

5.  Interpretazzjonijiet mhux kontestati u interpretazzjonijiet adottati mill-Parlament għandhom jiddaħħlu bil-korsiv bħala noti spjegattivi ma' l-Artikolu jew l-Artikoli relevanti.

5.  Interpretazzjonijiet mhux kontestati u interpretazzjonijiet adottati mill-Parlament għandhom jiddaħħlu bil-korsiv bħala noti spjegattivi mal-Artikolu jew l-Artikoli relevanti.

6.  Interpretazzjonijiet għandhom joħolqu preċedent għall-applikazzjoni u l-interpretazzjoni fil-ġejjieni ta' l-Artikoli konċernati.

6.  Interpretazzjonijiet għandhom joħolqu preċedent għall-applikazzjoni u l-interpretazzjoni fil-ġejjieni tal-Artikoli konċernati.

7.  Ir-Regoli ta' Proċedura u l-interpretazzjonijiet għandhom jiġu riveduti regolarment mill-kumitat responsabbli.

7.  Ir-Regoli ta' Proċedura u l-interpretazzjonijiet għandhom jiġu riveduti regolarment mill-kumitat responsabbli.

8.  Meta dawn ir-Regoli jagħtu drittijiet lil numru speċifiku ta' Membri, dak in-numru għandu jinbidel awtomatikament ma' l-eqreb numru sħiħ li jkun jirrappreżenta l-istess persentaġġ tal-Membri tal-Parlament kull meta jiżdied in-numru totali tal-membri tal-Parlament, b'mod partikulari wara tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea.

8.  Meta dawn ir-Regoli jagħtu drittijiet lil numru speċifiku ta' Membri, dak in-numru għandu jinbidel awtomatikament mal-eqreb numru sħiħ li jkun jirrappreżenta l-istess persentaġġ tal-Membri tal-Parlament kull meta jiġi modifikat in-numru totali tal-membri tal-Parlament, b'mod partikulari wara tkabbir tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Rigward il-bidliet fil-paragrafu 8, dan l-Artikolu għandu jqis id-deċiżjoni finali li tikkonċerna s-sistema u d-definizzjoni tal-limiti. Id-dispożizzjoni tirreferi biss għal żieda fid-daqs tal-Parlament, mhux għal tnaqqis. Għaldaqstant, il-limiti stabbiliti tħallew kif kienu mingħajr ma sar tibdil fihom meta d-daqs naqas minn 785 MPE għal 736 fil-bidu tas-seba' leġislatura.

Emenda    256

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 227

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 227

Artikolu 227

Emendi għar-Regoli ta' Proċedura

Emendi għar-Regoli ta' Proċedura

1.  Kull Membru jista' jipproponi emendi għal dawn ir-Regoli u għall-annessi tagħhom flimkien ma' ġustifikazzjonijiet qosra, jekk ikun il-każ.

1.  Kull Membru jista' jipproponi emendi għal dawn ir-Regoli u għall-annessi tagħhom flimkien ma' ġustifikazzjonijiet qosra, jekk ikun il-każ.

Dawn l-emendi proposti għandhom ikunu tradotti, mitbugħa, mqassma u mressqa quddiem il-kumitat responsabbli li għandu jeżaminahom u jiddeċiedi jekk jippreżentahomx lill-Parlament.

Il-kumitat responsabbli għandu jeżaminahom u jiddeċiedi jekk jippreżentahomx lill-Parlament.

Għall-fini ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 169, 170 u 174 fl-eżami ta' dawn l-emendi proposti fil-Parlament, referenzi f'dawk l-Artikoli għal "test oriġinali" jew għal "proposta għal att leġislattiv " għandhom jitqiesu bħala referenza għad-dispożizzjoni li tkun fis-seħħ f'dak iż-żmien.

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikoli 169, 170 u 174 fl-eżami ta' dawn l-emendi proposti fil-Parlament, referenzi f'dawk l-Artikoli għal "test oriġinali" jew għal "proposta għal att leġislattiv" għandhom jitqiesu bħala referenza għad-dispożizzjoni li tkun fis-seħħ f'dak iż-żmien.

2.  Emendi għal dawn ir-Regoli għandhom jiġu adottati biss jekk jiksbu l-maġġoranza tal-voti tal-Membri kollha tal-Parlament.

2.  Skont l-Artikolu 232 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, emendi għal dawn ir-Regoli għandhom jiġu adottati biss jekk jiksbu l-maġġoranza tal-voti tal-Membri kollha tal-Parlament.

3.  Ħlief jekk ikun stipulat mod ieħor meta jittieħed il-vot, emendi għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura u għall-annessi tagħhom għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel sessjoni parzjali wara l-adozzjoni tagħhom.

3.  Ħlief jekk ikun stipulat mod ieħor meta jittieħed il-vot, emendi għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura u għall-annessi tagħhom għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel sessjoni parzjali wara l-adozzjoni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-bidliet fil-paragrafu 1 subparagrafu 2, l-ewwel parti tas-sentenza hija mħassra peress li hija kundizzjoni ovvja biex il-Kumitat AFCO jkun jista' jieħu deċiżjoni dwar jekk għandux jippreżentaha lill-Parlament jew le.

Fir-rigward tal-bidliet għall-paragrafu 2, wieħed għandu jikkunsidra jekk dan ir-rekwiżit għandux jiġi applikat ukoll fil-livell ta' kumitat.

Emenda    257

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 230

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 230

imħassar

Arranġament ta' l-annessi

 

L-annessi għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom ikunu rranġati taħt l-erba' intestaturi li ġejjin:

 

(a) dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għal proċeduri skond dawn ir-Regoli, adottati b'maġġoranza tal-voti mitfugħa (Anness VI);

 

(b) dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta' normi speċifiċi tar-Regoli ta' Proċedura u skond il-proċeduri u r-regoli ta' maġġoranza kif stipulat fihom (Annessi I, II, III, IV, V, VII(A), (C), (E), u (F), u IX(A));

 

(c) ftehima interistituzzjonali u dispożizzjonijiet oħra adottati skond it-Trattati li huma applikabbli fil-Parlament jew li għandhom effett fuq l-operat tiegħu. Deċiżjonijiet biex dawn id-dispożizzjonijiet jiġu annessi mar-Regoli ta' Proċedura għandhom jittieħdu mill-Parlament b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, fuq proposta mill-kumitat responsabbli (Annessi VII(B) u (D), VIII, IX(B), X, XI, XII, XIII, XIV, XVIII, XIX u XXI);

 

(d) linji gwida u kodiċijiet ta' mġiba adottati mill-korpi rilevanti tal-Parlament (Annessi XV, XVI, XVII u XX).

 

Ġustifikazzjoni

Il-bażi ġuridika biex l-Annessi jinżammu bħala annessi "stricto sensu", (I, II, III, IV, V, VI, IXA, XVI) se tiġi stabbilita fl-Artikolu korrispondenti. L-annessi preżenti li jifdal (ftehimiet interistituzzjonali, deċiżjonijiet tal-Bureau u tal-Konferenza tal-Presidenti, Regolamenti...) se jiġu inklużi f'"kompendju" ta' deċiżjonijiet/atti maġġuri li jkun aċċessibbli faċilment.

Emenda    258

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 231

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 231

Artikolu 231

Rettifiki

Rettifiki

1.  Jekk jiġi identifikat żball f'test adottat mill-Parlament, il-President għandu, meta jkun xieraq, jirreferi abbozz ta' rettifika lill-kumitat responsabbli.

1.  Jekk jiġi identifikat żball f'test adottat mill-Parlament, il-President għandu, meta jkun xieraq, jirreferi abbozz ta' rettifika lill-kumitat responsabbli.

2.  Jekk jiġi identifikat żball f'test adottat mill-Parlament u miftiehem ma' istituzzjonijiet oħra, il-President għandu jfittex il-qbil ta' dawk l-istituzzjonijiet dwar il-korrezzjonijiet meħtieġa qabel ma jipproċedi skond il-paragrafu 1.

2.  Jekk jiġi identifikat żball f'test adottat mill-Parlament u miftiehem ma' istituzzjonijiet oħra, il-President għandu jfittex il-qbil ta' dawk l-istituzzjonijiet dwar il-korrezzjonijiet meħtieġa qabel ma jipproċedi skont il-paragrafu 1.

3.  Il-kumitat responsabbli għandu jeżamina l-abbozz ta' rettifika u jressqu quddiem il-Parlament jekk ikun sodisfatt li sar żball li jista' jiġi kkoreġut bil-mod kif ġie propost.

3.  Il-kumitat responsabbli għandu jeżamina l-abbozz ta' rettifika u jressqu quddiem il-Parlament jekk ikun sodisfatt li sar żball li jista' jiġi kkoreġut bil-mod kif ġie propost.

4.  Ir-rettifika għandha titħabbar fis-sessjoni parzjali li jkun imiss. Din għandha titqies bħala approvata ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa wara t-tħabbir tagħha, ssir talba minn grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru biex titressaq għall-votazzjoni. Jekk ir-rettifika ma tiġix approvata, għandha tiġi rriferuta lura lill-kumitat responsabbli li jista' jipproponi rettifika emendata jew jagħlaq il-proċedura.

4.  Ir-rettifika għandha titħabbar fis-sessjoni parzjali li jkun imiss. Din għandha titqies bħala approvata ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa wara t-tħabbir tagħha, issir talba minn grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru biex titressaq għall-votazzjoni. Jekk ir-rettifika ma tiġix approvata, għandha tiġi rriferuta lura lill-kumitat responsabbli li jista' jipproponi rettifika emendata jew jagħlaq il-proċedura.

5.  Ir-rettifiki approvati għandhom jiġu ppubblikati bl-istess mod bħat-test li għalih jirreferu. L-Artikoli 76, 77 u 78 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

5.  Ir-rettifiki approvati għandhom jiġu ppubblikati bl-istess mod bħat-test li għalih jirreferu. L-Artikolu 78 għandu japplika mutatis mutandis.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 77 isir Anness.

Emenda    259

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness I – Artikolu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Dmirijiet ewlenin tal-Membri

Dmirijiet ewlenin tal-Membri

Fil-kuntest tal-mandat tagħhom, il-Membri tal-Parlament Ewropew:

Fil-kuntest tal-mandat tagħhom, il-Membri tal-Parlament Ewropew:

(a) ma għandhom jidħlu fl-ebda ftehim li jwassalhom għal att jew vot fl-interess ta' terza persuna, li jista' jipperikola l-libertà tal-vot tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'votazzjoni diretta universali u l-Artikolu 2 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew,

(a) ma għandhom jidħlu fl-ebda ftehim li jwassalhom għal att jew vot fl-interess ta' terza persuna, li jista' jipperikola l-libertà tal-vot tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'votazzjoni diretta universali u l-Artikolu 2 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew,

(b)  ma għandhom ifittxu, jaċċettaw jew jirċievu l-ebda benefiċċju finanzjarju dirett jew indirett, jew kwalunkwe premju ieħor, bi skambju għall-eżerċizzju ta' influwenza jew vot dwar leġislazzjoni, mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, dikjarazzjonijiet bil-miktub jew mistoqsijiet imressqa quddiem il-Parlament jew xi wieħed mill-kumitati tiegħu, u għandhom jieħdu miżuri stretti sabiex jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista' timplika korruzzjoni.

(b)  ma għandhom ifittxu, jaċċettaw jew jirċievu l-ebda benefiċċju dirett jew indirett, jew kwalunkwe premju ieħor, fi flus kontanti jew in natura, bi skambju għal imġiba speċifika fl-ambitu tax-xogħol parlamentari tal-Membru, u għandhom jieħdu miżuri stretti sabiex jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista' timplika tixħim, korruzzjoni, jew influwenza indebita.

 

(ba)  ma għandhomx jidħlu f'attività professjonali ta' lobbying marbuta direttament mal-proċess deċiżjonali tal-Unjoni.

Emenda    260

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness I – Artikolu 4

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Dikjarazzjoni tal-Membri

Dikjarazzjoni tal-Membri

1.  Għal raġunijiet ta' trasparenza, il-Membri għandhom ir-responsabilità personali li jippreżentaw dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji lill-President qabel it-tmiem tal-ewwel perjodu ta' sessjoni wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew (jew, fil-kors tal-leġislatura, fi żmien 30 jum wara li jkunu ħadu l-kariga fil-Parlament), permezz tal-formola adottata mill-Bureau skont l-Artikolu 9. Huma għandhom jgħarrfu lill-President b'kull bidla li taffettwa d-dikjarazzjoni tagħhom fi żmien 30 jum minn din il-bidla.

1.  Għal raġunijiet ta' trasparenza, il-Membri għandhom ir-responsabilità personali li jippreżentaw dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji lill-President qabel it-tmiem tal-ewwel perjodu ta' sessjoni wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew (jew, fil-kors tal-leġislatura, fi żmien 30 jum wara li jkunu ħadu l-kariga fil-Parlament), permezz tal-formola adottata mill-Bureau skont l-Artikolu 9. Huma għandhom jgħarrfu lill-President b'kull bidla li taffettwa d-dikjarazzjoni tagħhom sa tmiem ix-xahar ta' wara li tkun seħħet kull waħda minn dawk il-bidliet.

2. Id-dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji għandha tinkludi t-tagħrif li ġej, li għandu jiġi pprovdut b'mod preċiż:

2. Id-dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji għandha tinkludi t-tagħrif li ġej, li għandu jiġi pprovdut b'mod preċiż:

(a) l-attivitajiet professjonali tal-Membru matul it-tliet snin qabel il-ħatra tiegħu fil-Parlament, u l-involviment tiegħu matul dak il-perjodu f'kumitati jew bordijiet ta' kumpaniji, organizzazzjonijiet mhux governattivi, assoċjazzjonijiet jew kwalunkwe organu ieħor stabbilit fil-liġi;

(a) l-attivitajiet professjonali tal-Membru matul it-tliet snin qabel il-ħatra tiegħu fil-Parlament, u l-involviment tiegħu matul dak il-perjodu f'kumitati jew bordijiet ta' kumpaniji, organizzazzjonijiet mhux governattivi, assoċjazzjonijiet jew kwalunkwe organu ieħor stabbilit fil-liġi;

(b) kull ħlas li l-Membru jirċievi għat-twettiq ta' mandat f'parlament ieħor,

(b) kull ħlas li l-Membru jirċievi għat-twettiq ta' mandat f'parlament ieħor,

(c) kwalunkwe attività bi ħlas imwettqa mill-Membru fl-istess żmien li jkun qed jeżerċita l-kariga tiegħu, kemm bħala impjegat u kemm jekk jaħdem għal rasu;

(c) kwalunkwe attività bi ħlas imwettqa mill-Membru fl-istess żmien li jkun qed jeżerċita l-kariga tiegħu, kemm bħala impjegat u kemm jekk jaħdem għal rasu;

(d) il-parteċipazzjoni f'kumitati jew bordijiet ta' kumpaniji, organizzazzjonijiet mhux governattivi, assoċjazzjonijiet jew kwalunkwe organu ieħor stabbilit fil-liġi, jew kwalunkwe attività oħra esterna li tinvolvi l-Membru, kemm jekk imħallsa u kemm jekk mhijiex;

(d) il-parteċipazzjoni f'kumitati jew bordijiet ta' kumpaniji, organizzazzjonijiet mhux governattivi, assoċjazzjonijiet jew kwalunkwe organu ieħor stabbilit fil-liġi, jew kwalunkwe attività oħra esterna li tinvolvi l-Membru, kemm jekk imħallsa u kemm jekk mhijiex;

(e)  kwalunkwe attività esterna okkażjonali bi ħlas (inklużi l-attivitajiet ta' kitba, konferenzi jew konsulenza), jekk il-kumpens totali jaqbeż EUR 5 000 f'sena kalendarja;

(e)  kwalunkwe attività esterna okkażjonali bi ħlas (inklużi l-attivitajiet ta' kitba, konferenzi jew konsulenza), jekk il-kumpens totali tal-attivitajiet esterni okkażjonali kollha tal-Membru jaqbeż il-EUR 5 000 f'sena kalendarja;

(f) ishma jew sħubija f'kumpanija, fejn hemm il-possibilità ta' riperkussjonijiet fuq il-politika pubblika, jew meta din il-parteċipazzjoni tagħti lill-Membru influwenza sinifikanti fl-affarijiet tal-organizzazzjoni inkwestjoni;

(f) ishma jew sħubija f'kumpanija, fejn hemm il-possibilità ta' riperkussjonijiet fuq il-politika pubblika, jew meta din il-parteċipazzjoni tagħti lill-Membru influwenza sinifikanti fl-affarijiet tal-organizzazzjoni inkwestjoni;

(g) kull għajnuna, sew finanzjarja u sew fil-forma ta' riżorsi umani jew materjali, minbarra l-għajnuna pprovduta mill-Parlament, mogħtija lill-Membru minħabba l-attivitajiet politiċi tiegħu minn terzi persuni, li għandhom ikunu identifikati;

(g) kull għajnuna, sew finanzjarja u sew fil-forma ta' riżorsi umani jew materjali, minbarra l-għajnuna pprovduta mill-Parlament, mogħtija lill-Membru minħabba l-attivitajiet politiċi tiegħu minn terzi persuni, li għandhom ikunu identifikati;

(h) kwalunkwe interess finanzjarju ieħor li jista' jinflwenza l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-Membru.

(h) kwalunkwe interess finanzjarju ieħor li jista' jinflwenza l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-Membru.

Kwalunkwe dħul regolari li jirċievi l-Membru għal kull punt iddikjarat skont l-ewwel subparagrafu għandu jitqiegħed f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:

Għal kwalunkwe punt li jrid jiġi ddikjarat skont l-ewwel subparagrafu, il-Membri għandhom, fejn ikun xieraq, jindikaw jekk hux bi ħlas jew le; għall-punti (a), (c), (d), (e) u (f), il-Membri għandhom jindikaw ukoll waħda mill-kategoriji ta' dħul li ġejjin:

 

­ – Bla ħlas

 

minn EUR 1 sa EUR 499 fix-xahar;

minn EUR 500 sa EUR 1 000 fix-xahar;

minn EUR 500 sa EUR 1 000 fix-xahar;

minn EUR 1 001 sa EUR 5 000 fix-xahar;

minn EUR 1 001 sa EUR 5 000 fix-xahar;

minn EUR 5 001 sa EUR 10 000 fix-xahar;

minn EUR 5 001 sa EUR 10 000 fix-xahar;

aktar minn EUR 10 000 fix-xahar.

'il fuq minn EUR 10 000 fix-xahar, b'indikazzjoni tal-eqreb ammont ta' EUR 10 000.

Kwalunkwe dħul ieħor riċevut mill-Membru għal kull punt irrapportat skont l-ewwel subparagrafu huwa kkalkulat fuq bażi annwali, maqsum bi tnax u mqiegħed f'xi waħda mill-kategoriji stabbiliti fit-tieni subparagrafu.

Kwalunkwe dħul riċevut mill-Membru għal kull punt irrapportat skont l-ewwel subparagrafu, iżda mhux fuq bażi regolari, għandu jiġi kkalkulat fuq bażi annwali, maqsum bi tnax u mqiegħed f'xi waħda mill-kategoriji stabbiliti fit-tieni subparagrafu.

3.  It-tagħrif ipprovdut lill-President skont dan l-Artikolu għandu jkun ippubblikat fis-sit tal-Parlament f'forma faċilment aċċessibbli.

3.  It-tagħrif ipprovdut lill-President skont dan l-Artikolu għandu jkun ippubblikat fis-sit tal-Parlament f'forma faċilment aċċessibbli.

4.  Membru ma jistax jiġi elett għal kariga fil-Parlament jew fl-organi tiegħu, maħtur bħala rapporteur, jew jipparteċipa f'delegazzjonijiet uffiċjali, jekk ma jkunx għamel id-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji tiegħu.

4.  Membru ma jistax jiġi elett għal kariga fil-Parlament jew fl-organi tiegħu, maħtur bħala rapporteur, jew jipparteċipa f'delegazzjonijiet uffiċjali jew f'negozjati interistituzzjonali, jekk ma jkunx għamel id-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji tiegħu.

 

4a.  Jekk il-President jirċievi informazzjoni, li twasslu biex jemmen li d-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji ta' Membru hija sostanzjalment inkorretta jew skaduta, huwa jista' jikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv previst fl-Artikolu 7 u fejn xieraq, għandu jitlob lill-Membru biex jikkoreġi d-dikjarazzjoni fi żmien għaxart ijiem. Il-Bureau jista' jadotta deċiżjoni li tapplika l-Artikolu 4(4) għal Membri li ma jikkonformawx mat-talba ta' korrezzjoni tal-President.

 

4b.  Rapporteurs jistgħu volontarjament jelenkaw fin-nota spjegattiva għar-rapport tagħhom l-interessi esterni li ġew ikkonsultati dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw is-suġġett tar-rapport.

Ġustifikazzjoni

Rigward il-punt e, subparagrafu 1, tal-paragrafu 2, anke jekk it-terminu "totali" jidher li huwa ċar, il-MPE spiss jistaqsu dwar jekk l-ammont ta' 5 000 jirreferix għal kull attività, u għalhekk jidher rakkomandabbli li jiġi ċċarat aktar li dan huwa l-ammont totali tal-attivitajiet kollha flimkien.

Għall-parti intoduttorja tas-subparagrafu 2, paragrafu 2 tal-Artikolu 4: Adattament tal-fażi introduttorja għall-inklużjoni tal-kategorija "bla ħlas" u inklużjoni ta' tliet kategoriji oħra skont il-qbil tal-Grupp ta' Ħidma tal-AFCO.

Emenda    261

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness I – Artikolu 6

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Attivitajiet ta' ex Membri

Attivitajiet ta' ex Membri

Ex Membri li jimpenjaw ruħhom f'attività professjonali ta' lobbying jew ta' rappreżentanza marbuta direttament mal-proċess deċiżjonali tal-Unjoni ma jistgħux jibbenefikaw, tul il-perjodu kollu ta' tali impenn, mill-faċilitajiet mogħtija lill-ex Membri skont ir-regoli stabbiliti f'dak ir-rigward mill-Bureau25.

Ex Membri li jimpenjaw ruħhom f'attività professjonali ta' lobbying jew ta' rappreżentanza marbuta direttament mal-proċess deċiżjonali tal-Unjoni għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew dwar dan u ma jistgħux jibbenefikaw, tul il-perjodu kollu ta' tali impenn, mill-faċilitajiet mogħtija lill-ex Membri skont ir-regoli stabbiliti f'dak ir-rigward mill-Bureau25.

__________________

__________________

26 Deċiżjoni tal-Bureau tat-12 ta' April 1999.

26 Deċiżjoni tal-Bureau tat-12 ta' April 1999.

Emenda    262

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness I – Artikolu 7

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Kumitat Konsultattiv dwar l-Imġiba tal-Membri tal-Parlament

Kumitat Konsultattiv dwar l-Imġiba tal-Membri tal-Parlament

1.  Huwa stabbilit kumitat konsultattiv dwar l-imġiba tal-Membri (il-Kumitat Konsultattiv).

1.  Huwa stabbilit kumitat konsultattiv dwar l-imġiba tal-Membri (il-Kumitat Konsultattiv).

2.  Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun kompost minn ħames Membri maħtura mill-President fil-bidu tal-mandat tiegħu minn fost il-membri tal-bureaux u l-koordinaturi tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b'kunsiderazzjoni għall-esperjenza tal-Membri u l-bilanċ politiku.

2.  Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun kompost minn ħames Membri maħtura mill-President fil-bidu tal-mandat tiegħu minn fost il-membri tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b'kunsiderazzjoni għall-esperjenza tal-Membri u l-bilanċ politiku.

Kull Membru tal-Kumitat Konsultattiv għandu jieħu l-presidenza għal sitt xhur fuq bażi ta' rotazzjoni.

Kull membru tal-Kumitat Konsultattiv għandu jieħu l-presidenza għal sitt xhur fuq bażi ta' rotazzjoni.

3.  Il-President għandu wkoll, fil-bidu tal-mandat tiegħu, jaħtar il-membri ta' riserva tal-Kumitat Konsultattiv, wieħed għal kull grupp mhux rappreżentat fil-Kumitat Konsultattiv.

3.  Il-President għandu wkoll, fil-bidu tal-mandat tiegħu, jaħtar il-membri ta' riserva tal-Kumitat Konsultattiv, wieħed għal kull grupp mhux rappreżentat fil-Kumitat Konsultattiv.

Fil-każ ta' allegazzjoni ta' ksur ta' dan il-Kodiċi ta' Mġiba minn membru ta' grupp politiku li mhux rappreżentat fil-Kumitat Konsultattiv, il-membru ta' riserva kkonċernat isir is-sitt membru sħiħ tal-Kumitat Konsultattiv għall-eżami tal-ksur allegat inkwistjoni.

Fil-każ ta' allegazzjoni ta' ksur ta' dan il-Kodiċi ta' Mġiba minn membru ta' grupp politiku li mhux rappreżentat fil-Kumitat Konsultattiv, il-membru ta' riserva kkonċernat isir is-sitt membru sħiħ tal-Kumitat Konsultattiv għall-eżami tal-ksur allegat inkwistjoni.

4.  Fuq talba minn Membru, il-Kumitat Konsultattiv għandu jipprovdilu, b'mod kunfidenzjali u fi żmien 30 jum kalendarju, gwida dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kodiċi ta' Mġiba. Il-Membru kkonċernat għandu jkun intitolat iserraħ fuq tali gwida.

4.  Fuq talba minn Membru, il-Kumitat Konsultattiv għandu jipprovdilu, b'mod kunfidenzjali u fi żmien 30 jum kalendarju, gwida dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kodiċi ta' Mġiba. Il-Membru kkonċernat għandu jkun intitolat iserraħ fuq tali gwida.

Fuq talba tal-President, il-Kumitat Konsultattiv għandu jevalwa wkoll il-każijiet ta' ksur allegat ta' dan il-Kodiċi ta' Mġiba u jagħti parir lill-President dwar il-miżuri eventwali li għandhom jittieħdu.

Fuq talba tal-President, il-Kumitat Konsultattiv għandu jevalwa wkoll il-każijiet ta' ksur allegat ta' dan il-Kodiċi ta' Mġiba u jagħti parir lill-President dwar il-miżuri eventwali li għandhom jittieħdu.

5.  Il-Kumitat Konsultattiv jista', wara konsultazzjoni mal-President, jitlob parir mingħand esperti esterni.

5.  Il-Kumitat Konsultattiv jista', wara konsultazzjoni mal-President, jitlob parir mingħand esperti esterni.

6.  Il-Kumitat Konsultattiv għandu jippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu.

6.  Il-Kumitat Konsultattiv għandu jippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu.

Ġustifikazzjoni

L-esperjenza wriet li tali kriterji ta' eliġibilità restrittivi (il-membri tal-bureau u l-koordinaturi tal-JURI jew tal-AFCO) jistgħu joħorġu problematiċi, b'mod partikolari għall-iżgħar gruppi li l-membri tagħhom, li jgħoddu tassew ftit, jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li bħalissa huma rekwiżiti biex wieħed jinħatar biex ikollu post fil-Kumitat Konsultattiv.

Emenda    263

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness I – Artikolu 8

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Proċedura f'każ ta' eventwali ksur tal-Kodiċi ta' Mġiba

Proċedura f'każ ta' eventwali ksur tal-Kodiċi ta' Mġiba

1.  Fejn ikun hemm raġunijiet li jagħtu x'wieħed jaħseb li Membru tal-Parlament Ewropew seta' kiser dan il-Kodiċi ta' Mġiba, il-President jista' jinnotifika lill-Kumitat Konsultattiv b'dan.

1.  Fejn ikun hemm raġunijiet li jagħtu x'wieħed jaħseb li Membru tal-Parlament Ewropew seta' kiser dan il-Kodiċi ta' Mġiba, il-President għandu, ħlief f'każijiet manifestament vessatorji, jinnotifika lill-Kumitat Konsultattiv b'dan.

2.  Il-Kumitat Konsultattiv għandu jeżamina ċ-ċirkostanzi tal-ksur allegat, u jista' jisma' l-Membru kkonċernat. Fuq il-bażi tal-konstatazzjonijiet tiegħu, għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-President dwar deċiżjoni possibbli.

2.  Il-Kumitat Konsultattiv għandu jeżamina ċ-ċirkostanzi tal-ksur allegat, u jista' jisma' l-Membru kkonċernat. Fuq il-bażi tal-konstatazzjonijiet tiegħu, għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-President dwar deċiżjoni possibbli.

 

Fil-każ ta' ksur allegat tal-Kodiċi ta' Kondota minn membru permanenti jew minn membru ta' riżerva tal-Kumitat Konsultattiv, il-membru jew il-membru ta' riżerva kkonċernati għandu jżommu lura milli jieħdu sehem fil-proċedimenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar dak l-allegat ksur.

3.  Jekk, fid-dawl ta' din ir-rakkomandazzjoni, il-President jikkonkludi li l-Membru kkonċernat ikun kiser il-Kodiċi ta' Mġiba, huwa għandu, wara li jisma' lill-Membru, jadotta deċiżjoni motivata li tistipula l-piena, li biha għandu jgħarraf lill-Membru.

3.  Jekk, fid-dawl ta' din ir-rakkomandazzjoni, u wara li jkun stieden lill-Membru kkonċernat iressaq osservazzjonijiet bil-miktub, il-President jikkonkludi li l-Membru kkonċernat ikun kiser il-Kodiċi ta' Mġiba, huwa għandu jadotta deċiżjoni motivata li tistipula l-piena, li biha għandu jgħarraf lill-Membru.

Il-piena tista' tikkonsisti f'waħda jew iżjed mill-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 166(3) tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-piena tista' tikkonsisti f'waħda jew iżjed mill-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 166(3) sa (3b) tar-Regoli ta' Proċedura.

4.  Il-Membru kkonċernat għandu l-possibilità ta' appell intern skont l-Artikolu 167 tar-Regoli ta' Proċedura.

4.  Il-Membru kkonċernat għandu l-possibilità ta' appell intern skont l-Artikolu 167 tar-Regoli ta' Proċedura.

5.  Wara l-iskadenzi provduti fl-Artikolu 167 tar-Regoli ta' Proċedura, kwalunkwe piena imposta fuq Membru għandha titħabbar mill-President fil-plenarja u tiġi ppubblikata b'mod prominenti fuq is-sit web tal-Parlament għall-bqija tal-leġislatura.

 

Justification

As regards subparagraph 1 of paragraph 2, AFCO WG clarified the current drafting in order to specifically address the situation in which an alleged breach has been committed by a member of the Advisory Committee (this would encourage the President to refer the matter to the Advisory Committee even in those circumstances).

For paragraph 3, subparagraph 1, alignment with Rule 166 (1) as modified.

Paragraph 5 to be deleted here to be inserted in Rule 166(1) so as to apply not only to the sanctions concerning a breach of the Code of Conduct on financial interest, but also to the sanctions following breaches of the rules on conduct in general.

Emenda    264

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness II

Test fis-seħħ

Emenda

 

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Anness II se jitħassar

Emenda    265

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness III – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

Kriterji għall-mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub skont l-Artikoli 130 u 131

Kriterji għall-mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub skont l-Artikoli 130, 131 u 131a

Emenda    266

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness III – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.  Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub għandhom:

1.  Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub għandhom:

– jispeċifikaw b'mod ċar lil liema destinatarju għandhom ikunu trażmessi permezz tal-mezzi interistituzzjonali normali;

– jispeċifikaw b'mod ċar lil liema destinatarju għandhom ikunu trażmessi permezz tal-mezzi interistituzzjonali normali;

–  jaqgħu esklussivament fil-limiti tal-kompetenzi tal-istituzzjonijiet kif stipulati fit-Trattati relevanti u fl-isfera ta' responsabilità tad-destinatarju, u jkunu ta' interess ġenerali;

–  jaqgħu esklussivament fil-limiti tal-kompetenzi tad-destinatarju, kif stipulati fit-Trattati relevanti jew f'atti legali tal-Unjoni, jew fl-isfera tal-attività tagħha,

 

– ikunu ta' interess ġenerali;

– ikunu konċiżi u jkollhom interrogazzjoni li tinftiehem sew;

– ikunu konċiżi u jkollhom interrogazzjoni li tinftiehem sew;

– ma jkunux itwal minn 200 kelma;

– ma jkunux itwal minn 200 kelma;

– ma jkunx fihom lingwaġġ offensiv;

– ma jkunx fihom lingwaġġ offensiv;

– ma jkollhomx x'jaqsmu ma' kwistjonijiet strettament personali;

– ma jkollhomx x'jaqsmu ma' kwistjonijiet strettament personali;

– ma jkunx fihom aktar minn tliet submistoqsijiet.

– ma jkunx fihom aktar minn tliet submistoqsijiet.

Emenda    267

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness III - paragrafu 1a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

1a.  Mistoqsijiet lill-Kunsill ma jistgħux jittrattaw is-suġġett ta' proċedura leġislattiva ordinarja li tkun għadha għaddejja jew il-funzjonijiet baġitarji tal-Kunsill.

Emenda    268

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness III – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3.  Jekk tkun tressqet u twieġbet mistoqsija identika jew simili matul is-sitt xhur ta' qabel, jew sa fejn mistoqsija titlob biss tagħrif dwar is-segwitu għal riżoluzzjoni speċifika tal-Parlament ta' xorta li l-Kummissjoni tkun diġà tat f'komunikazzjoni ta' segwitu bil-miktub, is-Segretarjat għandu jibgħat kopja tal-mistoqsija u tat-tweġiba ta' qabel lill-awtur. Il-mistoqsija mtennija m'għandhiex tiġi mgħoddija lid-destinatarju ħlief jekk il-President jiddeċiedi li jagħmel dan fid-dawl ta' żviluppi ġodda sinifikanti u b'risposta għal talba raġunata mill-awtur.

3.  Jekk tkun tressqet u twieġbet mistoqsija identika jew simili matul is-sitt xhur ta' qabel, jew sa fejn mistoqsija titlob biss tagħrif dwar is-segwitu għal riżoluzzjoni speċifika tal-Parlament ta' xorta li l-Kummissjoni tkun diġà tat f'komunikazzjoni ta' segwitu bil-miktub matul is-sitt xhur preċedenti, is-Segretarjat għandu jibgħat lill-awtur kopja tal-mistoqsija u tat-tweġiba ta' qabel jew tal-komunikazzjoni ta' segwitu. Il-mistoqsija mtennija m'għandhiex tiġi mgħoddija lid-destinatarju ħlief jekk il-President jiddeċiedi li jagħmel dan fid-dawl ta' żviluppi ġodda sinifikanti u b'risposta għal talba motivata mill-awtur.

Ġustifikazzjoni

L-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu mhijiex abbozzata kif suppost: il-konsegwenza għall-fatt li l-Kummissjoni tkun diġà pprovdiet komunikazzjoni ta' segwitu bil-miktub għal riżoluzzjoni speċifika tal-Parlament ma tidhirx fis-sentenza. Barra minn hekk, għandu jiżdied qafas ta' żmien (eż. sitt xhur, b'analoġija ma' mistoqsijiet simili): ikun bla użu li lill-Membru jintbagħatlu s-segwitu mill-Kummissjoni li jkun waslilha snin qabel, jiġifieri li ma jkunx iqis żviluppi aktar riċenti.

Emenda    269

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness VII

Test fis-seħħ

Emenda

[...]

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Anness VII jitħassar. Il-Parti A tiegħu tisparixxi, peress li tiġi ttrasformata fl-Artikolu 210a ġdid. Il-Partijiet B sa E jiġu inklużi f'ġabra ta' atti legali, faċilment aċċessibbli għall-MPE u persuni oħra.

Emenda    270

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness VIII

Test fis-seħħ

Emenda

[...]

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Anness VIII jitħassar. It-test tad-Deċiżjoni riprodott f'dak l-Anness jiġi inkluż f'ġabra ta' atti legali, faċilment aċċessibbli għall-MPE u persuni oħra.

Emenda    271

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness IX

Test fis-seħħ

Emenda

[...]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għandu jitħassar. Il-Parti A tal-Anness IX tisparixxi, peress li tiġi inkluża fl-Artikolu 116a. It-test tal-ftehim riprodott fil-Parti B ta' dak l-Anness jiġi inkluż f'ġabra ta' atti legali, faċilment aċċessibbli għall-MPE u persuni oħra.

Emenda    272

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness X

Test fis-seħħ

Emenda

[...]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għandu jitħassar. It-test tad-Deċiżjonijiet riprodott f'dak l-Anness jiġi inkluż f'ġabra ta' atti legali, faċilment aċċessibbli għall-MPE u persuni oħra.

Emenda    273

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XI

Test fis-seħħ

Emenda

[...]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għandu jitħassar. It-test tad-Deċiżjoni riprodott f'dak l-Anness jiġi inkluż f'ġabra ta' atti legali, faċilment aċċessibbli għall-MPE u persuni oħra.

Emenda    274

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XII

Test fis-seħħ

Emenda

[...]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għandu jitħassar. It-test tal-Ftehim riprodott f'dak l-Anness jiġi inkluż f'ġabra ta' atti legali, faċilment aċċessibbli għall-MPE u persuni oħra.

Emenda    275

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XIII

Test fis-seħħ

Emenda

[...]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għandu jitħassar. It-test tal-Ftehim riprodott f'dak l-Anness jiġi inkluż f'ġabra ta' atti legali, faċilment aċċessibbli għall-MPE u persuni oħra.

Emenda    276

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XIV

Test fis-seħħ

Emenda

[...]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għandu jitħassar. It-test tar-Regolament riprodott f'dak l-Anness jiġi inkluż f'ġabra ta' atti legali, faċilment aċċessibbli għall-MPE u persuni oħra.

Emenda    277

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XV

Test fis-seħħ

Emenda

[...]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu 1 jitħassar minn hawnehkk u jitmexxa b'modifika żgħira biex isir interpretazzjoni tal-Artikolu 166 §2. Il-paragrafu 2 jiġi mħassar minn hawnhekk u jitmexxa għall-Artikolu 11. L-ewwel sentenza ddaħħlet fl-Artikolu 11(3a) (ġdid); It-tieni sentenza hija żejda. Is-subparagrafu 1 għandu jitħassar għax żejjed.

Emenda    278

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XVI

Test fis-seħħ

Emenda

Linji gwida għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni

Approvazzjoni tal-Kummissjoni u monitoraġġ tal-impenji mogħtija waqt is-seduti ta' smigħ.

1.   Għandhom japplikaw il-prinċipji, il-kriterji u l-arranġamenti li ġejjin sabiex il-kulleġġ kollu tal-Kummissjoni jkun suġġett għall-vot ta' approvazzjoni tal-Parlament:

 

 

Parti I – Approvazzjoni tal-Parlament fir-rigward tal-Kulleġġ tal-Kummissjoni kollu kemm hu

 

Artikolu 1

(a) Bażi għall-evalwazzjoni

Bażi għall-evalwazzjoni

Il-Parlament għandu jevalwa l-Kummissarji nnominati fuq il-bażi tal-kompetenza ġenerali, l-impenn Ewropew u l-indipendenza personali tagħhom. Għandu jevalwa l-għarfien tal-portafoll li għalih qed ikunu proposti u l-ħiliet ta' komunikazzjoni tagħhom.

1.  Il-Parlament għandu jevalwa l-Kummissarji nnominati fuq il-bażi tal-kompetenza ġenerali, l-impenn Ewropew u l-indipendenza personali tagħhom. Għandu jevalwa l-għarfien tal-portafoll li għalih qed ikunu proposti u l-ħiliet ta' komunikazzjoni tagħhom.

Il-Parlament għandu joqgħod attent b'mod partikulari għall-bilanċ bejn is-sessi. Jista' jesprimi ruħu dwar l-allokazzjoni tar-responsabilitajiet tal-portafolli mill-President elett.

2.  Il-Parlament għandu joqgħod attent b'mod partikulari għall-bilanċ bejn is-sessi. Jista' jesprimi ruħu dwar l-allokazzjoni tar-responsabilitajiet tal-portafolli mill-President elett.

Il-Parlament jista' jfittex li jikseb kull tagħrif rilevanti biex jieħu deċiżjoni dwar il-kapaċità tal-Kummissarji nnominati. Huwa jistenna li t-tagħrif dwar l-interessi finanzjarji tagħhom ikun żevalat bis-sħiħ. Id-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-Kummissarji nnominati għandhom jintbagħtu għall-iskrutinju tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali.

3.  Il-Parlament jista' jfittex li jikseb kull tagħrif rilevanti biex jieħu deċiżjoni dwar il-kapaċità tal-Kummissarji nnominati. Huwa jistenna li t-tagħrif dwar l-interessi finanzjarji tagħhom ikun żevalat bis-sħiħ. Id-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-Kummissarji nnominati għandhom jintbagħtu għall-iskrutinju tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali.

L-iskrutinju tad-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji ta' Kummissarju nnominat mill-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonsisti mhux biss fil-verifika li d-dikjarazzjoni tkun ġiet debitament mimlija, iżda wkoll fl-evalwazzjoni ta' jekk kunflitt ta' interessi jistax jiġi dedott mill-kontenut tad-dikjarazzjoni. Huwa mbagħad għall-kumitat responsabbli għas-smigħ li jiddeċiedi jekk huwa jeħtieġx aktar informazzjoni mill-Kummissarju nnominat.

 

 

Artikolu 1a

 

Eżami tad-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji

 

1.  Il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali għandu jeżamina d-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji u jivvaluta jekk il-kontenut tad-dikjarazzjoni magħmula minn Kummissarju nnominat hijiex preċiża u kompleta u jekk huwiex possibbli li tindika kunflitt ta' interessi;

 

2.  Il-konferma min-naħa tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali tal-assenza ta' kwalunkwe kunflitt ta' interessi tikkostitwixxi prerekwiżit essenzjali biex issir is-seduta ta' smigħ mill-kumitat responsabbli; Fin-nuqqas ta' tali konferma , il-proċedura għall-ħatra tal-Kummissarju nnominat għandha tkun sospiża waqt li tkun qed tiġi segwita l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3(c).

 

3. Il-linji gwida li ġejjin għandhom ikunu applikati waqt l-iskrutinju tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji mill-Kumitat responsabbli għall-Affarijiet Legali:

 

(a)   jekk, matul l-iskrutinju tad-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji, il-Kumitat iqis, abbażi tad-dokumenti ppreżentati, li d-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji hija preċiża, kompluta u ma tinkludi l-ebda informazzjoni li tindika kunflitt ta' interess reali jew potenzjali b'rabta mal-portafoll tal-Kummissarju nnominat, il-president tiegħu għandu jibgħat ittra ta' konferma ta' dan lill-kumitati responsabbli mis-seduta ta' smigħ jew lill-kumitati involuti fil-każ ta' proċedura li tkun qed isseħħ waqt il-mandat ta' Kummissarju;

 

(b)   jekk il-Kumitat iqis li d-dikjarazzjoni tal-interessi ta' Kummissarju nnominat ikun fiha informazzjoni inkompleta jew kontradittorja, jew li hemm bżonn ta' informazzjoni addizzjonali, huwa għandu, b'konformità mar-Regoli ta' Proċedura u l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, jitlob lill-Kummissarju nnominat jipprovdi informazzjoni supplementari mingħajr dewmien żejjed, u għandu jikkunsidraha u janalizzaha sew qabel jieħu d-deċiżjoni tiegħu; il-Kumitat responsabbli għall-Affarijiet Legali jista' jiddeċiedi, fejn xieraq, li jistieden lill-Kummissarju nnominat għal seduta ta' smigħ;

 

(c)   jekk il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jinnota li hemm kunflitt ta' interessi abbażi tad-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji jew tal-informazzjoni supplementari li jkun ipprovda l-Kummissarju nnominat, huwa għandu jfassal rakkomandazzjonijiet bl-għan li jiġi riżolt il-kunflitt ta' interessi; dawn ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jinkludu r-rinunzja tal-interessi finanzjarji inkwistjoni jew tibdiliet fil-portafoll tal-Kummissarju nnominat mill-President tal-Kummissjoni; f'każijiet aktar serji, jekk ma tinstab l-ebda soluzzjoni għall-kunflitt ta' interessi, u bħala l-aħħfar għażla, il-Kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jista' jikkonkludi li l-Kummissarju nnominat mhuwiex f'pożizzjoni li jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu skont it-Trattati u l-Kodiċi ta' Kondotta; il-President tal-Parlament imbagħad għandu jsaqsi lill-President tal-Kummissjoni x'passi ulterjuri biħsiebu jieħu;

 

Artikolu 2

(b) Seduti ta' smigħ

Seduti ta' smigħ

Kull Kummissarju nnominat għandu jkun mistieden jidher quddiem il-kumitat jew kumitati kompetenti għal seduta ta' smigħ waħda. Is-seduti ta' smigħ għandhom isiru fil-pubbliku.

1.  Kull Kummissarju nnominat għandu jkun mistieden jidher quddiem il-kumitat jew kumitati kompetenti għal seduta ta' smigħ waħda.

Is-seduti ta' smigħ għandhom ikunu organizzati mill-Konferenza tal-Presidenti fuq rakkomandazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati. Il-president u l-koordinaturi ta' kull kumitat għandhom ikunu responsabbli għall-arranġamenti dettaljati. Jistgħu jinħatru rapporteurs.

2.  Is-seduti ta' smigħ għandhom ikunu organizzati mill-Konferenza tal-Presidenti fuq rakkomandazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati. Il-president u l-koordinaturi ta' kull kumitat għandhom ikunu responsabbli għall-arranġamenti dettaljati. Jistgħu jinħatru rapporteurs.

Għandhom isiru arranġamenti xierqa biex ikunu assoċjati l-kumitati rilevanti meta l-portafolli jkunu mħallta. Hemm tliet għażliet:

3.  Għandhom isiru arranġamenti xierqa biex ikunu assoċjati l-kumitati rilevanti meta l-portafolli jkunu mħallta. Hemm tliet għażliet:

(a) jekk il-portafoll tal-Kummissarju nnominat jaqa' taħt il-mandat ta' kumitat wieħed, il-Kummissarju nnominat għandu jinstema' minn dak il-kumitat biss (il-kumitat responsabbli);

(a) jekk il-portafoll tal-Kummissarju nnominat jaqa' taħt il-mandat ta' kumitat wieħed, il-Kummissarju nnominat għandu jinstema' minn dak il-kumitat biss (il-kumitat responsabbli);

(b) jekk il-portafoll tal-Kummissarju nnominat jaqa' bejn wieħed u ieħor b'mod indaqs taħt il-mandat ta' iktar minn kumitat wieħed, il-Kummissarju nnominat għandu jinstema' minn dawn il-kumitati flimkien (kumitati konġunti); and

(b) jekk il-portafoll tal-Kummissarju nnominat jaqa' bejn wieħed u ieħor b'mod indaqs taħt il-mandat ta' iktar minn kumitat wieħed, il-Kummissarju nnominat għandu jinstema' minn dawn il-kumitati flimkien (kumitati konġunti); and

(c) jekk il-portafoll tal-Kummissarju nnominat jaqa' primarjament taħt il-mandat ta' kumitat wieħed u sa ċertu punt biss taħt il-mandat ta' għall-inqas kumitat ieħor, il-Kummissarju nnominat għandu jinstema' mill-kumitat li għandu r-responsabilità ewlenija, bl-assoċjazzjoni tal-kumitat l-ieħor jew lill-kumitati l-oħra (kumitati assoċjati).

(c) jekk il-portafoll tal-Kummissarju nnominat jaqa' primarjament taħt il-mandat ta' kumitat wieħed u sa ċertu punt biss taħt il-mandat ta' għall-inqas kumitat ieħor, il-Kummissarju nnominat għandu jinstema' mill-kumitat li għandu r-responsabilità ewlenija, bl-assoċjazzjoni tal-kumitat l-ieħor jew lill-kumitati l-oħra (kumitati assoċjati).

Il-President elett tal-Kummissjoni għandu jkun ikkonsultat bis-sħiħ dwar l-arranġamenti.

4.  Il-President elett tal-Kummissjoni għandu jkun ikkonsultat bis-sħiħ dwar l-arranġamenti.

Il-kumitati għandhom iressqu mistoqsijiet bil-miktub lill-Kummissarji nnominati kmieni biżżejjed qabel is-seduta. Għal kull Kummissarju nnominat għandhom jitfasslu żewġ mistoqsijiet komuni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, l-ewwel waħda marbuta ma' kwistjonijiet ta' kompetenza ġenerali, l-impenn Ewropew u l-indipendenza personali, u t-tieni waħda marbuta mal-ġestjoni tal-portafoll u l-koperazzjoni mal-Parlament. Il-kumitat responsabbli għandu jfassal tliet mistoqsijiet oħra. Fil-każ tal-kumitati konġunti, kull wieħed minnhom għandu jingħata d-dritt ifassal żewġ mistoqsijiet.

5.  Il-kumitati għandhom iressqu mistoqsijiet bil-miktub lill-Kummissarji nnominati kmieni biżżejjed qabel is-seduta. Għal kull Kummissarju nnominat għandhom jitfasslu żewġ mistoqsijiet komuni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, l-ewwel waħda marbuta ma' kwistjonijiet ta' kompetenza ġenerali, l-impenn Ewropew u l-indipendenza personali, u t-tieni waħda marbuta mal-ġestjoni tal-portafoll u l-koperazzjoni mal-Parlament. Il-kumitat responsabbli għandu jressaq ħames mistoqsijiet oħra; m'għandhomx ikunu permessisottomistoqsijiet. Fil-każ tal-kumitati konġunti, kull wieħed minnhom għandu jingħata d-dritt iressaq tliet mistoqsijiet.

 

Il-curriculum vitae tal-Kummissarji nnominati u t-tweġiba tagħhom għall-mistoqsijiet bil-miktub għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Parlament qabel ma ssir is-seduta ta' smigħ.

Kull seduta ta' smigħ għandha tiġi skedata li ddum tliet sigħat. Is-seduti ta' smigħ għandhom isiru f'ċirkostanzi, u skond kundizzjonjiet, li fihom il-Kummissarji nnominati jgawdu minn opportunità ugwali u ġusta biex jippreżentaw lilhom infushom u l-fehmiet tagħhom.

6.  Kull seduta ta' smigħ għandha tiġi skedata li ddum tliet sigħat. Is-seduti ta' smigħ għandhom isiru f'ċirkostanzi, u skont kundizzjonjiet, li fihom il-Kummissarji nnominati jgawdu minn opportunità ugwali u ġusta biex jippreżentaw lilhom infushom u l-fehmiet tagħhom.

Il-Kummissarji nnominati għandhom ikunu mistiedna biex jagħmlu stqarrija tal-bidu bil-fomm ta' mhux aktar minn 15-il minuta. Meta jkun possibbli, il-mistoqsijiet li jsiru matul is-seduta ta' smigħ għandhom jinġabru flimkien skont it-tema. Il-maġġoranza tal-ħin għad-diskors għandu jkun allokat lill-gruppi politiċi, f'konformità mal-Artikolu 162 mutatis mutandis. It-tmexxija tas-seduti ta' smigħ għandha ssir bl-għan li jkun żviluppat djalogu politiku pluralistiku bejn il-Kummissarji nnominati u l-Membri. Qabel tmiem is-seduta ta' smigħ, il-Kummissarji nnominati għandu jkollhom l-opportunità li jagħmlu stqarrija qasira ta' l-għeluq.

7.  Il-Kummissarji nnominati għandhom ikunu mistiedna biex jagħmlu stqarrija tal-bidu bil-fomm ta' mhux aktar minn 15-il minuta. Matul is-seduta ta' smigħ għandhom isiru sa 25 mistoqsija, miġbura flimkien skont it-tema kull meta jkun possibbli. Tista' ssir mistoqsija ta' segwitu waħda immedjatament fiż-żmien allokat. Il-maġġoranza tal-ħin għad-diskors għandu jkun allokat lill-gruppi politiċi, f'konformità mal-Artikolu 162 mutatis mutandis. It-tmexxija tas-seduti ta' smigħ għandha ssir bl-għan li jkun żviluppat djalogu politiku pluralistiku bejn il-Kummissarji nnominati u l-Membri. Qabel tmiem is-seduta ta' smigħ, il-Kummissarji nnominati għandu jkollhom l-opportunità li jagħmlu stqarrija qasira tal-għeluq.

Għandu jkun hemm trażmissjoni awdjoviżiva diretta tas-seduti ta' smigħ. Għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku reġistrazzjoni indiċizzata tas-seduti ta' smigħ fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa.

8.  Għandu jkun hemm trażmissjoni awdjoviżiva diretta tas-seduti ta' smigħ li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u tal-midja mingħajr ħlas. Għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku reġistrazzjoni indiċizzata tas-seduti ta' smigħ fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa.

 

Artikolu 3

(c)  Evalwazzjoni

Evalwazzjoni

Il-President u l-koordinaturi għandhom jiltaqgħu mingħajr dewmien wara s-seduta ta' smigħ biex jevalwaw kull wieħed mill-Kummissarji nnominati. Dawk il-laqgħat għandhom isiru in camera. Il-koordinaturi għandhom ikunu mistiedna biex jgħidu jekk, fil-fehma tagħom, il-Kummissarji nnominati humiex ikkwalifikati kemm biex ikunu membri tal-kulleġġ u biex iwettqu d-dmirijiet partikolari assenjati lilhom. Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għandha tfassal mudell pro forma biex tassisti l-evalwazzjoni.

1.  Il-President u l-koordinaturi għandhom jiltaqgħu mingħajr dewmien wara s-seduta ta' smigħ biex jevalwaw kull wieħed mill-Kummissarji nnominati. Dawk il-laqgħat għandhom isiru bil-magħluq. Il-koordinaturi għandhom ikunu mistiedna biex jgħidu jekk, fil-fehma tagħom, il-Kummissarji nnominati humiex ikkwalifikati kemm biex ikunu membri tal-kulleġġ u biex iwettqu d-dmirijiet partikolari assenjati lilhom. Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għandha tfassal mudell pro forma biex tassisti l-evalwazzjoni.

Fil-każ ta' kumitati konġunti, il-president u l-koordinaturi tal-kumitati kkonċernati għandhom jaġixxu b'mod konġunt waqt il-proċedura kollha.

2.  Fil-każ ta' kumitati konġunti, il-president u l-koordinaturi tal-kumitati kkonċernati għandhom jaġixxu b'mod konġunt waqt il-proċedura kollha.

Għandu jkun hemm stqarrija ta' evalwazzjoni waħda għal kull Kummissarju nnominat. L-opinjonijiet tal-kumitati kollha assoċjati mas-smigħ għandhom jiġu inklużi.

3.  Għandu jkun hemm ittra ta' evalwazzjoni waħda għal kull Kummissarju nnominat. L-opinjonijiet tal-kumitati kollha assoċjati mas-smigħ għandhom jiġu inklużi.

Meta l-kumitati jkunu jirrikjedu iktar tagħrif sabiex ilestu l-evalwazzjoni tagħhom, il-President għandu jikteb lill-President elett tal-Kummissjoni f'isimhom. Il-koordinaturi għandhom iqisu r-risposta ta' dan tal-aħħar.

 

Jekk il-koordinaturi ma jkunux jistgħu jaslu għal konsensus dwar l-evalwazzjoni, jew fuq talba ta' grupp politiku wieħed, il-president għandu jsejjaħ laqgħa tal-kumitat sħiħ. Jekk ikun falla kull tentattiv ieħor, il-president għandu jressaq iż-żewġ deċiżjonijiet għal votazzjoni sigrieta.

 

 

3a.  Il-prinċipji li ġejjin għandhom japplikaw għall-evalwazzjoni tal-koordinaturi:

 

(a)  Jekk il-koordinaturi japprovaw b'mod unanimu l-Kummissarju nnominat, il-president għandu jressaq ittra ta' approvazzjoni f'isimhom.

 

(b)  Jekk il-koordinaturi jirrifjutaw b'mod unanimu l-Kummissarju nnominat, il-president għandu jressaq ittra ta' rifjut f'isimhom.

 

(c)  jekk il-koordinaturi li jirrappreżentaw maġġoranza ta' mill-inqas żewġ terzi tal-membri tal-kumitat japprovaw il-Kummissarju nnominat, il-president għandu jressaq ittra f'isimhom li tiddikjara li maġġoranza kbira tapprova lill-Kummissarju nnominat. Il-fehmiet tal-minoranza għandhom jissemmew fuq talba.

 

(d)  Jekk il-koordinaturi ma jistgħux jilħqu maġġoranza ta' mill-inqas żewġ terzi tal-membri tal-kumitat biex japprovaw il-kandidat, huma għandhom

 

  l-ewwel jitolbu informazzjoni addizzjonali permezz ta' mistoqsijiet bil-miktub ulterjuri;

 

  jekk il-koordinaturi xorta waħda jibqgħu mhux sodisfatti, għandhom jitolbu li terġa' ssir seduta ta' smigħ ta' siegħa u nofs oħra suġġett għall-approvazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti;

 

(e)  Jekk, wara l-applikazzjoni tal-punt (d), il-koordinaturi li jirrappreżentaw maġġoranza ta' mill-inqas żewġ terzi tal-membri tal-kumitat japprovaw lill-Kummissarju nnominat, il-president għandu jressaq ittra f'isimhom li tiddikjara li maġġoranza kbira tapprova lill-Kummissarju nnominat. Il-fehmiet tal-minoranza għandhom jissemmew fuq talba.

 

(f)  Jekk, wara l-applikazzjoni tal-punt (d), ikun għad m'hemmx maġġoranza tal-koordinaturi li jirrappreżentaw tal-inqas żewġ terzi tal-membri tal-kumitat biex japprovaw lill-Kummissarju nnominat, il-president għandu jsejjaħ laqgħa u jressaq għall-votazzjoni ż-żewġ mistoqsijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1). Il-president għandu jressaq ittra li tiddikjara l-evalwazzjoni tal-kumitat.

L-istqarrijiet ta' evalwazzjoni tal-kumitati għandhom jiġu adottati u ppubblikata fi żmien 24 siegħa wara s-seduti ta' smigħ. L-istqarrijiet għandhom jiġu eżaminati mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati u sussegwentement mibgħuta lill-Konferenza tal-Presidenti. Ħlief jekk tiddeċiedi li tfittex tagħrif ulterjuri, il-Konferenza tal-Presidenti, wara skambju ta' fehmiet, għandha tiddikjara s-seduti ta' smigħ magħluqa.

3b.  L-ittri ta' evalwazzjoni tal-kumitati għandhom jiġu trażmessi fi żmien 24 siegħa wara li jkun tlesta għalkollox il-proċess ta' evalwazzjoni. L-ittri għandhom jiġu eżaminati mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati u sussegwentement mibgħuta lill-Konferenza tal-Presidenti. Ħlief jekk tiddeċiedi li tfittex tagħrif ulterjuri, il-Konferenza tal-Presidenti, wara skambju ta' fehmiet, għandha tiddikjara s-seduti ta' smigħ magħluqa u tawtorizza l-pubblikazzjoni tal-ittri ta' evalwazzjoni kollha.

 

Artikolu 4

 

Preżentazzjoni tal-kulleġġ

Il-President elett tal-Kummissjoni għandu jippreżenta l-kulleġġ sħiħ tal-Kummissarji nnominati u l-programm tagħhom f'seduta tal-Parlament li għaliha għandhom ikunu mistiedna jattendu l-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kunsill. Wara l-preżentazzjoni għandu jsir dibattitu. Sabiex jingħalaq id-dibattitu, kwalunkwe grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jressqu mozzjoni għal riżoluzzjoni. Għandu japplika l-Artikolu 123(3), (4) u (5).

1.  Il-President elett tal-Kummissjoni għandu jiġi mistieden jippreżenta l-Kulleġġ sħiħ tal-Kummissarji nnominati u l-programm tagħhom f'seduta tal-Parlament li għaliha għandhom ikunu mistiedna jattendu l-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kunsill. Wara l-preżentazzjoni għandu jsir dibattitu. Sabiex jingħalaq id-dibattitu, kwalunkwe grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jressqu mozzjoni għal riżoluzzjoni. Għandu japplika l-Artikolu 123(3) sa (5b).

Wara l-votazzjoni dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni, il-Parlament għandu jivvota dwar jekk jagħtix jew le l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra, bħala korp, tal-President elett u l-Kummissarji nnominati. Il-Parlament għandu jiddeċiedi b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, permezz ta' sejħa ta' l-ismijiet. Huwa jista' jiddifferixxi l-votazzjoni għas-seduta li jkun imiss.

2.  Wara l-votazzjoni dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni, il-Parlament għandu jivvota dwar jekk jagħtix jew le l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra, bħala korp, tal-President elett u l-Kummissarji nnominati. Il-Parlament għandu jiddeċiedi b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, permezz ta' sejħa tal-ismijiet. Huwa jista' jiddifferixxi l-votazzjoni għas-seduta li jkun imiss.

 

Artikolu 5

 

Monitoraġġ tal-impenji mogħtija waqt is-seduti ta' smigħ

 

L-impenji mogħtija u l-prijoritajiet imsemmija mill-Kummissarji nnominati waqt is-seduti ta' smigħ għandhom jiġu rieżaminati, matul il-mandat kollu tiegħu, mill-kumitat responsabbli fil-kuntest tad-djalogu strutturat annwali mal-Kummissjoni li jsir skont il-paragrafu 1 tal-Anness 4 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea.

2. L-arranġamenti li ġejjin għandhom japplikaw fil-każ ta' bdil fil-kompożizzjoni tal-kulleġġ tal-Kummissjoni jew ta' bdil sostanzjali tal-portafolli matul il-mandat tagħha:

 

 

Parti II – Bdil sostanzjali fil-portafoll jew bdil fil-kompożizzjoni matul il-mandat

 

Artikolu 6

 

Post vakanti

(a)  Meta post vakanti maħluq minħabba riżenja, irtirar mandatorju jew mewt ikun irid jimtela, il-Parlament, malajr u b'mod effettiv, għandu jistieden lill-Kummissarju nnominat biex jieħu sehem f'seduta ta' smigħ bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stipulati fil-paragrafu 1.

Meta post vakanti maħluq minħabba riżenja, irtirar mandatorju jew mewt ikun irid jimtela, il-Parlament, malajr u b'mod effettiv, għandu jistieden lill-Kummissarju nnominat biex jieħu sehem f'seduta ta' smigħ bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stipulati fil-Parti I.

 

Artikolu 7

 

Adeżjoni ta' Stat Membru ġdid

(b)  Fil-każ ta' l-adeżjoni ta' Stat Membru ġdid, il-Parlament għandu jistieden lill-Kummissarju nnominat biex jieħu sehem f'seduta ta' smigħ bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stipulati fil-paragrafu 1.

Fil-każ tal-adeżjoni ta' Stat Membru ġdid, il-Parlament għandu jistieden lill-Kummissarju nnominat biex jieħu sehem f'seduta ta' smigħ bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stipulati fil-Parti I.

 

Artikolu 8

 

Bdil Sostanzjali tal-Portafolli

(c)  Fil-każ ta' bdil sostanzjali tal-portafolli, il-Kummissarji milquta għandhom ikunu mistiedna jidhru quddiem il-kumitati kkonċernati qabel jieħdu r-responsabilitajiet il-ġodda tagħhom.

Fil-każ ta' bdil sostanzjali tal-portafolli waqt il-mandat tal-Kummissjoni, il-Kummissarji milquta għandhom ikunu mistiedna jipparteċipaw f'seduta ta' smigħ taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fil-Parti I qabel jieħdu r-responsabilitajiet il-ġodda tagħhom.

 

Artikolu 9

 

Votazzjoni fil-plenarja

B'deroga mill-proċedura stabbilita fil-paragrafu 1(c), it-tmin subparagrafu, meta l-votazzjoni fil-plenarja tikkonċerna l-ħatra ta' Kummissarju wieħed, il-vot għandu jkun sigriet.

B'deroga mill-proċedura stabbilita fl-Artikolu 118(5a), meta l-votazzjoni fil-plenarja tikkonċerna l-ħatra ta' Kummissarju wieħed, il-vot għandu jkun sigriet.

Justification

The tile is derived from §8 of EP resolution of 8 September 2015 on procedures and practices regarding Commissioner hearings, lessons to be taken from the 2014 process - (Rapporteur R. Corbett).

For subparagraph 3, point a, paragraph 1, interpretation adopted on 28 April 2015:"Scrutiny of the declaration of financial interests of a Commissioner-designate by the committee responsible for legal affairs consists not only in verifying that the declaration has been duly completed but also in assessing whether a conflict of interests may be inferred from the content of the declaration. It is then for the committee responsible for the hearing to decide whether or not it requires further information from the Commissioner-designate."In line with §§ 4 and 13 of the EP resolution of 8 September 2015, the JURI committee is preparing an initiative report on guidelines concerning the Commissioners’ declarations of interests. The rapporteur (Mr Pascal Durand Greens / EFA) would normally present a draft report to the JURI committee in September 2016.

For subparagraph 1 of point b, paragraph 1, the principle that "the hearings shall be held in public." is already laid down in Rule 118 §3. Moreover, the second part of point 2.8 below is also intimately linked to the publicity of the hearings.

As regards subparagraph 5, point, paragraph 1, transposition of § 6 of the EP resolution of 8 September 2015.Transposition of §11 of the EP resolution

Concerning subparagraph 7, point b of paragraph 1: transposition of §7 of the EP resolution of 8 September 2015.

Regarding subparagraph 8, point b of paragraph 1, public communication of the hearings is now addressed under a new Article 2 §8 of the annex.

As regards to subparagraph 4 and 5 of point c, paragraph 1, and article 3, paragraph 3 a (new): consequence of transposition of § 9 of the EP resolution of 8 September 2015.

Subparagraph 6, point c of paragraph 1, transposition of § 9 and 3rd indent of § 11 of the EP resolution of 8 September 2015, the evaluation is not necessarily completed after the "first" hearing.

Titile of Article 4 added to clarify the text

Regarding squbparagraph 7, point c of paragraph 1, articles 4.1. and 4.2 are in fact a repetition of the contents of Rule 118(5) to (7) (new numbering). Either Articles 4.1. and 4.2 should be deleted (preferably) or their wording should be fully harmonised with that of Rule 118(5) to (7) .

Concerning article 5 (new), transposition of § 8 of the EP resolution of 8 September 2015.

Emenda    279

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XVIa (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

ANNESS XVI A

 

Rekwiżiti għall-abbozzar tal-atti adottati skont il-proċedura leġislattiva ordinarja

 

1.  L-atti għandhom jindikaw it-tip tal-att segwit min-numru ta' referenza, l-ismijiet taż-żewġ istituzzjonijiet li adottaw l-att, id-data ta' meta ffirmawh u indikazzjoni tas-suġġett tal-att.

 

2.  L-atti għandu jkun fihom dan li ġej:

 

(a)  "Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea";

 

(b)  referenza għad-disposizzjonijiet li taħthom l-att ikun ġie adottat, preċeduta mill-kliem "Wara li kkunsidraw";

 

(c)  ċitazzjoni li jkun fiha referenza għall-proposti ppreżentati, l-opinjonijiet miksuba u l-konsultazzjonijiet imwettqa;

 

(d)  stqarrija tal-ġustifikazzjonijiet li fuqhom ikun ibbażat l-att, introdotta bil-kelma "Billi";

 

(e)  frażi bħal "adottaw dan ir-Regolament" jew "adottaw din id-Direttiva" jew "adottaw din id-Deċiżjoni", segwita mit-test tal-att.

 

3.  L-atti għandhom ikunu maqsumin f'artikoli, u jekk ikun il-każ miġbura f'partijiet, titoli, kapitoli u taqsimiet.

 

4.  L-aħħar artikolu ta' att għandu jispeċifika id-data tad-dħul fis-seħħ, meta dik id-data tkun taħbat qabel jew wara l-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni.

 

5.  L-aħħar artikolu tal-att għandu jkun segwit minn:

 

  il-formulazzjoni xierqa, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati, fir-rigward tal-applikabilità tiegħu;

 

  "Magħmul fi…", segwita mid-data li fiha l-att ġie adottat;

 

  "Għall-Parlament Ewropew Il-President", "Għall-Kunsill Il-President", segwiti mill-isem tal-President tal-Parlament u tal-President tal-Kunsill li jkun fil-kariga meta l-att ikun adottat.

Ġustifikazzjoni

Immexxi hawn mill-Artikolu 77 (jibqa' kif inhu mingħajr l-ebda tibdil). Il-bażi ġuridika fl-Artikolu 78.

Emenda    280

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XVII

Test fis-seħħ

Emenda

[...]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għandu jitħassar. It-test tad-Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti riprodott f'dak l-Anness jiġi inkluż f'ġabra ta' atti legali, faċilment aċċessibbli għall-MPE u persuni oħra.

Emenda    281

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XVIII

Test fis-seħħ

Emenda

[...]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għandu jitħassar. It-test tal-Ftehim riprodott f'dak l-Anness jiġi inkluż f'ġabra ta' atti legali, faċilment aċċessibbli għall-MPE u persuni oħra.

Emenda    282

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XIX

Test fis-seħħ

Emenda

[...]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għandu jitħassar. It-test tad-Dikjarazzjoni riprodott f'dak l-Anness jiġi inkluż f'ġabra ta' atti legali, faċilment aċċessibbli għall-MPE u persuni oħra.

Emenda    283

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XX

Test fis-seħħ

Emenda

[...]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għandu jitħassar. It-test tal-Kodiċi ta' kondotta riprodott f'dak l-Anness jiġi inkluż f'ġabra ta' atti legali, faċilment aċċessibbli għall-MPE u persuni oħra.

Emenda    284

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness XXI

Test fis-seħħ

Emenda

[...]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għandu jitħassar. It-test tal-Ftehim riprodott f'dak l-Anness jiġi inkluż f'ġabra ta' atti legali, faċilment aċċessibbli għall-MPE u persuni oħra.

  • [1]  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

Reviżjoni Ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Il-Parlament Ewropew regolarment għamel rieżami tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, ta' spiss b'segwitu għall-adozzjoni ta' trattati ġodda li qawwew is-setgħat tal-Parlament Ewropew[1].

F'din l-okkażjoni, fil-biċċa l-kbira r-reviżjoni tar-regoli hija dovuta għal raġunijiet interni: biex il-Parlament ikun jista' jopera aħjar, biex ir-regoli jiġu ċċarati, biex tittejjeb it-trasparenza, biex il-Parlament jiġi protett minn taqlib imwettaq minn elementi politiċi intenzjonati biex jissabotaġġawlu ħidmietu. Huma biss xi ftit l-aspetti li jirriżultaw minn bidliet aktar estensivi bħall-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tal-2016 jew it-twaqqif ta' korpi ġodda fil-kuntest tal-"Unjoni Bankarja". Hemm ukoll bidliet li jirriżultaw mir-Rapport Corbett tal-2015 dwar proċeduri u prattiki rigward is-seduti ta' smigħ tal-Kummissarji.

It-tħejjija għal dan l-eżami komprensiv tar-regoli seħħet fi Grupp ta' Ħidma li kien ippresedut mill-Viċi President tal-Parlament, Rainer WIELAND u kien jinkludi membru minn kull Grupp politiku: apparti l-President (PPE), il-membri kienu r-Rapporteur (S&D), Kazimierz UJAZDOWSKI (ECR), Charles GOERENS (ALDE), Helmut SCHOLZ (GUE), Max ANDERSSON (Verts), Isabella ADINOLFI (EFDD) u Gerolf ANNEMANS (ENF).

Il-grupp ta' ħidma kellu l-assistenza ta' Task Force mis-segretarjat, li ġabret għarfien espert trasversalment mis-servizzi u l-kumitati. Huwa ltaqa' b'mod regolari għal madwar 18-il xahar u kiseb grad għoli ta' kunsens rigward ħafna punti (imma mhux kollha kemm huma).

Ix-xogħol, fil-biċċa l-kbira, huwa tekniku, legali u lingwistiku, u huwa maħsub biex itejjeb id-dettall tar-regoli. Madankollu, hemm għadd ta' bidliet b'sinifikat aktar estensiv.

Ftehimiet fl-ewwel qari (Taqsima Ġdida 3 - Artikolu 73a (ġdid))

Uħud riedu jeliminaw il-ftehimiet fl-ewwel qari, filwaqt li oħrajn irrikonoxxew il-benefiċċji li jistgħu jirriżultaw minnhom. Instab kompromess, bl-appoġġ tal-Gruppi kollha, biex jinżammu, però b'salvagwardji u aktar trasparenza. Kumitat jista' jiddeċiedi li jiftaħ in-negozjati ma' istituzzjonijiet oħra (għalkemm mhux qabel ikun adottat ir-rapport tiegħu) b'maġġoranza assoluta, imma deċiżjoni ta' dan it-tip trid titħabbar fil-plenarja u, jekk ikun hemm oġġezzjoni mill-Gruppi jew minn għadd ta' Membri li jirrappreżentaw 1/10 tal-Parlament, mela jeħtieġ li l-plenarja tivvota biex tiġi kkonfermata. Jekk ma jkunx hemm maġġoranza favur il-konferma, ir-rapport jiġi inkluż fis-sessjoni plenarja li jmiss bi skadenza għall-emendi.

Ftehimiet fit-tieni qari (Artikolu 73a (ġdid))

Fit-tieni qari, u sabiex iħejji għan-negozjati, se jkun possibbli li kumitat jadotta linji gwida, li jindirizzaw kwalunkwe kwistjoni fil-pożizzjoni tal-Kunsill li ma tkunx koperta fil-pożizzjoni tal-PE fl-ewwel qari.

Applikazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet

Il-bidliet meħtieġa biex dan il-ftehim jiġi applikat se jiġu inkorporati fir-regoli:

•  Il-President jista' jinnegoazja l-ftehim ta' programmazzjoni interistituzzjonali annwali dwar il-programmazzjoni leġislattiva mal-Kummissjoni u l-Kunsill abbażi ta' kontributi mill-Konferenza tal-Presidenti u l-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati

•  Il-President jista' jiffirma biss bl-approvazzjoni minn qabel tal-Konferenza tal-Presidenti

•  Kumitat jista' jaqbel li jaċċelera proċedura leġislattiva jekk tkun ġiet identifikata bħala prijorità fil-ftehim ta' programmazzjoni interistituzzjonali annwali

•  Il-Kummissjoni trid twieġeb għat-talbiet ta' inizjattiva mill-Parlament fi żmien tliet xhur u jekk tonqos milli tagħmel dan ikun jeħtieġ li tidher quddiem il-kumitat rilevanti

•  L-irtirar ta' proposti mill-Kummissjoni jrid jiġi diskuss mal-kumitat rilevanti tal-PE u, sussegwentement, jekk ma jintlaħaqx ftehim, mal-plenarja

•  Qabel isiru bidliet għall-bażi legali tal-proposti irid ikun hemm diskussjonijiet interistituzzjonali

Ugwaljanza bejn is-sessi / integrazzjoni (Artikolu 38a (ġdid))

Se jkun possibbli li l-Kumitat FEMM, Grupp politiku jew 40 Membru jitolbu li proposta tiġi riferuta lill-Kumitat FEMM għal opinjoni, jekk il-kwistjoni kkonċernata tkun waħda li għandha x'taqsam mas-sessi.

Dibattiti topiċi ("Aktuelle Stunde") (Artikolu 153a):

Waqt kull sessjoni parzjali, issa se jibda jkun hemm perjodu wieħed jew żewġ perjodi b'Dibattiti Topiċi ta' siegħa dwar kwistjoni ta' interess ewlieni għall-politika tal-UE. Kull Grupp se jkollu d-dritt jitlob tal-anqas dibattitu wieħed fis-sena. Il-Konferenza tal-Presidenti se tiżgura distribuzzjoni ġusta (d'Hondt). Jekk maġġoranza ta' 4/5 mill-Konferenza tal-Presidenti ma taqbilx mas-suġġett tad-Dibattitu Topiku, dan ma jseħħx.

It-trasparenza

Minħabba dewmien fil-votazzjoni dwar ir-Rapport Giegold, l-elementi tar-Rapport Giegold li jirrikjedu bidliet għar-regoli interni fil-Parlament ġew eżaminati fil-kuntest ta' dan ir-rapport mingħajr ma jkun hemm bżonn joħroġ (u mingħajr ma jiġi ppreġudikat) l-eżitu finali tar-Rapport Giegold. L-emendi proposti għar-Regoli jkopru għadd ta' kwistjonijiet relatati mat-trasparenza u r-responsabbiltà, li wħud minnhom joriġinaw mid-diskussjonijiet dwar l-abbozz tar-Rapport Giegold. Speċifikament, dawn jinkludu:

•  Ir-rapporteurs se jitħallew jehmżu "impronta leġislattiva" mar-rapporti tagħhom (bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Bureau dwar l-impronta leġislattiva)

•  Il-Membri tal-PE se jiġu pprojbiti milli jiġu impjegati bħala lobbyists imħallsa

•  Analiżi aktar fid-dettall għad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-Membri tal-PE

•  Verifika li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji qed jinżammu aġġornati u preċiżi

•  L-ex Membri għandhom jinformaw lill-PE meta jibdew impjieg (lobbying) ġdid

•  Irtirar tal-kards għal aċċess tal-lobbyists reġistrati li ma josservawx ir-regoli

•  Irtirar tal-kards għal aċċess ta' min jirrifjuta stedina mill-kumitati ta' inkjesta

•  Il-kards għal aċċess għal entourage ta' Membru ma jintużawx għal lobbying

•  Aktar trasparenza għall-Intergruppi

Anke regoli ġodda oħra li ssemmew qabel itejbu t-trasparenza, b'mod partikolari dawk rigward il-ftehimiet fl-ewwel qari, it-trasparenza tat-trilogi, u s-seduti ta' smigħ ta' konferma mal-Kummissarji (inkluż l-eżaminar tal-kunflitti ta' interessi potenzjali tagħhom).

Diversi miżuri għat-titjib tal-effiċjenza:

•  L-ordni tal-votazzjoni rigward leġislazzjoni hu stabbilit b'mod aktar ċar (Artikolu 59, eċċ.), u jagħti sekwenza għall-votazzjonijiet dwar ċaħda immedjata, dwar ftehim proviżorju li jkun intlaħaq, dwar l-emdni u dwar il-votazzjoni finali għal approvazzjoni/ċaħda. Id-duplikazzjoni tal-votazzjoni l-ewwel dwar proposta leġislattiva u mbagħad dwar riżoluzzjoni leġislattiva se tiġi eliminata: ir-riżoluzzjonijiet leġislattivi se jiġu aġġustati awtomatikament għar-riżultat tal-votazzjoni dwar il-leġislazzjoni.

•  Il-Ħin għall-Mistoqsijiet (Artikolu 129) se jinbidel b'mod li jkun jista' jintuża stil tennistiku li jagħti ċ-ċans li ssir mistoqsija lill-Kummissarji segwita b'mistoqsija ta' segwitu ta' 30 sekonda.

•  Il-Mistoqsijiet bil-Miktub (Artikolu 130) Sabiex jitnaqqas in-numru eċċessiv ta' mistoqsijiet (li issa huwa ta' aktar minn 60 000 fis-sena) li, f'xi każijiet, isiru purament għal raġunijiet ta' statistika, kull Membru tal-PE se jitħalla jressaq massimu ta' 20 mistoqsija f'kull perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi.

•  Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni se jiġu limitati għal mhux aktar minn waħda fix-xahar għal kull Membru.

•  Il-Votazzjonijiet b'Sejħa tal-Ismijiet (VSI) fil-Plenarja se jiġu limitati għal 100 VSI għal kull grupp għal kull sessjoni parzjali (Artikolu 180(1a))

•  Id-Dikjarazzjonijiet bil-Miktub:: hemm proposta (bis-suġġeriment ta' votazzjoni libera) biex dawn jiġu eliminati. Jekk jinżammu, se jkun rikjest limitu minimu ta' 40 Membru minn tliet Gruppi biex iqegħduhom fuq il-Mejda u m'għandhomx jikkonċernaw proċeduri li jkunu għaddejjin dak il-ħin.

Limiti minimi (Artikolu 168a):

Filwaqt li ġeneralment mhux qed jgħolli l-limiti minimi rikjesti għal diversi proċeduri fil-Parlament, ir-Rapport qed jipproponi li l-biċċa l-kbira tagħhom jiġu razzjonalizzati biex isiru tlieta biss, li jissostitwixxu kotra ta' limiti minimi differenti li kienu jeżistu qabel:

-  Il-limitu minimu aktar baxx: Grupp wieħed jew Membri individwali li flimkien jikkostitwixxu 1/20 tal-Parlament;

-  Il-limitu minimu tan-nofs: Grupp wieħed jew aktar, jew Membri individwali li flimkien jikkostitwixxu 1/10 tal-Parlament;

-  Il-limitu minimu aktar għoli: Grupp wieħed jew aktar, jew Membri individwali li flimkien jikkostitwixxu 1/5 tal-Parlament;

Għalkemm kien hemm suġġerimenti biex jiżdied il-limitu minimu biex jiġi kostitwit Grupp politiku, li huwa aktar baxx fil-PE milli hu fil-biċċa l-kbira tal-parlamenti nazzjonali, sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta' Gruppi żgħar estremisti, ma kienx hemm appoġġ estensiv għal dan fil-grupp ta' ħidma. Minflok hemm rekwiżit ġdid li kwalunkwe Membru li jingħaqad ma' Grupp irid jiffirma dikjarazzjoni ta' affinità politika.

Elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni permezz ta' VSI minflok b'vot sigriet (Artikolu 117)

Hemm fehmiet diverġenti dwar dan fi ħdan il-Parlament. Ir-Rapport għalhekk qed jipproponi emenda biex tiġi prevista Votazzjoni b'Sejħa tal-Ismijiet, u l-Membri jistgħu jagħżlu jekk ituhiex l-appoġġ tagħhom jew le. Il-Gruppi jistgħu jippermettu votazzjoni libera dwar din, peress li l-linji ta' firda huma aktar kulturali milli huma politiċi.

Il-proċeduri l-ġodda għas-seduti ta' smigħ tal-Kummissjoni, li ntlaħaq qbil dwarhom mill-Parlament fil-kuntest tar-Rapport Corbett tal-2015 dwar is-seduti ta' smigħ, qed jiġu trasposti fir-Regoli.

Ħatriet fil-korpi ta' governanza ekonomika (Artikolu 122a)

Qed jiġu stabbiliti proċeduri biex il-PE jivvota, b'segwitu għal seduta ta' smigħ tal-kandidati, dwar il-ħatriet għall-MSU, l-SRB, l-ABE, il-FEIS, eċċ..

Imġiba tal-Membri tal-PE (Artikolu 165 dwar sanzjonijiet u Artikolu 166 dwar pieni)

Il-Membri tal-PE issa se jiġu sanzjonati (mill-President) jekk jużaw lingwaġġ diffamatorju, razzist jew ksenofobiku jew iwettqu azzjonijiet li jfixklu l-attività parlamentari. Huma jistgħu, fejn ikun xieraq, jiġu meqjusa responsabbli għal tali mġiba mill-persunal tagħhom.

Il-pieni għal imġiba ħażina serja żdiedu (sa massimu tal-allowance ta' kuljum għal 30 jum, li tirdoppja fil-każ ta' ripetizzjoni) u dak li jkun ma jkunx jista' jirrappreżenta lill-PE esternament (fuq delegazzjonijiet, laqgħat interistituzzjonali, eċċ.) għal massimu ta' sena.

Is-siġġijiet tal-kumitati li jappartjenu għall-Gruppi (Artikolu 199)

Qed jiġi propost li s-siġġijiet tal-Membri li jinħatru f'kumitat jibqgħu tal-Grupp ikkonċernat jekk Membru jitlaq mill-Grupp. Dan kieku jżid l-istabbiltà tal-kompożizzjoni politika tal-kumitati, li suppost tirrifletti l-istess bilanċ li hemm fil-Parlament komplessivament. Għaldaqstant:

  Il-Membri kieku ma jibqgħux jinħatru formalment fil-kumitati mill-plenarja. Minflok il-Gruppi jaħtru l-membri, skont l-għadd ta' siġġijiet li huma intitolati għalihom, u jinformaw lill-Konferenza tal-Presidenti sabiex tħabbarhom (biss) fil-Plenarja.

  Jekk Membru jitlaq minn Grupp, is-siġġu tiegħu fil-kumitat għandu jimtela mill-Grupp li jkun ħalla. Qed titħalla f'idejn il-Grupp li l-Membru jkun qed jingħaqad miegħu biex jipprovdilu siġġu f'kumitat xi mkien.

  Dan isolvi wkoll il-problema tas-sostituti li jitlfu s-siġġu jekk membru sħiħ ibiddel il-Grupp.

  Fil-każ ta' bidliet kbar fil-bilanċ fil-Parlament, il-Konferenza tal-Presidenti tista' taġġusta l-kumitati biex tiżgura li l-kompożizzjoni tagħhom tirrifletti dik tal-Parlament.

Delegazzjonijiet interparlamentari

Mill-elezzjonijiet li jmiss, m'għandux ikollhom aktar minn terz tal-membri tagħhom li jkunu tal-istess nazzjonalità.

  • [1]  Ir-Rapport Corbett dwar l-adattament tar-Regoli ta' Proċedura għat-Trattat ta' Lisbona (A6-0277/2009), ir-Rapport Corbett dwar ir-reviżjoni ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament (A6-0273/2009), ir-Rapport Corbett dwar ir-ristrutturar tar-Regoli ta' Proċedura (A5-0068/2004), ir-Rapport Corbett dwar ir-reviżjoni ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura (A5-0008/2002), ir-Rapport Corbett-Palacio-Gutierrez dwar l-emendi li għandhom isiru fir-Regoli ta' Proċedura (A4-0022/1999).

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (26.10.2016)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar ir-Reviżjoni Ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
(2016/2114(REG))

Rapporteur għal opinjoni: Jean Arthuis

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 25 – paragrafu 6

Test fis-seħħ

Emenda

6.  Il-Bureau għandu jiddeċiedi dwar it-twaqqif ta' l-organigramma tas-Segretarjat u jagħmel regolamenti dwar is-sitwazzjoni amministrattiva u finanzjarja ta' l-uffiċjali u ta' impjegati oħra.

6.  Il-Bureau għandu jadotta l-organigramma tas-Segretarjat għal kull sena finanzjarja u jagħmel regolamenti dwar is-sitwazzjoni amministrattiva u finanzjarja tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra.

Emenda    2

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 25 – paragrafu 7

Test fis-seħħ

Emenda

7.  Il-Bureau għandu jħejji l-abbozz preliminari tal-baġit tal-Parlament.

7.  Il-Bureau għandu jħejji u jadotta l-abbozz preliminari tal-baġit tal-Parlament għal kull sena finanzjarja.

Emenda    3

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 88 – paragrafu 5

Test fis-seħħ

Emenda

5.  L-abbozzi ta' emendi għall-estimi tal-Parlament li jkunu simili għal dawk li jkunu diġà ġew miċħuda mill-Parlament fiż-żmien meta tfasslu l-estimi għandhom jiġu diskussi biss fil-każ fejn il-kumitat responsabbli ikun ta opinjoni favorevoli.

imħassar

Emenda    4

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 96 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

Estimi tal-Parlament

Estimi u organigramma tal-Parlament

Emenda    5

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 96 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.  Il-Bureau għandu jħejji abbozz preliminari ta' l-estimi fuq il-bażi ta' rapport ippreparat mis-Segretarju Ġenerali.

1.  Il-Bureau għandu jħejji u jadotta l-estimi u l-organigramma tal-Parlament għal kull sena finanzjarja fuq il-bażi ta' rapport dwar l-ippjanar fuq żmien medju u twil u dwar l-ippjanar annwali ppreparat mis-Segretarju Ġenerali. L-ippjanar fuq żmien medju u twil għandu jiddistingwi b'mod ċar bejn l-investimenti u n-nefqa operattiva.

Emenda    6

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 87 – paragrafu 1a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

1a.  Ir-rapporti ppreparati mis-Segretarju Ġenerali li jkun jinkludi l-ippjanar baġitarju fuq żmien medju u twil u l-ippjanar annwali, flimkien mad-dokumenti rilevanti kollha, għandhom jintbagħtu lill-kumitat responsabbli għall-kwistjonijiet baġitarji.

Emenda    7

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 96 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.  Il-President għandu jgħaddi l-abbozz preliminari ta' estimi lill-kumitat responsabbli li għandu jħejji l-abbozz ta' l-estimi u jgħaddih lill-Parlament.

imħassar

Emenda    8

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 96 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

Il-President għandu jistabbilixxi żmien sa meta jistgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda emendi għall-abbozz ta' l-estimi.

imħassar

Emenda    9

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 96 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Il-kumitat responsabbli għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dawn l-emendi.

imħassar

Emenda    10

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 96 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.  Il-Parlament għandu jadotta l-estimi.

imħassar

Emenda    11

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 96 – paragrafu 5

Test fis-seħħ

Emenda

5.  Il-President għandu jgħaddi l-estimi lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

5.  Il-President għandu jgħaddi l-estimi u l-organigramma għal kull sena finanzjarja lill-kumitat responsabbli għall-kwistjonijiet baġitarji, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

Emenda    12

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 96 – paragrafu 6

Test fis-seħħ

Emenda

6.  Id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq għandhom japplikaw ukoll għal estimi għal baġits ta' emenda.

imħassar

Emenda    13

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 96 – paragrafu 6a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

6a.  Fil-każ ta' ċirkostanzi inevitabbli, eċċezzjonali u imprevisti, il-Bureau jista' jadotta Ittra Emendatorja għall-estimi tal-Parlament.

 

Il-Bureau għandu jressaq l-Ittra Emendatorja tiegħu lill-kumitat responsabbli għall-kwistjonijiet baġitarji sal-1 ta' Settembru ta' kull sena finanzjarja.

Emenda    14

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 96 – paragrafu 6b (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

6b.  Għandha tinfetaħ konċertazzjoni bejn il-Bureau u l-kumitat responsabbli għall-kwistjonijiet baġitarji fil-każi fejn l-opinjoni tal-kumitat responsabbli għall-kwistjonijiet baġitarji dwar l-abbozz tal-baġit tkun tvarja mid-deċiżjonijiet inizjali li jkun ħa l-Bureau fir-rigward tal-estimi tal-Parlament; l-eżitu tal-konċertazzjoni għandu jiġi inkluż fil-votazzjoni fil-plenarja dwar l-adozzjoni tal-baġit annwali, skont l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    15

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 97

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 97

imħassar

Proċedura li għandha tapplika fit-tfassil tal-estimi tal-Parlament

 

1.  Għall-baġit tal-Parlament, il-Bureau u l-kumitat responsabbli għall-kwistjonijiet dwar il-baġit għandhom jieħdu deċiżjonijiet fi stadji suċċessivi dwar:

 

(a)   l-organigramma;

 

(b)   l-abbozz preliminari u l-abbozzi ta' l-estimi.

 

2.  Id-deċiżjonijiet dwar l-organigramma jittieħdu skont il-proċedura li ġejja:

 

(a)   il-Bureau għandu jfassal l-organigramma għal kull sena finanzjarja;

 

(b)   għandha tinbeda proċedura ta' konċiljazzjoni bejn il-Bureau u l-kumitat responsabbli għall-baġit f'każ li l-kumitat responsabbli għall-baġit ma jaqbilx mad-deċiżjonijiet inizjali meħuda mill-Bureau;

 

(c)   fit-tmiem tal-proċedura, il-Bureau għandu jieħu d-deċiżjoni aħħarija dwar l-estimi għall-organigramma, skont l-Artikolu 222(3), mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda skond l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

 

3.   Għall-estimi nfushom, il-proċedura għat-tfassil tal-estimi tinbeda malli l-Bureau jieħu deċiżjoni aħħarija dwar l-organigramma. L-istadji ta' dik il-proċedura għandhom ikunu dawk stipulati fl-Artikolu 96. Għandha tinbeda proċedura ta' konċiljazzjoni f'każ li l-pożizzjonijiet tal-kumitat responsabbli għall-baġit u tal-Bureau jkunu differenti ħafna.

 

Emenda    16

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 222 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Bureau għandu jistabbilixxi l-organingramma tas-Segretarjat u r-regolamenti li jirrigwardaw is-sitwazzjoni amministrattiva u finanzjarja ta' uffiċjali u impjegati oħra.

Il-Bureau għandu jfassal u jadotta l-organigramma tas-Segretarjat u jistabbilixxi r-regolamenti li jirrigwardaw is-sitwazzjoni amministrattiva u finanzjarja ta' uffiċjali u impjegati oħra.

Emenda    17

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness VI – punt IV – punt 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.  għall-prerogattivi baġitarji tal-Parlament, b'mod patikulari l-baġit ta' l-Unjoni u l-innegozjar u l-implimentazzjoni ta' ftehimiet interistituzzjonali f'dan il-qasam;

2.  għall-prerogattivi baġitarji tal-Parlament, b'mod partikulari l-baġit tal-Unjoni u l-innegozjar u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet interistituzzjonali f'dan il-qasam, u l-istrumenti speċjali relatati;

Emenda    18

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness VI – punt IV – punt 3

Test fis-seħħ

Emenda

3.  għall-estimi tal-Parlament skond il-proċedura stabbilita fir-Regoli;

imħassar

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

7

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Pina Picierno, Paul Rübig, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni, Auke Zijlstra, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Heidi Hautala, Alain Lamassoure, Stanisław Ożóg, Tomáš Zdechovský

Sostituti skont l-Artikolu 200(2) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Linda McAvan, Virginie Rozière

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (18.10.2016)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar ir-Reviżjoni Ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
(2016/2114(REG))

Rapporteur għal opinjoni: Ingeborg Gräßle

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 94 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test fis-seħħ

Emenda

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta' għoti ta' kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom japplikaw bl-istess mod għall-proċedura ta' għoti ta' kwittanza:

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta' għoti ta' kwittanza lill-Kummissjoni bi qbil mal-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom japplikaw bl-istess mod għall-proċedura ta' għoti ta' kwittanza:

Emenda    2

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 94 – paragrafu 1a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Il-kwittanza lill-organi msemmija fir-raba' inċiż tal-ewwel paragrafu għandha tiġi indirizzata f'rapport wieħed għal kull organu.

Justification

The proposed change reinstates the original wording of this paragraph clarifying that: (1) discharge is granted on the basis of article 319 of the treaty and (2) the long current practice of preparing individual reports for the discharged bodies referred to in the fourth indent for the following reasons:

1. In recent year’s the bodies covered by rule 94 (fourth indent) have been at the center of the discharge procedure. The proposal to deal with those bodies in a single report would make it more difficult to early identify possible problems and to ensure proper financial management for agengies and joint undertakings.

2. A single report would also diffuse the accountability of each separate body, and would make it more challenging for the Committee on Budgetary Control, and consequently the Parliament, to scrutinise in detail the implementation of the tasks and the budget execution of individual agencies and joint undertakings.

3. Furthermore a number of considerations of political and practical nature also speak in favour of maintaining Rule 94 in its current version, such as a better visibility of Parliament’s scrutiny of each agency and other bodies and a stronger public accountability of their financial management, as well as the Council’s practice to present individual discharge recommendations on each of them;

4. Under Rule 94 (fourth indent) CONT Committee prepares the discharge reports for two different legal entities: EU decentralised agencies and joint undertakings. With due regard to that CONT has different “Rapporteurs” and inclusive different Political Groups responsible for those reports. It appears therefore that they shouldn’t be treated under the same report. CONT also reflects on a thematic regrouping of the discharge reports for EU decentralised agencies in order to have more than one rapporteur for this sector.

5. EU agencies are set up to perform specific tasks under EU law. The legal basis for each decentralised agency is set by its individual founding regulation. The EU agencies are established upon Commission’s proposal by the European Parliament and the Council of the European Union;

6. Joint undertakings are established on the basis of Article 187 TFEU (ex Article 171 TEC) to realise public-private partnerships at European level in the field of industrial research. The founding members of the joint undertakings are typically the European Commission, not-for-profit industry-led associations and some Member States;

7. Moreover according to Article 208 of the Financial Regulation, Parliament, on the recommendation of the Council, has to grant discharge to all bodies "set up under the TFEU and the Euratom Treaty and which have legal personality and receive contributions charged to the budget". Articles 108 and 109 of the Commission framework financial regulation for the bodies referred to in Article 208 of the Financial Regulation1, as well as the constituent acts establishing the agencies and other bodies contain more detailed provisions on the discharge of these bodies;

8. It results from these provisions that Parliament has to examine the implementation of the budget (accounts, financial statements) of each of the agencies and other bodies individually in the light of the individual reports of the Court of Auditors and take an individual and distinct decision on granting, postponing or rejecting the discharge as regards each of them;

9. The amendment (“dealt with in a single report which shall contain separate sections”) is not clear in this respect. Even if they were assembled in a single report, the discharge decisions for each body constitute legally distinct decisions which have to be separately adopted by Parliament and could not be replaced by a single vote;

10. Taking this into account, the proposed amendment obstructs the culture of responsibility within the agencies and joint undertakings.In the light of general principles of Union law, such as transparency (Article 1(2) TEU) and legal certainty, the existing version of Rule 94 and Parliament’s current practice to adopt separate discharge reports on each of the entities referred to in Article 208 of the Financial Regulation appears preferable;

11. Preparing only a single report for 41 bodies (33 EU agencies and 8 joint undertakings) would undermine the importance of the tasks performed by those bodies as well as their autonomy, in particular of the regulatory agencies and those with the function of independent information collection;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

26.9.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

0

1106869

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (13.10.2016)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar ir-Reviżjoni Ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
(2016/2114(REG))

Rapporteur għal opinjoni: Giovanni La Via

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 73a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 73a

 

Negozjati qabel it-tieni qari tal-Parlament

 

Meta l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tkun ġiet riferuta lill-kumitat responsabbli, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari għandha, bla ħsara għall-Artikolu 69, tikkostitwixxi l-mandat għal kwalunkwe negozjati mal-istituzzjonijiet l-oħra; Il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li jidħol f'negozjati fi kwalunkwe ħin sussegwenti.

 

Meta l-pożizzjoni tal-Kunsill tkun tinkludi elementi li ma jkunux koperti mill-abbozz tal-att leġislattiv jew mill-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari, il-kumitat jista' jadotta linji gwida, inkluż fil-forma ta' emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill, għat-tim tan-negozjati.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

13.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

64

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Angélique Delahaye, Stefan Eck, Bas Eickhout, Eleonora Evi, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Bolesław G. Piecha, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Dubravka Šuica, Tibor Szanyi, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Paul Brannen, Nicola Caputo, Michel Dantin, Mark Demesmaeker, Luke Ming Flanagan, Elena Gentile, Martin Häusling, Krzysztof Hetman, Gesine Meissner, James Nicholson, Marijana Petir, Gabriele Preuß, Christel Schaldemose, Jasenko Selimovic, Mihai Ţurcanu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Danti, Anna Hedh, Marco Zullo

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (19.10.2016)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar ir-Reviżjoni Ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
(2016/2114(REG))

Rapporteur għal opinjoni: Pavel Svoboda

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3.  Fuq il-bażi ta' rapport magħmul mill-kumitat responsabbli mill-verifika tal-kredenzjali, il-Parlament għandu jivverifika l-kredenzjali mingħajr dewmien u jiddeċiedi dwar il-validità tal-mandat ta' kull wieħed mill-Membri li jkunu għadhom kemm ġew eletti kif ukoll dwar xi kontestazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976, ħlief għad-dispożizzjonijiet ibbażati fuq il-liġijiet elettorali nazzjonali.

3.  Fuq il-bażi ta' rapport magħmul mill-kumitat responsabbli, il-Parlament għandu jivverifika l-kredenzjali mingħajr dewmien u jiddeċiedi dwar il-validità tal-mandat ta' kull wieħed mill-Membri li jkunu għadhom kemm ġew eletti kif ukoll dwar kwalunkwe kontestazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976, għajr dawk li, skont dak l-Att, jaqgħu esklużivament taħt id-dispożizzjonijiet nazzjonali li għalihom jirreferi dak l-Att.

 

Ir-rapport tal-kumitat għandu jkun ibbażat fuq in-notifika uffiċjali tar-riżultati sħaħ tal-elezzjoni min naħa ta' kull Stat Membru. Fin-notifika għandhom ikunu speċifikati l-ismijiet tal-kandidati eletti u l-ismijiet ta' xi sostituti flimkien mal-ordni tagħhom skond ir-riżultat tal-votazzjoni.

 

Il-validità tal-mandat ta' xi Membru ma tistax tkun ikkonfermata jekk ma jkunux saru d-dikjarazzjonijiet bil-miktub meħtieġa taħt dan l-Artikolu u l-Anness I ta' dawn ir-regoli.

(Ara l-emendi 2 u 3 tal-Artikolu 3, paragrafi 4, subparagrafi 1 u 2)

Ġustifikazzjoni

Il-"kumitat responsabbli" huwa identifikat b'mod ċar fl-Anness VI. Il-kliem "ħlief għad-dispożizzjonijiet ibbażati fuq il-liġijiet elettorali nazzjonali" mhumiex konformi bis-sħiħ mal-Artikolu 12 tal-Att tal-1976, jiġifieri, "barra minn dawk li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li għalihom jirreferi dan l-Att". Barra minn hekk, il-paragrafu 4, subparagrafi 1 u 2, jeħtieġ li jiddaħħlu fil-paragrafu 3 għal raġunijiet ta' konsistenza.

Emenda    2

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

4.  Ir-rapport tal-kumitat għandu jkun ibbażat fuq in-notifika uffiċjali tar-riżultati sħaħ ta' l-elezzjoni min naħa ta' kull Stat Membru. Fin-notifika għandhom ikunu speċifikati l-ismijiet tal-kandidati eletti u l-ismijiet ta' xi sostituti flimkien ma' l-ordni tagħhom skond ir-riżultat tal-votazzjoni.

imħassar

(Ara l-emenda 1 għall-Artikolu 3, paragrafu 3, u l-emenda 3 għall-Artikolu 3, paragrafu 4, subparagrafu 2)

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu 4, subparagrafi 1 u 2, jeħtieġ li jiddaħħlu fil-paragrafu 3 għal raġunijiet ta' konsistenza.

Emenda    3

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Il-validità tal-mandat ta' xi Membru ma tistax tkun ikkonfermata jekk ma jkunux saru d-dikjarazzjonijiet bil-miktub meħtieġa taħt dan l-Artikolu u l-Anness I ta' dawn ir-regoli.

imħassar

(Ara l-emenda 1 għall-Artikolu 3, paragrafu 3, u l-emenda 2 għall-Artikolu 3, paragrafu 4, subparagrafu 1)

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu 4, subparagrafi 1 u 2, jeħtieġ li jiddaħħlu fil-paragrafu 3 għal raġunijiet ta' konsistenza.

Emenda    4

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

Fuq il-bażi ta' rapport tal-kumitat, il-Parlament jista' f'kull ħin jieħu deċiżjoni dwar xi kontestazzjoni tal-validità tal-mandat ta' xi wieħed mill-Membri tiegħu.

4.  Fuq il-bażi ta' proposta tal-kumitat responsabbli, il-Parlament għandu, mingħajr dewmien, jivverifika l-kredenzjali tal-Membri individwali li jkunu qed jieħdu post Membri li jkunu temmew il-mandat tagħhom u jista' f'kull ħin jieħu deċiżjoni dwar xi kontestazzjoni tal-validità tal-mandat ta' xi wieħed mill-Membri tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu se jsir il-paragrafu 4. Din l-emenda tiċċara l-proċedura li tapplika matul il-leġislatura meta l-Membri individwali jiġu sostitwiti. Għal dan l-iskop, il-kelma "proposta" minflok "rapport" tippermetti li wieħed jirrikorri għal proċedura simplifikata f'każijiet mingħar problemi. Din il-bidla hija konformi mal-prattika eżistenti.

Emenda    5

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

6.   Il-kumitat għandu jiżgura li kull informazzjoni li tista' teffettwa l-qadi tad-dmirijiet ta' xi Membru tal-Parlament Ewropew jew l-ordni tas-sostituti tintbagħat minnufih lill-Parlament mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri jew ta' l-Unjoni, b'indikazzjoni tad-data tas-seħħ fejn jikkonċerna xi ħatra.

6.  Il-kumitat għandu jiżgura li kull informazzjoni li tista' teffettwa l-eliġibilità ta' xi Membru tal-Parlament Ewropew jew l-eliġibilità jew l-ordni tas-sostituti tintbagħat minnufih lill-Parlament mill-awtoritajiet tal-Istati Membri jew tal-Unjoni, b'indikazzjoni tad-data tas-seħħ fejn jikkonċerna xi ħatra.

Ġustifikazzjoni

Id-diċitura l-ġdida hija iktar preċiża u tirrefletti aħjar il-ħsieb wara din id-dispożizzjoni.

Emenda    6

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.  Il-mandat tal-membri għandu jibda u jispiċċa skond kif imniżżel fl-Att tal-20 ta' Settembru 1976. Jintemm ukoll mal-mewt jew mar-riżenja.

1.  Il-mandat tal-membri jibda u jispiċċa skont kif imniżżel fl-Artikoli 5 u 13 tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976.

Ġustifikazzjoni

Peress li dawn il-każijiet kollha huma koperti bl-Att tal-1976 – b'mod partikolari, l-Artikolu 13(1) iżid il-każ ta' "irtirar tal-mandat" fuq il-"mewt jew riżenja" –; it-tieni sentenza ta' dan il-paragrafu hija superfluwa.

Emenda    7

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.  Kull membru għandu jibqa' fil-kariga sal-ftuħ ta' l-ewwel seduta tal-Parlament wara l-elezzjonijiet.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni diġà hija koperta bl-Artikolu 5 tal-Att tal-1976, li huwa l-uniku sors legali ta' dan il-prinċipju.

Emenda    8

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Jekk il-kumitat responsabbli jqis li r-riżenja ma tkunx skond l-ispirtu u l-kelma ta' l-Att tal-20 ta' Settembru 1976 huwa għandu jinforma b'dan lill-Parlament ħalli l-Parlament ikun jista' jistabilixxi jekk il-post ikunx vakanti jew le.

Jekk il-kumitat responsabbli jqis li r-riżenja ma tkunx skont l-ispirtu u l-kelma tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976, il-post għandu jiġi dikjarat vakanti sa mid-data li l-Membru li jkun qed jirriżenja jkun niżżel fid-dokument uffiċjali u l-President għandu jinforma lill-Parlament dwar dan.

(Ara l-emenda 9 għall-Artikolu 4, paragrafi 3, subparagrafu 3)

Ġustifikazzjoni

Peress li l-każ ta' riżenja problematika huwa l-eċċezzjoni u mhux ir-regola, l-ordni tas-subparagrafi 2 u 3 għandu jinqeleb u d-diċitura tiġi adattata.

Emenda    9

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

F'każ li jiġi meqjus vakanti, il-post jitqies vakanti sa mid-data li l-Membru li jkun qed jirriżenja jkun niżżel fid-dokument uffiċjali. M'għandux jittieħed vot fil-Parlament dwar dan.

Jekk il-kumitat responsabbli jqis li r-riżenja ma tkunx f'konformità mal-Att tal-20 ta' Settembru 1976, huwa għandu jipproponi lill-Parlament li ma jiddikjarax li jkun hemm post vakanti.

(Ara l-emenda 8 għall-Artikolu 4, paragrafi 3, subparagrafu 2)

Ġustifikazzjoni

Peress li l-każ ta' riżenja problematika huwa l-eċċezzjoni u mhux ir-regola, l-ordni tas-subparagrafi 2 u 3 għandu jinqeleb u d-diċitura tiġi adattata.

Emenda    10

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 4 – paragrafu 3 – interpretazzjoni

Test fis-seħħ

Emenda

Ġiet introdotta proċedura simplifikata għal ċirkustanzi eċċezzjonali, b'mod partikulari fejn ikun hemm sessjoni parzjali waħda jew aktar bejn id-data effettiva tar-riżenja u l-ewwel laqgħa tal-kumitat responsabbli u fejn, peress li l-post ma jkunx għadu ġie meqjus vakanti, il-grupp politiku li minnu jagħmel parti l-Membru li qed jirriżenja ma jkollux il-possibiltà li jpoġġi Membru minfloku waqt dawk is-sessjonijiet parzjali. F'din il-proċedura, ir-rapporteur tal-kumitat responsabbli minn dawn il-każi għandu s-setgħa li jeżamina minnufih kull riżenja nnotifikata kif jistħoqq u, fil-każ fejn kwalunkwe dewmien fil-kunsiderazzjoni tagħha jista' jkun ta' preġudizzju, li jirreferi l-każ lill-president tal-kumitat u jitolbu, skond il-paragrafu 3:

imħassar

  jew li jgħarraf lill-President għan-nom tal-kumitat li l-post jista' jitqies vakanti; jew

 

  jew li jsejjaħ laqgħa straordinarja tal-kumitat sabiex jeżamina xi diffikultajiet speċifiċi nnutati mir-rapporteur.

 

(Ara l-Emenda 11 għall-Artikolu 4, paragrafu 3a (ġdid))

Ġustifikazzjoni

L-interpretazzjoni eżistenti għandha tinbidel f'paragrafu ġdid u d-diċitura tagħha għandha tiġi adattata.

Emenda    11

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

3a.  Meta l-ebda laqgħa tal-kumitat responsabbli ma tiġi skedata qabel is-sessjoni parzjali li jkun imiss, ir-rapporteur tal-kumitat responsabbli għandu immedjatament jeżamina kwalunkwe riżenja li tkun ġiet debitament notifikata. Fejn dewmien fil-kunsiderazzjoni tan-notifika jkun ta' ħsara, ir-rapporteur għandu jirreferi l-kwistjoni lill-president tal-kumitat, filwaqt li jitlob, skont il-paragrafu 3, li:

 

  il-President jiġi mgħarraf f'isem il-kumitat li l-post jista' jitqies vakanti; jew

 

  jew li jsejjaħ laqgħa straordinarja tal-kumitat sabiex jeżamina xi diffikultajiet speċifiċi nnutati mir-rapporteur.

(Ara l-emenda 10 għall-Artikolu 4, paragrafu 3, interpretazzjoni)

Ġustifikazzjoni

L-interpretazzjoni eżistenti għandha tinbidel f'paragrafu ġdid u d-diċitura tagħha għandha tiġi adattata.

Emenda    12

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

4.   Fejn awtorità kompetenti ta' Stat Membru tinnotifika lill-President bit-tmiem tal-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew skond id-dispożizzjonijiet tal-Liġi ta' dak l-Istat Membru, b'riżultat jew ta' inkompatibbiltajiet fis-sens ta' l-Artikolu 7(3) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976 jew ta' l-irtirar tal-mandat skond l-Artikolu 13(3) ta' dak l-Att, il-President għandu jinforma lill-Parlament li l-mandat spiċċa fid-data kkomunikata mill-Istat Membru u jistieden lill-Istat Membru jimla l-post vakanti mingħajr dewmien.

4.   Fejn jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew dawk tal-Unjoni jew il-Membru kkonċernat jgħarrfu lill-President dwar ħatra jew elezzjoni għal mandat li jkun inkompatibbli mal-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew fis-sens tal-Artikolu 7(1) jew (2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976, il-President għandu jinforma lill-Parlament b'dan, u l-Parlament għandu jiddikjara li jeżisti post vakanti mid-data tal-inkompatibilità.

(Ara l-emenda 13 għall-Artikolu 4, paragrafi 4, subparagrafu 2)

Ġustifikazzjoni

Is-subparagrafi 1 u 2 tal-Artikolu 4(4) għandhom jinqelbu sabiex jiġi rifless l-ordni tal-inkompatibilitajiet imsemmija fl-Artikolu 7 tal-Att tal-1976. Id-diċitura tagħhom hija wkoll adatatta (fost affarijiet oħra, l-aħħar sentenza tas-subparagrafu 1 attwali hija mħassra peress li hija sempliċement ripetizzjoni tal-paragrafu 7 attwali).

Emenda    13

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew ta' l-Unjoni jew il-Membru konċernat jgħarrfu lill-President dwar xi ħatra jew elezzjoni għal kariga li tkun inkompatibbli mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew, fis-sens ta' l-Artikolu 7(1) u (2) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976, il-President għandu jgħarraf lill-Parlament u l-Parlament għandu jistabilixi li hemm post vakanti.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jinnotifikaw lill-President bit-tmiem tal-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew bħala riżultat jew ta' inkompatibilità addizzjonali stabbilita bil-liġi ta' dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 7(3) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 jew tal-irtirar tal-mandat tal-Membru skont l-Artikolu 13(3) ta' dak l-Att, il-President għandu jinforma lill-Parlament li l-mandat ta' dak il-Membru spiċċa fid-data kkomunikata mill-Istat Membru. Fejn l-ebda tali data ma tiġi kkomunikata. id-data ta' tmiem il-mandat għandha tkun id-data tan-notifika minn dak l-Istat Membru.

(Ara l-emenda 12 għall-Artikolu 4, paragrafi 4, subparagrafu 1)

Ġustifikazzjoni

Is-subparagrafi 1 u 2 tal-Artikolu 4(4) għandhom jinqelbu sabiex jiġi rifless l-ordni tal-inkompatibilitajiet imsemmija fl-Artikolu 7 tal-Att tal-1976. Id-diċitura tagħhom hija wkoll adattata (fost affarijiet oħra, din l-emenda tiċċara li, fejn l-ebda data speċifika ma tiġi kkomunikata minn Stat Membru, id-data tat-tmiem tal-mandat tal-Membru tkun id-data tan-notifika minn dak l-Istat Membru).

Emenda    14

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test fis-seħħ

Emenda

5.  L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri jew ta' l-Unjoni għandhom jgħarrfu lill-President b'xi kariga li jkunu bi ħsiebhom jagħtu lil xi Membru. Il-President għandu jirreferi lill-kumitat responsabbli l-kwistjoni tal-kompatibilità tal-kariga proposta ma' l-ispirtu u l-kelma ta' l-Att tal-20 ta' Settembru 1976. Huwa għandu jgħarraf lill-Parlament, lill-Membru u lill-awtoritajiet konċernati bil-konklużjonijiet li jkun wasal għalihom il-kumitat.

5.  Meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jew tal-Unjoni jgħarrfu lill-President b'kariga li jkunu bi ħsiebhom jagħtu lil xi Membru, il-President għandu jirreferi lill-kumitat responsabbli l-kwistjoni tal-kompatibilità tal-kariga proposta mal-forma u s-sustanza tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 u huwa għandu jgħarraf lill-Parlament, lill-Membru u lill-awtoritajiet konċernati bil-konklużjonijiet li jkun wasal għalihom il-kumitat.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament ma jistgħux jimponu obbligi fuq awtoritajiet oħra, inklużi dawk tal-Istati Membri. Din l-emenda tiżgura li l-Artikolu 4(5) ikun konformi ma' dan il-prinċipju.

Emenda    15

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test fis-seħħ

Emenda

6.  Id-data tat-tmiem tal-kariga u d-data effettiva ta' post vakanti għandhom jitqiesu kif imniżżel hawn taħt:

imħassar

  f'każ ta' riżenja: f'każ ta' riżenja, id-data li fiha l-Parlament iqis il-post bħala vakanti, skond in-notifika tar-riżenja;

 

  f'każ ta' ħatra jew elezzjoni għal kariga li hija inkompatibbli mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew, fis-sens ta' l-Artikolu 7(1) jew (2) ta' l-Att tal-20 ta' Settembru 1976: id-data notifikata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew ta' l-Unjoni jew mill-Membru konċernat.

 

(Ara l-emendi 8-13 għall-Artikolu 4, paragrafi 3 u 4)

Ġustifikazzjoni

Peress li l-emendi għall-paragrafi 3 u 4 jikkjarifikaw id-data tat-tmiem tal-mandat fil-każijiet kollha possibbli koperti mill-Att tal-1976, dan il-paragrafu jsir superfluwu u għandu jitħassar.

Emenda    16

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 4 – paragrafu 7

Test fis-seħħ

Emenda

7.  Meta l-Parlament jistabilixxi li jeżisti post vakanti, għandu jgħarraf b'dan lill-Istat Membru konċernat u jistiednu jimla il-kariga mingħajr dewmien.

6.  Meta l-Parlament jistabilixxi li jeżisti post vakanti, il-President għandu jgħarraf b'dan lill-Istat Membru konċernat u jistiednu jimla l-kariga mingħajr dewmien.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija konformi mal-prattika eżistenti. Dan il-paragrafu jsir il-paragrafu 6.

Emenda    17

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 4 – paragrafu 8

Test fis-seħħ

Emenda

8.  Kull kontestazzjoni li tikkonċerna l-validità tal-ħatra ta' Membru li l-kredenzjali tiegħu ikunu diġà ġew verifikati għandha tiġi rreferuta lill-kumitat responsabbli, li min-naħa tiegħu għandu jirraporta minnufih lill-Parlament u mhux aktar tard mill-bidu tas-sessjoni parzjali li jkun imiss.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 3(4), il-Parlament jista' f'kull mument jieħu deċiżjoni dwar kwalunkwe kontestazzjoni dwar il-validità tal-mandat tal-Membri tiegħu, li manifestament jinkludi kontestazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(8). Barra minn hekk, skont il-kumplessità tal-kontestazzjoni, il-limitu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 4(8), jiġifieri mhux aktar tard mill-bidu tas-sessjoni parzjali, li jkun imiss, jaf ikun qasir wisq. Għaldaqstant, dan il-paragrafu għandu jitħassar.

Emenda    18

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 4 – paragrafu 9

Test fis-seħħ

Emenda

9.  Il-Parlament jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-ħatra li qed tiġi kkunsidrata tkun invalida jew li jirrifjuta li jqis il-post vakanti jekk l-aċċettazzjoni jew it-tmiem tal-kariga jkunu jidhru li huma bbażati fuq ineżattezzi materjali jew fuq vizzju tal-kunsens.

7.  Fejn l-aċċettazzjoni jew it-tmiem tal-kariga jidhru li huma bbażati fuq ineżattezza materjali jew fuq kunsens vizzjat, il-Parlament jista' jiddikjara l-ħatra li tkun qed tiġi kkunsidrata bħala invalida jew jista' jirrifjuta li jqis il-post vakanti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ttejjeb id-diċitura ta' dan il-paragrafu, li mbagħad isir il-paragrafu 7.

Emenda    19

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.  Il-Membri għandhom igawdu l-privileġġi u l-immunitajiet skond il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

1.  Il-Membri jgawdu l-privileġġi u l-immunitajiet stabbiliti fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu jtenni l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-1976. Il-kelma "għandhom" tista' titħassar peress li dan mhuwiex dispożittiv iżda biss dikjarazzjoni ta' fatt.

Emenda    20

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.  L-immunità parlamentari mhix privileġġ personali ta' Membru imma garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu.

2.  Fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' privileġġi u immunitajiet, il-Parlament jaġixxi biex iħares l-integrità tiegħu bħala assemblea leġislattiva demokratika u jiżgura l-indipendenza tal-Membri tiegħu fil-qadi ta' dmirijiethom, fejn xieraq f'konformità mal-prinċipju tat-trasparenza. L-immunità parlamentari mhix privileġġ personali ta' Membru imma garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu.

(Ara l-emenda 21 għall-Artikolu 6, paragrafi 1)

Ġustifikazzjoni

F'dan il-paragrafu hemm minqux prinċipju bażiku fil-qasam tal-immunitajiet parlamentari u għandu jiġi kompletat permezz tal-inklużjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1).

Emenda    21

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.  Fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' privileġġi u immunitajiet, il-Parlament jaġixxi biex iħares l-integrità tiegħu bħala assemblea leġislattiva demokratika u jiżgura l-indipendenza tal-Membri tiegħu fil-qadi ta' dmirijiethom. Kull talba għat-tneħħija tal-immunità għandha tkun ivvalutata skont it-termini tal-Artikoli 7, 8 u 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u skont il-prinċipji li hemm riferiment għalihom f'dan l-Artikolu.

1.  Kull talba għat-tneħħija tal-immunità għandha tkun ivvalutata skont it-termini tal-Artikoli 7, 8 u 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u skont il-prinċipji li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 5(2).

(Ara l-emenda 20 għall-Artikolu 5, paragrafi 2)

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' konsistenza, l-ewwel parti ta' din id-dispożizzjoni għandha tiddaħħal fl-Artikolu 5(2).

Emenda    22

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.  Fil-każijiet fejn il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru jew ex-Membru jkun allegat li ġew miksura mill-awtoritajiet ta' Stat Membru, tista' ssir talba għal deċiżjoni tal-Parlament dwar jekk fil-fatt kienx hemm ksur ta' dawk il-privileġġi u immunitajiet skont it-termini tal-Artikolu 9(1).

1.  F'każijiet fejn jiġi allegat mill-awtoritajiet ta' Stat Membru li ksur tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru jew ex-Membru jkun seħħ jew ikun se jseħħ, tista' ssir talba għal deċiżjoni tal-Parlament dwar jekk seħħx jew aktarx li jseħħ ksur ta' dawk il-privileġġi u l-immunitajiet skont l-Artikolu 9(1).

(Ara l-emenda 23 għall-Artikolu 7, paragrafi 2)

Ġustifikazzjoni

Id-diċitura attwali tidher li timplika l-ħtieġa ta' ġudizzju finali jew deċiżjoni altrimenti irrevokabbli minn awtorità pubblika, u għaldaqstant tagħmel każijiet ta' ksur potenzjali tal-privileġġi u l-immunitajiet tal-Membri irrelevanti. Dan, madankollu, jagħmel talbiet għad-difiża possibbli biss fi stadju meta d-deċiżjoni tal-Parlament jaf tkun inutli. Din l-emenda, madankollu, għandha l-għan li tikkjarifika li d-difiża tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru tista' tintalab ukoll fl-preżenza ta' każijiet ta' ksur potenzjali.

Emenda    23

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.  B'mod partikolari, tali talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet tista' ssir jekk jitqies li ċ-ċirkostanzi jikkostitwixxu restrizzjoni amministrattiva jew ta' xort' oħra fuq il-moviment liberu ta' Membri li jivvjaġġaw lejn jew mill-post tal-laqgħa tal-Parlament jew fuq l-opinjoni espressa jew vot mixħut fit-twettiq ta' dmirijiethom, jew li jkunu jinkwadraw ruħhom fl-ambitu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

2.  B'mod partikolari, tali talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet tista' ssir jekk jitqies li ċ-ċirkostanzi jistgħu jikkostitwixxu restrizzjoni amministrattiva jew ta' xort' oħra fuq il-moviment liberu ta' Membri li jivvjaġġaw lejn jew mill-post tal-laqgħa tal-Parlament jew fuq l-opinjoni espressa jew vot mixħut fit-twettiq ta' dmirijiethom, jew li jkunu jinkwadraw ruħhom fl-ambitu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

(Ara l-emenda 22 għall-Artikolu 7, paragrafi 1)

Ġustifikazzjoni

Id-diċitura attwali tidher li timplika l-ħtieġa ta' ġudizzju finali jew deċiżjoni altrimenti irrevokabbli minn awtorità pubblika, u għaldaqstant tagħmel każijiet ta' ksur potenzjali tal-privileġġi u l-immunitajiet tal-Membri irrelevanti. Dan, madankollu, jagħmel talbiet għad-difiża possibbli biss fi stadju meta d-deċiżjoni tal-Parlament jaf tkun inutli. Din l-emenda, madankollu, għandha l-għan li tikkjarifika li d-difiża tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru tista' tintalab ukoll fl-preżenza ta' każijiet ta' ksur potenzjali.

Emenda    24

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3.  Talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru ma titqiesx ammissibbli jekk talba għal tneħħija jew ħarsien tal-immunità ta' dak il-Membru tkun ġa ġiet riċevuta f'dak li għandu x'jaqsam mal-istess proċedimenti legali, kemm jekk ittieħdet deċiżjoni kemm jekk le f'dak iż-żmien.

3.  Talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru ma titqiesx ammissibbli jekk talba għal tneħħija jew ħarsien tal-immunità ta' dak il-Membru tkun ġa ġiet riċevuta f'dak li għandu x'jaqsam mal-istess fatti, kemm jekk ittieħdet deċiżjoni kemm jekk le f'dak iż-żmien.

(Ara l-emenda 25 għall-Artikolu 7, paragrafi 4)

Ġustifikazzjoni

Referenza għall-istess proċedimenti legali, u mhux għall-istess fatti, minkejja li tipprovdi ċertezza legali, jaf tkun formalistika wisq. Jekk kemm il-proċedimenti kriminali u kif ukoll dawk ċivili jkunu ġew istitwiti b'referenza għall-istess fatti, iżda t-tneħħija tintalab għall-proċedimenti kriminali b'difiża ta' dawk ċivili, il-Parlament jista' paradossalment jadotta żewġ deċiżjonijiet differenti.

Emenda    25

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.  L-ebda konsiderazzjoni oħra ma tingħata lil talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru jekk it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' dak il-Membru tasal b'rabta mal-istess proċedimenti legali.

4.  L-ebda konsiderazzjoni oħra ma tingħata lil talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru jekk it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' dak il-Membru tasal b'rabta mal-istess fatti.

(Ara l-emenda 24 għall-Artikolu 7, paragrafi 3)

Ġustifikazzjoni

Referenza għall-istess proċedimenti legali, u mhux għall-istess fatti, minkejja li tipprovdi ċertezza legali, jaf tkun formalistika wisq. Jekk kemm il-proċedimenti kriminali u kif ukoll dawk ċivili jkunu ġew istitwiti b'referenza għall-istess fatti, iżda t-tneħħija tintalab għall-proċedimenti kriminali b'difiża ta' dawk ċivili, il-Parlament jista' paradossalment jadotta żewġ deċiżjonijiet differenti.

Emenda    26

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test fis-seħħ

Emenda

5.  F'każijiet fejn deċiżjoni tkun ittieħdet li ma jkunux imħarsin il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru, il-Membru jista' jagħmel talba għar-rikunsiderazzjoni tad-deċiżjoni, billi jippreżenta evidenza ġdida. It-talba għar-rikunsiderazzjoni għandha tkun inammissibbli jekk ikunu nbdew proċedimenti kontra d-deċiżjoni skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew jekk il-President iqis li l-evidenza l-ġdida preżentata ma tkunx suffiċjentement sostanzjali li titlob għar-rikunsiderazzjoni.

5.  F'każijiet fejn deċiżjoni tkun ittieħdet li ma jkunux imħarsin il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru, il-Membru eċċezzjonalment jista' jagħmel talba għar-rikunsiderazzjoni tad-deċiżjoni, billi jippreżenta evidenza ġdida skont l-Artikolu 9(1). It-talba għar-rikunsiderazzjoni għandha tkun inammissibbli jekk ikunu nbdew proċedimenti kontra d-deċiżjoni skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew jekk il-President iqis li l-evidenza l-ġdida preżentata ma tkunx suffiċjentement sostanzjali li titlob għar-rikunsiderazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Kif inhu fis-seħħ bħalissa dan il-paragrafu ma jistabbilixxi l-ebda limitu fuq it-talbiet għar-rikunsiderazzjoni, li għaldaqstant jistgħu jiġu ripetuti infinitament. Iż-żieda tal-kelma "eċċezzjonalment" fl-ewwel sentenza tgħin biex jiġi ċċarat li r-rikonsiderazzjoni ta' deċiżjoni ma tistax tiġi invokata sistematikament. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li d-deċiżjoni li titħares (jew ma titħarisx) l-immunità ta' Membru hija ta' natura mhux vinkolanti (ara s-Sentenza fil-Kawża Marra, UE:C:2008:579, paragrafi 38-39).

Emenda    27

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 9 – paragrafu 1 – interpretazzjoni

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Membru jew l-ex-Membru jista' jkun rappreżentat minn Membru ieħor. It-talba ma tistax issir minn Membru ieħor mingħajr il-qbil tal-Membru kkonċernat.

1a.  Bil-qbil tal-Membru jew l-ex-Membru kkonċernat, it-talba tista' ssir minn Membru ieħor, li għandu jitħalla jirrapreżenta lill-Membru jew lill-ex-Membru kkonċernat matul l-istadji kollha tal-proċedura.

 

Il-Membru li jirrapreżenta lill-Membru jew lill-ex-Membru kkonċernat m'għandux ikun involut fid-deċiżjonijiet meħuda mill-kumitat.

(Ara l-emenda 29 għall-Artikolu 9, paragrafi 5, subparagrafu 1)

Ġustifikazzjoni

L-interpretazzjoni attwali għandha tinbidel f'paragrafu ġdid u l-aħħar parti tal-paragrafu 5 għandha tiġi allinjata magħha.

Emenda    28

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3.  Il-kumitat għandu jagħmel proposta għal deċiżjoni motivata li tirrakkomanda l-adozzjoni jew iċ-ċaħda tat-talba għat-tneħħija ta' l-immunità jew għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet.

3.  Il-kumitat għandu jagħmel proposta għal deċiżjoni motivata li tirrakkomanda l-adozzjoni jew iċ-ċaħda tat-talba għat-tneħħija tal-immunità jew għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet. Mhumiex ammissibbli emendi. Jekk proposta tiġi miċħuda, jitqies li tkun ġiet adottata d-deċiżjoni kuntrarja.

(Ara l-Artikolu 9, paragrafi 8, subparagrafi 1 u 5)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tfittex li tikkjarifika li l-istess prinċipji msemmija fl-Artikolu 9(8) japplikaw ukoll fil-livell ta' kumitat.

Emenda    29

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

5.  Il-Membru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jinstema', jista' jippreżenta dokumenti jew evidenza bil-miktub li jħoss li huma meħtieġa. Huwa jista' jkun rappreżentat minn Membru ieħor.

5.  Il-Membru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jinstema' u jista' jippreżenta kwalunkwe dokument jew evidenza oħra bil-miktub li jħoss li huma rilevanti.

(Ara l-emenda 27 għall-Artikolu 9, paragrafu 1, interpretazzjoni)

Ġustifikazzjoni

L-interpretazzjoni attwali mehmuża malArtikolu 9(1) għandha tinbidel f'paragrafu ġdid u l-aħħar parti tal-Artikolu 9(5) għandha tiġi allinjata magħha.

Emenda    30

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 9 – paragrafu 6

Test fis-seħħ

Emenda

6.  Jekk it-talba tfittex li tneħħi l-immunità għal iktar minn raġuni waħda, kull waħda minn dawn ir-raġunijiet tista' tkun suġġetta għal deċiżjoni separata. Ir-rapport tal-kumitat jista', bħala eċċezzjoni, jipproponi li t-tneħħija ta' l-immunità tapplika biss għal proċeduri ta' prosekuzzjoni u li, sakemm tingħata sentenza definittiva, il-Membru għandu jkun immuni minn kull forma ta' detenzjoni jew limitazzjoni tal-libertà jew minn kull miżura li ma tħallihx iwettaq id-dmirijiet marbuta mal-mandat tiegħu.

6.  Jekk it-talba tfittex li tneħħi l-immunità jew id-difiża għal iktar minn raġuni waħda, kull waħda minn dawn ir-raġunijiet tista' tkun suġġetta għal deċiżjoni separata. Ir-rapport tal-kumitat jista', bħala eċċezzjoni, jipproponi li t-tneħħija jew id-difiża tal-immunità tapplika biss għal proċeduri ta' prosekuzzjoni u li, sakemm tingħata sentenza definittiva, il-Membru għandu jkun immuni minn kull forma ta' detenzjoni jew limitazzjoni tal-libertà jew minn kull miżura li ma tħallihx iwettaq id-dmirijiet marbuta mal-mandat tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Trattament differenti tat-talbiet mhuwiex ġustifikat. Din id-dispożizzjoni għandha tiġi emendata sabiex tapplika kemm għat-talbiet għat-tneħħija tal-immunità kif ukoll għad-difiża.

Emenda    31

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 9 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

8.  Ir-rapport tal-kumitat għandu jitqiegħed fil-bidu ta' l-aġenda ta' l-ewwel seduta wara l-jum li fih ikun imqiegħedfuq il-Mejda. Ebda emenda għall-proposta/proposti għal deċiżjoni ma tista' tiġi mqiegħda fuq il-Mejda.

8.  Il-proposta għal deċiżjoni tal-kumitat għandha titqiegħed fuq l-aġenda fl-ewwel seduta wara l-jum li fih tkun tressqet. Ma' tista' titqiegħed fuq il-Mejda l-ebda emenda għal tali proposta.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet prattiċi, mhux dejjem huwa possibbli li każ ta' immunità jitqiegħed fil-bidu tal-aġenda. L-emenda tadatta t-test għal din ir-realtà. Hija tissostitwixxi wkoll il-kelma "rapport" bl-espressjoni iktar xierqa "proposta għal deċiżjoni", konsistentement mad-diċitura tal-Artikolu 9(3) u (8), ir-raba' subparagrafu. Fl-istess ħin, il-mekkaniżmu eżistenti li jikkonsisti f'votazzjoni tas-sessjoni plenarja fuq kull każ ta' immunità huwa ppreservat bħala l-iktar oġġettiv u xieraq biex jiġi żgurat trattament ġust tal-Membri kollha u sabiex id-deċiżjonijiet dwar l-immunità tagħhom jittieħdu mill-Parlament b'mod sħiħ.

Emenda    32

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 9 – paragrafu 10

Test fis-seħħ

Emenda

10.  Il-kumitat għandu jittratta dawn l-affarijiet u juża d-dokumenti li jkun irċieva bl-akbar kunfidenzjalità.

10.  Il-kumitat għandu jittratta dawn l-affarijiet u juża d-dokumenti li jkun irċieva bl-akbar kunfidenzjalità. Il-kumitat dejjem għandu jikkunsidra t-talbiet relatati mal-proċeduri dwar l-immunità bil-magħluq.

(Ara l-emenda 66 għall-Artikolu 115, paragrafi 4)

Ġustifikazzjoni

Din l-aħħar sentenza ġdida hija miżjuda hawnhekk mill-Artikolu 115(4), li għalhekk għandu jitħassar.

Emenda    33

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 9 – paragrafu 11

Test fis-seħħ

Emenda

11.  Wara li jkun ikkonsulta l-Istati Membri, il-kumitat jista' jagħmel lista indikattiva ta' l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li jistgħu jressqu talba biex titneħħa l-immunità ta' xi Membru.

11.  Il-Parlament għandu jeżamina biss talbiet għat-tneħħija tal-immunità ta' Membru li jkunu ġew trażmessi lilu mill-awtoritajiet ġudizzjarji jew mir-Rappreżentanza Permanenti ta' Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

"Lista indikattiva" ta' awtoritajiet kompetenti nazzjonali xejn ma toffri ċertezza legali. Barra minn hekk, f'xi ġurisdizzjonijiet, individwi privati jistgħu jippreżentaw ukoll talbiet għat-tneħħija tal-immunità ta' Membru mingħajr il-filtru ta' awtorità pubblika (l-hekk imsejħa prosekuzzjoni privata). Din l-emenda tfittex li ssolvi l-kwistjoni permezz ta' rekwiżiti proċedurali ċari u oġġettivi.

Emenda    34

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 39 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.  Fil-każijiet kollha ta' proposti għal atti leġislattivi u ta' dokumenti oħra ta' xorta leġislattiva, l-kumitat responsabbli mis-suġġett għandu l-ewwel jivverifika l-bażi legali.

1.  Fil-każijiet kollha ta' proposti għal atti legalment vinkolanti, il-kumitat responsabbli mis-suġġett għandu l-ewwel jivverifika l-bażi legali.

(Ara l-emendi 35-37 għall-Artikolu 39 u l-emendi 46-49 għall-Artikolu 63)

Ġustifikazzjoni

"Atti legalment vinkolanti" hija espressjoni esklużiva li tirrefletti aħjar l-Artikolu 2(1) u (2) tat-TFUE.

Emenda    35

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 39 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3.  Il-kumitat responsabbli mill-affarijiet legali jista' wkoll, fuq inizjattiva tiegħu stess, jittratta mistoqsijiet dwar il-bażi legali tal-proposti għal atti leġislattivi. F'każijiet bħal dawn, għandu jgħarraf kif jistħoqq lill-kumitat responsabbli mis-suġġett.

3.  Il-kumitat responsabbli mill-affarijiet legali jista' wkoll, fuq inizjattiva tiegħu stess, jittratta mistoqsijiet dwar il-bażi legali fi kwalunkwe stadju tal-proċedura leġislattiva. F'każijiet bħal dawn, għandu jgħarraf kif jistħoqq lill-kumitat responsabbli mis-suġġett.

(Ara l-emendi 36-37 għall-Artikolu 39, il-paragrafi 4 u 5, u l-emendi 47-50 għall-Artikolu 63)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tfittex li tespandi l-possibilitajiet ta' verifika tal-bażi legali. Tali verifika mhux biss għandha tkun possibbli sakemm il-Parlament jadotta l-pożizzjoni tal-ewwel qari tiegħu, iżda anki wara.

Emenda    36

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 39 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.  Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jiddeċiedi li jikkontesta l-validità u x-xerqien tal-bażi legali, huwa għandu jirraporta il-konklużjonijiet tiegħu lill-Parlament. Il-Parlament għandu jivvota fuq din il-kontestazzjoni qabel ma jivvota fuq il-kontenut tal-proposta.

4.  Jekk, wara li jkun qasam fehmiet mal-Kunsill u l-Kummissjoni skont l-arranġamenti miftiehma fil-livell interistituzzjonali1a, il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jiddeċiedi li jikkontesta l-validità u l-adegwatezza tal-bażi legali, huwa għandu jirraporta l-konklużjonijiet tiegħu lill-Parlament. Mingħajr ħsara għall-Artkolu 63, il-Parlament għandu jivvota fuq din il-kontestazzjoni qabel ma jivvota fuq il-kontenut tal-proposta.

 

__________________

 

Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, paragrafu 25 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

(Ara l-emendi 35 u 37 għall-Artikolu 39, il-paragrafi 3 u 5, u l-emendi 47-50 għall-Artikolu 63)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għall-Artikolu 39 (u, bħala riżultat, għall-Artikolu 63) hija neċessarja sabiex jiġu kkunsidrati l-impenji magħmula fil-Ftehim Interistituzzjonali l-ġdid dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, partikolarment fil-paragrafu 25 tiegħu. Din id-diċitura ġdida (li għandha tinqara flimkien mal-Artikolu 39(3)) il-ġdid tkopri ż-żewġ każijiet fejn il-paragrafu 25 tal-Ftehim Interistituzzjonali l-ġdid japplika u każijiet fejn ma japplikax. Fejn rilevanti, din id-diċitura l-ġdida tagħmel possibbli wkoll talba għal riferiment imġedded lill-Parlament skont l-Artikolu 63 (kif emendat).

Emenda    37

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 39 – paragrafu 5

Test fis-seħħ

Emenda

5.  M'humiex ammissibbli emendi mqiegħda fuq il-Mejda fil-Parlament sabiex tinbidel il-bażi legali ta' proposta għal att leġislattiv, jekk il-kumitat responsabbli mis-suġġett jew il-kumitat responsabbli mill-affarijiet legali ma jkunux ikkontestaw il-validità jew ix-xerqien tal-bażi legali.

5.  M'humiex ammissibbli emendi mqiegħda fuq il-Mejda fil-Parlament sabiex tinbidel il-bażi legali jekk il-kumitat responsabbli mis-suġġett jew il-kumitat responsabbli mill-affarijiet legali ma jkunux ikkontestaw il-validità jew l-adegwatezza tal-bażi legali.

(Ara l-emenda 35 għall-Artikolu 39, paragrafi 3)

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni jeħtieġ li tiġi emendata għal raġunijiet ta' konsistenza mal-Artikolu 39(3) il-ġdid.

Emenda    38

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 39 – paragrafu 6

Test fis-seħħ

Emenda

6.  Jekk il-Kummissjoni ma taqbilx li l-proposta tagħha għandha tigi emendata sabiex tikkonforma mal-bażi legali approvata mill-Parlament, ir-rapporteur jew il-president tal-kumitat responsabbli għall-affarjiiet legali jew tal-kumitat responsabbli mis-suġġett jistgħu jipproponu li l-votazzjoni fuq il-kontenut tal-proposta tiġi posposta għal seduta suċċessiva.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni m'għadhiex aktar valida u fi kwalunkwe każ hija diġà koperta mill-Artikoli 61(2) u 188.

Emenda    39

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 40 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

Delega tas-setgħat leġislattivi

Delega tas-setgħat leġislattivi u l-konferiment ta' setgħat leġislattivi

(Ara l-emenda 41 għall-Artikolu 40, paragrafi 3)

Emenda    40

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 40 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

1a.  Meta tiġi eżaminata proposta għal att leġislattiv li jikkonferixxi setgħat ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament għandu joqgħod attent, b'mod partikolari, għall-fatt li waqt li teżerċita setgħa ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni la tista' temenda u lanqas tissupplimenta l-att leġislattiv, lanqas fl-elementi mhux essenzjali tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tfittex li tikkjarifika l-ambitu tal-iskrutinju tal-Parlament u hija bbażata fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara s-sentenza fil-Kawża C-65/13, ECLI:EU:C:2014:2289, paragrafu 45).

Emenda    41

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 40 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3.  Il-kumitat responsabbli għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni jista' wkoll, bl-inizjattiva tiegħu, jittratta kwistjonijiet dwar id-delega tas-setgħat leġislattivi. F'każijiet bħal dawn, għandu jgħarraf kif jistħoqq lill-kumitat responsabbli mis-suġġett.

3.  Il-kumitat responsabbli għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni jista' wkoll, bl-inizjattiva tiegħu, jittratta kwistjonijiet dwar id-delega tas-setgħat leġislattivi u l-konferiment ta' setgħat ta' implimentazzjoni. F'każijiet bħal dawn, għandu jgħarraf kif jistħoqq lill-kumitat responsabbli mis-suġġett.

(Ara l-emenda 39 għall-Artikolu 40, titolu)

Ġustifikazzjoni

Peress li kwistjonijiet li jikkonċernaw id-delega ta' setgħat leġislattivi u kwistjonijiet li jikkonċernaw il-konferiment ta' setgħat ta' implimentazzjoni spiss huma interkonnessi, l-Artikolu 40(3) għandu jiġi emendat biex jinkludi ż-żewġ tipi ta' kwistjonijiet.

Emenda    42

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 42 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

Eżami tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà

Eżami tal-osservanza tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 42 isemmi wkoll il-prinċipju ta' proporzjonalità.

Emenda    43

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 42 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.  Il-kumitat responsabbli mill-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jista’ jiddeċiedi li jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-attenzjoni tal-kumitat responsabbli mis-suġġett fir-rigward ta’ kwalunkwe proposta għal att leġislattiv.

2.  Il-kumitat responsabbli mill-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà biss jista’ jiddeċiedi li jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-attenzjoni tal-kumitat responsabbli mis-suġġett fir-rigward ta’ proposta għal att leġislattiv.

Emenda    44

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 42 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Fejn il-kumitat responsabbli għas-suġġett huwa tal-opinjoni li proposta għal att leġislattiv jew partijiet minnha ma jkunux konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, huwa għandu jitlob l-opinjoni tal-kumitat responsabbli għall-osservanza tal-prinċipju ta' sussidjarjetà. Tali talba għandha ssir mhux aktar tard minn erba' ġimgħat mit-tħabbira fil-Parlament tar-riferiment lill-kumitat responsabbli għas-suġġett.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda, li hija bbażata fuq il-mekkaniżmu pprovdut fl-Artikolu 39, tfittex li ssaħħaħ ir-rwol tal-Parlament fl-eżami tar-rispett tal-prinċipju ta' sussidjarjetà.

Emenda    45

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 42 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3.  Jekk parlament nazzjonali jibgħat lill-President opinjoni motivata skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, dak id-dokument għandu jkun riferut lill-kumitat responsabbli mis-suġġett u mgħoddi għall-informazzjoni lill-kumitat responsabbli mill-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

3.  Ħlief fil-każijiet ta’ urġenza stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, il-kumitat responsabbli mis-suġġett m’għandux jgħaddi għall-votazzjoni aħħarija tiegħu qabel tmiem l-iskadenza ta’ tmien ġimgħat li hija stipulata fl-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

(Ara l-emenda 46 għall-Artikolu 42, paragrafi 4)

Ġustifikazzjoni

L-ordni tal-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 42 għandha tinqaleb u d-diċitura tagħhom tiġi adattata.

Emenda    46

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 42 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.  Ħlief fil-każijiet ta’ urġenza stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, il-kumitat responsabbli mis-suġġett m’għandux jgħaddi għall-votazzjoni aħħarija tiegħu qabel tmiem l-iskadenza ta’ tmien ġimgħat li hija stipulata fl-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

4.  Jekk parlament nazzjonali jibgħat lill-President opinjoni motivata skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, dak id-dokument għandu jkun riferut lill-kumitat responsabbli għas-suġġett u mgħoddi għall-informazzjoni lill-kumitat responsabbli għall-osservanza tal-prinċipju ta' sussidjarjetà.

(Ara l-emenda 45 għall-Artikolu 42, paragrafi 3)

Ġustifikazzjoni

L-ordni tal-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 42 għandha tinqaleb u d-diċitura tagħhom tiġi adattata.

Emenda    47

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 63 – paragrafu 1 – inċiż 1

Test fis-seħħ

Emenda

–   meta l-Kummissjoni tirtira l-proposta inizjali tagħha wara li l-Parlament ikun adotta l-pożizzjoni tiegħu sabiex tibdilha b'test ieħor, ħlief meta dan isir sabiex titqies il-pożizzjoni tal-Parlament; jew

–   meta l-Kummissjoni tissostitwixxi, temenda b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta inizjali tagħha b'mod sostanzjali wara li l-Parlament ikun adotta l-pożizzjoni tiegħu, ħlief meta dan isir sabiex titqies il-pożizzjoni tal-Parlament. Jekk il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li timmodifika l-bażi legali previst fil-proposta inizjali tagħha bir-riżultat li l-proċedura leġislattiva ordinarja ma tibqax tapplika, il-President jista' wkoll jaġixxi fuq talba tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali;

(Ara l-emenda 35 għall-Artikolu 39, paragrafu 3, u l-emendi 47-50 għall-Artikolu 63)

Ġustifikazzjoni

Il-każ fejn il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li timmodifika l-bażi legali previst fil-pożizzjoni tal-Parlament huwa diġà kopert bl-Artikolu 63(1), l-ewwel inċiż (bidla fil-bażi legali li hija detrimentali għall-Parlament hija definittivament modifika sostanzjali). Madankollu, din l-emenda tagħmel dan il-prinċipju ċar u tiżgura li l-għarfien espert tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jiġi sfruttat bis-sħiħ.

Emenda    48

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 63 – paragrafu 1 – inċiż 2

Test fis-seħħ

Emenda

  meta l-Kummissjoni temenda jew ikollha l-ħsieb li temenda il-proposta inizjali b'mod sostanzjali, ħlief meta dan isir sabiex titqies il-pożizzjoni tal-Parlament; jew

imħassar

(Ara l-emenda 49 għall-Artikolu 63, paragrafu 1, inċiż 1)

Ġustifikazzjoni

Dan l-inċiż għandu jingħaqad ma' dak preċedenti.

Emenda    49

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 63 – paragrafu 1 – inċiż 3

Test fis-seħħ

Emenda

–   meta, minħabba l-mogħdija taż-żmien jew il-bidliet fiċ-ċirkustanzi, in-natura tal-problema li magħha jkollha x'taqsam il-proposta tinbidel b'mod sostanzjali; jew

–   meta, minħabba l-mogħdija taż-żmien jew il-bidliet fiċ-ċirkustanzi, in-natura tal-problema li magħha jkollha x'taqsam il-proposta tinbidel b'mod sostanzjali;

(Ara l-emendi 47 u 48 għall-Artikolu 63)

Ġustifikazzjoni

Id-diċitura ta' dan l-inċiż għandha tiġi adattata bħala konsegwenza tal-emendi għall-inċiżi preċedenti.

Emenda    50

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 63 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.  Il-Parlament għandu, fuq talba tal-kumitat responsabbli, jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jirreferi lill-Parlament proposta ppreżentata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, meta l-Kunsill ikollu l-ħsieb ibiddel il-bażi legali tal-proposta bir-riżultat li l-proċedura leġislattiva ordinarja ma tibqax tapplika.

2.  Il-President għandu, fuq talba tal-kumitat responsabbli għas-suġġett jew il-kumitat resposabbli għall-affarijiet legali, jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jirreferi abbozz ta' att leġislattiv lill-Parlament, fejn il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jimmodifika l-bażi legali prevista fil-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari, bir-riżultat li l-proċedura leġislattiva ordinarja mbagħad ma tibqax tapplika.

(Ara l-emendi 35-36 u 4 għall-Artikolu 39 u l-emendi 47-50 għall-Artikolu 63)

Ġustifikazzjoni

Simili għall-Artikolu 63(1), l-ewwel inċiż (kif emendat), l-Artikolu 63(2) għandu jikkjarifika li l-President tal-Parlament jista' jindirizza talba għal riferiment imġedded lill-Kunsill ukoll fuq talba tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, sabiex l-għarfien espert ta' dan il-kumitat fil-qasam tal-bażijiet legali jkun jista' jiġi sfruttat bis-sħiħ.

Emenda    51

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 103 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Madankollu, fuq talba tar-rapporteur, il-president tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jistà jippreżenta, għall-approvazzjoni ta' dan ta' l-aħħar, emendi relatati ma' l-adattamenti tekniċi, kemm-il darba dawk l-adattamenti jkunu meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-proposta hija konformi mar-regoli dwar il-kodifikazzjoni u ma jinvolvux tibdil sostanzjali tal-proposta.

Madankollu, fuq talba tar-rapporteur, il-president tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jistà jippreżenta, għall-approvazzjoni ta' dan ta l-aħħar, adattamenti tekniċi, kemm-il darba dawk l-adattamenti jkunu meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-proposta hija konformi mar-regoli dwar il-kodifikazzjoni u ma jinvolvux tibdil sostanzjali tal-proposta.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-adattamenti mhumiex emendi "stricto sensu", din l-emenda tfittex li tikkjarifika d-diċitura ta' din id-dispożizzjoni sabiex tiġi evitata konfużjoni u n-natura ta' kodifikazzjoni tiġi riflessa aħjar.

Emenda    52

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 104 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

Madankollu, jekk f’konformità mal-punt 8 tal-Ftehima Interistituzzjonali l-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jippreżenta emendi għall-partijiet kodifikati tal-proposta, huwa għandu jinnotifika minnufih il-ħsieb tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tgħarraf lill-kumitat, qabel il-vot skont l-Artikolu 58, bil-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' tfassil mill-ġdid.

Madankollu, emendi għal partijiet tal-proposta ta' riformulazzjoni li ma nbidlux jistgħu jiġu ammessi fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ mill-president tal-kumitat responsabbli għas-suġġett inkwistjoni, jekk iqis jew tqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet għandhom jitniżżlu f'ġustifikazzjoni bil-miktub tal-emendi.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament ripetutament ikkunsidra t-tfassil mill-ġdid bħala teknika leġislattiva normali (ara b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2011 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità u r-Regolamentazzjoni Intelliġenti (2011/2029(INI)), paragrafu 41). Madankollu, il-Kummissjoni tidher li qed issibha bi tqila biex tressaq proposti ġodda għal tfassil mill-ġdid minħabba s-setgħa tal-Parlament li jintroduċi tibdil sostantiv, kif din id-dispożizzjoni attwalment tipprevedi. Il-bidla proposta terġa' ddaħħal id-diċitura oriġinali ta' dan il-paragrafu (emendata fl-2009) bl-għan li jiġu ċċarati l-limiti tas-setgħat biex isiru emendi tal-Parlament u l-Kummissjoni titħeġġeġ tressaq aktar proposti għal tfassil mill-ġdid.

Emenda    53

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II – kapitolu 9a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

KAPITOLU 9A

 

Atti delegati u ta' implimentazzjoni

Emenda    54

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 105 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.  Meta l-Kummissjoni tibgħat att delegat lill-Parlament, il-President għandu jgħaddih lill-kumitat responsabbli għall-att leġislattiv ta' bażi, li jista' jiddeċiedi li jaħtar rapporteur għall-analiżi ta’ att delegat wieħed jew iktar.

1.  Meta l-Kummissjoni tibgħat att delegat lill-Parlament, il-President għandu jgħaddih lill-kumitat responsabbli għall-att leġislattiv ta' bażi, li jista' jiddeċiedi li jinnomina wieħed mill-Membri tiegħu għall-analiżi ta’ att delegat wieħed jew iktar.

(Ara l-emenda 61 għall-Artikolu 106, paragrafi 1)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tqis il-prattika eżistenti, li biha mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li joġġezzjonaw għal att delegat għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda mill-kumitat responsabbli, jew f'isem il-President tal-Kumitat, jew f'isem l-awturi tat-talba oriġinali biex issir oġġezzjoni.

Emenda    55

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 105 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

2.  Il-President għandu jħabbar lill-Parlament id-data meta l-att delegat iku n wasal fil-lingwi uffiċjali kollha u l-perjodu li matulu jistgħu jitqajmu oġġezzjonijiet. Dan il-perjodu għandu jibda minn din id-data.

2.  Matul is-sessjoni parzjali wara li l-att jiġi riċevut, il-President għandu jħabbar lill-Parlament id-data meta l-att delegat ikun wasal fil-lingwi uffiċjali kollha u l-perjodu li matulu jistgħu jitqajmu oġġezzjonijiet. Dan il-perjodu għandu jibda mid-data ta' meta jkun wasal.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni għandha tiġi riformulata sabiex jiġi ċċarat liema mument huwa rilevanti.

Emenda    56

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 105 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3.  Il-kumitat responsabbli jista’, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-att leġislattiv ta' bażi u, jekk iqis li jkun xieraq, wara li jkun ikkonsulta lil kull kumitat konċernat, iressaq mozzjoni għal riżoluzzjoni motivata lill-Parlament. Dik il-mozzjoni għal riżoluzzjoni għandha tispeċifika r-raġunijiet tal-Parlament għall-oġġezzjonijiet u jista’ jkun fiha talba lill-Kummissjoni biex jiġi ppreżentat att delegat ġdid li jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament.

3.  Il-kumitat responsabbli jista’, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-att leġislattiv ta' bażi u, jekk iqis li jkun xieraq, wara li jkun ikkonsulta lil kull kumitat konċernat, iressaq mozzjoni għal riżoluzzjoni motivata fejn joġġezzjona għall-att delegat. Jekk għaxart ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tas-sessjoni parzjali li matulha l-jum tal-Erbgħa jaħbat qabel u l-eqreb għall-jum tal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 5, il-kumitat responsabbli ma jkunx ressaq il-mozzjoni għal riżoluzzjoni, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin membru jistgħu jressqu mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-kwistjoni biex tiddaħħal fl-aġenda tas-sessjoni parzjali hawn fuq imsemmija.

(Ara l-emenda 57 għall-Artikolu 105, paragrafi 4)

Ġustifikazzjoni

L-aħħar sentenza tal-paragrafu 3 għandha ssir il-paragrafu 4. Ir-ristrutturar tal-paragrafi 3 u 4 għandu l-għan li jiċċara li l-paragrafu 3, it-tieni sentenza, attwali japplika wkoll meta mozzjoni għal riżoluzzjoni titressaq minn grupp politiku jew minn mill-inqas erbgħin Membru.

Emenda    57

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 105 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.  Jekk għaxart ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tas-sessjoni parzjali li matulha l-jum tal-Erbgħa jaħbat qabel u l-eqreb għall-jum tal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 5, il-kumitat responsabbli ma jkunx ressaq il-mozzjoni għal riżoluzzjoni, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin membru jistgħu jressqu mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-kwistjoni biex tiddaħħal fl-aġenda tas-sessjoni parzjali hawn fuq imsemmija.

4.  Kull mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont il-paragrafu 3 għandha tispeċifika r-raġunijiet tal-Parlament għall-oġġezzjonijiet u jista' jkun fiha talba lill-Kummissjoni biex jiġi ppreżentat att delegat ġdid li jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament.

(Ara l-emenda 56 għall-Artikolu 105, paragrafi 3)

Ġustifikazzjoni

L-aħħar sentenza tal-paragrafu 3 għandha ssir il-paragrafu 4. Ir-ristrutturar tal-paragrafi 3 u 4 għandu l-għan li jiċċara li l-paragrafu 3, it-tieni sentenza, attwali japplika wkoll meta mozzjoni għal riżoluzzjoni titressaq minn grupp politiku jew minn mill-inqas erbgħin Membru.

Emenda    58

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 105 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

5.  Il-Parlament għandu jiddeċiedi, fiż-żmien stipulat fl-att leġislattiv ta' bażi, dwar kull mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa, bil-maġġoranza stipulata fl-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

5.   Il-Parlament għandu japprova tali mozzjoni fiż-żmien stipulat fl-att leġislattiv ta' bażi, skont l-Artikolu 290(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, bil-maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Hija suġġerita diċitura aktar preċiża.

Emenda    59

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 105 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Meta l-kumitat responsabbli jqis li hu xieraq li jestendi, skont l-att leġislattiv ta' bażi, l-iskadenza għat-tressiq ta' oġġezzjonijiet għall-att delegat, il-President tal-kumitat kompetenti għandu jinnotifika, f'isem il-Parlament, din l-estensjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Meta l-kumitat responsabbli jqis li hu xieraq li jestendi, skont id-dispożizzjonijiet tal-att leġislattiv ta' bażi, l-iskadenza għat-tressiq ta' oġġezzjonijiet għall-att delegat, il-President tal-kumitat kompetenti għandu jinnotifika, f'isem il-Parlament, din l-estensjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Hija suġġerita diċitura aktar preċiża.

Emenda    60

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 105 – paragrafu 7

Test fis-seħħ

Emenda

7.  Il-kumitat responsabbli jista’, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-att leġislattiv ta' bażi, jieħu l-inizjattiva li jressaq mozzjoni għal riżoluzzjoni motivata lill-Parlament biex tiġi revokata, kollha kemm hi jew parzjalment, id-delega tas-setgħat stipulati għal dan l-att. Il-Parlament għandu jaġixxi skont il-maġġoranza stipulata fl-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

7.  Il-kumitat responsabbli jista’, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-att leġislattiv ta' bażi, jieħu l-inizjattiva li jressaq mozzjoni għal riżoluzzjoni lill-Parlament biex tiġi revokata, kollha kemm hi jew parzjalment, id-delega tas-setgħat jew li tiġi opposta l-estensjoni awtomatika tad-delega tas-setgħat prevista b'dan l-att.

 

Skont l-Artikolu 290(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, deċiżjoni ta' revoka tad-delega tas-setgħat tittieħed biss jekk tinkiseb il-maġġoranza tal-voti tal-Membri kollha tal-Parlament.

Ġustifikazzjoni

Il-kelma "motivata" mhijiex meħtieġa peress li t-Trattat ma jobbligax lill-Parlament jagħti r-raġunijiet għalfejn biħsiebu jirrevoka d-delega tas-setgħat. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 105 għandu jiġi emendat sabiex jinkludi bażi legali speċifika għal deċiżjoni fejn il-Parlament jopponi l-estensjoni awtomatika tal-perjodu tad-delega tas-setgħat.

Emenda    61

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 106 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.  Meta l-Kummissjoni tgħaddi abbozz ta’ att jew miżura ta’ implimentazzjoni lill-Parlament, il-President għandu jibagħtu lill-kumitat responsabbli għall-att leġislattiv ta' bażi, liema kumitat jista’ jiddeċiedi li jaħtar rapporteur għall-analiżi ta’ abbozz wieħed jew iżjed ta’ atti jew miżuri ta’ implimentazzjoni.

1.  Meta l-Kummissjoni tgħaddi abbozz ta’ att jew miżura ta’ implimentazzjoni lill-Parlament, il-President għandu jibagħtu lill-kumitat responsabbli għall-att leġislattiv ta' bażi, liema kumitat jista’ jiddeċiedi li jinnomina wieħed mill-Membri tiegħu għall-analiżi ta’ abbozz wieħed jew iżjed ta’ atti jew miżuri ta’ implimentazzjoni.

(Ara l-emenda 54 għall-Artikolu 105, paragrafi 1)

Ġustifikazzjoni

L-emenda tallinja din id-dispożizzjoni mal-Artikolu 105(1) (kif emendat).

Emenda    62

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 106 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3.  Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni tista’ tinkludi talba lill-Kummissjoni biex tirtira l-att, il-miżura jew l-abbozz ta' att jew ta’ miżura, biex temendah filwaqt li jitqiesu l-oġġezzjonijiet formulati mill-Parlament jew biex titressaq proposta leġislattiva ġdida. Il-President għandu jgħarraf lill-Kunsill u l-Kummissjoni bil-pożizzjoni li tittieħed.

3.  Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni tista’ tinkludi talba lill-Kummissjoni biex tirtira l-abbozz ta' att jew miżura ta' implimentazzjoni, biex temendah filwaqt li jitqiesu l-oġġezzjonijiet formulati mill-Parlament jew biex titressaq proposta leġislattiva ġdida. Il-President għandu jgħarraf lill-Kunsill u l-Kummissjoni bil-pożizzjoni li tittieħed.

Ġustifikazzjoni

Hija suġġerita diċitura aktar preċiża.

Emenda    63

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 106 – paragrafu 4 – punt a

Test fis-seħħ

Emenda

(a)  iż-żmien ta’ l-iskrutinju għandu jibda jgħodd meta l-abbozz ta’ miżuri jkun ġie mressaq lill-Parlament bil-lingwi uffiċjali kollha. Fejn japplikaw limiti ta’ żmien ta' skrutinju applikati kif previst fl-Artikolu 5a(5)(b) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE u f’każijiet ta’ urġenza stipulati fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-perjodu taż-żmien għall-iskrutinju għandu jibda jgħodd mid-data meta l-Parlament jirċievi l-abbozz aħħari tal-miżuri ta’ implimentazzjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi ppreżentati lill-membri tal-kumitat stabbilit skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE, ħlief jekk ikun hemm oġġezzjoni mill-president tal-kumitat responsabbli. L-Artikolu 158 m'għandux japplika f'dan il-każ;

(a)  iż-żmien tal-iskrutinju għandu jibda jgħodd meta l-abbozz tal-miżura ta' implimentazzjoni jkun ġie mressaq lill-Parlament bil-lingwi uffiċjali kollha. Fejn japplikaw limiti ta’ żmien ta' skrutinju applikati kif previst fl-Artikolu 5a(5)(b) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE u f’każijiet ta’ urġenza stipulati fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-perjodu taż-żmien għall-iskrutinju għandu jibda jgħodd mid-data meta l-Parlament jirċievi l-abbozz aħħari tal-miżura ta’ implimentazzjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi ppreżentati lill-membri tal-kumitat stabbilit skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE, ħlief jekk ikun hemm oġġezzjoni mill-president tal-kumitat responsabbli. L-Artikolu 158 m'għandux japplika fiż-żewġ każijiet imsemmija fis-sentenza preċedenti;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tat-test għaliex fiż-żewġ każijiet biss previsti fl-Artikolu 5a, paragrafi 5(b) u 6, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, l-Artikolu 158 ma japplikax.

Emenda    64

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 106 – paragrafu 4 – punt d

Test fis-seħħ

Emenda

(d)  fil-każ li l-kumitat responsabbli, wara talba motivata kif xieraq mill-Kummissjoni, jirrakkomanda permezz ta’ ittra motivata lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati li l-Parlament jiddikjara li ma jopponix il-miżura proposta, qabel l-iskadenza taż-żmien normali stipulat fl-Artikolu 5a(3)(c) u/jew l-Artikolu 5a(4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 105(6), ta' dan l-Artikolu.

(d)  fil-każ li l-kumitat responsabbli, jirrakkomanda permezz ta’ ittra motivata lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati li l-Parlament jiddikjara li ma jopponix il-miżura proposta, qabel l-iskadenza taż-żmien normali stipulat fl-Artikolu 5a(3)(c) u/jew l-Artikolu 5a(4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 105(6), ta' dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżit ta' "talba motivata kif xieraq mill-Kummissjoni" hija superfluwa (ara wkoll l-Artikolu 105(6)).

Emenda    65

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 108 – paragrafu 6

Test fis-seħħ

Emenda

6.  Qabel ma ssir il-votazzjoni, il-kumitat responsabbli jew grupp politiku jew mhux inqas minn wieħed minn kull għaxar Membri, jistgħu jipproponu li l-Parlament jitlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompatibilità ta' ftehima internazzjonali mat-Trattati. Jekk il-Parlament japprova proposta ta' dan it-tip, il-votazzjoni għandha tiġi ddiferita sakemm il-Qorti tagħti l-opinjoni tagħha.

6.  Fi kwalunkwe ħin qabel ma l-Parlament jivvota fuq talba għal approvazzjoni jew opinjoni, il-kumitat responsabbli jew mhux inqas minn wieħed minn kull għaxar Membri li jiffurmaw il-Parlament jistgħu jipproponu li l-Parlament jitlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompatibilità ta' ftehim internazzjonali mat-Trattati.

 

Qabel ma l-Parlament jivvota fuq dik il-proposta, il-President jista' jitlob l-opinjoni tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, li għandu jirrapporta dwar il-konklużjonijiet tiegħu lill-Parlament.

 

Jekk il-Parlament japprova l-proposta li tintalab opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-votazzjoni fuq talba għal approvazzjoni jew opinjoni għandha tiġi differita sakemm il-Qorti tagħti l-opinjoni tagħha.

__________________

 

14 Ara wkoll l-interpretazzjoni tal-Artikolu 141.

 

(Ara l-emenda 77 għall-Artikolu 141, interpretazzjoni, it-tieni subparagrafu)

Ġustifikazzjoni

Kwistjonijiet li jikkonċernaw il-kompatibilità ta' ftehim internazzjonali mat-Trattati ta' spiss jolqtu kwistjonijiet – bħas-sussidjarjetà, il-bażi legali, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi internazzjonali, il-protezzjoni legali tad-drittijiet u l-prerogattivi tal-Parlament, eċċ. – li għalihom il-Kumitat għall-Affarijiet Legali huwa responsabbli skont l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura. Huwa għalhekk xieraq li dan il-Kumitat jiġi involut fil-proċedura msemmija f'din id-dispożizzjoni.

Emenda    66

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 115 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.  L-eżami li jsir mill-kumitat responsabbli ta' talbiet li jkollhom x'jaqsmu ma' proċeduri dwar immunità skond l-Artikolu 9 għandu dejjem isir bil-magħluq.

imħassar

(Ara l-emenda 32 għall-Artikolu 9, paragrafi 10)

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' konsistenza, din il-kwistjoni għandha tiġi trattata aħjar skont l-Artikolu 9(10).

Emenda    67

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 120 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

Fuq proposta tal-kumitat responsabbli, il-Parlament għandu jaħtar il-persuna nominata minnu fuq il-kumitat ta' seba' persuni inkarigat biex jevalwa x-xerqien tal-kandidati biex jingħataw il-kariga ta' Imħallfin jew Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali.

Fuq proposta tal-kumitat responsabbli, il-Parlament għandu jaħtar il-persuna nominata minnu fuq il-kumitat ta' seba' persuni inkarigat biex jevalwa x-xerqien tal-kandidati biex jingħataw il-kariga ta' Imħallfin jew Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali. Il-kumitat responsabbli għandu jiddeċiedi dwar il-persuna nominata li jixtieq jipproponi billi jorganizza votazzjoni b'maġġoranza sempliċi. Għal dan l-iskop, il-koordinaturi ta' dak il-kumitat għandhom jistabbilixxu lista finali ta' kandidati.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tallinja l-Artikolu 120 mal-prattika eżistenti.

Emenda    68

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 141 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.  Il-Parlament għandu, fil-limiti ta' żmien mogħtija mit-Trattati u mill-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' azzjoni mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jeżamina l-leġislazzjoni tal-Unjoni u l-miżuri ta' implimentazzjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tiegħu ġew rispettati kompletament.

1.  Il-Parlament għandu, fil-limiti ta' żmien mogħtija mit-Trattati u mill-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' azzjoni mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jeżamina l-leġislazzjoni tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tagħha sabiex jiżgura li d-drittijiet tiegħu ġew rispettati kompletament.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi evitata konfużjoni mal-"miżuri ta' implimentazzjoni" proprji, qed tiġi suġġerita diċitura aktar inklużiva.

Emenda    69

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 141 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.  Il-kumitat responsabbli għandu jirrapporta lill-Parlament, jekk ikun meħtieġ oralment, meta jissusspetta li jkun hemm ksur tal-ligi tal-Unjoni.

2.  Il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali għandu jirrapporta lill-Parlament, jekk ikun meħtieġ oralment, meta jissusspetta li jkun hemm ksur tal-ligi tal-Unjoni. Fejn xieraq, jista' jisma' l-fehmiet tal-kumitat responsabbli għas-suġġett.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tagħmilha possibbli li l-kumitati responsabbli għas-suġġett jesprimu l-fehmiet tagħhom.

Emenda    70

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 141 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

3.  Il-President għandu jippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f'isem il-Parlament skond ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli.

3.  Il-President għandu jippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f'isem il-Parlament skond ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali.

Ġustifikazzjoni

Hija suġġerita diċitura aktar preċiża.

Emenda    71

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 141 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Fil-bidu tas-sessjoni parzjali li jkun imiss, huwa jista' jressaq id-deċiżjoni dwar it-tkomplija ta' l-azzjoni quddiem is-seduta plenarja. Jekk is-seduta plenarja tiddeċiedi kontra l-azzjoni b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, huwa għandu jirtiraha.

Fil-bidu tas-sessjoni parzjali li jkun imiss, huwa jista' jressaq id-deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-azzjoni quddiem il-Parlament. Jekk il-Parlament jiddeċiedi kontra l-azzjoni b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, huwa għandu jirtiraha.

Ġustifikazzjoni

Hija suġġerita diċitura aktar preċiża.

Emenda    72

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 141 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

Jekk il-President jippreżenta rikors kontra r-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli, huwa għandu fil-bidu tas-sezzjoni parzjali li jkun imiss iressaq id-deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-proċeduri quddiem is-seduta plenarja.

Jekk il-President jippreżenta rikors kontra r-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli, huwa għandu fil-bidu tas-sezzjoni parzjali li jkun imiss iressaq id-deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-proċeduri quddiem il-Parlament.

Ġustifikazzjoni

Hija suġġerita diċitura aktar preċiża.

Emenda    73

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 141 – paragrafu 4 – subparagrafi 1 sa 3

Test fis-seħħ

Emenda

4.  Il-President għandu jippreżenta osservazzjonijiet jew jintervjeni f'isem il-Parlament fi proċeduri quddiem il-qorti wara konsultazzjoni mal-kumitat responsabbli.

4.  Il-President għandu jippreżenta osservazzjonijiet jew jintervjeni f'isem il-Parlament fi proċeduri quddiem il-qorti wara konsultazzjoni mal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali.

Fejn il-President ikun bi ħsiebu jitbiegħed mar-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli, huwa għandu jinforma lill-kumitat b'dan u għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Konferenza tal-Presidenti, filwaqt li jiddikjara r-raġunijiet tiegħu.

Fejn il-President ikun bi ħsiebu jitbiegħed mar-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, huwa għandu jinforma lill-kumitat b'dan u għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Konferenza tal-Presidenti, filwaqt li jiddikjara r-raġunijiet tiegħu.

Fejn il-Konferenza tal-Presidenti tkun tal-fehma li l-Parlament, b'mod eċċezzjonali, m'għandux iressaq osservazzjonijiet jew jintervjeni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'sitwazzjonijiet fejn ikun hemm dubji dwar il-validità legali ta' att tal-Parlament, il-kwistjoni għandha titressaq fil-plenarja mingħajr dewmien.

Fejn il-Konferenza tal-Presidenti tkun tal-fehma li l-Parlament, b'mod eċċezzjonali, m'għandux iressaq osservazzjonijiet jew jintervjeni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'sitwazzjonijiet fejn ikun hemm dubji dwar il-validità legali ta' att tal-Parlament, il-kwistjoni għandha titressaq fil-Parlament mingħajr dewmien.

Ġustifikazzjoni

Hija suġġerita diċitura aktar preċiża.

Emenda    74

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 141 – paragrafu 4 – subparagrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

F'każijiet ta' urġenza, il-President jista' jieħu azzjoni kawtelatorja sabiex jikkonforma mal-limiti ta' żmien preskritti mill-qorti kkonċernata. F'każijiet bħal dawn, il-proċedura stipulata f'dan il-paragrafu għandha tiġi implimentata ma' l-ewwel opportunità.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Billi azzjoni kawtelatorja tista' xi kultant tkun meħtieġa wkoll b'rabta mal-azzjonijiet diretti msemmija fl-Artikolu 141(3), din l-emenda (li għandha tinqara flimkien mal-Artikolu 141(4a) ġdid) għandha l-għan li tagħmel il-proċedura ta' urġenza ta' applikazzjoni ġenerali.

Emenda    75

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 141 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

4a.  F'każijiet ta' urġenza, il-President, fejn possibbli, wara li jkun ikkonsulta mal-President u r-rapporteur tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, jista' jieħu azzjoni kawtelatorja sabiex jikkonforma mal-limiti ta' żmien rilevanti. F'każijiet bħal dawn, il-proċedura prevista fil-paragrafi 3 jew 4, skont kif applikabbli, għandha tiġi implimentata mal-ewwel opportunità.

Ġustifikazzjoni

Billi azzjoni kawtelatorja tista' xi kultant tkun meħtieġa wkoll b'rabta mal-azzjonijiet diretti msemmija fl-Artikolu 141(3), din l-emenda (li għandha tinqara flimkien mal-Artikolu 141(4a) ġdid) għandha l-għan li tagħmel il-proċedura ta' urġenza ta' applikazzjoni ġenerali. Il-konsultazzjoni mal-President u r-rapporteur tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali diġà hija possibbli f'każijiet urġenti oħra (ara, pereżempju, l-Artikolu 8(1)). Il-kjarifika ssuġġerita tagħmel din id-dispożizzjoni aktar effettiva.

Emenda    76

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 141 – paragrafu 4b (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

4b.  Il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali għandu jistabbilixxi prinċipji għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Fl-24 ta' Frar 2015, il-Koordinaturi tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali adottaw il-"Linji gwida għall-applikazzjoni tal-Artikolu 141 tar-Regoli ta' Proċedura", li kienu tfasslu bil-kooperazzjoni tas-Servizz Legali. Rakkomandazzjonijiet magħmula lill-President skont dan l-Artikolu kontinwament għamlu riferiment għal dawn il-Linji Gwida sa mill-adozzjoni tagħhom. Il-bidla ssuġġerita sempliċiment tirratifika l-eżistenza ta' din l-għodda. Madankollu f'kuntest differenti, kliem simili jinsab fl-Artikolu 9(12).

Emenda    77

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 141 – interpretazzjoni – subparagrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

L-Artikolu 108(6) jistabbilixxi proċedura speċifika għad-deċiżjoni tal-Parlament dwar l-eżerċitar tad-dritt li l-Qorti tal-Ġustizzja, bis-saħħa tal-Artikolu 218(11) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tintalab opinjoni dwar il-kompatibilità ta' xi ftehima internazzjonali mat-Trattati. Din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi 'lex specialis' li għandha prevalenza fuq ir-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 141.

imħassar

(Ara l-emenda 65 għall-Artikolu 108, paragrafi 6)

Ġustifikazzjoni

Din l-interpretazzjoni ma tibqax meħtieġa bħala riżultat tal-Artikolu 108(6) ġdid.

Emenda    78

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 170 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ca)  hija maħsuba biex temenda proposta għall-kodifikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni; madankollu, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 103(3) għandu japplika mutatis mutandis;

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 103(3) diġà jipprevedi li, ħlief fil-każijiet imsemmija hawnhekk, emendi għal proposti għall-kodifikazzjoni mhumiex ammissibbli fl-istadju tal-kumitat. Din l-emenda hija intiża li tikkjarifika li l-istess prinċipju japplika fl-istadju tal-plenarja.

Emenda    79

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 170 – paragrafu 1 – punt c b (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

(cb)  hija intiża li temenda dawk il-partijiet ta' proposta li jinvolvu t-tfassil mill-ġdid tal-leġislazzjoni tal-Unjoni u li jibqgħu l-istess f'tali proposta; madankollu, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(2) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 104(2) għandhom japplikaw mutatis mutandis;

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 104(2) u (3) diġà jipprevedi li, ħlief fil-każijiet imsemmija hawnhekk, emendi għad-dispożizzjonijiet li jibqgħu l-istess f'proposta li tinvolvi t-tfassil mill-ġdid tal-leġislazzjoni tal-Unjoni mhumiex ammissibbli fl-istadju tal-kumitat. Din l-emenda hija intiża li tikkjarifika li l-istess prinċipju japplika fl-istadju tal-plenarja.

Emenda    80

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 202

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 202

imħassar

Kumitat responsabbli mill-verifika ta' kredenzjali

 

Fost il-kumitati mwaqqfa skond id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli, għandu jkun hemm kumitat li jkun responsabbli mill-verifika ta' kredenzjali u mill-preparazzjoni ta' deċiżjonijiet dwar kwalunkwe oġġezzjoni li tikkonċerna l-validità ta' elezzjonijiet.

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu huwa superfluwu peress li diġà huwa kopert bl-Artikolu 3(3) u l-Anness VI.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

13.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Durand, Evelyne Gebhardt, Constance Le Grip, Victor Negrescu, Virginie Rozière

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

8.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mercedes Bresso, Richard Corbett, Pascal Durand, Esteban González Pons, Danuta Maria Hübner, Diane James, Ramón Jáuregui Atondo, Constance Le Grip, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Paulo Rangel, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Barbara Spinelli, Claudia Țapardel, Kazimierz Michał Ujazdowski, Rainer Wieland

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Max Andersson, Gerolf Annemans, Sylvie Goulard, Daniel Hannan, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jérôme Lavrilleux, Helmut Scholz