Proċedura : 2016/2120(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0351/2016

Testi mressqa :

A8-0351/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 01/12/2016 - 6.18
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0473

RAPPORT     
PDF 615kWORD 55k
25.11.2016
PE 594.114v01-00 A8-0351/2016

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà

(COM(2016)0313 – C8-0246/2016 – 2016/2120(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Jens Geier

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà

(COM(2016)0313 – C8-0246/2016 – 2016/2120(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0313 – C8-0246/2016),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, li l-Kummissjoni adottat fit-18 ta' Lulju 2016 (COM(2016)0300), kif emendat bl-Ittra emendatorja Nru 1/2017 (COM(2016)0679),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Settembru 2016 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Settembru 2016 (11900/2016 – C8-0373/2016),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali għall-2017(3),

–  wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fis-17 ta' Novembru 2016 (14635/2016 – C8-0470/2016),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0351/2016),

A.  billi, wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonjiet ta' impenn fl-ambitu tal-intestatura 3, jidher li hija meħtieġa l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-approprjazzjonijiet ta' impenn;

B.  billi l-Kummissjoni kienet ipproponiet il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità b'ammont ta' EUR 530 miljun lil hinn mil-limitu massimu tal-intestura 3, biex tikkomplementa l-finanzjament previst fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017, bl-għan li tiffinanzja miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà;

C.  billi b'hekk l-ammont totali tal-Istrument ta' Flessibilità għas-sena finanzjarja 2017 intuża kompletament;

1.  Jinnota li l-limiti massimi għall-2017 għall-intestatura 3 ma jippermettux il-finanzjament xieraq ta' miżuri urġenti fil-qasam tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà;

2.  Jaqbel, għalhekk, li l-Istrument ta' Flessibilità jiġi mmobilizzat għal ammont ta' EUR 530 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

3.  Jaqbel, barra minn hekk, mal-allokazzjoni proposta tal-approprjazzjonijiet korrispondenti ta' pagament ta' EUR 238,3 miljun fl-2017, EUR 91 miljun fl-2018, EUR 141,9 miljun fl-2019 u EUR 58,8 miljun fl-2020;

4.  Itenni li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-QFP, tindika għal darb'oħra n-neċessità assoluta ta' aktar flessibilità għall-baġit tal-Unjoni, u jtenni l-pożizzjoni espressa fil-qafas tar-rieżami/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP li l-ammont annwali tal-Istrument ta' Flessibilità jiżdied għal EUR 2 biljun;

5.  Itenni l-opinjoni tiegħu li ilha stabbilita li, mingħajr preġudizzju għall-possibilità li l-approprjazzjonijiet ta' pagament jiġu mobilizzati għal intestaturi baġitarji speċifiċi permezz tal-Istrument ta' Flessibilità mingħajr mobilizzazzjonijiet preċedenti f'impenji, il-pagamenti li jirriżultaw minn impenji preċedentement mobilizzati permezz tal-Istrument ta' Flessibilità jistgħu jingħaddu biss oltre l-limiti massimi;

6.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(2)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2016)0411.


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi,

(1)  L-Istrument ta' Flessibilità huwa maħsub biex jippermetti l-finanzjament ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fil-limiti disponibbli ta' intestatura jew intestaturi oħra.

(2)  Kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(2), ikun hemm limitu massimu fuq l-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta' Flessibilità ta' EUR 471 miljun (prezzijiet tal-2011).

(3)  Minħabba l-ħtiġijiet urġenti, huwa meħtieġ li jiġu mmobilizzati ammonti addizzjonali importanti għall-finanzjament ta' miżuri biex itaffu l-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà.

(4)  Wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt il-limitu massimu tan-nefqa għall-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza), jidher li huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat l-Istrument ta' Flessibilità biex jissupplimenta l-finanzjament disponibbli fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017, lil hinn mil-limitu massimu tal-intestatura 3 b'EUR 530,0 miljun biex jiġu ffinanzjati miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà.

(5)  Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità jenħtieġ li jitqassmu fuq diversi snin finanzjarji u huma stmati għal EUR 238,3 miljun fl-2017, EUR 91,0 miljun fl-2018, EUR 141,9 miljun fl-2019, u EUR 58,8 miljun fl-2020.

(6)  Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien li jittieħed biex jiġi mmobilizzat l-Istrument ta' Flessibilità, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mill-bidu tas-sena finanzjarja 2017.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.  Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, l-Istrument ta' Flessibilità għandu jintuża biex jipprovdi s-somma ta' EUR 530,0 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza).

Dak l-ammont għandu jintuża biex jiffinanzja miżuri għall-immaniġġjar tal-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà.

2.  Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità se jkunu kif ġej:

(a) EUR 238,3 miljun fl-2017;

(b) EUR 91,0 miljun fl-2018;

(c) EUR 141,9 miljun fl-2019;

(d) EUR 58,8 miljun fl-2020.

L-ammonti speċifiċi għal kull sena finanzjarja għandhom jiġu awtorizzati f'konformità mal-proċedura baġitarja annwali.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

(1)

  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p 884).


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (17.11.2016)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni, tar-refuġjati u tas-sigurtà

(2016/2120(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Monica Macovei

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota l-proposta għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità taħt l-intestatura 3 fl-Abbozz tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għas-sena finanzjarja 2017, għal ammont ta' EUR 530 miljun u jfakkar li dan huwa ekwivalenti għall-ammont sħiħ disponibbli għal dan l-istrument fl-2017 skont ir-regoli attwali tal-QFP; itenni li l-flessibilità baġitarja għandha l-limitazzjonijiet tagħha u tista' tkun biss soluzzjoni ta' żmien qasir għal avvenimenti mhux mistennija, li mbgħad ikollhom jiġu indirizzati b'linji baġitarji ordinarji; jenfasizza, madankollu, li dan l-ammont mhuwiex suffiċjenti biex jilqa' għall-isfidi li qed jikbru;

2.   Jirrikonoxxi li l-impatt finanzjarju tal-kriżijiet ta' sigurtà interna attwali, kif ukoll l-isfidi umanitarji u migratorji, ma ġewx ikkunsidrati fl-adozzjoni tal-QFP kurrenti fl-2013; ifakkar li l-Istrument ta' Flessibilità jrid jintuża għal spejjeż identifikati b'mod ċar li ma jistgħux jiġu koperti fi ħdan ir-restrizzjonijiet tal-livelli massimi disponibbli għal intestatura jew intestaturi oħra; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma użatx l-opportunità tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP biex taġġusta l-livell massimu tal-intestatura 3 b'mod li jirrifletti dawn iċ-ċirkustanzi;

3.  Jenfasizza li, anke fil-każ ta' mobilizzazzjoni sistematika tat-totalità tal-Istrument ta' Flessibilità taħt l-Intestatura 3 fis-snin li ġejjin, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli mhux se jkunu biżżejjed biex jindirizzaw il-ħtiġijiet li żdiedu; iqis li huwa essenzjali, għalhekk, li jkun hemm distribuzzjoni ġusta ta' finanzjament skont il-prijoritajiet, bi trasparenza u b'responsabilità sħiħa;

4.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP li għandha l-għan li tqawwi l-kapaċità tal-baġit li jirreaġixxi malajr u b'mod adegwat għal avvenimenti imprevisti; jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għall-proposta li l-ħolqien ta' Riżerva ta' Kriżi ġdida tal-Unjoni Ewropea jiġi ffinanzjat minn approprjazzjonijiet diżimpenjati, kif ukoll li d-daqs tal-Istrument ta' Flessibilità u tar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza jiġi rduppjat; jenfasizza li l-tibdil introdott fir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP għandu jiżgura l-istabilità u l-prevedibilità baġitarja għall-bqija tal-QFP 2014-2020.

5.  Ifakkar li d-distribuzzjoni ġusta u trasparenti tal-finanzjament fost l-objettivi differenti tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (il-Fond) kienet prijorità għall-Parlament matul in-negozjati li wasslu għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(1), li stabbilixxa l-Fond; jitlob li l-Kummissjoni żżid in-numru ta' linji baġitarji taħt il-Fond kif meħtieġ sabiex tiffaċilita trasparenza u leġġibbiltà aħjar dwar kif ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-objettivi differenti, u għaldaqstant għal dawk il-linji baġitarji, se jintnefqu; jitlob li l-Kummissjoni, b'mod partikolari, fl-abbozzi tal-baġits futuri kollha tifred in-nefqa għat-tisħiħ tal-istrateġiji ta' ritorn ġust min-nefqa għall-migrazzjoni legali u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effettiva ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, kif propost fil-paragrafu 12 tal-Opinjoni tal-24.9.2014 tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern għall-Kumitat għall-Baġits dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (2014/2040(BUD))(2).

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

17.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Malin Björk, Caterina Chinnici, Frank Engel, Tanja Fajon, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Harald Vilimsky, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Hedh, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Ska Keller, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Verónica Lope Fontagné, Mylène Troszczynski, Tom Vandenkendelaere

(1)

  Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).

(2)

  PE536.206v03-00.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

24.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Liadh Ní Riada, Younous Omarjee, Urmas Paet, Pina Picierno, Paul Rübig, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni, Auke Zijlstra, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ivana Maletić, Andrey Novakov, Tomáš Zdechovský

Avviż legali - Politika tal-privatezza