Proċedura : 2013/0029(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0371/2016

Testi mressqa :

A8-0371/2016

Dibattiti :

PV 12/12/2016 - 10
CRE 12/12/2016 - 10

Votazzjonijiet :

PV 14/12/2016 - 9.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0498

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 694kWORD 52k
7.12.2016
PE 592.232v02-00 A8-0371/2016

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja

(11199/1/2016– C8-0426/2016 – 2013/0029(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: David-Maria Sassoli

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja

(11199/1/2016 – C8-0426/2016 – 2013/0029(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11199/1/2016 – C8-0426/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mis-Senat Franċiż, mill-Parlament Litwan, mill-Kamra tad-Deputati tal-Lussemburgu, mis-Senat tan-Netherlands, mill-Kamra tad-Deputati tan-Netherlands u mill-Parlament Żvediż, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju t' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Ottubru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0029),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0371/2016),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.

(2)

ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.

(3)

Testi adottati, P7_TA(2014)0147.


NOTA SPJEGATTIVA

1. Il-pilastru tas-suq tar-Raba' Pakkett Ferrovjarju

Il-pilastru tas-suq tar-Raba' Pakkett Ferrovjarju huwa kompost minn tliet proposti leġiżlattivi:

1.  Proposta biex tiġi emendata d-Direttiva 2012/34/EU li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja;

2.  Proposta biex jiġi emendat ir-Regolament Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija;

3.  Proposta biex jitħassar ir-Regolament Nru 1192/69 dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija

2. Il-proposta tal-Kummissjoni għall-emendar tad-Direttiva 2012/34/UE

Din il-proposta leġiżlattiva, magħrufa wkoll bħala "d-Direttiva dwar il-Governanza", kellha b'mod partikolari l-objettivi li ġejjin:

  Il-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri bil-għan li tiġi intensifikata l-pressjoni kompetittiva fuq is-swieq ferrovjarji domestiċi, sabiex titkattar il-kwantità u tittejjeb il-kwalità tas-servizzi għall-passiġġieri. Is-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u s-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri internazzjonali ilhom miftuħin għall-kompetizzjoni sa mill-2007 u l-2010 rispettivament, permezz tal-adozzjoni tal-pakketti ferrovjarji preċedenti. Il-proposta trid tinqara flimkien mal-emendi proposti għar-Regolament 1370/2007, u f'dan il-kuntest għandha l-għan li żżid l-effiċjenza tal-finanzjament pubbliku tas-servizzi tal-passiġġieri.

b)  Titjib tal-governanza tal-amministratur tal-infrastruttura bl-objettiv li jiġi żgurat l-aċċess indaqs għall-infrastruttura. Dan għandu jintlaħaq permezz tat-tneħħija tal-kunflitti ta' interess li jolqtu d-deċiżjonijiet tal-amministratur tal-infrastruttura dwar l-aċċess għas-suq u l-eliminazzjoni tal-potenzjal, li jeżisti fi strutturi integrati, tal-għoti ta' sussidji reċiproċi bejn l-amministraturi tal-infrastruttura u l-intrapriżi ferrovjarji. Il-proposta kellha wkoll il-mira li tiżgura li l-funzjonijiet kollha ta' amministratur tal-infrastruttura jiġu amministrati b'mod konsistenti. Fl-aħħar nett, il-proposta kellha l-għan li ssaħħaħ il-koordinazzjoni bejn l-amministraturi tal-infrastruttura u l-operaturi ferrovjarji sabiex jiġu indirizzati aħjar il-ħtiġijiet tas-suq u li ttejjeb il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-amministraturi tal-infrastruttura.

Dawk il-bidliet għandhom jgħollu l-livell tal-kompetizzjoni, jiggarantixxu t-trasparenza finanzjarja u kundizzjonijiet ta' finanzjament ġusti. Huwa mistenni li l-aċċess ugwali għas-suq u l-għadd dejjem jiżdied ta' operaturi fl-aħħar mill-aħħar jiġġeneraw attività kummerċjali ġdida u traffiku addizzjonali. Il-kompetizzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni li kulma jmur qed jiżdiedu tal-parteċipanti tas-suq għandu jkollhom ukoll effett pożittiv fuq il-produttività u l-effiċjenza u jwasslu għal żidiet fl-investiment fl-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju.

Taħlita ta' "aċċess miftuħ" u ta' proċeduri ta' offerti kompetittivi għal kuntratti ta' servizz pubbliku għandha tippermetti l-ftuħ ulterjuri tas-suq bħal dak li nkiseb diġà fis-suq tat-trasport tal-merkanzija u tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri, b'evidenza fis-suq aktar matur tat-trasport tal-merkanzija li dan il-ftuħ wassal biex is-settur ferrovjarju jkollu sehem akbar mis-suq.

Iż-żieda fil-kompetizzjoni għandha ssaħħaħ l-attrattività tas-settur ferrovjarju u tagħmel is-settur aktar sensittiv għall-bżonnijiet tal-klijenti, sabiex l-operaturi ferrovjarji jkunu jistgħu jikkompetu ma' modi oħra tat-trasport. L-iżvilupp ulterjuri tas-servizzi ta' veloċità għolja tal-passiġġieri għandu wkoll jagħmel lis-settur ferrovjarju aktar kompetittiv filwaqt li jkabbar sehmu fis-suq u jikkontribwixxi għall-ilħiq tal-miri li jirrigwardaw it-tibdil fil-klima.

It-tkabbir fl-attività ferrovjarja għandu jżid ukoll id-domanda għal ħaddiema ferrovjarji kkwalifikati u għal operaturi ta' faċilitajiet ta' servizzi ferrovjarji iżda wkoll id-domanda għal-vetturi ferrovjarji, u b'hekk se jinħolqu impjiegi ġodda fil-manifattura ferrovjarja.

3. Negozjati interistituzzjonali

Wara l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014, in-negozjati interistituzzjonali (bl-għan li jintlaħaq ftehim bikri fit-tieni qari) seħħew, minn Ottubru 2015 sa April 2016, taħt il-Presidenza Lussemburgiża u l-Presidenza Netherlandiża tal-Kunsill. Wara sitt ċikli ta' trilogi, it-tim tan-negozjati tal-Parlament laħaq ftehim mal-Presidenza tal-Kunsill fid-19 ta' April 2016.

It-test tal-ftehim tressaq quddiem il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (TRAN) u ġie approvat fit-12 ta' Lulju 2016. Abbażi tal-approvazzjoni tal-Kumitat, il-President tal-Kumitat TRAN, fl-ittra tiegħu lill-President tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (COREPER I), qal li kien se jirrakkomanda li l-Plenarja tapprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari mingħajr emendi, sakemm din tkun konformi mal-ftehim milħuq bejn iż-żewġ istituzzjonijiet. Wara verifika ġuridikolingwistika, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fis-17 ta' Ottubru 2016, f'konformità mal-Ftehim.

4. Il-kisbiet ewlenin tal-Parlament Ewropew:

Ir-rwol tal-Parlament kien strumentali biex jintlaħaq qbil ġenerali mal-Kunsill bil-għan li jiġu żgurati l-imparzjalità u l-indipendenza tal-maniġers tal-infrastruttura u l-ftuħ tas-suq ferrovjarju. B'mod partikolari, il-Parlament kiseb dan li ġej:

  iddaħħlu fis-seħħ salvagwardji biex jiġu żgurati l-imparzjalità u l-indipendenza tal-maniġer tal-infrastruttura, billi ġew imsaħħa d-dispożizzjonijiet dwar: il-mandati doppji, il-funzjonijiet essenzjali, l-immaniġġjar tat-traffiku u l-ippjanar tal-manutenzjoni, l-esternalizzazzjoni u l-kondiviżjoni tal-funzjonijiet tal-maniġer tal-infrastruttura, it-trasparenza finanzjarja;

  l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas nazzjonali għall-valutazzjoni tal-kunflitti ta' interessi. Fi ħdan dan il-qafas, il-korpi regolatorji għandhom iqisu kwalunkwe interess personali finanzjarju, ekonomiku jew professjonali li jista' jinfluwenza b'mod mhux xieraq l-imparzjalità tal-maniġer tal-infrastruttura.

  ġew stabbiliti regoli speċjali li jirregolaw l-aċċess tas-servizzi ta' veloċità għolja tal-passiġġieri għall-infrastruttura ferrovjarja tal-Unjoni, bil-ħsieb li jiġi żviluppat is-suq tas-servizzi ta' veloċità għolja tal-passiġġieri u l-promozzjoni tal-kompetittività tagħha għall-benefiċċju tal-passiġġieri; dawk ir-regoli ġodda, stabbiliti fl-Artikolu 11a, jispeċifikaw li l-aċċess ta' servizzi tal-passiġġieri ta' veloċità għolja għandu jkun soġġett esklussivament għar-rekwiżiti adottati mill-korp regolatorju bi qbil ma' dak l-Artikolu. Bħala riżultat tal-Artikolu 11a, ir-Rapporteur jirrileva li l-Istati Membri ma jistgħux jillimitaw l-aċċess għas-servizzi tal-passiġġieri ta' veloċità għolja għall-infrastruttura ferrovjarja tal-Unjoni skont l-Artikolu 11(1);

  dwar kwistjonijiet soċjali: intrapriża ferrovjarja li tkun qed tapplika għal liċenzja, jew il-persuni responsabbli mill-amministrazzjoni tagħha, m'għandhomx ikunu nstabu ħatja ta' offiżi serji ħerġin minn obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet kollettivi vinkolanti; il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll jekk jeħtieġx miżuri leġiżlattivi dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-persunal ferrovjarju ta' abbord;

  ikunu ġew stabbiliti mekkaniżmi ta' koordinazzjoni obbligatorji bejn l-amministraturi tal-infrastruttura u l-intrapriżi ferrovjarji;

  ir-rwol tan-Netwerk Ewropew tal-Amministraturi tal-Infrastruttura ġie msaħħaħ, inkluż mekkaniżmi li jiżguraw valutazzjoni komparattiva tal-prestazzjoni tagħhom;

  is-setgħat tal-korpi regolatorji ġew imsaħħa u ġie stabbilit mekkaniżmu ta' kooperazzjoni fir-rigward tal-koordinazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' żewġ korpi regolatorji rigward servizzi ferrovjarji internazzjonali jew infrastruttura binazzjonali;

  l-iżvilupp tas-suq ta' sistemi komuni ta' informazzjoni u ta' ħruġ ta' biljetti li jinkludu t-trażbord tressaq bħala prijorità, bil-għan li jiġi ffaċilitat it-trasport multimodali u transfruntier aktar effiċjenti tal-passiġġieri; il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżviluppi tas-suq ferrovjarju fir-rigward tal-introduzzjoni ta' sistemi bħal dawn, u tippreżenta sal-2022 rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li għandu jiġi akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposti leġiżlattivi.

5. Rakkomandazzjoni

Billi l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari hija konformi mal-ftehim milħuq matul in-negozjati interistituzzjonali, ir-rapporteur jirrakkomanda li din tiġi approvata mingħajr emendi.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja

Referenzi

11199/1/2016 – C8-0426/2016 – 2013/0029(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

26.2.2014                     T7-0147/2014

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2013)0029 - C7-0025/2013

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

27.10.2016

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

27.10.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

David-Maria Sassoli

13.10.2014

 

 

 

Rapporteurs preċedenti

David-Maria Sassoli

 

 

 

Eżami fil-kumitat

10.11.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

5.12.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

14

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Deirdre Clune, Michael Cramer, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Bruno Gollnisch, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Renaud Muselier, Jens Nilsson, Salvatore Domenico Pogliese, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Dalton, Fabio De Masi, Maria Grapini, Werner Kuhn, Ramona Nicole Mănescu, Matthijs van Miltenburg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jeroen Lenaers

Data tat-tressiq

7.12.2016

Avviż legali - Politika tal-privatezza