RAPPORT dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2015
2.12.2016 - (2016/2146(INI))
Kumitat għall-Petizzjonijiet
Rapporteur: Ángela Vallina
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2015
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
– wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,
– wara li kkunsidra l-importanza tad-dritt ta' petizzjoni u l-utilità li l-Parlament ikun immedjatament infurmat bit-tħassib speċifiku taċ-ċittadini u r-residenti tal-Unjoni Ewropea, kif previst fl-Artikoli 24 u 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 228 tat-TFUE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt ta' petizzjoni lill-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tat-TFUE fir-rigward tal-proċedura ta' ksur, partikolarment l-Artikoli 258 u 260 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 u l-l-Artikolu 216(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0366/2016),
A. billi r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu l-għan li jippreżenta analiżi tal-petizzjonijiet li waslu fl-2015, ir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet l-oħra u li jippreżenta stampa vera tal-objettivi milħuqa matul is-sena 2015;
B. billi fl-2015 tressqu 1 431 petizzjoni, li jirrappreżentaw tnaqqis ta' madwar 47 % fir-rigward tal-2014, li fiha l-Parlament irċieva 2 714-il petizzjoni; billi 943 petizzjoni ġew ikkunsidrati ammissibbli; li minnhom 424 petizzjoni kellhom eżami rapidu u ngħalqu wara li l-petizzjonant ġie informat kif xieraq dwar il-kwistjoni li kienet tikkonċernah, u billi 519-il petizzjoni għadhom miftuħa sabiex jiġu diskussi fil-Kumitat għall-Petizzjonijiet; billi 483 petizzjoni ġew iddikjarati inammissibbli;
C. billi l-għadd ta' petizzjonijiet irċevuti huwa modest meta mqabbel mal-popolazzjoni totali tal-UE, u dan jindika li l-maġġoranza taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE sfortunatament għadhom ma jafux dwar l-eżistenza tad-dritt ta' petizzjoni u dwar l-utilità possibbli tiegħu bħala mezz biex tinġibed l-attenzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri dwar il-kwistjonijiet li jolqtuhom u jħassbuhom, u li jaqgħu fil-qasam ta' attività tal-Unjoni;
D. billi fl-2015 483 petizzjoni ġew iddikjarati inammissibbli u billi għad hemm konfużjoni kbira dwar il-qasam tal-attivitajiet tal-UE, kif muri mill-għadd għoli ta' petizzjonijiet inammissibbli li tressqu (33,8 %); billi sabiex dan jiġi rrimedjat jeħtieġ li titħeġġeġ u titjieb il-komunikazzjoni maċ-ċittadini u li jiġu spjegati l-oqsma differenti ta' kompetenza – dak Ewropew, dak nazzjonali u dak lokali;
E. billi kull petizzjoni tiġi kkunsidrata u eżaminata bir-reqqa, b'mod effiċjenti u trasparenti;
F. billi l-petizzjonanti għandhom it-tendenza li jkunu ċittadini li jimpenjaw ruħhom favur is-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali u t-titjib u l-benesseri tal-ġejjieni tas-soċjetajiet tagħna; billi l-esperjenza ta' dawn iċ-ċittadini fir-rigward ta' kif jiġu pproċessati l-petizzjonijiet tagħhom hija influwenti ħafna fid-determinazzjoni tal-perċezzjoni tagħhom dwar l-istituzzjonijiet tal-UE u r-rispett għad-dritt ta' petizzjoni stabbilit fid-dritt tal-UE;
G. billi l-Parlament Ewropew huwa l-unika istituzzjoni tal-UE li hija eletta direttament miċ-ċittadini, u billi d-dritt ta' petizzjoni joffrilhom il-mezzi biex jiġbdu l-attenzjoni tar-rappreżentanti eletti tagħhom dwar kwistjonijiet li jikkonċernawhom; billi sfortunatament il-Kumitat għall-Petizzjonijiet m'għandux biżżejjed kapaċità ta' inkjesta fih nnifsu fil-preżent;
H. billi, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sabiex tiġi promossa l-governanza tajba u tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni għandhom iwettqu l-ħidma tagħhom bl-aktar mod miftuħ possibbli;
I. billi d-dritt ta' petizzjoni għandu jkun element kruċjali għal demokrazija parteċipattiva li fiha d-dritt ta' kull ċittadin li jkollu parteċipazzjoni diretta fil-ħajja demokratika tal-Unjoni jiġi protett b'mod effettiv; billi governanza demokratika u parteċipattiva ġenwina għandha tiżgura trasparenza sħiħa, protezzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali u involviment prattiku tal-pubbliku fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet; billi permezz tal-petizzjonijiet il-Parlament Ewropew jista' jisma', jagħti informazzjoni u jgħin biex jiġu indirizzati l-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom iċ-ċittadini tiegħu, filwaqt li jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u lill-istituzzjonijiet fl-Istati Membri biex jagħmlu ħilithom kollha f'dan ir-rigward fl-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom; billi għandu jiġi evalwat l-impatt tal-leġiżlazzjoni tal-UE fuq il-ħajja ta' kuljum ta' dawk li jgħixu fl-UE permezz tal-petizzjonijiet imsemmija hawn fuq;
J. billi, wara l-avvenimenti riċenti fir-Renju Unit, il-kriżi umanitarja tar-rifuġjati, l-impatt soċjali u ekonomiku serju ħafna tal-miżuri ta' awsterità, l-inabilità li l-kriżi finanzjarja tissolva b'tali mod li ċ-ċittadini kollha jiġu ggarantiti ħajja libera u dinjituża u protezzjoni sħiħa tad-drittijiet fundamentali tagħhom, u ż-żieda fil-ksenofobija u r-razziżmu fl-Ewropa kollha, qed tiġi ddubitata l-fiduċja fis-sistema u fil-proġett Ewropew kollu kemm hu; billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu r-responsabilità u l-isfida kbira li jżomm u jsaħħaħ id-djalogu kostruttiv maċ-ċittadini Ewropej fuq kwistjonijiet Ewropej;
K. billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa fl-aħjar pożizzjoni biex juri liċ-ċittadini dak li l-UE qed tagħmel għalihom u liema soluzzjonijiet jistgħu jiġu pprovduti fil-livell Ewropew, nazzjonali jew lokali; billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jista' jagħmel ħidma sinifikanti biex jispjega u possibilment juri bil-provi l-kisbiet u l-benefiċċji tal-proġett Ewropew;
L. billi d-dritt ta' petizzjoni għandu jsaħħaħ il-kapaċità tal-Parlament Ewropew biex jirreaġixxi għall-problemi relatati primarjament mal-applikazzjoni u t-traspożizzjoni tal-liġi tal-UE u biex jgħin biex dawn jissolvew; billi l-petizzjonijiet jirrappreżentaw sors siewi ta' informazzjoni diretta bbażat fuq l-esperjenzi taċ-ċittadini stess li jgħinu biex jiġu identifikati ksur u nuqqasijiet potenzjali dwar kif il-leġiżlazzjoni tal-UE hija implimentata fil-livell nazzjonali u, fl-aħħar mill-aħħar, immonitorjata mill-Kummissjoni fir-rwol tagħha ta' gwardjana tat-Trattati; billi l-petizzjonijiet li huma bbażati fuq l-oqsma ta' attività tal-UE u li jissodisfaw il-kriterji ta' ammissibilità huma għodda bażika fl-iskoperta bikrija ta' dewmien fit-traspożizzjoni u fl-infurzar veru tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri; billi, permezz tal-petizzjonijiet, iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jilmentaw dwar każijiet ta' nuqqas ta' implimentazzjoni tad-dritt tal-UE u jgħinu biex jiġi identifikat ksur tad-dritt tal-UE;
M. billi, għaldaqstant, il-petizzjonijiet għandhom importanza kbira fil-proċess leġiżlattiv peress li jipprovdu lil kumitati oħra tal-Parlament b'informazzjoni utli u diretta għall-ħidma leġiżlattiva tagħhom fl-oqsma rispettivi tagħhom; billi l-petizzjonijiet mhumiex biss ir-responsabilità tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, iżda għandhom ikunu impenn kondiviż mill-kumitati kollha tal-Parlament Ewropew;
N. billi, permezz tal-użu ta' petizzjonijiet, iċ-ċittadini u r-residenti tal-UE jistgħu jirrapportaw applikazzjoni ħażina tad-dritt tal-UE; billi wkoll b'dan il-mod iċ-ċittadini huma sors siewi ta' informazzjoni biex ikun identifikat il-ksur tad-dritt tal-UE;
O. billi minbarra li jipprovdu feedback rilevanti dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti, il-petizzjonijiet jistgħu wkoll jgħinu biex jiġu identifikati lakuni fid-dritt tal-UE u biex jiġu vvalutati l-impatti tan-nuqqas ta' regolamentazzjoni f'ċerti oqsma, u b'hekk isiru impetu għal aktar sforzi leġiżlattivi;
P. billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għamel użu akbar mill-istrumenti speċifiċi disponibbli għalih bħala kumitat, bħall-mistoqsijiet b'talba għal tweġiba orali u r-riżoluzzjonijiet qosra, sabiex jagħti viżibilità lill-kwistjonijiet differenti ta' tħassib għaċ-ċittadini, jew billi jibgħat mistoqsijiet u riżoluzzjonijiet lis-sessjoni plenarja tal-Parlament, bħal pereżempju r-riżoluzzjonijiet dwar il-leġiżlazzjoni ipotekarja u l-istrumenti finanzjarji riskjużi fi Spanja jew dwar l-aħjar interessi tat-tfal fl-Ewropa;
Q. billi fl-2015 il-petizzjonijiet sottomessi miċ-ċittadini ġew ipproċessati aktar malajr u b'mod aktar effiċjenti billi l-ħin għall-korrispondenza mal-petizzjonanti tqassar; billi s-segretarjat għamel sforz notevoli sabiex jikseb dan it-titjib;
R. billi l-petizzjonanti jikkontribwixxu b'mod attiv għall-ħidma tal-kumitat billi jipprovdu informazzjoni diretta supplementari lill-Membri tal-Kumitat u lill-Kummissjoni u lir-rappreżentanti tal-Istati Membri li huma preżenti; billi, bil-fatt li jieħdu sehem f'diskussjonijiet u jippreżentaw il-petizzjonijiet tagħhom flimkien ma' informazzjoni aktar dettaljata, huma jikkontribwixxu biex jiġi stabbilit djalogu mexxej u kostruttiv mal-Membri tal-Parlament Ewropew u mal-Kummissjoni Ewropea; billi fl-2015, 191 petizzjonant attendew id-deliberazzjonijiet tal-kumitat u pparteċipaw fihom; billi, għalkemm dan in-numru jidher li huwa relattivament baxx, wieħed m'għandux jinsa li l-laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet jiġu trażmessi u jippermettu lill-petizzjonanti jsegwu d-dibattiti live kemm f'ħin reali kif ukoll wara b'ripetizzjonijiet permezz ta' streaming tal-internet;
S. billi ġie adottat metodu speċifiku ta' pproċessar tal-petizzjonijiet li jikkonċernaw il-benesseri tat-tfal, u nħoloq grupp speċjali ta' ħidma dwar dan is-suġġett, li ġie konstitwit fis-17 ta' Settembru 2015 u b'Eleonora Evi bħala l-President tiegħu;
T. billi s-sottomissjoni ta' petizzjoni spiss issir fl-istess ħin mal-preżentazzjoni ta' lment lill-Kummissjoni Ewropea li tista' twassal għal proċedimenti ta' ksur; billi fl-2015 il-Parlament Ewropew wissa, permezz ta' petizzjonijiet u mistoqsijiet, lill-Kummissjoni dwar in-nuqqasijiet fil-mod li bih xi Stati Membri kien qed japplikaw u jimplimentaw ċerti liġijiet tal-UE;
U. billi dawn il-petizzjonijiet wasslu għal ilmenti fil-qasam tal-ambjent; billi l-Kummissjoni bagħtet ittra ta' avviż formali lill-Finlandja għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar l-aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar l-ambjent; billi f'ħames każijiet oħra fi kwistjonijiet ambjentali l-Kummissjoni bdiet djalogi bilaterali mal-Istati Membri kkonċernati; billi l-każijiet kienu relatati mal-gass tax-shale, il-ġestjoni tal-popolazzjoni tal-lupu, l-applikazzjoni żbaljata tad-Direttiva dwar il-valutazzjoni strateġika ambjentali u l-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar l-aċċess pubbliku għal informazzjoni ambjentali;
V. billi l-petizzjonijiet sottomessi miċ-ċittadini jittrattaw ukoll kwistjonijiet ta' ġustizzja u kooperazzjoni ġudizzjarja peress li, bħala riżultat ta' petizzjoni, il-Kummissjoni bdiet djalogu bilaterali ma' Stat Membru dwar ir-restrizzjonijiet tiegħu dwar il-bidla fl-isem wara ż-żwieġ;
W. billi l-Kummissjoni bdiet ukoll taħdidiet bilaterali fuq il-bażi ta' diversi petizzjonijiet ma' bosta Stati Membri dwar it-taxxi fuq il-proprjetà immobbli u dwar it-taxxa lokali ta' residenza mħallsa mill-istudenti;
X. billi l-Kummissjoni bi ħsiebha ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fuq il-bażi tat-traspożizzjoni u ta' kontrolli sistematiċi dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali; billi l-Kummissjoni ddikjarat li se tieħu miżuri xierqa, inkluża t-tnedija ta' każijiet ġodda tal-EU Pilot u proċedimenti ta' ksur meta tiskopri ksur possibbli tal-leġiżlazzjoni tal-UE;
Y. billi l-involviment tal-Parlament f'dawn il-proċedimenti jippermetti skrutinju akbar fuq il-ħidma investigattiva tal-istituzzjonijiet kompetenti tal-UE; billi l-ebda petizzjoni m'għandha tingħalaq meta tkun għadha qed tiġi investigata mill-Kummissjoni;
Z. billi l-Kummissjoni fir-rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea tippubblika l-azzjonijiet relatati mal-ksur tad-dritt tal-UE u tiżvela informazzjoni dwar il-proċedimenti ta' ksur f'forma ta' stqarrijiet għall-istampa; billi dawn id-deċiżjonijiet dwar il-proċedimenti ta' ksur jistgħu jiġu kkonsultati fil-bażi tad-data tal-Kummissjoni disponibbli fuq is-sit web Europa; billi informazzjoni aktar min-naħa tal-Kummissjoni fl-interventi tagħha fil-Kumitat għall-Petizzjonijiet f'każijiet relatati ma' petizzjonijiet tikkontribwixxi għal aktar trasparenza u kooperazzjoni b'anqas xkiel bejn iż-żewġ istituzzjonijiet;
AA. billi l-kwistjonijiet ewlenin imqajma fil-petizzjonijiet ikopru firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet, bħall-protezzjoni tal-ambjent (b'mod partikolari t-trattament tal-ilma tad-drenaġġ, il-ġestjoni tal-iskart, l-immaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-gass u taż-żejt), każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-konsumatur, l-applikazzjoni tal-ġustizzja (b'mod partikolari id-drittijiet ta' kustodja fir-rigward tal-minuri) id-drittijiet fundamentali (b'mod partikolari d-drittijiet tat-tfal, tal-persuni b'diżabilità u tal-minoranzi), il-moviment liberu tal-persuni, id-diskriminazzjoni, l-immigrazzjoni, l-impjiegi u l-benesseri tal-annimali;
AB. billi l-portal tal-internet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li beda jopera lejn l-aħħar tal-2014, huwa operattiv iżda mhux finalizzat; billi l-portal għandu l-għan li jipprovdi liċ-ċittadini u lir-residenti tal-UE b'għodda elettronika biex ikunu jistgħu jressqu petizzjonijiet u jsegwu kontinwament l-ipproċessar tagħhom, kif ukoll jiffirmaw elettronikament il-petizzjonijiet tagħhom stess u jżidu l-appoġġ tagħhom f'dawk ta' petizzjonanti oħra li s-suġġett tagħhom jinteressahom; billi n-nuqqasijiet f'ċerti funzjonalitajiet bażiċi, bħall-magna tat-tiftix, ippersistew matul l-2015 u sa ftit ilu xekklu r-rwol tal-portal bħala spazju interattiv ta' skambju bejn iċ-ċittadini; billi din il-problema finalment ġiet solvuta;
AC. billi l-portal tfassal biex tiżdied t-trasparenza u l-interattività tal-proċedura ta' petizzjoni, u billi dan jagħmel l-amministrazzjoni aktar effettiva fl-interess tal-petizzjonanti, tal-Membri u tal-pubbliku ġenerali; billi t-tieni fażi tal-proġett, maħsuba primarjament sabiex issaħħaħ l-ipproċessar amministrattiv tal-petizzjonijiet iżda wkoll biex tippermetti s-segwitu f'ħin reali ta' petizzjonijiet mill-petizzjonanti oriġinali u minn dawk li jappoġġjawhom, ma rat l-ebda progress sostanzjali matul l-2015, filwaqt li skont l-ippjanar inizjali suppost li diġà kienet tlestiet sa dak iż-żmien;
AD. billi d-dewmien suċċessiv fil-fażijiet sussegwenti tal-proġett iġġenera volumi addizzjonali ta' xogħol fis-segretarjat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, minħabba l-bżonn li l-fajls rilevanti jittellgħu manwalment fil-bażijiet tad-data differenti; billi għad hemm petizzjonijiet pendenti x'jittellgħu, peress li s'issa l-petizzjonijiet miftuħa kollha rċevuti fl-2013, l-2014 u l-2015 biss iddaħħlu fil-portal, u billi attwalment qed issir ħidma biex jittellgħu l-petizzjonijiet li waslu fl-2016;
AE. billi ċerti nuqqasijiet ġew rettifikati, b'mod konkret fir-rigward tal-funzjoni ta' tiftix u tal-kunfidenzjalità tal-petizzjonant, u billi saret ħidma kif skedata mit-tieni nofs tal-2016 biex jitjiebu l-utilità u l-viżibilità tas-servizz għaċ-ċittadini;
AF. billi l-ammissibilità tal-petizzjonijiet hija bbażata fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 227 tat-TFUE; billi l-kunċett tal-qasam ta' attività tal-Unjoni jmur ferm lil hinn mil-lista twila ta' kompetenzi; billi dikjarazzjoni ta' inammissibilità tista' tkun soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju jekk ma tkunx iġġustifikata kif xieraq bi qbil ma' dawn il-kriterji;
AG. billi l-qrati nazzjonali huma primarjament responsabbli biex jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tal-UE tiġi implimentata korrettament fl-Istati Membri; billi, f'dan il-kuntest, sentenza preliminari mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja hija għodda siewja disponibbli għas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali; billi f'xi Stati Membri din il-proċedura ftit li xejn intużat, jekk mhux qatt; billi l-petizzjonijiet jipprovdu possibilità alternattiva u indipendenti biex isiru inkjesti u kontrolli fuq il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE, u billi dawn iż-żewġ proċeduri alternattivi għalhekk m'għandhomx jeskludu lil xulxin;
AH. billi l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej għandha tkun għodda importanti li tippermetti li ċ-ċittadini jipparteċipaw direttament fl-iżvilupp tal-politiki tal-UE, u billi l-potenzjal tagħha għandu jiġi sfruttat bis-sħiħ, filwaqt li jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu informati bis-sħiħ dwar kwistjonijiet li huma ta' kompetenza tal-UE u ta' kompetenza nazzjonali; billi d-differenzi ewlenin bejn l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u d-dritt ta' petizzjoni għandhom jiġu kkomunikati aħjar liċ-ċittadini; billi l-Parlament għandu responsabilità speċifika li jagħmel dan l-istrument suċċess reali; billi, kif intwera fid-dikjarazzjonijiet tas-smigħ pubbliku tat-22 ta' Frar 2015, hemm sentiment ġenerali fost l-organizzazzjonijiet li jirreġistraw inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej li l-ostakoli amministrattivi jridu jitneħħew jekk iridu nikisbu l-aħjar riżultati possibbli f'termini ta' parteċipazzjoni taċ-ċittadini;
AI. billi, tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, fl-1 ta' April 2012, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa tal-fehma li għandha tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tiegħu sabiex jinstabu n-nuqqasijiet u jiġu proposti soluzzjonijiet konkreti vijabbli għar-reviżjoni rapida tiegħu sabiex jitjieb il-funzjonament tiegħu;
AJ. billi fl-2015, minħabba l-piż tax-xogħol tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, saret biss żjara waħda ta' ġbir ta' informazzjoni fir-rigward tal-petizzjonijiet li ġew investigati fl-2015; billi l-investigazzjoni mwettqa fir-Renju Unit fil-5 u s-6 ta' Novembru 2015 dwar il-kwistjoni tal-adozzjoni mingħajr il-kunsens tal-ġenituri għamlitha possibbli li l-membri tad-delegazzjoni jifhmu s-sitwazzjoni aħjar, peress li setgħu jiddiskutu l-kwistjoni mar-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet differenti fir-Renju Unit involuti fil-kwistjoni;
AK. billi fl-2016, malli l-ammont ta' xogħol innormalizza ruħu, saru tliet żjarat ta' ġbir ta' informazzjoni dwar il-petizzjonijiet investigati fl-2016; billi żjarat bħal dawn huma prerogattiva speċifika tal-Kumitat u parti fundamentali mill-ħidma tiegħu, li tinkludi l-interazzjoni mal-petizzjonanti u mal-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati; billi l-membri ta' dawn id-delegazzjonijiet jieħdu sehem b'importanza indaqs fl-attivitajiet kollha, inkluż fl-abbozzar tar-rapport finali;
AL. billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jassumi r-responsabilitajiet fir-rigward tal-Ombudsman Ewropew, li hu responsabbli mill-investigazzjoni ta' lmenti minn ċittadini u residenti tal-UE dwar il-possibilità ta' amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, u li dwarhom joħroġ ukoll rapport annwali, ibbażat fuq ir-Rapport Annwali proprju tal-Ombudsman Ewropew;
AM. billi fis-26 ta' Mejju 2015 Emily O'Reilly, l-Ombudsman Ewropew, ippreżentat ir-rapport tagħha annwali għall-2014 lil Martin Schulz, President tal-Parlament Ewropew; u billi fit-23 ta' Ġunju 2015 l-Ombudsman ippreżentat ir-rapport tagħha fil-laqgħa tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, bħala l-kumitat responsabbli mir-relazzjonijiet mal-istituzzjoni tagħha;
AN. billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa membru tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen, li jinkludi l-ombudsmen nazzjonali u reġjonali, il-kumitati għall-petizzjonijiet u korpi simili tal-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni fl-UE, u pajjiżi oħra taż-Żona Ekonomika Ewropea u/jew taż-żona Schengen. billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew huwa membru sħiħ ta' dan in-netwerk, li bħalissa għandha 94 uffiċċju f'36 pajjiż;
AO. billi kull petizzjoni tiġi eżaminata u indirizzata b'attenzjoni u kull petizzjonant irid jirċievi tweġiba f'perjodu raġonevoli ta' żmien;
AP. billi l-petizzjonanti kollha għandu jkollhom il-possibilità li jippreżentaw direttament il-każijiet tagħhom lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet;
1. Jenfasizza li d-dritt ta' petizzjoni jrid isaħħaħ il-kapaċità ta' reazzjoni tal-Parlament Ewropew biex jgħinu jsolvi l-problemi relatati primarjament mat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, peress li l-petizzjonijiet, li huma bbażati fuq l-oqsam ta' attività tal-UE u jissodisfaw il-kriterji ta' ammissibilità, jirrappreżentaw sors siewi ta' informazzjoni biex jinstab il-ksur potenzjali fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu akbar mis-setgħat tagħha f'dak li għandu x'jaqsam mal-iżgurar ta' implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE, pereżempju billi tfittex tagħmel użu aktar effiċjenti mill-proċedura ta' ksur skont l-Artikoli 258 u 260 tat-TFUE;
2. Jenfasizza r-rwol tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet li jisma' u jgħin biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li jħabbtu wiċċhom magħhom iċ-ċittadini; jemmen li l-petizzjonijiet jistgħu jgħinu biex jiġi vvalutat aħjar l-impatt li l-leġiżlazzjoni tal-UE għandha fuq il-ħajja ta' kuljum tan-nies billi jaġixxu bħala pont bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet;
3. Jenfasizza l-fatt li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu l-opportunità u l-isfida kbira li jidħol fi djalogu affidabbli u siewi maċ-ċittadini, flimkien mal-possibilità li jqarreb lill-istituzzjonijiet tal-UE lejn iċ-ċittadini tagħha; jinnota li dan għandu jgħin biex tiġi promossa d-demokrazija parteċipattiva; iqis li sabiex jintlaħaq dan l-għan huwa kruċjali li jkun hemm reazzjoni adegwata għall-petizzjonijiet, kemm f'termini ta' żmien kif ukoll ta' kwalità tat-tweġiba;
4. Ifakkar li r-rappreżentanza ndaqs u proporzjonata tan-nazzjonalitajiet tal-petizzjonanti fid-dibattiti pubbliċi tal-kumitat għandha tiġi rrispettata; sabiex tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tal-kumitat, għandha titħeġġeġ rappreżentazzjoni xierqa u ġusta tal-Istati Membri kollha fid-dibattiti pubbliċi tiegħu;
5. Jenfasizza li l-petizzjonijiet huma wkoll ta' importanza fil-proċess leġiżlattiv, billi jidentifikaw lakuni u nuqqasijiet eżistenti fit-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u billi jipprovdu lil kumitati oħra tal-Parlament b'informazzjoni utli u diretta għall-ħidma leġiżlattiva tagħhom fl-oqsma rispettivi tagħhom; jilqa' l-interazzjoni akbar tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet mal-kumitati parlamentari l-oħra, kif ukoll il-preżenza aktar frekwenti ta' kwistjonijiet relatati mal-petizzjonijiet fil-plenarja; iqis li l-petizzjonijiet mhumiex biss ir-responsabilità tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, iżda għandhom ikunu sforz komuni min-naħa tal-kumitati kollha tal-Parlament; jilqa' l-intenzjoni li jitwaqqaf netwerk informali ta' petizzjonijiet fil-Parlament, bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti minn kull kumitat parlamentari, sabiex tkun garantita koordinazzjoni bla xkiel u effettiva tal-ħidma relatata mal-petizzjonijiet; jemmen li n-netwerk irid jippermetti li jinkiseb fehim aħjar tar-rwol tal-petizzjonijiet fil-ħidma parlamentari, u jrid isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-kumitati fi kwistjonijiet imqajma mill-petizzjonanti; jistieden lill-kumitati parlamentari kkonċernati kollha biex jagħtu l-attenzjoni dovuta lill-petizzjonijiet mibgħuta lilhom u biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għall-ipproċessar korrett tal-petizzjonijiet;
6. Jirrikonoxxi li l-Parlament għandu wkoll rwol politiku kruċjali x'jaqdi fir-rigward tal-azzjonijiet ta' infurzar tal-Kummissjoni, billi jwettaq skrutinju tar-rapporti annwali dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE u jadotta riżoluzzjonijiet parlamentari rilevanti; jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament imressqa mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li jidentifikaw diskrepanzi speċifiċi fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE fuq il-bażi ta' petizzjonijiet u jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni xierqa u tirrapporta lura lill-Parlament dwar is-segwitu tagħha; jistieden, barra minn hekk, lill-Kunsill u lill-Parlament jieħdu azzjoni speċifika fl-adozzjoni tar-Regolament 2013/0140/COD dwar l-eżenzjoni ta' Drosophila melanogaster minn kontrolli veterinarji fil-fruntieri esterni, kif issuġġerit mir-rebbieħa tal-Premju Nobel (professuri tal-bijokimika) fil-Petizzjoni 1358/2011;
7. Jilqa' l-fatt li fl-2015 iż-żmien għall-ipproċessar tal-petizzjonijiet naqas, iżda jsostni madankollu li s-segretarjat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu bżonn immedjat ta' aktar riżorsi tekniċi u aktar persunal sabiex jiggarantixxi l-eżami diliġenti u tnaqqis ulterjuri fil-ħin tal-ipproċessar tal-petizzjonijiet, filwaqt li jiżgura l-kwalità tat-trattament tagħhom;
8. Ikompli jqis li huwa obbligu partikolari li jiġi żgurat li l-inammissibilità jew l-għeluq ta' petizzjonijiet minħabba li jkunu infondati trid tkun ġustifikata bir-reqqa fir-rigward tal-petizzjonant;
9. Jinnota li l-Kummissjoni hija involuta u timpenja ruħha fil-proċess ta' petizzjoni u li hi tirreaġixxi mill-aktar fis possibbli għall-petizzjonijiet il-ġodda lilha mibgħuta mill-Parlament; jinnota li t-tweġibiet tal-Kummissjoni sikwit ikunu ddettaljati u jittrattaw il-petizzjonijiet li huma fil-kompetenza tagħha; jinnota, madankollu, li f'bosta każijiet il-Kummissjoni ma tipprovdix elementi ġodda fit-tweġibiet tagħha għall-petizzjonijiet li dwarhom jintalab rieżami sabiex jinbidel l-istat u l-kuntest tagħhom; jiddispjaċih mill-okkażjonijiet meta l-Kummissjoni tiffoka essenzjalment fuq aspetti proċedurali u ma tidħolx fis-sustanza tal-kwistjoni; ifakkar lill-Kummissjoni li l-petizzjonijiet li jqajmu ksur potenzjali tad-dritt tal-UE jistgħu jingħalqu biss wara li tintemm l-analiżi xierqa tagħhom; jinnota l-impenn tal-Kummissjoni li tibgħat uffiċjali ġeneralment kompetenti għal-laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, peress li l-kwalità tat-trattament globali tal-petizzjonijiet tiżdied meta l-uffiċjali tal-ogħla gradi disponibbli jirrappreżentaw lill-Kummissjoni fid-dibattiti; jiddispjaċih li matul il-laqgħat tal-kumitat it-tweġibiet tal-Kummissjoni ġeneralment ikunu limitati għall-kontenut tat-tweġiba uffiċjali mibgħuta lill-Kumitat u ma jagħtu l-ebda informazzjoni ġdida jew rilevanti li tkun tista' tagħmilha possibli li jissolvew il-kwistjonijiet imqajma; jinnota li t-tweġibiet bil-miktub jiġu kkunsidrati serjament, kif ukoll l-ispjegazzjonijiet mogħtija matul id-dibattiti orali li jsiru mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet;
10. Iqis li fir-rwol tagħha bħala gwardjana tat-trattati, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwistjonijiet ambjentali, il-Kummissjoni għandha tmur lil hinn minn sempliċi eżami tal-konformità proċedurali, u tiffoka aktar fuq il-kontenut propju tal-kwistjoni ewlenija; ifakkar li l-prinċipju ta' prekawzjoni u l-ispirtu finali tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE ta' prevenzjoni ta' ħsara irrimedjabbli fuq żoni ekoloġikament sensittivi, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta approċċ li jippermettilha tagħmel użu mis-setgħat u mill-prerogattivi tagħha fuq bażi ex ante;
11. Se jieħu aktar ħsieb fil-futur biex jiżgura li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament b'mod regolari dwar il-progress tal-proċeduri ta' ksur imressqa kontra Stati Membri individwali, sabiex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni aħjar u sabiex il-petizzjonanti kkonċernati jkunu jistgħu jiġu infurmati dwar il-progress fi stadju bikri;
12. Iqis li, għal raġunijiet ta' trasparenza, fi spirtu ta' kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet differenti tal-UE u skont il-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, il-Kummissjoni, fuq talba u meta jkun meħtieġ, għandha tagħti lill-Parlament sommarju tal-każijiet individwali relatati mal-proċedimenti tal-EU Pilot; ifakkar fit-talbiet preċedenti li għamel il-Kumitat għall-Petizzjonijiet sabiex jiġi żgurat aċċess għad-dokumenti proċedurali ta' ksur u tal-EU Pilot, peress li spiss il-petizzjonijiet iwasslu għall-ftuħ ta' proċeduri bħal dawn; jerġa' jħeġġeġ lill-Kummissjoni tinforma lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar l-iżviluppi fil-proċeduri ta' ksur li huma marbuta direttament mal-petizzjonijiet; jagħraf il-ħtieġa li tiġi żgurata trasparenza massima fid-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar il-proċedimenti tal-EU Pilot u l-proċeduri ta' ksur li diġà ntemmew;
13. Iqis li l-informazzjoni neċessarja dwar il-proċeduri ta' ksur miftuħa minħabba inkjesti relatati mal-petizzjonijiet għandha tiġi pprovduta lill-Parlament fil-ħin dovut, u b'mod partikolari fuq talba mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet;
14. Iqis li huwa essenzjali li titjieb il-kooperazzjoni mal-parlamenti nazzjonali u mal-kumitati rilevanti tagħhom, kif ukoll mal-gvernijiet tal-Istati Membri, b'mod partikolari sabiex din tgħin ħalli jiġi żgurat li l-petizzjoni tiġi indirizzata mill-awtoritajiet rilevanti u kompetenti; itenni l-istedina tiegħu għat-tnedija ta' djalogu strutturat mal-Istati Membri fil-forma ta' laqgħat regolari mal-kumitati parlamentari nazzjonali rilevanti; jilqa' l-fatt li delegazzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Bundestag Ġermaniż kienet preżenti waqt il-laqgħa tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-4 ta' Mejju 2015; iħeġġeġ lir-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u/jew reġjonali kkonċernati jattendu l-laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; itenni l-importanza tal-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni waqt il-laqgħat u s-seduti ta' smigħ tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet;
15. Jirrikonoxxi l-impatt tal-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-UE fuq it-tisħiħ tal-kredibilità tal-istituzzjonijiet tal-UE; ifakkar li d-dritt ta' petizzjoni, minqux fit-Trattat ta' Lisbona, huwa element importanti taċ-ċittadinanza Ewropea u barometru reali għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE u għall-identifikazzjoni tal-lakuni possibbli; jistieden lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet jorganizza laqgħa regolari mal-kumitati nazzjonali dwar il-petizzjonijiet sabiex iżid l-għarfien dwar it-tħassib taċ-ċittadini Ewropej fl-UE u fl-Istati Membri u sabiex isaħħaħ aktar id-drittijiet tagħhom permezz ta' tfassil u implimentazzjoni aħjar tal-liġijiet Ewropej;
16. Itenni t-talba li saret fir-rapport dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-2013[1] biex jinbeda djalogu strutturat imtejjeb mal-Istati Membri, pereżemjpu billi jsiru laqgħat regolari ma' membri tal-kumitati nazzjonali għall-petizzjonijiet jew ma' awtoritajiet kompetenti oħra; jistieden lill-Istati Membri jieħdu nota tar-rakkomandazzjonijiet li jsiru fir-rapporti tal-missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni u matul id-djalogi;
17. Jilqa' l-fatt li fl-2015, 191 ċittadin ressqu l-petizzjonijiet tagħhom direttament lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet; ifakkar u jappoġġja r-rikors għall-vidjokonferenzi jew għal kwalunkwe mezz ieħor li jippermetti lill-petizzjonanti jipparteċipaw b'mod attiv fil-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet jekk dawn ma jkunux jistgħu jkunu preżenti fiżikament;
18. Jinnota l-interpretazzjoni restrittiva u dejqa tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikolu 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li tistabbilixxi, fost oħrajn, li l-Karta hija indirizzata lill-Istati Membri "meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni biss"; jinnota li l-Artikolu 51(2) tal-Karta jiddisponi li l-Karta "ma testendix il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni lil hinn mill-kompetenzi tal-Unjoni"; iħeġġeġ interpretazzjoni usa' tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta, u li finalment terġa' tiġi vvalutata l-pertinenza ta' dan l-artikolu f'reviżjonijiet futuri tal-Karta u tat-trattati; jenfasizza li xejn ma jżomm lill-Istati Membri milli japplikaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-Karta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom sabiex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tagħhom lil hinn mill-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, u jfakkarhom li huma marbuta wkoll b'obbligi internazzjonali oħrajn;
19. Jiddispjaċih li l-petizzjonanti ma għadhomx informati biżżejjed dwar x'inhuma r-raġunijiet biex petizzjoni tiġi ddikjarata inammissibbli;
20. Jiddeplora l-interpretazzjoni stretta u restrittiva tal-Kummissjoni Ewropea tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jipprevedi li "d-dispożizzjonijiet [tal]-Karta huma intiżi għall-istituzzjonijiet, għall-korpi u għall-aġenziji tal-Unjoni fir-rispett tal-prinċipju ta' sussidjarjetà u għall-Istati Membri wkoll biss meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi ta' l-Unjoni"; ifakkar li, minħabba l-eżistenza tal-Artikolu 51 tal-Karta, l-aspettattivi taċ-ċittadini sikwit imorru lil hinn minn dak li huwa strettament permess mid-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-Karta u li dawn spiss ma jiġux issodisfati, preċiżament minħabba din l-interpretazzjoni stretta u restrittiva; jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ ġdid aktar adattat għal dawn l-aspettattivi;
21. Jiddispjaċih li ċ-ċittadini tal-Polonja u tar-Renju Unit għadhom mhumiex protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
22. Jenfasizza li f'Jannar 2015, inħatru żewġ Membri bħala membri rappreżentattivi tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-istrutturi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CPRD) u li fis-27 u t-28 ta' Awwissu 2015 dawn ħadu sehem fl-analiżi tar-rapport preliminari tal-Unjoni Ewropea u l-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità f'Ġinevra, l-Iżvizzera; jenfasizza l-ħidma importanti mwettqa b'mod kontinwu mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità; jieħu debitament nota tal-fatt li l-2015 kienet sena sinifikanti ħafna, peress li għall-ewwel darba aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti rrieżaminat il-konformità mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE; jilqa' l-fatt li kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti kellu l-opportunità li jisma' d-dettalji kollha dwar il-funzjoni ta' protezzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; jenfasizza li l-Kummissjoni bdiet tinkorpora l-Osservazzjonijiet Finali tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità tan-NU fil-proċess tal-ipproċessar tal-petizzjonijiet[2]; jilqa' l-fatt li s-seduta pubblika bl-isem "Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità mill-perspettiva tal-petizzjonjijiet mibgħuta", organizzata mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-15 ta' Ottubru 2015, kellha livell għoli ta' aċċessibilità; jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza tal-konklużjonijiet tal-istudju mwettaq mid-Dipartiment Tematiku Ċ bl-isem "Ir-rwol ta' protezzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità"; iqis li huwa importanti li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet ikompli jorganizza avvenimenti li jiffokaw fuq il-petizzjonijiet fil-qasam ta' diżabilità; jitlob li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u tas-segretarjat tiegħu sabiex dan ikun jista' jaqdi b'mod xieraq ir-rwol tiegħu ta' protezzjoni; jitlob li jinħatar uffiċjal responsabbli mill-ipproċessar tal-problemi relatati mad-diżabilità; jieħu nota tal-pjan ta' azzjoni sinifikanti ta' segwitu magħmul mill-kumitat fl-2015 fir-rigward tad-diżabilità f'suġġetti aktar speċifiċi, bħalma, pereżempju, ir-ratifikazzjoni tat-Trattat ta' Marrakexx, l-iżblukkar tad-Direttiva kontra d-Diskriminazzjoni, l-eżenzjoni mid-dazji doganali għal ċerti oġġetti maħsuba għat-titjib kulturali, edukattiv jew xjentifiku tal-persuni b'diżabilità jew l-indukraturi tal-familja;
23. Iħeġġeġ ratifika minnufih fil-livell tal-UE tat-Trattat ta' Marrakexx sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal xogħlijiet ippubblikati għal persuni li huma għomja, li għandhom vista batuta, jew persuni b'diffikultà biex jaqraw materjal stampat, ikun xi jkun il-kunflitt fuq il-kompetenzi quddiem il-QtĠ-UE; li fl-Osservazzjonijiet Finali tiegħu f'Settembru 2015, il-Kumitat tas-CPRD semma' ċerti nuqqasijiet fl-UE fir-rigward tal-konformità sħiħa mal-Konvenzjoni; jinnota li l-UE hija meħtieġa tadotta minnufih Att Ewropew emendat dwar l-Aċċessibilità li jkun jinkludi mekkaniżmi effettivi u aċċessibbli ta' infurzar u ta' lment; jinnota r-rekwiżit li jiġu diżakkoppjati r-rwoli tal-Kummissjoni billi titneħħa mill-qafas ta' monitoraġġ indipendenti, sabiex jiġi żgurat li l-qafas ikollu riżorsi adegwati għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu;
24. Jenfasizza d-diversità tas-suġġetti li jitqajmu fil-petizzjonijiet imressqa miċ-ċittadini, bħad-drittijiet fundamentali, il-benesseri tat-tfal, id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, id-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi, id-drittijiet tat-tfal, is-suq intern, il-leġiżlazzjoni dwar l-ambjent, ir-relazzjonijiet industrijali, il-politiki dwar il-migrazzjoni, il-ftehimiet kummerċjali, il-kwistjonijiet dwar is-saħħa pubblika, it-trasport, id-drittijiet tal-annimali u d-diskriminazzjoni;
25. Jenfasizza l-karattru sensittiv tal-petizzjonijiet relatati mad-drittijiet tat-tfal, peress li f'każijiet bħal dawn hemm bżonn ta' tweġiba urġenti u adegwata għat-tħassib tal-petizzjonanti filwaqt li jinżammu l-aħjar interessi tat-tfal, fil-kuntest taż-żjarat ta' ġbir ta' informazzjoni li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jista' jorganizza meta jkun qed jinvestiga petizzjonijiet;
26. Iqis li l-organizzazzjoni ta' seduti pubbliċi tikkostitwixxi mod importanti kif jiġu eżaminati f'aktar dettall il-problemi mqajma mill-petizzjonanti li jaqgħu taħt l-oqsma ta' attività tal-UE, kif ukoll l-aspetti ġenerali tal-funzjonament tal-UE u n-nuqqasijiet sottostanti fihom; jiġbed l-attenzjoni għas-seduti pubbliċi organizzati fis-26 ta' Frar 2015 flimkien mal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, fit-23 ta' Ġunju 2015 dwar id-dritt ta' petizzjoni, fil-15 ta' Ottubru 2015 dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, tal-11 ta' Mejju 2015 ma' tliet kumitati oħrajn dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej "Inwaqqfu l-Vivisezzjoni", u jqis ukoll bħala utli s-sessjoni ta' ħidma li saret fl-1 ta' Diċembru 2015 flimkien mal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar l-adozzjonijiet transfruntiera;
27. Iqis li l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej hija dritt politiku ġdid għaċ-ċittadini kif ukoll għodda rilevanti biex tiġi definita l-aġenda politika fil-qasam ta' demokrazija parteċipattiva fl-Unjoni Ewropea, li tippermetti liċ-ċittadini jkunu involuti direttament u b'mod attiv fil-proġetti u l-proċessi li jaffettwawhom, u li l-potenzjal tagħha għandu bla dubju jiġi sfruttat bis-sħiħ u għandu jitjieb b'mod sinifikanti sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati possibbli u sabiex l-akbar numru possibbli ta' ċittadini tal-Unjoni jitħeġġu jipparteċipaw fl-iżvilupp ulterjuri tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea; iqis bl-istess mod li t-tisħiħ tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, tal-leġittimità demokratika u tat-trasparenza tal-istituzzjonijiet għandu jkun fost l-objettivi prijoritarji tal-UE; ifakkar lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li tagħti segwitu għar-rakkomandazzjonijiet li saru mir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej[3] sabiex jiġi żgurat li d-dritt ta' sottomissjoni ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej jiġi implimentat kif suppost; itenni l-impenn tiegħu li jipparteċipa b'mod proattiv fl-organizzazzjoni ta' seduti pubbliċi dwar inizjattivi ta' suċċess; jintrabat li jagħti prijorità fil-livell istituzzjonali lill-effettività ta' dan il-proċess ta' parteċipazzjoni u li jiggarantixxi segwitu leġiżlattiv xieraq;
28. Jiddispjaċih li l-Kummissjoni tqis li huwa kmieni wisq biex tirrevedi r-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-1 ta' April 2012 li daħal fis-seħħ tliet snin ilu; iqis li jeħtieġ li l-implimentazzjoni tiegħu tiġi evalwata bir-reqqa sabiex jiġu solvuti n-nuqqasijiet possibbli identifikati u jiġu proposti soluzzjonijiet vijabbli sabiex dan jiġi rivedut immedjatament, filwaqt li jiġi żgurat li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ikunu ġenwinament ċari, sempliċi, proporzjonati u jkunu faċilment applikabbli; jilqa' r-rapport tal-Kummissjoni tal-31 ta' Marzu 2015 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u d-Deċiżjoni OI/9/2013/TN tal-Ombudsman Ewropew, u jitlob lill-Kummissjoni biex fir-reviżjoni ta' dan l-istrument tiżgura li l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tipprovdi kontribut effettiv lill-Unjoni f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u li jiġu adottati l-miżuri legali kollha rilevanti sabiex jingħata segwitu xieraq meta jitqies li inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tkun ġiet ikkompletata b'suċċess; jitlob lill-Kummissjoni biex, fid-dawl tal-bosta nuqqasijiet li tqajmu, tressaq malajr kemm jista' jkun proposta għal riforma tar-Regolament (UE) Nru 211/2011;
29. Jiġbed l-attenzjoni għar-Riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-leġiżlazzjoni ipotekarja u l-istrumenti finanzjarji riskjużi fi Spanja[4] fid-dawl tal-petizzjonijiet li waslu, fejn il-Parlament għamel għadd ta' rakkomandazzjonijiet għall-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-dritt ipotekarju u l-ġlieda kontra l-abbużi bankarji; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni fl-Istati Membri kollha tad-Direttiva 2014/17/UE dwar kuntratti ta' kreditu ipotekarju u tad-Direttiva 93/13/KEE dwar klawsoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur, u biex tikkondividi l-aħjar prattika biex titjieb il-protezzjoni taċ-ċittadini f'diffikultà finanzjarja,
30. Huwa mħasseb dwar l-evidenza ta' nuqqasijiet dwar l-aċċess xieraq għall-ġustizzja f'ċerti Stati Membri li nstabu bħala riżultat tal-ipproċessar tal-petizzjonijiet; iqis li din hija kwistjoni essenzjali li għandha tiġi indirizzata minnufih sabiex jiġi garantit funzjonament demokratiku xieraq tal-Unjoni u l-eżerċitar tad-drittijiet fundamentali miċ-ċittadini u mir-residenti tagħha; iqis li l-Unjoni għandha tagħti eżempju billi tintroduċi l-pilastru tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-aċċess għall-ġustizzja dwar kwistjonijiet ambjentali;
31. Jiġbed l-attenzjoni għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2016 dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2014, kif ukoll għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2016 dwar ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2014;
32. Jilqa' l-issoktar ta' livell aktar normali ta' attività fil-qasam taż-żjarat ta' ġbir ta' informazzjoni, u jistenna li l-potenzjal sħiħ ta' din il-prerogattiva speċifika tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet jiġi sfruttat fis-snin li ġejjin sal-aħħar nett tal-perjodu leġiżlattiv; jisħaq fuq l-importanza tad-Dokumenti ta' Ħidma prodotti wara kull żjara, inklużi rakkomandazzjonijiet speċifiċi, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet differenti kkonċernati sabiex iqisuhom; iqis li l-grad ta' konformità ma' dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandu jiġi vvalutat perjodikament;
33. Jenfasizza l-ħidma mwettqa fl-2015 mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex jagħmel disponibbli għall-petizzjonanti portal tal-internet li permezz tiegħu jkollhom l-opportunità li jirreġistraw ruħhom, iressqu petizzjoni, iniżżlu d-dokumenti ta' akkumpanjament u jinkitbu fil-petizzjonijiet li diġà ġew iddikjarati ammissibbli; jenfasizza l-aġġornament ta' dan il-portal, fejn diġà ttellgħu il-petizzjonijiet irreġistrati fl-2013, l-2014 u l-2015; jilqa' l-fatt li l-funzjonalitajiet il-ġodda ta' tiftix, ta' adeżjoni ma' petizzjoni eżistenti u tal-kunfidenzjalità tal-petizzjonant iġġeddu u tjiebu;
34. Ifakkar fil-passi li għadhom meħtieġa biex jiġu konklużi l-fażijiet pendenti tal-proġett tal-portal tal-petizzjonijiet, fejn il-petizzjonanti se jkunu jistgħu jirċievu informazzjoni f'ħin reali dwar l-istatus tal-petizzjoni tagħhom u se jiġu notifikati awtomatikament dwar bidliet fil-proċess ta' pproċessar bħad-dikjarazzjoni ta' ammissibilità, ir-riċevuta ta' tweġiba mingħand il-Kummissjoni jew l-inklużjoni tal-petizzjoni tagħhom fl-aġenda ta' laqgħa tal-kumitat u l-link għax-xandir fuq il-web, u se jingħataw kuntatt mas-segretarjat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex jiksbu informazzjoni ċara u diretta; jisħaq li l-portal fuq il-web huwa sors ta' informazzjoni kruċjali għaċ-ċittadini tal-UE, u li għalhekk għandha tiġi provduta informazzjoni dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tal-petizzjoni;
35. Jiġbed l-attenzjoni lejn l-adozzjoni tar-Regolament 910/2014/UE dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern; jisħaq li d-dokumenti ppreżentati u ffirmati b'firma elettronika minn kull wieħed mit-28 Stat Membru għandhom jiġu aċċettati mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, kif ukoll mill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea;
36. Jenfasizza r-rwol importanti tan-netwerk SOLVIT, li huwa netwerk għal soluzzjoni tal-problemi bejn l-Istati Membri, u li għandu jiġi żviluppat sew biex jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu f'kollaborazzjoni ma' dawn l-Istati Membri u maċ-ċentri nazzjonali SOLVIT tagħhom li jirrapportaw lill-amministrazzjonijiet nazzjonali, u jitlob li dan jiġi mogħni b'riżorsi miżjuda u li ssir analiżi aktar sistematika tal-problemi identifikati permezz tas-SOLVIT, peress li dan in-netwerk jikkontribwixxi biex tingħata stampa reali tal-funzjonament ħażin tas-suq uniku;
37. Jistieden lir-Renju Unit jieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-rapport dwar iż-żjara ta' ġbir ta' informazzjoni f'Londra fil-5 u s-6 ta' Novembru 2015 li ġie adottat minn dan il-Kumitat fid-19 ta' April 2016;
38. Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni mal-Ombudsman Ewropew kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-Parlament fin-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen; ifaħħar ir-relazzjonijiet tajba miżmuma fl-ambitu interistituzzjonali bejn l-Ombudsman u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet; ifaħħar il-ħidma tal-Ombudsman biex ittejjeb l-amministrazzjoni tajba fl-UE, u apprezza b'mod partikolari l-kontribut regolari tagħha għall-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena kollha;
39. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-kumitati għall-petizzjonijiet tagħhom u lill-ombudsmen nazzjonali tagħhom jew lil korpi simili kompetenti.
- [1] Testi adottati, P7_TA(2014)0204.
- [2] Adottati mill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti fl-erbatax-il sessjoni tiegħu (mis-17 ta' Awwissu sal-4 ta' Settembru 2015); ara: http://tbinternet.ohchr.org/_layouts/treatybodyexternal/Download.aspx?symbolno=CRPD%2fC%2fEU%2fCO%2f1&Lang=en
- [3] Testi adottati, P8_TA(2015)0382.
- [4] Testi adottati, P8_TA(2015)0347.
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-rapport annwali tal-2015 għandu l-għan li jagħti ħarsa ġenerali lejn il-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li l-kalendarju tal-attivitajiet tiegħu ma jikkorrispondix mal-programm leġiżlattiv tal-Kummissjoni Ewropea, iżda li huwa stabbilit miċ-ċittadini li jeżerċitaw id-dritt ta' petizzjoni tagħhom quddiem il-Parlament Ewropew u li jesprimu t-tħassib tagħhom dwar il-politiki u l-leġiżlazzjonijiet differenti tal-Unjoni.
Dan ir-rapport annwali jixtieq jagħti immaġni preċiża u sħiħa tal-ħidmiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet. Ir-rapport jippreżenta l-istatistiki dwar l-għadd ta' petizzjonijiet li waslu, li ġew ipproċessati jew li ngħalqu mill-Kumitat, il-pajjiżi interessati u s-suġġetti trattati fihom. Dawn l-istatistiki jirrappreżentaw għodda kwantitattiva importanti fil-valutazzjoni tal-ħidma tal-Kumitat. Dan ir-rapport jirrifletti wkoll aspetti oħra, bħar-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra u l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali.
Id-dritt li wieħed iressaq petizzjoni lill-Parlament Ewropew: pilastru taċ-ċittadinanza Ewropea
L-istatistiki annwali tal-2015 juru li l-maġġoranza taċ-ċittadini jirrikorru għall-għajnuna tal-Parlament fi kwistjonijiet relatati mal-ambjent, il-ġustizzja, is-suq intern jew id-drittijiet fundamentali.
Xi petizzjonanti jippruvaw isemmgħu l-proposti u s-suġġerimenti tagħhom b'rabta mal-iżvilupp tal-politiki Ewropej u, oħrajn jindirizzaw lill-Parlament Ewropew biex jappellaw kontra deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali filwaqt li jressqu lmenti kontra n-nuqqasijiet tal-qrati nazzjonali. Xi wħud jiddenunzjaw nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea, jew minħabba traspożizzjoni difettuża tal-leġiżlazzjoni jew minħabba n-nuqqas ta' implimentazzjoni tar-regoli Komunitarji.
Skont l-istatistiki, fl-2015 il-Parlament Ewropew irċieva 1 431 petizzjoni, jiġifieri tnaqqis ta' 47 % meta mqabbel mal-2 714 ippreżentati fl-2014. Nistgħu nqisu li s-snin preċedenti (2013 u 2014), minn perspettiva numerika, jirrappreżentaw quċċata fir-rigward tan-numru ta' petizzjonijiet riċevuti. It-tnaqqis qawwi tal-2015 (kważi bin-nofs) jirrifletti bidla fit-tendenza wara ż-żieda kostanti fin-numru ta' petizzjonijiet irċevuti matul l-aħħar leġiżlatura.
Analiżi statistika tal-petizzjonijiet irċevuti fl-2015 meta mqabbla ma' dawk tal-2014
L-ipproċessar tal-petizzjonijiet
L-ipproċessar tal-petizzjonijiet |
Għadd ta' petizzjonijiet |
% |
Għadd ta' petizzjonijiet |
% |
|
|
2014 |
2015 |
|||
Iddikjarati ammissibbli u li nfetħu |
790 |
29,1 |
519 |
36,3 |
|
Iddikjarati ammissibbli u li ngħalqu |
817 |
30,1 |
424 |
29,6 |
|
Iddikjarati inammissibbli |
1070 |
39,4 |
483 |
33,8 |
|
Fl-istennija ta' deċiżjoni |
37 |
1,4 |
5 |
0,3 |
|
Total tal-petizzjonijiet irreġistrati |
2714 |
100 |
1431 |
100,0 |
|
L-ipproċessar tal-petizzjonijiet |
Għadd ta' petizzjonijiet |
% |
Għadd ta' petizzjonijiet |
% |
|
|
2014 |
|
2015 |
|
|
Iddikjarati ammissibbli u li nfetħu |
790 |
100 |
519 |
100 |
|
Ammissibbli u mibgħuta lil korpi oħra għal opinjoni |
77 |
9,7 |
42 |
8 |
|
Ammissibbli u mibgħuta lil korpi oħra għal informazzjoni |
380 |
48,1 |
359 |
69,2 |
|
Ammissibbli u mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea għal opinjoni |
688 |
87,0 |
464 |
89,4 |
|
2015 |
|
2014 |
|||||
Ipproċessar |
Għadd ta' petizzjonijiet |
Perċentwal |
|
Ipproċessar |
Għadd ta' petizzjonijiet |
Perċentwal |
|
Iddikjarati ammissibbli |
943 |
65,9 |
|
Iddikjarati ammissibbli |
1630 |
60,0 |
|
Iddikjarati inammissibbli |
483 |
33.8 |
|
Iddikjarati inammissibbli |
1083 |
39,9 |
|
Fl-istennija ta' deċiżjoni |
5 |
0,3 |
|
Fl-istennija ta' deċiżjoni |
2 |
0,1 |
|
Numru totali |
1431 |
100 |
|
Numru totali |
2715 |
100 |
|
Fl-2015 ġew ammessi 943 petizzjoni (65,9 %) ta' total ta' 1 431) u 438 ġew iddikjarati inammissibbli (33,8 %).
Fl-2015, 63,4 % tal-petizzjonijiet irċevuti (jiġifieri 907 petizzjonijiet) ġew ipproċessati malajr, minħabba li ġew iddikjarati inammissibbli (33,8 %) jew peress li, malli ġew iddikjarati ammissibbli, l-ipproċessar tagħhom ingħalaq immedjatament wara li l-petizzjonant ingħata informazzjoni jew wara li ntbagħtu għal aktar informazzjoni lil kumitat ieħor tal-PE bil-kompetenza relevanti fil-qasam (29,6 %). Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2015 irnexxielu jtemm b'suċċess id-dewmien li kellu fl-ipproċessar tal-petizzjonijiet u jaġġorna ruħu, ħaġa li għandha impatt kbir fuq il-kwalità tar-relazzjonijiet mal-petizzjonant, meta dan tal-aħħar jara li l-ħin għall-ipproċessar tal-petizzjoni tiegħu tqassar.
Għandu jiġu nnotat li l-perċentwali ta' petizzjonijiet inammissibbli li waslu naqas meta mqabbel mal-2014 (6,1 % fl-2015) u l-perċentwali ta' petizzjonijiet ammissibbli żdied (5,9 %). L-għadd ta' petizzjonijiet iddikjarati ammissibbli u magħluqa fi stadju bikri tal-proċedura għadu stabbli, jiġifieri madwar 30 %.
Rigward is-segwitu għat-talbiet u d-deċiżjonijiet meħuda mill-membri tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet hemm differenzi ċari fl-ipproċessar bejn is-snin 2014 u 2015: id-deċiżjoni li petizzjonijiet jintbagħtu għal informazzjoni lil entitajiet oħra żdiedet b'21 % u d-deċiżjoni li petizzjonjiet jintbagħtu għal opinjoni lil entitajiet oħrajn barra mill-KE baqgħet madwar 8 %. Jista' jiġi nnotat li l-Kummissjoni Ewropea għadha s-sieħba ewlenija tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet għall-ipproċessar tal-petizzjonijiet li ma jingħalqux fi stadju bikri tal-proċedura u li f'90 % tal-każijiet jintbagħtugħall-ipproċessar u opinjoni lill-KE (464 minn 519).
L-għadd ta' petizzjonijiet skont il-pajjiż
Fir-rigward tas-sena preċedenti, fl-2015 ġew irreġistrati ċerti bidliet fil-lista tal-pajjiżi minn fejn ġejjin il-petizzjonijiet, b'tali mod li Spanja baqgħet fl-ewwel post, segwita mill-Italja, il-Ġermanja, ir-Rumanija u l-Polonja (fl-2014 ir-Renju Unit kien fil-ħames post). Madankollu tista' tissemma żieda sinifikanti fil-proporzjon ta' petizzjonijiet Taljani minn 7,9 % għal 12,3 %.
Il-pajjiżi Baliċi tal-Litwanja, l-Estonja u l-Latvja għal darb'oħra jinsabu fil-qiegħ tal-lista.
2015 |
|
2014 |
|||||
Pajjiż |
Għadd ta' petizzjonijiet |
% |
|
Pajjiż |
Għadd ta' petizzjonijiet |
% |
|
L-Unjoni Ewropea |
491 |
29,7 |
|
L-Unjoni Ewropea |
908 |
28,9 |
|
Spanja |
213 |
12,9 |
|
Spanja |
449 |
14,3 |
|
L-Italja |
203 |
12,3 |
|
Il-Ġermanja |
271 |
8,6 |
|
Il-Ġermanja |
153 |
9,3 |
|
L-Italja |
248 |
7,9 |
|
Ir-Rumanija |
104 |
6,3 |
|
Ir-Rumanija |
199 |
6,3 |
|
Il-Polonja |
57 |
3,5 |
|
Ir-Renju Unit |
109 |
3,5 |
|
Oħrajn |
431 |
26,0 |
|
Oħrajn |
1071 |
34,0 |
|
Numru ta' petizzjonijiet skont il-pajjiż fl-2015
Suġġetti ewlenin tal-petizzjonijiet
Kif semmejna diġà, fl-2015 l-ambjent kien is-suġġett li qajjem l-iktar tħassib min-naħa tal-petizzjonanti, segwit bil-ġustizzja, il-funzjonament tas-suq intern, id-drittijiet fundamentali u t-trasport.
2015 |
|
2014 |
|||||
Suġġetti |
Għadd ta' petizzjonijiet |
Perċentwal |
|
Suġġetti |
Għadd ta' petizzjonijiet |
Perċentwal |
|
L-Ambjent |
174 |
9,2 |
|
Il-ġustizzja |
300 |
8,3 |
|
Il-ġustizzja |
142 |
7,5 |
|
L-ambjent |
284 |
7,8 |
|
Is-suq intern |
139 |
7,3 |
|
Is-suq intern |
266 |
7,3 |
|
Id-drittijiet fundamentali |
84 |
4,4 |
|
Id-drittijiet fundamentali |
208 |
5,7 |
|
It-trasport |
84 |
4,4 |
|
Is-saħħa |
173 |
4,8 |
|
Is-saħħa |
78 |
4,1 |
|
L-affarijiet soċjali |
158 |
4,4 |
|
L-impjiegi |
74 |
3,9 |
|
It-trasport |
117 |
3,2 |
|
L-affarijiet soċjali |
60 |
3,2 |
|
L-edukazzjoni u l-kultura |
113 |
3,1 |
|
L-edukazzjoni u l-kultura |
57 |
3,0 |
|
L-impjiegi |
108 |
3,0 |
|
Il-proprjetà u r-restituzzjoni |
32 |
1,7 |
|
Il-proprjetà u r-restituzzjoni |
55 |
1,5 |
|
Oħrajn |
974 |
51,3 |
|
Oħrajn |
1,844 |
50,9 |
|
Il-lingwa tal-petizzjonanti
Jistgħu jiġu osservati wkoll bidliet żgħar ħafna fil-klassifika tal-petizzjonijiet skont il-lingwa: fl-2015, bħal fl-2014, il-Ġermaniż u l-Ingliż baqgħu ż-żewġ lingwi l-iktar użati mill-petizzjonanti; dawn il-lingwi żammew il-proporzjonijiet tagħhom b'mod stabbli.It-Taljan u l-Ispanjol jinsabu fit-tielet u r-raba' pożizzjoni rispettivament (fl-2015 kien hemm żieda fit-Taljan minn 16,8 % għal 18,2 %). Dawn l-erba' lingwi (DE, EN, IT u ES) jirrappreżentaw tliet kwarti mill-petizzjonijiet irċevuti (74,5 %).
L-Estonjan u l-Latvjan jinsabu fl-aħħar pożizzjonijiet (b'petizzjoni waħda għal kull lingwa).
2015 |
|
2014 |
|||||
Lingwa |
Għadd ta' petizzjonijiet |
Perċentwal |
|
Lingwa |
Għadd ta' petizzjonijiet |
Perċentwal |
|
Ġermaniż |
306 |
21,4 |
|
Ġermaniż |
607 |
22,4 |
|
Ingliż |
269 |
18,8 |
|
Ingliż |
496 |
18,3 |
|
Taljan |
260 |
18,2 |
|
Kastiljan |
456 |
16,8 |
|
Kastiljan |
230 |
16,1 |
|
Taljan |
400 |
14,7 |
|
Franċiż |
71 |
5,0 |
|
Franċiż |
151 |
5,6 |
|
Rumen |
71 |
5,0 |
|
Rumen |
135 |
5,0 |
|
Pollakk |
66 |
4,6 |
|
Pollakk |
105 |
3,9 |
|
Oħrajn |
158 |
11,0 |
|
Grieg |
92 |
3,4 |
|
|
|
|
|
Oħrajn |
273 |
10 |
|
Numru ta' petizzjonijiet skont il-lingwa fl-2014
In-nazzjonalitajiet tal-petizzjonanti
Meta wieħed iqabbel skont in-nazzjonalità, fl-2015, bħal fl-2014, il-Ġermaniżi baqgħu l-aktar petizzjonanti attivi, segwiti mit-Taljani u l-Ispanjoli. Warajhom hemm il-petizzjonanti Rumeni, Pollakki u Brittanniċi. Fl-aħħar postijiet jinsabu ċ-ċittadini Maltin u Lussemburgiżi li bejniethom ressqu biss ħames petizzjonijiet fl-2015.
2015 |
|
2014 |
|||||
Nazzjonalità tal-petizzjonant prinċipali |
Għadd ta' petizzjonijiet |
Perċentwal |
|
Nazzjonalità tal-petizzjonant prinċipali |
Għadd ta' petizzjonijiet |
Perċentwal |
|
Il-Ġermanja |
295 |
20,54 |
|
Il-Ġermanja |
551 |
20,2 |
|
L-Italja |
275 |
19,15 |
|
Spanja |
468 |
17,1 |
|
Spanja |
225 |
15,67 |
|
L-Italja |
425 |
15,6 |
|
Ir-Rumanija |
103 |
7,17 |
|
Ir-Rumanija |
196 |
7,2 |
|
Il-Polonja |
91 |
6,34 |
|
Ir-Renju Unit |
143 |
5,2 |
|
Ir-Renju Unit |
74 |
5,15 |
|
Franza |
129 |
4,7 |
|
Franza |
63 |
4,39 |
|
Il-Polonja |
123 |
4,5 |
|
Il-Greċja |
40 |
2,80 |
|
Il-Greċja |
113 |
4,1 |
|
Oħrajn |
270 |
18,79 |
|
Oħrajn |
574 |
21,9 |
|
Numru ta' petizzjonijiet fl-2015 skont in-nazzjonalità
Il-format ta' preżentazzjoni tal-petizzjonijiet
Fir-rigward tal-format tal-petizzjonijiet, ix-xejra titreġġa' lura għal dik tal-2014 li l-petizzjonijiet jintbagħtu permezz tal-posta elettronika permezz tal-formola li hemm fl-internet (minn 80 % fl-2014 għal 69,3 % fl-2015) u terġa' titfaċċja l-posta tradizzjonali li żdiedet b'10 % (minn 20 % fl-2014 għal 30,7 % fl-2015). Kif tista' tiġi spjegata din il-bidla fix-xejra, proprju fil-mument meta l-portal tal-internet suppost li jiffaċilita s-sottomissjoni ta' dokumenti, li jiġu mehmiuża diġitalment mal-petizzjonijiet? Forsi ċ-ċittadini li jissottomettu l-petizzjonijiet m'għandhomx għarfien estensiv tal-internet u l-possibilitajiet tiegħu, u għalhekk huwa importanti li tinżamm il-possibilità tal-posta mibgħuta tradizzjonali biex dan jagħmel tajjeb għad-distakk diġitali u forsi bejn il-ġenerazzjonijiet. Forsi l-aċċessibilità tal-portal tal-internet għandha tiġi riveduta sabiex l-użu tiegħu jsir iktar faċli għall-utent.
2015 |
|
2014 |
|||||
Format ta' preżentazzjoni tal-petizzjoni |
Għadd ta' petizzjonijiet |
% |
|
Format ta' preżentazzjoni tal-petizzjoni |
Għadd ta' petizzjonijiet |
% |
|
Posta elettronika |
992 |
69,3 |
|
Posta elettronika |
2174 |
80 |
|
Ittra |
439 |
30,7 |
|
Ittra |
540 |
20 |
|
Il-format ta' preżentazzjoni tal-petizzjonijiet fl-2015
L-istat tal-petizzjonijiet
Rigward l-istat tal-petizzjonijiet, ta' min jindika li l-maġġoranza tal-petizzjonijiet, jiġifieri 80 %, jingħalqu fi żmien sena wara l-ammissibilità u l-ipproċessar tagħhom. Wieħed jista' jikkonferma li għadd limitat biss ta' petizzjonijiet jibqa' miftuħ għal iktar minn erba' snin. Il-petizzjonijiet miftuħa fil-maġġoranza tagħhom jirreferu għal każijiet ta' proċedimenti ta' ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jew għal kwistjonijiet li l-Membri jkunu jixtiequ jsegwu iktar fid-dettall.
Stat tal-petizzjonijiet |
|||||
Sena |
Proċedura miftuħa |
Proċedura magħluqa |
|||
2015 |
519 |
36,3% |
912 |
63,7% |
|
2014 |
385 |
14,2% |
2330 |
85,8 % |
|
2013 |
434 |
15,0% |
2457 |
85,0% |
|
2012 |
190 |
9,6 % |
1796 |
90,4% |
|
2011 |
94 |
6,6% |
1320 |
93,4% |
|
2010 |
60 |
3,6% |
1596 |
96,4% |
|
2009 |
25 |
1,3 % |
1899 |
98,7 % |
|
2008 |
34 |
1,8% |
1852 |
98,2% |
|
2007 |
32 |
2,1 % |
1474 |
97,9% |
|
2006 |
10 |
1,0 % |
1011 |
99,0% |
|
2005 |
3 |
0,3% |
1013 |
99,7% |
|
2004 |
5 |
0,5 % |
997 |
99,5% |
|
2003 |
0 |
0% |
1315 |
100% |
|
2001 |
0 |
0,% |
1132 |
100% |
|
2000 |
0 |
0 % |
908 |
100 % |
|
L-analiżi tal-istatistiki dwar il-petizzjonijiet juru l-fatt li l-maġġoranza tal-petizzjonijiet li ġew iddikjarati inammissibbli tindika li għad hemm konfużjoni min-naħa tal-petizzjonanti fir-rigward tal-kompetenzi nazzjonali u dawk Ewropej, kif ukoll bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Kunsill tal-Ewropa jew il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem. Dan juri li huwa indispensabbli li jiġu rduppjati l-isforzi mmirati biex iċ-ċittadini jkunu infurmati aħjar dwar x'inhu d-dritt ta' petizzjoni u x'jista' jinkiseb billi ssir petizzjoni lill-Parlament.
Il-portal il-ġdid tal-internet, li sar operattiv f'Novembru 2014, jagħmilha possibbli li l-petizzjonanti jirreġistraw ruħhom, joħolqu petizzjoni, jehmżu id-dokumenti rilevanti u jappoġġjaw jew jaderixxu għal petizzjonijiet eżistenti u ddikjarati ammissibbli, mingħajr il-ħtieġa li joħolqu petizzjoni ġdida.
Hemmhekk il-petizzjonanti se jsibu wkoll informazzjoni dwar il-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u dwar l-possibilità ta' rimedju aktar rapidu billi jużaw netwerks oħra tal-UE jew nazzjonali li huma disponibbli għalihom (SOLVIT, EU Pilot, in-netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi, l-Ombudsman Ewropew, l-ombudsmen nazzjonali jew il-Kumitati għall-Petizzjonijiet tal-parlamenti nazzjonali). Sa ċertu punt, dan jispjega t-tnaqqis sinifikanti fin-numru ta' petizzjonijiet fl-2015, billi hemm possibilità li l-petizzjonanti qed jirrikorru għandu korpi oħra aktar viċin tagħhom jew li jinsabu f'pożizzjoni aħjar biex isolvu l-problemi tagħhom.
Il-Kummissjoni taqbel mal-Parlament li s-SOLVIT għandu jiġi żviluppat aktar u li huwa importanti li l-persuni kollha li jeħtieġuh għandhom ikunu jistgħu jkollhom aċċess għalih u li s-SOLVIT għandu jkollu r-riżorsi meħtieġa biex jagħmlu dan. Madankollu, dan jista' jsir biss f'kooperazzjoni mal-Istati Membri peress li ċ-ċentri nazzjonali tas-SOLVIT jagħmlu parti mill-amministrazzjonijiet nazzjonali. Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri biex tiżviluppa l-potenzjal sħiħ tas-SOLVIT u biex twettaq analiżi aktar sistematika tal-problemi identifikati.
Il-Kummissjoni temmen li meta l-applikant ikun ta l-kunsens tiegħu u bl-approvazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati (minħabba li s-SOLVIT huwa netwerk ta' soluzzjoni tal-problemi bejn l-Istati Membri), id-data tas-SOLVIT tista' tkun aċċessibbli għall-Kumitat għall-Petizzjonijiet f'dawk il-każijiet li jiġu suġġetti għal petizzjonijiet eżaminati mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet. Madankollu, meta l-iżvelar tal-informazzjoni jista' jdgħajjef il-protezzjoni tal-objettiv tal-ispezzjonijiet, l-investigazzjoni u l-verifiki, din l-informazzjoni ma tistax tiġi żvelata sa meta l-protezzjoni ma tkunx għadha meħtieġa, sakemm ma jkunx hemm interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar tagħha.
Il-websajt ġiet skjerata fl-2014 u tinstab fuq: https://petiport.secure.europarl.europa.eu/petitions/mt/main. Barra minn hekk, il-funzjonijiet ta' tiftix, tal-adeżjoni ma' petizzjoni eżistenti u tal-kunfidenzjalità tal-petizzjonant indirizzaw xi wħud mil-lakuni importanti li kien hemm fil-funzjonalitajiet ta' dan il-websajt. Ittellgħu wkoll il-petizzjonijiet tal-2013, l-2014 u l-2015, u bħalissa qed jittellgħu dawk irreġistrati fl-2016, u dan se jagħmel il-ħidma tal-Kumitat aktar trasparenti.
Ir-relazzjonijiet mal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni Ewropea għadha s-sieħba naturali tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-ipproċessar tal-petizzjonijiet minħabba li l-Kummissjoni hija l-gwardjan tal-implimentazzjoni u tal-osservanza tal-leġiżlazzjoni Ewropea. Il-Kummissjoni timpenja ruħha fil-proċess tal-petizzjonijiet u twieġeb malajr kemm jista' jkun il-petizzjonijiet mibgħuta lilha mill-Parlament. It-tweġibiet tal-Kummissjoni jkopru t-talbiet mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħha. It-tweġibiet bil-miktub jiġu segwiti u spjegati fid-dettall waqt id-dibattiti orali tal-laqgħat tal-Kumitat mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea.
Fir-rapport preċedenti tal-2014 il-Kummissjoni ntalbet tinforma lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar l-iżvilupp tal-proċedimenti ta' ksur marbuta direttament mal-petizzjonijiet. Madankollu, skont il-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, din tinforma lill-Parlament dwar każijiet individwali.
Il-Kummissjoni tapplika interpretazzjoni restrittiva tal-eċċezzjonijiet tar-Regolament 1049/2001, kif mitlub kemm mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll mir-Regolament Aarhus (ir-Regolament 1367/2006). L-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament jiddisponi li l-iżvelar għandu jkun żgurat meta l-informazzjoni mitluba tkun marbuta ma' emissjonijiet fl-ambjent. Il-Qorti kkonfermat il-politika kurrenti tal-Kummissjoni li ma tiżvelax dokumenti relatati ma' investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw ksur possibbli tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, anke meta dawn jaffettwaw informazzjoni ambjentali jew informazzjoni dwar l-emissjonijiet (il-Kawża C-514 LPN/11P u l-Kawża C-612 13P ClientEarth).
Wieħed mill-punti kontroversjali bejn il-Kummissjoni u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet kien l-interpretazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u b'mod partikolari l-Artikolu 51 tagħha li jiddisponi, fost l-oħrajn, li l-Karta hija indirizzata lill-Istati Membri unikament meta jkunu qed jimplimentaw il-dritt tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni tinterpreta din id-dispożizzjoni skont il-każistika permanenti tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Kummissjoni tqis li dan ma jfissirx li ċ-ċittadini jitħallew mingħajr protezzjoni meta jqisu li d-drittijiet fundamentali tagħhom qed jinkisru fil-każijiet fejn ma tapplikax il-liġi tal-UE. F'każijiet bħal dawn, hija r-responsabilità tal-Istati Membri li jiggarantixxu li d-drittijiet fundamentali jiġu rispettati u protetti, b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom u l-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem b'mod effettiv. F'każijiet bħal dawn, għandu jintalab rimedju fil-livell nazzjonali permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, bħal pereżempju permezz tal-ombudsman jew permezz tal-qrati, u wara li jkunu ġew eżawriti r-rimedji nazzjonali, quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu. Għandha tinġibed l-attenzjoni lejn l-impenn espress mis-Sur Frans Timmermans, Viċi President tal-Kummissjoni, li jiġu studjati d-diffikultajiet u l-limitazzjonijiet li jaffaċċjaw il-petizzjonijiet skont l-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
Ir-relazzjonijiet mal-Kunsill
Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jilqa' l-preżenza tal-Kunsill fil-laqgħat tiegħu, għalkemm jiddispjaċih li din il-preżenza ma tiġix tradotta f'kooperazzjoni aktar attiva, li tippermetti li jiġu żblokkati l-petizzjonijiet li għalihom il-kooperazzjoni mal-Istati Membri tkun deċiżiva. Fl-istess ħin, madankollu, jenfasizza l-isforzi ta' ċerti Stati Membri bħall-Italja, il-Greċja u Spanja li jsegwu regolarment il-laqgħat tal-Kumitat.
Ir-relazzjonijiet mal-Ombudsman Ewropew – is-seduti tal-Ombudsman
Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu relazzjonijiet interistituzzjonali tajbin mal-Ombudsman Ewropew, Emily O'Reilly, li din tal-aħħar interveniet diversi drabi quddiem il-Kumitat. L-Ombudsman ippreżentat ir-rapport annwali tagħha lill-President tal-Parlament Ewropew fis-26 ta' Mejju 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015 waqt il-laqgħa tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet.
L-Ombudsman Ewropew għamlet użu akbar mis-setgħa tagħha li tiftaħ investigazzjonijiet strateġiċi fuq inizjattiva proprja u adottat strateġija ġdida għall-ħames snin li ġejjin li ddaħħal approċċ aktar strateġiku sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet sistemiċi u għall-promozzjoni tal-amministrazzjoni tajba.
L-Ombudsman enfasizzat il-kwistjonijiet ewlenin diskussi fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha (it-trasparenza fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, it-trasparenza tal-gruppi tal-lobbying u l-provi kliniċi, id-drittijiet fundamentali, kwistjonijiet etiċi, il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE, proġetti u programmi ffinanzjati mill-UE, u l-politika tal-kompetizzjoni tal-UE).
Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet ħa sehem fl-għaxar Seminar Nazzjonali tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen li sar f'Varsavja, il-Polonja, mis-26 għat-28 ta' April 2015 u li ġie organizzat b'mod konġunt mill-Ombudsman Pollakk, il-Professur Irena Lipowicz, u l-Ombudsman Ewropew, is-Sa Emily O'Reilly. Is-suġġett tas-seminar kien "Ombudsmen kontra d-diskriminazzjoni".
Il-kooperazzjoni mas-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew
Is-Servizz Legali jirrappreżenta lill-Parlament quddiem il-korpi ġudizzjarji kollha, jipprovdi pariri legali lill-korpi kollha tal-Parlament u regolarment jipparteċipa fid-dibattiti tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, fejn jagħti l-opinjoni tiegħu meta jintalab jagħmel dan mill-President. Fl-2015 ġie mitlub jagħti opinjoni dwar l-aċċess għall-bażi tad-data e-Petition għall-Membri kollha tal-Parlament Ewropew.
Il-missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni li saru fl-2015 u ż-żjarat f'istituzzjonijiet oħra
Fil-5 ta' Mejju 2015, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet ospita żjara ta' delegazzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ġermaniż (Bundestag) fejn ġew diskussi għadd ta' petizzjonijiet Ġermaniżi fil-preżenza tal-President, is-Sur Kersten Steinke, u wkoll ġew diskussi suġġetti relatati mat-tassazzjoni, il-moviment liberu tal-merkanzija u tal-persuni, l-agrikoltura u s-saħħa.
Fil-5 u s-6 ta' Novembru 2015 saret żjara ta' ġbir ta' informazzjoni f'Londra dwar kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tat-tfal fir-Renju Unit u b'mod partikolari dwar il-kwistjoni tal-adozzjoni mingħajr kunsens tal-ġenituri. Uħud mill-petizzjonijiet riċevuti sostnew li l-awtoritajiet responsabbli kienu ħadu miżuri diskriminatorji għad-detriment ta' ġenituri li mhumiex Brittaniċi. Il-membri tad-delegazzjoni kellhom l-opportunità jifhmu aħjar is-sitwazzjoni billi ltaqgħu mar-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet kompetenti differenti fir-Renju Unit. Il-membri tad-delegazzjoni ħejjew rapport u rakkomandazzjonijiet li għandu jittieħed vot dwarhom fil-Kumitat fl-2016.
Is-seduti pubbliċi u s-seduti ta' smigħ dwar l-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej
Fis-26 ta' Frar 2015 il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali organizzaw b'mod konġunt seduta ta' smigħ dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011.
Fil-11 ta' Mejju 2015 il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Kumitat għall-Agrikoltura, l-Ambjent u l-Industrija organizzaw b'mod konġunt seduta ta' smigħ dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej "Inwaqqfu l-vivisezzjoni".
Fit-23 ta' Ġunju 2015 il-Kumitat għall-Petizzjonijiet organizza seduta ta' smigħ dwar id-drittijiet li wieħed jagħmel petizzjoni fejn ġew indirizzati t-temi li ġejjin: id-dritt ta' petizzjoni bħala dritt fundamentali, inklużi l-ġurisprudenza riċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar id-dritt ta' petizzjoni u l-impatt tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fuq il-leġiżlazzjoni Ewropea. Għal din is-seduta attendew diversi membri tal-Assemblea Nazzjonali ta' Wales: is-Sur William Powell, President tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u s-Sur Joyce Watson, Membru tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Assemblea Nazzjonali ta' Wales.
Fil-15 ta' Ottubru 2015 il-Kumitat għall-Petizzjonijiet organizza seduta ta' smigħ dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, mill-perspettiva tal-petizzjonijiet mibgħuta. Fil-bidu tas-smigħ ġie ppreżentat studju dwar "Ir-rwol ta' protezzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità" mill-Professur Mark Priestley taċ-Ċentru ta' Studji dwar id-Diżabilità tal-Università ta' Leeds.
Fl-1 ta' Diċembru 2015 il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali organizzaw sessjoni ta' ħidma dwar l-adozzjonijiet bejn il-fruntieri.
Suġġetti ewlenin fl-2015
Il-leġiżlazzjoni dwar is-self ipotekarju u l-istrumenti finanzjarji riskjużi
F'April 2015 ġie diskuss għadd ta' petizzjonijiet li żvelaw l-istejjer personali traġiċi ta' eluf ta' ċittadini li kienu tilfu t-tfaddil kollu jew parti minnu li kienu akkumulaw tul ħajjithom f'ishma preferuti. Petizzjonijiet oħra rrepetew l-ilmenti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li pprotestaw kontra l-iżgumbramenti, kontra it-termini abbużivi f'kuntratti ta' self ipotekarju u kontra n-nuqqas ta' protezzjoni tal-konsumaturi. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet għamel għadd ta' rakkomandazzjonijiet għall-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-drittijiet ipotekarju. Il-Kummissjoni ġiet mistiedna speċifikament biex tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni fl-Istati Membri kollha tad-Direttiva 2014/17/UE dwar il-kreditu ipotekarju u biex taqsam l-aħjar prattiki biex titjieb il-protezzjoni taċ-ċittadini f'diffikultà finanzjarja, filwaqt li ġie enfasizzat li l-edukazzjoni finanzjarja bażika għandha tkun għodda oħra kontra l-konsegwenzi tal-insolvenza. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet iddeċieda li jagħmel mistoqsija orali dwar il-leġiżlazzjoni ipotekarja u l-istrumenti finanzjarji riskjużi fi Spanja u jagħmel dan id-dibattitu fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew permezz ta' riżoluzzjoni.
L-Ambjent
F'Novembru ġiet diskussa sensiela ta' petizzjonijiet dwar it-titjiriet billejl fl-ajruporti fl-Ewropa u l-konsegwenzi serji tagħhom għal dawk li jgħixu fl-inħawi tal-ajruporti ta' Kolonja/Bonn, Frankfurt, Siena, Brussell, Charles de Gaulle-Roissy, Madrid Barajas, Bergamo u Ciampino f'Ruma.
F'Novembru ġiet diskussa sensiela ta' petizzjonijiet dwar il-konservazzjoni ta' speċi mhedda bl-estinzjoni fl-Ewropa, il-lupu: f'Sassonja (il-Ġermanja), f'Asturias (Spanja), u fl-Isvezja.
Id-diżabilità
Diversi petizzjonijiet diskussi f'Settembru 2015, bħal dik ippreżentata f'isem il-Federazzjoni Ewropea tad-Diżabilità, b'1 364 984 firma, dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità (miljun għad-diżabilità), jevidenzjaw id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-persuni b'diżabilità u l-fatt li dawn ma jgawdux mill-libertajiet u d-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità.
F'Jannar 2015 is-Sa Rosa Estaràs u s-Sa Soledad Cabezón Ruiz inħatru bħala membri li jirrapreżentaw il-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-istrutturi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità u attendew l-eżami tar-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea mill-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità f'Ġinevra, l-Isvizzera, fis-27 u t-28 ta' Awwissu 2015.
Konklużjonijiet
Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu l-opportunità u l-isfida kbira, wara l-avvenimenti reċenti fir-Renju Unit, li jżomm id-djalogu maċ-ċittadini, peress li għandu l-potenzjal li jerġa' joħloq il-kuntatt bejn l-istituzzjonijiet u ċittadini tal-UE;
Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet irid jisma' u jgħin biex jiġu risolti l-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom iċ-ċittadini tal-Unjoni, billi, permezz tal-petizzjonijiet, wieħed jista' jivvaluta l-impatt tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fuq il-ħajja ta' kuljum, u b'hekk tista' tissaħħaħ il-kapaċità ta' reazzjoni tal-Parlament Ewropew li jgħin biex jiġu solvuti problemi relatati primarjament mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Il-petizzjonijiet huma sors siewi ta' informazzjoni meta jiġu biex jidentifikaw nuqqasijiet fil-mod ta' kif tiġi applikata l-liġi tal-UE.
. Permess tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet aħna rridu naħdmu biex nerġgħu niksbu l-fiduċja taċ-ċittadini fil-proġett Ewropew u għandna nagħmlu dan billi nisimgħu u nsolvu l-problemi li qed ikiddu liċ-ċittadini.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
29.11.2016 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
16 10 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marina Albiol Guzmán, Margrete Auken, Beatriz Becerra Basterrechea, Heinz K. Becker, Soledad Cabezón Ruiz, Pál Csáky, Rosa Estaràs Ferragut, Eleonora Evi, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Peter Jahr, Jude Kirton-Darling, Svetoslav Hristov Malinov, Notis Marias, Edouard Martin, Roberta Metsola, Marlene Mizzi, Julia Pitera, Gabriele Preuß, Laurenţiu Rebega, Yana Toom, Jarosław Wałęsa, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Kostadinka Kuneva, Ángela Vallina, Boris Zala |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
16 |
+ |
|
ALDE |
Beatriz Becerra Basterrechea, Yana Toom, , Cecilia Wikström |
|
EFDD |
Eleonora Evi |
|
GUE/NGL |
Marina Albiol Guzmán, Kostadinka Kuneva, Ángela Vallina, |
|
S&D |
Soledad Cabezón Ruiz, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Jude Kirton-Darling, Edouard Martin, , Marlene Mizzi, , Gabriele Preuß, Boris Zala |
|
VERTS/ALE |
Margrete Auken, Tatjana Ždanoka |
|
10 |
- |
|
ECR |
Notis Marias |
|
ENF |
Laurenţiu Rebega |
|
PPE |
Heinz K. Becker, Pál Csáky, Rosa Estaràs Ferragut,, Peter Jahr, Svetoslav Hristov Malinov, Roberta Metsola, Julia Pitera, Jarosław Wałęsa |
|
0 |
0 |
|
- |
- |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjonijiet