Proċedura : 2016/2118(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0346/2016

Testi mressqa :

A8-0346/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 01/12/2016 - 6.17
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0472

RAPPORT     
PDF 618kWORD 55k
25.11.2016
PE 594.113v01-00 A8-0346/2016

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017

(COM(2016)0678 – C8-0420/2016 – 2016/2118(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Jens Geier

EMENDI
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017

(COM(2016)0678 – C8-0420/2016 – 2016/2118(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0678 – C8-0420/2016),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari l-punt 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottat mill-Kummissjoni fit-18 ta' Lulju 2016 (COM(2016)0300), kif emendat mill-Ittra emendatorja Nru 1/2017 (COM(2016)0679),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Settembru 2016 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Settembru 2016 (11900/2016 – C8-0373/2016),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali għall-2017(3),

–  wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fis-17 ta' Novembru 2016 (14635/2016 – C8-0470/2016),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0346/2016),

A.  billi wara li eżamina l-possibbiltajiet kollha għal finanzjament ta' ħtiġijiet ta' impenn addizzjonali u mhux previsti, il-Kummissjoni, fl-Abbozz ta' Baġit tagħha, proponiet li timmobilizza l-Marġni ta' Kontinġenza għal ammont ta' EUR 1 164,4 miljun sabiex tikkomplementa l-approprjazzjonijiet ta' impenn marbutin man-nefqa fl-intestatura 3 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, oltre l-limiti massimi ta' impenn ta' EUR 2 578 miljun fil-prezzijiet attwali;

B.  billi aktarx li jinqalgħu ħtiġijiet finanzjarji addizzjonali fl-2017, fir-rigward tal-kriżijiet tas-sigurtà interna u tal-isfidi attwali umanitarji, migratorji u tar-rifuġjati; jirrikonoxxi li dawn il-ħtiġijiet jistgħu jaqbżu b'mod sinifikanti l-finanzjament disponibbli taħt l-intestatura 3; ifakkar li ma għad hemm l-ebda marġni disponibbli taħt il-limitu massimu tal-intestatura 3; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni tiċċara jekk u kif il-fondi addizzjonali jistgħu jiġu mobilizzati permezz tal-Marġni ta' Kontinġenza bħala reazzjoni għall-ħtiġijiet finanzjarji addizzjonali possibbli għall-intestatura 3 matul l-2017;

C.  billi l-Kummissjoni rrevediet din il-proposta għal mobilizzazzjoni fil-qafas tal-Ittra Emendatorja 1/2017 sabiex tkopri wkoll in-nefqa taħt l-intestatura 4;

D.  billi l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni li ltaqa' għall-baġit 2016 qabel mal-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza f'livell ta' EUR 1 906,2 miljun għall-intestatura 3 u għall-intestatura 4 u li jkun hemm kumpens ta' EUR 575,0 miljun għall-marġni mhux allokat taħt l-intestatura 2 Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali fl-2017, EUR 507,3 miljun fl-2017, EUR 570,0 miljun fl-2018 u EUR 253,9 miljun fl-2019 għall-marġni mhux allokat taħt l-intestatura 5 Amministrazzjoni;

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(2)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2016)0411.


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikolari l-punt 14 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi,

(1) L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(2) stabbilixxa Marġni ta' Kontinġenza sa 0,03 % mid-Dħul Nazzjonali Gross tal-Unjoni.

(2) F'konformità mal-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont assolut tal-Marġni ta' Kontinġenża għall-2017(3).

(3) Wara li eżaminaw il-possibbiltajiet finanzjarji l-oħra kollha li jirreaġixxu għal ċirkostanzi mhux previsti fil-limiti massimi tal-impenn għall-2017 għall-intestaturi 3 (Sigurtà u Ċittadinanza) u 4 (Ewropa Globali) tal-qafas finanzjarju pluriennali, u wara li kkunsidraw il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għall-ammont sħiħ ta' EUR 530 miljun disponibbli fl-2017, jidher li huwa meħtieġ li jiġi mobilizzat il-Marġni ta' Kontinġenza biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet li jirriżultaw mill-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà, billi jiżdiedu l-approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, oltre l-limiti massimi tal-impenn għall-intestaturi 3 u 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali.

(4) Wara li kkunsidraw din is-sitwazzjoni partikolari ħafna, il-kundizzjoni tal-aħħar għażla fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 hija ssodisfata.

(5) Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien għall-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-bidu tas-sena finanzjarja 2017,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2017, il-Marġni ta' Kontinġenza għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 176 030 960 f'approprjazzjonijiet ta' impenn oltre l-limitu massimu ta' impenn tal-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) u ta' EUR 730 120 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn oltre l-limitu massimu ta' impenn tal-intestatura 4 (Ewropa Globali) tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Artikolu 2

L-ammont totali ta' EUR 1 906 150 960 f'approprjazzjonijiet ta' impenn li jirriżultaw mill-Artikolu 1 għandu jiġi paċut kontra l-marġni skont il-limiti massimi tal-impenn għas-snin 2017 sa 2019 tal-intestaturi li ġejjin tal-qafas finanzjarju pluriennali:

(a)  2017:

(i) intestatura 2 (Tkabbir Sostenibbli - Riżorsi Naturali) EUR 575 000 000;

  (ii) intestatura 5 (Amministrazzjoni) : EUR 507 268 804;

(b)  2018: intestatura 5 Amministrazzjoni: EUR 570 000 000;

(c)  2019: intestatura 5 Amministrazzjoni: EUR 253 882 156.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

(1)

  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)

  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(3)

  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tat-30 ta' Ġunju 2016 dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2017 f'konformità mal-varjazzjonijiet tal-ING (COM(2016)311).


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (18.11.2016)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017

(2016/2118(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Monica Macovei

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota l-proposta tal-Kummissjoni fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 biex timmobilizza l-Marġni ta’ Kontinġenza għall-ammont ta’ EUR 1 164,4 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn lil hinn mil-limitu massimu tal-impenji tal-Intestatura 3 biex twieġeb għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament addizzjonali li jirriżultaw mill-kriżi tas-sigurtà u mill-isfidi migratorji u umanitarji fl-Unjoni, minħabba l-eżawriment sħiħ tal-marġni disponibbli taħt il-limitu massimu tal-Intestatura 3 u l-Istrument ta’ Flessibilità għall-2017;

2.  Iqis li x'aktarx, fl-2017, se jinqalgħu ħtiġijiet finanzjarji addizzjonali fir-rigward tal-kriżijiet tas-sigurtà interna u l-isfidi attwali umanitarji, migratorji u tar-rifuġjati; jirrikonoxxi li dawn il-ħtiġijiet jistgħu jaqbżu b’mod sinifikanti l-finanzjament disponibbli taħt l-Intestatura 3; ifakkar li ma hemmx aktar marġni disponibbli taħt il-limitu massimu tal-Intestatura 3; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni tiċċara jekk u kif il-fondi addizzjonali jistgħu jiġu possibilment mobilizzati bl-użu tal-Marġni ta' Kontinġenza biex tingħata tweġiba għall-ħtiġijiet finanzjarji addizzjonali possibbli għall-Intestatura 3 matul l-2017;

3.  Jinnota l-proposti tal-Kummissjoni biex l-Intestatura 3 tiżdied b'ammont addizzjonali ta' EUR 2,55 biljun matul il-perjodu 2018-2020 bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP kemm sabiex jiġu pprovduti riżorsi suffiċjenti għall-aġenziji tal-ĠAI, kif ukoll sabiex jitqiesu l-proposti riċenti tal-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà u l-migrazzjoni; ifakkar li hemm il-ħtieġa ta' tweġiba immedjata għall-isfidi tal-kriżijiet tas-sigurtà, tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati u jqis li huwa importanti li l-atturi kollha involuti jiżguraw trasparenza sħiħa tal-pagamenti u monitoraġġ u rappurtar regolari tan-nefqa . jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma użatx l-opportunità tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP biex taġġusta l-limitu massimu b'mod li jirrifletti dawn iċ-ċirkustanzi.

4.  Ifakkar li d-distribuzzjoni ġusta u trasparenti tal-finanzjament fost l-objettivi differenti tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (il-Fond) kienet prijorità għall-Parlament matul in-negozjati li wasslu għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(1), li stabbilixxa l-Fond; jistieden lill-Kummissjoni żżid in-numru ta' linji baġitarji taħt il-Fond kif meħtieġ, sabiex tiffaċilita leġġibilità u trasparenza aħjar ta' kif se jintefqu r-riżorsi finanzjarji allokati għall-objettivi differenti u għaldaqstant għal dawk il-linji baġitarji; jistieden lill-Kummissjoni, b’mod partikolari, biex fl-abbozzi tal-baġits futuri kollha tifred in-nefqa għat-tisħiħ tal-istrateġiji ta’ ritorn ġust min-nefqa għall-migrazzjoni legali u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effettiva ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, kif propost fil-paragrafu 12 tal-Opinjoni tal-24 ta’ Settembru 2014 tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern għall-Kumitat għall-Baġits dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(2);

5.  Jirrikonoxxi l-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta’ Kontinġenza għall-ammont ta’ madwar EUR 1 biljun fl-2017 għall-fini speċifika li jiġu ffinanzjati azzjonijiet proposti mill-Kummissjoni għall-Intestatura 4 tal-QFP (Ewropa Globali) bħala parti mill-komunikazzjoni tagħha għar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP (EUR + 1,4 biljun għall-Intestatura 4 matul il-perjodu 2017-2020); jinnota l-użu parzjali tal-fondi mobilizzati permezz tal-Marġni ta’ Kontinġenza (EUR 750 miljun minn EUR 1 biljun) għaż-żidiet korrispondenti fl-2017 tal-finanzjament favur l-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (EUR + 500 miljun) u l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (EUR + 250 miljun) biex jingħata appoġġ lill-pajjiżi tal-Mediterran u tiġi indirizzata l-kawża fundamentali tal-migrazzjoni billi tingħata għajnuna lill-pajjiżi fl-Afrika sub-Saħarjana u l-Asja; jinnota wkoll l-użu tal-fondi li fadal (EUR 250 miljun minn EUR 1 biljun) mobilizzati biex jappoġġjaw id-dotazzjoni fil-Baġit tal-2017 tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) l-ġdid, bħala parti mill-Pjan ta’ Investiment Estern il-ġdid, propost mill-Kummissjoni biex tiindirizza l-kawża fundamentali tal-migrazzjoni fuq tul ta' żmien itwal.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

17.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Malin Björk, Caterina Chinnici, Frank Engel, Tanja Fajon, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Harald Vilimsky, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Hedh, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Ska Keller, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lynn Boylan, Verónica Lope Fontagné, Mylène Troszczynski, Tom Vandenkendelaere

(1)

Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).

(2)

PE536.206v03-00.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

24.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

2

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Ernest Maragall, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Liadh Ní Riada, Younous Omarjee, Urmas Paet, Pina Picierno, Paul Rübig, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ivana Maletić, Tomáš Zdechovský

Avviż legali - Politika tal-privatezza