Proċedura : 2016/0092(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0362/2016

Testi mressqa :

A8-0362/2016

Dibattiti :

PV 13/12/2016 - 16
CRE 13/12/2016 - 16

Votazzjonijiet :

PV 14/12/2016 - 9.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0491

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 610kWORD 57k
1.12.2016
PE 589.212v02-00 A8-0362/2016

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador

(07620/2016 – C8-0463/2016 – 2016/0092(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Helmut Scholz

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador

(07620/2016 – C8-0463/2016 – 2016/0092(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07620/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador (07621/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0463/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0362/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kolombja, tal-Ekwador u tal-Perù.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fi Brussell fis-26 ta' Ġunju 2012, u wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu bdew japplikaw skont l-Artikolu 330 tiegħu bejn l-Unjoni Ewropea u l-Perù mill-1 ta' Marzu 2013 u bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja mill-1 ta' Awwissu 2013.

Il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni leġiżlattiva li fiha ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni ta' dan il-Ftehim fil-11 ta' Diċembru 2012.

L-Artikolu 329 tal-Ftehim Kummerċjali jipprevedi l-possibbiltà ta' adeżjoni ta' pajjiżi membri oħrajn tal-Komunità Andina mal-Ftehim. L-Unjoni Ewropea u l-Ekwador ikkonkludew in-negozjati għal tali adeżjoni fis-17 ta' Lulju 2014.

Fl-20 ta' Novembru 2015 il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar l-adeżjoni tal-Ekwador mal-Ftehim Kummerċjali (2015/2656(RSP)) li fiha jilqa' b'sodisfazzjon il-konklużjoni tan-negozjati mal-Ekwador, ħeġġeġ id-dħul fis-seħħ u l-implimentazzjoni rapidi u kompluti ta' dan il-ftehim, u jqis li dan ikun iħalli lill-Ekwador ikompli l-orjentamenti l-ġodda tiegħu biex jistimola l-politiki dwar l-iżvilupp sostenibbli ekonomiku u soċjali tal-pajjiż f'kundizzjonijiet ikkumplikati ta' qafas reġjonali u internazzjonali. Għalhekk, il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2015 dwar l-adeżjoni tal-Ekwador għall-Ftehim Kummerċjali (2015/2656(RSP)) ħeġġeġ ukoll lill-gvern tal-Ekwador jieħu nota tal-pjanijiet ta' azzjoni mressqa mill-Kolombja u mill-Perù u jieħu azzjonijiet simili li għandhom ikunu ppreżentati qabel ma l-Parlament Ewropew jivvota dwar l-adeżjoni tal-Ekwador mal-Ftehim Kummerċjali.

Fil-perjodu wara r-riżoluzjoni, ir-rapporteur ippresieda delegazzjoni uffiċjali tal-Parlament Ewropew fl-Ekwador mill-21 sat-23 ta' Marzu 2016. Iż-żjara tad-delegazzjoni, li saret fuq stedina tal-President Correa, offriet il-possibbiltà għal skambju ta' fehmiet mal-Gvern tal-Ekwador, mar-rappreżentanti tal-Kungress, mas-soċjetà ċivili u ma' partijiet interessati oħrajn dwar l-adeżjoni tal-Ekwador mal-Ftehim Kummerċjali. Id-delegazzjoni saret f'mument kruċjali u kienet ta' rilevanza għolja għall-ħidma tal-Kumitat INTA billi ppermettiet li jingħata segwitu lir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, ħalliet lill-Membri jsawru opinjoni fil-post u ħejjiet għall-votazzjoni dwar il-proċedura ta' approvazzjoni.

Mil-lat ekonomiku, l-Ekwador bħalissa għaddej minn sitwazzjoni diffiċli minħabba l-waqgħa tal-prezzijiet taż-żejt b'aktar minn 60 % (2015) u l-apprezzament tad-dollaru tal-Istati Uniti u d-deprezzament ta' muniti oħrajn (Kolombja). Fl-2015, it-total tal-esportazzjonijiet tal-Ekwador naqas b'29 % minħabba, prinċipalment, it-tnaqqis fl-esportazzjonijiet taż-żejt b'50 %, filwaqt li l-esportazzjonijiet mhux taż-żejt waqgħu wkoll b'6,1 % b'hekk il-gvern daħħal flus insuffiċjenti biex ikopri l-bżonnijiet finanzjarji tiegħu.

Fis-16 ta' April, terremot ta' qawwa 7,8 heżżeż lill-Ekwador. Mill-inqas 673 ruħ tilfu ħajjithom 27 732 ruħ indarbu. Il-Gvern tal-Ekwador stima li x-xogħlijiet ta' rikostruzzjoni se jiswew madwar USD 3,0 biljun, ċifra li tirrappreżenta bejn wieħed u ieħor 3,0 % tal-attività ekonomika tal-PDG.

L-Ekwador sejjer jitlef l-istatus tiegħu ta' SĠP+ fil-31 ta' Diċembru 2016, wara tibdiliet fir-regolamentazzjoni rispettiva tal-UE. Sitwazzjoni li fiha l-Ekwador ma jgawdi la minn status ta' SĠP+ u lanqas mill-vantaġġi li jirriżultaw mill-Ftehim Kummerċjali taf tikkawża impatt negattiv fuq l-ekonomija tal-Ekwador.

L-adeżjoni tal-Ekwador mal-Ftehim Kummerċjali mal-Kolombja u l-Perù u l-implimentazzjoni tiegħu b'mod progressiv u flessibbli b'approċċ ta' preżvilupp min-naħa tal-Kummissjoni, fid-dawl tal-evalwazzjonijiet perjodiċi wara l-konsultazzjoni tal-Gvern tal-Ekwador u tas-soċjetà ċivili fiż-żewħ naħat, għandha tkun pass 'il quddiem fl-alleanza mal-pajjiżi importanti li jaħsbuha bl-istess mod u li qed jikbru b'ritmu mgħaġġel f'reġjun li qiegħed iħares dejjem iktar lejn l-Asja u l-Paċifiku.

L-Ekwador wieġeb għat-talba tal-Parlament Ewropew u fil-21 ta' Ġunju 2016 bagħat id-dokument "Panorama ta' Politiki, Riżultati u Azzjonijiet tal-Ekwador immirati lejn Ħajja Tajba (Buen Vivir)" lill-Parlament Ewropew.

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq ir-rapporteur jirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-adeżjoni tal-Ekwador mal-Ftehim Kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra. Madankollu, jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u s-segwitu tal-ftehimiet eżistenti jridu jkunu prijorità assoluta tal-politika kummerċjali komuni u li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li tinforma lill-Parlament bl-attivitajiet tagħha li jikkonċernaw l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u s-segwitu ta' dan il-Ftehim, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-obbligi fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli kif definit fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2015.

L-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew għal din id-Deċiżjoni tal-Kunsill hija komponent obbligatorju għall-finalizzazzjoni tal-proċess ta' ratifika tal-Protokoll Addizzjonali.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (26.10.2016)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Adeżjoni għall-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador

(COM(2016)0174 – C8-0000/2016 – 2016/0092(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Elmar Brok

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-adeżjoni tal-Ekwador mal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, tirrappreżenta pass importanti 'l quddiem fir-relazzjonijiet tal-UE mal-Ekwador, li sar sieħeb reġjonali importanti li jaħsibha bl-istess mod.

In-negozjati għal ftehim kummerċjali mal-pajjiżi Andini bdew fl-2009. Filwaqt li l-Ekwador u l-Bolivja sussegwentement għażlu li jibqgħu barra mit-taħditiet, f'Ġunju 2012 ġie konkluż ftehim mal-Kolombja u mal-Perù. Fl-istennija tar-ratifika min-naħa tal-partijiet kollha, il-ftehim ġie applikat provviżorjament mal-Perù mill-1 ta' Marzu 2013 u mal-Kolombja mill-1 ta' Awwissu 2013. L-Ekwador iddeċieda li jerġa' jibda n-negozjati tiegħu mal-UE fil-bidu tal-2013. In-negozjati ġew konklużi fis-17 ta' Lulju 2014 u t-test ġie inizjalat fit-12 ta' Diċembru 2014.

Il-ftehim jipprevedi ftuħ progressiv tas-suq għall-prodotti, servizzi, akkwist pubbliku u investimenti, inkluża l-abolizzjoni tal-maġġor parti tat-tariffi. Għaldaqstant, huwa jippermetti lill-Ekwador iżomm aċċess preferenzjali għas-suq tal-UE minkejja li jsir eliġibbli għall-iskema SPĠ+ b'segwitu tar-riklassifikazzjoni tal-pajjiż bħala pajjiż b'introjtu medju-għoli mill-Bank Dinji. Barra minn hekk, il-ftehim fih kapitolu ddedikat għall-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, li jinkludi dispożizzjonijiet ambizzjużi dwar ix-xogħol u l-ħarsien tal-ambjent u jimmira li jiggarantixxi kundizzjonijiet ambjentali prevedibbli u stabbli għall-investituri u għall-operaturi taż-żewġ naħat.

Il-ftehim ser jippermetti liż-żewġ partijiet jiżviluppaw relazzjonijiet bilaterali aktar mill-qrib u ser jagħti spinta għal aktar integrazzjoni ekonomika u politika fir-reġjun Andin. Se joffri l-opportunità biex jitqawwa d-djalogu politiku tal-UE mal-Ekwador, ibbażat fuq ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet fundamentali. Dan id-djalogu għandu wkoll jittratta kwistjonijiet sensittivi bħal-libertà ta' espressjoni u l-libertà tal-istampa, li ġew severament limitati bħala konsegwenza tal-Att dwar il-Komunikazzjoni adottat f'Ġunju 2013. Matul l-ewwel tliet snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu, tressqu kważi 900 proċediment kontra ġurnalisti u mezzi ta' informazzjoni kritiċi.

Ir-rapporteur jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni jiggarantixxu l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet marbuta mal-iżvilupp sostenibbli u jagħmlu monitoraġġ mill-qrib tas-sitwazzjoni politika u tad-drittijiet fundamentali fil-pajjiż, kif ukoll jirrapportaw, fuq bażi regolari, lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim.

Fid-dawl tal-vantaġġi mistennija f'termini ekonomiċi u politiċi mill-adeżjoni tal-Ekwador mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Kolombja u Perù u tal-inklużjoni tal-kapitolu ambizzjuż iddedikat għall-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, fatt li jirrifletti l-impenn tal-partijiet li jirrispettaw, jikkonformaw u jeżegwixxu t-trattati u l-ftehimiet internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet marbutin max-xogħol u tal-ħarsien tal-ambjent, ir-rapporteur jipproponi li l-Kumitat AFET jirrakkomanda l-approvazzjoni ta' dan il-ftehim.

******

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Adeżjoni għall-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Adeżjoni għall-Ftehim ta’ Kummerċ bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador

Referenzi

COM(2016)01742016/0092(NLE)

Kumitat responsabbli

 

INTA

 

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Elmar Brok

24.5.2016

Data tal-adozzjoni

24.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

8

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Georgios Epitideios, Anna Elżbieta Fotyga, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, Tamás Meszerics, Javier Nart, Ioan Mircea Paşcu, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Kati Piri, Cristian Dan Preda, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, László Tőkés, Johannes Cornelis van Baalen, Geoffrey Van Orden

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ana Gomes, Javi López, Juan Fernando López Aguilar, Antonio López-Istúriz White, Urmas Paet, Jean-Luc Schaffhauser, Helmut Scholz, Bodil Valero

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Karoline Graswander-Hainz, Marijana Petir, Ivan Štefanec


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Adeżjoni għall-Ftehim ta’ Kummerċ bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador

Referenzi

07620/2016 – C8-0463/2016 – COM(2016)01742016/0092(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

14.11.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

24.11.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

24.11.2016

DEVE

24.11.2016

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

DEVE

20.4.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Helmut Scholz

20.4.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

26.9.2016

12.10.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

29.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, David Campbell Bannerman, Salvatore Cicu, Marielle de Sarnez, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Ska Keller, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Sergio Gutiérrez Prieto, Agnes Jongerius, Syed Kamall, Costas Mavrides, Fernando Ruas, Wim van de Camp, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato, Bernd Kölmel

Data tat-tressiq

1.12.2016

Avviż legali - Politika tal-privatezza