Proċedura : 2016/2256(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0347/2016

Testi mressqa :

A8-0347/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 01/12/2016 - 6.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0467

RAPPORT     
PDF 591kWORD 51k
25.11.2016
PE 593.807v02-00 A8-0347/2016

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2016

(COM(2016)0624 – C8-0399/2016 – 2016/2256(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: José Manuel Fernandes

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2016

(COM(2016)0624 – C8-0399/2016 – 2016/2256(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0624 – C8-0399/2016 ),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottat b'mod definittiv fil-25 ta' Novembru 2015(3),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016, propost mill-Kummissjoni fit-30 ta' Settembru 2016 (COM(2016)0623),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016 adottata mill-Kunsill fl-24 ta' Novembru 2016 (13583/2016 – C8-0459/2014),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016, adottata fl-1 ta' Diċembru 2016(4),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0347/2016),

A.  billi l-Kummissjoni pproponiet, mal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016, li jiġi mmobilizzat ammont ta' EUR 240,1 miljun mill-Marġni ta' Kontinġenza għall-2016 sabiex jikkomplementa l-approprjazzjonijiet ta' impenn relatati man-nefqa fl-intestatura 3 'Sigurtà u ċittadinanza' fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016;

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(2)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)

OJ L 48, 24.2.2016, p. 1.

(4)

Testi adottati, P8_TA-PROV(2016)0000.


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

fl ... 2016

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Punt 14 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi,

(1) L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(2) stabbilixxa Marġni ta' Kontinġenza sa 0,03 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni.

(2) Skont l-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont assolut tal-Marġni ta' Kontinġenża għall-2016(3).

(3) Wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet finanzjarji l-oħra kollha li jirreaġixxu għal ċirkostanzi mhux previsti fi ħdan il-limitu ta' impenn għall-2016 għall-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) tal-qafas finanzjarju pluriennali, u wara li ġie mmobilizzat l-Istrument ta' Flessibbiltà għall-ammont totali ta' EUR 1 530 miljun disponibbli fl-2016, jidher li huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat il-Marġni ta' Kontinġenza biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet li jirriżultaw mill-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà, billi l-approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja tal-2016 jiżdiedu mal-limitu ta' impenn tal-intestatura 3.

(4) Wara li kkunsidraw din is-sitwazzjoni partikolari ħafna, il-kundizzjoni tal-aħħar għażla fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 hija sodisfatta,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016, il-Marġni ta' Kontinġenza għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta' EUR 240,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn mal-limitu massimu tal-intestatura 3 tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Artikolu 2

L-ammont ta' EUR 240,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jitnaqqas b'mod sħiħ mill-marġni taħt il-limitu ta' impenn tal-intestatura 5 (Amministrazzjoni) tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-sena finanzjarja 2016.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament EwropewGħall-Kunsill

Il-President  Il-President

(1)

  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p 884).

(3)

  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2015 dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2016 f'konformità mal-movimenti fl-ING (COM(2015)320).


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

24.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Liadh Ní Riada, Younous Omarjee, Urmas Paet, Pina Picierno, Paul Rübig, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni, Auke Zijlstra, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ivana Maletić, Andrey Novakov, Tomáš Zdechovský

Avviż legali - Politika tal-privatezza