dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2016 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016: Implimentazzjoni tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji Nru 2014/335/UE wara l-għeluq tal-proċess ta' ratifika u d-dħul fis-seħħ tagħha fl-1 ta' Ottubru 2016
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2016 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016: Implimentazzjoni tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji Nru 2014/335/UE wara l-għeluq tal-proċess ta' ratifika u d-dħul fis-seħħ tagħha fl-1 ta' Ottubru 2016
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottat b'mod definittiv fil-25 ta' Novembru 2015(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(5),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2016, adottat mill-Kummissjoni fis-7 ta' Ottubru 2016 (COM(2016)0660),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2016 adottata mill-Kunsill fit-8 ta' Novembru 2016 u li ntbagħtet lill-Parlament fi ... (13584/2016 – C8-0462/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0348/2016),
A. billi l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2016 jirriżulta mit-tlestija tal-proċess ta' ratifika u ta' dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom, li tinkludi bidliet limitati bħat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-ġbir tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali, rata ġdida mnaqqsa ta' ġbir tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT għal xi Stati Membri, u tnaqqis gross fil-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom ibbażati fuq l-ING għal xi Stati Membri;
B. billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2016 hu intiż biex jinkorpora fin-naħa tad-dħul tal-baġit tal-Unjoni tal-2016 l-impatt tal-aġġustamenti għar-riżorsi proprji li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 2014/335/UE, Euratom, b'effett retroattiv għas-snin finanzjarji 2014, 2015 u 2016;
C. billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2016 iwassal, għalhekk, għall-modifika tal-kontribuzzjonijiet individwali tal-Istati Membri kollha, iżda la jolqot id-dħul kumplessiv u lanqas in-naħa tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni;
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2016;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 5/2016 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.