RAPPORT dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo* min-naħa l-oħra

1.12.2016 - (COM(2016)0460 – C8-0327/2016 – 2016/0218(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur (għal opinjoni): Adam Szejnfeld


Proċedura : 2016/0218(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0361/2016
Testi mressqa :
A8-0361/2016
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo[1]* min-naħa l-oħra

(COM(2016)0460 – C8-0327/2016 – 2016/0218(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0460),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0327/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0361/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Ftehim, jinħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jinħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5. Minħabba li l-atti ta' implimentazzjoni jagħmlu parti mill-politika kummerċjali komuni, jinħtieġ li tintuża l-proċedura ta' eżami għall-adozzjoni tagħhom. F'ċirkostanzi kritiċi u ta' eċċezzjoni, meta l-Ftehim jipprovdi l-possibbiltà li jiġu applikati miżuri urġenti meħtieġa biex wieħed jindirizza s-sitwazzjoni, jinħħtieġ li l-Kummissjoni tadotta tali atti ta' implimentazzjoni minnufih. Għall-miżuri li jikkonċernaw prodotti agrikoli u tas-sajd, jinħħtieġ li l-Kummissjoni, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati, tadotta tali atti ta' implimentazzjoni minnufih.

(3)  Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Ftehim, jinħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jinħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5. Skont dak ir-Regolament, il-proċedura ta' eżami tapplika, b'mod partikolari, għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni relatati mal-politika kummerċjali komuni. Madankollu, il-proċedura konsultattiva tista' tapplika f'każijiet debitament ġustifikati. F'ċirkostanzi kritiċi u ta' eċċezzjoni, meta l-Ftehim jipprovdi l-possibbiltà li jiġu applikati minnufih miżuri meħtieġa biex wieħed jindirizza s-sitwazzjoni, jinħtieġ li l-Kummissjoni tadotta tali atti ta' implimentazzjoni minnufih. Għall-miżuri li jikkonċernaw prodotti agrikoli u tas-sajd, jinħtieġ li l-Kummissjoni, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati, tadotta tali atti ta' implimentazzjoni minnufih.

__________________

__________________

5Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

5Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Sabiex jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-ġestjoni effettivi tal-kwoti tariffarji mogħtija skont il-Ftehim, kif ukoll sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u t-trattament ugwali fir-rigward tal-impożizzjoni ta' dazji, jinħtieġ li japplikaw ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim,

imħassar

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

imħassar

Sorveljanza

 

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 34 tal-Ftehim, għandha tiġi stabbilita sorveljanza tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti mniżżlin fl-Anness V tal-Protokoll 3 tal-Ftehim. Għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 308(d) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 7.

 

____________________

 

7Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

 

  • [1] *   Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hu konformi mar-riżoluzzjoni UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni ta' Indipendenza tal-Kosovo

ANNESS: ITTRA MINGĦAND IL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN

Bernd Lange

President

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Ref.: D(2016)51709

Għażiż Sur President,

Qed niktiblek fir-rigward tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo min-naħa l-oħra (COM(2016)0460 – C8-0327/2016 – 2016/0218(COD)). Minħabba l-ispeċifiċità ta' dan il-fajl, u li din hija proċedura leġiżlattiva ordinarja, nixtieq nesprimi l-appoġġ politiku tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (AFET) għall-konklużjoni rapida tar-Regolament imsemmi hawn fuq.

Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Kosovo daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2016, wara r-ratifika mill-Parlament Ewropew u l-Assemblea Nazzjonali tal-Kosovo. Matul il-proċedura ta' approvazzjoni, konna enfasizzajna l-appoġġ tagħna għall-konklużjoni ta' dan il-Ftehim, u lqajna l-fatt li l-Kosovo jista' finalment ikollu, bħal pajjiżi oħra tal-Balkani tal-Punent, relazzjonijiet kuntrattwali mal-UE. Id-dħul fis-seħħ tal-FSA wassal ukoll għall-istabbiliment tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, li minnufih adotta r-regoli ta' proċedura tiegħu u organizza żewġ laqgħat.

Il-Proposta għal Regolament li l-Kumitat tiegħek se jivvota fuqha fiha regoli importanti għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim, kif ukoll il-proċeduri għall-adozzjoni ta' regoli dettaljati ta' implimentazzjoni. Inħeġġuk tipproċedi b'mod rapidu sabiex jiġi żgurat li l-Kosovo jkun jista' jibbenefika b'mod sħiħ mill-FSA, filwaqt li, fl-istess ħin, inżommu f'moħħna li l-prerogattivi tal-Parlament għandhom jiġu rispettati.

Dejjem tiegħek,

Elmar Brok

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo*, min-naħa l-oħra

Referenzi

COM(2016)0460 – C8-0327/2016 – 2016/0218(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

18.7.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

12.9.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

12.9.2016

AGRI

12.9.2016

PECH

12.9.2016

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

8.9.2016

AGRI

30.8.2016

PECH

8.9.2016

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Adam Szejnfeld

31.8.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

10.11.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

29.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, David Campbell Bannerman, Salvatore Cicu, Marielle de Sarnez, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Ska Keller, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Sergio Gutiérrez Prieto, Agnes Jongerius, Syed Kamall, Costas Mavrides, Fernando Ruas, Wim van de Camp, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato, Bernd Kölmel

Data tat-tressiq

1.12.2016