Proċedura : 2015/0284(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0378/2016

Testi mressqa :

A8-0378/2016

Dibattiti :

PV 17/05/2017 - 17
CRE 17/05/2017 - 17

Votazzjonijiet :

PV 18/05/2017 - 11.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0224

RAPPORT     ***I
PDF 1517kWORD 165k
9.12.2016
PE 585.465v01-00 A8-0378/2016

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iżgurar tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fis-suq intern

(COM(2015)0627 – C8-0392/2015 – 2015/0284(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Jean-Marie Cavada

Rapporteurs għal opinjoni (*):

Marco Zullo, Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iżgurar tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fis-suq intern

(COM(2015)0627 – C8-0392/2015 – 2015/0284(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0627),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8-0392/2015),

–   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' April 2016(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0378/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu, li jinqara flimkien mal-Artikolu 169 tiegħu,

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Peress li s-suq intern jikkonsisti f'żona mingħajr fruntieri interni li tiddependi, inter alia, fuq il-moviment ħieles tas-servizzi u l-persuni, għandu jiġi stipulat li l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw is-servizzi tal-kontenut onlajn li joffru aċċess għal kontenut bħal mużika, logħob, films jew avvenimenti sportivi, mhux biss fl-Istat Membru tagħhom ta' residenza, iżda wkoll meta jkunu temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni. Għalhekk, l-ostakli li jfixklu l-aċċess u l-użu ta' dawn is-servizzi tal-kontenut onlajn transkonfinali għandhom jiġu eliminati.

(1)  L-aċċess tal-konsumaturi għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn akkwistat legalment minn qabel fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom huwa ta' benefiċċju għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u għall-infurzar effettiv tal-prinċipji tal-moviment ħieles tal-persuni u s-servizzi. Peress li s-suq intern jikkonsisti f'żona mingħajr fruntieri interni li tiddependi, inter alia, fuq il-moviment ħieles tas-servizzi u l-persuni, hu meħtieġ li jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu jistgħu jużaw is-servizzi tal-kontenut onlajn li joffru aċċess għal kontenut bħal mużika, logħob, films, programmi ta' divertiment jew avvenimenti sportivi, mhux biss fl-Istat Membru tagħhom ta' residenza, iżda wkoll meta jkunu temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni, pereżempju għal raġunijiet ta' divertiment, ta' negozju jew ta' studju. Għalhekk, ostakli li jfixklu l-aċċess u l-użu ta' dawn is-servizzi tal-kontenut onlajn transkonfinali jeħtieġ li jiġu eliminati, mill-aktar fis possibbli, mingħajr ebda spiża addizzjonali għall-utent, b'mod partikolari fis-setturi li fihom il-portabbiltà tal-kontenut onlajn għadha limitata.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-iżvilupp teknoloġiku li wassal għall-proliferazzjoni ta' tagħmir portabbli bħal tablets u smartphones jiffaċilita dejjem iktar l-użu tas-servizzi tal-kontenut onlajn billi jipprovdi aċċess għalihom irrispettivament minn fejn jinsabu l-konsumaturi. Hemm domanda dejjem akbar mill-konsumaturi għall-aċċess għall-kontenut u għas-servizzi onlajn innovattivi, mhux biss f'pajjiżhom, iżda wkoll meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni.

(2)  L-iżvilupp teknoloġiku li wassal għall-proliferazzjoni ta' apparati portabbli bħal laptops, tablets u smartphones jiffaċilita dejjem iktar l-użu tas-servizzi tal-kontenut onlajn billi jipprovdi aċċess għalihom irrispettivament minn fejn jinsabu l-konsumaturi. Hemm domanda dejjem akbar mill-konsumaturi għall-aċċess għall-kontenut u għas-servizzi onlajn innovattivi. Din il-forma ġdida ta' konsum jenħtieġ li tiġi akkumpanjata minn miżuri li jiffaċilitaw l-aċċess għas-servizzi tal-kontenut onlajn għall-abbonati li jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, għall-benefiċċju tal-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea. L-implimentazzjoni kkontrollata, issorveljata u proporzjonata tal-portabbiltà transkonfinali se tipprovdi lill-benefiċjarji tagħha b'mezzi addizzjonali biex jaċċedu għall-kontenut onlajn b'mod legali. Il-kunċett ta' "preżenza temporanja" jenħtieġ li jkun proporzjonat mal-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li joffri l-portabbiltà transkonfinali ta' servizzi tal-kontenut onlajn lill-abbonati li jgħixu b'mod temporanju fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni u li r-residenza abitwali tagħhom tkun fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-konsumaturi qegħdin jidħlu dejjem aktar f'arranġamenti kuntrattwali mal-fornituri tas-servizzi għall-forniment ta' servizzi tal-kontenut onlajn. Madankollu, il-konsumaturi li huma temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni ta' spiss ma jkunux jistgħu jaċċessaw u jużaw is-servizzi tal-kontenut onlajn li jkunu akkwistaw id-dritt li jużaw f'pajjiżhom.

(3)  Il-konsumaturi qegħdin jidħlu dejjem aktar f'arranġamenti kuntrattwali mal-fornituri tas-servizzi għall-forniment ta' servizzi tal-kontenut onlajn. Madankollu, il-konsumaturi li jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni ta' spiss ma jkunux jistgħu jkomplu jaċċedu għal u jużaw is-servizzi tal-kontenut onlajn li għalihom ikunu akkwistaw legalment id-dritt li jużaw fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Hemm numru ta' ostakli li jfixklu l-forniment ta' dawn is-servizzi lill-konsumaturi temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. Ċerti servizzi onlajn jinkludu kontenut bħal mużika, logħob jew films li huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati skont il-liġijiet tal-Unjoni. B'mod partikolari, l-ostakli għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn jirriżultaw mill-fatt li d-drittijiet għat-trażmissjoni tal-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati bħax-xogħlijiet awdjoviżivi ta' spiss jiġu lliċenzjati fuq bażi territorjali, kif ukoll mill-fatt li l-fornituri tas-servizzi onlajn jistgħu jagħżlu li jservu swieq speċifiċi biss.

(4)  Hemm numru ta' ostakli li jfixklu l-forniment ta' dawn is-servizzi lill-konsumaturi temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. Ċerti servizzi onlajn jinkludu kontenut bħal mużika, logħob, programmi ta' divertiment jew films li huma protetti mid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati skont il-liġijiet tal-Unjoni. Attwalment, il-problemi marbuta mal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn huma differenti minn settur għal ieħor: id-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill1a tindirizza s-settur tal-mużika u tippermetti liċenzji multiterritorjali u liċenzji pan-Ewropej, filwaqt li s-settur awdjoviżiv, li fih hu predominanti l-mudell ta' ħruġ ta' liċenzji territorjali esklużivi, għadu ma ġiex indirizzat. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jsolvi d-diffikultajiet marbuta mal-għoti ta' portabbiltà fis-setturi kkonċernati mingħajr ma jiġi affettwat il-livell għoli ta' protezzjoni żgurat mid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fl-Unjoni, b'mod partikolari l-mudell ta' ħruġ ta' liċenzji territorjali eżistenti, li għandu rwol ewlieni fil-finanzjament u l-produzzjoni ta' kontenut kulturali adattat kif jixraq lis-swieq differenti fl-Unjoni, u għaldaqstant jikkontribwixxi għat-tkomplija ta' diversità kulturali Ewropea b'saħħitha.

 

__________________

 

1aId-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-istess japplika għal kontenut ieħor bħal avvenimenti sportivi li mhuwiex protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati skont il-liġijiet tal-Unjoni, iżda li jistgħu jkunu protetti bid-drittijiet tal-awtur, bi drittijiet relatati jew permezz ta' leġiżlazzjoni speċifika oħra skont il-liġijiet nazzjonali u li spiss ikunu lliċenzjati wkoll mill-organizzaturi ta' dawn l-avvenimenti jew ikunu offruti mill-fornituri tas-servizzi onlajn fuq bażi territorjali. It-trażmissjonijiet ta' dan il-kontenut minn organizzazzjonijiet tax-xandir huma protetti bi drittijiet relatati li ġew armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, it-trażmissjoni ta' dan il-kontenut ta' spiss tinkludi elementi protetti bid-drittijiet tal-awtur, bħal mużika, sekwenzi ta' vidjows tal-ftuħ jew tal-għeluq jew elementi grafiċi. Barra minn hekk, ċerti aspetti ta' dawn it-trażmissjonijiet ta' avvenimenti ta' importanza maġġuri għas-soċjetà jew avvenimenti ta' interess kbir għall-pubbliku għal rapporti ta' aħbarijiet qosra, ġew armonizzati bid-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fl-aħħar nett, is-servizzi tal-midja awdjoviżiva skont it-tifsira tad-Direttiva 2010/13/UE jinkludu servizzi li jipprovdu aċċess għal kontenut bħal avvenimenti sportivi, aħbarijiet jew avvenimenti attwali.

(5)  L-istess japplika għal kontenut ieħor bħal avvenimenti sportivi li mhuwiex protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati skont il-liġijiet tal-Unjoni, iżda li jistgħu jkunu protetti bid-drittijiet tal-awtur, bi drittijiet relatati jew permezz ta' leġiżlazzjoni speċifika oħra skont il-liġijiet nazzjonali u li spiss ikunu liċenzjati wkoll mill-organizzaturi ta' tali avvenimenti jew ikunu offruti mill-fornituri tas-servizzi onlajn fuq bażi territorjali. It-trażmissjonijiet ta' dan il-kontenut minn organizzazzjonijiet tax-xandir huma protetti bi drittijiet relatati li ġew armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, it-trażmissjonijiet ta' tali kontenut ta' spiss jinkludu elementi protetti mid-drittijiet tal-awtur, bħal mużika, sekwenzi ta' vidjows tal-ftuħ jew tal-għeluq jew elementi grafiċi. Barra minn hekk, ċerti aspetti ta' dawn it-trażmissjonijiet relatati ma' avvenimenti ta' importanza maġġuri għas-soċjetà jew avvenimenti ta' interess kbir għall-pubbliku għal rapporti ta' aħbarijiet qosra, ġew armonizzati mid-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22. Fl-aħħar nett, is-servizzi tal-midja awdjoviżiva skont it-tifsira tad-Direttiva 2010/13/UE jinkludu servizzi li jipprovdu aċċess għal kontenut bħal avvenimenti sportivi, aħbarijiet jew avvenimenti attwali. L-Artikolu 167(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li l-Unjoni tqis l-aspetti kulturali fl-azzjonijiet tagħha taħt dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati. Jenħtieġ għalhekk li, ir-rispett tad-diversità kulturali, u l-aċċess għaliha, previsti mill-Konvenzjoni tal-Unesco tal-20 ta' Ottubru 2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, jitqiesu wkoll skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

__________________

__________________

22 Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1–24.

22 Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1–24).

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għalhekk, dejjem iktar, is-servizzi tal-kontenut onlajn qed jiġu kkummerċjalizzati f'pakkett li fih il-kontenut li ma jkunx protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati ma jistax jiġi separat mill-kontenut li huwa protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati mingħajr ma l-valur tas-servizz ipprovdut lill-konsumaturi jitnaqqas b'mod sostanzjali. Dan huwa speċjalment il-każ tal-kontenut premium bħal avvenimenti sportivi jew avvenimenti oħra ta' interess sinifikanti għall-konsumaturi. Sabiex il-fornituri tas-servizzi jkunu jistgħu jwasslu lill-konsumaturi l-aċċess sħiħ għas-servizzi tal-kontenut onlajn tagħhom, huwa indispensabbli li dan ir-Regolament ikopri wkoll dan il-kontenut użat mis-servizzi tal-kontenut onlajn u, għalhekk, li japplika għas-servizzi tal-mezzi awdjoviżivi fit-tifsira tad-Direttiva 2010/13/UE, kif ukoll għat-trażmissjonijiet tal-organizzazzjonijiet tax-xandir fl-intier tagħhom.

(6)  Għalhekk, dejjem iktar, is-servizzi tal-kontenut onlajn qed jiġu kkummerċjalizzati f'pakkett li fih il-kontenut li ma jkunx protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati ma jistax jiġi separat mill-kontenut li huwa protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati mingħajr ma l-valur tas-servizz ipprovdut lill-konsumaturi jitnaqqas b'mod sostanzjali. Dan huwa speċjalment il-każ tal-kontenut premium bħal avvenimenti sportivi jew avvenimenti oħra ta' interess sinifikanti għall-konsumaturi. Sabiex il-fornituri tas-servizzi jkunu jistgħu jwasslu lill-konsumaturi l-aċċess sħiħ għas-servizzi tal-kontenut onlajn tagħhom matul il-preżenza temporanja ta' dawn il-konsumaturi fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza tagħhom, huwa indispensabbli li dan ir-Regolament ikopri wkoll dan il-kontenut użat mis-servizzi tal-kontenut onlajn u, għalhekk, li japplika għas-servizzi tal-midja awdjoviżivi fit-tifsira tad-Direttiva 2010/13/UE, kif ukoll għat-trażmissjonijiet tal-organizzazzjonijiet tax-xandir fl-intier tagħhom.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Id-drittijiet fix-xogħlijiet u f'materjal protett ieħor huma armonizzati, inter alia, fid-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23, id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24, id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25 u fid-Direttiva 2009/24 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26.

(7)  Id-drittijiet fix-xogħlijiet u f'materjal protett ieħor huma armonizzati, inter alia, fid-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23, id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24, fid-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, fid-Direttiva 2009/24 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26, u fid-Direttiva 2014/26/UE.

__________________

__________________

23 Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta' databases ĠU L 077, 27.03.1996, p. 20-28.

23 Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 077, 27.03.1996, p. 20).

24 Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10–19.

24 Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10).

25 Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28–35.

25 Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28).

26 Id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter, ĠU L 111, 5.5.2009, p. 16–22.

26 Id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter (ĠU L 111, 5.5.2009, p. 16).

 

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  L-akkwist ta' liċenzja għad-drittijiet rilevanti mhuwiex dejjem possibbli, b'mod partikolari meta d-drittijiet fil-kontenut jiġu liċenzjali fuq bażi esklussiva. Sabiex tiġi żgurata l-esklussività territorjali, il-fornituri tas-servizzi onlajn ta' spiss jimpenjaw ruħhom, fil-kuntratti tal-liċenzji tagħhom mad-detenturi tad-drittijiet, inklużi organizzazzjonijiet tax-xandir jew organizzaturi tal-avvenimenti, biex jipprevjenu lill-abbonati tagħhom milli jaċċessaw u jużaw is-servizzi tagħhom barra t-territorju li għandu l-liċenzja għalih il-fornitur tas-servizzi. Dawn ir-restrizzjonijiet kuntrattwali imposti fuq il-fornituri tas-servizzi jeħtieġu li l-fornituri jieħdu miżuri bħal li ma jippermettux aċċess għas-servizzi tagħhom mill-indirizzi tal-IP li jinsabu barra mit-territorju kkonċernat. Għalhekk, wieħed mill-ostakoli għall-portabbiltà tas-servizzi tal-kontenut onlajn jinsab fil-kuntratti konklużi bejn il-fornituri tas-servizzi onlajn u l-abbonati tagħhom, li jirriflettu l-klawżoli tar-restrizzjonijiet territorjali inklużi f'kuntratti konklużi bejn dawk il-fornituri tas-servizzi u d-detenturi tad-drittijiet.

(10)  L-akkwist ta' liċenzja għad-drittijiet rilevanti mhuwiex dejjem possibbli, b'mod partikolari meta d-drittijiet fil-kontenut jiġu liċenzjati fuq bażi esklużiva. Sabiex tiġi żgurata l-esklużività territorjali, il-fornituri tas-servizzi onlajn ta' spiss jimpenjaw ruħhom, fil-kuntratti tal-liċenzji tagħhom mad-detenturi tad-drittijiet, inklużi organizzazzjonijiet tax-xandir jew organizzaturi tal-avvenimenti, biex jipprevjenu lill-abbonati tagħhom milli jaċċedu għal u jużaw is-servizzi tagħhom barra t-territorju li jkollu l-liċenzja għalih il-fornitur tas-servizzi. Filwaqt li jiżgura li l-prinċipju tat-territorjalità jiġi rispettat, li huwa essenzjali għall-iżvilupp xieraq u l-finanzjament sostenibbli tas-settur awdjoviżiv u ċinematografiku Ewropew, dan ir-Regolament għandu jissodisfa d-domanda għall-aċċess għal, u l-użu tas-servizzi tal-kontenut onlajn fuq bażi portabbli madwar l-Unjoni għal kwalunkwe abbonat temporanjament preżenti fi Stat Membru għajr l-Istat Membru tar-residenza tiegħu jew tagħha.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Barra minn hekk, fil-Kawżi Magħquda C-403/08 u C-429/08, Football Association Premier League et., EU:C:2011:631, il-Qorti ddeċidiet li ċerti restrizzjonijiet għall-forniment ta' servizzi ma jistgħux jiġu ġġustifikati fid-dawl tal-għan tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

(11)  Barra minn hekk, trid tiġi kkunsidrata s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-403/08 u C-429/08, Football Association Premier League et.1a.

 

_________________

 

1a Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Ottubru 2011, Football Association Premier League et., C-403/08 u C-429/08, ECLI:EU:C:2011:631.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Għalhekk, l-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jadatta l-qafas legali sabiex jiżgura li l-liċenzjar tad-drittijiet ma jibqax jippreżenta ostakli għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fl-Unjoni, u li l-portabbiltà transkonfinali tista' tiġi żgurata.

(12)  Għalhekk, l-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jadatta l-qafas legali fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati sabiex jintlaħaq approċċ komuni għall-forniment ta' servizzi tal-kontenut onlajn lill-abbonati temporanjament preżenti fi Stat Membru għajr l-Istat Membru tar-residenza tagħhom mingħajr ma tiġi imposta ebda spiża addizzjonali fuq l-abbonat, billi tiġi pprovduta finzjoni ġuridika interpretata b'mod strett bl-għan li jitneħħew l-ostakli għall-portabbiltà ta' kontenut onlajn akkwistat legalment relatat mal-ħruġ ta' liċenzji tad-drittijiet. Għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn il-kunċett ta' portabbiltà transkonfinali u dak ta' aċċess transkonfinali, li fl-ebda każ ma jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Dan ir-Regolament għalhekk għandu japplika għas-servizzi tal-kontenut onlajn li fornitur tas-servizzi, wara li jkun kiseb id-drittijiet rilevanti mid-detenturi tad-drittijiet f'territorju partikolari, jipprovdi lill-abbonati tiegħu fuq il-bażi ta' kuntratt, bi kwalunkwe mezz inkluż streaming, tniżżil jew kwalunkwe teknika oħra li tippermetti l-użu ta' dak il-kontenut. Reġistrazzjoni biex jiġu riċevuti twissijiet tal-kontenut jew aċċettazzjoni sempliċi tal-cookies tal-HTML m'għandiex titqies bħala kuntratt għall-forniment ta' servizz tal-kontenut onlajn għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

(13)  Dan ir-Regolament għalhekk għandu japplika għas-servizzi tal-kontenut onlajn li fornitur tas-servizzi, wara li jkun kiseb id-drittijiet rilevanti mid-detenturi tad-drittijiet f'territorju partikolari, jipprovdi lill-abbonati tiegħu fuq il-bażi ta' kuntratt, bi kwalunkwe mezz inkluż streaming, tniżżil, applikazzjonijiet jew kwalunkwe teknika oħra li tippermetti l-użu ta' dak il-kontenut. Reġistrazzjoni biex jiġu riċevuti twissijiet tal-kontenut, reġistrazzjoni sempliċi bbażata fuq informazzjoni personali ġenerali bħall-indirizz elettroniku jew l-isem tal-utent, jew aċċettazzjoni sempliċi tal-cookies tal-HTML m'għandiex titqies bħala kuntratt għall-forniment ta' servizz tal-kontenut onlajn għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Dan ir-Regolament għandu japplika biss għas-servizzi tal-kontenut onlajn li l-abbonati jistgħu jaċċessaw u jużaw b'mod effettiv fl-Istat Membru li jgħixu fih b'mod abitwali, mingħajr ma jiġu limitati għal post speċifiku, peress li mhuwiex xieraq li l-fornituri tas-servizzi li ma joffrux servizzi portabbli f'pajjiżhom ikunu meħtieġa jagħmlu hekk bejn il-fruntieri.

(15)  Dan ir-Regolament għandu japplika biss għas-servizzi tal-kontenut onlajn li l-abbonati jistgħu jaċċedu u jużaw b'mod effettiv fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom, mingħajr ma jiġu limitati għal post speċifiku, peress li mhuwiex xieraq li l-fornituri tas-servizzi li ma joffrux servizzi portabbli fl-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat ikunu meħtieġa jagħmlu hekk bejn il-fruntieri.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti bi ħlas ta' flus. Il-fornituri ta' dawn is-servizzi huma f'pożizzjoni li jivverifikaw l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom. Id-dritt li tuża servizz ta' kontenut onlajn għandu jitqies li huwa akkwistat bi ħlas ta' flus, kemm jekk dan il-ħlas isir direttament lill-fornitur tas-servizz jew lil parti oħra bħal fornitur li joffri pakkett li jgħaqqad servizz ta' telekomunikazzjoni u servizz ta' kontenut onlajn operat minn fornitur ieħor.

(16)  Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti bi ħlas ta' flus. Il-fornituri ta' dawn is-servizzi huma f'pożizzjoni li jivverifikaw l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom. Id-dritt li tuża servizz ta' kontenut onlajn jenħtieġ li jitqies li huwa akkwistat bi ħlas ta' flus, kemm jekk dan il-ħlas isir direttament lill-fornitur tas-servizz jew lil parti oħra bħal fornitur li joffri pakkett li jgħaqqad servizz ta' telekomunikazzjoni u servizz ta' kontenut onlajn operat minn fornitur ieħor. Il-ħlas ta' tariffa obbligatorja bħal tariffa tal-liċenzja tax-xandir pubbliku m'għandux jitqies bħala ħlas ta' flus biex jingħata aċċess għal dawk is-servizzi tal-kontenut onlajn fuq bażi portabbli transkonfinali.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Is-servizzi tal-kontentut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas ta' flus huma inklużi wkoll fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sal-limitu li l-fornituri jivverifikaw l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom. Is-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas ta' flus u li l-fornituri tagħhom ma jivverifikawx l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom għandhom ikunu barra l-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament peress li l-inklużjoni tagħhom tinvolvi bidla kbira fil-mod kif jitwasslu dawn is-servizzi u jinvolvu spejjeż sproporzjonati. F'dak li jirrigwarda l-verifika tal-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat, l-informazzjoni bħal ħlas ta' miżata ta' liċenzja għal servizzi oħra pprovduti fl-Istat Membru tar-residenza, l-eżistenza ta' kuntratt għall-konnessjoni tal-internet jew tat-telefon, l-indirizz tal-IP jew mezzi tal-awtentikazzjoni oħra għandom jiġu invokati, jekk jippermettu lill-fornitur ikollu indikaturi rigward l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tiegħu.

(17)   Attwalment, il-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas ta' flus ġeneralment ma jivverifikawx l-Istat Membru tar-residenza tal-utenti tagħhom b'livell suffiċjenti ta' ċertezza. Madankollu, xi wħud minn dawn il-fornituri diġà jivverifikaw l-Istat Membru tar-residenza tal-utenti tagħhom jew biħsiebhom jagħmlu dan fil-futur qrib. Sabiex jiffavorixxu din it-tendenza, fl-interess tal-konsumatur u mingħajr preġudizzju għall-fornituri li r-riżorsi tekniċi u finanzjarji tagħhom huma limitati, dawn il-fornituri jenħtieġ li jkollhom l-għażla li jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, bil-kundizzjoni li jkunu konformi mar-rekwiżiti dwar il-verifika tal-Istat Membru tar-residenza tal-utenti tas-servizzi tagħhom f'konformità ma' dan ir-Regolament. Jekk dawn il-fornituri jeżerċitaw l-għażla, huma għandhom jikkonformaw mal-istess obbligi li huma previsti f'dan ir-Regolament għall-fornituri ta' servizzi ta' kontenut onlajn li huma pprovduti bi ħlas ta' flus. Fornituri tas-servizzi għandhom jinfurmaw lill-utenti, kif ukoll lid-detenturi tad-drittijiet, dwar id-deċiżjoni tagħhom li jeżerċitaw dik l-għażla tempestivament.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex tiġi żgurata l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn, huwa meħtieġ li l-fornituri ta' servizzi onlajn ikunu meħtieġa jippermettu lill-abbonati tagħhom jużaw is-servizz fl-Istat Membru fejn ikunu temporanjament preżenti, billi jipprovdulhom aċċess għall-istess kontenut fuq l-istess medda u numru ta' apparat, għall-istess numru ta' utenti u bl-istess medda ta' funzjonalitajiet bħal dawk offruti fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom. Dan l-obbligu huwa obbligatorju u għalhekk il-partijiet ma jistgħux jeskluduh, jidderogaw minnu jew ivarjaw l-effett tiegħu. Kwalunke azzjoni minn fornitur tas-servizzi li tista' tipprevjeni lill-abbonat milli jaċċessa jew juża s-servizz waqt li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru, pereżempju, restrizzjonijiet fil-funzjonalitajiet tas-servizz jew fil-kwalità tal-konsenja tiegħu, jammonta għal evażjoni tal-obbligu biex jippermetti l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn u għalhekk imur kontra dan ir-Regolament.

(18)  Sabiex tiġi żgurata l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn, huwa meħtieġ li l-fornituri ta' servizzi onlajn ikunu meħtieġa jippermettu lill-abbonati tagħhom jużaw is-servizz fl-Istat Membru fejn ikunu temporanjament preżenti, billi jipprovdulhom aċċess għall-istess kontenut fuq l-istess firxa u għadd ta' apparati, għall-istess numru ta' utenti u bl-istess firxa ta' funzjonalitajiet bħal dawk offruti fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom. Dan l-obbligu huwa obbligatorju u għalhekk il-partijiet ma jistgħux jeskluduh, jidderogaw minnu jew ivarjaw l-effett tiegħu. Fornitur tas-servizzi onlajn jenħtieġ li jippermetti lill-abbonati tiegħu jużaw is-servizz fl-Istat Membru tal-preżenza temporanja tagħhom billi jipprovdilhom aċċess bl-istess mod bħal fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom. Kwalunke azzjoni minn fornitur tas-servizzi li tkun tista' tipprevjeni lill-abbonat milli jaċċedi jew juża s-servizz waqt li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru, pereżempju, restrizzjonijiet fil-funzjonalitajiet tas-servizz jew fil-kwalità tal-konsenja tiegħu, tammonta għal evażjoni tal-obbligu li jippermetti l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn u għalhekk tmur kontra dan ir-Regolament. Madankollu, din id-dispożizzjoni jenħtieġ li ma tipprevjenix lill-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn milli jsegwu l-attivitajiet imwettqa għal skopijiet ta' informazzjoni għall-ġlieda kontra l-aċċess jew l-użu ta' servizzi tal-kontenut onlajn mhux awtorizzat jew kontra l-ksur imwettaq għad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali ta' kontenut imqassam minn dawn il-fornituri.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Ir-rekwiżit li l-konsenja tas-servizzi tal-kontenut onlajn għall-abbonati temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra mill-Istat Membru tar-residenza tkun tal-istess kwalità bħal fl-Istat Membru tar-residenza, jista' jirriżulta fi spejjeż kbar għall-fornituri tas-servizzi u għalhekk fl-aħħar mill-aħħar għall-abbonati. Għalhekk, mhuwiex xieraq li dan ir-Regolament jeħtieġ li l-fornitur ta' servizzi tal-kontenut onlajn jieħu miżuri biex jiżgura l-kwalità tal-konsenja ta' dawn is-servizzi lil hinn mill-kwalità disponibbli permezz tal-aċċess onlajn lokali magħżul minn abbonat waqt li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. F'każijiet bħal dawn, il-fornitur m'għandux ikun responsabbli jekk il-kwalità tal-konsenja tas-servizz tkun iktar baxxa. Madankollu, jekk il-fornitur jaqbel espressament li jiggarantixxi ċerta kwalità ta' konsenja lill-abbonati waqt li jkunu temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra, il-fornitur għandu jkun marbut b'dan il-ftehim.

(19)  Ir-rekwiżit li l-konsenja tas-servizzi tal-kontenut onlajn għall-abbonati temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra li mhumiex l-Istat Membru tar-residenza tagħhom tkun tal-istess kwalità bħal fl-Istat Membru tar-residenza, jista' jirriżulta fi spejjeż kbar għall-fornituri tas-servizzi u għalhekk fl-aħħar mill-aħħar għall-abbonati. Għalhekk, mhuwiex xieraq li dan ir-Regolament jeħtieġ li l-fornitur ta' servizzi tal-kontenut onlajn jieħu miżuri biex jiżgura l-kwalità tal-konsenja ta' dawn is-servizzi lil hinn mill-kwalità disponibbli permezz tal-aċċess onlajn lokali magħżul minn abbonat waqt li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. F'każijiet bħal dawn, il-fornitur m'għandux ikun responsabbli jekk il-kwalità tal-konsenja tas-servizz tkun iktar baxxa fejn ir-raġunijiet jistgħu jiġu attribwiti għal kwistjonijiet oġġettivi bħall-inadegwatezza tal-infrastruttura nazzjonali. Madankollu, jenħtieġ li l-fornitur tas-servizzi jinforma lill-konsumatur fl-istadju tal-abbonament bil-limitazzjoni possibbli fil-kwalità. Madankollu, jekk il-fornitur jaqbel espressament li jiggarantixxi ċerta kwalità ta' konsenja lill-abbonati waqt li jkunu temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra, il-fornitur għandu jkun marbut b'dan il-ftehim. Jenħtieġ li l-fornituri tas-servizz tal-kontenut onlajn jiżguraw li l-abbonati tagħhom ikunu informati tajjeb bil-kundizzjonijiet ta' użu tas-servizzi tal-kontenut onlajn fi Stati Membri li mhumiex l-Istat Membru tar-residenza tagħhom, inkluż il-fatt li dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jvarjaw minn dawk applikabbli fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tagħhom mingħajr ma jakkwistaw id-drittijiet rilevanti fi Stat Membru ieħor, huwa meħtieġ li jiġi stipulat li dawk il-fornituri tas-servizzi li jipprovdu servizzi tal-kontenut onlajn portabbli fl-Istati Membri tar-residenza tal-abbonati b'mod legali jkunu dejjem intitolati li jipprovdu dawn is-servizzi wkoll lil dawk l-abbonati meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. Dan għandu jinkiseb billi jiġi stabbilit li l-forniment, l-aċċess u l-użu ta' dan is-servizz ta' kontenut onlajn għandhom jitqiesu li jseħħu fl-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat.

(20)  Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn ipprovduti bi ħlas ta' flus u l-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn mingħajr ħlas li jkunu għamlu l-għażla li jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tagħhom mingħajr ma jakkwistaw id-drittijiet rilevanti fi Stat Membru ieħor, huwa meħtieġ li jiġi stipulat li dawn il-fornituri jkunu dejjem intitolati li jipprovdu dawn is-servizzi wkoll lil dawk l-abbonati meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. Dan għandu jinkiseb billi jiġi stabbilit li, fil-qafas ta' dan ir-Regolament, il-forniment, l-aċċess u l-użu ta' dan is-servizz ta' kontenut onlajn għandhom jitqiesu li jseħħu fl-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat. Dan ir-Regolament u b'mod partikolari l-mekkaniżmu legali li jillokalizza l-forniment, l-aċċess u l-użu ta' servizz ta' kontenut onlajn fl-Istat Membru ta' residenza tal-abbonat jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-possibilità ta' fornitur tas-servizzi li jippermetti lill-abbonat li addizzjonalment jaċċedi għal u juża l-kontenut liċenzjat lill-fornitur tas-servizzi fl-Istat Membru fejn l-abbonat ikun temporanjament preżenti, sakemm il-liċenzji meħtieġa jkunu nkisbu skont id-Direttivi 2001/29/KE u 2014/26/UE u li l-fornituri tas-servizzi jkollhom awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet li jużaw il-kontenut tagħhom. Madankollu huwa importanti li jiġi ppreċiżat li dan il-mekkaniżmu legali għandu jkun applikabbli biss għall-uniku skop li jippromwovi l-portabbiltà tas-servizzi tal-kontenut onlajn.

 

 

 

 

 

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Għal-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, dan ifisser li l-atti rilevanti tar-riproduzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' xogħlijiet u materjal protett ieħor, kif ukoll l-atti ta' estrazzjoni jew l-utilizzazzjoni mill-ġdid f'relazzjoni ma' databases protetti bi drittijiet sui generis li jseħħu meta s-servizz jiġi pprovdut lill-abbonati meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza, għandhom jitqiesu li jseħħu fl-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat. Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi għandhom jitqiesu li jwettqu dawn l-atti fuq il-bażi tal-awtorizzazzjonijiet rispettivi mid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati għall-Istat Membru tar-residenza ta' dawn l-abbonati. Kull meta l-fornituri tas-servizzi jkunu jistgħu jwettqu atti ta' komunikazzjoni lill-pubbliku jew riproduzzjoni fl-Istat Membru tal-abbonat fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati, abbonat li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza tiegħu għandu jkun jista' jaċċessa u juża s-servizz u meta jkun meħtieġ, għandu jkun jista' jwettaq kwalunkwe att rilevanti ta' riproduzzjoni bħat-tniżżil ta' materjal kif ikun intitolat jagħmel fl-Istat Membru tar-residenza tiegħu. Il-forniment ta' servizz ta' kontenut onlajn minn fornitur tas-servizz għal abbonat temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza tiegħu u l-użu tas-servizz minn dan l-abbonat f'konformità ma' dan ir-Regolament m'għandhomx jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jew kwalunkwe drittijiet oħrajn rilevanti għall-użu tal-kontenut fis-servizz.

(21)  Għal-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, dan ifisser li l-atti rilevanti tar-riproduzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' xogħlijiet u materjal protett ieħor, kif ukoll l-atti ta' estrazzjoni jew l-utilizzazzjoni mill-ġdid f'relazzjoni ma' bażijiet ta' data protetti bi drittijiet sui generis li jseħħu meta s-servizz jiġi pprovdut lill-abbonati meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza, għandhom jitqiesu li jseħħu fl-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi jitqiesu li jwettqu dawn l-atti fuq il-bażi tal-awtorizzazzjonijiet rispettivi mid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati għall-Istat Membru tar-residenza ta' dawn l-abbonati. Kull meta l-fornituri tas-servizzi jkunu jistgħu jwettqu atti ta' komunikazzjoni lill-pubbliku jew riproduzzjoni fl-Istat Membru tal-abbonat fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati, abbonat li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza tiegħu jenħtieġ li jkun jista' jaċċedi għal u juża s-servizz u meta jkun meħtieġ, jenħtieġ li jkun jista' jwettaq kwalunkwe att rilevanti ta' riproduzzjoni bħat-tniżżil ta' materjal kif ikun intitolat jagħmel fl-Istat Membru tar-residenza tiegħu. Sakemm l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat ikun ġie vverifikat b'mod effettiv skont dan ir-Regolament, il-forniment ta' servizz ta' kontenut onlajn minn fornitur tas-servizz għal abbonat temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza tiegħu u l-użu tas-servizz minn dan l-abbonat f'konformità ma' dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jikkostitwixxux ksur tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jew kwalunkwe drittijiet oħrajn rilevanti għall-użu tal-kontenut fis-servizz.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Il-fornituri tas-servizzi m'għandhomx jinżammu responsabbli għall-ksur ta' xi dispożizzjonijiet kuntrattwali li jmorru kontra l-obbligu biex jippermettu lill-abbonati tagħhom jużaw is-servizz fl-Istat Membru fejn ikunu preżenti temporanjament. Għalhekk, klawżoli fil-kuntratti mfassla biex jipprojbixxu jew jillimitaw il-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn m'għandhomx ikunu infurzabbli.

(22)  Il-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn fornuti bi skambju ta' ħlas ta' flus u l-fornituri ta' servizzi tal-kontenut onlajn fornuti mingħajr ħlas ta' flus li jkunu għażlu li jkunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jinżammux responsabbli għall-ksur ta' xi dispożizzjonijiet kuntrattwali li jmorru kontra l-obbligu biex jippermettu lill-abbonati tagħhom jużaw is-servizz fl-Istat Membru fejn ikunu preżenti temporanjament. Għaldaqstant, klawsoli fil-kuntratti mfassla biex jipprojbixxu jew jillimitaw il-portabbiltà tas-servizzi tal-kontenut onlajn jenħtieġ li ma jkunux inforzabbli, sakemm tali klawsoli jipprojbixxu l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn lill-abbonati li jonqsu milli jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament għall-verifika tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom. Il-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn u d-detenturi tad-drittijiet m'għandhomx jitħallew jevitaw l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament billi jagħżlu l-liġi ta' pajjiż mhux membru tal-UE bħala l-liġi applikabbli għall-kuntratti li huma jikkonkludu. L-istess għandu japplika għall-kuntratti konklużi bejn il-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn u l-abbonati.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  Dan ir-Regolament jiddefinixxi diversi kunċetti li huma meħtieġa għall-applikazzjoni tiegħu, inklużi dawk tal-Istat Membru tar-residenza. L-Istat Membru tar-residenza jenħtieġ li jiġi determinat, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tiegħu fi ħdan l-Unjoni. Il-kunċett tal-Istat Membru tar-residenza jenħtieġ li jiġi definit biex ifisser l-Istat Membru li fih jirrisjedi abitwalment l-abbonat. Fornitur li jkun iddetermina l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun jista' jassumi, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, li l-Istat Membru tar-residenza kif ivverifikat ikun l-uniku Stat Membru tar-residenza tal-abbonat. Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet attwali u futuri marbuta mas-servizzi tal-kontenut onlajn, id-deċiżjoni li tiġi pprovduta l-portabbiltà lill-abbonati temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor jenħtieġ li ma twassalx għal dispożizzjonijiet kuntrattwali partikolari.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li l-abbonati jkunu infurmati b'mod xieraq dwar il-kundizzjonijiet għat-tgawdija tas-servizzi ta' kontenut onlajn fi Stati Membri li mhumiex l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonati. Ir-Regolament jippermetti li d-detenturi tad-drittijiet jirrikjedu lil-fornitur tas-servizz jagħmel użu mill-mezzi, sabiex jivverifika li s-servizz ikun ipprovdut f'konformità ma' dan ir-Regolament. Madankollu, għandu jiġi żgurat li l-mezzi meħtieġa jkunu raġonevoli u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb l-għan tagħhom. Eżempji tal-miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa jistgħu jinkludu kampjuni tal-indirizzi tal-IP minflok il-monitoraġġ kostanti tal-post, informazzjoni trasparenti lill-individwi dwar il-metodi użati għall-verifika u l-għanijiet tagħha u miżuri ta' sigurtà adegwati. Meta wieħed jikkunsidra li għall-għanijiet tal-verifika ma jgħoddx il-post iżda f'liema Stat Membru l-abbonat ikun qiegħed jaċċessa s-servizz, m'għandhiex tinġabar u tiġi proċessata dejta preċiża dwar il-post għal dan l-għan. B'mod simili, meta l-awtentikazzjoni ta' abbonat tkun biżżejjed biex jitwassal is-servizz ipprovdut, m'għandiex tkun meħtieġa l-identifikazzjoni tal-abbonat.

(23)  Il-fornituri tas-servizzi jenħtieġ li jiżguraw li l-abbonati tagħhom ikunu infurmati b'mod xieraq dwar il-kundizzjonijiet għat-tgawdija tas-servizzi ta' kontenut onlajn fi Stati Membri li mhumiex l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonati. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jobbliga lill-fornituri li jipprovdu servizzi ta' kontenut onlajn li huma pprovduti bi ħlas ta' flus għal abbonati li jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru ta' residenza tagħhom biex jagħmlu użu minn mezzi effettivi u raġonevoli sabiex jiġi verifikat l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonati tagħhom. Huwa l-fornitur tas-servizzi li għandu jiddeċiedi liema mezzi ta' verifika għandhom japplikaw. Il-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn jenħtieġ li jkollhom il-libertà li jagħżlu bejn il-mezzi ta' verifika elenkati fl-Artikolu 3b biex jivverifikaw l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat. L-użu ta' tali mezzi ta' verifika jenħtieġ li ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-verifika tal-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-abbonati jenħtieġ li jkunu eliġibbli biss għall-portabbiltà transkonfinali ta' servizzi tal-kontenut onlajn biss jekk ir-residenza abitwali tagħhom tkun fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Fornituri ta' servizz tal-kontenut onlajn jenħtieġ li jiġu obbligati jitolbu lill-abbonati tagħhom jipprovdu informazzjoni meħtieġa sabiex jivverifikaw b'mod suffiċjenti l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati. Jekk abbonat jonqos milli jipprovdi din l-informazzjoni u bħala konsegwenza, il-fornitur ma jkunx jista' jivverifika l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat kif meħtieġ skont dan ir-Regolament, il-fornitur jenħtieġ li ma jipprovdix portabbiltà transkonfinali tas-servizz tal-kontenut onlajn ikkonċernat lil dak l-abbonat skont dan ir-Regolament.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 23b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23b)  Il-fornitur ta' servizz tal-kontenut onlajn jenħtieġ li jitħalla jwettaq verifiki każwali tal-indirizz IP ta' abbonat matul il-kuntratt tiegħu/tagħha, skont id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE1a u 2002/58/KE1b u r-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1c, sakemm dan ikun strettament meħtieġ għall-finijiet li jiġi stabbilit l-Istat Membru li minnu abbonat ikun qed jivvaluta s-servizz tal-kontenut onlajn. Meta wieħed iqis li għall-għanijiet tal-verifika ma jgħoddx il-post preċiż iżda aktar f'liema Stat Membru l-abbonat ikun qiegħed jaċċedi għas-servizz, jenħtieġ li ma tinġabarx u ma tiġix ipproċessata dejta preċiża dwar il-post preċiż jew kwalunkwe dejta personali oħra għal dan l-għan. Il-verifiki tal-indirizz IP jenħtieġ li jkollhom l-għan waħdieni li jistabbilixxu jekk abbonat ikollux aċċess għas-servizz tal-kontenut onlajn ġewwa jew barra mill-Istat Membru tar-residenza tiegħu. Għaldaqstant, id-dejta li tirriżulta minn tali verifiki każwali jenħtieġ li tinġabar f'format binarju. Jenħtieġ li l-fornitur tas-servizz fl-ebda ċirkostanza ma jmur lil hinn minn dal-livell ta' informazzjoni. Jekk fornitur ta' servizzi tal-kontenut onlajn jagħżel li jibbaża fuq tali mezzi ta' verifika, il-fornitur ta' servizz tal-kontenut onlajn għandu jinforma lill-abbonat minn qabel, skont id-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE u skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

 

1b Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

 

1c Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 23c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23c)   Fornitur tas-servizzi li jkollu dubji raġonevoli dwar l-Istat Membru ta' residenza ta' abbonat, jenħtieġ li jkun jista' jitlob lill-abbonat jipprovdi d-dokumenti ta' verifika mill-ġdid. Madankollu, tali talbiet jenħtieġ li jkunu limitati għal darba f'sena.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat f'konformità ma' dawk id-drittijiet u prinċipji, b'mod partikolari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà ta' espressjoni u l-libertà ta' intrapriża. Kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandhom ikunu f'konformità mad-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE. B'mod partikolari, il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jkun meħtieġ u proporzjonat sabiex jikseb l-għan rilevanti.

(24)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi interpretat u applikat f'konformità ma' dawk id-drittijiet u prinċipji, b'mod partikolari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà ta' espressjoni, il-libertà ta' intrapriża u d-dritt ta' proprjetà u d-dritt ta' proprjetà, inklużi d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali. Kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandhom ikunu f'konformità mad-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE u mar-Regolament (UE) Nru 2016/679. B'mod partikolari, il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun meħtieġ u proporzjonat sabiex jikseb l-għan rilevanti. Il-miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa jistgħu jinkludu l-għoti ta' informazzjoni trasparenti lill-abbonati fir-rigward tal-metodi użati għall-verifika u l-objettiv tagħhom kif ukoll il-miżuri ta' sigurtà meħtieġa.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni u b'mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat. Ir-regoli stipulati f'dan ir-Regolament m'għandhomx jintużaw biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni b'mod li jmur kontra t-Trattat.

(25)  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament se ttejjeb il-kompetittività billi trawwem l-innovazzjoni fis-servizzi ta' kontenut onlajn u billi tagħmel l-użu dawn is-servizzi trankonfinali aktar attraenti għall-konsumaturi. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni u b'mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat. Jenħtieġ li r-regoli previsti f'dan ir-Regolament ma jintużawx biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni b'mod li jmur kontra t-Trattat.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax l-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/26/UE u b'mod partikolari t-Titolu III tagħha dwar il-ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet onlajn. Dan ir-Regolament huwa kompletament konsistenti mal-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess legali għall-kontenut li huwa protett mid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, kif ukoll għas-servizzi marbuta miegħu.

 

 

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Il-kuntratti li bihom jiġi liċenzjat il-kontenut normalment jiġu konklużi għal perjodu relattivament twil. Konsegwentament, u sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha li joqgħodu fl-Unjoni jkunu jistgħu jgawdu l-karatteristika tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fuq bażi ugwali fil-ħin u mingħajr dewmien bla bżonn, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal kuntratti konklużi u drittijiet akkwistati qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu jekk ikunu rilevanti għall-portabbiltà transkonfinali ta' servizz ta' kontenut onlajn ipprovdut wara dik id-data. Dan huwa meħtieġ ukoll sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali għall-fornituri tas-servizzi li joperaw fis-suq intern, billi jiġi permess li l-fornituri li kkonkludew kuntratti mad-detenturi tad-drittijiet għal perjodu twil joffru portabbiltà transkonfinali lill-abbonati tagħhom, indipendentament mill-possibbiltà tal-fornitur li jerġa' jinnegozja dawn il-kuntratti. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni għandha tiżgura li meta l-fornituri tas-servizzi jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tagħhom, huma jkunu jistgħu joffru din il-portabbiltà fir-rigward tal-kontenut onlajn tagħhom kollu. Fl-aħħar nett, għandha tippermetti wkoll li d-detenturi tad-drittijiet ma jkollhomx bżonn jerġgħu jinnegozjaw il-kuntratti tal-liċenzjar eżistenti tagħhom, sabiex tippermetti li l-fornituri joffru l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi.

(26)  Il-kuntratti li bihom jiġi liċenzjat il-kontenut normalment jiġu konklużi għal perjodu relattivament twil. Konsegwentement, u sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha li joqgħodu fl-Unjoni jkunu jistgħu jgawdu l-karatteristika tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fuq bażi ugwali fil-ħin u mingħajr dewmien bla bżonn, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika wkoll għal kuntratti konklużi u drittijiet akkwistati qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu jekk ikunu rilevanti għall-portabbiltà transkonfinali ta' servizz ta' kontenut onlajn ipprovdut wara dik id-data. Dan huwa meħtieġ ukoll sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali għall-fornituri tas-servizzi li joperaw fis-suq intern, b'mod partikolari għall-SMEs, billi jiġi permess li l-fornituri li kkonkludew kuntratti mad-detenturi tad-drittijiet għal perjodu twil joffru portabbiltà transkonfinali lill-abbonati tagħhom, indipendentement mill-possibbiltà tal-fornitur li jerġa' jinnegozja tali kuntratti. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni jenħtieġ li tiżgura li meta l-fornituri tas-servizzi jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tagħhom, huma jkunu jistgħu joffru din il-portabbiltà fir-rigward tal-kontenut onlajn tagħhom kollu. Din id-dispożizzjoni jenħtieġ li tapplika għall-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn ikkummerċjalizzati fil-kuntest ta' offerti globali li jgħaqqdu dawn is-servizzi ma' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika. Fl-aħħar nett, għandha tippermetti wkoll li d-detenturi tad-drittijiet ma jkollhomx jerġgħu jinnegozjaw il-kuntratti tal-liċenzjar eżistenti tagħhom, sabiex tippermetti li l-fornituri joffru l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Għalhekk, peress li r-Regolament se japplika għal xi kuntratti u drittijiet akkwistati qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu, huwa wkoll xieraq li jingħata perjodu raġonevoli ta' żmien bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u d-data tal-applikazzjoni tiegħu li jippermetti lid-detenturi tad-drittijiet u l-fornituri tas-servizzi jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex jadattaw għas-sitwazzjoni l-ġdida, u li jippermetti lill-fornituri tas-servizzi jemendaw it-termini tal-użu tas-servizzi tagħhom.

(27)  Għalhekk, peress li dan ir-Regolament se japplika għal xi kuntratti u drittijiet akkwistati qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu, huwa wkoll xieraq li jingħata perjodu raġonevoli ta' żmien bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u d-data tal-applikazzjoni tiegħu, u b'hekk jippermetti lid-detenturi tad-drittijiet u l-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex jadattaw għas-sitwazzjoni l-ġdida, kif ukoll li jippermetti lill-fornituri tas-servizzi jemendaw it-termini tal-użu tas-servizzi tagħhom. Bidliet fit-termini tal-użu tas-servizzi tal-kontenut onlajn li jsiru strettament sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jwasslux għal inqas protezzjoni għall-abbonati jew għad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Sabiex jinkiseb l-għan li tiġi żgurata l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fl-Unjoni, huwa xieraq li jiġi adottat regolament li japplika b'mod dirett fl-Istati Membri. Dan huwa meħtieġ sabiex tiġi garantita applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar il-portabbiltà transkonfinali fl-Istati Membri kollha, u biex jiġi garantit id-dħul fis-seħħ tagħhom fl-istess ħin fir-rigward tas-servizzi kollha ta' kontenut onlajn. Regolament biss jista' jiżgura l-grad ta' ċertezza legali li huwa meħtieġ sabiex jippermetti lill-konsumaturi jibbenefikaw bis-sħiħ mill-portabbiltà transkonfinali fl-Unjoni kollha.

(28)  Sabiex jinkiseb l-għan li tiġi żgurata l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fl-Unjoni, huwa xieraq li jiġi adottat regolament li japplika b'mod dirett fl-Istati Membri. Dan huwa meħtieġ sabiex tiġi garantita applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar il-portabbiltà transkonfinali fl-Istati Membri kollha, u biex jiġi garantit id-dħul fis-seħħ tagħhom fl-istess ħin fir-rigward tas-servizzi kollha ta' kontenut onlajn. Regolament biss jista' jiżgura l-grad ta' ċertezza legali li huwa meħtieġ sabiex jippermetti lill-konsumaturi jibbenefikaw bis-sħiħ mill-portabbiltà transkonfinali fl-Unjoni kollha u, fl-istess ħin, jiżgura li d-detenturi tad-drittijiet u l-fornituri tas-servizzi onlajn ta' Stati Membri differenti jkunu soġġetti għall-istess regoli.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 29

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-adattament tal-qafas legali sabiex il-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn tiġi pprovduta fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jikseb l-għan tiegħu. Għalhekk, dan ir-Regolament ma jaffettwax b'mod sostanzjali l-mod kif jiġu liċenzjati d-drittijiet u ma jobbligax lid-detenturi tad-drittijiet u lill-fornituri tas-servizzi biex jerġgħu jinnegozjaw il-kuntratti. Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma jeħtieġx li l-fornitur jieħu miżuri biex jiżgura l-kwalità tal-konsenja ta' dawn is-servizzi ta' kontenut onlajn barra l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat. Fl-aħħar nett, dan ir-Regolament ma japplikax għall-fornituri tas-servizzi li joffru servizzi bla ħlas ta' flus u li ma jivverifikawx l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat. Għalhekk, huwa ma jimponi l-ebda spejjeż sproporzjonati,

(29)  Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-adattament tal-qafas legali sabiex il-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn tiġi pprovduta fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista' għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, filwaqt li tirrispetta l-Konvenzjoni ta' Berna għall-Protezzjoni ta' Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi tad-9 ta' Settembru 1886, kif l-aħħar emendata fit-28 ta' Settembru 1979, u t-Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) dwar id-Dritt tal-Awtur (WCT) u t-Trattat tad-WIPO dwar l-Interpretazzjonijiet, l-Eżekuzzjonijiet u l-Fonogrammi (WPPT), it-tnejn adottati f'Ġinevra fl-20 ta' Diċembru 1996. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jikseb dak l-għan. Għalhekk, dan ir-Regolament ma jaffettwax b'mod sostanzjali l-mod kif jiġu liċenzjati d-drittijiet u ma jobbligax lid-detenturi tad-drittijiet u lill-fornituri tas-servizzi biex jerġgħu jinnegozjaw il-kuntratti. Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma jeħtieġx li l-fornitur jieħu miżuri biex jiżgura l-kwalità tal-konsenja ta' dawn is-servizzi ta' kontenut onlajn barra l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jintroduċi approċċ komuni biex jiżgura li l-abbonati tas-servizzi tal-kontenut onlajn fl-Unjoni, meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru, ikunu jistgħu jaċċessaw u jużaw dawn is-servizzi.

Dan ir-Regolament jintroduċi approċċ komuni fl-Unjoni biex jiżgura li l-abbonati tas-servizzi tal-kontenut onlajn akkwistati legalment fl-Istati Membri tar-residenza tagħhom ikunu jistgħu jaċċedu għal u jużaw dawk is-servizzi, mingħajr l-ebda spiża addizzjonali, waqt li huma jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tar-residenza. Tali aċċess u użu jenħtieġ li jkun soġġett għal verifika effettiva minn qabel tal-Istat Membru ta' residenza tal-abbonat skont l-Artikolu 3a.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "Abbonat" tfisser kwalunkwe konsumatur li, fuq il-bażi ta' kuntratt għall-forniment ta' servizz ta' kontenut onlajn ma' fornitur, jista' jaċċessa u juża dan is-servizz fl-Istat Membru tar-residenza;

(a)  "Abbonat" tfisser kwalunkwe konsumatur li, fuq il-bażi ta' kuntratt għall-forniment ta' servizz ta' kontenut onlajn ma' fornitur, jista' jaċċedi għal u juża dan is-servizz fl-Istat Membru tar-residenza;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "Stat Membru tar-residenza" tfisser l-Istat Membru li l-abbonat ikun qed joqgħod fih abitwalment;

(c)  "Stat Membru tar-residenza" tfisser l-Istat Membru li l-abbonat joqgħod fih abitwalment;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "Temporanjament preżenti" tfisser preżenza ta' abbonat fi Stat Membru ieħor minbarra l-Istat Membru tar-residenza;

(d)  "Temporanjament preżenti" tfisser preżenza mhux permanenti ta' abbonat fi Stat Membru ieħor ħlief l-Istat Membru tar-residenza tiegħu jew tagħha;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "Servizz ta' kontenut onlajn" tfisser servizz kif definit fl-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li fornitur tas-servizzi jkun qed jipprovdi legalment onlajn lil abbonat fl-Istat Membru tar-residenza tiegħu fuq bażi portabbli u li huwa servizz tal-midja awdjoviżiva skont it-tifsira tad-Direttiva 2010/13/UE jew servizz li l-karatteristika prinċipali tiegħu hija l-forniment ta' aċċess u użu tax-xogħlijiet, materjal protett ieħor jew trażmissjonijiet ta' organizzazzjonijiet tax-xandir, kemm jekk b'mod lineari jew fuq talba, li jiġi pprovdut lil abbonat skont termini miftiehma kemm:

(e)  "Servizz ta' kontenut onlajn" tfisser servizz kif definit fl-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li fornitur tas-servizzi jkun qed jipprovdi legalment onlajn lil abbonat jew utent fl-Istat Membru tar-residenza tiegħu jew tagħha fuq bażi portabbli u li huwa servizz tal-midja awdjoviżiva skont it-tifsira tad-Direttiva 2010/13/UE jew servizz li l-karatteristika prinċipali tiegħu hija l-forniment ta' aċċess u użu tax-xogħlijiet, materjal protett ieħor jew trażmissjonijiet ta' organizzazzjonijiet tax-xandir, kemm jekk b'mod lineari jew fuq talba li jiġi pprovdut skont termini miftiehma:

(1)  bi ħlas ta' flus; or

(1)  Bi skambju għal ħlas ta' flus; u/jew

(2)  mingħajr ħlas ta' flus sakemm l-Istat Membru tar-residenza jkun verifikat mill-fornitur;

(2)  mingħajr ħlas ta' flus sakemm il-fornitur tas-servizz tal-kontenut onlajn jiddeċiedi li joffri aċċess u użu portabbli tas-servizzi tiegħu tal-kontenut onlajn lill-utenti tiegħu li jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru għajr l-Istat Membru ta' residenza tagħhom u li l-Istat Membru tar-residenza tal-utent ikun verifikat minn dak il-fornitur skont l-Artikolu 3a;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-fornitur ta' servizz ta' kontenut onlajn għandu jippermetti lil abbonat li huwa temporanjament preżenti fi Stat Membru jaċċessa u juża s-servizz ta' kontenut onlajn.

1.   Il-fornitur ta' servizz ta' kontenut onlajn bi skambju għal ħlas ta' flus jenħtieġ li jippermetti lil abbonat li huwa temporanjament preżenti fi Stat Membru għajr l-Istat Membru tar-residenza tiegħu jew tagħha jaċċedi għal u juża s-servizz ta' kontenut onlajn disponibbli għalih jew għaliha fl-Istat Membru tar-residenza tiegħu jew tagħha mingħajr ma jiġu imposti spejjeż addizzjonali.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għal fornitur tas-servizzi li jippermetti lil abbonat jaċċedi għal u juża wkoll il-kontenut liċenzjat għall-fornitur tas-servizzi fl-Istat Membru fejn l-abbonat huwa temporanjament preżenti.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 m'għandu jestendi għal ebda rekwiżit tal-kwalità applikabbli għall-konsenja ta' servizz ta’ kontenut onlajn li l-fornitur huwa soġġett għalih meta jipprovdi dan is-servizz fl-Istat Membru tar-residenza, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor b’mod espress mill-fornitur.

2.  L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 m'għandu jestendi għal ebda rekwiżit tal-kwalità applikabbli għall-konsenja ta' servizz ta' kontenut onlajn li l-fornitur huwa soġġett għalih meta jipprovdi dan is-servizz fl-Istat Membru tar-residenza, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor b'mod espress bejn il-fornitur tas-servizz tal-kontenut onlajn u l-abbonat. Madankollu, il-fornitur għandu jiżgura li l-kwalità pprovduta ma tkunx taħt l-istandard tal-Istat Membru fejn l-abbonat ikun temporanjament preżenti.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-fornitur ta' servizz ta' kontenut onlajn għandu jinforma lill-abbonat dwar il-kwalità tal-konsenja tas-servizz ta' kontenut onlajn imwassal, b'konformità mal-paragrafu 1.

3.   Il-fornitur ta' servizz ta' kontenut onlajn, fuq il-bażi tad-dejta disponibbli, għandu jinforma lill-abbonat dwar varjazzjonijiet potenzjali fil-kwalità tal-konsenja tas-servizz ta' kontenut onlajn imwassal, b'konformità mal-paragrafu 1. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta permezz ta' mezzi xierqa u proporzjonati.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex ċar jekk l-informazzjoni tkunx disponibbli għall-fornitur ta' kontenut onlajn dwar il-kwalità tat-twassil tas-servizz ta' kontenut onlajn ipprovdut b'konformità mal-paragrafu 1.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-fornitur ta' servizzi tal-kontenut onlajn għandu jiżgura li l-portabbiltà tas-servizzi tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 1 tkun disponibbli fuq l-istess firxa u għadd ta' apparati bħal fl-Istat Membru ta' residenza tal-abbonat.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Il-klawsoli fil-kuntratti mfassla biex jipprojbixxu jew jillimitaw il-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn m'għandhomx ikunu infurzabbli taħt dan ir-Regolament.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c.  Id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jillimitaw il-portabbiltà għal perjodu ta' żmien speċifiku ma għandhomx ikunu infurzabbli taħt dan ir-Regolament.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Verifika tal-Istat Membru tar-residenza

 

1.  Il-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn imsemmija fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3b għandhom jagħmlu użu minn mezzi raġonevoli u effettivi sabiex jivverifikaw l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom.

 

2.  Sabiex jikkonforma mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, il-fornitur ta' servizz tal-kontenut onlajn għandu juża taħlita ta' żewġ mezzi mill-mezzi ta' verifika elenkati hawn taħt. Jekk il-fornituri jqisu li l-Istat Membru ta' residenza ta' abbonat ikun jista' jkun identifikat b'mod affidabbli bl-użu ta' wieħed biss mill-mezzi ta' verifika, il-fornitur ta' servizz tal-kontenut onlajn jista' jiddependi fuq mezz uniku ta' verifika minn dawk elenkati hawn taħt:

 

(a)  karta ta' identità, mezz elettroniku ta' identifikazzjoni, b'mod partikolari eIDs innotifikati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014, jew kwalunkwe dokument ta' identità validu ieħor;

 

(b)  id-dettalji tal-bank bħall-kont bankarju jew karta tal-kreditu jew tad-debitu tal-abbonat;

 

(c)  il-post ta' installazzjoni ta' decoder jew ta' kwalunkwe apparat simili użat mill-abbonat għall-aċċess għas-servizzi kkonċernati;

 

(d)  kuntratt għall-provvista ta' aċċess għall-Internet jew il-forniment ta' servizz tat-telefon, jew kull tip ta' kuntratt simili li jorbot lill-abbonat ma' Stat Membru;

 

(e)  evidenza tal-ħlas mill-abbonat ta' liċenzja għal servizzi oħra pprovduti fi Stat Membru, bħas-servizzi pubbliċi ta' xandir;

 

(f)  il-ħlas ta' taxxi lokali, jekk l-informazzjoni kkonċernata tkun pubblikament disponibbli;

 

(g)  kont ta' utilità pubblika tal-abbonat li jikkonferma l-indirizz tal-abbonat;

 

(h)  verifika każwali tal-indirizz IP tal-abbonat biex jiġi identifikat jekk l-abbonat jaċċedix għas-servizz tal-kontenut onlajn ġewwa jew barra mill-Istat Membru ta' residenza tiegħu jew tagħha, fi skema binarja u mingħajr ġeolokalizzazzjoni jew traċċar tal-abbonat.

 

L-użu tal-mezzi ta' verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandux imur lil hinn minn dak meħtieġ għall-fini ta' verifika stabbilit fil-paragrafu 1, filwaqt li jiġu kkunsidrati żviluppi teknoloġiċi ġodda.

 

3.  Il-fornitur ta' servizz tal-kontenut onlajn għandu jkun awtorizzat jitlob lil abbonat jipprovdilu l-informazzjoni meħtieġa għall-verifika tal-Istat Membru tar-residenza tiegħu jew tagħha skont il-paragrafu 2. Jekk l-abbonat jonqos milli jipprovdi tali informazzjoni, il-fornitur m'għandux joffrilu jew joffrilha l-portabbiltà tas-servizzi tal-kontenut onlajn tiegħu kif previst fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3b, sakemm ma jkunx possibbli għalih li jivverifika l-Istat Membru tar-residenza skont il-paragrafu 2.

 

4.  F'każijiet fejn fuq il-bażi tal-mezzi ta' verifika applikati l-fornitur ikollu dubji raġonevoli dwar l-Istat Membru tar-residenza attwali tal-abbonat, huwa għandu jkun intitolat li jitlob lill-abbonat jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex jivverifika l-Istat Membru tar-residenza tiegħu mill-ġdid, fuq il-bażi tal-istess mezzi ta' verifika applikati inizjalment.

 

5.  Id-detenturi ta' drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jew id-detenturi ta' kwalunkwe dritt ieħor dwar il-kontenut ta' servizz tal-kontenut onlajn għandhom jiġu infurmati dwar il-proċess ta' verifika użat minn fornitur ta' servizz sabiex jivverifika l-Istat Membru tar-residenza ta' abbonat.

 

6.   Id-dejta pprovduta skont il-paragrafi 2 sa 4 għandha tinżamm mill-fornitur ta' servizzi tal-kontenut onlajn sakemm il-verifika tal-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat tkun tlestiet. Dawn id-dejta għandhom jintużaw biss għall-finijiet ta' verifika tal-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat. Huma m'għandhomx jiġu kkomunikati, trasferiti, kondiviżi jew trażmessi mod ieħor lil detenturi ta' drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati jew kwalunkwe partijiet terzi oħra.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3b

 

Il-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn tiġi pprovduta bla ħlas.

 

Il-fornitur ta' servizz ta' kontenut onlajn ipprovdut mingħajr ħlas ta' flus jista' jagħżel li jippermetti lill-abbonati tiegħu li huma temporanjament preżenti fi Stat Membru biex jaċċedu għal u jużaw servizz ta' kontenut onlajn, bil-kundizzjoni li l-fornitur jivverifika b'mod effettiv l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonat skont dan ir-Regolament.

 

Il-fornitur tas-servizz għandu jinforma lill-utenti, lid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati rilevanti u lil dawk li għandhom xi drittijiet oħra fil-kontenut tas-servizz ta' kontenut onlajn bid-deċiżjoni tiegħu li jipprovdi servizz ta' kontenut onlajn skont l-ewwel paragrafu qabel ma jipprovdi dak is-servizz. L-informazzjoni għandha tingħata permezz ta' mezzi li huma adegwati u proporzjonati.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-forniment ta' servizz ta' kontenut onlajn, kif ukoll l-aċċess u l-użu ta' dan is-servizz minn abbonat, skont l-Artikolu 3(1), għandhom jitqiesu bħala li jseħħu biss fl-Istat Membru tar-residenza, inkluż għall-għanijiet tad-Direttiva 96/9/KE, id-Direttiva 2001/29/KE, id-Direttiva 2006/115/KE, id-Direttiva 2009/24 u d-Direttiva 2010/13/UE.

Il-forniment ta' servizz ta' kontenut onlajn lil abbonat temporanjament preżenti fi Stat Membru ħlief l-Istat Membru tar-residenza tiegħu, kif ukoll l-aċċess għal dan is-servizz u l-użu tiegħu minn dan l-abbonat skont l-Artikolu 3(1), għandhom jitqiesu bħala li jseħħu biss fl-Istat Membru tar-residenza għall-għanijiet biss tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Kwalunkwe dispożizzjonijiet kuntrattwali, inklużi dawk bejn id-detenturi ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, dawk li għandhom kwalunkwe dritt ieħor rilevanti għall-użu tal-kontenut f'servizzi tal-kontenut onlajn u fornituri tas-servizzi, kif ukoll bejn il-fornituri tas-servizzi u l-abbonati li jmorru kontra l-Artikoli 3(1) u 4 m'għandhomx ikunu infurzabbli.

1.  Kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali, inkluż bejn id-detenturi ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u fornituri tas-servizz tal-kontenut onlajn, kif ukoll bejn il-fornituri u l-abbonati, li tkun bi ksur tal-Artikoli 3(1), 3(1a), 3(3a), 3a, 3b, jew 4 jew li tipprojbixxi jew tillimita l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn m'għandhomx ikunu infurzabbli.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi evitata minħabba l-għażla tal-liġi ta' pajjiż mhux membru tal-UE bħala l-liġi applikabbli għal kuntratti ffirmati bejn il-fornituri tas-servizzi u d-detenturi tad-drittijiet jew kuntratti bejn il-fornituri u l-abbonati.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ipproċessar ta' dejta personali mwettaq fil-qafas ta' dan ir-Regolament inkluż, b'mod partikolari, għal għanijiet ta' verifika skont l-Artikolu 5(2), għandu jitwettaq f'konformità mad-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.

L-ipproċessar ta' dejta personali mwettaq fil-qafas ta' dan ir-Regolament inkluż, b'mod partikolari, għal skopijiet ta' verifika skont l-Artikolu 3a, għandu jitwettaq f'konformità mad-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE u r-Regolament (UE) Nru 2016/679. B'mod partikolari, il-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn għandhom jiżguraw li kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament ikun meħtieġ u proporzjonat sabiex jinkiseb l-iskop rilevanti.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal kuntratti konklużi u drittijiet akkwistati qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu jekk ikunu rilevanti għall-forniment, l-aċċess u l-użu ta' servizz ta' kontenut onlajn f'konformità mal-Artikolu 3 wara dik id-data.

Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal kuntratti konklużi u drittijiet akkwistati qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu jekk ikunu rilevanti għall-forniment, l-aċċess u l-użu ta' servizz tal-kontenut onlajn f'konformità mal-Artikoli 3(1) u 3b wara dik id-data.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Evalwazzjoni

 

Sa ... [ĠU: tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar dan.

 

Ir-rapport imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jinkludi, fost l-oħrajn, valutazzjoni tal-effikaċja tal-mezzi ta' verifika tal-Istat Membru tar-residenza, inklużi l-istandards u l-prattiki żviluppati reċentement fl-industrija u jikkunsidra l-ħtieġa ta' rieżami. Ir-rapport għandu jivvaluta, b'mod partikolari, jekk kienx hemm varjazzjoni sinifikanti fid-dħul tad-detenturi tad-drittijiet u jekk kienx hemm żieda fil-prezzijiet imposti fuq il-konsumaturi u għandu jagħti attenzjoni speċjali lill-impatt ta' dan ir-regolament fuq l-SMEs u l-protezzjoni tad-dejta personali. Jekk ikun xieraq, għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva jew strument mhux leġiżlattiv.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)   Għandu japplika [data: 6 xhur minn wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu].

2.   Għandu japplika minn ... [ĠU: data: 12-il xahar minn wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu]. Il-fornituri tas-servizzi jistgħu, minkejja d-data ta' applikazzjoni, jagħżlu li joffru l-portabbiltà malli jkun possibbli għalihom li jagħmlu dan b'mod li jkun konformi ma' dan ir-Regolament. .

(1)

OJ C 264, 20.7.2016, p. 86.

(2)

OJ C 240, 1.7.2016, p. 72.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tiddefinixxi u tirregola l-portabbiltà, biex tippermetti lill-konsumaturi abbonati għal servizzi ta' kontenut onlajn akkwistati legalment fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tagħhom biex ikollhom aċċess kontinwu għalihom meta dawn ikunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor.

Din il-proposta tipprevedi obbligu għall-fornitur tas-servizzi ta' kontenut onlajn li jiżgura l-portabbiltà għall-abbonati tiegħu fuq il-bażi ta' finzjoni ġuridika. Permezz ta' dan il-prinċipju ta' finzjoni ġuridika, il-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi ta' kontenut onlajn ma tiksirx it-territorjalità u ma taffettwax ir-regoli tad-drittijiet tal-awtur fl-Istati Membri l-oħra.

Dan ir-Regolament għandu jibqa' proporzjonat għar-realtà tas-suq tas-servizzi ta' kontenut onlajn u għan-numru ta' utenti potenzjali ta' dawn is-servizzi, li jirrappreżentaw madwar 5,7 % tal-konsumaturi Ewropej(1).

Ir-rapporteur iqis li l-aċċess tal-konsumaturi għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi ta' kontenut onlajn imur fis-sens ta' funzjonament tajjeb tas-suq intern, ibbażat b'mod partikolari fuq il-moviment liberu tas-servizzi u tal-persuni.

Ir-rapporteur jenfasizza madankollu li dan ir-Regolament għandu bħala għan il-promozzjoni tad-diversità kulturali Ewropea u għalhekk m'għandu bl-ebda mod jikser is-sostenibbiltà tal-finanzjament tas-settur awdjoviżiv u ċinematografiku Ewropew, li jibbaża essenzjalment fuq it-territorjalità tad-drittijiet. F'dan ir-rigward, dan ir-Regolament jippromwovi distinzjoni ċara bejn il-portabbiltà u l-aċċess transkonfinali u jenħtieġ li lanqas ma jiġi meqjus bħala pass lejn l-aċċess transkonfinali.

Kamp ta' applikazzjoni

Ir-rapporteur jinsisti fuq il-fatt li dan jirrigwarda servizzi ta' kontenuti onlajn ipprovduti legalment fl-Istat Membru tar-residenza.

Huwa jikkondividi l-opinjoni tal-Kummissjoni, li tqis li m'hemmx lok li jiġi limitat is-soġġorn tal-abbonat fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tar-residenza tiegħu għal numru speċifiku ta' ġranet. Fil-fatt, huwa jqis li jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx ristrett minn fatturi kontinġenti li jqiegħdu piż kbir fuq il-konsumatur. Dan ir-Regolament irid jibqa' sempliċi fl-applikazzjoni tiegħu biex ikun ta' benefiċċju għall-akbar għadd ta' persuni fl-Ewropa li jiċċaqalqu għal perjodi xi ftit jew wisq twal fl-Unjoni, b'mod partikolari għal raġunijiet ta' divertiment, ta' negozju, jew ta' studju.

Min-naħa l-oħra, ir-rapporteur iqis li l-parti l-iktar importanti tat-test tinsab f'awtentikazzjoni minn qabel, effettiva u robusta tal-Istat Membru tar-residenza, kemm biex jiġu evitati ċirkomvenzjonijiet tar-Regolament kif ukoll biex tiġi żgurata l-permanenza tal-post miżmum mill-abbonat mal-post tar-residenza tiegħu.

Huwa favur l-esklużjoni tal-fornituri tas-servizzi ta' kontenut onlajn mingħajr ħlas mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament, għax huwa jqis li attwalment il-maġġoranza ta' dawn il-fornituri ma jivverifikawx l-Istat Membru tar-residenza tal-utenti tagħhom b'ċertezza assoluta, bħalma huwa mitlub għall-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Madankollu, huwa jqis li għandha tiġi offruta l-possibbiltà lill-fornituri tas-servizzi ta' kontenut onlajn mingħajr ħlas li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament, bil-kundizzjoni li dawn jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jippermettu l-verifika tal-Istat Membru tar-residenza tal-utenti tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 3.

Definizzjonijiet

L-abbozz ta' regolament jibbaża fuq żewġ kunċetti ewlenin li għandhom jiġu ddefiniti: l-Istat Membru tar-residenza u l-preżenza temporanja.

Id-definizzjoni tal-"Istat Membru tar-residenza abitwali" tikkostitwixxi dispożizzjoni essenzjali. Permezz ta' Stat Membru tar-residenza, ir-rapporteur jifhem l-Istat Membru li l-abbonat ikun qed joqgħod fih abitwalment u effettivament, u li fih jirritorna b'mod regolari.

Il-preżenza temporanja lil hinn mill-pajjiż tar-residenza tagħmel parti mill-finzjoni ġuridika. Din tirrigwarda għalhekk soġġorn tranżitorju mqatta' 'l barra mill-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat għal raġunijiet personali, professjonali jew universitarji.

Verifika tal-Istat Membru tar-residenza

Il-kriterji ta' verifiki tal-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat jenħtieġ li jiddaħħlu f'lista semimiftuħa.

Dan il-kompromess huwa doppjament virtuż peress li jippermetti li tingħata ċertezza ġuridika suffiċjenti lid-detenturi tad-drittijiet mingħajr ma tipprevjeni li l-fornituri jagħżlu l-kriterji ta' verifika l-iktar adatti għas-suq tagħhom, bil-kundizzjoni li dawn jipprovdu l-istess livell ta' sigurtà bħall-kriterji inklużi fil-lista.

Dan jippermetti wkoll l-adattament fil-futur tal-lista għal innovazzjonijiet potenzjali fir-rigward tal-kriterji ta' verifika.

Fl-aħħar nett ir-rapporteur iqis meħtieġ li ladarba sseħħ il-verifika tal-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat stabbilita fil-mument tal-abbonament, il-fornitur ikun jista' jwettaq kontroll aleatorju tal-indirizz tal-IP tiegħu sabiex jidentifika r-rikorrenza tal-użu tas-servizz ta' kontenut onlajn tiegħu fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tar-residenza.

Applikazzjoni tar-Regolament

Ir-retroattività tar-Regolament proposta mill-Kummissjoni, li tipprevedi applikazzjoni għall-kuntratti konklużi qabel id-data tal-implimentazzjoni, tidher li hija t-triq meħuda mir-rapporteur.

Min-naħa l-oħra, l-introduzzjoni ta' miżuri ta' verifika u tal-verifika konkreta tal-movimenti tal-abbonati li tagħti lok għall-portabbiltà probabbilment tieħu iktar minn sitt xhur, u l-istess japplika għat-tqegħid f'konformità tal-kuntratti ffirmati qabel l-adozzjoni tar-Regolament. Huwa għalhekk li r-rapporteur jirrakkomanda perjodu ta' tnax-il xahar għall-bidu tal-applikazzjoni tar-Regolament.

(1)

Valutazzjoni tal-Impatt (SWD(2015)270) tal-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iżgurar tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut online fis-suq intern (COM(2015)627), p. 17.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (15.7.2016)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iżgurar tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fis-suq intern

(COM(2015)0627 – C8-0392/2015 – 2015/0284(COD))

Rapporteur (*): Sabine Verheyen

(*)   Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li tagħti l-possibbiltà lill-konsumaturi li jieħdu magħhom il-kontenut onlajn tagħhom li għalih għandhom aċċess legali fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom meta jivvjaġġaw fl-UE, fuq il-bażi ta' "fictio juris" (legal fiction). L-obbligu tal-portabbiltà introdott mill-proposta ma jeħtieġx li l-fornituri tas-servizzi jixtru liċenzja separata jew li jinnegozjaw mill-ġdid il-liċenzji eżistenti, imma jitqiesu li qed iwettqu l-atti rilevanti ta' riproduzzjoni, komunikazzjoni mal-pubbliku, jagħmlu x-xogħlijiet disponibbli eċċ. fuq il-bażi tal-awtorizzazzjonijiet rispettivi li diġà rċevew mid-detenturi tad-drittijiet għall-pajjiż ta' residenza tal-abbonat. Bħala tali, il-portabbiltà fis-sens ta' dan ir-Regolament hija dritt tal-konsumatur li ma jistax jiġi rinunzjat.

Mill-perspettiva tal-Kumitat CULT, huwa ta' importanza kbira li fil-kuntest tas-servizzi tal-kontenut onlajn madwar l-Unjoni kollha fuq bażi portabbli, jiġu ggarantiti l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika Ewropea kif ukoll ix-xogħlijiet Ewropej. Madankollu, ir-rapporteur tara l-ħtieġa li jiġi ċċarat li l-portabbiltà ma tfissirx aċċess transkonfinali, li mhux is-suġġett ta' dan ir-Regolament. Il-portabbiltà transkonfinali mhix se timmina u lanqas tabolixxi l-prinċipju territorjali, għaliex dan il-prinċipju u l-valur maħluq minn drittijiet esklużivi huma elementi importanti għas-settur kreattiv u kulturali biex tinżamm il-kompetittività tiegħu u tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-finanzjament tiegħu, b'mod speċjali fis-settur awdjoviżiv. Il-livell għoli ta' protezzjoni mogħti lid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati skont id-dritt tal-Unjoni jipprovdi inċentiv għall-ħolqien ta' kontenut u huwa l-bażi għad-diversità kulturali Ewropea.

Kamp ta' applikazzjoni

Ir-rapporteur taqbel mal-Kummissjoni li l-abbozz ta' Regolament jiġi applikat għas-servizzi tal-kontenut onlajn li, fuq bażi ta' kuntratt, jipprovdu aċċess għas-servizzi lill-abbonati tiegħu inkuż strimjar, tniżżil jew kwalunkwe teknika oħra li tippermetti l-użu ta' dak il-kontenut.

Għall-finijiet ta' kjarifika, ir-rapporteur temmen li l-proposta inizjali tal-Kummissjoni għandha tiġi emendata sabiex teskludi li sistema sempliċi ta' illoggjar jew il-ħlas ta' miżata obbligatorja bħal miżata ta' liċenzja tax-xandir jikkostitwixxu kuntratt fis-sens ta' dan ir-Regolament.

Ir-rapporteur tappoġġa bis-sħiħ l-approċċ tal-Kummissjoni li tapplika r-Regolament għal servizzi tal-kontenut onlajn li huma pprovduti bi ħlas ta' flus kif ukoll għal servizzi li huma pprovduti mingħajr il-ħlas ta' flus sal-punt li l-fornituri jivverifikaw l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonati tagħhom. Fil-każ li l-fornitur ta' servizz mingħajr ħlas jiddeċiedi li joffri portabbiltà, il-fornitur għandu jistabbilixxi sistema ta' verifika tal-Istat Membru ta' residenza tal-abbonat f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Definizzjonijiet

"Stat Membru ta' residenza"

Ir-rapporteur hija tal-opinjoni li huwa meħtieġ li tingħata definizzjoni aktar preċiża ta' "Stat Membru tar-residenza" biex tiġi evitata l-inċertezza legali u sabiex il-fornituri tas-servizzi jkunu jistgħu jimplimentaw ir-Regolament minn perspettiva operazzjonali. Il-kunċett ta' residenza abitwali mhuwiex iddefinit b'mod ċar fid-dritt tal-UE. Jeżistu definizzjonijiet differenti inerenti għal-liġi sekondarja u fil-każistika tal-UE. Għall-finijiet ta' din l-opinjoni, ir-rapporteur tissuġġerixxi li tiġi segwita d-definizzjoni li tat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-452/93-P Petro Magdalena Fernández vs COM tal-Komunitajiet Ewropej, li issa tintuża mill-UE fir-regoli u r-regolamenti li japplikaw għall-persunal tagħha stess. Din tipprovdi indikazzjonijiet ċari dwar kif għandu jiġi vvalutat l-Istat Membru ta' residenza ta' individwu.

"Temporanjament preżenti"

Fir-rigward tad-definizzjoni ta' "temporanjament preżenti", ir-rapporteur tappoġġa bis-sħiħ l-approċċ tal-Kummissjoni li ma tillimitax it-tul taż-żmien fi Stat Membru ieħor minbarra tar-residenza għal ammont speċifiku ta' jiem jew ġimgħat għaliex dan jimmina l-iskop prinċipali tar-Regolament li jagħti lill-konsumaturi kollha l-possibbiltà li jivvjaġġaw fl-UE bil-kontenut onlajn tagħhom li akkwistaw b'mod legali. Pereżempju, student tal-Erasmus għandu jkollu l-possibbiltà li jieħu l-kontenut tiegħu akkwistat b'mod legali barra mill-pajjiż għat-tul taż-żjara tiegħu. L-istess japplika għal konsumaturi li jivvjaġġaw ħafna fuq xogħol. Jekk jiġi llimitat in-numru ta' jiem dan ikun għad-detriment ta' dawk il-persuni. Barra minn hekk, ir-rapporteur tappoġġa bis-sħiħ l-approċċ tal-Kummissjoni li ma tippermettix l-intraċċar kontinwu tal-post. Sabiex jiġi llimitat il-perjodu ta' żmien li persuna ddum barra mill-pajjiż għal ammont speċifiku ta' jiem ikun jeħtieġ l-intraċċar kontinwu tal-IP, li għandu jiġi evitat. Barra minn hekk, meta l-kunċett ta' residenza abitwali jiġi ddefinit tajjeb u l-miżuri ta' verifika jkunu effettivi u raġonevoli, m'hemmx raġuni biex jiġi llimitat il-perjodu ta' żmien għal ammont speċifiku ta' jiem għaliex ir-riskji ta' abbuż huma ċertament limitati.

Verifika effettiva tal-Istat Membru ta' residenza

Biex tiġi żgurata implimentazzjoni malajr u b'suċċess tar-Regolament anke minn perspettiva operazzjonali, ir-rapporteur tissuġġerixxi li jiġu stabbiliti kontrolli effettivi tar-residenza sabiex tiġi vverifikata r-residenza abitwali ta' abbonat fil-punt li l-abbonat ikun jixtieq juża s-servizz u aktar tard fuq bażi regolari, madankollu mhux permezz tal-intraċċar kontinwu tal-IP imma permezz tal-kampjunar tal-indirizzi tal-IP, biex jiġi evitat ir-riskju tal-abbuż.

Sabiex jingħata livell massimu ta' ċertezza legali, ir-rapporteur tipproponi li titlob lill-Kummissjoni tiżviluppa, permezz ta' att delegat u flimkien mal-industrija, lista mhux eżawrjenti ta' mezzi ta' verifika tar-residenza li s-servizzi jistgħu japplikaw għall-finijiet tal-verifika effettiva tar-residenza abitwali tal-abbonat fil-punt li l-abbonat ikun jixtieq juża s-servizzi portabbli transkonfinali. Din il-lista tista' pereżempju tinkludi installazzjoni kkonfermata ta' kaxxa tad-dekowder, kont tal-bank lokali ta' domiċilju, rwol elettorali ta' domiċilju, konferma tal-ħlas tat-taxxa eċċ. Il-Kummissjoni tista', wara li tikkonsulta lill-fornituri tas-servizzi u lid-detenturi tad-drittijiet, temenda l-lista. Għall-finijiet tal-verifika tar-residenza abitwali tal-abbonat fuq bażi regolari, il-kampjunar tal-indirizzi tal-IP jista' jkun utli.

B'segwitu għas-suġġeriment tal-Kummissjoni, ir-rapporteur tipproponi li l-fornituri tas-servizzi jkunu responsabbli mill-verifika tal-Istat Membru ta' residenza tal-abbonat. Barra minn hekk, sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni tad-detenturi tad-drittijiet, huma jistgħu jżommu d-drittijiet liċenzjati lil fornitur tas-servizzi jekk il-fornitur ma jkunx jista' juri fuq talba li qed iwettaq il-verifiki ta' residenza f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Data tal-applikazzjoni

Id-detenturi tad-drittijiet u l-fornituri tas-servizzi xorta x'aktarx li jinnegozjaw u jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar il-miżuri ta' verifika tar-residenza mal-Kummissjoni Ewropea. Dawn id-diskussjonijiet aktarx li se jdumu aktar minn 6 xhur biss biex jiġu konklużi. Ir-rapporteur tixtieq madankollu tistieden lid-detenturi tad-drittijiet, il-fornituri tas-servizzi u l-Kummissjoni biex jiżviluppaw kemm jista' jkun malajr lista ta' mezzi effettivi ta' verifika tar-residenza sabiex dan ir-Regolament ikun jista' jidħol fis-seħħ mhux iżjed tard minn 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Peress li s-suq intern jikkonsisti f’żona mingħajr fruntieri interni li tiddependi, inter alia, fuq il-moviment ħieles tas-servizzi u l-persuni, għandu jiġi stipulat li l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw is-servizzi tal-kontenut onlajn li joffru aċċess għal kontenut bħal mużika, logħob, films jew avvenimenti sportivi, mhux biss fl-Istat Membru tagħhom ta' residenza, iżda wkoll meta jkunu temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni. Għalhekk, l-ostakli li jfixklu l-aċċess u l-użu ta' dawn is-servizzi tal-kontenut onlajn transkonfinali għandhom jiġu eliminati.

(1)  Peress li s-suq intern jikkonsisti f’żona mingħajr fruntieri interni li tiddependi, inter alia, fuq il-moviment ħieles tas-servizzi u l-persuni, għandu jiġi stipulat li l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw is-servizzi tal-kontenut onlajn li legalment joffru aċċess għal kontenut bħal mużika, logħob, films jew avvenimenti sportivi, mhux biss fl-Istat Membru tagħhom ta' residenza, iżda wkoll meta jkunu temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni. Għalhekk, l-ostakli li jfixklu l-aċċess temporanju u l-użu ta' servizzi tal-kontenut onlajn akkwistati b'mod legali u li huma transkonfinali għandhom jiġu eliminati.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-iżvilupp teknoloġiku li wassal għall-proliferazzjoni ta' tagħmir portabbli bħal tablets u smartphones jiffaċilita dejjem iktar l-użu tas-servizzi tal-kontenut onlajn billi jipprovdi aċċess għalihom irrispettivament minn fejn jinsabu l-konsumaturi. Hemm domanda dejjem akbar mill-konsumaturi għall-aċċess għall-kontenut u għas-servizzi onlajn innovattivi, mhux biss f'pajjiżhom, iżda wkoll meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni.

(2)  L-iżvilupp teknoloġiku li wassal għall-proliferazzjoni ta' tagħmir portabbli bħal tablets u smartphones jiffaċilita dejjem iktar l-użu tas-servizzi tal-kontenut onlajn billi jipprovdi aċċess għalihom irrispettivament minn fejn jinsabu l-konsumaturi. Hemm domanda li qiegħda tikber mill-konsumaturi għall-aċċess għall-kontenut u għas-servizzi onlajn innovattivi, mhux biss fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom, iżda wkoll meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Fil-kuntest ta' servizzi tal-kontenut onlajn ipprovduti madwar l-Unjoni fuq bażi portabbli huwa ta' importanza kbira li tiġi ggarantita l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika Ewropea kif ukoll tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Il-livell għoli ta' protezzjoni mogħti lid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati skont id-dritt tal-Unjoni jipprovdi inċentiv għall-ħolqien ta' kontenut u huwa l-bażi għad-diversità kulturali Ewropea.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-konsumaturi qegħdin jidħlu dejjem aktar f'arranġamenti kuntrattwali mal-fornituri tas-servizzi għall-forniment ta’ servizzi tal-kontenut onlajn. Madankollu, il-konsumaturi li huma temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni ta' spiss ma jkunux jistgħu jaċċessaw u jużaw is-servizzi tal-kontenut onlajn li jkunu akkwistaw id-dritt li jużaw f'pajjiżhom.

(3)  Il-konsumaturi qegħdin jidħlu dejjem aktar f'arranġamenti kuntrattwali mal-fornituri tas-servizzi għall-forniment ta’ servizzi tal-kontenut onlajn. Madankollu, il-konsumaturi li huma temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni ta' spiss ma jkunux jistgħu jaċċessaw u jużaw is-servizzi tal-kontenut onlajn li jkunu akkwistaw b'mod legali d-dritt li jużawhom fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Hemm numru ta' ostakli li jfixklu l-forniment ta' dawn is-servizzi lill-konsumaturi temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. Ċerti servizzi onlajn jinkludu kontenut bħal mużika, logħob jew films li huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati skont il-liġijiet tal-Unjoni. B'mod partikolari, l-ostakli għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn jirriżultaw mill-fatt li d-drittijiet għat-trażmissjoni tal-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati bħax-xogħlijiet awdjoviżivi ta' spiss jiġu lliċenzjati fuq bażi territorjali, kif ukoll mill-fatt li l-fornituri tas-servizzi onlajn jistgħu jagħżlu li jservu swieq speċifiċi biss.

(4)  Hemm numru ta' ostakli li jfixklu l-forniment ta' dawn is-servizzi lill-konsumaturi temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. Ċerti servizzi onlajn jinkludu kontenut bħal mużika, logħob jew films li huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati skont il-liġijiet tal-Unjoni. B'mod partikolari, l-ostakli għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn jirriżultaw mill-fatt li d-drittijiet għat-trażmissjoni tal-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati bħax-xogħlijiet awdjoviżivi mhux dejjem jiġu liċenzjati fuq bażi multi-territorjali jew diġà nbiegħu fuq bażi esklussiva fi ħdan dak it-territorju, kif ukoll mill-fatt li l-fornituri tas-servizzi onlajn jistgħu jagħżlu li jservu swieq speċifiċi biss. Dawn il-prattiki għandhom rwol qawwi fil-finanzjament tal-kontenut kulturali Ewropew u jwieġbu għall-ħtiġijiet tas-swieq Ewropej. Filwaqt li tali prattiki ma għandhomx ifixklu l-aċċess leġittimu u l-użu tas-servizzi tal-kontenut onlajn minn konsumaturi meta dawn ikunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor, is-sistema ta' liċenzjar territorjali tibqa' vitali għall-kontinwazzjoni ta' diversità kulturali Ewropea b'saħħitha.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Barra minn hekk, fil-Kawżi Magħquda C-403/08 u C-429/08, Football Association Premier League et., EU:C:2011:631, il-Qorti ddeċidiet li ċerti restrizzjonijiet għall-forniment ta’ servizzi ma jistgħux jiġu ġġustifikati fid-dawl tal-għan tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

(11)  Barra minn hekk, fil-Kawżi Magħquda C-403/08 u C-429/08, Football Association Premier League et., EU:C:2011:631, il-Qorti ddeċidiet li restrizzjoni għall-forniment ta’ servizzi, li tikkonsisti fil-projbizzjoni tal-użu ta' apparat ta' dekodifikazzjoni barrani fil-kuntest ta' servizz ikkodifikat ta' xandir bis-satellita ta' avvenimenti sportivi diretti, ma jistgħux jiġu ġġustifikati fid-dawl tal-għan tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Għalhekk, l-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jadatta l-qafas legali sabiex jiżgura li l-liċenzjar tad-drittijiet ma jibqax jippreżenta ostakli għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fl-Unjoni, u li l-portabbiltà transkonfinali tista' tiġi żgurata.

(12)  Għalhekk, l-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jadatta l-qafas legali biex jipprovdi approċċ komuni għall-forniment ta' servizzi ta' kontenut onlajn billi jistabbilixxu fizzjoni legali interpretabbli sabiex tiġi permessa l-portabbiltà transkonfinali ta' servizzi ta' kontenut onlajn f'każ li l-konsumaturi li jkollhom kontenut miksub legalment u li huma preżenti b'mod temporanju fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru ta' residenza tagħhom, u li fir-rigward tas-settur awdjoviżiv, mingħajr ma jiġi mminat jew abolit il-prinċipju territorjali għaliex dan iwassal għal telf sproporzjonat għad-detriment tad-detenturi tad-drittijiet u għal distorsjoni sinifikanti tas-suq għall-kontenut awdjoviżiv premium. Ir-regolament ma għandux l-għan li jbiddel u lanqas ma għandu jaffettwa s-sistema eżistenti ta' liċenzjar territorjali, li hija essenzjali fil-finanzjament, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Il-portabbiltà għandha, fi kwalunkwe każ, tintgħaraf mill-kunċett ta' aċċess transkonfinali, li ma jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. It-tisħiħ tal-portabbiltà ta' servizzi ta' kontenut disponibbli b'mod legali u miksub b'mod legali, jista' jkun pass importanti 'l quddiem sabiex jintemm l-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)   Dan ir-Regolament għalhekk għandu japplika għas-servizzi tal-kontenut onlajn li fornitur tas-servizzi, wara li jkun kiseb id-drittijiet rilevanti mid-detenturi tad-drittijiet f'territorju partikolari, jipprovdi lill-abbonati tiegħu fuq il-bażi ta' kuntratt, bi kwalunkwe mezz inkluż streaming, tniżżil jew kwalunkwe teknika oħra li tippermetti l-użu ta' dak il-kontenut. Reġistrazzjoni biex jiġu riċevuti twissijiet tal-kontenut jew aċċettazzjoni sempliċi tal-cookies tal-HTML m'għandiex titqies bħala kuntratt għall-forniment ta’ servizz tal-kontenut onlajn għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

(13)  Dan ir-Regolament għalhekk għandu japplika għas-servizzi tal-kontenut onlajn li fornitur tas-servizzi, wara li jkun kiseb id-drittijiet rilevanti mid-detenturi tad-drittijiet f'territorju partikolari, jipprovdi lill-abbonati tiegħu fuq il-bażi ta' kuntratt, bi kwalunkwe mezz inkluż streaming, tniżżil jew kwalunkwe teknika oħra li tippermetti l-użu ta' dak il-kontenut. Reġistrazzjoni biex jiġu riċevuti twissijiet tal-kontenut jew aċċettazzjoni sempliċi tal-cookies tal-HTML jew sistema sempliċi ta' illoggjar bħal waħda ddisinjata primarjament għar-rakkomandazzjoni ta' programm jew għal servizzi ta' reklamar personalizzati bħala ħlas ta' miżata obbligatorja universali bħal miżata ta' liċenzja tax-xandir jew l-iskambju jew it-trasferiment ta' dejta m'għandiex titqies bħala kuntratt għall-forniment ta' servizz tal-kontenut onlajn għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Dan ir-Regolament għandu japplika biss għas-servizzi tal-kontenut onlajn li l-abbonati jistgħu jaċċessaw u jużaw b'mod effettiv fl-Istat Membru li jgħixu fih b'mod abitwali, mingħajr ma jiġu limitati għal post speċifiku, peress li mhuwiex xieraq li l-fornituri tas-servizzi li ma joffrux servizzi portabbli f'pajjiżhom ikunu meħtieġa jagħmlu hekk bejn il-fruntieri.

(15)  Dan ir-Regolament għandu japplika biss għas-servizzi tal-kontenut onlajn li l-abbonati jistgħu jaċċessaw u jużaw b'mod effettiv fl-Istat Membru ta' residenza li jgħixu fih b'mod abitwali, mingħajr ma jiġu limitati għal post speċifiku, f'dak l-Istat Membru, peress li mhuwiex xieraq li l-fornituri tas-servizzi li ma joffrux servizzi portabbli fl-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat ikunu meħtieġa jagħmlu hekk bejn il-fruntieri.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Is-servizzi tal-kontentut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas ta' flus huma inklużi wkoll fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sal-limitu li l-fornituri jivverifikaw l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom. Is-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas ta' flus u li l-fornituri tagħhom ma jivverifikawx l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom għandhom ikunu barra l-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament peress li l-inklużjoni tagħhom tinvolvi bidla kbira fil-mod kif jitwasslu dawn is-servizzi u jinvolvu spejjeż sproporzjonati. F'dak li jirrigwarda l-verifika tal-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat, l-informazzjoni bħal ħlas ta' miżata ta' liċenzja għal servizzi oħra pprovduti fl-Istat Membru tar-residenza, l-eżistenza ta' kuntratt għall-konnessjoni tal-internet jew tat-telefon, l-indirizz tal-IP jew mezzi tal-awtentikazzjoni oħra għandom jiġu invokati, jekk jippermettu lill-fornitur ikollu indikaturi rigward l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tiegħu.

(17)  Is-servizzi tal-kontentut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas ta' flus huma inklużi wkoll fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sal-limitu li l-fornituri jkollhom fis-seħħ sistema ta' verifika tal-post li tivverifika l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonati bl-istess grad ta' ċertezza bħas-servizzi pprovduti b'pagament ta' flus. Is-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas ta' flus u li l-fornituri tagħhom ma għandhomx sistema ta' verifika fis-seħħ, jistgħu jagħżlu b'mod ħieles li jippermettu l-aċċess u l-użu tas-servizz tagħhom lill-abbonati tagħhom bi qbil ma' dan ir-Regolament. Is-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas fi flus u li għad ma għandhomx sistema ta' verifika fis-seħħ li tivverifika l-Istat Membru ta' residenza bl-istess grad ta' ċertezza bħas-servizzi li jiġu pprovduti bi ħlas ta' flus għandhom ikunu barra l-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament peress li l-inklużjoni obbligatorja tagħhom tinvolvi bidla kbira fil-mod kif jitwasslu dawn is-servizzi u jinvolvu spejjeż sproporzjonati. Billi s-servizzi tal-kontenut onlajn li huma pprovduti mingħajr il-ħlas fi flus huma madankollu atturi importanti fis-suq, għandu jibqa' possibbli għalihom li joffru portabbiltà transkonfinali lill-abbonati tagħhom meta jkollhom il-mezzi li jivverifikaw l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonati tagħhom bl-istess grad ta' ċertezza bħas-servizzi pprovduti bi ħlas ta' flus. Jekk il-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas ta' flus, jixtiequ jeżerċitaw din l-opzjoni, huma għandhom ikunu obbligati jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament bl-istess mod bħall-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn li huma pprovduti bi ħlas ta' flus.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex tiġi żgurata l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn, huwa meħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi onlajn ikunu meħtieġa jippermettu lill-abbonati tagħhom jużaw is-servizz fl-Istat Membru fejn ikunu temporanjament preżenti, billi jipprovdulhom aċċess għall-istess kontenut fuq l-istess medda u numru ta' apparat, għall-istess numru ta' utenti u bl-istess medda ta' funzjonalitajiet bħal dawk offruti fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom. Dan l-obbligu huwa obbligatorju u għalhekk il-partijiet ma jistgħux jeskluduh, jidderogaw minnu jew ivarjaw l-effett tiegħu. Kwalunke azzjoni minn fornitur tas-servizzi li tista' tipprevjeni lill-abbonat milli jaċċessa jew juża s-servizz waqt li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru, pereżempju, restrizzjonijiet fil-funzjonalitajiet tas-servizz jew fil-kwalità tal-konsenja tiegħu, jammonta għal evażjoni tal-obbligu biex jippermetti l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn u għalhekk imur kontra dan ir-Regolament.

(18)  Sabiex tiġi żgurata l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn, huwa meħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi onlajn ikunu meħtieġa jippermettu lill-abbonati tagħhom jużaw is-servizz fl-Istat Membru fejn ikunu temporanjament preżenti, billi jipprovdulhom aċċess għall-istess kontenut fuq l-istess medda u numru ta' apparat, għall-istess numru ta' utenti u bl-istess medda ta' funzjonalitajiet bħal dawk offruti fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom. Dan l-obbligu huwa obbligatorju u għalhekk il-partijiet ma jistgħux jeskluduh, jidderogaw minnu jew ivarjaw l-effett tiegħu. Kwalunkwe azzjoni minn fornitur tas-servizzi li tista' tipprevjeni lill-abbonat milli jaċċessa jew juża s-servizz waqt li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru u ma tiksirx dan ir-Regolament, pereżempju, restrizzjonijiet fil-funzjonalitajiet tas-servizz jew fil-kwalità tal-konsenja tiegħu, jammonta għal evażjoni tal-obbligu biex jippermetti l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn u għalhekk imur kontra dan ir-Regolament.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  F'ċirkostanzi limitati ħafna tista' tiġi permessa deroga mill-obbligu sabiex tiġi offruta portabbiltà transkonfinali dwar ċertu apparat mhux portabbli fejn l-iżgurar tal-aċċess għal abbonat ikun jeħtieġ li l-fornitur tas-servizz onlajn jidħol fi ftehim kuntrattwali separat ma' manifattur tal-apparat ta' parti terza jew ma' kontrollur tal-pjattaforma, għaliex dan teknoloġikament jista' ma jkunx fattibbli jew jista' jiġi kkontestat legalment.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tagħhom mingħajr ma jakkwistaw id-drittijiet rilevanti fi Stat Membru ieħor, huwa meħtieġ li jiġi stipulat li dawk il-fornituri tas-servizzi li jipprovdu servizzi tal-kontenut onlajn portabbli fl-Istati Membri tar-residenza tal-abbonati b'mod legali jkunu dejjem intitolati li jipprovdu dawn is-servizzi wkoll lil dawk l-abbonati meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. Dan għandu jinkiseb billi jiġi stabbilit li l-forniment, l-aċċess u l-użu ta' dan is-servizz ta’ kontenut onlajn għandhom jitqiesu li jseħħu fl-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat.

(20)  Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tagħhom mingħajr ma jmorru kontra l-esklussività territorjali, huwa meħtieġ li jiġi stipulat li dawk il-fornituri tas-servizzi li jipprovdu servizzi tal-kontenut onlajn portabbli fl-Istati Membri tar-residenza tal-abbonati b'mod legali jkunu dejjem intitolati li jipprovdu dawn is-servizzi wkoll lil dawk l-abbonati meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. Dan għandu jinkiseb billi jiġi stabbilit li l-forniment, l-aċċess u l-użu ta' dan is-servizz ta' kontenut onlajn għandhom jitqiesu li jseħħu fl-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat. Din il-fizzjoni legali m'għandhiex tipprevjeni lill-fornitur milli joffri lilll-abbonat tiegħu, li huwa temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor, il-kontenut onlajn li l-fornitur jipprovdi b'mod legali f'dak l-Istat Membru. M'għandux barra minn hekk jiġi interpretat bħala li jillimita lil fornitur tas-servizz milli joffri s-servizzi tiegħu lil konsumatur li jinsab b'mod permanenti fi Stat Membru ieħor, sakemm ikunu ġew akkwistati l-liċenzji meħtieġa skont id-Direttiva 2001/29/KE u d-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u li dawn għandhom l-awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet biex jużaw il-kontenut tagħhom.

 

______________

 

1a Id-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72).

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Għal-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, dan ifisser li l-atti rilevanti tar-riproduzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ xogħlijiet u materjal protett ieħor, kif ukoll l-atti ta' estrazzjoni jew l-utilizzazzjoni mill-ġdid f'relazzjoni ma' databases protetti bi drittijiet sui generis li jseħħu meta s-servizz jiġi pprovdut lill-abbonati meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza, għandhom jitqiesu li jseħħu fl-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat. Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi għandhom jitqiesu li jwettqu dawn l-atti fuq il-bażi tal-awtorizzazzjonijiet rispettivi mid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati għall-Istat Membru tar-residenza ta' dawn l-abbonati. Kull meta l-fornituri tas-servizzi jkunu jistgħu jwettqu atti ta' komunikazzjoni lill-pubbliku jew riproduzzjoni fl-Istat Membru tal-abbonat fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati, abbonat li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza tiegħu għandu jkun jista' jaċċessa u juża s-servizz u meta jkun meħtieġ, għandu jkun jista’ jwettaq kwalunkwe att rilevanti ta’ riproduzzjoni bħat-tniżżil ta’ materjal kif ikun intitolat jagħmel fl-Istat Membru tar-residenza tiegħu. Il-forniment ta’ servizz ta’ kontenut onlajn minn fornitur tas-servizz għal abbonat temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza tiegħu u l-użu tas-servizz minn dan l-abbonat f'konformità ma' dan ir-Regolament m'għandhomx jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jew kwalunkwe drittijiet oħrajn rilevanti għall-użu tal-kontenut fis-servizz.

(21)  Għal-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, dan ifisser li l-atti rilevanti tar-riproduzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ xogħlijiet u materjal protett ieħor, kif ukoll l-atti ta' estrazzjoni jew l-utilizzazzjoni mill-ġdid f'relazzjoni ma' databases protetti bi drittijiet sui generis li jseħħu meta s-servizz jiġi pprovdut lill-abbonati meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza, għandhom jitqiesu li jseħħu fl-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat. Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi għandhom jitqiesu li jwettqu dawn l-atti fuq il-bażi tal-awtorizzazzjonijiet rispettivi mid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati għall-Istat Membru tar-residenza ta' dawn l-abbonati. Kull meta l-fornituri tas-servizzi jkunu jistgħu jwettqu atti ta' komunikazzjoni lill-pubbliku jew riproduzzjoni fl-Istat Membru tal-abbonat fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati, abbonat li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza tiegħu għandu jkun jista' jaċċessa u juża s-servizz u meta jkun meħtieġ, għandu jkun jista’ jwettaq kwalunkwe att rilevanti ta’ riproduzzjoni bħat-tniżżil ta’ materjal kif ikun intitolat jagħmel fl-Istat Membru tar-residenza tiegħu. Sakemm l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonat ikun ġie vverifikat b'mod effettiv skont dan ir-Regolament, il-forniment ta' servizz ta' kontenut onlajn minn fornitur tas-servizz għal abbonat temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza tiegħu u l-użu tas-servizz minn dan l-abbonat f'konformità ma' dan ir-Regolament m'għandhomx jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jew kwalunkwe drittijiet oħrajn rilevanti għall-użu tal-kontenut fis-servizz.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Biex jiġu salvagwardjati d-diversità kulturali u lingwistika, il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni ta' kontenut kreattiv madwar l-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tas-settur awdjoviżiv u d-drittijiet tal-awturi u tal-ħallieqa li huma protetti mid-drittijiet tal-awtur, dan ir-Regolament għandu jkun limitat għall-portabbiltà transkonfinali ta' kontenut akkwistat b'mod legali u fl-ebda każ m'għandu jestendi għal aċċess transkonfinali għal servizzi tal-kontenut onlajn fi Stati Membri fejn il-fornitur tas-servizz tal-kontenut onlajn m'għandux awtorizzazzjoni mill-ħallieqa u mid-detenturi tad-drittijiet biex juża dan il-kontenut.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 21b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21b)  Il-fornituri u d-detenturi tad-drittijiet rilevanti għall-forniment tas-servizzi tal-kontenut onlajn m'għandhomx jitħallew jevitaw l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament billi jagħżlu l-liġi ta' pajjiż terz bħala l-liġi applikabbli għall-kuntratti bejniethom jew għall-kuntratti bejn il-fornituri u l-abbonati.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  Jekk abbonat jonqos milli jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa u l-fornitur ma jkunx jista' jivverifika l-Istat Membru ta' residenza kif meħtieġ skont dan ir-Regolament bħala riżultat, il-fornitur m'għandux jipprovdi l-portabbiltà transkonfinali tas-servizz tal-kontenut onlajn għal tali abbonat skont dan ir-Regolament.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li l-abbonati jkunu infurmati b'mod xieraq dwar il-kundizzjonijiet għat-tgawdija tas-servizzi ta' kontenut onlajn fi Stati Membri li mhumiex l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonati. Ir-Regolament jippermetti li d-detenturi tad-drittijiet jirrikjedu li l-fornitur tas-servizz jagħmel użu mill-mezzi, sabiex jivverifika li s-servizz ikun ipprovdut f'konformità ma' dan ir-Regolament. Madankollu, għandu jiġi żgurat li l-mezzi meħtieġa jkunu raġonevoli u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb l-għan tagħhom. Eżempji tal-miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa jistgħu jinkludu kampjuni tal-indirizzi tal-IP minflok il-monitoraġġ kostanti tal-post, informazzjoni trasparenti lill-individwi dwar il-metodi użati għall-verifika u l-għanijiet tagħha u miżuri ta’ sigurtà adegwati. Meta wieħed jikkunsidra li għall-għanijiet tal-verifika ma jgħoddx il-post iżda f'liema Stat Membru l-abbonat ikun qiegħed jaċċessa s-servizz, m'għandhiex tinġabar u tiġi proċessata dejta preċiża dwar il-post għal dan l-għan. B'mod simili, meta l-awtentikazzjoni ta' abbonat tkun biżżejjed biex jitwassal is-servizz ipprovdut, m'għandiex tkun meħtieġa l-identifikazzjoni tal-abbonat.

(23)  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li l-abbonati jkunu infurmati b'mod xieraq dwar il-kundizzjonijiet għat-tgawdija tas-servizzi ta' kontenut onlajn fi Stati Membri li mhumiex l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonati. Ir-Regolament jobbliga lill-fornitur tas-servizz jagħmel użu mill-mezzi, sabiex jivverifika li s-servizz ikun ipprovdut f'konformità ma' dan ir-Regolament. Il-lista ta' mezzi ta' verifika, kif previst f'dan ir-Regolament, għandha l-għan li tipprovdi ċertezza legali għall-mezzi ta' verifika intiżi għall-użu tal-fornitur tas-servizz, filwaqt li tipprovdi l-mezzi suffiċjenti u flessibbli li bihom il-fornituri tas-servizz jistgħu jawtentikaw u jivverifikaw l-aċċess tal-abbonati u l-Istat Membru ta' residenza tagħhom.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)  Id-detenturi tad-drittijiet jistgħu jżommu d-drittijiet liċenzjati lil fornitur tas-servizzi jekk il-fornitur ma jkunx jista' juri li mhuwiex qed jikkonforma mal-obbligu li jivverifika b'mod effettiv l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonat bi qbil ma' dan ir-Regolament. Madankollu, hemm bżonn li jiġi żgurat li l-mezzi meħtieġa ta' awtentikazzjoni u verifika jkunu raġonevoli, adattati għan-natura tas-servizz tal-kontenut onlajn ikkonċernat, filwaqt li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dan il-għan. F'kull każ, għandhom jitqiesu l-mezzi ta' verifika partikolari fl-Istat Membru partikolari u tat-tip partikolari ta' servizz tal-kontenut onlajn. Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, il-fornituri tas-servizz għandhom jagħmlu affidament fuq ġabra ta' mill-anqas żewġ mezzi ta' verifika stipulati f'dan ir-Regolament, li għandhom jiġu maqbula bejn id-detenturi tad-drittijiet u l-fornituri tas-servizz. Eżempji tal-miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa jistgħu jinkludu kampjuni tal-indirizzi tal-IP minflok il-monitoraġġ kostanti tal-post, il-forniment ta' informazzjoni trasparenti lill-individwi dwar il-metodi użati għall-verifika u l-għanijiet tagħha u miżuri ta' sigurtà adegwati. Meta wieħed jikkunsidra li għall-għanijiet tal-verifika ma jgħoddx il-post jew il-pajjiż speċifiku iżda jekk l-individwu huwiex qiegħed jaċċedi għas-servizz fl-Istat Membru ta' residenza tiegħu jew tagħha jew le, m'għandhiex tinġabar u tiġi proċessata dejta preċiża, lil hinn mill-verifika ta' residenza oriġinali dwar il-post għal dan l-għan. B'mod simili, meta l-awtentikazzjoni ta' abbonat tkun biżżejjed biex jitwassal is-servizz ipprovdut, m'għandiex tkun meħtieġa l-identifikazzjoni tal-abbonat.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 23b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23b)  Sabiex il-portabbiltà transkonfinali ta' servizzi ta' kontenut onlajn tkun permessa, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta' lista ta' mezzi għall-verifika tal-Istat Membru ta' residenza tal-abbonat, imħejjija u mfassla f'konsultazzjoni mal-industrija, inklużi d-detenturi tad-drittijiet iż-żgħar. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell ta' esperti mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat f'konformità ma' dawk id-drittijiet u prinċipji, b'mod partikolari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà ta' espressjoni u l-libertà ta' intrapriża. Kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandhom ikunu f'konformità mad-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE. B'mod partikolari, il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jkun meħtieġ u proporzjonat sabiex jikseb l-għan rilevanti.

(24)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat f'konformità ma' dawk id-drittijiet u prinċipji, b'mod partikolari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għall-proprjetà, inklużi d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, il-libertà ta' espressjoni u l-libertà ta' intrapriża. Kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandhom ikunu f'konformità mad-Direttivi 95/46/KE27 u 2002/58/KE28. B'mod partikolari, il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jkun meħtieġ u proporzjonat sabiex jikseb l-għan rilevanti.

__________________

__________________

27Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31–50.

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31–50.

28Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.07.2002, p 37), imsemmija, kif emendata bid-Direttivi 2006/24/KE u 2009/136/KE, "id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika".

Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.07.2002, p 37).

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a)  Dan ir-Regolament għandu jirrispetta l-obbligi li l-Unjoni hija soġġetta għalihom skont it-trattati internazzjonali li jħarsu d-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, inklużi l-Konvenzjoni ta' Berna għall-Protezzjoni ta' Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi, it-Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) dwar id-Drittijiet tal-Awtur u t-Trattat tad-WIPO dwar l-Interpretazzjonijiet, l-Eżekuzzjonijiet u l-Fonogrammi.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Għalhekk, peress li r-Regolament se japplika għal xi kuntratti u drittijiet akkwistati qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu, huwa wkoll xieraq li jingħata perjodu raġonevoli ta' żmien bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u d-data tal-applikazzjoni tiegħu li jippermetti lid-detenturi tad-drittijiet u l-fornituri tas-servizzi jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex jadattaw għas-sitwazzjoni l-ġdida, u li jippermetti lill-fornituri tas-servizzi jemendaw it-termini tal-użu tas-servizzi tagħhom.

(27)  Għalhekk, peress li r-Regolament se japplika għal xi kuntratti u drittijiet akkwistati qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu, huwa wkoll xieraq li jingħata perjodu raġonevoli ta' żmien bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u d-data tal-applikazzjoni tiegħu li jippermetti lid-detenturi tad-drittijiet u l-fornituri tas-servizzi jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex jadattaw għas-sitwazzjoni l-ġdida, u li jippermetti lill-fornituri tas-servizzi jemendaw it-termini tal-użu tas-servizzi tagħhom. Bidliet fit-termini ta' użu ta' servizzi tal-kontenut onlajn offruti f'pakketti li jikkombinaw servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizz tal-kontenut onlajn li saru b'mod strett sabiex ikunu konformi ma' dan ir-Regolament m'għandhomx jirriżultaw f'xi dritt għall-abbonati skont il-liġijiet nazzjonali li jittrasponu l-qafas regolatorju għal netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi biex jirtiraw minn kuntratti għall-forniment ta' tali servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Sabiex jinkiseb l-għan li tiġi żgurata l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fl-Unjoni, huwa xieraq li jiġi adottat regolament li japplika b'mod dirett fl-Istati Membri. Dan huwa meħtieġ sabiex tiġi garantita applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar il-portabbiltà transkonfinali fl-Istati Membri kollha, u biex jiġi garantit id-dħul fis-seħħ tagħhom fl-istess ħin fir-rigward tas-servizzi kollha ta’ kontenut onlajn. Regolament biss jista' jiżgura l-grad ta' ċertezza legali li huwa meħtieġ sabiex jippermetti lill-konsumaturi jibbenefikaw bis-sħiħ mill-portabbiltà transkonfinali fl-Unjoni kollha.

(28)  Sabiex jinkiseb l-għan li tiġi żgurata l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fl-Unjoni, huwa xieraq li jiġi adottat regolament li japplika b'mod dirett fl-Istati Membri. Dan huwa meħtieġ sabiex tiġi garantita applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar il-portabbiltà transkonfinali fl-Istati Membri kollha, u biex jiġi garantit id-dħul fis-seħħ tagħhom fl-istess ħin fir-rigward tas-servizzi kollha ta’ kontenut onlajn. Regolament biss jista' jiżgura l-grad ta' ċertezza legali li huwa meħtieġ sabiex jippermetti lill-konsumaturi jibbenefikaw bis-sħiħ mill-portabbiltà transkonfinali fl-Unjoni kollha; l-għażla ta' dan it-tip ta' att legali tirrifletti l-objettivi speċjali tar-regoli dwar il-portabbiltà transkonfinali u ċ-ċirkostanzi uniċi li huma msejsa fuqhom, u b'hekk din m'għandha bl-ebda mod titqies bħala l-istabbiliment ta' preċedent għal kwalunkwe att legali suċċessiv tal-Unjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jintroduċi approċċ komuni biex jiżgura li l-abbonati tas-servizzi tal-kontenut onlajn fl-Unjoni, meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru, ikunu jistgħu jaċċessaw u jużaw dawn is-servizzi.

Dan ir-Regolament jintroduċi approċċ komuni biex jiżgura li l-abbonati tas-servizzi tal-kontenut onlajn akkwistati b'mod legali fl-Istat Membru ta' residenza, meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor minbarra dak tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom, ikunu jistgħu jaċċessaw u jużaw dawn is-servizzi filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati u rilevanti kollha tal-kontenut aċċessat u użat u sakemm il-fornitur tas-servizzi tal-kontenut onlajn ikun ivverifika l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonat bi qbil mal-Artikolu 3b ġdid.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) "Stat Membru tar-residenza" tfisser l-Istat Membru li l-abbonat ikun qed joqgħod fih abitwalment;

(c) "Stat Membru tar-residenza" tfisser l-Istat Membru li l-abbonat ikun qed joqgħod fih abitwalment, definit bħala l-post fejn wieħed stabbilixxa ċentru permanenti ta' interess bl-intenzjoni li jagħtih karattru dejjiemi, post fejn individwu jirritorna regolarment u li miegħu huwa jew hija għandu/għandha konnessjoni kontinwa, kif stabbilit fuq il-bażi tal-mezzi ta' verifika skont dan ir-Regolament;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "Temporanjament preżenti" tfisser preżenza ta' abbonat fi Stat Membru ieħor minbarra l-Istat Membru tar-residenza;

(d)  "Temporanjament preżenti" tfisser il-preżenza tranżitorja ta' abbonat fi Stat Membru ieħor minbarra l-Istat Membru tar-residenza sakemm l-abbonat ma jittrasferixxix iċ-ċentru ta' interessi tiegħu jew tagħha hemmhekk;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "Servizz ta’ kontenut onlajn" tfisser servizz kif definit fl-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li fornitur tas-servizzi jkun qed jipprovdi legalment onlajn fl-Istat Membru tar-residenza fuq bażi portabbli u li huwa servizz tal-midja awdjoviżiva skont it-tifsira tad-Direttiva 2010/13/UE jew servizz li l-karatteristika prinċipali tiegħu hija l-forniment ta’ aċċess u użu tax-xogħlijiet, materjal protett ieħor jew trażmissjonijiet ta' organizzazzjonijiet tax-xandir, kemm jekk b'mod lineari jew fuq talba, li jiġi pprovdut lil abbonat skont termini miftiehma kemm:

(e)  "Servizz ta’ kontenut onlajn" tfisser servizz kif definit fl-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li fornitur tas-servizzi jkun qed jipprovdi legalment onlajn fl-Istat Membru tar-residenza fuq bażi portabbli u li huwa servizz tal-midja awdjoviżiva skont it-tifsira tad-Direttiva 2010/13/UE jew servizz li l-karatteristika prinċipali tiegħu hija l-forniment ta’ aċċess u użu tax-xogħlijiet, materjal protett ieħor jew trażmissjonijiet ta' organizzazzjonijiet tax-xandir, kemm jekk b'mod lineari jew fuq talba,

(1)  bi ħlas ta' flus; or

 

(2)  mingħajr ħlas ta' flus sakemm l-Istat Membru tar-residenza jkun verifikat mill-fornitur;

 

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 m'għandux jestendi għal aċċess transkonfinali ta' kontenut onlajn li għalih il-fornitur tas-servizz ma akkwistax awtorizzazzjoni għall-użu mid-detentur tad-drittijiet.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-fornitur ta' servizz ta’ kontenut onlajn għandu jinforma lill-abbonat dwar il-kwalità tal-konsenja tas-servizz ta’ kontenut onlajn imwassal, b'konformità mal-paragrafu 1.

(3)  Il-fornitur ta' servizz ta' kontenut onlajn, meta possibbli fuq il-bażi tad-dejta disponibbli għall-fornitur, għandu jinforma lill-abbonat dwar il-kwalità tal-konsenja tas-servizz ta' kontenut onlajn imwassal, b'konformità mal-paragrafu 1.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Inklużjoni fakultattiva

 

Il-fornitur ta' servizzi tal-kontenut onlajn ipprovduti mingħajr ħlas ta' flus u li ma għandux fis-seħħ sistema ta' verifika li tivverifika li l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonat bl-istess grad ta' ċertezza bħal servizzi li huma pprovduti b'pagament ta' flus, jista' jagħżel li jippermetti lil abbonat li hu temporanjament preżenti fi Stat Membru jaċċedi u juża s-servizz tal-kontenut onlajn skont dan ir-Regolament sakemm:

 

(a)  jivverifika l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonati tiegħu skont dan ir-Regolament;

 

(b)  jinforma lid-detenturi rilevanti tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jew dawk li jkollhom kwalunkwe dritt ieħor fil-kontenut ta' servizzi tal-kontenut onlajn, kif ukoll l-abbonati tiegħu, f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma jkun permess tali aċċess u użu; and

 

(c)  japplika d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament mill-mument li jippermetti l-portabbiltà transkonfinali għall-abbonati tiegħu.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3b

 

Obbligu biex jiġi vverifikat l-Istat Membru ta' residenza

 

1.  Il-fornitur ta' servizz tal-kontenut onlajn li jippermetti lil abbonat li huwa temporanjament preżenti fi Stat Membru jaċċessa u juża s-servizz tal-kontenut onlajn, għandu jivverifika b'mod effettiv l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonat.

 

2.  Biex ikun konformi mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, il-fornitur għandu jibbaża ruħu fuq tal-anqas tnejn minn dawn il-mezzi ta' verifika li ġejjin:

 

(a)  karta tal-identità jew kwalunkwe dokument validu ieħor li jikkonferma l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonat, li għandu jinkludi mezzi ta' identifikazzjoni elettronika;

 

(b)  l-indirizz fejn jintbagħat il-kont jew l-indirizz postali tal-abbonat;

 

(c)  id-dettalji tal-pagament bħall-kont bankarju jew karta tal-kreditu jew tad-debitu lokali tal-abbonat;

 

(d)  il-post ta' installazzjoni ta' kaxxa set-top jew apparat simili użat għall-forniment tas-servizzi lill-abbonat;

 

(e)  l-abbonat li jkun parti kontraenti għall-konnessjoni tal-internet jew tat-telefown, jew konnessjoni ekwivalenti fl-Istat Membru;

 

(f)  l-abbonat li jħallas miżata ta' liċenzja għal servizzi oħrajn ipprovduti fl-Istat Membru, bħax-xandir tas-servizz pubbliku;

 

(g)  kampjunar tal-Protokoll tal-Internet (IP) biex jiġi identifikat l-Istat Membru fejn l-abbonat jaċċessa u juża s-servizz tal-kontenut onlajn jew jiġi identifikat dak l-Istat Membru b'mezzi oħrajn ta' lokalizzazzjoni ġeografika.

 

(h)  reġistrazzjoni fuq reġistri elettorali lokali, jekk disponibbli għall-pubbliku;

 

(i)  il-ħlas ta' taxxi lokali jew taxxi fuq kull ras jekk disponibbli għall-pubbliku.

 

3.  Il-mezzi ta' verifika għandhom jikkunsidraw in-natura tas-servizz, għandhom ikunu raġonevoli u m'għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb l-iskop tal-verifika tal-Istat Membru ta' residenza tal-abbonat.

 

4.   Il-fornitur u d-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jew dawk li għandhom kwalunkwe dritt ieħor fil-kontenut ta' servizz tal-kontenut onlajn jistgħu jaqblu dwar it-taħlita u n-numru tal-mezzi ta' verifika partikolari msemmija fil-paragrafu 2 biex jiġi vverifikat l-Istat Membru ta' residenza.

 

5.  L-ipproċessar ta' dejta personali skont il-verifika għandu jsir b'konformità mar-Regolament 2016/679/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b.

 

6.  Il-fornitur għandu jkun intitolat jitlob lill-abbonat biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-verifika tal-Istat Membru ta' residenza. Jekk l-abbonat jonqos milli jipprovdi din l-informazzjoni u konsegwentament il-fornitur ma jkunx jista' jivverifika b'mod effettiv l-Istat Membru ta' residenza, kif meħtieġ minn dan ir-Regolament, il-fornitur m'għandux, fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament, jippermetti lill-abbonat jaċċessa s-servizz tal-kontenut onlajn meta huwa jew hija tkun temporanjament preżenti fi Stat Membru.

 

7.  Biex ikun żgurat li l-lista ta' mezzi ta' verifika tkun konformi mal-iżviluppi teknoloġiċi rilevanti, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 7a biex temenda din il-lista u biex iżżid mezzi ta' verifika innovattivi bi qbil mal-paragrafu 3, sakemm din il-lista ta' mezzi ta' verifika fil-paragrafu 2 tidhert li tkun obsoleta qabel il-perjodu ta' evalwzzjoni ta' tliet snin ta' dan ir-Regolament.

 

_________________

 

1aIr-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

 

1bId-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, tal-31.7.2002, p. 37).

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-forniment ta' servizz ta’ kontenut onlajn, kif ukoll l-aċċess u l-użu ta' dan is-servizz minn abbonat, skont l-Artikolu 3(1), għandhom jitqiesu bħala li jseħħu biss fl-Istat Membru tar-residenza, inkluż għall-għanijiet tad-Direttiva 96/9/KE, id-Direttiva 2001/29/KE, id-Direttiva 2006/115/KE, id-Direttiva 2009/24 u d-Direttiva 2010/13/UE.

Il-forniment ta' servizz ta' kontenut onlajn, kif ukoll l-aċċess u l-użu ta' dan is-servizz minn abbonat, skont l-Artikolu 3(1), għandhom jitqiesu bħala li jseħħu biss fl-Istat Membru tar-residenza, inkluż għall-għanijiet tad-Direttiva 96/9/KE, id-Direttiva 2001/29/KE, id-Direttiva 2006/115/KE, u d-Direttiva 2009/24.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Kwalunkwe dispożizzjonijiet kuntrattwali, inklużi dawk bejn id-detenturi ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, dawk li għandhom kwalunkwe dritt ieħor rilevanti għall-użu tal-kontenut f'servizzi tal-kontenut onlajn u fornituri tas-servizzi, kif ukoll bejn il-fornituri tas-servizzi u l-abbonati li jmorru kontra l-Artikoli 3(1) u 4 m'għandhomx ikunu infurzabbli.

(1)  Kwalunkwe dispożizzjonijiet kuntrattwali, inklużi dawk bejn id-detenturi ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, dawk li għandhom kwalunkwe dritt ieħor rilevanti għall-użu u l-aċċess għall-kontenut f'servizzi tal-kontenut onlajn u fornituri tas-servizzi, kif ukoll bejn il-fornituri tas-servizzi u l-abbonati li jmorru kontra dan ir-Regolament m'għandhomx ikunu infurzabbli. Bidliet kuntrattwali li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament m'għandhom jagħtu l-ebda dritt għall-irtirar minn l-ebda kuntratt jew ftehim, la bejn l-abbonat u l-fornitur u lanqas bejn il-fornitur u d-detentur tad-drittijiet. Emendi, aġġustamenti jew bidliet kuntrattwali oħrajn li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament m'għandhomx jikkostitwixxu raġuni ġġustifikata għall-aġġustament ta' ħlasijiet, tariffi jew rati, jew ta' kwalunkwe relazzjoni finanzjarja oħra bejn l-abbonat, il-fornitur jew id-detentur tad-drittijiet.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Minkejja l-paragrafu 1, id-detenturi ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati jew dawk li għandhom kwalunkwe drittijiet oħra fil-kontenut tas-servizzi tal-kontenut onlajn jistgħu jeħtieġu li l-fornitur tas-servizzi jagħmel użu minn mezzi effettivi sabiex jivverifika li s-servizz ta’ kontenut onlajn jiġi pprovdut f'konformità mal-Artikolu 3(1), sakemm il-mezzi meħtieġa jkunu raġonevoli u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiksbu l-għan tagħhom.

(2)  Il-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn għandhom jagħmlu użu minn mezzi effettivi sabiex jivverifikaw li s-servizz ta' kontenut onlajn jiġi pprovdut f'konformità ma' dan ir-Regolament u b'konformità mal-Artikolu 3b il-ġdid. Jekk raġonevoli u strettament neċessarji, id-detenturi tad-drittijiet jistgħu jirrikjedu l-implimentazzjoni ta' miżuri ulterjuri, sakemm il-mezzi meħtieġa jkunu raġonevoli u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiksbu l-għan tagħhom u sakemm ma jkunx hemm tibdil fil-kuntratti konklużi bejn id-detenturi tad-drittijiet u l-fornituri tas-servizz. Id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati jew dawk li għandhom kwalunkwe dritt ieħor fil-kontenut tas-servizzi tal-kontenut onlajn jistgħu jirtiraw il-liċenzja tal-fornitur biex juża l-kontenut li huma għandhom drittijiet fuqu, f'każ li l-fornitur jonqos milli jaġixxi skont l-Artikolu 3b ġdid.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jew dawk li għandhom kwalunkwe dritt ieħor fil-kontenut ta' servizz tal-kontenut onlajn li għandhom liċnezji multi-territorjali bi qbil mat-Titolu III tad-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a biex jaċċedu u jużaw il-kontenut tagħhom skont dan ir-Regolament mingħajr il-verifika tal-Istat Membru ta' residenza.

 

_______________

 

aId-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72).

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

L-eżerċitar tad-delega

 

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

 

2.   Is-setgħa ta' delega msemmija fl-Artikolu 3b għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn .... [id-data tad-dħul fis-seħħ tal-att leġislattiv bażiku jew kwalunkwe data oħra stabbilita mill-koleġiżlaturi].

 

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3b ġdid tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4.   Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti magħżula minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 3b ġdid għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' [xahrejn] min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b' [xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7b

 

Evalwazzjoni

 

Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandha tressaq rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-użu ta' portabbiltà transkonfinali u l-verifika tal-Istat Membru ta' residenza u, jekk ikun meħtieġ, dwar il-ħtieġa għal reviżjoni. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti mfassla biex itejbu l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu japplika [data: 6 xhur minn wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu].

Għandu japplika [data: l2-il xahar minn wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu].

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fis-suq intern

Referenzi

COM(2015)0627 – C8-0392/2015 – 2015/0284(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

12.5.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

21.1.2016

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

28.4.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Sabine Verheyen

16.2.2016

Data tal-adozzjoni

21.6.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Angel Dzhambazki, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Stefano Maullu, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Michaela Šojdrová, Yana Toom, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato, Santiago Fisas Ayxelà, Eider Gardiazabal Rubial, Zdzisław Krasnodębski, Ernest Maragall, Emma McClarkin, Liliana Rodrigues


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (30.9.2016)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iżgurar tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fis-suq intern

(COM(2015)0627 – C8-0392/2015 – 2015/0284(COD))

Rapporteur għal opinjoni(*): Marco Zullo

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni tistabbilixxi l-obbligu, fuq il-fornituri tal-kontenut onlajn, li jiggarantixxu l-portabbiltà għall-konsumaturi, li tippermettilhom jieħdu magħhom il-kontenut diġitali akkwistat b'mod leġittimu fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom meta jiċċaqilqu minn pajjiż għal ieħor fl-Unjoni Ewropea. Ir-Regolament jipprevedi fictio juris li tippermetti li dan isir mingħajr ma jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet eżistenti.

Għall-Kumitat IMCO, kwalunkwe proposta li ssaħħaħ is-suq intern u tneħħi l-ostakli mhux ġustifikati hija fundamentali.

Madankollu jeħtieġ titqies is-sostenibbiltà finanzjarja tal-industrija awdjoviżiva Ewropea – li d-diversità tal-offerta kulturali tagħha għandha tiġi protetta – kif ukoll il-protezzjoni mogħtija lid-drittijiet tal-awtur, id-drittijiet l-oħra relatati u l-prinċipju tat-territorjalità sottostanti.

Għaldaqstant ir-rapporteur iqis li huwa importanti li l-portabbiltà ma tikkompromettix dawn il-kundizzjonijiet u tinbidel f'forma ta' aċċess transkonfinali Ewropew.

Kamp ta' applikazzjoni

Il-Kummissjoni tgħid li r-Regolament għandu japplika għall-fornituri li joffru aċċess lill-abbonati bi ħlas fi flus.

Ir-rapporteur jaqbel ma' dan l-approċċ u huwa favur li l-fornituri ta' kontenut mingħajr ħlas ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament. Il-fatt li servizz ikun b'xejn ma jidhirx li huwa biżżejjed biex jiġi ġġustifikat l-obbligu li tiġi vverifikata r-residenza u għalhekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-fictio juris.

Ir-rapporteur iqis ukoll li jkun utli li jiġi ċċarat li l-ħlas ta' tariffa obbligatorja, bħalma jiġri f'ċerti pajjiżi għas-servizz tar-radju u t-televiżjoni, ma jikkostitwixxix kuntratt skont dan ir-Regolament.

Definizzjonijiet

Ir-rapporteur iqis li hemm bżonn definizzjoni aktar ċara tal-kunċett ta' "Stat Membru tar-residenza", sabiex ma jitħalliex lok għal inċertezzi regolatorji.

Ir-rapporteur iqis li r-Regolament għandu jipprevedi kriterji li jkunu biżżejjed biex, għall-finijiet tal-implementazzjoni tal-portabbiltà, ir-residenza tiġi ddeterminata mingħajr ekwivoċi.

Barra minn hekk, ir-rapporteur iqis li d-determinazzjoni ta' Stat Membru tar-residenza għandha ssir b'mod li ma jippermettix ambigwitajiet u li jimpedixxi l-possibbiltà li individwu jiddikjara r-residenza tiegħu f'aktar minn Stat Membru wieħed.

Il-Kummissjoni tqis li s-soġġorn fi Stat Membru ieħor għajr dak tar-residenza m'għandux ikun limitat għal għadd speċifiku ta' ġranet. Ir-rapporteur jaqbel ma' dan l-approċċ, għaliex jemmen li inkella ssir ħsara lil dawk il-kategoriji ta' ċittadini li d-Direttiva hija indirizzata prinċipalment lilhom. Id-dispożizzjoni ta' kriterji ċari għad-determinazzjoni tar-residenza hija biżżejjed biex jiġu evitati l-abbużi u l-evitar tar-regoli.

Għaldaqstant ir-rapporteur jemmen li huwa utli li jiġi speċifikat li s-soġġorn fi Stat Membru ieħor jista' jseħħ għal raġunijiet ta' divertiment, xogħol (bħal fil-każ tal-ħaddiema transkonfinali) jew studju (bħal fil-każ tal-istudenti tal-Erasmus).

Sabiex jiġi evitat li jkun hemm kontroll eċċessiv u ksur tal-privatezza, ir-rapporteur jaqbel li ma jitħalliex isir monitoraġġ kostanti tal-pożizzjoni tal-utenti.

Verifika tar-residenza

Id-determinazzjoni ċara tar-residenza abitwali tal-utent hija kundizzjoni fundamentali għall-funzjonament tajjeb tal-portabbiltà. Jekk le, is-sistema tkun miftuħa għall-abbużi u għall-possibbiltà li jiġu evitati r-regoli eżistenti tad-drittijiet tal-awtur.

Sabiex ikun hemm strumenti ċari u effikaċi, ir-rapporteur jipproponi xi kriterji biex tiġi ddeterminata r-residenza. Jipproponi wkoll li l-Kummissjoni tħejji lista aktar eżawrjenti permezz ta' atti delegati u wara konsultazzjonijiet mar-rappreżentanti tal-konsumaturi u tal-industrija. L-għodod u l-istrumenti jridu jkunu effikaċi iżda proporzjonati għall-iskop, biex ma tinġabarx informazzjoni li ma tkunx strettament meħtieġa għall-objettiv, u m'għandhomx ikunu ta' piż eċċessiv għall-utenti.

Il-verifika tar-residenza ssir mal-firma tal-kuntratt tas-servizz iżda anke wara, biex jiġi vverifikat li ma jkunux seħħew bidliet, u b'mod kontinwu iżda mhux kostanti, biex jiġi evitat ir-riskju ta' monitoraġġ invadenti wisq.

Għażla għas-servizzi li jingħataw b'xejn

Dawk li jipprovdu s-servizz mingħajr kumpens fi flus għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Madankollu, ir-rapporteur jemmen li għandha tingħatalhom il-possibbiltà, jekk ikunu jixtiequ, li jiddaħħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament, u b'hekk ikunu jistgħu jiggarantixxu l-portabbiltà lill-utenti tagħhom permezz tal-fictio juris prevista.

F'dan il-każ huma għandhom japplikaw ir-regoli kollha ta' dan ir-Regolament u jħejju sistema ta' verifika tar-residenza tal-utent bl-istess ċarezza u ċertezza mitluba mingħand il-fornituri li jirċievu ħlas fi flus. Dan l-obbligu huwa fundamentali biex jiġi evitat li d-detenturi tad-drittijiet tal-kontenut diġitali jsofru abbużi u danni ekonomiċi.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Peress li s-suq intern jikkonsisti f’żona mingħajr fruntieri interni li tiddependi, inter alia, fuq il-moviment ħieles tas-servizzi u l-persuni, għandu jiġi stipulat li l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw is-servizzi tal-kontenut onlajn li joffru aċċess għal kontenut bħal mużika, logħob, films jew avvenimenti sportivi, mhux biss fl-Istat Membru tagħhom ta' residenza, iżda wkoll meta jkunu temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni. Għalhekk, l-ostakli li jfixklu l-aċċess u l-użu ta' dawn is-servizzi tal-kontenut onlajn transkonfinali għandhom jiġu eliminati.

(1)  Il-garanzija ta' aċċess bla xkiel għas-servizzi tal-kontenut onlajn għall-konsumaturi madwar l-Unjoni Ewropea kollha abbażi ta' abbonamenti magħmula fl-Istat Membru tar-residenza tikkostitwixxi element importanti għall-ikkompletar tas-Suq Uniku u għall-infurzar effikaċi tal-prinċipji tal-moviment liberu tal-persuni u s-servizzi, u għalhekk għall-iżvilupp ta' identità u ċittadinanza Ewropej. Il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw is-servizzi tal-kontenut onlajn li joffru aċċess għal kontenut bħal mużika, logħob, films jew avvenimenti sportivi, mhux biss fl-Istat Membru tagħhom ta' residenza, iżda wkoll meta jkunu temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni għal raġunijiet ta' vjaġġar għal divertiment, negozju jew studju. Għalhekk, l-ostakli li jfixklu l-aċċess u l-użu ta' dawn is-servizzi tal-kontenut onlajn transkonfinali f'każijiet bħal dawn għandhom jiġu eliminati.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-iżvilupp teknoloġiku li wassal għall-proliferazzjoni ta' tagħmir portabbli bħal tablets u smartphones jiffaċilita dejjem iktar l-użu tas-servizzi tal-kontenut onlajn billi jipprovdi aċċess għalihom irrispettivament minn fejn jinsabu l-konsumaturi. Hemm domanda dejjem akbar mill-konsumaturi għall-aċċess għall-kontenut u għas-servizzi onlajn innovattivi, mhux biss f'pajjiżhom, iżda wkoll meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni.

(2)  L-iżvilupp ta' servizzi teknoloġiċi u innovattivi, li wassal għall-proliferazzjoni ta' tagħmir portabbli bħal tablets u smartphones, jiffaċilita dejjem iktar l-użu tas-servizzi tal-kontenut onlajn billi jipprovdi aċċess għalihom irrispettivament minn fejn jinsabu l-konsumaturi. Hemm domanda dejjem akbar mill-konsumaturi għall-aċċess għall-kontenut u għas-servizzi onlajn innovattivi, mhux biss fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom, iżda wkoll meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, għall-benefiċċju tal-konsumaturi fis-suq intern.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-konsumaturi qegħdin jidħlu dejjem aktar f'arranġamenti kuntrattwali mal-fornituri tas-servizzi għall-forniment ta’ servizzi tal-kontenut onlajn. Madankollu, il-konsumaturi li huma temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni ta' spiss ma jkunux jistgħu jaċċessaw u jużaw is-servizzi tal-kontenut onlajn li jkunu akkwistaw id-dritt li jużaw f'pajjiżhom.

(3)  Il-konsumaturi qegħdin jidħlu dejjem aktar f'arranġamenti kuntrattwali mal-fornituri tas-servizzi għall-forniment ta’ servizzi tal-kontenut onlajn. Madankollu, il-konsumaturi li jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni ta' spiss ma jkunux jistgħu jkomplu jaċċessaw u jużaw is-servizzi tal-kontenut onlajn li jkunu akkwistaw id-dritt li jużaw fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom, li jillimita d-dritt ta' aċċess għas-servizzi onlajn u jista' jkun ta' preġudizzju.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Hemm numru ta' ostakli li jfixklu l-forniment ta' dawn is-servizzi lill-konsumaturi temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. Ċerti servizzi onlajn jinkludu kontenut bħal mużika, logħob jew films li huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati skont il-liġijiet tal-Unjoni. B'mod partikolari, l-ostakli għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn jirriżultaw mill-fatt li d-drittijiet għat-trażmissjoni tal-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati bħax-xogħlijiet awdjoviżivi ta' spiss jiġu lliċenzjati fuq bażi territorjali, kif ukoll mill-fatt li l-fornituri tas-servizzi onlajn jistgħu jagħżlu li jservu swieq speċifiċi biss.

(4)  Hemm għadd ta' ostakli li jfixklu l-forniment ta' dawn is-servizzi lill-konsumaturi temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. Ċerti servizzi onlajn jinkludu kontenut bħal mużika, logħob jew films li huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati skont il-liġijiet tal-Unjoni. B'mod partikolari, l-ostakli għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn jirriżultaw mill-fatt li d-drittijiet għat-trażmissjoni tal-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati bħax-xogħlijiet awdjoviżivi ta' spiss jiġu lliċenzjati fuq bażi territorjali, kif ukoll mill-fatt li l-fornituri tas-servizzi onlajn jistgħu jagħżlu li jservu swieq speċifiċi biss. Madankollu, il-liċenzji territorjali għandhom rwol ewlieni fil-finanzjament u l-produzzjoni tal-kontenut kulturali adattat biex iservi s-swieq differenti fl-Unjoni, speċjalment fl-isfera awdjoviżiva u tal-films, u jagħtu kontribut deċiżiv għad-diversità kulturali Ewropea.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għalhekk, dejjem iktar, is-servizzi tal-kontenut onlajn qed jiġu kkummerċjalizzati f'pakkett li fih il-kontenut li ma jkunx protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati ma jistax jiġi separat mill-kontenut li huwa protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati mingħajr ma l-valur tas-servizz ipprovdut lill-konsumaturi jitnaqqas b'mod sostanzjali. Dan huwa speċjalment il-każ tal-kontenut premium bħal avvenimenti sportivi jew avvenimenti oħra ta' interess sinifikanti għall-konsumaturi. Sabiex il-fornituri tas-servizzi jkunu jistgħu jwasslu lill-konsumaturi l-aċċess sħiħ għas-servizzi tal-kontenut onlajn tagħhom, huwa indispensabbli li dan ir-Regolament ikopri wkoll dan il-kontenut użat mis-servizzi tal-kontenut onlajn u, għalhekk, li japplika għas-servizzi tal-mezzi awdjoviżivi fit-tifsira tad-Direttiva 2010/13/UE, kif ukoll għat-trażmissjonijiet tal-organizzazzjonijiet tax-xandir fl-intier tagħhom.

(6)  Għalhekk, dejjem iktar, is-servizzi tal-kontenut onlajn qed jiġu kkummerċjalizzati f'pakkett li fih il-kontenut li ma jkunx protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati ma jistax jiġi separat mill-kontenut li huwa protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati mingħajr ma l-valur tas-servizz ipprovdut lill-konsumaturi jitnaqqas b'mod sostanzjali. Dan huwa speċjalment il-każ tal-kontenut premium bħal avvenimenti sportivi jew avvenimenti oħra ta' interess sinifikanti għall-konsumaturi. Sabiex il-fornituri tas-servizzi jkunu jistgħu jwasslu lill-konsumaturi l-aċċess sħiħ għas-servizzi tal-kontenut onlajn tagħhom matul il-preżenza temporanja tal-konsumatur fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza, huwa indispensabbli li dan ir-Regolament ikopri wkoll dan il-kontenut użat mis-servizzi tal-kontenut onlajn u, għalhekk, li japplika għas-servizzi tal-mezzi awdjoviżivi fit-tifsira tad-Direttiva 2010/13/UE, kif ukoll għat-trażmissjonijiet tal-organizzazzjonijiet tax-xandir fl-intier tagħhom.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Għalhekk, l-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jadatta l-qafas legali sabiex jiżgura li l-liċenzjar tad-drittijiet ma jibqax jippreżenta ostakli għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fl-Unjoni, u li l-portabbiltà transkonfinali tista' tiġi żgurata.

(12)  Għalhekk, l-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jadatta l-qafas legali abbażi ta' mekkaniżmu robust sabiex jiżgura li l-liċenzjar tad-drittijiet ma jibqax jippreżenta ostakli għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fl-Unjoni, u li l-portabbiltà transkonfinali tista' tiġi żgurata mingħajr spejjeż addizzjonali għall-abbonat. Il-portabbiltà transkonfinali għandha tkun distinta b'mod ċar minn aċċess transkonfinali miftuħ.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Sabiex jiġu evitati kemm l-inkonsistenza mar-regoli attwali fil-qasam tat-tassazzjoni kif ukoll piżijiet amministrattivi sproporzjonati, dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-applikazzjoni ta' kwalunkwe dispożizzjoni relatata mat-tassazzjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Dan ir-Regolament għalhekk għandu japplika għas-servizzi tal-kontenut onlajn li fornitur tas-servizzi, wara li jkun kiseb id-drittijiet rilevanti mid-detenturi tad-drittijiet f'territorju partikolari, jipprovdi lill-abbonati tiegħu fuq il-bażi ta' kuntratt, bi kwalunkwe mezz inkluż streaming, tniżżil jew kwalunkwe teknika oħra li tippermetti l-użu ta' dak il-kontenut. Reġistrazzjoni biex jiġu riċevuti twissijiet tal-kontenut jew aċċettazzjoni sempliċi tal-cookies tal-HTML m'għandiex titqies bħala kuntratt għall-forniment ta’ servizz tal-kontenut onlajn għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

(13)  Dan ir-Regolament għalhekk għandu japplika għas-servizzi tal-kontenut onlajn li fornitur tas-servizzi, wara li jkun kiseb id-drittijiet rilevanti mid-detenturi tad-drittijiet f'territorju partikolari, jipprovdi lill-abbonati tiegħu fuq il-bażi ta' kuntratt, bi kwalunkwe mezz inkluż streaming, tniżżil jew kwalunkwe teknika oħra li tippermetti l-użu ta' dak il-kontenut onlajn. Reġistrazzjoni biex jiġu riċevuti twissijiet tal-kontenut jew aċċettazzjoni sempliċi tal-cookies tal-HTML m'għandiex titqies bħala kuntratt għall-forniment ta’ servizz tal-kontenut onlajn għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Dan ir-Regolament għandu japplika biss għas-servizzi tal-kontenut onlajn li l-abbonati jistgħu jaċċessaw u jużaw b'mod effettiv fl-Istat Membru li jgħixu fih b'mod abitwali, mingħajr ma jiġu limitati għal post speċifiku, peress li mhuwiex xieraq li l-fornituri tas-servizzi li ma joffrux servizzi portabbli f'pajjiżhom ikunu meħtieġa jagħmlu hekk bejn il-fruntieri.

(15)  Dan ir-Regolament għandu japplika biss għas-servizzi tal-kontenut onlajn li l-abbonati jistgħu jaċċessaw u jużaw b'mod effettiv fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom, mingħajr ma jiġu limitati għal post speċifiku, peress li mhuwiex xieraq li l-fornituri tas-servizzi li ma joffrux servizzi portabbli fl-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat ikunu meħtieġa jagħmlu hekk bejn il-fruntieri.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti bi ħlas ta' flus. Il-fornituri ta' dawn is-servizzi huma f'pożizzjoni li jivverifikaw l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom. Id-dritt li tuża servizz ta’ kontenut onlajn għandu jitqies li huwa akkwistat bi ħlas ta' flus, kemm jekk dan il-ħlas isir direttament lill-fornitur tas-servizz jew lil parti oħra bħal fornitur li joffri pakkett li jgħaqqad servizz ta' telekomunikazzjoni u servizz ta’ kontenut onlajn operat minn fornitur ieħor.

(16)  Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti bi ħlas ta' flus. Il-fornituri ta' dawn is-servizzi huma f'pożizzjoni li jivverifikaw l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom. Id-dritt li tuża servizz ta’ kontenut onlajn għandu jitqies li huwa akkwistat bi ħlas ta' flus, kemm jekk dan il-ħlas isir direttament lill-fornitur tas-servizz jew lil parti oħra bħal fornitur li joffri pakkett li jgħaqqad servizz ta' telekomunikazzjoni u servizz ta’ kontenut onlajn operat minn fornitur ieħor. Il-ħlas ta' miżata obbligatorja universali bħal miżata tal-liċenzjar għax-xandir m'għandux jitqies bħala ħlas ta' flus biex wieħed jirċievi servizz ta' kontenut onlajn.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Is-servizzi tal-kontentut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas ta' flus huma inklużi wkoll fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sal-limitu li l-fornituri jivverifikaw l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom. Is-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas ta' flus u li l-fornituri tagħhom ma jivverifikawx l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom għandhom ikunu barra l-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament peress li l-inklużjoni tagħhom tinvolvi bidla kbira fil-mod kif jitwasslu dawn is-servizzi u jinvolvu spejjeż sproporzjonati. F'dak li jirrigwarda l-verifika tal-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat, l-informazzjoni bħal ħlas ta' miżata ta' liċenzja għal servizzi oħra pprovduti fl-Istat Membru tar-residenza, l-eżistenza ta' kuntratt għall-konnessjoni tal-internet jew tat-telefon, l-indirizz tal-IP jew mezzi tal-awtentikazzjoni oħra għandom jiġu invokati, jekk jippermettu lill-fornitur ikollu indikaturi rigward l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tiegħu.

(17)  Il-fornituri ta' servizzi ta' kontenut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas fi flus għandu jkollhom l-għażla li jiġu inklużi fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sal-limitu li l-fornituri jivverifikaw l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom. Is-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas ta' flus u li l-fornituri tagħhom ma jivverifikawx l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom għandhom ikunu barra l-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament peress li l-inklużjoni tagħhom tinvolvi bidla kbira fil-mod kif jitwasslu dawn is-servizzi u jinvolvu spejjeż sproporzjonati. Sabiex dawn il-fornituri jeżerċitaw dik l-għażla, huma għandhom jikkonformaw mal-istess obbligi bħal dawk previsti f'dan ir-Regolament għall-fornituri ta' servizzi ta' kontenut onlajn li huma pprovduti bi ħlas fi flus. Barra minn hekk, huma għandhom jinfurmaw lill-abbonati, lid-detenturi rilevanti tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati u lil dawk li għandhom xi drittijiet oħra fil-kontenut tas-servizz tal-kontenut onlajn, bid-deċiżjoni tagħhom li jeżerċitaw dik l-għażla. Din l-informazzjoni tista' tingħata fuq is-sit web tal-fornitur.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex tiġi żgurata l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn, huwa meħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi onlajn ikunu meħtieġa jippermettu lill-abbonati tagħhom jużaw is-servizz fl-Istat Membru fejn ikunu temporanjament preżenti, billi jipprovdulhom aċċess għall-istess kontenut fuq l-istess medda u numru ta' apparat, għall-istess numru ta' utenti u bl-istess medda ta' funzjonalitajiet bħal dawk offruti fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom. Dan l-obbligu huwa obbligatorju u għalhekk il-partijiet ma jistgħux jeskluduh, jidderogaw minnu jew ivarjaw l-effett tiegħu. Kwalunke azzjoni minn fornitur tas-servizzi li tista' tipprevjeni lill-abbonat milli jaċċessa jew juża s-servizz waqt li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru, pereżempju, restrizzjonijiet fil-funzjonalitajiet tas-servizz jew fil-kwalità tal-konsenja tiegħu, jammonta għal evażjoni tal-obbligu biex jippermetti l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn u għalhekk imur kontra dan ir-Regolament.

(18)  Sabiex ikun hemm konformità mal-obbligu, stabbilit fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3, li tiġi żgurata l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn, huwa meħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi onlajn ikunu meħtieġa jippermettu lill-abbonati tagħhom jużaw is-servizz fl-Istat Membru fejn ikunu temporanjament preżenti, billi jipprovdulhom aċċess għall-istess kontenut fuq l-istess medda u għadd ta' apparat, għall-istess għadd ta' utenti u bl-istess medda ta' funzjonalitajiet bħal dawk offruti fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom. Dan l-obbligu huwa obbligatorju u għalhekk il-partijiet ma jistgħux jeskluduh, jillimitawh, jidderogaw minnu jew ivarjaw l-effett tiegħu. Kwalunkwe azzjoni minn fornitur tas-servizzi li tista' timpedixxi lill-abbonat milli jaċċessa jew juża s-servizz waqt li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza, pereżempju restrizzjonijiet fil-funzjonalitajiet tas-servizz jew fil-kwalità tal-konsenja tiegħu, tammonta għal evażjoni tal-obbligu biex jippermetti l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn u għalhekk tmur kontra dan ir-Regolament.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Ir-rekwiżit li l-konsenja tas-servizzi tal-kontenut onlajn għall-abbonati temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra mill-Istat Membru tar-residenza tkun tal-istess kwalità bħal fl-Istat Membru tar-residenza, jista' jirriżulta fi spejjeż kbar għall-fornituri tas-servizzi u għalhekk fl-aħħar mill-aħħar għall-abbonati. Għalhekk, mhuwiex xieraq li dan ir-Regolament jeħtieġ li l-fornitur ta' servizzi tal-kontenut onlajn jieħu miżuri biex jiżgura l-kwalità tal-konsenja ta' dawn is-servizzi lil hinn mill-kwalità disponibbli permezz tal-aċċess onlajn lokali magħżul minn abbonat waqt li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. F'każijiet bħal dawn, il-fornitur m'għandux ikun responsabbli jekk il-kwalità tal-konsenja tas-servizz tkun iktar baxxa. Madankollu, jekk il-fornitur jaqbel espressament li jiggarantixxi ċerta kwalità ta' konsenja lill-abbonati waqt li jkunu temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra, il-fornitur għandu jkun marbut b'dan il-ftehim.

(19)  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li l-abbonati tagħhom ikunu infurmati b'mod xieraq dwar il-kundizzjonijiet għat-tgawdija tas-servizzi ta' kontenut onlajn fl-Istati Membri li ma jkunux l-Istat Membru tar-residenza tagħhom. Ir-rekwiżit li l-konsenja tas-servizzi tal-kontenut onlajn għall-abbonati temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra mill-Istat Membru tar-residenza tkun tal-istess kwalità bħal fl-Istat Membru tar-residenza, jista' jirriżulta fi spejjeż kbar għall-fornituri tas-servizzi u għalhekk fl-aħħar mill-aħħar għall-abbonati. Għalhekk, għalkemm dan ir-Regolament ma jimponix rekwiżiti sproporzjonati biex tiġi ggarantita l-istess kwalità kwalità tal-konsenja ta' dawn is-servizzi lil hinn mill-kwalità disponibbli permezz tal-aċċess onlajn lokali magħżul minn abbonat waqt li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor, il-fornituri ta' servizzi ta' kontenut onlajn għandhom jinnotifikaw bil-quddiem lill-abbonati dwar kwalunkwe varjazzjoni fil-kwalità li jistgħu jirċievu jew jesperjenzaw meta jaċċessaw kontenut fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza. Din l-informazzjoni tista' tingħata fuq is-sit web tal-fornitur. F'każijiet bħal dawn, il-fornitur m'għandux ikun responsabbli jekk il-kwalità tal-konsenja tas-servizz tkun iktar baxxa, jekk ir-raġunijiet għal dan ikunu attribwibbli għal kwistjonijiet oġġettivi bħall-inadegwatezza tal-infrastruttura nazzjonali. Barra minn hekk, jekk il-fornitur jaqbel espressament li jiggarantixxi ċerta kwalità ta' konsenja lill-abbonati waqt li jkunu temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra, il-fornitur għandu jkun marbut b'dan il-ftehim.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tagħhom mingħajr ma jakkwistaw id-drittijiet rilevanti fi Stat Membru ieħor, huwa meħtieġ li jiġi stipulat li dawk il-fornituri tas-servizzi li jipprovdu servizzi tal-kontenut onlajn portabbli fl-Istati Membri tar-residenza tal-abbonati b'mod legali jkunu dejjem intitolati li jipprovdu dawn is-servizzi wkoll lil dawk l-abbonati meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. Dan għandu jinkiseb billi jiġi stabbilit li l-forniment, l-aċċess u l-użu ta' dan is-servizz ta’ kontenut onlajn għandhom jitqiesu li jseħħu fl-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat.

(20)  Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tagħhom mingħajr ma jakkwistaw id-drittijiet rilevanti fi Stat Membru ieħor, huwa meħtieġ li jiġi stipulat li dawk il-fornituri tas-servizzi li jipprovdu servizzi tal-kontenut onlajn portabbli fl-Istati Membri tar-residenza tal-abbonati b'mod legali jkunu dejjem intitolati li jipprovdu dawn is-servizzi wkoll lil dawk l-abbonati meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. Dan għandu jinkiseb billi jiġi stabbilit li l-forniment, l-aċċess u l-użu ta' dan is-servizz ta’ kontenut onlajn għandhom jitqiesu li jseħħu fl-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat. Dan ir-Regolament, u b'mod partikolari l-mekkaniżmu legali li jillokalizza l-għoti tal-aċċess għal servizz ta' kontenut onlajn u l-użu tiegħu fl-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat, ma jwaqqafx fornitur ta' servizz milli joffri lil abbonat li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor servizz ta' kontenut onlajn li l-fornitur jipprovdi f'dak l-Istat Membru l-ieħor.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Il-fornituri tas-servizzi m'għandhomx jinżammu responsabbli għall-ksur ta' xi dispożizzjonijiet kuntrattwali li jmorru kontra l-obbligu biex jippermettu lill-abbonati tagħhom jużaw is-servizz fl-Istat Membru fejn ikunu preżenti temporanjament. Għalhekk, klawżoli fil-kuntratti mfassla biex jipprojbixxu jew jillimitaw il-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn m'għandhomx ikunu infurzabbli.

(22)  Il-fornituri ta' servizzi ta' kontenut onlajn m'għandhomx jinżammu responsabbli għall-ksur ta' xi dispożizzjonijiet kuntrattwali li jmorru kontra l-obbligu biex jippermettu lill-abbonati tagħhom jużaw is-servizz fl-Istat Membru fejn ikunu preżenti temporanjament. Għalhekk, klawżoli fil-kuntratti li jkunu mfassla biex jipprojbixxu jew jillimitaw il-portabbiltà ta' dawn is-servizzi ta' kontenut onlajn madwar l-Unjoni m'għandhomx ikunu infurzabbli. Il-fornituri tas-servizzi ta' kontenut onlajn u d-detenturi tad-drittijiet rilevanti għall-provvista ta' dawk is-servizzi m'għandhomx jitħallew jevitaw l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament billi jagħżlu l-liġi ta' pajjiż terz bħala l-liġi applikabbli għall-kuntratti bejniethom jew għall-kuntratti bejn il-fornituri u l-abbonati.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  Stat Membru tar-residenza jimplika li l-abbonat ikollu residenza reali u stabbli fl-Istat Membru fejn jirritorna b'mod regolari. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, abbonat għandu Stat Membru tar-residenza wieħed biss. Il-fornituri tas-servizzi ta' kontenut onlajn għandhom iqisu li l-Istat Membru tar-residenza, ivverifikat u awtentikat mill-imsemmi fornitur skont dan ir-Regolament, ikun l-uniku Stat Membru tar-residenza. Il-fornituri m'għandhomx ikunu obbligati jivverifikaw jekk l-abbonati tagħhom humiex ukoll abbonati ta' servizz ta' kontenut onlajn fi Stat Membru ieħor.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li l-abbonati jkunu infurmati b'mod xieraq dwar il-kundizzjonijiet għat-tgawdija tas-servizzi ta' kontenut onlajn fi Stati Membri li mhumiex l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonati. Ir-Regolament jippermetti li d-detenturi tad-drittijiet jirrikjedu li l-fornitur tas-servizz jagħmel użu mill-mezzi, sabiex jivverifika li s-servizz ikun ipprovdut f'konformità ma' dan ir-Regolament. Madankollu, għandu jiġi żgurat li l-mezzi meħtieġa jkunu raġonevoli u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb l-għan tagħhom. Eżempji tal-miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa jistgħu jinkludu kampjuni tal-indirizzi tal-IP minflok il-monitoraġġ kostanti tal-post, informazzjoni trasparenti lill-individwi dwar il-metodi użati għall-verifika u l-għanijiet tagħha u miżuri ta’ sigurtà adegwati. Meta wieħed jikkunsidra li għall-għanijiet tal-verifika ma jgħoddx il-post iżda f'liema Stat Membru l-abbonat ikun qiegħed jaċċessa s-servizz, m'għandhiex tinġabar u tiġi proċessata dejta preċiża dwar il-post għal dan l-għan. B'mod simili, meta l-awtentikazzjoni ta' abbonat tkun biżżejjed biex jitwassal is-servizz ipprovdut, m'għandiex tkun meħtieġa l-identifikazzjoni tal-abbonat.

(23)  Huwa essenzjali li l-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li l-abbonati jkunu infurmati b'mod xieraq dwar il-kundizzjonijiet għat-tgawdija tas-servizzi ta' kontenut onlajn fi Stati Membri li mhumiex l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonati. Ir-Regolament jobbliga lill-fornitur tas-servizz jagħmel użu mill-mezzi, sabiex jivverifika li s-servizz ikun ipprovdut f'konformità ma' dan ir-Regolament. Madankollu, għandu jiġi żgurat li l-mezzi ta' verifika meħtieġa jkunu raġonevoli, mhux invażivi, proporzjonati, u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ biex jinkiseb l-għan tagħhom. Barra minn hekk, dawn il-mezzi m'għandhomx jikkostitwixxu piż eċċessiv għall-abbonati. Huwa l-fornitur tas-servizz li jiddeċiedi liema mezzi ta' verifika japplika abbażi tal-lista stabbilita fl-Artikolu 3b. Eżempji tal-miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa jistgħu jinkludu kampjuni tal-indirizzi tal-IP minflok il-monitoraġġ kostanti tal-post, informazzjoni trasparenti lill-individwi dwar il-metodi użati għall-verifika u l-għanijiet tagħha u miżuri ta’ sigurtà adegwati. Meta wieħed jikkunsidra li, għall-għanijiet tal-verifika, ma jgħoddx il-post speċifiku jew l-Istat Membru speċifiku, iżda jekk l-aċċess għall-kontenut ikunx fl-Istat Membru tar-residenza jew le, m'għandhiex tinġabar u tiġi proċessata dejta preċiża dwar il-post għal dan l-għan. Bl-istess mod, meta l-awtentikazzjoni ta' abbonat tkun biżżejjed biex jitwassal is-servizz ipprovdut, m'għandiex tkun meħtieġa l-identifikazzjoni tal-abbonat. Il-fornitur tas-servizz m'għandux jirreġistra l-pożizzjoni preċiża ta' abbonat fi Stat Membru permezz ta' kampjunar tal-protokoll tal-internet (IP) jew metodi ta' ġeolokalizzazzjoni oħrajn.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)  L-abbonat għandu jkun jista' jaċċessa l-informazzjoni dwar l-Istat Membru tar-residenza vverifikata u rreġistrata meta jsir l-abbonament.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 23b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23b)  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, konsumatur ma jistax jiddikjara r-residenza abitwali tiegħu f'aktar minn Stat Membru wieħed.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 23c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23c)  Fornitur li jkun stabbilixxa l-Istat Membru tar-residenza skont dan ir-Regolament għandu jkun f'pożizzjoni li jassumi, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, li l-Istat Membru tar-residenza vverifikat huwa l-uniku Stat Membru tar-residenza tal-abbonat.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 23d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23d)  Sabiex jitqiesu kif dovut l-iżviluppi teknoloġiċi u, b'mod partikolari, il-ħtiġijiet tal-industrija u tal-konsumaturi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-modifika tal-lista ta' mezzi għall-verifika tal-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat. Huwa ta' importanza partikolari li matul il-ħidma preparatorja tagħha l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta' esperti, f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar Regolamentazzjoni Aħjar1a. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

 

_________________

 

1a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat f'konformità ma' dawk id-drittijiet u prinċipji, b'mod partikolari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà ta' espressjoni u l-libertà ta' intrapriża. Kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandhom ikunu f'konformità mad-Direttivi 95/46/KE27 u 2002/58/KE28. B'mod partikolari, il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jkun meħtieġ u proporzjonat sabiex jikseb l-għan rilevanti.

(24)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat f'konformità ma' dawk id-drittijiet u prinċipji, b'mod partikolari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għall-proprjetà, inklużi d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, il-libertà ta' espressjoni u l-libertà ta' intrapriża. Kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandhom ikunu f'konformità mad-Direttivi 95/46/KE27 u 2002/58/KE28.

__________________

__________________

27 Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31–50.

27 Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31–50.

28 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.07.2002, p 37), imsemmija, kif emendata bid-Direttivi 2006/24/KE u 2009/136/KE, "id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika".

28 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.07.2002, p 37), imsemmija, kif emendata bid-Direttivi 2006/24/KE u 2009/136/KE, "id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika".

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jintroduċi approċċ komuni biex jiżgura li l-abbonati tas-servizzi tal-kontenut onlajn fl-Unjoni, meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru, ikunu jistgħu jaċċessaw u jużaw dawn is-servizzi.

Dan ir-Regolament jintroduċi qafas legali li jiżgura li l-abbonati tas-servizzi ta' kontenut onlajn fl-Unjoni, meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza tagħhom, ikunu jistgħu jaċċessaw u jużaw dawn is-servizzi, u li jirrispetta d-drittijiet kollha marbuta mad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fir-rigward tal-kontenut aċċessat u utilizzat. Dan l-aċċess għandu jkun soġġett għal verifika preliminari effettiva min-naħa tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "Stat Membru tar-residenza" tfisser l-Istat Membru li l-abbonat ikun qed joqgħod fih abitwalment;

(c)  "Stat Membru tar-residenza" tfisser l-Istat Membru li l-abbonat ikollu r-residenza tiegħu fih, kif determinat abbażi tal-Artikolu 3b;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "Temporanjament preżenti" tfisser preżenza ta' abbonat fi Stat Membru ieħor minbarra l-Istat Membru tar-residenza;

(d)  "Temporanjament preżenti fi Stat Membru" tfisser preżenza mhux permanenti ta' abbonat fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "Servizz ta’ kontenut onlajn" tfisser servizz kif definit fl-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li fornitur tas-servizzi jkun qed jipprovdi legalment onlajn fl-Istat Membru tar-residenza fuq bażi portabbli u li huwa servizz tal-midja awdjoviżiva skont it-tifsira tad-Direttiva 2010/13/UE jew servizz li l-karatteristika prinċipali tiegħu hija l-forniment ta’ aċċess u użu tax-xogħlijiet, materjal protett ieħor jew trażmissjonijiet ta' organizzazzjonijiet tax-xandir, kemm jekk b'mod lineari jew fuq talba,

(e)  "Servizz ta’ kontenut onlajn" tfisser servizz kif definit fl-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li fornitur tas-servizzi jkun qed jipprovdi legalment onlajn fl-Istat Membru tar-residenza fuq bażi portabbli u li huwa servizz tal-midja awdjoviżiva skont it-tifsira tad-Direttiva 2010/13/UE jew servizz li l-karatteristika prinċipali tiegħu hija l-forniment ta’ aċċess u użu tax-xogħlijiet, materjal protett ieħor jew trażmissjonijiet ta' organizzazzjonijiet tax-xandir, kemm jekk b'mod lineari jew fuq talba,

li jiġi pprovdut lil abbonat skont termini miftiehma kemm:

 

(1)   bi ħlas ta' flus; jew

 

(2)   mingħajr ħlas ta' flus sakemm l-Istat Membru tar-residenza jkun verifikat mill-fornitur;

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-fornitur ta' servizz ta’ kontenut onlajn għandu jippermetti lil abbonat li huwa temporanjament preżenti fi Stat Membru jaċċessa u juża s-servizz ta’ kontenut onlajn.

(1)  Il-fornitur ta' servizz ta’ kontenut onlajn ipprovdut bi ħlas fi flus għandu jippermetti lil abbonat li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru jaċċessa u juża s-servizz ta’ kontenut onlajn disponibbli fl-Istat Membru tar-residenza tiegħu.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tal-fornitur li jippermetti lil abbonat jaċċessa wkoll ir-repertorju lokali li jkun ġie liċenzjat lill-fornitur tas-servizz fl-Istat Membru fejn l-abbonat ikun preżenti temporanjament.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-fornitur ta' servizz ta’ kontenut onlajn għandu jinforma lill-abbonat dwar il-kwalità tal-konsenja tas-servizz ta’ kontenut onlajn imwassal, b'konformità mal-paragrafu 1.

(3)  Madankollu, il-fornitur ta' servizz ta’ kontenut onlajn għandu, kemm jista' jkun abbażi tad-dejta li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, jinforma lill-abbonat, qabel l-iffirmar tal-kuntratt jew, għal kuntratti ffirmati qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, fi żmien biżżejjed qabel dik id-data, dwar kwalunkwe varjazzjoni li jista' jkun hemm fil-kwalità tal-konsenja tas-servizz ta’ kontenut onlajn imwassal, b'konformità mal-paragrafu 1 u fil-kundizzjonijiet tal-portabbiltà stabbiliti f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Fakultà ta' portabbiltà transkonfinali

 

1.   Il-fornitur ta' servizz ta' kontenut onlajn ipprovdut mingħajr ħlas fi flus jista' jagħżel li jippermetti lil dawk l-abbonati tiegħu li jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru jaċċessaw u jużaw is-servizz ta' kontenut onlajn, bil-kundizzjoni li l-fornitur jivverifika b'mod effettiv l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat skont dan ir-Regolament.

 

2.   Il-fornitur tas-servizz għandu jinforma lill-abbonati, id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati rilevanti u dawk li għandhom xi drittijiet oħra fil-kontenut tas-servizz ta' kontenut onlajn bid-deċiżjoni tiegħu li jipprovdi servizz ta' kontenut onlajn skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu qabel ma jipprovdi dak is-servizz. Meta jinfurmaw lill-abbonati, il-fornituri tas-servizzi għandhom jużaw mezzi li jkunu xierqa u proporzjonati.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3b

 

Mezzi ta' verifika tal-Istat Membru tar-residenza

 

1.   Il-fornitur ta' servizz tal-kontenut onlajn ipprovdut bi ħlas fi flus għandu jagħmel użu minn mezzi effikaċi sabiex jivverifika l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tiegħu. Meta jkun qed jagħmel dan, huwa għandu juża mezzi ta' verifika li jkunu proporzjonati, raġonevoli, u li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-iskop ta' dan ir-Regolament. Dawn il-mezzi m'għandhomx jikkostitwixxu piż eċċessiv għall-abbonati.

 

2.   Sabiex ikun konformi mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan il-paragrafu, il-fornitur għandu juża l-mezzi ta' verifika li ġejjin:

 

(a)  l-indirizz fejn jintbagħat il-kont jew l-indirizz postali tal-abbonat;

 

(b)  karta tal-identità jew kwalunkwe dokument ta' identifikazzjoni validu ieħor li jikkonferma l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat, inkluż l-użu ta' servizzi tal-identifikazzjoni elettronika fejn possibbli;

 

(c)  id-dettalji bankarji, bħall-kont bankarju, il-karta ta' kreditu jew il-karta ta' debitu tal-abbonat;

 

(d)  prova li l-abbonat ikun firmatarju ta' kuntratt għal konnessjoni tal-internet jew tat-telefon fl-Istat Membru;

 

(e)  prova li l-abbonat ikun qed iħallas miżata ta' liċenzja għal servizzi oħrajn ipprovduti fl-Istat Membru, bħax-xandir tas-servizz pubbliku;

 

(f)  prova tal-post ta' installazzjoni ta' set-top-box jew apparat simili użat għall-forniment tas-servizzi lill-abbonat;

 

(g)  prova ta' reġistrazzjoni fuq reġistri elettorali nazzjonali, reġjonali jew lokali, jekk disponibbli pubblikament.

 

3.   Il-fornitur għandu jagħżel liema mill-mezzi ta' verifika msemmija fil-paragrafu 2 ikun jixtieq juża.

 

4.   Jekk l-Istat Membru tar-residenza ma jkunx jista' jiġi vverifikat b'mod suffiċjenti abbażi ta' mezz ta' verifika wieħed, il-fornitur għandu juża taħlita ta' mhux aktar minn żewġ mezzi. L-Istat Membru tar-residenza ma għandux jiġi vverifikat ripetutament mingħajr raġunijiet.

 

5.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 7b rigward l-emendar tal-lista ta' mezzi għall-verifika tal-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat, imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, sabiex taġġornaha fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' esperti u rappreżentanti mill-industrija u l-konsumaturi sabiex ikun żgurat li l-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jiġu rispettati.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Kwalunkwe dispożizzjonijiet kuntrattwali, inklużi dawk bejn id-detenturi ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, dawk li għandhom kwalunkwe dritt ieħor rilevanti għall-użu tal-kontenut f'servizzi tal-kontenut onlajn u fornituri tas-servizzi, kif ukoll bejn il-fornituri tas-servizzi u l-abbonati li jmorru kontra l-Artikoli 3(1) u 4 m'għandhomx ikunu infurzabbli.

(1)  Kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali li tmur kontra dan ir-Regolament, inklużi dawk li jkunu f'kuntratti bejn id-detenturi ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, dawk li għandhom kwalunkwe dritt ieħor rilevanti għall-aċċess u l-użu tal-kontenut f'servizzi ta' kontenut onlajn u fornituri tas-servizzi ta' kontenut onlajn, kif ukoll bejn dawk inklużi f'kuntratti bejn dawn il-fornituri u l-abbonati tagħhom, m'għandhomx ikunu infurzabbli.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Il-konformità mal-obbligi imposti minn dan ir-Regolament m'għandhiex tikkostitwixxi raġuni ġustifikata għall-aġġustament ta' ħlasijiet, tariffi jew rati, jew għal kwalunkwe modifika oħra tar-relazzjoni finanzjarja bejn l-abbonat, il-fornitur jew id-detentur ta' kwalunkwe dritt.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Minkejja l-paragrafu 1, id-detenturi ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati jew dawk li għandhom kwalunkwe drittijiet oħra fil-kontenut tas-servizzi tal-kontenut onlajn jistgħu jeħtieġu li l-fornitur tas-servizzi jagħmel użu minn mezzi effettivi sabiex jivverifika li s-servizz ta’ kontenut onlajn jiġi pprovdut f'konformità mal-Artikolu 3(1), sakemm il-mezzi meħtieġa jkunu raġonevoli u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiksbu l-għan tagħhom.

imħassar

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw irrispettivament mil-liġi applikabbli għall-kuntratti ffirmati bejn il-fornituri tas-servizzi ta' kontenut onlajn u d-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati jew dawk li għandhom xi drittijiet oħra rilevanti għall-aċċess għall-kontenut f'servizzi ta' kontenut onlajn, u l-użu tiegħu, jew għal kuntratti bejn dawn il-fornituri u l-abbonati tagħhom.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ipproċessar ta’ dejta personali mwettaq fil-qafas ta' dan ir-Regolament inkluż, b'mod partikolari, għal għanijiet ta' verifika skont l-Artikolu 5(2), għandu jitwettaq f'konformità mad-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.

L-ipproċessar ta’ dejta personali mwettaq fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandu jitwettaq f'konformità mad-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE. B'mod partikolari, il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament ikun meħtieġ u proporzjonat sabiex jintlaħaq l-iskop rilevanti.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal kuntratti konklużi u drittijiet akkwistati qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu jekk ikunu rilevanti għall-forniment, l-aċċess u l-użu ta' servizz ta’ kontenut onlajn f'konformità mal-Artikolu 3 wara dik id-data.

Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal kuntratti konklużi u drittijiet akkwistati qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu jekk ikunu rilevanti għall-forniment, l-aċċess u l-użu ta' servizz ta’ kontenut onlajn f'konformità mal-Artikoli 3 u 3a wara dik id-data.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Valutazzjoni

 

1.   Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar dan.

 

2.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jinkludi, fost l-oħrajn, valutazzjoni dwar l-effikaċja tal-mezzi ta' verifika tal-Istat Membru tar-residenza, inklużi l-istandards u l-prattiki żviluppati reċentement fl-industrija u, jekk ikun meħtieġ, dwar il-bżonn ta' rieżami. Ir-rapport għandu jivvaluta, b'mod partikolari, jekk kienx hemm varjazzjoni sinifikanti fid-dħul tad-detenturi tad-drittijiet u jekk kienx hemm żieda fil-prezzijiet imposti fuq il-konsumaturi. Jekk ikun il-każ, ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva jew strument mhux leġiżlattiv.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 7b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7b

 

L-eżerċizzju tad-delega

 

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3b(5) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn ...*.

 

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3b(5) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar Regolamentazzjoni Aħjar.

 

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3b(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

________________

 

* Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fis-suq intern

Referenzi

COM(2015)0627 – C8-0392/2015 – 2015/0284(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

12.5.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

12.5.2016

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

28.4.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Marco Zullo

2.2.2016

Eżami fil-kumitat

13.6.2016

5.9.2016

26.9.2016

 

Data tal-adozzjoni

29.9.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Antonio López-Istúriz White, Marlene Mizzi, Eva Paunova, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Kaja Kallas, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Julia Reda, Marc Tarabella, Sabine Verheyen


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (28.9.2016)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iżgurar tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fis-suq intern

(COM(2015)0627 – C8-0392/2015 – 2015/0284(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Carlos Zorrinho

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iżgurar tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fis-suq intern huwa komponent essenzjali biex jiġi żgurat il-ħolqien effettiv tas-suq uniku diġitali u biex tiġi stabbilita bażi soda għal unjoni diġitali fl-Unjoni Ewropea.

Bħala regolament, hu se jimponi obbligu vinkolanti fuq l-Istati Membri kollha, mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, biex jiġu armonizzati l-proċeduri fil-qasam li huma responsabbli għalih, jagħti lill-utenti aċċess transkonfinali fl-UE kollha għas-servizzi tal-kontenut li għalihom iffirmaw kuntratti fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom. Huwa jestendi wkoll il-ħila tal-fornituri li jipprovdu servizzi li għalihom ikunu ġew ikkuntrattati fi Stat Membru wieħed fi ħdan l-UE kollha kemm hi.

Barra milli jiddefinixxi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-proċess li tiġi żgurata l-portabbiltà, ir-regolament jistabbilixxi wkoll id-definizzjonijiet fundamentali kemm għal dan il-proċess kif ukoll għall-iżvilupp tal-unjoni diġitali.

Din l-opinjoni għandha l-għan li twettaq titjib u tikkjarifika għadd ta' punti kif stabbilit hawn taħt.

Kontenut kopert

Il-kontenut kopert b'dan ir-regolament jinkludi l-kontenut u s-servizzi onlajn bħal mużika, logħob, films, programmi ta' divertiment u avvenimenti sportivi, li għandhom ikunu aċċessibbli mhux biss fl-Istat Membru ta' residenza tal-abbonati iżda wkoll fejn ikunu preżenti temporanjament fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni. Iż-żieda ta' logħob ta' divertiment bħala mira tar-regolament għandha l-għan li ssaħħaħ il-bażi għall-implimentazzjoni tiegħu.

Distinzjoni bejn il-ħlas għas-servizzi u l-ħlas tat-tariffi tal-liċenzji

Xi Stati Membri għandhom sistema ta' tariffi għall-aċċess għall-kontenut onlajn tas-servizzi ta' interess ġenerali. Il-ħlas tat-tariffi, b'mod partikolari tariffi tal-liċenzji tat-televiżjoni, m'għandux jiġi kkunsidrat bħala ħlas ta' flus.

Garanzija li l-fornituri jintrabtu bil-kundizzjonijiet kuntrattwali stabbiliti sa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament

Sabiex jiġi żgurat li l-portabbiltà kif previst minn dan ir-regolament ma tkunx tista' tiġi soġġetta għal modifiki li jirriżultaw minn bidliet kuntrattwali unilaterali, l-obbligu li tiġi żgurata portabbiltà ser ikun obbligatorju, li jfisser li l-partijiet ma jistgħux jeskluduh, jidderogaw minnu jew ivarjaw l-effetti tiegħu, kemm jekk b'kuntratt kif ukoll b'mod unilaterali mill-fornitur tas-servizz. Barra minn hekk, il-fornituri u d-detenturi tad-drittijiet rilevanti għall-forniment tas-servizzi tal-kontenut onlajn m'għandhomx jitħallew jevitaw l-applikazzjoni ta' dan ir-regolament minħabba l-għażla tad-dritt ta' pajjiż terz bħala d-dritt applikabbli għall-kuntratti ffirmati bejniethom jew għall-kuntratti bejn il-fornituri u l-abbonati.

Obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-kwalità tas-servizz

Fejn il-kwalità tal-aċċess onlajn magħżula minn abbonat filwaqt li temporanjament ikun preżenti fi Stat Membru ieħor ma tippermettix lill-fornitur jiggarantixxi l-istess kwalità tas-servizz, il-fornitur m'għandux ikun responsabbli għal din is-sitwazzjoni, iżda għandu jinforma lill-konsumatur dwar it-tnaqqis possibbli fil-kwalità tas-servizz. Jekk ikun hemm ftehim dwar il-kwalità tar-referenza garantita, il-fornitur se jkun marbut b'dak il-ftehim u ma jistax jitlob aktar ħlas għaliha mingħand l-abbonat.

Definizzjoni ta' abbonat

Issir kjarifika li tgħid li l-ħlas ta' flus mhuwiex il-fattur determinanti fid-definizzjoni ta' abbonat.

Definizzjoni ta' konsumatur

Id-definizzjoni ta' konsumatur hija estiża biex tkopri persuni ġuridiċi, bil-kundizzjoni li qed jaġixxu għal finijiet li huma barra mill-mestier, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħhom.

Definizzjoni ta' Stat Membru ta' residenza

Id-definizzjoni ta' Stat Membru ta' residenza hija msaħħa sabiex din tfisser l-Istat fejn l-abbonat ikollu r-residenza abitwali tiegħu, jew lejn fejn hu/hi jirritorna/tirritorna b'mod regolari wara li qatta'/qattgħet żmien f'pajjiż ieħor.

Definizzjoni ta' temporanjament preżenti

Il-karatteristika mhux permanenti assoċjata ma' din id-definizzjoni hija msaħħa.

Verifika tal-Istat Membru ta' residenza tal-abbonat

Huwa propost li l-verifika effettiva mill-fornitur tal-post ta' residenza tal-abbonat, fejn ma jsir ebda ħlas ta' flus, għandha ssir abbażi tal-post ta' residenza għal skopijiet ta' taxxa, karta tal-identità jew dokument validu ieħor li jikkonferma r-residenza tal-abbonat.

Newtralità teknoloġika

Sabiex tiġi żgurata n-newtralità teknoloġika, il-konsumaturi għandu jkollhom il-libertà li jagħżlu t-tip ta' apparat jew teknoloġija minn dawk disponibbli fis-suq sabiex jaċċessaw il-kontenut onlajn.

Data tal-applikazzjoni

Bħala perjodu ta' żmien raġonevoli, huwa propost li r-regolament għandu japplika minn 12-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu, fatt li ma jipprekludix lill-fornituri tas-servizz milli jiżguraw il-portabbiltà malli jkunu jistgħu jagħmlu dan skont ir-regolament ippubblikat.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-   wara li kkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

Ġustifikazzjoni

Il-Karta hija r-referenza ġuridika essenzjali u tal-ogħla livell tagħna għall-protezzjoni u l-privatezza tad-dejta personali, li min-naħa tagħhom huma kwistjoni bażika għal dan ir-Regolament, u għaldaqstant trid tiġi kkwotata fil-"wara li kkunsidraw".

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Peress li s-suq intern jikkonsisti f'żona mingħajr fruntieri interni li tiddependi, inter alia, fuq il-moviment ħieles tas-servizzi u l-persuni, għandu jiġi stipulat li l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw is-servizzi tal-kontenut onlajn li joffru aċċess għal kontenut bħal mużika, logħob, films jew avvenimenti sportivi, mhux biss fl-Istat Membru tagħhom ta' residenza, iżda wkoll meta jkunu temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni. Għalhekk, l-ostakli li jfixklu l-aċċess u l-użu ta' dawn is-servizzi tal-kontenut onlajn transkonfinali għandhom jiġu eliminati.

(1)  Peress li s-suq intern jikkonsisti f'żona mingħajr fruntieri interni li tiddependi, inter alia, fuq il-moviment ħieles tas-servizzi u l-persuni, għandu jiġi stipulat li l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw is-servizzi tal-kontenut onlajn li joffru aċċess għal kontenut bħal mużika, logħob, films, programmi ta' divertiment jew avvenimenti sportivi, mhux biss fl-Istat Membru tagħhom ta' residenza, iżda wkoll meta jkunu temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni. Għalhekk, l-ostakli li jfixklu l-aċċess u l-użu ta' dawn is-servizzi tal-kontenut onlajn transkonfinali għandhom jiġu eliminati kemm jista' jkun malajr, peress li aċċess mingħajr xkiel għall-konsumatur għas-servizzi tal-kontenut awdjoviżiv onlajn madwar l-Unjoni Ewropea kollha huwa essenzjali għal suq uniku diġitali li jiffunzjona tajjeb.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-iżvilupp teknoloġiku li wassal għall-proliferazzjoni ta' tagħmir portabbli bħal tablets u smartphones jiffaċilita dejjem iktar l-użu tas-servizzi tal-kontenut onlajn billi jipprovdi aċċess għalihom irrispettivament minn fejn jinsabu l-konsumaturi. Hemm domanda dejjem akbar mill-konsumaturi għall-aċċess għall-kontenut u għas-servizzi onlajn innovattivi, mhux biss f'pajjiżhom, iżda wkoll meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni.

(2)  L-iżvilupp teknoloġiku li wassal għall-proliferazzjoni ta' tagħmir portabbli bħal tablets u smartphones jiffaċilita dejjem iktar l-użu tas-servizzi tal-kontenut onlajn billi jipprovdi aċċess għalihom irrispettivament minn fejn jinsabu l-konsumaturi. Hemm domanda dejjem akbar mill-konsumaturi għall-aċċess għall-kontenut u għas-servizzi onlajn innovattivi, mhux biss fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom, iżda wkoll meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-konsumaturi qegħdin jidħlu dejjem aktar f'arranġamenti kuntrattwali mal-fornituri tas-servizzi għall-forniment ta' servizzi tal-kontenut onlajn. Madankollu, il-konsumaturi li huma temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni ta' spiss ma jkunux jistgħu jaċċessaw u jużaw is-servizzi tal-kontenut onlajn li jkunu akkwistaw id-dritt li jużaw f'pajjiżhom.

(3)  Il-konsumaturi qegħdin jidħlu dejjem aktar f'arranġamenti kuntrattwali, kemm imħallsa kif ukoll mhux, mal-fornituri tas-servizzi għall-forniment ta' servizzi tal-kontenut onlajn. Madankollu, il-konsumaturi li huma temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni ta' spiss ma jkunux jistgħu jaċċessaw u jużaw is-servizzi tal-kontenut onlajn li jkunu akkwistaw id-dritt li jużaw fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom, li huwa kuntrarju għall-objettiv tas-Suq Uniku u għal żvilupp bla xkiel u effiċjenti tal-Ekonomija Diġitali tal-UE.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Hemm numru ta' ostakli li jfixklu l-forniment ta' dawn is-servizzi lill-konsumaturi temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. Ċerti servizzi onlajn jinkludu kontenut bħal mużika, logħob jew films li huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati skont il-liġijiet tal-Unjoni. B'mod partikolari, l-ostakli għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn jirriżultaw mill-fatt li d-drittijiet għat-trażmissjoni tal-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati bħax-xogħlijiet awdjoviżivi ta' spiss jiġu lliċenzjati fuq bażi territorjali, kif ukoll mill-fatt li l-fornituri tas-servizzi onlajn jistgħu jagħżlu li jservu swieq speċifiċi biss.

(4)  Hemm numru ta' ostakli li jfixklu l-forniment ta' dawn is-servizzi lill-konsumaturi temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. Ċerti servizzi onlajn jinkludu kontenut bħal mużika, logħob, programmi ta' divertiment jew films li huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati skont il-liġijiet tal-Unjoni. B'mod partikolari, l-ostakli għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn jirriżultaw mill-fatt li d-drittijiet għat-trażmissjoni tal-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew drittijiet relatati bħax-xogħlijiet awdjoviżivi ta' spiss jiġu lliċenzjati fuq bażi territorjali, kif ukoll mill-fatt li l-fornituri tas-servizzi onlajn jistgħu jagħżlu li jservu swieq speċifiċi biss.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Il-forniment ta' servizzi tal-kontenut onlajn lill-konsumaturi temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor m'għandux jiġi mxekkel min-nuqqas ta' infrastruttura, li jista' joħloq ostakli artifiċjali, b'mod partikolari għal komunitajiet żgħar jew iżolati.

 

F'dan il-kuntest, l-impenn mogħti mill-Istati Membri biex jilħqu l-miri għal veloċitajiet minimi ta' tniżżil ta' dejta ta' 30 Mbps għal kulħadd sal-2020 huwa kruċjali sabiex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet relatati ma' livell għoli ta' konnettività għal kulħadd.

 

Sabiex jinkiseb dan il-għan, u minħabba l-fatt li t-traffiku tal-broadband mingħajr fili li qed jiżdied b'mod rapidu jwassal għall-ħtieġa ta' kapaċità msaħħa ta' netwerk mingħajr fili, ikun ta' importanza assoluta li jinkiseb approċċ pan-Ewropew aktar b'saħħtu għall-ġestjoni tal-ispettru madwar l-Unjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Għalhekk, l-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jadatta l-qafas legali sabiex jiżgura li l-liċenzjar tad-drittijiet ma jibqax jippreżenta ostakli għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fl-Unjoni, u li l-portabbiltà transkonfinali tista' tiġi żgurata.

(12)  Għalhekk, wieħed mill-għanijiet tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali u l-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jadatta l-qafas legali sabiex jiżgura li l-liċenzjar tad-drittijiet ma jibqax jippreżenta ostakli għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fl-Unjoni, u li l-portabbiltà transkonfinali tista' tiġi żgurata mingħajr spejjeż addizzjonali.

Emenda     8

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Dan ir-Regolament għalhekk għandu japplika għas-servizzi tal-kontenut onlajn li fornitur tas-servizzi, wara li jkun kiseb id-drittijiet rilevanti mid-detenturi tad-drittijiet f'territorju partikolari, jipprovdi lill-abbonati tiegħu fuq il-bażi ta' kuntratt, bi kwalunkwe mezz inkluż streaming, tniżżil jew kwalunkwe teknika oħra li tippermetti l-użu ta' dak il-kontenut. Reġistrazzjoni biex jiġu riċevuti twissijiet tal-kontenut jew aċċettazzjoni sempliċi tal-cookies tal-HTML m'għandiex titqies bħala kuntratt għall-forniment ta’ servizz tal-kontenut onlajn għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

(13)  Dan ir-Regolament għalhekk għandu japplika għas-servizzi tal-kontenut onlajn li fornitur tas-servizzi, wara li jkun kiseb id-drittijiet rilevanti mid-detenturi tad-drittijiet f'territorju partikolari, jipprovdi lill-abbonati tiegħu fuq il-bażi ta' kuntratt, bi kwalunkwe mezz inkluż streaming, applikazzjonijiet, tniżżil jew kwalunkwe teknika oħra li tippermetti l-użu ta' dak il-kontenut. Reġistrazzjoni biex jiġu riċevuti twissijiet tal-kontenut jew aċċettazzjoni sempliċi tal-cookies tal-HTML m'għandiex titqies bħala kuntratt għall-forniment ta’ servizz tal-kontenut onlajn għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Bl-istess mod, dawk is-servizzi tal-kontenut onlajn mogħtija fuq il-bażi ta' liċenzji pan-Ewropej skont id-Direttiva 2014/26/UE għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda     9

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Dan ir-Regolament għandu japplika biss għas-servizzi tal-kontenut onlajn li l-abbonati jistgħu jaċċessaw u jużaw b'mod effettiv fl-Istat Membru li jgħixu fih b'mod abitwali, mingħajr ma jiġu limitati għal post speċifiku, peress li mhuwiex xieraq li l-fornituri tas-servizzi li ma joffrux servizzi portabbli f'pajjiżhom ikunu meħtieġa jagħmlu hekk bejn il-fruntieri.

(15)  Dan ir-Regolament għandu japplika biss għas-servizzi tal-kontenut onlajn li l-abbonati jistgħu jaċċessaw u jużaw b'mod effettiv fl-Istat Membru li jgħixu fih b'mod abitwali, mingħajr ma jiġu limitati għal post speċifiku, peress li mhuwiex xieraq li l-fornituri tas-servizzi li mhumiex kapaċi joffru servizzi portabbli fl-Istat Membru tal-abbonat ikunu meħtieġa jagħmlu hekk bejn il-fruntieri. Madankollu, sabiex dan ir-Regolament ikollu impatt sinifikanti u prattiku fuq il-ħajja tal-utenti finali, huwa importanti li d-detenturi tad-drittijiet ikunu dejjem aktar imħeġġa li jippermettu lill-fornituri tas-servizzi joffru servizzi portabbli fuq livell nazzjonali.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti bi ħlas ta' flus. Il-fornituri ta' dawn is-servizzi huma f'pożizzjoni li jivverifikaw l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom. Id-dritt li tuża servizz ta' kontenut onlajn għandu jitqies li huwa akkwistat bi ħlas ta' flus, kemm jekk dan il-ħlas isir direttament lill-fornitur tas-servizz jew lil parti oħra bħal fornitur li joffri pakkett li jgħaqqad servizz ta' telekomunikazzjoni u servizz ta’ kontenut onlajn operat minn fornitur ieħor.

(16)  Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti bi ħlas ta' flus. Il-fornituri ta' dawn is-servizzi huma f'pożizzjoni li jivverifikaw l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom. Id-dritt li tuża servizz ta’ kontenut onlajn għandu jitqies li huwa akkwistat bi ħlas ta' flus, kemm jekk dan il-ħlas isir direttament lill-fornitur tas-servizz jew lil parti oħra bħal fornitur li joffri pakkett li jgħaqqad servizz ta' telekomunikazzjoni u servizz ta’ kontenut onlajn operat minn fornitur ieħor. Il-ħlas tat-tariffi, b'mod partikolari tariffi tal-liċenzji tat-televiżjoni u oħrajn tax-xandir, m'għandux jiġi kkunsidrat bħala ħlas ta' flus għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Is-servizzi tal-kontentut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas ta' flus huma inklużi wkoll fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sal-limitu li l-fornituri jivverifikaw l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom. Is-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas ta' flus u li l-fornituri tagħhom ma jivverifikawx l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tagħhom għandhom ikunu barra l-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament peress li l-inklużjoni tagħhom tinvolvi bidla kbira fil-mod kif jitwasslu dawn is-servizzi u jinvolvu spejjeż sproporzjonati. F'dak li jirrigwarda l-verifika tal-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat, l-informazzjoni bħal ħlas ta' miżata ta' liċenzja għal servizzi oħra pprovduti fl-Istat Membru tar-residenza, l-eżistenza ta' kuntratt għall-konnessjoni tal-internet jew tat-telefon, l-indirizz tal-IP jew mezzi tal-awtentikazzjoni oħra għandom jiġu invokati, jekk jippermettu lill-fornitur ikollu indikaturi rigward l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonati tiegħu.

(17)  Is-servizzi tal-kontenut onlajn li jiġu pprovduti mingħajr ħlas ta' flus jew bil-ħlas ta' tariffa obbligatorja bħal tariffa tax-xandir se jkollhom l-għażla li jiġu inklużi fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jekk il-fornituri jiddeċiedu dan, u dment li huma jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar il-verifika tal-Istat Membru tar-residenza stabbilit f'dan ir-Regolament, bl-istess mod bħall-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn li huma pprovduti bi ħlas ta' flus. Jekk jiddeċiedu li jagħmlu dan, għandhom jinfurmaw lill-abbonati u lid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati bid-deċiżjoni tagħhom li jeżerċitaw dik l-għażla.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex tiġi żgurata l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn, huwa meħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi onlajn ikunu meħtieġa jippermettu lill-abbonati tagħhom jużaw is-servizz fl-Istat Membru fejn ikunu temporanjament preżenti, billi jipprovdulhom aċċess għall-istess kontenut fuq l-istess medda u numru ta' apparat, għall-istess numru ta' utenti u bl-istess medda ta' funzjonalitajiet bħal dawk offruti fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom. Dan l-obbligu huwa obbligatorju u għalhekk il-partijiet ma jistgħux jeskluduh, jidderogaw minnu jew ivarjaw l-effett tiegħu. Kwalunke azzjoni minn fornitur tas-servizzi li tista' tipprevjeni lill-abbonat milli jaċċessa jew juża s-servizz waqt li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru, pereżempju, restrizzjonijiet fil-funzjonalitajiet tas-servizz jew fil-kwalità tal-konsenja tiegħu, jammonta għal evażjoni tal-obbligu biex jippermetti l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn u għalhekk imur kontra dan ir-Regolament.

(18)  Sabiex tiġi żgurata l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn, huwa meħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi onlajn ikunu meħtieġa jippermettu lill-abbonati tagħhom jużaw is-servizz fl-Istat Membru fejn ikunu temporanjament preżenti, billi jipprovdulhom aċċess għall-istess kontenut fuq l-istess medda u numru ta' apparat, għall-istess numru ta' utenti u bl-istess medda ta' funzjonalitajiet bħal dawk offruti fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta' aċċess għall-verżjoni lokali tal-kontenut disponibbli fl-Istat Membru li jkun residenti fih temporanjament. Dan l-obbligu huwa obbligatorju u għalhekk il-partijiet ma jistgħux jeskluduh, jidderogaw minnu jew ivarjaw l-effett tiegħu, kemm jekk b'kuntratt kif ukoll jekk b'mod unilaterali mill-fornitur tas-servizzi. Kwalunkwe azzjoni minn fornitur tas-servizzi jew detentur tad-dritt li tista' timpedixxi lill-abbonat milli jaċċessa jew juża s-servizz waqt li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru għajr l-Istat Membru ta' residenza, pereżempju, restrizzjonijiet fil-funzjonalitajiet tas-servizz jew fil-kwalità tal-konsenja tiegħu, tammonta għal evażjoni tal-obbligu li jippermetti l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn u għalhekk tmur kontra dan ir-Regolament.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Ir-rekwiżit li l-konsenja tas-servizzi tal-kontenut onlajn għall-abbonati temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra mill-Istat Membru tar-residenza tkun tal-istess kwalità bħal fl-Istat Membru tar-residenza, jista' jirriżulta fi spejjeż kbar għall-fornituri tas-servizzi u għalhekk fl-aħħar mill-aħħar għall-abbonati. Għalhekk, mhuwiex xieraq li dan ir-Regolament jeħtieġ li l-fornitur ta' servizzi tal-kontenut onlajn jieħu miżuri biex jiżgura l-kwalità tal-konsenja ta' dawn is-servizzi lil hinn mill-kwalità disponibbli permezz tal-aċċess onlajn lokali magħżul minn abbonat waqt li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. F'każijiet bħal dawn, il-fornitur m'għandux ikun responsabbli jekk il-kwalità tal-konsenja tas-servizz tkun iktar baxxa. Madankollu, jekk il-fornitur jaqbel espressament li jiggarantixxi ċerta kwalità ta' konsenja lill-abbonati waqt li jkunu temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra, il-fornitur għandu jkun marbut b'dan il-ftehim.

(19)  Ir-rekwiżit li l-konsenja tas-servizzi tal-kontenut onlajn għall-abbonati temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra mill-Istat Membru tar-residenza tkun tal-istess kwalità bħal fl-Istat Membru tar-residenza, jista' jirriżulta fi spejjeż kbar għall-fornituri tas-servizzi u għalhekk fl-aħħar mill-aħħar għall-abbonati. Għalhekk, mhuwiex xieraq li dan ir-Regolament jeħtieġ li l-fornitur ta' servizzi tal-kontenut onlajn jieħu miżuri biex jiżgura l-kwalità tal-konsenja ta' dawn is-servizzi lil hinn mill-kwalità disponibbli permezz tal-aċċess onlajn lokali magħżul minn abbonat waqt li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. F'każijiet bħal dawn, il-fornitur m'għandux ikun responsabbli jekk il-kwalità tal-konsenja tas-servizz tkun iktar baxxa, dment li t-telf tal-kwalità jkun jista' jiġi attribwit b'mod ċar għal raġunijiet oġġettivi bħall-prestazzjoni fqira tal-infrastruttura tan-netwerk lokali. Madankollu, jekk il-fornitur jaqbel espressament li jiggarantixxi ċerta kwalità ta' konsenja lill-abbonati waqt li jkunu temporanjament preżenti fi Stati Membri oħra, il-fornitur għandu jkun marbut b'dan il-ftehim, mingħajr ma jkun jista' jitlob ħlas addizzjonali jew billi jimponi kwalunkwe piż amministrattiv addizzjonali fuq l-abbonat. L-awtorità kompetenti tas-sorveljanza tas-suq għandha tissorvelja fuq bażi regolari l-korrettezza tal-ġustifikazzjonijiet mogħtija mill-fornituri f'każ ta' prestazzjoni ta' kwalità aktar baxxa.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tagħhom mingħajr ma jakkwistaw id-drittijiet rilevanti fi Stat Membru ieħor, huwa meħtieġ li jiġi stipulat li dawk il-fornituri tas-servizzi li jipprovdu servizzi tal-kontenut onlajn portabbli fl-Istati Membri tar-residenza tal-abbonati b'mod legali jkunu dejjem intitolati li jipprovdu dawn is-servizzi wkoll lil dawk l-abbonati meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. Dan għandu jinkiseb billi jiġi stabbilit li l-forniment, l-aċċess u l-użu ta' dan is-servizz ta’ kontenut onlajn għandhom jitqiesu li jseħħu fl-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat.

(20)  Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tagħhom mingħajr ma jakkwistaw id-drittijiet rilevanti fi Stat Membru ieħor, huwa meħtieġ li jiġi stipulat li dawk il-fornituri tas-servizzi li jipprovdu servizzi tal-kontenut onlajn portabbli fl-Istati Membri tar-residenza tal-abbonati b'mod legali jkunu dejjem intitolati li jipprovdu dawn is-servizzi wkoll lil dawk l-abbonati meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor. Dan għandu jinkiseb billi jiġi stabbilit li l-forniment, l-aċċess u l-użu ta' dan is-servizz ta’ kontenut onlajn għandhom jitqiesu li jseħħu fl-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat. Dan ir-Regolament ma jwaqqafx lil fornitur milli joffri lill-abbonat tiegħu, li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru ieħor, servizz tal-kontenut onlajn li l-fornitur jipprovdi b'mod legali f'dak l-Istat Membru.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Għal-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, dan ifisser li l-atti rilevanti tar-riproduzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' xogħlijiet u materjal protett ieħor, kif ukoll l-atti ta' estrazzjoni jew l-utilizzazzjoni mill-ġdid f'relazzjoni ma' databases protetti bi drittijiet sui generis li jseħħu meta s-servizz jiġi pprovdut lill-abbonati meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza, għandhom jitqiesu li jseħħu fl-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat. Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi għandhom jitqiesu li jwettqu dawn l-atti fuq il-bażi tal-awtorizzazzjonijiet rispettivi mid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati għall-Istat Membru tar-residenza ta' dawn l-abbonati. Kull meta l-fornituri tas-servizzi jkunu jistgħu jwettqu atti ta' komunikazzjoni lill-pubbliku jew riproduzzjoni fl-Istat Membru tal-abbonat fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati, abbonat li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza tiegħu għandu jkun jista' jaċċessa u juża s-servizz u meta jkun meħtieġ, għandu jkun jista' jwettaq kwalunkwe att rilevanti ta' riproduzzjoni bħat-tniżżil ta' materjal kif ikun intitolat jagħmel fl-Istat Membru tar-residenza tiegħu. Il-forniment ta' servizz ta' kontenut onlajn minn fornitur tas-servizz għal abbonat temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza tiegħu u l-użu tas-servizz minn dan l-abbonat f'konformità ma' dan ir-Regolament m'għandhomx jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jew kwalunkwe drittijiet oħrajn rilevanti għall-użu tal-kontenut fis-servizz.

(21)  Għal-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, dan ifisser li l-atti rilevanti tar-riproduzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' xogħlijiet u materjal protett ieħor, kif ukoll l-atti ta' estrazzjoni jew l-utilizzazzjoni mill-ġdid f'relazzjoni ma' databases protetti bi drittijiet sui generis li jseħħu meta s-servizz jiġi pprovdut lill-abbonati meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza, għandhom jitqiesu li jseħħu fl-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat. Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi għandhom jitqiesu li jwettqu dawn l-atti fuq il-bażi tal-awtorizzazzjonijiet rispettivi mid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati għall-Istat Membru tar-residenza ta' dawn l-abbonati. Kull meta l-fornituri tas-servizzi jkunu jistgħu jwettqu atti ta' komunikazzjoni lill-pubbliku jew riproduzzjoni fl-Istat Membru tal-abbonat fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati, abbonat li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza tiegħu għandu jkun jista' jaċċessa u juża s-servizz u meta jkun meħtieġ, għandu jkun jista' jwettaq kwalunkwe att rilevanti ta' riproduzzjoni bħat-tniżżil ta' materjal kif ikun intitolat jagħmel fl-Istat Membru tar-residenza tiegħu. Il-forniment ta' servizz ta’ kontenut onlajn minn fornitur tas-servizz għal abbonat temporanjament preżenti fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-residenza tiegħu u l-użu tas-servizz minn dan l-abbonat f'konformità ma' dan ir-Regolament m'għandhomx jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jew kwalunkwe drittijiet oħrajn rilevanti għall-użu tal-kontenut fis-servizz. Id-dritt għall-aċċess transkonfinali għall-kontenut diġitali onlajn miksub fl-Istat Membru tar-residenza huwa limitat esklussivament għall-użu personali.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Il-fornituri tas-servizzi m'għandhomx jinżammu responsabbli għall-ksur ta' xi dispożizzjonijiet kuntrattwali li jmorru kontra l-obbligu biex jippermettu lill-abbonati tagħhom jużaw is-servizz fl-Istat Membru fejn ikunu preżenti temporanjament. Għalhekk, klawżoli fil-kuntratti mfassla biex jipprojbixxu jew jillimitaw il-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn m'għandhomx ikunu infurzabbli.

(22)  Il-fornituri tas-servizzi m'għandhomx jinżammu responsabbli għall-ksur ta' xi dispożizzjonijiet kuntrattwali li jmorru kontra l-obbligu biex jippermettu lill-abbonati tagħhom jużaw is-servizz fl-Istat Membru fejn ikunu preżenti temporanjament. Għalhekk, klawżoli fil-kuntratti mfassla biex jipprojbixxu jew jillimitaw il-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn m'għandhomx ikunu infurzabbli. Il-fornituri tas-servizzi u d-detenturi tad-drittijiet rilevanti għall-forniment tas-servizzi tal-kontenut onlajn m'għandhomx jitħallew jevitaw l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament minħabba l-għażla tad-dritt ta' pajjiż terz bħala d-dritt applikabbli għal kuntratti ffirmati bejniethom jew għal kuntratti bejn il-fornituri u l-abbonati.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li l-abbonati jkunu infurmati b'mod xieraq dwar il-kundizzjonijiet għat-tgawdija tas-servizzi ta' kontenut onlajn fi Stati Membri li mhumiex l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonati. Ir-Regolament jippermetti li d-detenturi tad-drittijiet jirrikjedu li l-fornitur tas-servizz jagħmel użu mill-mezzi, sabiex jivverifika li s-servizz ikun ipprovdut f'konformità ma' dan ir-Regolament. Madankollu, għandu jiġi żgurat li l-mezzi meħtieġa jkunu raġonevoli u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb l-għan tagħhom. Eżempji tal-miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa jistgħu jinkludu kampjuni tal-indirizzi tal-IP minflok il-monitoraġġ kostanti tal-post, informazzjoni trasparenti lill-individwi dwar il-metodi użati għall-verifika u l-għanijiet tagħha u miżuri ta' sigurtà adegwati. Meta wieħed jikkunsidra li għall-għanijiet tal-verifika ma jgħoddx il-post iżda f'liema Stat Membru l-abbonat ikun qiegħed jaċċessa s-servizz, m'għandhiex tinġabar u tiġi proċessata dejta preċiża dwar il-post għal dan l-għan. B'mod simili, meta l-awtentikazzjoni ta' abbonat tkun biżżejjed biex jitwassal is-servizz ipprovdut, m'għandiex tkun meħtieġa l-identifikazzjoni tal-abbonat.

(23)  Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li, kemm jista' jkun, l-abbonati jkunu infurmati b'mod xieraq dwar il-kundizzjonijiet u l-limitu tat-tgawdija tas-servizzi ta' kontenut onlajn fi Stati Membri li mhumiex l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonati. Ir-Regolament jirrikjedi li d-detenturi tad-drittijiet jirrikjedu li l-fornitur tas-servizz jagħmel użu mill-mezzi, sabiex jivverifika li s-servizz ikun ipprovdut f'konformità ma' dan ir-Regolament. Madankollu, għandu jiġi żgurat li l-mezzi meħtieġa jħallu spazju għal fornituri tas-servizzi biex jinnovaw, ikunu raġonevoli, mhux intrużivi, jirrispettaw id-drittijiet tal-privatezza u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb l-għan tagħhom. Eżempji tal-miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa għandhom ikunu bbażati fuq mezzi elettroniċi ta' identifikazzjoni fiż-żmien tal-abbonament minflok il-monitoraġġ kostanti tal-post, informazzjoni trasparenti lill-individwi dwar il-metodi użati għall-verifika u l-għanijiet tagħha u miżuri ta' sigurtà adegwati. Meta wieħed jikkunsidra li għall-għanijiet tal-verifika ma jgħoddx il-post iżda f'liema Stat Membru l-abbonat ikun qiegħed jaċċessa s-servizz, m'għandhiex tinġabar u tiġi proċessata dejta preċiża dwar il-post għal dan l-għan. B'mod simili, meta l-awtentikazzjoni ta' abbonat tkun biżżejjed biex jitwassal is-servizz ipprovdut, m'għandiex tkun meħtieġa l-identifikazzjoni tal-abbonat. Il-proċess ta' verifika għandu jitwettaq b'mod sempliċi u, mhux b'mod kumulattiv, b'tali mod li jiżgura l-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta, billi juża kemm jista' jkun informazzjoni diġà disponibbli legalment lill-fornitur, u l-eħfef u l-aktar metodi sempliċi disponibbli.

Emenda     18

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-ebda konsumatur ma jista' jiddikjara li għandu residenza abitwali f'aktar minn Stat Membru wieħed.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat f'konformità ma' dawk id-drittijiet u prinċipji, b'mod partikolari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà ta' espressjoni u l-libertà ta' intrapriża. Kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandhom ikunu f'konformità mad-Direttivi 95/46/KE27 u 2002/58/KE28. B'mod partikolari, il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jkun meħtieġ u proporzjonat sabiex jikseb l-għan rilevanti.

(24)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat f'konformità ma' dawk id-drittijiet u prinċipji, b'mod partikolari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà ta' espressjoni u l-libertà ta' intrapriża. Kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali u d-dritt għall-proprjetà intellettwali skont l-Artikoli 7, 8 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandhom ikunu f'konformità mar-Regolament (UE)  2016/67927 u mad-Direttiva 2002/58/KE28. B'mod partikolari, il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali skont dan ir-Regolament għandu jkun meħtieġ u proporzjonat sabiex jikseb l-għan rilevanti.

__________________

__________________

27 Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31–50.

27 Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

28 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.07.2002, p 37), imsemmija, kif emendata bid-Direttivi 2006/24/KE u 2009/136/KE, "id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika".

28 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.07.2002, p 37), imsemmija, kif emendata bid-Direttivi 2006/24/KE u 2009/136/KE, "id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika".

Emenda     20

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni u b'mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat. Ir-regoli stipulati f'dan ir-Regolament m'għandhomx jintużaw biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni b'mod li jmur kontra t-Trattat.

(25)  Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni u b'mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat. Ir-regoli stipulati f'dan ir-Regolament m'għandhomx jintużaw biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni b'mod li jmur kontra t-Trattat. Bl-istess mod, dan ir-Regolament m'għandux japplika għal dawk is-servizzi tal-kontenut onlajn li diġà jeżistu liċenzji pan-Ewropej għalihom skont id-Direttiva 2014/26/UE.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Il-kuntratti li bihom jiġi liċenzjat il-kontenut normalment jiġu konklużi għal perjodu relattivament twil. Konsegwentament, u sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha li joqgħodu fl-Unjoni jkunu jistgħu jgawdu l-karatteristika tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fuq bażi ugwali fil-ħin u mingħajr dewmien bla bżonn, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal kuntratti konklużi u drittijiet akkwistati qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu jekk ikunu rilevanti għall-portabbiltà transkonfinali ta' servizz ta' kontenut onlajn ipprovdut wara dik id-data. Dan huwa meħtieġ ukoll sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali għall-fornituri tas-servizzi li joperaw fis-suq intern, billi jiġi permess li l-fornituri li kkonkludew kuntratti mad-detenturi tad-drittijiet għal perjodu twil joffru portabbiltà transkonfinali lill-abbonati tagħhom, indipendentament mill-possibbiltà tal-fornitur li jerġa' jinnegozja dawn il-kuntratti. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni għandha tiżgura li meta l-fornituri tas-servizzi jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tagħhom, huma jkunu jistgħu joffru din il-portabbiltà fir-rigward tal-kontenut onlajn tagħhom kollu. Fl-aħħar nett, għandha tippermetti wkoll li d-detenturi tad-drittijiet ma jkollhomx bżonn jerġgħu jinnegozjaw il-kuntratti tal-liċenzjar eżistenti tagħhom, sabiex tippermetti li l-fornituri joffru l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi.

(26)  Il-kuntratti li bihom jiġi liċenzjat il-kontenut normalment jiġu konklużi għal perjodu relattivament twil. Konsegwentament, u sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha li joqgħodu fl-Unjoni jkunu jistgħu jgawdu l-karatteristika tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fuq bażi ugwali fil-ħin u mingħajr dewmien bla bżonn, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal kuntratti konklużi u drittijiet akkwistati qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu jekk ikunu rilevanti għall-portabbiltà transkonfinali ta' servizz ta' kontenut onlajn ipprovdut wara dik id-data mingħajr l-involviment ta' spejjeż addizzjonali. Dan huwa meħtieġ ukoll sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali għall-fornituri tas-servizzi li joperaw fis-suq intern, b'mod partikolari għall-SMEs, billi jiġi permess li l-fornituri li kkonkludew kuntratti mad-detenturi tad-drittijiet għal perjodu twil joffru portabbiltà transkonfinali lill-abbonati tagħhom, indipendentament mill-possibbiltà tal-fornitur li jerġa' jinnegozja dawn il-kuntratti. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni għandha tiżgura li meta l-fornituri tas-servizzi jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa għall-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tagħhom, huma jkunu jistgħu joffru din il-portabbiltà fir-rigward tal-kontenut onlajn tagħhom kollu. Fl-aħħar nett, għandha tippermetti wkoll li d-detenturi tad-drittijiet ma jkollhomx bżonn jerġgħu jinnegozjaw il-kuntratti tal-liċenzjar eżistenti tagħhom, sabiex tippermetti li l-fornituri joffru l-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi.

Emenda     22

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-adattament tal-qafas legali sabiex il-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn tiġi pprovduta fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jikseb l-għan tiegħu. Għalhekk, dan ir-Regolament ma jaffettwax b'mod sostanzjali l-mod kif jiġu liċenzjati d-drittijiet u ma jobbligax lid-detenturi tad-drittijiet u lill-fornituri tas-servizzi biex jerġgħu jinnegozjaw il-kuntratti. Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma jeħtieġx li l-fornitur jieħu miżuri biex jiżgura l-kwalità tal-konsenja ta' dawn is-servizzi ta’ kontenut onlajn barra l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat. Fl-aħħar nett, dan ir-Regolament ma japplikax għall-fornituri tas-servizzi li joffru servizzi bla ħlas ta' flus u li ma jivverifikawx l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat. Għalhekk, huwa ma jimponi l-ebda spejjeż sproporzjonati,

(29)  Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-adattament tal-qafas legali sabiex il-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn tiġi pprovduta fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jikseb l-għan tiegħu. Għalhekk, dan ir-Regolament ma jaffettwax b'mod sostanzjali l-mod kif jiġu liċenzjati d-drittijiet u ma jobbligax lid-detenturi tad-drittijiet u lill-fornituri tas-servizzi biex jerġgħu jinnegozjaw il-kuntratti. Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma jeħtieġx li l-fornitur jieħu miżuri biex jiżgura l-kwalità tal-konsenja ta' dawn is-servizzi ta’ kontenut onlajn barra l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat. Fl-aħħar nett, dan ir-Regolament ma japplikax għall-fornituri tas-servizzi li joffru servizzi bla ħlas ta' flus u li ma jivverifikawx l-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat. Għalhekk, huwa ma jimponi l-ebda spejjeż sproporzjonati lill-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn, lid-detenturi tad-drittijiet jew l-utenti finali

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jintroduċi approċċ komuni biex jiżgura li l-abbonati tas-servizzi tal-kontenut onlajn fl-Unjoni, meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru, ikunu jistgħu jaċċessaw u jużaw dawn is-servizzi.

Dan ir-Regolament jintroduċi approċċ komuni biex jiżgura li l-abbonati tas-servizzi tal-kontenut onlajn fl-Unjoni, meta jkunu temporanjament preżenti fi Stat Membru għajr l-Istat Membru tar-residenza, ikunu jistgħu jaċċessaw u jużaw dawn is-servizzi, mingħajr spejjeż addizzjonali, bħal meta jkunu fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "Abbonat" tfisser kwalunkwe konsumatur li, fuq il-bażi ta' kuntratt għall-forniment ta' servizz ta’ kontenut onlajn ma' fornitur, jista' jaċċessa u juża dan is-servizz fl-Istat Membru tar-residenza;

(a)  "Abbonat" tfisser kwalunkwe konsumatur li, fuq il-bażi ta' kuntratt għall-forniment ta' servizz ta’ kontenut onlajn ma' fornitur, jista' jaċċessa u juża dan is-servizz fl-Istat Membru tar-residenza, bi ħlas ta' flus jew mingħajr tali ħlas, jekk il-fornitur tas-servizzi kkonċernat jiddeċiedi b'mod volontarju li jikkonforma mar-rekwiżiti fir-rigward tal-verifika tal-Istat Membru tar-residenza;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "Stat Membru tar-residenza" tfisser l-Istat Membru li l-abbonat ikun qed joqgħod fih abitwalment;

(c)  "Stat Membru tar-residenza" tfisser l-Istat Membru li l-abbonat ikun qed joqgħod fih abitwalment, kif determinat u verifikat preċedentement waqt il-proċess tal-abbonament;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "Temporanjament preżenti" tfisser preżenza ta' abbonat fi Stat Membru ieħor minbarra l-Istat Membru tar-residenza;

(d)  "Temporanjament preżenti" tfisser preżenza mhux permanenti ta' abbonat fi Stat Membru ieħor minbarra l-Istat Membru tar-residenza irrispettivament mit-tul effettiv tat-tali preżenza limitata, dment li dak l-Istat Membru tar-residenza jkun ġie verifikat skont l-Artikolu 2, paragrafu 2;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – inċiż 2 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  mingħajr ħlas ta' flus sakemm l-Istat Membru tar-residenza jkun verifikat mill-fornitur;

(2)  mingħajr ħlas ta' flus sakemm l-Istat Membru tar-residenza jkun effettivament verifikat mill-fornitur abbażi ta' dikjarazzjoni onlajn mill-abbonat fuq l-Istat Membru tar-residenza tiegħu, fuq il-bażi tal-post tar-residenza tal-abbonat għal skopijiet ta' taxxa, il-karta tal-identità, il-mezz ta' identifikazzjoni elettronika, b'mod partikolari l-eIDs innotifikati skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 jew dokument onlajn ieħor li jikkonferma r-residenza tal-abbonat;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-fornitur ta' servizz ta' kontenut onlajn għandu jippermetti lil abbonat li huwa temporanjament preżenti fi Stat Membru jaċċessa u juża s-servizz ta' kontenut onlajn.

(1)  Il-fornitur ta' servizz ta' kontenut onlajn, soġġett għal ħlas jew mingħajr ħlas ta' flus iżda soġġett għal verifika minn qabel u proporzjonata tal-Istat Membru tar-residenza tal-abbonat, għandu jippermetti lil abbonat li jkun temporanjament preżenti fi Stat Membru jaċċessa u juża s-servizz ta' kontenut onlajn, li għalih l-utent ikollu abbonament legali, mingħajr spejjeż addizzjonali.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-fornitur ta' servizz ta' kontenut onlajn għandu jinforma lill-abbonat dwar il-kwalità tal-konsenja tas-servizz ta' kontenut onlajn imwassal, b'konformità mal-paragrafu 1.

(3)  Il-fornitur ta' servizz ta' kontenut onlajn għandu jipprovdi lill-abbonat b'informazzjoni dwar il-kwalità tal-konsenja tas-servizz ta' kontenut onlajn imwassal u l-limitazzjonijiet li jista' jkollu, b'konformità mal-paragrafu 1, qabel jipprovdi dak is-servizz.

Emenda     30

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Kwalunkwe dispożizzjonijiet kuntrattwali, inklużi dawk bejn id-detenturi ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, dawk li għandhom kwalunkwe dritt ieħor rilevanti għall-użu tal-kontenut f'servizzi tal-kontenut onlajn u fornituri tas-servizzi, kif ukoll bejn il-fornituri tas-servizzi u l-abbonati li jmorru kontra l-Artikoli 3(1) u 4 m'għandhomx ikunu infurzabbli.

(1)  Kwalunkwe dispożizzjonijiet kuntrattwali, inklużi dawk bejn id-detenturi ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, dawk li għandhom kwalunkwe dritt ieħor rilevanti għall-użu tal-kontenut f'servizzi tal-kontenut onlajn u fornituri tas-servizzi, kif ukoll dawk bejn il-fornituri tas-servizzi u l-abbonati li jista' jkollhom l-effett li jipprevjenu l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu infurzabbli.

Emenda     31

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Minkejja l-paragrafu 1, id-detenturi ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati jew dawk li għandhom kwalunkwe drittijiet oħra fil-kontenut tas-servizzi tal-kontenut onlajn jistgħu jeħtieġu li l-fornitur tas-servizzi jagħmel użu minn mezzi effettivi sabiex jivverifika li s-servizz ta' kontenut onlajn jiġi pprovdut f'konformità mal-Artikolu 3(1), sakemm il-mezzi meħtieġa jkunu raġonevoli u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiksbu l-għan tagħhom.

imħassar

Emenda     32

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ipproċessar ta' dejta personali mwettaq fil-qafas ta' dan ir-Regolament inkluż, b'mod partikolari, għal għanijiet ta' verifika skont l-Artikolu 5(2), għandu jitwettaq f'konformità mad-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.

L-ipproċessar ta' dejta personali mwettaq fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandu jitwettaq f'konformità mad-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika

 

Il-konsumaturi għandu jkollhom il-libertà li jagħżlu t-tip ta' tagħmir jew teknoloġija minn dawk disponibbli fis-suq sabiex jaċċessaw il-kontenut onlajn, u li jaqilbu liberament minn wieħed għall-ieħor. Il-forniment ta' servizzi portabbli m'għandux ikun ikkundizzjonat minn rekwiżiti tekniċi addizzjonali u għandu jsir f'ambjent ta' ħardwer u softwer teknoloġikament newtrali u interoperabbli.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7b

 

Evalwazzjoni

 

Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implementazzjoni tiegħu u tressaq rapport li jippreżenta l-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni dwar l-użu tal-portabbiltà transkonfinali u tal-mezzi ta' verifika, jagħti attenzjoni partikolari dwar jekk is-soluzzjonijiet maħluqa u implimentati għandhomx impatt pożittiv jew negattiv fuq l-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali u, jekk ikun meħtieġ, għandu jivvaluta l-ħtieġa ta' rieżami. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jiġi akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn proposta leġiżlattiva.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu japplika [data: 6 xhur minn wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu].

Għandu japplika [data: 12-il xahar minn wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu], li ma jipprekludix lill-fornituri tas-servizzi milli jiżguraw portabbiltà malli jkunu jistgħu jagħmlu hekk skont dan ir-Regolament.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fis-suq intern

Referenzi

COM(2015)0627 – C8-0392/2015 – 2015/0284(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

12.5.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

25.2.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Carlos Zorrinho

1.3.2016

Eżami fil-kumitat

4.7.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.9.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, András Gyürk, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Ernest Maragall, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Michel Reimon, Paul Rübig, Sergei Stanishev, Neoklis Sylikiotis, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Michał Boni, Soledad Cabezón Ruiz, David Coburn, Cornelia Ernst, Eugen Freund, Françoise Grossetête, Massimiliano Salini, Maria Spyraki

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Andor Deli, Salvatore Domenico Pogliese


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fis-suq intern

Referenzi

COM(2015)0627 – C8-0392/2015 – 2015/0284(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

9.12.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

12.5.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

25.2.2016

IMCO

12.5.2016

CULT

21.1.2016

LIBE

21.1.2016

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

LIBE

2.2.2016

 

 

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

28.4.2016

IMCO

28.4.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Jean-Marie Cavada

14.3.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.5.2016

12.10.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

29.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Dietmar Köster, António Marinho e Pinto, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Buda, Angel Dzhambazki, Heidi Hautala, Angelika Niebler, Virginie Rozière, Kosma Złotowski

Data tat-tressiq

9.12.2016

Avviż legali - Politika tal-privatezza