Proċedura : 2016/2257(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0350/2016

Testi mressqa :

A8-0350/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 01/12/2016 - 6.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0468

RAPPORT     
PDF 682kWORD 54k
25.11.2016
PE 592.346v02-00 A8-0350/2016

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2016 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016: Aġġornament tal-approprjazzjonijiet biex jiġu kkunsidrati l-aħħar żviluppi dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni u sigurtà, tnaqqis ta' approprjazzonijiet ta' pagamenti u impenn bħala riżultat tat-Trasferiment Globali, l-estensjoni tal-FEIS, modifikazzjoni tal-pjan ta' stabbiliment tal-persunal tal-Frontex u aġġornament tal-approprazzjonijiet ta' dħul (Riżorsi proprji)

(13583/2016 – C8-0459/2016 – 2016/2257(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur għal opinjoni: José Manuel Fernandes

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2016 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016: Aġġornament tal-approprjazzjonijiet biex jiġu kkunsidrati l-aħħar żviluppi dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni u sigurtà, tnaqqis ta' approprjazzonijiet ta' pagamenti u impenn bħala riżultat tat-Trasferiment Globali, l-estensjoni tal-FEIS, modifikazzjoni tal-pjan ta' stabbiliment tal-persunal tal-Frontex u aġġornament tal-approprazzjonijiet ta' dħul (Riżorsi proprji)

(13583/2016 – C8-0459/2016 – 2016/2257(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottat b'mod definittiv fil-25 ta' Novembru 2015(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016, adottat mill-Kummissjoni fit-30 ta' Settembru 2016 (COM(2016)0623),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016 adottata mill-Kunsill fl-24 ta’ Novembru 2016 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fil-.... (13583/2016 – C8-0459/2016),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0350/2016),

A.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2016 (ABE 4/2016) inaqqas il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 7 284,3 miljuni, l-aktar fil-linji baġitarji taħt is-subintestatura 1b Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u għalhekk inaqqas kif xieraq il-kontribuzzjonijiet nazzjonali;

B.  billi l-ABE 4/2016 iżid il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn taħt l-intestatura 3 Sigurtà u Ċittadinanza b'EUR 50 miljun għall-istrument ta' appoġġ ta' emerġenza fi ħdan l-Unjoni, EUR 130 miljun għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), u EUR 70 miljun għall-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF), u b'hekk tkun meħtieġa l-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza għal ammont totali ta' EUR 240,1 miljun, wara li titqies riallokazzjoni ta' EUR 9,9 miljun;

C.  billi l-ABE 4/2016 jikkonċentra fil-bidu l-proviżjonament tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) b'riallokazzjoni ta' EUR 73,9 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn mir-riżerva għall-enerġija tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF-Enerġija), li trid tiġi kkumpensata fl-2018;

D.  billi l-ABE 4/2016 jemenda l-pjan ta' stabbiliment tal-Frontex, fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 2016/1624(6);

E.  billi, bi tnaqqis ta' EUR 14,7 miljun fuq diversi linji baġitarji taħt l-intestatura 2 Tkabbir Sostenibbli: riżorsi naturali, l-impatt nett tal-ABE 4/2014 mil-lat ta' nfiq tal-baġit 2016 huwa żieda ta' EUR 225,4 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

F.  billi mil-lat ta' dħul, l-ABE 4/2016 jinkludi wkoll aġġustamenti marbuta mar-reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (jiġifieri dazji doganali u imposti fuq is-settur taz-zokkor) u l-bażijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u l-introjtu nazzjonali gross (ING), u l-ibbaġitjar tal-korrezzjonijiet rilevanti tar-Renju Unit u l-finanzjament tagħhom;

1.  Jesprimi tħassib serju dwar l-eċċess fil-pagamenti ta' EUR 7 284,3 miljun, li huwa r-riżultat ta' dewmien kbir fl-implimentazzjoni ta' programmi tal-UE taħt ġestjoni kondiviża u jwitti t-triq għal akkumulazzjoni importanti fit-talbiet għal pagament lejn tmiem il-QFP attwali; ifakkar fil-konklużjoni tal-Kummissjoni li, skont dan it-tbassir preżenti, il-ħtiġijiet aġġornati tal-pagamenti sal-2020 jistgħu jiġu akkomodati bil-limiti massimi attwali biss jekk il-Marġni Globali għall-Pagamenti jintuża totalment (u, bħala miżura ta' prekawzjoni, jitneħħew il-limiti annwali tiegħu) u jekk il-pagamenti għal strumenti speċjali jingħaddu lil hinn mil-limiti massimi; jitlob, għalhekk, li din il-kwistjoni tiġi solvuta b'mod definittiv u inekwivokabbli bħala parti mir-reviżjoni tal-QFP;

2.  Jaqbel mat-tisħiħ fl-intestatura 3 permezz tal-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza, kif ukoll mal-konċentrazzjoni fil-bidu tat-tisħiħ tal-pjan ta' stabbiliment tal-Frontex; jilqa' b'mod partikolari r-riforniment parzjali tal-AMIF, iżda jinsab imħasseb dwar il-fatt li, minkejja rata għolja ta' eżekuzzjoni baġitarja bbażata fuq il-programmi nazzjonali tal-Istati Membri, sa issa saru biss ftit rilokazzjonijiet ta' rifuġjati;

3.  Jaqbel li jkun hemm konċentrazzjoni fil-bidu għall-FEIS, bil-kundizzjoni li r-riallokazzjoni mis-CEF tiġi kkumpensata kif xieraq fl-2018; jiċċara li din il-konċentrazzjoni fil-bidu ma tantiċipax l-aħħar pjan ta' finanzjament tal-proposta l-ġdida għal estensjoni tal-FEIS, li għandu jiġi deċiż f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

4.  Jinnota bi tħassib it-tnaqqis mistenni fid-dħul, stmat għal EUR 1,8 biljun, minħabba d-deprezzament tal-isterlina fil-konfront tal-euro; jieħu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tuża d-dħul minn multi addizzjonali sabiex tkopri dan in-nuqqas;

5.   Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2016;

6.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-Baġit Emendatorju Nru 4/2016 ġie adottat b'mod definittiv u jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)

ĠU L 48, 24.2.2016, p. 1.

(3)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(5)

ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.

(6)

Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p.1).


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

Is-Sur Jean ARTHUIS

President

Kumitat għall-Baġits

Parlament Ewropew

Brussell

Suġġett:  Opinjoni dwar l-"Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4 għall-Baġit Ġenerali 2016"

Għażiż Sur Arthuis,

Fl-11 ta' Ottubru 2016 il-koordinaturi tal-Kumitat REGI qablu li l-Kumitat ifassal opinjoni dwar ir-rapport leġiżlattiv tal-Kumitat BUDG dwar il-proposta tal-Kummissjoni "Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4 tal-baġit ġenerali 2016" (COM (2016)623 final).

Ninsab mgħarrfa li l-Kumitat BUDG se jinnegozja l-proposta mal-Kunsill fil-kuntest tal-proċedura ta' konċiljazzjoni dwar il-baġit 2017. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kumitat REGI ma għandux żmien biex ifassal opinjoni bħalma jagħmel is-soltu u għalhekk nistiednek tqis s-suġġerimenti miktuba hawn taħt bħala l-proposti tal-Kumitat REGI sabiex jiżdiedu mal-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-kumitat tiegħek.

Suġġerimenti:

1.  Jinnota li, minħabba d-dewmien fin-nomina tal-awtoritajiet ta' ġestjoni għall-programmi operattivi u minħabba l-eżekuzzjoni relattivament bil-mod ta' ċerti programmi ta' nfiq fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni, il-Kummissjoni tistenna li se tirċievi anqas fatturi milli previst fil-baġit 2016;

2.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-dewmien attwali fl-implimentazzjoni ta' programmi tal-UE taħt ġestjoni kondiviża, u t-tnaqqis sostanzjali li jirriżulta fl-approprjazzjonijiet ta' pagament previst fil-proposta tal-Kummissjoni; jenfasizza li, minħabba li r-rata ta' implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej mistennija tiżdied fl-2017, huma meħtieġa riżorsi baġitarji suffiċjenti biex jaqblu ma' din iż-żieda; jinsab imħasseb li din is-sitwazzjoni tista' taggrava l-pagamenti pendenti permezz ta' akkumulazzjoni ta' fatturi mhux imħallsa matul it-tieni nofs tal-perjodu ta' ppjanar tal-QFP;

3.  Ifakkar li, fis-sena baġitarja 2015, l-impenji pendenti reġgħu lura għal-livelli għolja li kienu qabel; jemmen bis-sħiħ li għandu jsir kull sforz sabiex jiġi evitat li jiġu akkumulati kontijiet mhux imħallsa u li jkun hemm kriżi ġdida fil-pagamenti, bħal dik li ġiet osservata matul il-perjodu preċedenti;

4.  Jappoġġja bil-qawwa l-iżvilupp, min-naħa tat-tliet istituzzjonijiet, ta' pjan ta' pagament ġdid u vinkolanti għall-perjodu 2016-2020.

Dejjem tiegħek,

Iskra MIHAYLOVA


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN

Is-Sur Jean ARTHUIS

President tal-Kumitat għall-Baġits

ASP 09G205

Suġġett:   Ir-raba' Abbozz ta' Baġit Emendatorju 2016

Għażiż Sur President,

Il-Kumitat LIBE jirrikonoxxi ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament fl-ambitu tal-Intestatura 3 tal-QFP għall-ammonti ta' EUR 240,1 miljun u EUR 10 miljun rispettivament, kif ukoll il-mobilizzazzjoni korrispondenti tal-marġni ta' kontinġenza li hija meħtieġa għal dak l-għan, minħabba l-assenza ta' marġni taħt il-limitu massimu tal-Intestatura 3 u bil-qies tal-fatt li l-istrument ta' flessibbiltà ntuża kompletament fl-2016. Il-Kumitat LIBE jinnota l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument li ġie kkumpensat bis-sħiħ fl-2016 permezz tal-marġni mhux allokat tal-Intestatura 5 (Amministrazzjoni) iżda jfakkar li l-Marġni ta' Kontinġenza huwa strument li jintuża meta ma jkun fadal l-ebda alternattiva oħra.

Il-Kumitat LIBE jinnota ż-żieda tal-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza fi ħdan l-Unjoni (18 07 01) b'żieda ta' EUR 49,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn (u b'hekk żied l-approprjazzjonijiet ta' impenn minn EUR 199 miljun għal madwar EUR 248,5 miljun li jqarreb l-ammont globali ta' EUR 300 miljun stmati għall-2016 fl-ABE 1/2016) u EUR 10 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament. Huwa jenfasizza li l-Kummissjoni kkonkludiet ftehimiet qafas ta' sħubija ma' għadd ta' NGOs u entitajiet lokali li b'hekk huma eleġibbli biex jimplimentaw azzjonijiet u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-benefiċjarji u l-proċeduri. Jitlob li jsiru valutazzjoni u rappurtar wara monitoraġġ mill-qrib tan-nefqa.

Meta jitqies il-fatt li EUR 199 miljun ġew riallokati matul l-2016 mill-AMIF lejn il-linja baġitarja l-ġdida għall-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza fi ħdan l-Unjoni (18 07 01) u fid-dawl tal-pressjoni kontinwa fuq il-fruntieri tal-UE u s-sitwazzjoni relattivament volatili f'termini ta' flussi migratorji sa tmiem l-2016, il-Kumitat LIBE jappoġġja r-riforniment tal-AMIF (+EUR 130 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn). Huwa jfakkar li l-AMIF, fil-baġit 2016, jinkludi pakkett inizjali ta' EUR 1 biljun għar-rilokazzjoni ta' 160 000 persuna (EUR 6 500 għal kull persuna) li probabbilment se jintużaw biss parzjalment għall-għan inizjali tiegħu meta wieħed iqis li sal-lum saru biss ftit rilokazzjonijiet (6 000). Fi spirtu ta' trasparenza u ċarezza, il-Kumitat LIBE jixtieq għalhekk jikseb informazzjoni aktar preċiża dwar il-mod kif il-Kummissjoni tista' talloka mill-ġdid il-fondi inizjalment intiżi għal skopijiet ta' rilokazzjoni.

Il-Kumitat LIBE jappella għal responsabbiltà u trasparenza massimi u għal monitoraġġ mill-qrib tan-nefqa kollha. Jinnota l-isforzi tal-Kummissjoni biex taġġusta l-livelli ta' approprjazzjonijiet fil-Baġit tal-UE abbażi tal-implimentazzjoni attwali tal-azzjonijiet li għaddejjin u l-ħtiġijiet finanzjarji aġġornati.

Il-Kumitat LIBE jinnota ż-żieda tal-approprjazzjonijiet ta' impenn (+EUR 70 miljun) għall-Fond għas-Sigurtà Interna biex jirrispondi għat-talbiet għal assistenza f'emerġenza pendenti u futuri mill-Bulgarija.

Il-Kumitat LIBE jilqa' l-antiċipazzjoni parzjali, li hija newtrali għall-baġit, tat-tisħiħ propost fil-livell tal-persunal ta' Frontex (+50 kariga) fl-Abbozz tal-Baġit 2017 (total ta' +130 kariga) permezz ta' emenda fl-organigramma tal-Aġenzija, peress li din tippermetti lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta li għadha kif inħolqot biex twettaq il-missjoni prevista fil-mandat tagħha. Il-Kumitat LIBE jfakkar li Frontex għandha tipprovdi lill-Uffiċjal tagħha għad-Drittijiet Fundamentali r-riżorsi u l-persunal adegwati għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu għall-ilmenti u għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ulterjuri tal-istrateġija tal-Aġenzija biex timmonitorja u tiżgura l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali.

Dejjem tiegħek,

Claude MORAES


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

24.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

3

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Liadh Ní Riada, Younous Omarjee, Urmas Paet, Pina Picierno, Paul Rübig, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni, Auke Zijlstra, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ivana Maletić, Andrey Novakov, Tomáš Zdechovský

Avviż legali - Politika tal-privatezza