RAPPORT dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar it-titolizzazzjoni u li joħloq qafas Ewropew għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012
19.12.2016 - (COM(2015)0472 – C8-0288/2015 – 2015/0226(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Paul Tang
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar it-titolizzazzjoni u li joħloq qafas Ewropew għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012
(COM(2015)0472 – C8-0288/2015 – 2015/0226(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0472),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0288/2015),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta' Jannar 2016[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta' Marzu 2016[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0387/2016),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[3]*
għall-proposta tal-Kummissjoni
---------------------------------------------------------
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi regoli komuni dwar it-titolizzazzjoni u li joħloq qafas Ewropew għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4],
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[5],
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1) It-titolizzazzjoni tinvolvi tranżazzjonijiet li jippermettu lil mutwanti – normalment istituzzjoni ta' kreditu – jirrifinanzja sett ta' self jew skoperturi bħal self għal proprjetà immobbli, kirjiet ta' karozzi, self lill-konsumatur jew karti ta' kreditu, billi jibdilhom f'titoli negozjabbli. Il-mutwanti jippulja u jerġa' jippakkja portafoll tas-self tiegħu, u jqassamhom f'kategoriji ta' riskju differenti għal investituri differenti, biex b'hekk jagħti aċċess lill-investituri għal investimenti f'self u skoperturi oħrajn li normalment ma jkollhomx aċċess dirett. Ir-redditi għall-investituri huma ġġenerati mill-flussi tal-flus tas-self sottostanti.
(2) Fil-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa ppreżentat fis-26 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li terġa' tagħti l-ħajja lis-swieq ta' titolizzazzjoni ta' kwalità għolja, bla ma jiġu ripetuti l-iżbalji li saru qabel il-kriżi finanzjarja tal-2008. L-iżvilupp ta' suq tat-titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati jikkostitwixxi pedament tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali u jikkontribwixxi għall-objettiv prijoritarju tal-Kummissjoni li jiġu sostnuti l-ħolqien tax-xogħol u ritorn għal tkabbir sostenibbli.
(3) L-Unjoni Ewropea għandha l-għan li ssaħħaħ il-qafas leġiżlattiv implimentat wara l-kriżi finanzjarja sabiex tindirizza r-riskji inerenti f'titolizzazzjoni ferm kumplessa, opaka u riskjuża. Għal dak l-għan, dan ir-Regolament jintroduċi projbizzjoni fuq ir-rititolizzazzjoni u jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-konformità mal-obbligi ta' ritensjoni tar-riskju. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li r-regoli jiġu adottati sabiex isir divrenzjar aħjar ta' prodotti sempliċi, trasparenti u standardizzati minn strumenti finanzjarji kumplessi, opaki u riskjużi u li jiġi applikat qafas prudenzjali iktar sensittiv għar-riskji.
(4) It-titolizzazzjoni hija element importanti ta' swieq finanzjarji li jaħdmu kif suppost. Titolizzazzjoni strutturata tajjeb hija mezz kif jiġu diversifikati s-sorsi ta' finanzjament u kif ir-riskju jiġi allokat b'mod aktar mifrux fi ħdan is-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Tippermetti distribuzzjoni usa' tar-riskju tas-settur finanzjarju u tista' tgħin sabiex tiffranka mill-karti bilanċjali tal-oriġinatur biex ikun jista' jislef iktar lill-ekonomija reali. ▌It-titolizzazzjoni tista' toħloq pont bejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-swieq tal-kapital b'benefiċċju indirett għan-negozji u ċ-ċittadini (permezz ta', pereżempju, self li jiswa inqas flus u finanzjament tan-negozji, krediti għall-proprjetà immobbli u karti ta' kreditu). Madankollu, dan ir-Regolament jirrikonoxxi r-riskji ta' interkonnettività ikbar u ta' ingranaġġ eċċessiv li t-titolizzazzjoni tqajjem u jtejjeb kemm is-superviżjoni mikroprudenzjali mill-awtoritajiet kompetenti tal-parteċipazzjoni ta' istituzzjoni finanzjarja f'dak is-suq, kif ukoll is-superviżjoni makroprudenzjali ta' dak is-suq mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u maħtura għal strumenti makroprudenzjali.
(5) L-istabbiliment ta' qafas prudenzjali iktar sensittiv għar-riskji għat-titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati ("STS") jeħtieġ li l-Unjoni tiddefinixxi biċ-ċar x'inhi titolizzazzjoni STS, peress li nkella t-trattament regolatorju iktar sensittiv għar-riskji għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni jkunu disponibbli għal tipi differenti ta' titolizzazzjonijiet fi Stati Membri differenti. Dan iwassal għal kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni li mhumiex ekwivalenti u għal arbitraġġ regolatorju, filwaqt li għal kuntrarju, huwa importanti li jiġi żgurat li l-Unjoni tiffunzjona bħala suq uniku għal titolizzazzjonijiet STS u tiffaċilita t-tranżazzjonijiet transfruntiera.
(6) Huwa iktar xieraq li, b'konformità mad-definizzjonijiet eżistenti fil-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni, jiġu pprovduti definizzjonijiet tal-kunċetti ewlenin kollha tat-titolizzazzjoni. B'mod partikolari, definizzjoni ċara u li tkopri kollox tat-titolizzazzjoni hija meħtieġa sabiex tiġi koperta kwalunkwe tranżazzjoni jew skema li biha r-riskju ta' kreditu assoċjat ma' skopertura jew pula ta' skoperturi jiġi segmentat. Skopertura li toħloq obbligu ta' pagament dirett għal tranżazzjoni jew skema użata għall-finanzjament jew l-operazzjoni tal-assi fiżiċi ma għandhiex titqies bħala skopertura għal titolizzazzjoni, anki jekk it-tranżazzjoni jew l-iskema jkollha obbligazzjonijiet ta' pagamenti ta' senjorità differenti.
(7) Kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll fil-livell Ewropew, diġà sar ħafna xogħol sabiex tiġi identifikata t-titolizzazzjoni STS u fir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2015/61[6] u (UE) 2015/35[7] diġà ġew stabbiliti l-kriterji għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata għal skopijiet speċifiċi, li magħhom huwa marbut trattament prudenzjali iktar sensittiv għar-riskji.
(8) Fuq il-bażi tal-kriterji eżistenti, fuq il-kriterji tal-BCBS-IOSCO adottati fit-23 ta' Lulju 2015 għall-identifikazzjoni ta' titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u paragunabbli fil-qafas ta' suffiċjenza tal-kapital għat-titolizzazzjonijiet, u b'mod partikolari l-Avviż tal-EBA dwar il-kwalifikazzjoni tat-titolizzazzjoni ppubblikat fis-7 ta' Lulju 2015, huwa essenzjali li tiġi stabbilita definizzjoni ġenerali u applikabbli b'mod transettorjali tat-titolizzazzjoni STS.
(9) L-implimentazzjoni tal-kriterji STS fi ħdan l-UE kollha ma għandhiex twassal għal approċċi differenti. Dawk l-approċċi joħolqu ostakli potenzjali għall-investituri transfruntiera billi jġegħluhom jidħlu fid-dettalji tal-oqfsa tal-Istati Membri u b'hekk ixekklu l-kunfidenza tal-investituri fil-kriterji STS. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għandha għalhekk, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-swieq tat-titoli, tissorvelja l-konformità mal-kriterji STS u tiżviluppa linji gwida biex tiżgura fehim komuni u konsistenti tar-rekwiżiti STS madwar l-Unjoni, sabiex tindirizza l-kwistjonijiet potenzjali ta' interpretazzjoni. Tali sors uniku ta' interpretazzjoni għandu l-għan li jappoġġja l-adozzjoni tal-kriterji STS mill-oriġinaturi, l-isponsors u l-investituri. L-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) għandu jkollha wkoll rwol attiv fl-indirizzar tal-problemi potenzjali ta' interpretazzjoni.
(10) ▌Fid-dawl ta' dan l-objettiv, it-tliet ASE għandhom, fil-kuntest tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, jikkondividu informazzjoni rigward il-problemi prattiċi li jistgħu jinqalgħu fir-rigward tat-titolizzazzjonijiet STS. B'dan il-mod, il-fehmiet tal-parteċipanti fis-suq għandhom jintalbu wkoll u jridu jitqiesu kemm jista' jkun. L-eżitu ta' dawn it-taħditiet għandu jiġi ppubblikat fuq is-siti web tal-ESMA sabiex jgħin lill-oriġinaturi, l-isponsors, l-SSPEs u l-investituri fil-valutazzjoni tat-titolizzazzjonijiet STS qabel ma joħorġu jew jinvestu fit-tali pożizzjonijiet. ▌
(11) L-investimenti fit-titolizzazzjonijiet jew l-esponimenti għalihom mhux talli jesponu lill-investitur għar-riskji ta' kreditu tas-self sottostanti jew l-esponimenti, iżda l-proċess ta' strutturar tat-titolizzazzjonijiet jista' jwassal ukoll għal riskji oħrajn bħar-riskji tal-aġenzija, riskju mudell, riskju legali u operazzjonali, riskju tal-kontroparti, riskju tas-servizzjar, riskju tal-likwidità, riskju tal-konċentrazzjoni u riskji ta' xorta operazzjonali. Għalhekk, huwa essenzjali li l-investituri istituzzjonali, inklużi l-maniġers tal-assi, ikunu soġġetti għar-rekwiżiti proporzjonati dwar id-diliġenza dovuta sabiex jiżguraw li jivvalutaw kif xieraq ir-riskji li jirriżultaw mit-tipi kollha ta' titolizzazzjonijiet, għall-benefiċċju tal-investituri finali. B'hekk, id-diliġenza dovuta tista' ssaħħaħ anki l-fiduċja fis-suq u bejn l-oriġinaturi, l-isponsors u l-investituri individwali. Jeħtieġ li l-investituri jeżerċitaw ukoll diliġenza dovuta xierqa fir-rigward tat-titolizzazzjonijiet STS. Jistgħu jinfurmaw ruħhom bl-informazzjoni divulgata mill-partijiet għat-titolizzazzjoni, b'mod partikolari n-notifika STS u l-informazzjoni relatata ddivulgata f'dan il-kuntest, li għandha tipprovdi lill-investituri bl-informazzjoni rilevanti kollha dwar kif jiġu ssodisfati l-kriterji STS. L-investituri istituzzjonali għandhom ikunu jistgħu jpoġġu l-fiduċja xierqa fin-notifika STS u fl-informazzjoni ddivulgata mill-oriġinatur, mill-isponsor u mill-SSPE dwar jekk titolizzazzjoni tissodisfax ir-rekwiżiti STS.
(12) Huwa essenzjali li l-interessi tal-oriġinaturi, tal-isponsors, tal-mutwanti oriġinali involuti f'titolizzazzjoni u tal-investituri jkunu allinjati. Biex jikseb dan, l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali għandu jżomm interess sinifikanti fl-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni, f'livell ta' 5 % jew 10 % skont il-modalità ta' ritensjoni. Barra minn hekk, l-iskoperturi titolizzati ma għandhomx iwasslu għal prestazzjoni li tkun differenti b'mod sinifikanti minn skoperturi li ma jkunux ġew titolizzati. Għalhekk, huwa importanti li l-oriġinaturi jew l-isponsors iżommu skopertura ekonomika netta materjali għar-riskji sottostanti inkwistjoni. L-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), b'segwitu għal rapport tal-BERS, għandha tirrevedi kull sentejn ir-rata ta' ritensjoni tar-riskju bejn 5 % u 20 % għas-suq tat-titolizzazzjoni kollu kemm hu jew għal ċerti partijiet ta' dak is-suq permezz ta' abbozz ta' standards tekniċi regolatorji. B'mod iktar ġenerali, it-tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni ma għandhomx ikunu strutturati b'tali mod li jevitaw l-applikazzjoni tar-rekwiżit ta' ritensjoni. Dak ir-rekwiżit għandu jkun applikabbli fis-sitwazzjonijiet kollha fejn tkun applikabbli s-sustanza ekonomika ta' titolizzazzjoni, ikunu xi jkunu l-istrutturi legali jew l-istrumenti użati. Ma hemmx bżonn ta' ħafna applikazzjonijiet tar-rekwiżit ta' ritensjoni. Għal kwalunkwe titolizzazzjoni jkun biżżejjed li l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali jkun soġġett għar-rekwiżit. B'mod simili, meta t-tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni jkun fihom pożizzjonijiet ta' titolizzazzjonijiet oħrajn bħala skoperturi sottostanti, ir-rekwiżit ta' ritensjoni għandu jkun applikat biss għat-titolizzazzjoni li hija soġġetta għall-investiment. In-notifika STS tindika lill-investituri li l-oriġinaturi żammew skopertura ekonomika netta materjali għar-riskji sottostanti. Għandhom isiru ċerti eċċezzjonijiet għal każijiet li fihom l-iskoperturi titolizzati jkunu ggarantiti bis-sħiħ, inkondizzjonalment u b'mod irrevokabbli mill-awtoritajiet pubbliċi b'mod partikolari. Fil-każ ta' appoġġ mir-riżorsi pubbliċi pprovdut fil-forma ta' garanziji jew b'mezzi oħrajn, kwalunkwe dispożizzjoni f'dan ir-Regolament hija mingħajr ħsara għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
(13) Il-ħila tal-investituri li jeżerċitaw id-diliġenza dovuta u, b'hekk, jagħmlu valutazzjoni informata tal-affidabbiltà kreditizja ta' strument ta' titolizzazzjoni partikolari tiddependi mill-aċċess tagħhom għal informazzjoni fuq dawk l-istrumenti. Fuq il-bażi tal-acquis eżistenti, importanti li tinħoloq sistema komprensiva li biha l-investituri jkollhom aċċess għall-informazzjoni relevanti kollha tul il-ħajja sħiħa tat-tranżazzjonijiet u li jitnaqqsu l-kompiti ta' rapportar tal-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs u li jitħaffef l-aċċess kontinwu, faċli u liberu tal-investituri għal informazzjoni affidabbli dwar it-titolizzazzjonijiet. L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE għandhom jippubblikaw ukoll informazzjoni dwar in-natura sostenibbli fit-tul tat-titolizzazzjoni, dwar kif dawn jikkontribwixxu għall-kisba tal-ftehim tal-konferenza tan-NU dwar il-klima COP 21, u dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG) kif imsemmija fil-Prinċipji għall-Investiment Responsabbli tan-NU, qed jiġu kkunsidrati. Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tas-suq, għandu jiġi stabbilit qafas għal repożitorji tad-dejta sabiex jinġabru r-rapporti rilevanti, primarjament dwar l-iskoperturi sottostanti f'titolizzazzjonijiet. Dawn ir-repożitorji tad-dejta għandhom ikunu awtorizzati u ssorveljati mill-ESMA u jridu jikkonformaw ma' rekwiżiti stretti. Meta tkun qed tispeċifika d-dettalji ta' tali rapport, l-ESMA għandha tqis li l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata għal tali repożitorji għandha tkunu ibbażata fuq mudelli eżistenti għall-iżvelar ta' tali informazzjoni.
(13a) L-obbligi maħluqa u msaħħa b'dan ir-Regolament dwar il-ħtieġa li l-parteċipanti f'titolizzazzjonijiet joħorġu informazzjoni pubblika m'għandhomx jipprevjenu titolizzazzjonijiet mhux pubbliċi, fejn l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE ta' titolizzazzjoni mill-anqas jagħmlu disponibbli d-dokumentazzjoni sottostanti kollha li hija essenzjali għall-fehim tat-tranżazzjoni u li tinforma lill-investituri b'mod suffiċjenti.
(14) L-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs għandhom iqiegħdu d-dejta materjalment relevanti kollha dwar il-kwalità kreditizja u l-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti disponibbli fir-rapport għall-investituri, inkluża dejta li tippermetti lill-investituri jidentifikaw biċ-ċar id-delinkwenza u l-inadempjenza tad-debituri sottostanti, ir-ristrutturar tad-dejn, il-maħfra tad-dejn, it-trażżin, ir-riakkwisti, il-pawżi tal-pagamenti, it-telf, iċ-charge offs, l-irkupru u rimedji oħrajn tal-prestazzjoni tal-assi fil-pula ta' skoperturi sottostanti. Id-dejta dwar il-flussi tal-flus iġġenerati mill-iskoperturi sottostanti u mill-obbligazzjonijiet tal-ħruġ tat-titolizzazzjoni, inkluża divulgazzjoni separata tal-introjtu u l-iżborż tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni, jiġifieri l-kapital skedat, l-imgħax skedat, il-kapital bi ħlas antiċipat, imgħax u tariffi skaduti u imposti u kwalunkwe dejta marbuta mal-ksur ta' kwalukwe xkattatur li jimplika bidliet fil-prijorità tal-pagamenti jew sostituzzjoni ta' kwalunkwe kontroparti kif ukoll id-dejta fuq l-ammont u l-forma ta' tisħiħ tal-kreditu disponibbli għal kull segment għandha tkun ippreżentata fir-rapport għall-investituri wkoll. Għalkemm it-titolizzazzjonijiet li huma sempliċi, trasparenti u standardizzati fil-passat kellhom prestazzjoni tajba, is-sodisfazzjon ta' kwalunkwe rekwiżit STS ma jfissirx li l-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni hija ħielsa minn riskji, u lanqas ma jindika xejn dwar il-kwalità kreditizja sottostanti għat-titolizzazzjoni. Minflok, għandu jitqies li jindika li investitur prudenti u diliġenti ser ikun jista' janalizza r-riskji involuti fit-titolizzazzjoni. Għandu jkun hemm żewġ tipi ta' rekwiżiti STS: wieħed għal titolizzazzjonijiet fit-tul u wieħed għal titolizzazzjonijiet għal terminu qasir (ABCP), li fil-parti l-kbira għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti simili b'aġġustamenti speċifiċi li jirriflettu l-karatteristiċi strutturali ta' dawn iż-żewġ segmenti tas-suq. Il-funzjonament ta' dawn is-swieq huwa differenti, bil-programmi tal-ABCP li jħaddmu għadd ta' tranżazzjonijiet tal-ABCP li jikkonsistu fi skoperturi għal terminu qasir li jeħtieġu li jiġu sostitwiti ladarba jimmaturaw. Barra minn hekk, il-kriterji dwar is-STS iridu jirriflettu wkoll ir-rwol speċifiku tal-isponsor fil-forniment ta' appoġġ ta' likwidità lill-veikoli ABCP. Minħabba l-konċentrazzjoni potenzjali tar-riskju ta' likwidità fil-livell ta' bank sponsor, dan jista' jżid ir-riskju sistemiku. Għalhekk, dan ir-Regolament jirrikjedi ttestjar tal-istress regolari għall-istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu jridu jappoġġjaw programm ABCP.
(15) Din il-proposta tippermetti li titolizzazzjonijiet ta' "bejgħ veru" biss ikunu deżinjati bħala STS. F'titolizzazzjoni ta' bejgħ veru, is-sjieda tal-iskoperturi sottostanti tiġi ttrasferita jew assenjata b'mod effettiv lil entità emittenti li hija entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni (SSPE). It-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti lill-SSPE ma għandux ikun soġġett għal dispożizzjonijiet severi ta' rkupru fil-każ ta' insolvenza tal-bejjiegħ. Dispożizzjonijiet tant severi ta' rkupru jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dispożizzjonijiet li taħthom il-bejgħ tal-iskoperturi sottostanti jista' jiġi invalidat mil-likwidatur tal-bejjiegħ fuq l-unika bażi li kien konkluż f'ċertu perjodu qabel id-dikjarazzjoni tal-insolvenza tal-bejjiegħ jew qabel dispożizzjonijiet meta l-SSPE tista' tipprevjeni t-tali invalidazzjoni biss jekk tista' turi bil-provi li ma kinitx taf bl-insolvenza tal-bejjiegħ fi żmien il-bejgħ.
(16) F'titolizzazzjonijiet li mhumiex ta' "bejgħ veru", l-iskoperturi sottostanti ma jiġux ittrasferiti lit-tali entità, iżda r-riskju ta' kreditu marbut mal-iskoperturi sottostanti jiġi ttrasferit permezz ta' garanzija jew kuntratt tad-derivattivi jew garanziji. Dan jintroduċi riskju ta' kreditu tal-kontroparti addizzjonali u l-kumplessità potenzjali marbuta b'mod partikolari mal-kontenut tal-kuntratt tad-derivattivi. Għal dawn ir-raġunijiet, il-kriterji STS ma jippermettux titolizzazzjoni sintetika.
Il-progress li sar mill-EBA fir-rapport tagħha ta' Diċembru 2015, fejn identifikat il-possibilità ta' sett ta' kriterji STS għat-titolizzazzjoni sintetika, għandu jiġi rikonoxxut. Ladarba l-ABE tkun iddeterminat b'mod ċar sett ta' kriterji STS applikabbli speċifikament għat-titolizzazzjonijiet sintetiċi tal-karta tal-bilanċ, u bil-ħsieb li tippromwovi l-finanzjament lejn l-ekonomija reali u b'mod partikolari l-SMEs li jibbenefikaw l-aktar minn titolizzazzjonijiet bħal dawn, il-Kummissjoni jkollha l-mandat li tabbozza rapport u, fejn xieraq, proposta leġiżlattiva sabiex testendi l-qafas STS għal tali titolizzazzjonijiet, filwaqt li dan il-mandat ma jingħatax lill-Kummissjoni fir-rigward ta' titolizzazzjonijiet sintetiċi ta' arbitraġġ.
(17) L-iskoperturi sottostanti trasferiti mill-bejjiegħ lill-SSPE għandhom jissodisfaw kriterji ta' eliġibbiltà predeterminati u ddefiniti b'mod ċar li ma jippermettux immaniġġjar tal-portafoll attiv ta' dawk l-iskoperturi fuq bażi diskrezzjonali. Fil-prinċipju, is-sostituzzjoni tal-iskoperturi li jiksru r-rappreżentazzjonijiet u l-garanziji ma għandhiex titqies immaniġġjar tal-portafoll attiv.
(18) Sabiex jiġi żgurat li l-investituri jagħmlu d-diliġenza dovuta robusta u jiffaċilitaw il-valutazzjoni tar-riskji sottostanti, huwa importanti li t-tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni jkunu garantiti b'ippuljar ta' skoperturi li huma omoġeni fit-tip ta' ass, l-ESMA għandha l-mandat li tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex tkompli tiċċara l-kriterji ta' omoġeneità skont ir-rekwiżiti dwar is-sempliċità.
(19) Huwa essenzjali li jiġi evitat milli jerġgħu jfeġġu mudelli purament "oriġina u ddistribwixxi". F'dawk is-sitwazzjonijiet, il-mutwanti jagħtu krediti billi japplikaw politiki ta' sottoskrizzjoni batuti u dgħajfin peress li jkunu jafu minn qabel li r-riskji relatati eventwalment jinbiegħu lil partijiet terzi. B'hekk, l-iskoperturi li jridu jiġu titolizzati għandhom ikunu oriġinati matul il-perkors normali tan-negozju tal-oriġinatur jew tal-mutwanti oriġinali skont standards dwar is-sottoskrizzjoni li ma għandhomx ikunu inqas strinġenti minn dawk li l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali japplika għall-oriġinazzjoni ta' skoperturi simili li mhumiex titolizzati. Il-bidliet materjali fl-istandards ta' sottoskrizzjoni għandhom jiġu ddivulgati bis-sħiħ lill-investituri potenzjali. L-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali għandu jkollu biżżejjed esperjenza fl-oriġinazzjoni ta' skoperturi ta' xorta simili għal dawk li ġew titolizzati. Fil-każ ta' titolizzazzjonijiet li fihom l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali, l-ippuljar ta' self ma għandux jinkludi self li jiġi kummerċjalizzat u sottoskritt bil-patt li l-applikant għas-self jew, meta applikabbli, l-intermedjarji, ikunu ġew mgħarrfin li l-informazzjoni pprovduta jaf ma tkunx ġiet verifikata mill-mutwanti. Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kredizja tal-mutwatarju għandha tissodisfa wkoll, meta applikabbli, ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttivi 2014/17/UE jew 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew ir-rekwiżiti ekwivalenti f'pajjiżi terzi.
(20) Meta l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs ikunu jixtiequ li t-titolizzazzjonijiet tagħhom jużaw id-deżinjazzjoni ta' STS, dawn għandhom jinnotifikaw lill-investituri, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ESMA li t-titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti STS. Imbagħad, l-ESMA għandha tippubblika dan fuq lista ta' tranżazzjonijiet li tkun disponibbli fuq is-sit web tagħha għal skopijiet ta' informazzjoni. L-inklużjoni ta' ħruġ ta' titolizzazzjoni fil-lista tal-ESMA ta' titolizzazzjonijiet STS notifikati ma timplikax li l-ESMA jew awtoritajiet kompetenti oħrajn iċċertifikaw li t-titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti STS. Il-konformità mar-rekwiżiti STS tibqa' responsabbiltà tal-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs waħedhom. Dan ser jiżgura li l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jieħdu responsabbiltà għad-dikjarazzjoni tagħhom li t-titolizzazzjoni hija STS u li hemm trasparenza fis-suq.
(21) Meta titolizzazzjoni ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti STS, l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE għandhom jinnotifikaw lill-ESMA minnufih. Barra minn hekk, meta awtorità kompetenti tkun imponiet sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri ta' rimedju fir-rigward ta' titolizzazzjoni nnotifikata bħala STS, dik l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika immedjatament lill-ESMA għall-indikazzjoni tagħha dwar il-lista ta' notifiki STS li tippermetti li l-investituri jkunu infurmati dwar dawn is-sanzjonijiet u dwar l-affidabbiltà tan-notifiki STS. Għaldaqstant huwa fl-interess tal-oriġinaturi, tal-isponsors u tal-SSPEs li jagħmlu notifiki maħsuba sew minħabba l-konsegwenzi reputazzjonali.
(22) L-investituri għandhom iwettqu d-diliġenza dovuta tagħhom fuq l-investimenti b'mod proporzjonali għar-riskji involuti, iżda għandhom ikunu jistgħu jafdaw in-notifiki STS u l-informazzjoni pprovduta mill-oriġinatur, mill-isponsor u mill-SSPE fuq il-konformità STS.
(23) L-involviment ta' partijiet terzi fl-għajnuna sabiex tiġi verifikata l-konformità ta' titolizzazzjoni mar-rekwiżiti STS jista' jkun siewi għall-investituri, għall-oriġinaturi, għall-isponsors u għall-SSPEs u jista' jikkontribwixxi sabiex tiżdied il-kunfidenza fis-suq għat-titolizzazzjonijiet STS. Madankollu, huwa essenzjali li l-investituri jagħmlu l-valutazzjoni tagħhom stess, jieħdu responsabbiltà għad-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom u ma joqogħdux b'mod mekkanistiku fuq it-tali partijiet terzi.
(24) L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti u jagħtuhom is-setgħat ta' superviżjoni, investigazzjoni u sanzjonar li jeħtieġu. Fil-prinċipju, is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta' rimedju għandhom jiġu ppubblikati. Peress li l-investituri, l-oriġinaturi, l-isponsors, il-mutwanti oriġinali u l-SSPEs jistgħu jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti u ssupervizzati minn awtoritajiet kompetenti settorjali differenti, il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013[8], u l-ASE għandha tiġi żgurata bl-iskambju reċiproku ta' informazzjoni u assistenza f'attivitajiet superviżorji.
(25) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw mill-qrib is-superviżjoni tagħhom u jiżguraw deċiżjonijiet konsistenti, speċjalment f'każ ta' ksur ta' dan ir-Regolament. Meta dan il-ksur jikkonċerna notifika inkorretta jew qarrieqa, l-awtorità kompetenti li tiskopri dak il-ksur għandha anke tinforma lill-ASE u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati, l-ESMA, u, fejn xieraq, il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat vinkolanti ta' medjazzjoni tagħhom.
(25a) Sabiex teżerċita s-setgħa li timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni sabiex tissupplimenta jew temenda dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli ta' proċedura biex timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali, kif ukoll it-tipi ta' tariffi, iċ-ċirkostanzi li fir-rigward tagħhom ikunu dovuti t-tariffi u l-ammont ta' tali tariffi.
Sabiex jiġi ssodisfat l-obbligu li l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali ta' titolizzazzjoni STS ikun stabbilit fl-Unjoni u fid-dawl tal-iżvilupp potenzjal f'pajjiżi terzi ta' oqfsa bbażati fuq il-kriterji tal-BCBS-IOSCO għall-identifikazzjoni ta' titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u paragunabbli, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina l-ekwivalenza tal-arranġamenti legali, superviżorji u ta' infurzar ta' pajjiżi terzi għall-qafas STS tal-Unjoni.
Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.
(26) Dan ir-Regolament jippromwovi l-armonizzazzjoni ta' għadd ta' elementi ewlenin fis-suq tat-titolizzazzjoni mingħajr preġudizzju għal iktar armonizzazzjoni kumplimentari mmexxija mis-suq tal-proċessi u l-prattiki fis-swieq tat-titolizzazzjoni. Għal dik ir-raġuni, huwa essenzjali li l-parteċipanti fis-suq u l-assoċjazzjonijiet professjonali tagħhom ikomplu jistandardizzaw il-prattiki tas-suq, u b'mod partikulari l-istandardizzazzjoni tad-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjonijiet. Il-Kummissjoni ser timmonitorja bir-reqqa u tirrapporta fuq l-isforzi ta' standardizzazzjoni li jagħmlu l-parteċipanti fis-suq.
(27) Id-Direttiva tal-UCITS, id-Direttiva tas-Solvibbiltà II, ir-Regolament tas-CRA, id-Direttiva tal-AIFM u l-EMIR huma emendati kif xieraq sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-qafas legali tal-UE ma' dan ir-Regolament dwar id-dispożizzjonijiet relatati mat-titolizzazzjoni li l-objettiv ewlieni tiegħu huwa l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, b'mod partikulari billi tiżgura kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern għall-investituri istituzzjonali kollha.
(28) Fir-rigward tal-emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012, kuntratti tad-derivattivi barra l-Borża ("OTC") li jkunu daħlu fihom entitajiet bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklirjar diment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Dan minħabba li kontropartijiet għall-kuntratti tad-derivattivi OTC li jkunu daħlu fihom b'veikoli bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni huma kredituri garantiti skont l-arranġamenti ta' titolizzazzjoni u normalment jkun pipprovdut għal protezzjoni xierqa kontra r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti. Fir-rigward ta' derivattivi kklirjati mhux ċentralment, il-livelli ta' kollateral meħtieġa għandhom iqisu wkoll l-istruttura speċifika tal-arranġamenti ta' titolizzazzjoni u l-protezzjonijiet diġà previsti fihom.
(29) Hemm livell ta' sostitwibbiltà bejn il-bonds koperti u t-titolizzazzjonijiet. Għalhekk, sabiex tiġi evitata l-possibbiltà ta' distorsjoni jew arbitraġġ bejn l-użu tat-titolizzazzjonijiet u l-bonds koperti minħabba t-trattament differenti tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li jidħlu fihom l-entitajiet tal-bonds koperti jew l-SSPEs, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandu jiġi emendat ukoll sabiex jeżenta lill-entitajiet tal-bonds koperti mill-obbligu tal-ikklirjar u sabiex jiżgura li l-entitajiet tal-bonds koperti jkunu soġġetti għall-istess marġini bilaterali.
(30) Sabiex jiġi speċifikat ir-rekwiżit ta' ritenzjoni tar-riskju, is-setgħa li jiġu adottati l-atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-modalitajiet biex ir-riskju jiġi ritenut, il-kejl tal-livell ta' ritenzjoni, ċerti projbizzjonijiet rigward ir-riskju ritenut, ir-ritenzjoni fuq bażi konsolidata u l-eżenzjoni ta' ċerti tranżazzjonijiet. Fid-dawl tal-kompetenza tal-EBA, hi u tiddefinixxi l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu minn dik il-kompetenza għat-tħejjija tal-atti delegati. L-EBA għandha tikkonsulta mill-qrib maż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra.
(31) Sabiex tiffaċilita l-aċċess kontinwu, faċli u ħieles tal-investituri għal informazzjoni affidabbli dwar it-titolizzazzjonijiet, l-istess setgħa biex tadotta l-atti għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji għall-informazzjoni paragunabbli dwar l-iskoperturi sottostanti u r-rapporti regolari tal-investituri u għar-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mis-sit web li fuqu tkun disponibbli l-informazzjoni għad-detenturi ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni. Fid-dawl tal-kompetenza tal-ESMA, hi u tiddefinixxi l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu minn dik il-kompetenza għat-tħejjija tal-atti delegati. L-ESMA għandha tikkonsulta mill-qrib maż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra.
(32) Sabiex tiffaċilita l-proċess għall-investituri, għall-oriġinaturi, għall-isponsors, u għall-SSPEs, l-istess setgħa biex tadotta l-atti għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji rigward il-mudell għan-notifiki STS li se jipprovdu lill-investituri u lill-awtoritajiet kompetenti b'biżżejjed informazzjoni għall-valutazzjoni tagħhom tal-konformità mar-rekwiżiti STS. Fid-dawl tal-kompetenza tal-ESMA, hi u tiddefinixxi l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu minn dik il-kompetenza għat-tħejjija tal-atti delegati. L-ESMA għandha tikkonsulta mill-qrib maż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra.
(33) Sabiex tispeċifika t-termini tal-kooperazzjoni u tiskambja l-obbligu ta' informazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-istess setgħa biex tadotta l-atti għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata u l-kontenut u l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi tan-notifika. Fid-dawl tal-kompetenza tal-ESMA, hi u tiddefinixxi l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu minn dik il-kompetenza għat-tħejjija tal-atti delegati. L-ESMA għandha tikkonsulta mill-qrib maż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra.
(34) Il-Kummissjoni, hi u tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(35) Billi l-objettivi ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba li s-swieq ta' titolizzazzjoni joperaw globalment uminħabba li għandhom jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fis-suq intern għall-investituri istituzzjonali u għall-entitajiet kollha involuti fit-titolizzazzjoni iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.
(36) Dan ir-Regolament għandu japplika għal titolizzazzjonijiet li jinħarġu mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew wara.
(37) Għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jistgħu jużaw id-deżinjazzjoni "STS" diment li t-titolizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti STS, għal ċerti rekwiżiti fiż-żmien tan-notifika u għal rekwiżiti oħra fiż-żmien tal-oriġini. Għaldaqstant, l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw notifika STS skont l-Artikolu 14(1) ta' dan ir-Regolament lill-ESMA. Kwalunkwe modifika sussegwenti għat-titolizzazzjoni għandha tiġi aċċettata diment li t-titolizzazzjoni tkompli tissodisfa r-rekwiżiti STS applikabbli kollha.
(38) ▌Ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta applikati f'konformità mal-liġi tal-Unjoni eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, għandhom ikomplu japplikaw għal titolizzazzjonijiet maħruġin fl-1 ta' Jannar 2011 jew wara, u għal titolizzazzjonijiet maħruġin qabel dakinhar, inkluż meta wara l-31 ta' Diċembru 2014 ikunu ġew sostiwtiti jew żdiedu skoperturi sottostanti ġodda. L-artikoli relevanti tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru625/2014 li jispeċifikaw ir-rekwiżiti ta' ritenzjoni tar-riskji għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti tal-investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1) (1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 2013/575 għandhom jibqgħu applikabbli sa meta jidħlu fis-seħħ l-istandards tekniċi regolatorji dwar ir-ritenzjoni tar-riskju skont dan ir-Regolament. Minħabba raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew id-ditti tal-investiment, l-impriżi tal-assigurazzjoni, l-impriżi tar-riassigurazzjoni u l-maniġers ta' fondi ta' investiment alternattiv għandhom, għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni pendenti mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ikomplu jkunu soġġetti għall-Artikolu 405 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għall-Kapitoli 1, 2 u 3 u għall-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2014, għall-Artikoli 254 u 255 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/35 u għall-Artikolu 51 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 rispettivament. Sabiex jiżgura li l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jikkonformaw mal-obbligi ta' trasparenza tagħhom, sakemm jidħlu fis-seħħ l-istandards tekniċi regolatorji li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, huma jagħmlu l-informazzjoni msemmija fl-Annessi I sa VIII tar-Regolament Delegat 2015/3/UE disponibbli għas-sit web imsemmi fl-Artikolu 5(4) ta' dan ir-Regolament.
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni. Jiddefinixxi t-titolizzazzjoni u jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar id-diliġenza dovuta, ir-ritensjoni tar-riskju u t-trasparenza għal partijiet involuti fit-titolizzazzjonijiet▌. Jipprovdi wkoll qafas għal titolizzazzjoni Sempliċi, Trasparenti u Standardizzata, jew "STS".
2. Dan ir-Regolament japplika għal investituri istituzzjonali ▌u għal oriġinaturi, mutwanti oriġinali, sponsors u entitajiet bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni..
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) "titolizzazzjoni" tfisser tranżazzjoni jew skema, li biha riskju ta' kreditu assoċjat mal-iskopertura jew aggregazzjoni ta' skoperturi tkun segmentata, u jkollha ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
(a) il-pagamenti fit-tranżazzjoni jew l-iskema jkunu dipendenti fuq il-prestazzjoni tal-iskoperturi jew l-aggregazzjoni ta' skoperturi;
(b) is-subordinazzjoni tas-segmenti tiddetermina d-distribuzzjoni tat-telf matul il-ħajja kurrenti tat-tranżazzjoni jew skema.
(2) "Entità bi Skop Speċjali tat-Titolizzazzjoni" jew "SSPE" tfisser korporazzjoni, trust jew entità ġuridika oħra, għajr oriġinatur jew sponsor, stabbilita għall-fini ta' twettiq ta' titolizzazzjoni waħda jew iktar, li l-attivitajiet tagħha huma limitati għal dawk xierqa sabiex jintlaħaq dak l-objettiv, bi struttura li hija maħsuba sabiex tiżola l-obbligi tal-SSPE minn dawk tal-oriġinatur, u fejn id-detenturi tal-interessi benefiċjarji jkollhom id-dritt ta' rahan jew skambju ta' dawk l-interessi mingħajr ebda restrizzjoni;
(3) "oriġinatur" tfisser entità li:
(a) hi stess jew permezz ta' entitajiet relatati, b'mod dirett jew indirett, kienet involuta fil-ftehim oriġinali li ħoloq l-obbligi jew l-obbligi potenzjali tad-debitur jew id-debitur potenzjali li wasslu għat-titolizzazzjoni tal-iskoperturi; or
(b) tixtri l-iskoperturi ta' parti terza għan-nom tagħha stess u mbagħad tittitolizzahom;
(4) "rititolizzazzjoni" tfisser titolizzazzjoni li biha tal-inqas waħda mill-iskoperturi sottostanti tkun pożizzjoni ta' titolizzazzjoni.
(5) "sponsor" tfisser istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment kif definita fl-Artikolu 4(1) il-punti (1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 2013/575 għajr oriġinatur li jistabbilixxi u jimmaniġġja programm ta' karta kummerċjali garantita b'assi jew tranżazzjoni jew skema ta' titolizzazzjoni oħra li tixtri skoperturi mingħand entitajiet terzi;
(6) "segment" tfisser segment stabbilit b'kuntratt tar-riskju ta' kreditu assoċjat ma' skopertura jew aggregazzjoni ta' skoperturi, li bih pożizzjoni fis-segment tinvolvi riskju ta' telf ta' kreditu ikbar jew inqas minn pożizzjoni tal-istess ammont f'segment ieħor, bla ma titqies il-protezzjoni tal-kreditu pprovduta minn partijiet terzi direttament lid-detenturi tal-pożizzjonijiet fis-segment jew f'segmenti oħrajn;
(7) "programm tal-karta kummerċjali garantita b'assi (ABCP)" jew "programm ABCP" tfisser programm ta' titolizzazzjonijiet li t-titoli maħruġin minnu jieħdu l-forma predominanti ta' karta kummerċjali garantita b'assi b'maturità oriġinali ta' sena jew inqas;
(8) "tranżazzjoni tal-karta kummerċjali garantita b'assi (ABCP)" jew "tranżazzjoni ABCP" tfisser titolizzazzjoni fi ħdan programm ABCP;
(9) "titolizzazzjoni tradizzjonali" tfisser titolizzazzjoni li tinvolvi t-trasferiment ekonomiku tal-iskoperturi li jkunu titolizzati. Dan għandu jseħħ permezz tat-trasferiment tas-sjieda tal-iskoperturi titolizzati mill-istituzzjoni oriġinatriċi lil SSPE jew permezz ta' subparteċipazzjoni minn SSPE. It-titoli maħruġa ma jirrappreżentawx obbligazzjonijiet ta' ħlas tal-istituzzjoni oriġinatriċi;
(10) "titolizzazzjoni sintetika" tfisser titolizzazzjoni li biha t-trasferiment tar-riskju jinkiseb bl-użu ta' derivattivi tal-kreditu jew garanziji, u l-iskoperturi li jiġu titolizzati jibqgħu skoperturi tal-oriġinatur;
(11) "investitur" tfisser persuna li żżomm pożizzjoni ta' titolizzazzjoni;
(12) "investituri istituzzjonali" tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(i) impriża tal-assigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Solvibbiltà II);
(ii) impriża tar-riassigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2009/138/KE;
(iii) istituzzjoni għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORP) li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ▌sakemm Stat Membru ma jkunx għażel li ma japplikax dik id-Direttiva sħiħa jew partijiet minnha għal dik l-istituzzjoni skont l-Artikolu 5 ta' dik id-Direttiva;
(iv) maniġer ta' fondi ta' investiment alternattiv (AIFM) kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(v) kumpanija ta' mmaniġġjar ta' impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) kif definita fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[9];
(vi) UCITS immaniġġjata internament, li hija kumpanija tal-investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE u li ma għażlitx kumpanija ta' mmaniġġjar awtorizzata skont dik id-Direttiva għall-immaniġġjar tagħha;
(vii) Fond tas-Suq Monetarju (MMF) kif identifikat fir-Regolament.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi tas-Suq Monetarju (MMF);
(viii) istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditta tal-investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(ix) bank multilaterali tal-iżvilupp skont it-tifsira tal-Artikolu 117(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, organizzazzjoni internazzjonali jew entità promozzjonali.
(13) "serviser" tfisser entità kif definita fl-Artikolu 142(1) il-punt (8) tar-Regolament Nru 2013/575/UE;
(14) "faċilità ta' likwidità" tfisser il-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni li tirriżulta minn ftehim kuntrattwali sabiex jiġi pprovdut finanzjament li jiżgura l-prontezza tal-flussi tal-flus lill-investituri;
(15) "skopertura ċirkolanti" tfisser skopertura fejn il-bilanċi pendenti tal-konsumaturi jitħallew ivarjaw skont id-deċiżjonijiet tagħhom ta' teħid ta' self u ripagament, sa limitu miftiehem;
(16) "titolizzazzjoni ċirkolanti" tfisser titolizzazzjoni fejn l-istruttura nnifisha tat-titolizzazzjoni tkun ċirkolanti billi l-iskoperturi jiżdiedu jew jitneħħew mill-aggregazzjoni ta' skoperturi irrispettivament milli jekk l-iskoperturi humiex ċirkolanti jew le;
(17) "klawżola ta' ammortizzament antiċipat" tfisser klawżola ta' kuntratt f'titolizzazzjoni ta' skoperturi ċirkolanti jew titolizzazzjoni ċirkolanti li teħtieġ, meta jseħħu avvenimenti definiti, li l-pożizzjonijiet tal-investituri jinfdew qabel il-maturità stipulata oriġinarjament tat-titoli maħruġin;
(18) "segment tal-ewwel telf" tfisser l-aktar segment subordinat f'titolizzazzjoni li jkun l-ewwel segment li jġorr it-telf imġarrab fuq l-iskoperturi titolizzati u li b'hekk jipprovdi protezzjoni għat-tieni telf u, fejn rilevanti, segmenti kklassifikati ogħla.
(18a) "pożizzjoni ta' titolizzazzjoni" tfisser skopertura għal titolizzazzjoni;
(18b) "mutwanti oriġinali" tfisser entità li, jew hi stess jew permezz ta' entitajiet relatati, ikkonkludiet il-ftehim oriġinali li ħoloq l-obbligi jew l-obbligi potenzjali tad-debitur jew debitur potenzjali u b'hekk ħolqot l-iskopertura li tkun qed tiġi titolizzata;
(18c) "titolizzazzjoni sintetika tal-karta tal-bilanċ" tfisser titolizzazzjoni kif definita fl-Artikolu 242(11) tar-Regolament 575/2013 fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun istituzzjoni ta' kreditu jew affiljat ta' istituzzjoni ta' kreditu, l-iskoperturi titolizzati ikunu parti minn portafoll bankarju tal-istituzzjoni oriġinatriċi jew wieħed mill-affiljati tagħha, u l-iskoperturi sottostanti ma jkunu jinkludu l-ebda titolu trasferibbli, kif definit fid-Direttiva 2004/39/KE (MiFID).
(18d) "programm ABCP appoġġjat għal kollox" tfisser programm ABCP li l-isponsor tiegħu direttament u bis-sħiħ jappoġġja billi jipprovdi faċilità ta' likwidità għall-SSPE li tkopri dawn kollha li ġejjin:
(a) ir-riskji kollha tal-likwidità u ta' kreditu tal-programm;
(b) kwalunkwe riskju ta' dilwizzjoni materjali tal-iskoperturi li jkunu titolizzati;
(c) kwalunkwe spiża materjali oħra ta' tranżazzjoni ABCP jew fil-livell tal-programm ABCP.
(18e) "korporazzjoni mhux finanzjarja" tfisser kontroparti mhux finanzjarja kif definit fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament 648/2012;
(18f) "sid benefiċjarju" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li fl-aħħar mill-aħħar tkun is-sid jew tikkontrolla entità kif definit fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva (UE) 2015/849.
Artikolu 2a
Partijiet għas-suq tat-titolizzazzjoni
1. L-investituri f'titolizzazzjoni għandhom ikunu investituri istituzzjonali, barra l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali ta' titolizzazzjoni, jew istituzzjonijiet ta' pajjiżi u territorji terzi li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-Unjoni skont l-atti msemmija fl-Artikolu 2(12)(i) sa 2(12) (ix), kif applikabbli.
2. F'titolizzazzjoni, mill-inqas wieħed mill-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali għandu jkun:
(a) entità regolata kif definit fil-punt 4 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE[10];
(b) kreditur kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/17/UE;
(c) istituzzjoni finanzjarja li l-objettiv korporattiv ewlieni tagħha jkun li tipprovdi akkomodazzjonijiet finanzjarji, bħal self, kiri, xiri bin-nifs jew akkomodazzjonijiet simili li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt 26 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li tmexxi l-kummerċ ta' self jew kiri finanzjarju skont il-punti 2 u 3 tal-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE; or
(d) bank multilaterali tal-iżvilupp skont it-tifsira tal-Artikolu 117(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 2b
Rekwiżiti għall-SSPEs
Skont dan ir-Regolament, l-SSPEs m'għandhomx jiġu stabbiliti f'pajjiż terz li għalih tapplika waħda minn dawn li ġejjin:
(a) il-pajjiż terz jippromwovi lilu nnifsu bħala ċentru finanzjarju offshore jew li fih m'hemmx taxxi jew taxxi nominali;
(b) fil-pajjiż ikun hemm nuqqas ta' skambju ta' informazzjoni effikaċi mal-awtoritajiet tat-taxxa barranin;
(c) ikun hemm nuqqas ta' trasparenza fir-rigward tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, ġudizzjarji jew amministrattivi;
(d) ma jkun hemm l-ebda rekwiżit għal preżenza lokali sostantiva;
(e) il-pajjiż terz huwa elenkat bħala Pajjiż u Territorju mhux Kooperattiv mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu jew jinsab fil-lista tal-Unjoni ta' ġurisdizzjonijiet fiskali li ma jikkooperawx;
(f) il-pajjiż terz ma jkunx iffirma ftehim mal-Istat Membru tad-domiċilju tal-emittent, l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali biex jiżgura li l-pajjiż terz jikkonforma bis-sħiħ mal-istandards stipulati fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD dwar id-Dħul u l-Kapital u jiżgura skambju effettiv ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet fiskali, inkluż, kwalunkwe ftehim fiskali multilaterali.
Kapitolu 2
Dispożizzjonijiet applikabbli għal kull titolizzazzjoni
Artikolu 3
Rekwiżiti dwar id-diliġenza dovuta għall-investituri istituzzjonali
1. Qabel ma jiġi skopert għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni, investitur istituzzjonali, barra l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali ta' titolizzazzjoni, għandu jivverifika li:
(a) meta l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali ma jkunx istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment kif definita fil-punti 1 u 2 tal-Artikolu 4(1) ▌tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali jagħti l-krediti kollha li joħolqu l-iskoperturi sottostanti fuq il-bażi ta' kriterji solidi u definiti sew u proċessi stabbiliti ċari għall-approvazzjoni, l-emenda, it-tiġdid u l-finanzjament ta' dawk il-krediti u għandu sistemi effettivi fis-seħħ biex japplika dawn il-kriterji u l-proċessi;
Bi qbil mal-Artikolu 5 ta' dan ir Regolament, l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali għandu jiżvela lill-investitur istituzzjonali li huwa jżomm f'kull mument interess materjali ekonomiku nett skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament ▌;
(b) l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE, fejn applikabbli, jkunu għamlu l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament disponibbli skont il-frekwenza u l-modalitajiet stipulati f'dak l-Artikolu;
2. Qabel ma jiġu esposti għal pożizzjoni ta' titolizzazzjoni, l-investituri istituzzjonali, barra l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali ta' titolizzazzjoni, iridujagħmlu wkoll valutazzjoni tad-diliġenza dovuta li tkun proporzjonata għar-riskji involuti. Din il-valutazzjoni għandha tinkludi, tal-inqas l-aspetti li ġejjin:
(a) il-karatteristiċi tar-riskju tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni individwali u tal-iskoperturi sottostanti;
(b) il-karatteristiċi strutturali kollha tat-titolizzazzjoni li jistgħu jħallu impatt materjali fuq il-prestazzjoni tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni, bħall-prijoritajiet kuntrattwali tal-ħlas u l-prijorità tal-ixkattaturi marbutin mal-pagament, it-titjibiet tal-kreditu, it-titjibiet tal-likwidità, l-ixkattaturi tal-valur tas-suq, u d-definizzjonijiet speċifiċi għat-tranżazzjoni tal-inadempjenza;
(c) fir-rigward ta' titolizzazzjoni nnotifikata bħala STS, skont l-Artikolu 14, il-konformità ta' dik it-titolizzazzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 10, jekk din it-titolizzazzjoni mhijiex titolizzazzjoni ABCP, jew fl-Artikoli 11 sa 14, jekk dik it-titolizzazzjoni hija titolizzazzjoni ABCP. L-investituri istituzzjonali jistgħu jafdaw kif xieraq in-notifika STS skont l-Artikolu 14(1) u dwar l-informazzjoni ddivulgata mill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE dwar il-konformità mar-rekwiżiti STS.
B'deroga mill-punti (a) u (b), fil-każ ta' programm ABCP appoġġjat b'mod sħiħ, l-investituri istituzzjonali fil-karti kummerċjali rilevanti għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi tal-programm ABCP u l-appoġġ ta' likwidità mill-isponsor.
3. L-investituri istituzzjonali, barra l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali ta' titolizzazzjoni, li huma esposti għal pożizzjoni ta' titolizzazzjoni għandhom tal-inqas:
(a) jistabbilixxu proċeduri bil-miktub li jikkorrispondu mal-profil tar-riskju tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni, u jkunu xierqa għall-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar tagħhom fejn relevanti, sabiex isir monitoraġġ tal-konformità mal-paragrafi 1 u 2 u l-prestazzjoni tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni u l-iskoperturi sottostanti fuq bażi kontinwa. Fejn xieraq, dawk il-proċeduri bil-miktub jinkludu monitoraġġ tat-tip ta' skopertura, il-perċentwal ta' self skaduti b'iktar minn 30, 60 u 90 jum, ir-rati ta' inadempjenza, ir-rati ta' prepagament, is-self fi preklużjoni, ir-rati ta' rkupru, ir-riakkwisti, il-modifiki tas-self, il-pawżi mill-pagamenti, it-tip ta' kollateral u l-okkupanza, u d-distribuzzjoni tal-frekwenza tal-punteġġi tal-kreditu jew miżuri oħrajn tal-affidabbiltà kredizja bejn skoperturi sottostanti, l-industrija u d-diversifikazzjoni ġeografika, id-distribuzzjoni tal-frekwenza tal-proporzjonijiet bejn is-self u l-valur b'firxiet li jiffaċilitaw analiżi adegwata tas-sensittività. ▌
(b) jagħmlu testijiet regolari tal-istress fuq il-flussi tal-flus u l-valuri tal-kollateral li jsostni l-iskoperturi sottostanti li huma proporzjonati għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskju tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni; permezz ta' deroga, fil-każ ta' tranżazzjonijiet ABCP appoġġjati b'mod sħiħ, jagħmlu testijiet regolari tal-istress fuq l-affidabbiltà kreditizja tal-fornitur tal-faċilità ta' likwidità anki għal titolizzazzjonijiet deżinjat bħala titolizzazzjonijiet STS;
(c) jiżguraw li hemm livell adegwat ta' rapportar intern għall-korp maniġerjali tagħhom sabiex dawn ikunu jafu bir-riskju materjali li jirriżulta mill-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u li r-riskji minn dawk l-investimenti huma mmaniġġjati b'mod adegwat;
(d) ikunu kapaċi juru lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, fuq talba, li għal kull waħda mill-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni, għandhom fehim komprensiv u profond tal-pożizzjoni u l-iskoperturi sottostanti tagħha u li implimentaw politiki u proċeduri miktubin għall-immaniġġjar tar-riskju tagħhom u ż-żamma tal-informazzjoni relevanti.
(da) jinnotifikaw lill-ESMA dwar l-investiment tagħhom b'konformità mal-Artikolu 5.
3a. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi (1) sa (3) ta' dan l-Artikolu, meta investitur istituzzjonali jkun ta lil ditti tal-investiment jew maniġers tal-assi regolati s-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet ta' ġestjoni ta' investiment li jistgħu jesponuh għal titolizzazzjoni, l-investitur istituzzjonali jista' jagħti istruzzjonijiet lil dawk id-ditti tal-investiment biex iwettqu l-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu fir-rigward ta' kwalunkwe skopertura għal titolizzazzjoni li tirriżulta minn tali deċiżjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta investitur istituzzjonali jkun ingħata istruzzjoni skont dan il-paragrafu biex iwettaq l-obbligi ta' investitur istituzzjonali ieħor u jonqos milli jagħmel dan, kwalunkwe sanzjoni li tista' tiġi imposta għall-finijiet tal-Artikoli 17 u 18, għandha tkun imposta fuq l-investitur istituzzjonali li qed jiġġestixxi u mhux fuq l-investitur istituzzjonali li huwa espost għat-titolizzazzjoni.
3b. L-ESMA tista', f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, tadotta linji gwida biex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet fejn l-iskoperturi titolizzati ma jirrappreżentawx skoperturi għar-riskju skont il-paragrafu 2 u fejn il-konformità mar-rekwiżiti fil-punti (a) sa (c) ta' dak il-paragrafu għandhom jitqiesu bħala suffiċjenti.
Artikolu 4
Ritensjoni tar-riskju
1. L-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali ta' titolizzazzjoni għandu jżomm fuq bażi kontinwa interess materjali ekonomiku nett fit-titolizzazzjoni ta' mhux inqas minn 5 % jew 10 % skont il-modalità ta' ritenzjoni magħżula skont il-paragrafu 2. Bħala parti mill-mandat mogħti skont l-Artikolu 16a ta' dan ir-Regolament, l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS, għandha tieħu deċiżjoni motivata dwar ir-rati ta' ritensjoni ta' massimu ta' 20 % fid-dawl taċ-ċirkostanzi tas-suq. L-interess materjali ekonomiku nett għandu jitkejjel fiż-żmien tal-oriġini u għandu jiġi ddeterminat bil-valur nozzjonali għall-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali. Meta l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali ma jkunux qablu bejniethom min ser iżomm l-interess materjali ekonomiku nett, l-oriġinatur għandu jżomm l-interess materjali ekonomiku nett. Ma għandu jkun hemm l-ebda applikazzjoni multipla tar-rekwiżiti ta' ritensjoni għal xi titolizzazzjoni partikolari. L-interess materjali ekonomiku nett għandu jitkejjel fl-oriġini u għandu jiġi stabbilit bil-valur nozzjonali għall-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali. L-interess materjali ekonomiku nett ma jinqasamx bejn tipi differenti ta' min iżomm l-interess u ma jkunx soġġett għal xi ħħeġġjar jew mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu.
▌
1a. Telf fuq l-assi titolizzati, imkejla fuq sena, ma għandhomx ikunu ogħla b'mod sinifikanti minn telf matul l-istess perjodu fuq assi omoġenji, skont l-Artikolu 8(4), li jintgħażlu b'mod aleatorju mill-karta tal-bilanċ tal-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali ta' titolizzazzjoni. Meta din il-kundizzjoni ma tiġix issodisfata, l-awtorità kompetenti għandha tinvestiga l-possibilità ta' għażla mhux xierqa ta' assi mill-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali ta' titolizzazzjoni, f'riskju ta' multa skont l-Artikolu 17.
2. Dawn li ġejjin biss jikkwalifikaw bħala żamma tal-interess materjali ekonomiku nett ta' mhux inqas minn dik imsemmija fil-paragrafu 1:
(a) iż-żamma ta' xejn inqas minn 10 % tal-valur nominali ta' kull wieħed mis-segmenti mibjugħin jew trasferiti lill-investituri; b'mod alternattiv, iż-żamma ta' mill-inqas 10 % tal-valur nominali ta' kull waħda mill-iskoperturi titolizzati, sakemm ir-riskju ta' kreditu ta' tali skoperturi jkun ikklassifikat pari passu mar-riskju ta' kreditu titolizzat għall-istess skoperturi jew ikun subordinat għalih;
(b) fil-każ ta' titolizzazzjonijiet ċirkolanti jew titolizzazzjonijiet ta' skoperturi ċirkolanti, iż-żamma mill-oriġinatur ta' interess ta' mill-inqas 10 % tal-valur nominali ta' kull waħda mill-iskoperturi titolizzati;
(c) iż-żamma ta' skoperturi magħżulin b'mod aleatorju, ekwivalenti għal mill-inqas 10 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati, meta t-tali skoperturi mhux titolizzati kienu jiġu titolizzati fit-titolizzazzjoni, diment li n-numru ta' skoperturi potenzjalment titolizzati ma jkunx ta' inqas minn 100 fl-oriġini;
(d) l-assorbiment tas-segment tal-ewwel tat-telf u, meta t-tali assorbiment ma jkunx jammonta għal 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati, jekk hemm bżonn, segmenti oħrajn bl-istess profil ta' riskju jew wieħed iktar sever minn dawk ittrasferiti jew mibjugħin lil investituri u li ma jimmaturawx qabel dawk ittrasferiti jew mibjugħin lill-investituri, sabiex l-assorbiment totali ma jkunx inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati;
(e) l-assorbiment ta' skopertura tal-ewwel telf ta' mill-inqas 7,5 % minn kull skopertura titolizzata fit-titolizzazzjoni. Meta kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-Unjoni skont it-tifsira tad-Direttiva Nru 2002/87/KE, istituzzjoni ta' kreditu prinċipali jew kumpanija azzjonarja finanzjarja stabbilita fl-Unjoni, jew waħda mis-sussidjarji tagħha skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bħala oriġinatur jew sponsor, tittitolizza skoperturi minn istituzzjoni ta' kreditu, kumpanija tal-investiment jew istituzzjoni finanzjarja waħda jew iktar li jkunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata, ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu ssodisfati fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali, tal-kumpanija azzjonarja finanzjarja, jew tal-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-Unjoni.
L-ewwel subparagrafu japplika biss meta l-istituzzjonijiet ta' kreditu, id-ditti tal-investiment jew l-istituzzjonijiet finanzjarji li ħolqu l-iskoperturi titolizzati jaderixxu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 79 tad-Direttiva 36/2013/UE u jfornu l-informazzjoni meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament, fil-ħin, lill-oriġinatur jew lill-isponsor u lill-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE, lill-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew lill-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta fl-Unjoni.
4. Il-paragrafu 1 ma japplikax meta l-iskoperturi titolizzati jkunu skoperturi fuq garanzija jew skoperturi garantiti bis-sħiħ, inkondizzjonalment u b'mod irrevokabbli minn:
(a) gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali;
(b) gvernijiet ta' Stat federat, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) punt (8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Istati Membri;
(c) banek promozzjonali nazzjonali jew istituzzjonijiet fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017;
(d) il-banek multilaterali tal-iżvilupp elenkati fl-Artikolu 117 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
▌
6. L-EBA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex temenda l-livell ta' ritensjoni tar-riskju skont l-Artikolu 16a u biex tispeċifika f'dettall ikbar ir-rekwiżit ta' ritensjoni tar-riskju, b'mod partikolari fir-rigward ta':
(a) il-modalitajiet ta' ritensjoni tar-riskju skont il-paragrafu 2, u r-rati minimi ta' żamma ta' skopertura tal-ewwel telf skont il-punt (e) tal-paragrafu 2;
(b) il-kejl tal-livell ta' ritensjoni msemmi fil-paragrafu 1;
(c) il-projbizzjoni ta' ħħeġġjar jew bejgħ tal-imgħax ritenut;
(d) il-kundizzjonijiet għaż-żamma fuq bażi konsolidata skont il-paragrafu 3;
(e) il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta' tranżazzjonijiet ibbażati fuq indiċi ċar, trasparenti u aċċessibbli msemmi fil-paragrafu 5.
(ea) id-dmirijiet ta' rapportar annwali tal-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali ta' titolizzazzjoni lis-superviżuri dwar it-telf imġarrab fuq assi titolizzati meta mqabbla ma' assi miżmuma, meħtieġa sabiex jiġi evalwat l-obbligu stipulat fil-paragrafu 1a;
(eb) il-proċedura biex b'mod aleatorju jintgħażlu assi omoġenji mill-karta tal-bilanċ tal-oriġinatur jew tal-mutwanti oriġinali, il-kejl użat sabiex jiġi ddeterminat jekk differenza ta' telf hijiex sinifikanti u kif għandu jiġi kkalkolat il-benefiċċju li jirriżulta mill-ksur tar-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1;
(ec) iż-żamma minima xierqa ta' skopertura tal-ewwel telf ta' kull assi titolizzat bħala valur bejn 5 % u 10 %
L-EBA għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni ingħatat is-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw dawk l-istandards tekniċi regolatorji.
Abbażi ta' dawk l-istandards tekniċi regolatorji, l-awtoritajiet kompetenti, għandhom iżommu tabella tar-rata ta' ritenzjoni tar-riskju għal tipi differenti ta' titolizzazzjoni. L-ABE għandha tiżgura konsistenza fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-istandards tekniċi regolatorji.
Article 5
Rekwiżiti ta' trasparenza għall-oriġinaturi, għall-isponsors u għall-SSPEs u għall-investituri
1. L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE ta' titolizzazzjoni, skont il-paragrafu 2, għandhom tal-inqas jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għad-detenturi ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni, għall-investituri qabel ma jkunu esposti għal pożizzjoni ta' titolizzazzjoni u għall-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament:
(a) informazzjoni dwar l-iskoperturi li huma sottostanti għat-titolizzazzjoni fuq bażi trimestrali jew, fil-każ ta' ABCP, informazzjoni fuq ir-riċevibbli sottostanti jew il-pretensjonijiet ta' kreditu fuq bażi ta' kull xahar;
(b) id-dokumentazzjoni sottostanti kollha essenzjali għall-fehim tat-tranżazzjoni, inkluż, sa fejn dawn ikunu disponibbli, tal-inqas:
(i) id-dokument tal-offerta finali jew il-prospett flimkien mad-dokumenti tat-tranżazzjoni ta' għeluq, esklużi opinjonijiet ġuridiċi;
(ii) għal titolizzazzjoni tradizzjonali, il-ftehim ta' bejgħ ta' assi, l-assenjament, in-novazzjoni jew il-ftehim ta' trasferiment u kwalunkwe dikjarazzjoni ta' fiduċja;
(iii) il-ftehimiet tad-derivattivi u tal-garanziji u kwalunkwe dokument relevanti dwar l-arranġamenti ta' kollateralizzazzjoni li fihom l-iskoperturi titolizzati jibqgħu skoperturi tal-oriġinatur;
(iiia) deskrizzjoni dettaljata tal-prijorità tal-pagamenti;
(iv) il-ftehimiet ta' servizzjar, servizzjar ta' riserva, ammininistrazzjoni u mmaniġġjar tal-flus;
(v) l-att fiduċjarju, l-att ta' sikurezza, il-ftehim tal-aġenzija, il-ftehim tal-kont tal-bank, il-kuntratt ta' investiment garantit, it-termini inkorporati jew il-qafas fiduċjarju prinċipali jew il-ftehim ta' definizzjonijiet prinċipali jew dokumentazzjoni legali bħal din b'valur legali ekwivalenti;
(vi) kwalunkwe ftehim relevanti bejn il-kredituri, dokumenti dwar id-derivattivi, ftehimiet ta' self subordinat, ftehimiet ta' self għall-bidu ta' negozju u ftehimiet ta' faċilità ta' likwidità;
(vii) kwalunkwe dokumentazzjoni sottostanti oħra li hija essenzjali għall-fehim tat-tranżazzjoni;
(viia) informazzjoni dwar l-għoti ta' kreditu u l-proċess ta' evalwazzjoni tal-kreditu għall-assi sottostanti fit-titolizzazzjoni u l-evoluzzjoni storika ta' self improduttiv sottoskritt mill-oriġinatur;
(c) meta ma jkunx tfassal prospett skont id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[11], sommarju tat-tranżazzjonijiet jew ħarsa ġenerali lejn il-karatteristiċi ewlenin tat-titolizzazzjoni, inklużi, fejn applikabbli:
(i) dettalji dwar l-istruttura tan-negozju;
(ii) dettalji dwar il-karatteristiċi tal-iskopertura, il-flussi tal-flus, il-kaskata ta' telf, it-titjib tal-kreditu u l-karatteristiċi tal-appoġġ ta' likwidità;
(iii) dettalji dwar id-drittijiet tal-vot tad-detenturi ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni u r-relazzjoni tagħhom ma' kredituri titolizzati oħrajn;
(iv) lista tal-iskattaturi u l-avvenimenti kollha msemmijin fid-dokumenti pprovduti skont il-punt (b) li jista' jkollhom impatt materjali fuq il-prestazzjoni tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni;
(v) id-dijagrammi tal-istruttura li fihom ħarsa ġenerali lejn it-tranżazzjoni, il-flussi tal-flus u l-istruttura tas-sjieda;
(d) fil-każ ta' titolizzazzjonijiet STS, in-notifika STS imsemmija fl-Artikolu 14;
(e) rapporti trimestrali għall-investituri jew, fil-każ ta' ABCP, rapporti ta' kull xahar għall-investituri, li fihom dawn li ġejjin:
(i) id-dejta materjalment relevanti kollha dwar il-kwalità kreditizja u l-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti;
(ii) dejta dwar il-flussi tal-flus iġġenerati mill-iskoperturi sottostanti u mill-obbligazzjonijiet tat-titolizzazzjoni▌ u l-informazzjoni dwar il-ksur ta' kwalunkwe skattatur li jimplika bidliet fil-prijorità ta' pagamenti jew is-sostituzzjoni ta' xi kontroparti;
(iii) informazzjoni dwar ir-riskju ritenut, inkluż min iżommu u kif jiġi ritenut, skont l-Artikolu 4 u l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 3.
(f) fejn applikabbli, informazzjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12] dwar abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq;
(g) meta ma jkunx japplika l-punt (f), kwalunkwe avveniment sinifikanti bħal:
(i) ksur materjali tal-obbligi stabbiliti fid-dokumenti pprovduti skont is-subparagrafu (b), inklużi kwalunkwe rimedju, rinunzja jew kunsens li jiġu pprovduti wara b'rabta mat-tali ksur;
(ii) bidla fil-karatteristiċi strutturali li tista' tħalli impatt materjali fuq il-prestazzjoni tat-titolizzazzjoni;
(iii) bidla sinifikanti fil-karatteristiċi tar-riskju tat-titolizzazzjoni jew tal-iskoperturi sottostanti;
(iv) fil-każ ta' titolizzazzjonijiet STS, meta t-titolizzazzjoni ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti STS jew meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu azzjonijiet ta' rimedju jew amministrattivi;
(v) kwalunkwe emenda materjali għad-dokumenti ta' tranżazzjoni.
L-informazzjoni deskritta fil-punti (a), (b), (c) u (d) għandha tkun disponibbli mingħajr dewmien sa mhux iktar tard minn wara l-għeluq tat-tranżazzjoni.
L-informazzjoni deskritta fil-punti (a) u (e) tkun disponibbli fl-istess żmien kull trimestru mhux iktar tard minn xahar wara d-data li fiha jrid jitħallas l-imgħax. Rigward it-titolizzazzjonijiet ABCP, l-informazzjoni deskritta fil-punti (a) u (e) għandha tkun disponibbli fl-istess żmien kull xahar, mhux iktar tard minn xahar wara d-data li fiha jrid jitħallas l-imgħax.
L-informazzjoni deskritta fil-punti (f) u (g) għandha tkun disponibbli mingħajr dewmien.
Fil-każ tal-ABCP, l-informazzjoni deskritta fil-punti (a), (c)(ii) u (e)(i) għandha tkun disponibbli f'forma aggregata lid-detenturi ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni.
1a. L-investitur f'pożizzjoni ta' titolizzazzjoni fis-suq sekondarju għandu, f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jagħmel disponibbli talanqas l-informazzjoni li ġejja għall-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament:
(a) is-sid benefiċjarju tagħha, inkluż il-pajjiż ta' stabbiliment u s-settur tan-negozju; and
(b) id-daqs tal-investiment tagħhom u għal liema segment tat-titolizzazzjoni jirrelata;
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji dwar kif l-investituri għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [XXX] mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni ingħatat is-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f'dan il-paragrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
2. L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE ta' titolizzazzjoni għandhom jaħtru bejniethom entità li tissodisfa r-rekwiżiti ta' informazzjoni skont il-paragrafu 1. L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tkun disponibbli mingħajr ħlas għad-detentur ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti, fil-ħin u b'mod ċar. L-entità maħtura biex tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 1a għandha tagħmel l-informazzjoni għal tranżazzjoni ta' titolizzazzjoni disponibbli permezz ta' repożitorju ta' titolizzazzjoni taħt superviżjoni li għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 22a sa 22d ta' dan ir-Regolament.
▌
L-entità responsabbli għar-rapportar tal-informazzjoni skont dan l-Artikolu u r-repożitorju ta' titolizzazzjoni taħt superviżjon fejn tkun disponibbli l-informazzjoni għandhom ikunu indikati fid-dokumentazzjoni rigward it-titolizzazzjoni.
3. L-ESMA għandha tissalvagwardja t-trasparenza tas-suq tat-titolizzazzjoni għall-benefiċċju tal-parteċipanti tas-suq u s-superviżuri, bil-ħolqien ta' mill-anqas analiżi ġenerali tas-suq li mill-inqas tinkludi l-assi titolizzati, l-emittenti u l-pożizzjonijiet ta' investiment, billi tuża l-informazzjoni mill-emittenti, mill-investituri u mir-repożitorji skont il-paragrafi 1, 1a u 2 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 22d(3) ta' dan ir-Regolament.
Kapitolu 2a
Kundizzjonijiet u proċeduri għar-reġistrazzjoni ta' repożitorju ta' titolizzazzjoni
Artikolu 5a
Reġistrazzjoni ta' repożitorju ta' titolizzazzjoni
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 5(2), repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jirreġistra mal-ESMA.
2. Sabiex ikun eliġibbli biex jiġi rreġistrat skont dan l-Artikolu, repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jkun persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni u għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 22a sal-Artikolu 22d.
3. Ir-reġistrazzjoni ta' repożitorju ta' titolizzazzjoni għandha tkun effettiva għat-territorju kollu tal-Unjoni.
4. Repożitorju ta' titolizzazzjoni rreġistrat għandu jikkonforma f'kull waqt mal-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni. Repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, jinnotifika lill-ESMA bi kwalunkwe bidla materjali għall-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni.
L-ESMA għandu jkollha d-dritt li topponi bidla materjali għall-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni li tkun innotifikata mir-repożitorju ta' titolizzazzjoni.
Artikolu 5b
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni
1. repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jippreżenta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lill-ESMA.
2. L-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni tkunx kompluta fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-wasla tal-applikazzjoni.
Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA għandha tistabilixxi skadenza sa meta r-repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali.
Wara li tevalwa applikazzjoni bħala kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika b'dan lir-repożitorju ta' titolizzazzjoni.
3. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji u l-format tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
L-ESMA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni ingħatat is-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 5c
Eżami tal-applikazzjoni
1. L-ESMA għandha, fi żmien erbgħin jum tax-xogħol min-notifika msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5b(2), teżamina l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni abbażi tal-konformità tar-repożitorju ta' titolizzazzjoni mal-Artikolu 22a sa 22d u għandha tadotta deċiżjoni motivata b'mod sħiħ ta' registrazzjoni jew ta' rifjut jew irtirar tar-reġistrazzjoni.
2. Deċiżjoni maħruġa mill-ESMA skont il-paragrafu 1 għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħha jew f'data aktar tard jekk dan jitqies meħtieġ mill-ESMA, inkluż meta d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ biss jekk il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti mill-ESMA fid-deċiżjoni tagħha jkunu ssodisfati.
Artikolu 5d
Notifika tad-deċiżjonijiet tal-ESMA marbuta mar-reġistrazzjoni
1. Meta l-ESMA tadotta deċiżjoni ta' registrazzjoni, jew deċiżjoni li tirrifjuta jew tirtira reġistrazzjoni, hija għandha tinnotifika r-repożitorju ta' titolizzazzjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data ta' dik id-deċiżjoni. Dik in-notifika għandha tkun akkumpanjata bi spjegazzjoni motivata b'mod sħiħ tad-deċiżjoni tagħha.
2. L-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tar-repożitorji ta' titolizzazzjoni rreġistrati skont dan ir-Regolament. Dik il-lista għandha tiġi aġġornata fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara l-adozzjoni ta' deċiżjoni skont il-paragrafu 1.
Artikolu 5e
Eżerċizzju tas-setgħat imsemmijin fl-Artikoli 5f sa 5h
Is-setgħat mogħtija lill-ESMA jew lil kwalunkwe uffiċjal tal-ESMA jew persuna oħra awtorizzata mill-ESMA skont l-Artikoli 5f sa 5h ma għandhomx jintużaw biex jiġi rikjest l-iżvelar ta' informazzjoni jew dokumenti li huma suġġetti għal privileġġ legali.
Artikolu 5f
Talba għal informazzjoni
1. L-ESMA tista', b'talba sempliċi jew b'deċiżjoni, titlob li r-repożitorji ta' titolizzazzjoni u partijiet terzi relatati li lilhom ir-repożitorji ta' titolizzazzjoni esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operattivi, jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament.
2. Meta tibgħat talba sempliċi għal informazzjoni skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha:
(a) tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika tat-talba;
(b) tiddikjara l-fini tat-talba;
(c) tispeċifika x'informazzjoni hija meħtieġa;
(d) tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni;
(e) tinforma lill-persuna li minnha tkun mitluba l-informazzjoni, li hi mhux obbligata tipprovdi l-informazzjoni, iżda f'każ ta' tweġiba volontarja għat-talba, l-informazzjoni pprovduta għandha tkun korretta u m'għandhiex tkun qarrieqi; and
(f) tindika l-multa prevista fl-Artikolu 5j flimkien mal-punt (a) tat-Taqsima IV tal-Anness I, li trid tiġi applikata meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru ma jkunux korretti jew ikunu qarrieqa.
3. Meta titlob, permezz ta' deċiżjoni, il-forniment ta' informazzjoni skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha:
(a) tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika tat-talba;
(b) tiddikjara l-fini tat-talba;
(c) tispeċifika x'informazzjoni hija meħtieġa;
(d) tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni;
(e) tindika l-pagamenti tal-penali perjodiċi stipulati fl-Artikolu 5k meta l-produzzjoni tal-informazzjoni meħtieġa ma tkunx kompluta;
(f) tindika l-multa prevista fl-Artikolu 5j flimkien mal-punt (a) tat-Taqsima IV tal-Anness I, li trid tiġi applikata meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru ma jkunux korretti jew ikunu qarrieqa; u
(g) tindika d-dritt għal appell tad-deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell tal-ESMA u għal eżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ("il-Qorti tal-Ġustizzja") skont l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
4. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta' persuni ġuridiċi jew assoċjazzjonijiet li ma jkollhom l-ebda personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati biex jirrapreżentawhom bil-liġi jew bl-att ta' kostituzzjoni tagħhom, għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Avukati debitament awtorizzati li jaġixxu, jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f'isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar għandhom jibqgħu kompletament responsabbli jekk l-informazzjoni mogħtija ma tkunx kompluta, ma tkunx korretta jew tkun qarrieqa.
5. L-ESMA għandha tibgħat mingħajr dewmien kopja tad-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu domiċiljati jew stabbiliti l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ikkonċernati mit-talba għall-informazzjoni.
Artikolu 5g
Investigazzjonijiet ġenerali
1. Sabiex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista' twettaq l-investigazzjonijiet neċessarji tal-persuni msemmijin fl-Artikolu 5f(1). Għal dak l-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA għandu jkollhom is-setgħa li:
(a) jeżaminaw kwalunkwe rekord, dejta, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom irrispettivament mill-mezz li jkunu miżmumin fih;
(b) jieħdu jew jakkwistaw kopji ċċertifikati ta' tali rekords, dejta, proċeduri u materjal ieħor;
(c) isejħu u jitolbu lil kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 5f(1) jew lil rappreżentanti jew membri tal-persunal tagħhom, spjegazzjonijiet orali jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u li jirreġistraw it-tweġibiet;
(d) jintervistaw kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li taqbel li tiġi intervistata għall-fini li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta' investigazzjoni;
(e) jitolbu rekords tat-telefon u tat-traffiku tad-dejta.
2. L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-ESMA għall-finijiet ta' dawn l-investigazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-multi previsti fl-Artikolu 5j flimkien mal-punt (b) tat-Taqsima IV tal-Anness I, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmijin fl-Artikolu 5f(1) ma jkunux korretti jew ikunu qarrieqa.
3. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 5f(1) għandhom jikkooperaw fir-rigward tal-investigazzjonijiet imnedija abbażi ta' deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 5k, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 kif ukoll id-dritt għal eżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.
4. Jekk talba għal rekords tat-telefon jew tat-traffiku tad-dejta msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tista' ssir ukoll applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni bħala miżura ta' prekawzjoni.
5. Meta ssir applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li d-deċiżjoni tal-ESMA tkun awtentika u li l-miżuri koersivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas ma jkunu eċċessivi b'kont meħud tas-suġġett tal-investigazzjonijiet. Meta tivverifika l-proporzjonalità tal-miżuri koersivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista' titlob lill-ESMA spjegazzjonijiet dettaljati, b'mod partikolari b'rabta mar-raġunijiet li jkollha l-ESMA biex tissuspetta li jkun sar ksur ta' dan ir-Regolament, u l-gravità tal-ksur issuspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koersivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali m'għandhiex teżamina l-ħtieġa għall-investigazzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni li tinsab fil-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 5h
Spezzjonijiet fil-post
1. Biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista' twettaq l-ispezzjonijiet fil-post meħtieġa kollha fi kwalunkwe art jew bini tan-negozju ta' dawk il-persuni ġuridiċi msemmijin fl-Artikolu 5f(1). Meta t-twettiq u l-effiċjenza adatti tal-ispezzjonijiet ikunu jeħtieġu hekk, l-ESMA tista' twettaq spezzjonijiet fil-post mingħajr avviż minn qabel.
2. L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-ESMA biex iwettqu spezzjonijiet fil-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe art jew bini tan-negozju ta' dawk il-persuni ġuridiċi soġġetti għal deċiżjoni ta' investigazzjoni adottata mill-ESMA u għandu jkollhom is-setgħat kollha stipulati fl-Artikolu 5g(1). Huma għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini u kotba jew rekords ta' negozju għall-perjodu tal-ispezzjoni u sal-limitu meħtieġa għall-ispezzjoni.
3. L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA biex iwettqu spezzjonijiet fil-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni.
4. Il-persuni msemmijin fl-Artikolu 5f(1) għandhom jikkooperaw fir-rigward tal-ispezzjonijiet fil-post ordnati b'deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni, tistabbilixxi d-data meta din għandha tibda u tindika l-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 5k, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 kif ukoll id-dritt għal eżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja. L-ESMA għandha tieħu tali deċiżjonijiet wara li tikkonsulta mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih trid titwettaq l-ispezzjoni.
5. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn għandha titwettaq l-ispezzjoni, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnha, għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu b'mod attiv lill-uffiċjali u lil persuni oħra awtorizzati mill-ESMA. Għal dak l-għan, huma għandhom jeżerċitaw is-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu, fuq talba, jattendu wkoll l-ispezzjonijiet fil-post.
6. L-ESMA tista' tesiġi wkoll li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jwettqu kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fil-post kif previst f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 5g(1) f'isimha. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom l-istess setgħat bħall-ESMA kif stabbilit f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 5g(1).
7. Meta l-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-ESMA jsibu li persuna topponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha toffrilhom l-assistenza neċessarja, u titlob, fejn adatt, l-assistenza tal-pulizija jew ta' awtorità ta' infurzar ekwivalenti, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fil-post.
8. Jekk l-ispezzjoni fil-post prevista fil-paragrafu 1 jew jekk l-għajnuna prevista fil-paragrafu 7 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont il-liġi nazzjonali, għandha ssir l-applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tista' ssir ukoll applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni bħala miżura ta' prekawzjoni.
9. Meta tkun saret applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 8, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li d-deċiżjoni tal-ESMA tkun awtentika u li l-miżuri koersivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi b'kont meħud tas-suġġett tal-ispezzjoni. Meta tivverifika l-proporzjonalità tal-miżuri koersivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista' titlob lill-ESMA spjegazzjonijiet dettaljati. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali m'għandhiex teżamina l-ħtieġa għall-ispezzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni li tinsab fil-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 5i
Regoli proċedurali biex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi
1. Meta, fit-twettiq ta' dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA ssib li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta' fatti li jistgħu jikkostitwixxu wieħed jew aktar mit-tipi ta' ksur elenkati fl-Anness I, l-ESMA għandha taħtar uffiċjal ta' investigazzjoni indipendenti fi ħdan l-ESMA biex jinvestiga l-kwistjoni. L-uffiċjal maħtur m'għandux jiġi involut jew ikun ġie involut direttament jew indirettament fis-superviżjoni jew fil-proċess tar-reġistrazzjoni tar-repożitorju ta' titolizzazzjoni kkonċernat u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-ESMA.
2. L-uffiċjal ta' investigazzjoni għandu jinvestiga l-ksur allegat, filwaqt li jikkunsidra kwalunkwe kumment ippreżentat mill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u għandu jippreżenta fajl komplut bis-sejbiet tiegħu lill-ESMA.
Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal ta' investigazzjoni jista' jeżerċità s-setgħa li jitlob informazzjoni skont l-Artikolu 5f u jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post skont l-Artikoli 5g u 5h. Meta juża dawk is-setgħat, l-uffiċjal ta' investigazzjoni għandu jikkonforma mal-Artikolu 5e.
Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-uffiċjal ta' investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha miġbura mill-ESMA fl-attivitajiet superviżorji tagħha.
3. Meta jikkompleta l-investigazzjoni tiegħu u qabel jippreżenta l-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-ESMA, l-uffiċjal ta' investigazzjoni għandu jagħti lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet l-opportunità li jinstemgħu fir-rigward tal-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati. L-uffiċjal ta' investigazzjoni għandu jibbaża s-sejbiet tiegħu biss fuq fatti li l-persuni kkonċernati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwarhom.
Matul l-investigazzjonijiet skont dan l-Artikolu, id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ.
4. Meta jippreżanta r-rapport bis-sejbiet tiegħu lill-ESMA, l-uffiċjal ta' investigazzjoni għandu jinnotifika dak il-fatt lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet. Il-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom ikunu intitolati jkollhom aċċess għar-rapport, bla preġudizzju għall-interess leġittimu ta' persuni oħra li s-sigrieti kummerċjali tagħhom jiġu protetti. Id-dritt ta' aċċess għar-rapport ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew għal dokumenti preparatorji interni tal-ESMA.
5. Abbażi tar-rapport li jkun fih is-sejbiet tal-uffiċjal ta' investigazzjoni u, meta jintalab mill-persuni kkonċernati, wara li jkun sema' lill-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet skont l-Artikolu 5l, l-ESMA għandha tiddeċiedi jekk wieħed jew aktar mit-tipi ta' ksur elenkati fl-Anness I jkunux twettqu mill-persuni li kienu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u, f'tali każ, għandha tieħu miżura superviżorja skont l-Artikolu 5p u timponi multa skont l-Artikolu 5j.
6. L-uffiċjal ta' investigazzjoni ma għandux jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet tal-ESMA jew b'xi mod ieħor jintervjeni fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni tal-ESMA.
7. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli ta' proċedura ulterjuri għall-eżerċizzju tas-setgħa li jiġu imposti multi jew pagamenti tal-penali perjodiċi, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta' difiża, dispożizzjonijiet interim, u l-ġbir ta' multi jew pagamenti tal-penali perjodiċi, u għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-perjodi ta' limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar tal-penali.
l-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22e sabiex tissupplimenta/temenda dan ir-Regolament billi tispeċifika r-regoli ta' proċedura msemmija fl-ewwel subparagrafu.
8. L-ESMA għandha tirreferi kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali lill-awtoritjiet nazzjonali rilevanti meta, fit-twettiq ta' dmirijietha skont dan ir-Regolament, issib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta' fatti li jkunu jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali. Barra minn hekk, l-ESMA għandha żżomm lura milli timponi multi jew pagamenti tal-penali perjodiċi meta liberazzjoni mill-akkuża jew kundanna minn qabel li tirriżulta minn fatt identiku jew fatti li jkunu sostanzjalment l-istess tkun diġà saret res judicata bħala riżultat tal-proċeduri kriminali skont id-dritt nazzjonali.
Artikolu 5j
Multi
1. Meta, skont l-Artikolu 64(5), l-ESMA issib li repożitorju ta' titolizzazzjoni jkun wettaq, intenzjonalment jew b'negliġenza, wieħed mit-tipi ta' ksur elenkati fl-Anness I, hija għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Ksur min-naħa ta' repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jitqies li twettaq intenzjonalment jekk l-ESMA tiskopri fatturi oġġettivi li juru li r-repożitorju ta' titolizzazzjoni jew il-maniġment superjuri tiegħu aġixxa deliberatament biex iwettaq il-ksur.
2. L-ammonti bażiċi tal-multi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu fil-limiti li ġejjin:
(a) għall-ksur imsemmi fil-punt (c) tat-Taqsima I tal-Anness I u fil-punti (c) sa (g) tat-Taqsima II tal-Anness I, u fil-punti (c) u (f) tat-Taqsima III tal-Anness I, l-ammonti tal-multi għandhom ikunu mill-inqas [EUR 100 000] u m'għandhomx ikunu aktar minn [EUR 200 000];
(b) għall-ksur imsemmi fil-punti (a), (b) u (d) sa (h) tat-Taqsima I tal-Anness I, u fil-punti (a), (b) u (g) tat-Taqsima II tal-Anness I, l-ammonti tal-multi għandhom ikunu mill-inqas [EUR 50 000] u m'għandhomx ikunu aktar minn [EUR 100 000].
(c) għall-ksur imsemmi fit-Taqsima IV tal-Anness I, l-ammonti tal-multi għandhom ikunu mill-inqas EUR 5 000 u m'għandhomx ikunu aktar minn EUR 10 000.
Biex jiġi deċiż jekk l-ammont bażiku tal-multi għandux ikun fil-parti l-baxxa, tan-nofs jew għolja tal-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tqis il-fatturat annwali tas-sena tan-negozju preċedenti tar-repożitorju ta' titolizzazzjoni kkonċernat. L-ammont bażiku għandu jkun fil-parti l-baxxa tal-limitu għar-repożitorji ta' titolizzazzjoni b'fatturat annwali inqas minn [EUR 1 miljun], fil-parti tan-nofs tal-limitu għar-repożitorji ta' titolizzazzjoni b'fatturat annwali bejn [EUR 1 miljun u EUR 5 miljun] u fil-parti għolja tal-limitu għar-repożitorji ta' titolizzazzjoni b'fatturat annwali ogħla minn [EUR 5 miljun].
3. L-ammonti bażiċi stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu aġġustati, jekk ikun meħtieġ, billi jitqiesu l-fatturi aggravanti jew attenwanti skont il-koeffiċjenti rilevanti stabbiliti fl-Anness II.
Il-koeffiċjenti aggravanti rilevanti għandhom jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikunu applikabbli aktar minn koeffiċjent aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' kull koeffiċjent aggravanti individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku.
Il-koeffiċjenti aggravanti rilevanti għandhom jiġu applikati wieħed wieħed għall-ammont bażiku. Jekk ikunu applikabbli aktar minn koeffiċjent aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' kull koeffiċjent aggravanti individwali għandha titnaqqas mill-ammont bażiku.
4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-ammont tal-multa m'għandux ikun anqas minn 2 % u m'għandux ikun aktar minn 20 % tal-fatturat annwali tar-repożitorju ta' titolizzazzjoni kkonċernat fis-sena tan-negozju preċedenti iżda, meta r-repożitorju ta' titolizzazzjoni jkun kiseb benefiċċju finanzjarju direttament jew indirettament mill-ksur, l-ammont tal-multa għandu jkun għall-inqas ugwali għal dak il-benefiċċju.
Meta att jew ommissjoni ta' repożitorju ta' titolizzazzjoni jikkostitwixxu aktar minn wieħed mit-tipi ta' ksur elenkati fl-Anness I, għandha tapplika biss l-ogħla multa, relatata ma' wieħed minn dawn it-tipi ta' ksur, ikkalkolata skont il-paragrafi 2 u 3.
Artikolu 5k
Pagamenti tal-penali perjodiċi
1. L-ESMA għandha, permezz ta' deċiżjoni, timponi pagamenti ta' penali perjodiċi sabiex iġġiegħel:
(a) repożitorju ta' titolizzazzjoni jtemm il-ksur, f'konformità ma' deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 5p(1)(a); or
(b) lil persuna msemmija fl-Artikolu 5f(1):
(i) tipprovdi informazzjoni kompluta li tkun intalbet b'deċiżjoni skont l-Artikolu 5f;
(ii) tikkoopera fir-rigward ta' investigazzjoni u b'mod partikolari tipproduċi rekords, dejta, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ b'mod komplut u tikkompleta u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f'investigazzjoni mnedija b'deċiżjoni skont l-Artikolu 5g; or
(iii) tikkoopera fir-rigward ta' spezzjoni fil-post ordnata b'deċiżjoni skont l-Artikolu 5h.
2. Il-pagamenti ta' penali perjodiċi għandhom ikun effettivi u proporzjonati. L-ammont tal-pagamenti ta' penali perjodiċi għandu jiġi impost għal kull jum ta' dewmien.
3. Minkejja l-paragrafu 2, l-ammont tal-pagamenti ta' penali perjodiċi għandu jkun mill-inqas ta' 3 % tal-fatturat medju ta' kuljum fis-sena tan-negozju preċedenti jew, fil-każ ta' persuni fiżiċi, 2 % tad-dħul medju ta' kuljum fis-sena kalendarja preċedenti. Dan għandu jkun ikkalkolat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-pagamenti tal-penali perjodiċi.
4. Il-pagamenti tal-penali perjodiċi għandhom jiġu imposti għal perjodu massimu ta' sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-ESMA. Wara t-tmiem dak il-perjodu, l-ESMA għandha teżamina mill-ġdid il-miżura.
Artikolu 5l
Smigħ tal-persuni kkonċernati
1. Qabel ma tieħu kwalunkwe deċiżjoni dwar multa jew pagamenti ta' penali perjodiċi skont l-Artikoli 5j u 5k, l-ESMA għandha tagħti lill-persuni suġġetti għall-proċeduri l-opportunità li jinstemgħu dwar is-sejbiet tagħha. L-ESMA għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq sejbiet li dwarhom il-persuni soġġetti għall-proċeduri kellhom l-opportunità li jikkummentaw.
2. Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għall-proċedimenti għandhom jiġu rispettati bis-sħiħ matul il-proċedimenti. Dawn għandhom ikunu intitolati jkollhom aċċess għall-fajl tal-ESMA, soġġett għall-interess leġittimu ta' persuni oħra li s-sigrieti kummerċjali tagħhom jiġu protetti. Id-dritt ta' aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew id-dokumenti preparatorji interni tal-ESMA.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplikax jekk tkun tinħtieġ azzjoni urġenti biex tiġi evitata ħsara sinifikanti u imminenti lis-sistema finanzjarja jew ħsara sinifikanti u imminenti għall-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji, inkluża l-istabbiltà jew il-preċiżjoni tad-dejta rrapportata lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet. F'każ bħal dan, l-ESMA tista' tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista' jkun wara li tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha.
Artikolu 5m
L-iżvelar, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u l-pagamenti tal-penali perjodiċi
1. L-ESMA għandha tiżvela lill-pubbliku l-multi u l-pagamenti ta' penali perjodiċi li jkunu ġew imposti skont l-Artikoli 5j u 5k, sakemm tali żvelar lill-pubbliku ma jipperikolax b'mod serju s-swieq finanzjarji jew jikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti. Tali żvelar ma għandux jinkludi dejta personali fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
2. Il-multi u l-pagamenti tal-penali perjodiċi imposti skont l-Artikoli 5j u 5k għandhom ikunu ta' natura amministrattiva.
3. Meta l-ESMA tiddeċiedi li ma timponix multi jew pagamenti ta' penali, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u għandha tippreżenta r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
4. Il-multi u l-pagamenti ta' penali perjodiċi imposti skont l-Artikoli 5j u 5k għandhom ikunu infurzabbli skont ir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu ġew imposti l-multi jew il-pagamenti ta' penali perjodiċi.
L-ordni għall-infurzar tagħhom għandha tkun mehmuża mad-deċiżjoni mingħajr ebda formalità oħra minbarra l-verifika tal-awtentiċità ta' tali deċiżjoni mill-awtorità li l-gvern ta' kull Stat Membru jaħtar għal dak l-iskop, u għandha tiġi kkomunikata lill-ESMA u lill-Qorti tal-Ġustizzja.
Meta dawk il-formalitajiet ikunu ġew ikkompletati fuq talba mill-parti kkonċernata, din tista' twettaq l-infurzar f'konformità mad-dritt nazzjonali, billi tressaq il-kwistjoni direttament quddiem l-entità kompetenti.
L-infurzar jista' jiġi sospiż biss b'deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, il-qrati tal-Istat Membru kkonċernat għandu jkollhom ġurisdizzjoni fuq l-ilmenti dwar infurzar li jkun qed isir b'mod irregolari.
5. L-ammonti tal-multi u tal-pagamenti ta' penali perjodiċi għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5n
Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni mhux limitata li tirrieżamina d-deċiżjonijiet fejn l-ESMA tkun imponiet multi jew pagamenti ta' penali perjodiċi. Hija tista' tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multi jew il-pagamenti ta' penali perjodiċi.
Artikolu 5o
Irtirar tar-reġistrazzjoni
1. Bla preġudizzju għall-Artikolu 5q, l-ESMA għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta' repożitorju ta' titolizzazzjoni meta r-repożitorju ta' titolizzazzjoni:
(a) ikun b'mod espliċitu rrinunzja r-reġistrazzjoni jew ma jkun ipprovda l-ebda servizz matul is-sitt xhur ta' qabel id-data tad-deċiżjoni tal-irtirar;
(b) ikun kiseb ir-reġistrazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew bi kwalunkwe mezz irregolari ieħor;
(c) ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li skonthom kien ġie rreġistrat.
2. L-ESMA għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 15 bid-deċiżjoni tal-irtirar tar-reġistrazzjoni ta' repożitorju ta' titolizzazzjoni.
3. Jekk l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn ir-repożitorju ta' titolizzazzjoni jwettaq is-servizzi u l-attivitajiet tiegħu tqis li waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tkun ġiet issodisfata, tista' titlob lill-ESMA teżamina jekk il-kundizzjonijiet għall-irtirar tar-reġistrazzjoni tar-repożitorju ta' titolizzazzjoni kkonċernat humiex issodisfati. Meta l-ESMA tiddeċiedi li ma tirtirax ir-reġistrazzjoni tar-repożitorju ta' titolizzazzjoni kkonċernat, għandha tipprovdi raġunijiet sħaħ.
4. L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun l-awtorità nnominata skont l-Artikolu 15.
Artikolu 5p
Tariffi superviżorji
1. L-ESMA għandha timponi tariffi fuq ir-repożitorji ta' titolizzazzjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament u f'konformità mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk it-tariffi għandhom ikopru b'mod sħiħ l-infiq neċessarju tal-ESMA fir-rigward tar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorju ta' titolizzazzjoni.
2. L-ammont ta' tariffa imposta fuq repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jkopri l-ispejjeż amministrattivi kollha mġarrba mill-ESMA għall-attivitajiet ta' reġistrazzjoni u ta' superviżjoni tagħha u għandu jkun proporzjonat għall-fatturat tar-repożitorju ta' titolizzazzjoni kkonċernat.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 22e biex tissupplimenta/temenda dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar it-tip ta' tariffi, iċ-ċirkostanzi li fir-rigward tagħhom ikunu dovuti t-tariffi, l-ammont tat-tariffi u l-metodu ta' ħlas tagħhom.
Artikolu 5q
Miżuri superviżorji mill-ESMA
1. Meta, skont l-Artikolu 5i(5), l-ESMA ssib li repożitorju ta' titolizzazzjoni jkun wettaq wieħed mit-tipi ta' ksur elenkati fl-Anness I, hija għandha tieħu deċiżjoni jew aktar minn deċiżjoni waħda fost dawn li ġejjin:
(a) tesiġi li r-repożitorju ta' titolizzazzjoni jtemm il-ksur;
(b) timponi multi skont l-Artikolu 5j;
(c) toħroġ avviżi pubbliċi;
.
(e) tirrikjedi l-waqfien temporanju ta' kwalunkwe prattika li tmur kontra dan ir-Regolament;
(f) tadotta kwalunkwe miżura biex tiżgura li repożitorju ta' titolizzazzjoni jkompli jikkonforma mar-rekwiżiti legali skont dan ir-Regolament;
(g) timponi projbizzjoni temporanja fuq l-aċċettazzjoni ta' oriġinaturi, sponsors jew SSPEs ġodda jew fuq l-estensjoni tas-servizzi li r-repożitorju ta' titolizzazzjoni joffri, meta dawn ikunu jikkompromettu l-istabbiltà jew il-preċiżjoni tad-dejta;
(h) titlob it-tneħħija ta' persuna fiżika mill-korpi ta' tmexxija ta' repożitorju ta' titolizzazzjoni;
(d) bħala l-aħħar alternattiva, tirtira r-reġistrazzjoni tar-repożitorju ta' titolizzazzjoni.
2. Meta tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur li jkun irid jiġi vvalutat abbażi tal-kriterji li ġejjin:
(a) it-tul ta' żmien u l-frekwenza tal-ksur;
(b) jekk il-ksur ikunx kixef dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri tal-impriża jew fis-sistemi ta' mmaniġġjar jew fil-kontrolli interni tagħha;
(c) jekk ikunx ingħata bidu għal reat finanzjarju, jekk ikunx ġie ffaċilitat jew b'xi mod ikunx attribwibbli għall-ksur;
(d) jekk il-ksur ikunx twettaq intenzjonalment jew b'negliġenza.
3. Mingħajr dewmien bla bżonn, l-ESMA għandha tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni adottata skont il-paragrafu 1 lir-repożitorju ta' titolizzazzjoni kkonċernat, u għandha tikkomunikaha lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 15 u lill-Kummissjoni. Għandha tiżvela pubblikament kwalunkwe tali deċiżjoni fis-sit web tagħha fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tal-adozzjoni tagħha.
Meta tagħmel pubblika d-deċiżjoni tagħha kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha wkoll tagħmel pubbliku d-dritt għar-repożitorju ta' titolizzazzjoni ikkonċernat li jappella d-deċiżjoni, il-fatt, fejn rilevanti, li tali appell ikun sar, waqt li tispeċifika li tali appell ma jkollux effett ta' sospensjoni, u l-fatt li huwa possibbli għall-Bord tal-Appell tal-ESMA li jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 5r
Projbizzjoni tar-rititolizzazzjoni
L-iskoperturi sottostanti użati f'titolizzazzjoni ma għandhomx jinkludu titolizzazzjonijiet.
Kapitolu 3
Titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standard
Artikolu 6
Użu tad-deżinjazzjoni "titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata"
L-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jistgħu jużaw biss id-deżinjazzjoni "STS" jew "sempliċi, trasparenti u standardizzata" jew deżinjazzjoni li tirreferi b'mod dirett jew indirett għal dawn it-termini għat-titolizzazzjoni tagħhom fil-każ biss li t-titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha tat-Taqsima 1 jew tat-Taqsima 2 ta' dan ir-Regolament, ▌fejn ikunu nnotifikaw lill-ESMA skont l-Artikolu 14(1) u fejn it-titolizzazzjoni rilevanti tkun ġiet inkluża fil-lista msemmija fl-Artikolu 14(4).
L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE involuti f'titolizzazzjoni kkunsidrata bħala STS għandhom jiġu stabbiliti fl-Unjoni, sakemm ma jkunux stabbiliti f'pajjiż terz li għalih il-Kummissjoni tkun adottat att delegat f'konformità mal-Artikolu 22f.
Taqsima 1
Rekwiżiti ġenerali għat-titolizzazzjoni STS
Artikolu 7
Titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata
1. It-titolizzazzjonijiet, ħlief programmi u tranżazzjonijiet ABCP, li jissodisfaw ir-rekwiżiti fl-Artikoli 8, 9 u 10 ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu "STS".
1a. It-titolizzazzjonijiet, ħlief il-programmi u t-tranżazzjonijiet ABCP, mibjugħa lil investituri wara l-1 ta' Jannar 2011 u qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, mill-ħin li jkunu s-suġġett ta' notifika skont l-Artikolu 14(1), se jitqiesu "STS" bil-kundizzjoni li:
(a) fil-ħin tal-ħruġ ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(1) sa (5) u (7) sa (9) u l-Artikolu 9(1) u (3);
(b) jissodisfaw, mill-ħin tan-notifikazzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 14(1), ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(2) u (6), l-Artikolu 9(2), (4) sa (8) u l-Artikolu 10(1) sa (4).
1b. L-ESMA għandha tadotta, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament 1095/2010, linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar interpretazzjoni u applikazzjoni armonizzata tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 8, 9 u 10.
Artikolu 8
Rekwiżit relatat mas-sempliċità
1. L-iskoperturi sottostanti għandhom jiġu akkwistati minn SSPE permezz ta' bejgħ jew ċessjoni b'mod infurzabbli kontra l-bejjiegħ jew kwalunkwe parti terza oħra, anke fil-każ ta' insolvenza tal-bejjiegħ. It-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti għall-SSPE ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe dispożizzjoni severa ta' rkupru fil-każ ta' insolvenza tal-bejjiegħ. Meta t-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti jitwettaq permezz ta' ċessjoni u jiġi pperfezzjonat aktar tard wara l-għeluq tat-tranżazzjoni, l-ixkattaturi li jeffettwaw tali perfezzjoni għandhom, bħala minimu, jinkludu fihom dawn l-avvenimenti li ġejjin:
(a) deterjorament sever fis-sitwazzjoni tal-kwalità kreditizja tal-bejjiegħ;
(b) inadempjenza jew insolvenza tal-bejjiegħ; and
(c) ksur mhux rimedjat ta' obbligi kuntrattwali mill-bejjiegħ.
2. Il-bejjiegħ għandu jipprovdi rappreżentazzjonijiet u garanziji li, sa fejn jaf hu, l-iskoperturi sottostanti inklużi fit-titolizzazzjoni mhumiex gravati jew inkella f'kundizzjoni li jista' jiġi previst li taffettwa b'mod ħażin l-eżegwibilità tal-bejgħ jew taċ-ċessjoni.
3. L-iskoperturi sottostanti trasferiti mill-bejjiegħ lill-SSPE għandhom jissodisfaw kriterji ta' eliġibbiltà predeterminati u ddefiniti b'mod ċar li ma jippermettux immaniġġjar tal-portafoll attiv ta' dawk l-iskoperturi fuq bażi diskrezzjonali.
4. It-titolizzazzjoni għandha tkun appoġġjata minn pula ta' skoperturi sottostanti li huma omoġeni f'termini tat-tip ta' assi. L-iskoperturi sottostanti f'pula għandhom jitqiesu li huma omoġenji meta jappartjenu għall-istess tip ta' assi u fejn ir-riskju kuntrattwali ta' kreditu tagħhom, il-prepagament u karatteristiċi oħra li jiddeterminaw il-flussi tal-flus fuq dawk l-assi jkunu simili biżżejjed. Puli ta' self residenzjali, puli ta' self korporattiv, puli ta' self għal proprjetà kummerċjali, kirjiet u faċilitajiet ta' kreditu tal-istess kategorija, puli ta' self għal karozzi u ta' kiri tal-karozzi, u puli ta' faċilitajiet ta' kreditu lil individwi għal finijiet ta' konsum personali, mill-familja jew mill-unità domestika għandhom jitqiesu bħala tipi ta' assi uniċi. L-iskoperturi sottostanti għandhom ikunu obbligi vinkolanti u infurzabbli b'kuntratt b'rikors sħiħ għad-debituri bi flussi ta' pagamenti perjodiċi definiti, li l-pagamenti tagħhom jistgħu jvarjaw fl-ammont tagħhom, marbutin mal-kiri, mal-kapital, mal-pagamenti tal-imgħax, jew relatati ma' kwalunkwe dritt ieħor li jirċievu introjtu mill-assi li jiggarantixxu dawn il-pagamenti. L-iskoperturi sottostanti ma għandhomx jinkludu titoli trasferibbli, kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE.
5. L-iskoperturi sottostanti ma għandhomx jinkludu titolizzazzjonijiet.
6. L-iskoperturi sottostanti joriġinaw fil-perkors normali tan-negozju tal-oriġinatur jew tal-mutwanti oriġinali skont l-istandards ta' sottoskrizzjoni li mhumiex inqas strinġenti minn dawk li l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali japplikaw għall-oriġinazzjoni ta' skoperturi simili li mhumiex titolizzati u għandhom ikunu komparabbli f'termini ta' sustanza ekonomika u klassijiet tal-kredituri għall-iskoperturi li joriġinaw fil-perkors normali tan-negozju tal-oriġinatur jew tal-mutwanti oriġinali li mhumiex titolizzati. Bidliet materjali fl-istandards ta' sottoskrizzjoni għandhom jiġu ddivulgati bis-sħiħ lill-investituri potenzjali. Fil-każ ta' titolizzazzjonijiet li fihom l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali, l-ippuljar ta' self ma jinkludix self li tqiegħed fis-suq u li ġie sottoskritt fuq il-bażi li l-applikant għas-self jew, fejn applikabbli, l-intermedjarji, kienu jafu li l-informazzjoni pprovduta jaf ma tkunx ġiet verifikata mill-mutwanti. Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4, 5(a) u 6 tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsll jew tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew rekwiżiti ekwivalenti f'pajjiżi terzi. L-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali għandu jkollu kompetenza esperta fl-iskoperturi li joriġinaw ta' xorta simili għal dawk titolizzati.
7. L-iskoperturi sottostanti, fi żmien l-għażla, li huma ttrasferiti lill-SSPE mingħajr dewmien żejjed, ma għandhomx jinkludu skoperturi f'inadempjenza skont it-tifsira tal-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew skoperturi għal debituri jew garanti bi kreditu indebolit li, fil-ħin tal-iffirmar tal-ftehim ta' kreditu, sa fejn jaf l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali:
(a) iddikjara insolvenza, qabel mal-kredituri tiegħu fuq tneħħija jew riskedar tad-dejn jew inkella qorti ddikjarat li l-kredituri tiegħu għandhom dritt ta' infurzar jew għad-danni materjali bħala riżultat ta' pagament li ma sarx fi żmien tliet snin mid-data tal-oriġinazzjoni;
(b) huwa fuq reġistru uffiċjali ta' persuni bi storja ta' kreditu avversa;
(c) għandu klassifikazzjoni tal-kreditu jew evalwazzjoni ta' kreditu li tindika li r-riskju li ma jsirux il-pagamenti maqbulin fil-kuntratt huwa ferm ogħla minn dak ta' debitur medju għal dan it-tip ta' self fil-ġurisdizzjoni rilevanti.
8. Id-debituri jew il-garanti, fi żmien it-trasferiment tal-iskoperturi, għandhom ikunu għamlu tal-inqas pagament wieħed, ħlief fil-każ ta' titolizzazzjonijiet rotanti garantiti bi ▌ skoperturi pagabbli f'pagament wieħed jew li għandhom maturità ta' inqas minn sena, inkluż mingħajr pagamenti fix-xahar ta' limitazzjoni fuq krediti rotanti.
9. Ir-ripagament mid-detenturi tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni ma għandux ikun ġie strutturat biex jiddependi, b'mod prevalenti, fuq il-bejgħ ta' assi li jkopru l-iskoperturi sottostanti. L-iskoperturi sottostanti li huma koperti minn assi li l-valur tagħhom huwa garantit jew immitigat bis-sħiħ minn obbligu ta' riakkwist mill-bejjiegħ tal-assi li jkopri l-iskoperturi sottostanti jew minn parti terza oħra ma jiddependux mill-bejgħ ta' assi li jkopru l-iskoperturi sottostanti. Dan ma għandux iwaqqaf lit-tali assi milli sussegwentament jiġu riportati jew rifinanzjati.
9a. Titolizzazzjonijiet sintetiċi ta' arbitraġġ ma għandhomx ikunu parti minn titolizzazzjoni STS u ma għandhomx jitqiesu bħala STS jekk l-assi ma jiġux trasferiti lil SSPE permezz ta' titolizzazzjoni ta' bejgħ veru jew miżmuma fuq il-karta bilanċjali tal-oriġinatur bħal fil-każ ta' titolizzazzjoni sintetika tal-karta tal-bilanċ.
9b. L-ESMA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u l-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards regolatorji biex tispeċifika ulterjorment:
(a) il-karatteristiċi tal-iskoperturi sottostanti msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u liema huma l-kriterji li jippermettu li jiġi ddeterminat li dawn il-karatteristiċi huma suffiċjentement simili; and
(b) tipi ta' assi oħrajn meqjusa bħala tipi ta' assi uniku għall-fini tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 12(2).
L-ESMA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f'dan il-paragrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 9
Rekwiżiti relatati mal-istandardizzazzjoni
1. L-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit tar-ritenzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.
2. Ir-riskji taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u tal-valuta li jirriżultaw mit-titolizzazzjoni għandhom jiġu mitigati u l-miżuri li jittieħdu f'dan ir-rigward għandhom jiġu ddivulgati. L-iskoperturi sottostanti ma għandhomx jinkludux derivattivi, ħlief għall-iskop tal-iħeġġjar tar-riskju tal-valuta u r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax. Dawk id-derivattivi għandho jiġu sottoskritti u dokumentati skont l-istandards komuni fil-finanzi internazzjonali.
3. Kwalunkwe pagament tal-imgħax imsemmi fil-kuntest tal-assi u l-obbligazzjonijiet tat-titolizzazzjoni għandu jkun ibbażat fuq rati tal-imgħax ġeneralment użati fis-suq u ma għandux jirreferi għal formuli jew derivattivi ▌.
4. Meta t-titolizzazzjoni tiġi stabbilita mingħajr perjodu rotanti jew il-perjodu rotanti jkun intemm u meta jitwassal avviż ta' infurzar jew ta' tqegħid in mora, ma għandu jkun hemm l-ebda ammont sostanzjali ta' flus kontanti maqbudin fl-SSPE u d-dħul kapitali mill-iskoperturi sottostanti għandhom jingħaddu lill-investituri permezz ta' amortizzament sekwenzjali tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni, kif determinat mis-superjorità tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni. Ir-ripagament tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni ma għandhomx jiġu invertiti fir-rigward tas-superjorità tagħhom u l-ixkattaturi marbutin mal-prestazzjoni għandhom jiġu inklużi fit-tranżazzjonijiet li fihom prijorità mhux sekwenzjali ta' pagamenti, inkluż tal-inqas id-deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti taħt livell predefinit. Ma għandu jkun hemm ebda dispożizzjoni li teħtieġ likwidazzjoni awtomatika tal-iskoperturi sottostanti bil-valur tas-suq.
5. Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tinkludi avvenimenti xierqa ta' ammortizzazzjoni antiċipata jew xkattaturi għat-terminazzjoni tal-perjodu rotanti meta t-titolizzazzjoni tkun ġiet stabbilita b'perjodu rotanti, inkluż tal-inqas dawn li ġejjin:
(a) deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti għal jew f'livell inqas mil-limitu predefinit;
(b) l-okkorrenza ta' avveniment relatat ma' insolvenza fir-rigward tal-oriġinatur jew tas-servizzjant;
(c) il-valur tal-iskoperturi sottostanti miżmumin mill-SSPE jaqa' taħt limitu predefinit (avveniment ta' amortizzazzjoni antiċipata);
(d) nuqqas milli jiġu ġġenerati biżżejjed skoperturi sottostanti ġodda li jissodisfaw il-kwalità kreditizja predefinita (xkattatur għat-tmiem tal-perjodu rotanti).
6. Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tispeċifika b'mod ċar:
(a) l-obbligi kuntrattwali, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tas-servizzjant u tat-tim ta' ġestjoni tiegħu, li għandu jkollhom kompetenza esperta fis-servizzjar tal-iskoperturi sottostanti, u, fejn applikabbli, tat-trustee u fornituri ta' servizz anċillari oħra;
(b) il-proċessi u r-responsabbiltajiet meħtieġa biex ikun żgurat li inadempjenza jew insolvenza tas-servizzjant ma tirriżultax fit-tmiem tas-servizzjar, bħal dispożizzjoni kuntrattwali ta' sostituzzjoni li tippermetti s-sostituzzjoni tas-servizzjant f'każ ta' inadempjenza jew insolvenza;
(c) dispożizzjonijiet li jiżguraw is-sostituzzjoni ta' kontropartijiet derivattivi, ta' fornituri tal-likwidità u tal-bank tal-kont f'każ ta' inadempjenza, insolvenza, u avvenimenti oħrajn speċifikati, meta applikabbli.
Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli ta' mmaniġġjar tar-riskji għandhom ikunu dokumentati sew u għandhom jiddaħħlu fis-seħħ sistemi effettivi.
7. Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tinkludi definizzjonijiet, rimedji u azzjonijiet marbutin mad-delinkwenza u l-inadempjenza tad-debituri, ir-ristrutturar tad-dejn, il-maħfra ta' dejn, it-tolleranza, il-pawżi mill-pagamenti, it-telf, iċ-charge offs, l-irkupri u rimedji oħrajn tal-prestazzjoni tal-assi f'termini ċari u konsistenti. Id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni għandha tispeċifika biċ-ċar il-prijorità tal-pagamenti, l-ixkattaturi, il-bidliet fil-prijorità tal-pagamenti wara avvenimenti xkattaturi kif ukoll l-obbligu li jiġu rrapportati tali avvenimenti. Jistgħu jsiru bidliet f'tali termini u proċessi bil-kundizzjoni li dawk il-bidliet ma jaffettwawx materjalment b'mod avvers ir-ripagament tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni. Kwalunkwe bidla fil-prijorità tal-pagamenti għandha tiġi rrapportata meta sseħħ.
8. Id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni għandha tinkludi dispożizzjonijiet ċari li jiffaċilitaw ir-riżoluzzjoni f'waqtha tal-kunflitti bejn klassijiet differenti ta' investituri, id-drittijiet tal-vot għandhom ikunu definiti biċ-ċar u jiġu allokati lid-detenturi tan-noti u r-responsabbiltajiet tat-trustee u entitajiet oħrajn bi dmirijiet fiduċjarji lejn l-investituri għandhom jiġu identifikati b'mod ċar.
Artikolu 10
Rekwiżiti relatati mat-trasparenza
1. L-oriġinatur u l-isponsor ▌għandhom jipprovdu aċċess għad-dejta storika dwar prestazzjoni statika u dinamika fir-rigward ta' inadempjenzi u telf, bħad-dejta dwar id-delinkwenza u l-inadempjenza, għal skoperturi sostanzjalment simili għal dawk li jiġu titolizzati lill-investitur qabel ma jinvestu. Dik id-dejta għandha tkopri perjodu ta' mhux inqas minn seba' snin għal skoperturi mhux fil-livell tal-konsumatur u ħames snin għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur. Għandha tiġi ddivulgata l-bażi għad-dikjarazzjoni ta' similarità.
2. Kampjun tal-iskoperturi sottostanti għandu jkun soġġett għal verifika esterna qabel il-ħruġ tat-titoli li jirriżultaw mit-titolizzazzjonijiet minn parti xierqa u indipendenti, inkluż verifika li d-dejta ddivulgata fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti hija akkurata, b'livell ta' kunfidenza ta' 95 %.
3. L-oriġinatur jew l-isponsor għandu jagħmel disponibbli mudell tal-fluss tal-flus tal-obbligazzjonijiet iddokumentat b'mod ċar lill-investituri, kemm qabel l-ipprezzar tat-titolizzazzjoni kif ukoll fuq bażi kontinwa, li jirrappreżenta b'mod preċiż ir-relazzjoni kuntrattwali bejn l-iskoperturi sottostanti u l-pagamenti fi flussi bejn l-oriġinatur, l-isponsor, l-investituri, partijiet terzi oħra u l-SSPE.
3a. L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE għandhom jippubblikaw tagħrif dwar in-natura fit-tul u sostenibbli tat-titolizzazzjoni għall-investituri, bl-użu ta' kriterji ambjentali, soċjali u ta' governanza biex jiddeskrivu kif it-titolizzazzjoni kkontribwixxiet għall-investimenti fl-ekonomija reali u b'liema mod il-mutwanti oriġinali uża l-kapital meħlus.
4. L-oriġinatur u l-isponsor ▌ għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt mill-konformità mal-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament u għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikolu 5(1)(a) issir disponibbli lill-investituri potenzjali qabel l-ipprezzar. L-oriġinatur u l-isponsor għandhom ukoll ikunu responsabbli biex jiżguraw li l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikolu 5(1)(b) sa (e) issir disponibbli qabel l-ipprezzar tal-inqas f'forma inizjali jew ta' abbozz, meta dan ikun permess skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/71/KE. Barra minn hekk, l-oriġinatur u l-isponsor ▌ għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li d-dokumentazzjoni finali ssir disponibbli għall-investituri mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-għeluq tat-tranżazzjoni.
Taqsima 2
Rekwiżiti għat-Titolizzazzjoni ABCP
Artikolu 11
Titolizzazzjoni ABCP sempliċi, trasparenti u standardizzata
Tranżazzjoni ABCP titqies "STS" meta din tikkonforma mar-rekwiżiti tal-livell ta' tranżazzjoni fl-Artikolu 12. Programm ABCP jitqies "STS" meta dan jikkonforma mar-rekwiżiti fl-Artikolu 13.
Artikolu 12
Rekwiżiti fil-livell tat-tranżazzjoni
1. Tranżazzjoni fi programm ABCP għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu biex titqies STS. Għall-iskopijiet ta' din it-Taqsima, it-termini "oriġinatur" u "mutwanti oriġinali" skont l-Artikolu 8(7) jitqiesu bħala l-bejjiegħ.
1a. Ir-ripagament mid-detenturi tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni ma għandux ikun jiddependi mill-bejgħ ta' assi li jkopru l-iskoperturi sottostanti. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għal assi li l-valur tagħhom huwa ggarantit jew mitigat bis-sħiħ permezz ta' impenn effettiv mill-bejjiegħ jew minn parti terza oħra sabiex jirriakkwista jew jiffinanzja mill-ġdid l-assi li jkopru l-iskopertura sottostanti f'ammont fiss, u lanqas ma għandu jwaqqaf lit-tali assi milli sussegwentament jiġu riportati jew rifinanzjati.
2. It-tranżazzjonijiet fi programm ABCP ikunu ggarantiti b'ippuljar ta' skoperturi sottostanti li huma omoġeni f'termini ta' tip ta' assi u li jkun fadlilhom ħajja medja ponderata ta' mhux aktar minn sena u fl-ebda każ ma għandu jkollhom maturità residwa ta' aktar minn tliet snin, ħlief għal puli ta' self għal karozzi, kiri ta' karozzi u tranżazzjonijiet ta' kiri ta' tagħmir li għandu jkollhom ħajja medja ponderata li jifdal ta' mhux aktar minn erba' snin u nofs u l-ebda waħda mill-iskoperturi sottostanti ma għandu jkollu maturità residwa ta' aktar minn sitt snin. L-iskoperturi sottostanti ma għandhom jinkludu l-ebda self garantit minn ipoteki residenzjali jew kummerċjali jew self residenzjali garantit bis-sħiħ, kif imsemmi fil-paragrafu 1(e) tal-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-iskoperturi sottostanti għandu jkun fihom obbligi vinkolanti u infurzabbli b'kuntratt b'rikors sħiħ għad-debituri bi flussi ta' pagamenti definiti marbutin mal-kiri, mal-kapital, mal-imgħax, jew relatati ma' kwalunkwe dritt ieħor biex jirċievu dħul mill-assi li jiggarantixxu dawn il-pagamenti. L-iskoperturi sottostanti ma għandhomx jinkludu titoli trasferibbli, kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE.
3. Kwalunkwe pagament tal-imgħax imsemmi fl-assi u l-obbligazzjonijiet tat-tranżazzjoni ta’ titolizzazzjoni jkun ibbażat fuq rati tal-imgħax tas-suq użati b’mod ġenerali, iżda ma għandux jagħmel referenza għal formuli jew derivattivi kumplessi.
4. Wara l-avveniment ta' inadempjenza jew ta' tqegħid in mora, l-ebda ammont sostanzjali ta' flus kontanti ma għandu jinqabad fl-SSPE u dħul kapitali mill-iskoperturi sottostanti jingħaddu lill-investituri li jkollhom pożizzjoni ta' titolizzazzjoni permezz ta' pagament sekwenzjali tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni, kif determinat mis-superjorità tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni. Ma għandu jkun hemm ebda dispożizzjoni li teħtieġ likwidazzjoni awtomatika tal-iskoperturi sottostanti bil-valur tas-suq.
5. L-iskoperturi sottostanti għandhom joriġinaw fil-perkors normali tan-negozju tal-bejjiegħ skont l-istandards tas-sottoskrizzjoni li mhumiex inqas strinġenti minn dawk li japplika bejjiegħ għall-oriġinazzjoni ta' skoperturi simili li mhumiex titolizzati. Bidliet materjali fl-istandards ta' sottoskrizzjoni għandhom jiġu ddivulgati bis-sħiħ lill-investituri potenzjali. Fil-każ ta' titolizzazzjonijiet li fihom l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali, l-ippuljar ta' self ma jinkludix self li tqiegħed fis-suq u li ġie sottoskritt fuq il-bażi li l-applikant għas-self jew, fejn applikabbli, l-intermedjarji, kienu jafu li l-informazzjoni pprovduta jaf ma tkunx ġiet verifikata mill-mutwanti. Il-bejjiegħ għandu jkun kompetenti fl-oriġinazzjoni tal-iskoperturi ta' għamla simili għal dawk titolizzati.
6. Id-dokumenti tat-tranżazzjoni għandhom jinkludu xkattaturi għat-terminazzjoni tal-perjodu rotanti, li tal-inqas jinkludu:
(a) deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti għal jew f'livell inqas mil-limitu predefinit;
(b) l-okkorrenza ta' avveniment relatat ma' insolvenza fir-rigward tal-bejjiegħ jew tas-servizzjant;
(c) nuqqas milli jiġu ġġenerati biżżejjed skoperturi sottostanti ġodda li jissodisfaw il-kwalità kreditizja predefinita;
7. Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tispeċifika b'mod ċar:
(a) l-obbligi kuntrattwali, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-isponsor, tas-servizzjant u tat-tim ta' ġestjoni tiegħu, li għandu jkollhom kompetenza fis-servizzjar tal-iskoperturi sottostanti, u, fejn applikabbli, it-trustee u fornituri ta' servizzi anċillari oħra;
(b) il-proċessi u r-responsabbiltajiet meħtieġa biex ikun żgurat li inadempjenza jew insolvenza tas-servizzjant ma tirriżultax fit-tmiem tas-servizzjar;
(c) dispożizzjonijiet li jiżguraw is-sostituzzjoni ta' kontropartijiet derivattivi u tal-bank tal-kont f'każ ta' inadepjenza, insolvenza jew avvenimenti oħrajn speċifikati, meta applikabbli;
▌
Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli ta' mmaniġġjar tar-riskji għandhom ikunu dokumentati sew u għandhom jiddaħħlu fis-seħħ sistemi effettivi.
Artikolu 12a
Ir-rwol tal-isponsor ta' programm ABCP
1. L-isponsor tal-programm ABCP għandu jkun istituzzjoni ta' kreditu sorveljata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew maniġer ta' fond jew assi regolat.
2. L-isponsor ta' programm ABCP għandu jkun fornitur tal-faċilità ta' likwidità u għandu jappoġġja l-pożizzjonijiet kollha ta' titolizzazzjoni fuq livell ta' programm ABCP billi jkopri r-riskji kollha tal-likwidità u ta' kreditu u kwalunkwe riskju materjali ta' dilwizzjoni tal-iskoperturi titolizzati kif ukoll kwalunkwe spiża oħra tat-tranżazzjoni u l-ispejjeż relatati mal-programm kollu kemm hu b'tali appoġġ. L-isponsor għandu jiddivulga deskrizzjoni tal-appoġġ ipprovdut fil-livell tat-tranżazzjoni lill-investituri inkluża deskrizzjoni ta' faċilitajiet ta' likwidità pprovduti.
3. Qabel ma tkun tista' tisponsorja programm ABCP STS, l-istituzzjoni ta' kreditu għandha turi lis-superviżur tagħha f'test tal-istress li r-rwol tagħha skont il-paragrafu 2 ma jipperikolax l-istabbiltà finanzjarja tagħha, lanqas f'sitwazzjoni ta' stress estrem fis-suq, fejn ma jkunx hemm finanzjament għal terminu qasir għall-programmi ABCP kollha li għalihom ikollha dak ir-rwol. Għal dak il-għan, l-isponsor għandu fuq bażi regolari jipprovdi lis-superviżur tiegħu informazzjoni speċifika dwar l-obbligi kumulattivi ta' riskju ta' likwidità u l-mod kif dawk l-obbligi jkunu jistgħu jiġu sostnuti mir-riżervi ta' likwidità tiegħu.
4. L-isponsor tal-programm ABCP għandu jivverifika qabel ma jsir espost għal tranżazzjoni ABCP lil l-bejjiegħ jagħti l-krediti kollha tiegħu abbażi ta' kriterji sodi u definiti tajjeb u proċessi stabbiliti b'mod ċar għall-approvazzjoni, l-emendar, it-tiġdid u l-finanzjament ta' dawk il-krediti u jkollu sistemi effettivi fis-seħħ biex japplika dawk il-kriterji u l-proċessi. L-isponsor għandu jwettaq id-diliġenza dovuta tiegħu skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament u għandu jivverifika li l-bejjiegħ jilħaq standards ta' sottoskrizzjoni, kapaċitajiet ta' servizzjar u proċessi ta' ġbir sodi li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fil-punti (i) sa (m) tal-Artikolu 259(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew rekwiżiti ekwivalenti f'pajjiżi terzi. Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli ta' mmaniġġjar tar-riskji għandhom ikunu dokumentati sew u għandhom jiddaħħlu fis-seħħ sistemi effettivi.
5. Il-mutwanti jew l-emittenti oriġinali, fil-livell ta' tranżazzjoni, jew l-isponsor, fil-livell tal-programm ABCP, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit ta' ritenzjoni tar-riskju f'konformità mal-Artikolu 4.
6. L-Artikolu 5 għandu japplika għal programmi ABCP. L-isponsor ta' programm ABCP għandu jkun responsabbli għall-konformità mal-Artikolu 5 u għandu:
(a) jagħmel l-informazzjoni aggregata kollha meħtieġa mill-punt (a) tal-Artikolu 5(1), disponibbli għall-investituri, filwaqt li tali informazzjoni tiġi aġġornata fuq bażi trimestrali; u
(b) jagħmel l-informazzjoni meħtieġa mill-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament, disponibbli.
7. F'każ li l-isponsor ma jġeddidx l-impenn ta' finanzjament tal-faċilità ta' likwidità qabel l-iskadenza tiegħu, il-faċilità ta' likwidità għandha tiġi prelevata u t-titoli li jimmaturaw għandhom jitħallsu lura.
Artikolu 13
Rekwiżiti fil-livell tal-programm
1. It-tranżazzjonijiet kollha fil-programm ABCP jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 12 ▌. Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 12(2), tranżazzjonijiet uniċi li jammontaw għal massimu ta' 5 % tal-ammont aggregat tal-iskoperturi sottostanti ta' programm ABCP, jistgħu ikunu temporanjament f'konformità mal-Artikolu 12 mingħajr ma jaffettwaw l-istatus STS tal-programm.
2. L-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit tar-ritenzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 4▌.
3. ▌ It-titjib tal-kreditu ma jistabbilix it-tieni saff ta' segmentar fil-livell tal-programm.
4. L-isponsor tal-programm ABCP għandu jkun istituzzjoni ta' kreditu ssupervizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE. L-isponsor għandu jkun fornitur ta' faċilità ta' likwidità u għandu jappoġġja l-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni kollha fil-livell tat-tranżazzjoni fil-programm ABCP u jkopri r-riskji kollha tal-likwidità u ta' kreditu u kwalunkwe riskji ta' dilwizzjoni materjali tal-iskoperturi titolizzati kif ukoll kwalunkwe kost ieħor tat-tranżazzjoni u kost imġarrab mill-programm sħiħ.
5. It-titolizzazzjonijiet maħruġin minn programm ABCP u li jinkludu opzjonijiet ta' eżerċizzju, klawżoli ta' estensjoni jew klawżoli oħrajn għad-diskrezzjoni tal-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE, u li jkollhom effett fuq il-maturità finali tagħhom, ma għandhomx jitqiesu STS.
6. Ir-riskji taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u tal-valuta li jirriżultaw fil-livell ta' programm ABCP għandhom jiġu mitigati u l-miżuri li jittieħdu f'dan ir-rigward għandhom jiġu ddivulgati. Id-derivattivi għandhom jintużaw biss fil-livell tal-programm għall-iskop tal-iħħeġġjar tar-riskju tal-valuta u r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax. Tali derivattivi għandhom jiġu dokumentati skont l-istandards komuni fil-finanzi internazzjonali.
7. Id-dokumentazzjoni relatata mal-programm għandha tispeċifika b'mod ċar:
(a) ir-responsabbiltajiet tat-trustee u ta' entitajiet oħrajn bi dmirijiet ta' fiduċjarju, jekk ikun hemm, għall-investituri;
▌ (c) l-obbligi kuntrattwali, d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-isponsor, u tat-tim ta' ġestjoni tiegħu, li għandu jkollhom kompetenza fis-sottoskrizzjoni tal-kreditu, it-trustee, jekk ikun hemm, u fornituri ta' servizzi anċillari oħrajn;
▌ (e) id-dispożizzjonijiet għas-sostituzzjoni ta' kontropartijiet derivattivi u tal-bank tal-kont fil-livell tal-programm ABCP f'każ ta' inadepjenza, insolvenza u avvenimenti oħrajn speċifikati, meta l-faċilità ta' likwidità ma għandhiex tkopri tali avvenimenti.
(f) li malli jseħħu avvenimenti speċifikati, inadempjenza jew insolvenza tal-isponsor, għandhom jiġu previsti passi ta' rimedju sabiex tinkiseb, kif xieraq, kollateralizzazzjoni tal-impenn ta' finanzjament jew is-sostituzzjoni tal-fornitur ta' faċilità ta' likwidità. F'każ li l-fornitur ta' faċilità tal-likwidità ma jġeddidx l-impenn ta' finanzjament fi żmien 30 jum mill-iskadenza tiegħu, il-faċilità ta' likwidità għandha tiġi prelevata, it-titoli li jimmaturaw għandhom jiġu ripagati u t-tranżazzjonijiet ma għandhomx jibqgħu jixtru skoperturi filwaqt li jiġu ammortizzati l-iskoperturi sottostanti eżistenti.
Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli ta' mmaniġġjar tar-riskji għandhom ikunu dokumentati sew u għandhom jiddaħħlu fis-seħħ sistemi effettivi.
8. L-oriġinatur u l-isponsor ▌għandhom ikunu responsabbli in solidum mill-konformità fil-livell tal-programm ABCP mal-Artikolu 5, u għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja tkun magħmula disponibbli lill-investituri potenzjali qabel l-ipprezzar.
(a) l-informazzjoni aggregata kollha meħtieġa mill-punt (a) tal-Artikolu 5(1);
(b) l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 5(1).
8a. Il-prospett jew, meta ma jkunx inħareġ prospett, id-dokument azzjoni relatata mal-programm, għandu jiddikjara jekk u kif il-kriterji STS imsemmija fl-Artikoli 11 sa 13 kienu ssodisfati.
Artikolu 14
Notifika STS u diliġenza dovuta
1. L-oriġinaturi u l-isponsors ▌ għandhom jinnotifikaw b'mod konġunt lill-ESMA permezz tal-mudell imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu li t-titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 7 sa 10 jew l-Artikoli 11 sa 13 ta' dan ir-Regolament ("notifika STS"). Fejn programm ABCP jkollu oriġinaturi multipli, kull oriġinatur għandu jinnotifika lill-ESMA biss fir-rigward tar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 12 ta' tranżazzjoni tagħha stess. L-ESMA għandha tippubblika n-notifika STS fuq is-sit web uffiċjali tagħha skont il-paragrafu 4. Għandhom jgħarrfu wkoll lill-awtorità kompetenti tagħhom. L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE ta' titolizzazzjoni għandhom jaħtru bejniethom entità waħda li tkun l-ewwel punt ta' kuntatt għall-investituri u l-awtoritajiet kompetenti. Meta l-oriġinatur u l-isponsor ma jkunux qablu bejniethom liema entità għandha tissodisfa r-rekwiżiti skont dan l-Artikolu, l-oriġinatur għandu jikkonforma ma' dawk ir-rekwiżiti.
1a. L-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE jistgħu jużaw is-servizz ta' parti terza awtorizzata biex jikkontrollaw jekk titolizzazzjoni tikkonformax mal-kriterji STS. Madankollu, tali parir minn parti terza m'għandux jaffettwa r-responsabbiltà tal-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE fir-rigward tal-obbligi legali tagħhom skont dan ir-Regolament.
Meta l-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE jużaw is-servizz ta' parti terza awtorizzata biex jivvalutaw jekk titolizzazzjoni tikkonformax mal-Artikoli 7 sa 10 jew l-Artikoli 11 sa 13, in-notifika STS għandha tinkludi dikjarazzjoni li l-konformità mal-kriterji STS kienet ikkonfermata minn dik il-parti terza awtorizzata. Dik in-notifika għandha tinkludi wkoll l-isem tal-parti terza u l-post ta' stabbiliment tagħha.
2. Meta l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali ma jkunx istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment kif definit fl-Artikolu 4(1) punti (1) u (2) tar-Regolament Nru 575/2013, in-notifika skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata minn:
(a) konferma mill-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali li l-għoti tal-kreditu tagħha jsir fuq il-bażi ta' kriterji sodi u definiti kif suppost u proċessi stabbiliti ċari għall-approvazzjoni, l-emendar, it-tiġdid u l-finanzjament ta' krediti u li l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali għandu sistemi effettivi fis-seħħ biex japplika tali proċessi.
(b) dikjarazzjoni dwar jekk l-elementi msemmijin fis-subparagrafu (a) humiex soġġetti għal superviżjoni.
3. L-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE għandhom jinnotifikaw lill-ESMA u lill-awtorità kompetenti tagħhom minnufih meta titolizzazzjoni ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 7 sa 10 jew l-Artikoli 11 sa 13 ▌.
4. L-ESMA għandha minnufih tippubblika lista tat-titolizzazzjonijiet kollha li għalihom l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs ikunu nnotifikaw li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7 sa 10 jew l-Artikoli 11 sa 13 ta' dan ir-Regolament fuq taqsima dedikata tas-sit web uffiċjali tagħha. L-ESMA għandha taġġorna l-lista meta t-titolizzazzjonijiet ma jibqgħux jitqiesu li jkunu STS wara deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew avviż mill-oriġinatur, mill-isponsor jew mill-SSPE. Meta l-awtorità kompetenti tkun imponiet sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri ta' rimedju skont l-Artikolu 17, hija għandha tinnotifika lill-ESMA dwarha immedjatament. L-ESMA għandha tindika immedjatament fuq il-lista li awtorita kompetenti tkun imponiet sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri ta' rimedju fir-rigward tat-titolizzazzjoni kkonċernata.
5. L-ESMA, f'kooperazzjoni mil-qrib mal-EBA u l-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE jipprovdu biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-paragrafu 1 u għandha tipprovdi l-format permezz ta' mudelli standardizzati.
L-ESMA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f'dan il-paragrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Kapitolu 4
Superviżjoni
Artikolu 15
Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti
1. Il-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament għandha tiġi żgurata minn dawn l-awtoritajiet kompetenti skont is-setgħat mogħtijin mill-atti legali rilevanti:
(a) għal impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 13(10) tad-Direttiva 2009/138/KE;
(b) għal maniġers ta' fondi ta' investiment alternattiv, l-awtorità kompetenti responsabbli maħtura skont l-Artikolu 44 tad-Direttiva 2011/61/UE;
(c) għall-UCITS u kumpaniji maniġerjali tal-UCITS, l-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 97 tad-Direttiva 2009/65/KE;
(d) għal istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali, l-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 6(g) tad-Direttiva 2003/41/KE;
(e) għal istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti tal-investiment, l-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż il-BĊE skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013.
2. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-isponsors skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż il-BĊE skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, għandhom jiżguraw li l-isponsors jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 14 ta' dan ir-Regolament.
3. Meta l-oriġinaturi, il-mutwanti oriġinali u l-SSPEs ikunu entitajiet taħt superviżjoni skont id-Direttiva 2013/36/UE, ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, id-Direttiva 2009/138/KE, id-Direttiva 2003/41/KE, id-Direttiva 2011/61/UE jew id-Direttiva 2009/65/KE, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti maħtura skont dawk l-atti, inkluż il-BĊE skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, għandhom jiżguraw konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 5 ta' dan ir-Regolament.
4. Għal entitajiet mhux koperti mill-atti leġiżlattivi tal-Unjoni msemmijin fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar sabiex jiżguraw konformità mal-Artikoli 4 sa 5 ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA u l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħrajn bil-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti skont dan il-paragrafu. Dak l-obbligu ma għandux japplika fir-rigward ta' korporazzjonijiet mhux finanzjarji li jbigħu skoperturi taħt programm ABCP jew tranżazzjoni jew skema oħra ta' titolizzazzjoni.
4a. L-ESMA, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq tat-titoli, għandha tiżgura u tinforza l-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 14.
5. L-ESMA għandha tippubblika u żżomm aġġornata fuq is-sit web tagħha lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan l-Artikolu.
Artikolu 16
Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti, maħtura skont l-Artikolu 15(2) sa (4a) jkollha s-setgħat superviżorji, investigatorji u ta' sanzjonar meħtieġa biex taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament.
2. L-awtorità kompetenti, maħtura skont l-Artikolu 15(2) sa (4a) għandha teżamina b'mod regolari l-arranġamenti, il-proċess u l-mekkaniżmi implimentati mill-oriġinaturi, mill-isponsors, mill-SSPEs u mill-mutwanti oriġinali sabiex tikkonforma ma' dan ir-Regolament.
2a. L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja, inkluż permezz ta' verifiki regolari fuq il-post, ħruġ ġdid, b'mod partikolari ta' titolizzazzjonijiet li s-suq ftit li xejn għandu esperjenza fir-rigward tagħhom, sabiex tidentifika ksur kif imsemmi fl-Artikolu 17(1) jew karatteristiċi li għalihom m'hemm l-ebda ġustifikazzjoni apparenti ħlief li jevitaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li r-riskji li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni, inklużi r-riskji għar-reputazzjoni, jiġu evalwati u indirizzati permezz ta' politiki u proċeduri xierqa tal-oriġinaturi, l-isponsors, l-SSPEs u l-mutwanti oriġinali.
3a. L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja, kif applikabbli, l-effetti speċifiċi li l-parteċipazzjoni fis-suq tat-titolizzazzjoni għandha fuq l-istabilità tal-istituzzjoni finanzjarja li topera bħala mutwanti oriġinali, oriġinatur, sponsor jew investitur bħala parti mill-proċess tagħha ta' sorveljanza prudenzjali fil-qasam tat-titolizzazzjoni, filwaqt li jitqiesu, mingħajr preġudizzju għal regolamentazzjoni settorjali aktar stretta:
(a) id-daqs tal-bafers kapitali, bl-għan li tittaffa l-proċikliċità tas-suq tat-titolizzazzjoni;
(b) id-daqs tar-riżervi ta' likwidità biex jagħmlu tajjeb għall-konċentrazzjoni potenzjali ta' appoġġ għal programmi ABCP mill-istituzzjonijiet ta' kreditu;
(c) ir-riskju tal-likwidità għall-investituri minħabba nuqqas ta' qbil fil-maturità bejn il-finanzjament tagħhom u l-investimenti.
F'każijiet fejn l-awtorità kompetenti tidentifika riskju għall-istabbiltà finanzjarja ta' istituzzjoni finanzjarja jew is-sistema finanzjarja kollha kemm hi, minkejja l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 21, hija għandha tieħu azzjoni sabiex timmitiga dawn ir-riskji, tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-awtorità maħtura kompetenti għal strumenti makroprudenzjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, u tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew b'dan.
3b. L-awtoritajiet kompetenti, flimkien mal-ESMA, għandhom jissorveljaw kwalunkwe evażjoni possibbli tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4(1a) ta' dan ir-Regolament fejn it-titolizzazzjonijiet ikunu speċifikament strutturati jew ikkummerċjalizzati fis-suq bil-ħsieb li joħorġu mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk l-obbligi. L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja u tirrapporta lill-ESMA, l-ESMA għandha tivvaluta l-informazzjoni rrappurtata mill-awtorità kompetenti u tirrapporta lill-Kummissjoni, lill-Parlament u lill-Kunsill kwalunkwe żvilupp kritiku fl-evoluzzjoni tal-prattiki tas-suq f'dan ir-rigward.
Artikolu 16a
Is-superviżjoni makroprudenzjali tas-suq tat-titolizzazzjoni
1. Fil-limiti tal-kompiti rispettivi tagħhom, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu jkun responsabbli għas-superviżjoni makroprudenzjali tas-suq tat-titolizzazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-EBA għandha tkun responsabbli għas-superviżjoni mikroprudenzjali, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-oqsma tas-suq u l-klassijiet ta' assi.
2. Wara l-pubblikazzjoni tar-rapport biennali dwar is-suq tat-titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 29, u sabiex jiġu riflessi l-bidliet fiċ-ċirkostanzi tas-suq, biex tipprevjeni prezzijiet artifiċjali tal-assi milli jiżviluppaw f'segmenti differenti tas-suq jew klassijiet ta' assi u biex jiġi evitat l-għeluq ta' partijiet tas-suq tat-titolizzazzjoni tal-Unjoni fi żminijiet ta' kriżi, l-EBA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji fi żmien sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-rapport u tiżviluppa standards tekniċi regolatorji riveduti kull sentejn wara dan, sabiex tispeċifika:
(a) il-livell tar-rata ta' ritenzjoni msemmi fl-Artikolu 4(1) f'firxa massima minn 5 % sa 20 % applikabbli għall-modalitajiet ta' ritenzjoni elenkati fl-Artikolu 4(2), filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet tas-setturi tas-suq;
(b) sa fejn il-garanziji huma applikabbli fuq assi titolizzati;
(c) jekk l-oriġinatur ikunx żamm l-iskoperturi fil-karta tal-bilanċ tiegħu għal parti mill-maturità oriġinali tagħhom, meta tkun ġiet iffissata r-rata ta' ritenzjoni;
(d) jekk ir-rati ta' ritenzjoni għandhomx jiżdiedu sa massimu ta' 20 % jew tagħti raġuni għaliex għandhom jiġu aġġustat 'l isfel, filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet ta' setturi tas-suq; and
(e) sa fejn il-garanziji huma applikabbli fuq assi titolizzati.
Dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji għandu jiġi żviluppat sa ... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] jew, kif jista' jkun il-każ, sentejn minn meta l-aħħar abbozz ta' standards tekniċi regolatorji jkun ġie żviluppat skont dan il-paragrafu. Aġġustament tar-rata ta' ritenzjoni inkluża fl-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji għandu jidħol fis-seħħ għal titolizzazzjonijiet li ma jkunux ġew notifikati lill-BĊE skont l-Artikoli 243 u 244 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dawk l-istandards tekniċi regolatorji.
L-EBA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
3. Wara l-pubblikazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament, il-BERS għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri li jispeċifikaw jekk hux meħtieġ li jerġgħu jiġu vvalutati l-miżuri bbażati fuq il-mutwatarju li jinkludu l-aġġustament għall-valur massimu ta' self, self għal dħul jew servizz tad-dejn għad-dħul għal assi li jridu jiġu titolizzati.
4. Kull meta abbozz ta' standard tekniku regolatorju jiġi ppreżentat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll jekk, skont l-Artikolu 270f tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-emendi għall-livelli minimi tar-riskju għat-titolizzazzjonijiet previsti fl-Artikoli 259, 260, 261, 263 u 264 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 humiex meħtieġa, u tadotta atti delegati skont dan, fejn xieraq.
Artikolu 17
Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta' rimedju
1. Mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-Istati Membri jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali skont l-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jfasslu s-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta' rimedju xierqa applikabbli għas-sitwazzjonijiet li fihom:
(a) oriġinatur, sponsor jew mutwanti oriġinali jkun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4;
(b) oriġinatur, sponsor u SSPE jkunu naqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5;
(c) it-titolizzazzjoni tkun ġiet deżinjata bħala STS u l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE ta' dik it-titolizzazzjoni jkunu naqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7 sa 10 jew l-Artikoli 11 sa 13 ▌.
(ca) oriġinatur jew sponsor ikunu jużaw id-deżinjazzjoni "STS" għat-titolizzazzjoni tagħhom, billi jiksru l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, għajr waqt li t-titolizzazzjoni tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 7 sa 10 jew l-Artikoli 11 sa 13 ta' dan ir-Regolament;
(cb) oriġinatur jew sponsor ikun għamel notifika qarrieqa skont l-Artikolu 14(1) ta' dan ir-Regolament.
L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li s-sanzjonijiet amministrattivi u/jew il-miżuri ta' rimedju huma implimentati b'mod effettiv.
2. Dawk is-sanzjonijiet u l-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u, tal-inqas, għandhom jinkludu:
(a) dikjarazzjoni pubblika, li tindika l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur skont l-Artikolu 22;
(b) ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex tieqaf minn din l-imġiba u ma tirrepetihiex;
(c) projbizzjoni temporanja kontra kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li tkun responsabbli minn funzjonijiet maniġerjali fit-tali impriżi;
(d) fil-każ tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 1(c) ta' dan l-Artikolu, projbizzjoni temporanja għall-oriġinatur, għall-isponsor u għall-SSPE milli jinnotifikaw huma stess li titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 10 jew fl-Artikoli 11 sa 13 ta' dan ir-Regolament;
(e) fir-rigward ta' persuna fiżika, multi amministrattivi massimi ta' mhux inqas minn EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri fejn il-munita mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
(f) jew fil-każ ta' persuna ġuridika, il-multi amministrattivi massimi msemmijin fil-punt (e) jew sa 10 % tal-fatturat annwali totali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali; meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta' dħul b'konformità mal-atti leġiżlattivi kontabilitsiċi rilevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali finali;
(g) multi amministrattivi finali ta' mhux inqas minn tliet darbiet l-ammont tal-benefiċċju miksub mill-ksur meta dak il-benefiċċju jkun jista' jiġi stabbilit, anke jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi fil-punti (e) u (f).
(ga) multi amministrattivi minimi ta' mhux inqas mill-ammont tal-benefiċċju miksub mill-ksur meta dak il-benefiċċju jkun jista' jiġi stabbilit, anke jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi msemmija fil-punti (e) u (f) ta' dan il-paragrafu.
3. Meta d-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-ewwel paragrafu japplikaw għall-persuni ġuridiċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti japplikaw is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta' rimedju stabbiliti fil-paragrafu 2 għal membri tal-korp maniġerjali, u għal individwi oħrajn li huma responsabbli għall-ksur skont il-liġi nazzjonali.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni li timponi s-sanzjonijiet amministrattivi jew il-miżuri ta' rimedju stabbiliti fil-paragrafu 2 tkun motivata sew u tkun soġġetta għad-dritt ta' appell quddiem tribunal.
Artikolu 18
Eżerċizzju tas-setgħa biex timponi sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta' rimedju
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat li jimponu s-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta' rimedju msemmijin fl-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament skont l-oqfsa legali nazzjonali tagħhom:
(a) direttament;
(b) f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħrajn;
(c) b'applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
2. Meta jistabbilixxu t-tip u l-livell ta' sanzjoni amministrattiva jew miżura ta' rimedju imposta skont l-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, inkluż sa fejn il-ksur ikun intenzjonat jew jirriżulta minn żball fattwali u, fejn xieraq:
(a) il-materjalità, il-gravità u d-durata tal-ksur;
(b) il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-ksur u jekk ingħatax parir minn parti terza biex jiġi żgurat li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet STS;
(c) is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli kif indikat b'mod partikolari mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali u l-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;
(d) l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf li jkun ġie evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;
(e) it-telf għal partijiet terzi kkaġunati mill-ksur, meta dan ikun jista' jiġi stabbilit;
(f) il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-bżonn li jiġi żgurat li jiġu ċeduti l-profitti miksubin jew it-telf evitat minn dik il-persuna;
(g) il-ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.
Artikolu 19
Dispożizzjoni tas-sanzjonijiet kriminali
1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għas-sanzjonijiet amministrattivi jew għall-miżuri ta' rimedju għal ksur li jkun soġġett għal sanzjonijiet kriminali skont il-liġi nazzjonali tagħhom.
2. Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, b'konformità mal-paragrafu 1, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 17(1) ta' dan ir-Regolament, għandhom jaraw li hemm il-miżuri xierqa fis-seħħ sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat meħtieġa kollha biex jaħdmu mal-awtoritajiet ġudizzjarji, tal-prosekuzzjoni jew tal-ġustizzja kriminali fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom ħalli jirċievu informazzjoni speċifika marbuta ma' investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali mibdija għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 17(1), u sabiex jipprovdu l-istess informazzjoni lil awtoritajiet kompetenti oħrajn u lill-ESMA, l-EBA u l-EIOPA sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jikkooperaw għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 20
Dmirijiet ta' notifika
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw dan il-Kapitolu, inkluża kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt kriminali, lill-Kummissjoni, lill-ESMA, lill-EBA u lill-EIOPA sa [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA, lill-EBA u lill-EIOPA mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe emenda sussegwenti fihom.
Artikolu 21
Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej
1. L-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament u l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin u jiskambjaw informazzjoni biex iwettqu dmirijiethom skont l-Artikoli 16 sa 19, b'mod partikolari biex jidentifikaw u jirrimedjaw ksur ta' dan ir-Regolament.
1a. Għandu jiġi stabbilit kumitat ta' titolizzazzjoni speċifiku fil-qafas tal-kumitat konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw mill-qrib fih, sabiex iwettqu dmirijiethom skont l-Artikoli 16 sa 19 ta' dan ir-Regolament.
2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu anke jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi fir-rigward tal-eżerċitar tas-setgħat ta' sanzjonar tagħhom u biex jiffaċilitaw l-irkupru ta' sanzjonijiet pekunjarji.
3. Meta awtorità kompetenti ssib li nkiser dan ir-Regolament jew meta jkollha raġuni biex temmen hekk, hija għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-oriġinatur, tal-isponsor, tal-mutwanti oriġinali, tal-SSPE jew tal-investitur bis-sejbiet tagħha b'mod dettaljat biżżejjed. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkoordinaw is-superviżjoni tagħhom mill-qrib sabiex jiżguraw li jittieħdu deċiżjonijiet konsistenti u l-awtorità kompetenti li ssib il-ksur għandha tinnotifika lill-ESMA minnufih.
4. Meta l-ksur imsemmi fil-paragrafu 3 jkun jikkonċerna, b'mod partikolari, notifika żbaljata jew qarrieqa skont l-Artikolu 14(1) ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti li ssib dak il-ksur għandha tinnotifika wkoll lill-ESMA, lill-EBA u lill-EIOPA bis-sejbiet tagħha mingħajr dewmien.
5. Meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandha tieħu kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex tindirizza l-ksur identifikat u tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħrajn, b'mod partikolari dawk tal-oriġinatur, tal-isponsor, tal-SSPE u l-awtoritajiet kompetenti tad-detentur ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni, meta jkunu magħrufa. F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-ESMA u għandha tapplika l-proċedura tal-Artikolu 19 u, fejn applikabbli, l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
6. L-ESMA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-obbligu ta' kooperazzjoni ġenerali u l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata skont il-paragrafu 1 u l-obbligi ta' notifika skont il-paragrafi (3) u (4).
L-ESMA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-EIOPA, għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 22
Pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta' rimedju
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw kull deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura ta' rimedju għal ksur tal-Artikoli 4, 5 jew 14(1) ta' dan ir-Regolament mingħajr dewmien fuq is-sit web uffiċjali tagħhom wara li d-destinatarju tas-sanzjoni jew tal-miżura tas-sanzjoni jew tal-miżura jkun ġie nnotifikat b'dik id-deċiżjoni.
2. Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni dwar it-tip u l-għamla tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli u s-sanzjoniijet jew il-miżuri imposti.
3. Meta l-pubblikazzjoni tal-identità, f'każ ta' persuni ġuridiċi, jew l-identità u d-dejta personali , f'każ ta' persuni fiżiċi, titqies mill-awtorità kompetenti li mhijiex proporzjonata wara valutazzjoni ta' każ b'każ jew meta l-awtorità kompetenti tqis li l-pubblikazzjoni tat-tali dejta, tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew ta' investigazzjoni li tkun għaddejja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jew:
(a) jiddiferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva jew il-miżura ta' rimedju sakemm ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet għan-nuqqas ta' pubblikazzjoni; or
(b) jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva jew ir-rimedju, waqt li jħallu barra għal perjodu ta' żmien raġonevoli l-identità u d-dejta personali tad-destinatarju, jekk ikun imbassar li f'dak iż-żmien ir-raġunijiet għall-publikazzjoni anonima ma jibqgħux jeżistu u diment li din il-pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-dejta personali kkonċernata; or
(c) ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva jew il-miżura ta' rimedju affattu f'każ li l-opzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) jitqiesu li mhumiex biżżejjed biex jiżguraw:
(i) li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tkunx ipperikolata;
(ii) il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni tat-tali deċiżjonijiet fir-rigward tal-miżuri li jitqiesu li huma ta' xorta minuri.
4. Fil-każ ta' deċiżjoni li tiġi pubblikata sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima, il-pubblikazzjoni tad-dejta rilevanti tista' tiġi posposta. Meta deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura ta' rimedju tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll iżidu immedjatament fuq is-sit web uffiċjali tagħhom dik l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar l-eżitu ta' tali appell. Kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja li tħassar deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura ta' rimedju għandha tiġi ppubblikata wkoll.
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandha tibqa' fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal mhux inqas minn ħames snin wara li tiġi ppubblikata. Dejta personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti għall-perjodu li hu meħtieġ skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta biss.
6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-ESMA, lill-EBA u lill-EIOPA dwar is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta' rimedju kollha imposti, inkluż, fejn xieraq, kwalunkwe appell b'rabta magħhom u l-eżitu ta' dan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu l-informazzjoni u s-sentenza finali b'rabta ma' kwalunkwe sanzjoni kriminali imposta u jippreżentawhom lill-ESMA, l-EBA jew l-EIOPA.
7. L-ESMA, l-EBA u l-EIOPA għandhom iżommu b'mod konġunt bażi ta' dejta ċentrali tas-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta' rimedju kkomunikati lilhom. Il-bażi ta' dejta għandha tkun aċċessibbli biss għall-awtoritajiet kompetenti u għandha tiġi aġġornata fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 6.
Kapitolu 4a
Rekwiżiti għar-repożitorji ta' titolizzazzjoni
Artikolu 22a
Rekwiżiti ġenerali
1. Repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu:
(a) ikollu arranġamenti ta' governanza robusti, li jinkludi struttura organizzattiva ċara b'linji tar-responsabbiltà definiti b'mod ċar, trasparenti u konsistenti u mekkaniżmi tal-kontroll intern xierqa, inklużi proċeduri amministrattivi u tal-kontabbiltà sodi, li jipprevjenu kwalunkwe divulgazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali;
(b) iżomm u jopera arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-miktub sabiex jidentifika u jimmaniġġja kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali li jikkonċerna l-maniġers u l-impjegati tiegħu, jew kwalunkwe persuna direttament jew indirettament konnessa magħhom mill-qrib;
(c) jistabbilixxi politiki u proċeduri xierqa li jkunu biżżejjed biex jiżguraw il-konformità, inkluż tal-maniġers u l-impjegati tagħhom ma' dan ir-Regolament fl-intier tiegħu; and
(d) iżomm u jopera struttura organizzattiva xierqa li tiżgura l-kontinwità u l-funzjonament ordnat tar-repożitorju ta' titolizzazzjoni dwar il-prestazzjoni tas-servizzi u l-attivitajiet tiegħu. Għandu jħaddem sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonali.
2. Fejn repożitorju ta' titolizzazzjoni joffri servizzi anċillari, bħal analiżi, tbassir tas-suq, stimi ta' xejriet ekonomiċi, tal-prezzijiet u analiżi ġenerali oħra ta' data, kif ukoll servizzi ta' distribuzzjoni relatata, ir-repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jżomm dawk is-servizzi anċillari separati b'mod operazzjonali mill-funzjoni tar-repożitorju ta' titolizzazzjoni tal-ġbir u ż-żamma b'mod ċentrali ta' rekords ta' informazzjoni dwar it-titolizzazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament.
3. Il-maniġment għoli u l-membri tal-bord tar-repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jkollhom reputazzjoni u esperjenza tajba biżżejjed biex jiżguraw l-immaniġġjar tajjeb u prudenti tar-repożitorju ta' titolizzazzjoni.
4. Repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jkollu rekwiżiti oġġettivi, mhux diskriminatorji u żvelati pubblikament għall-aċċess għall-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPE soġġett għall-obbligu tat-trasparenza stabbilit fl-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament. Repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jagħti lil fornituri tas-servizzi aċċess mhux diskriminatorju għal informazzjoni miżmuma mir-repożitorju ta' titolizzazzjoni, bil-kundizzjoni li l-kontropartijiet rilevanti jkunu taw l-approvazzjoni tagħhom. Restrizzjonijiet fuq l-aċċess għandhom ikunu permessi biss safejn l-għan tagħhom ikun il-kontroll tar-riskju għall-informazzjoni miżmuma minn repożitorju ta' titolizzazzjoni.
5. Repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jiżvela pubblikament il-prezzijiet u t-tariffi assoċjati mas-servizzi pprovduti skont dan ir-Regolament. Għandu jiżvela l-prezzijiet u t-tariffi ta' kull servizz provdut separatament, inklużi skontijiet u ribassi u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġi ssodisfati biex jibbenefika minn dak it-tnaqqis. Għandu jippermetti li l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' informazzjoni biex ikollhom aċċess għas-servizzi speċifiċi separatament. Il-prezzijiet u t-tariffi imposti minn repożitorju ta' titolizzazzjoni għandhom ikunu relatati mal-ispejjeż.
6. Repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jkollu proċeduri adegwati li jiżguraw il-kwalità tal-informazzjoni ppubblikata.
7. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti ta' trasparenza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-proċeduri li għandhom jiġu applikati minn repożitorju ta' titolizzazzjoni sabiex jivverifikaw il-kompletezza u l-korrettezza tal-informazzjoni sottomessa mill-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPE skont l-Artikolu 5(2).
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f'dan il-paragrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 22b
Affidabbiltà operazzjonali
1. Repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jidentifika s-sorsi tar-riskju operazzjonali u jimminimizzahom permezz tal-iżvilupp ta' sistemi, kontroll u proċeduri xierqa. Tali sistemi għandhom ikunu affidabbli u sikuri, u għandu jkollhom kapaċità xierqa għall-immaniġġjar tal-informazzjoni rċevuta.
2. Repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jistabilixxi, jimplimenta u jżomm politika tal-kontinwità tal-operat u pjan ta' rkupru minn diżastru bl-għan li jiżgura l-preservazzjoni tal-funzjonijiet tiegħu, l-irkupru fil-ħin tal-operazzjonijiet u s-sodisfar tal-obbligi tar-repożitorju ta' titolizzazzjoni. Tali pjan għandu mill-inqas jipprevedi l-istabbiliment ta' faċilitajiet ta' riżerva.
3. Repożitorju ta' titolizzazzjoni li minnu tkun ġiet irtirata reġistrazzjoni għandu jiżgura s-sostituzzjoni ordnata, inkluż it-trasferiment tad-dejta lil repożitorju ta' titolizzazzjoni ieħor.
Artikolu 22c
Salvagwardjar u reġistrar
1. Repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jiżgura l-kunfidenzjalità, l-integrità u l-protezzjoni tal-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 5(1).
2. Repożitorju ta' titolizzazzjoni jista' biss juża l-informazzjoni li jirċievi skont dan ir-Regolament għal finijiet kummerċjali kemm-il darba l-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE jkunu taw l-approvazzjoni tagħhom.
3. Repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu minnufih jirreġistra l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 5(1) u għandu jżommha għal mill-inqas 10 snin wara t-terminazzjoni tal-kuntratti rilevanti. Għandu jħaddem proċeduri taż-żamma tar-rekords puntwali u effiċjenti sabiex jiddokumenta l-bidliet fl-informazzjoni rreġistrata.
4. Repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jippermetti lill-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar dak il-kuntratt fil-ħin.
5. Repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jieħu l-passi raġonevoli kollha sabiex jipprevjeni kwalunkwe użu ħażin tal-informazzjoni miżmuma fis-sistemi tiegħu.
Persuna fiżika li jkollha relazzjoni ma' repożitorju ta' titolizzazzjoni jew persuna ġuridika li jkollha impriża prinċipali jew relazzjoni sussidjarja mar-repożitorju ta' titolizzazzjoni ma għandhiex tuża l-informazzjoni kundifenzjali rreġistrata f'repożitorju ta' titolizzazzjoni għal finijiet kummerċjali.
Artikolu 22d
Trasparenza u disponibbiltà tad-dejta
1. Repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu, regolarment u b'mod faċilment aċċessibbli, jippubblika informazzjoni skont l-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament fuq il-mudelli standardizzati rrappurtati lilu.
2. Repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jiġbor u jżomm id-dejta u għandu jiżgura li l-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 3 jkollhom aċċess dirett u immedjat għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) u (d) tal-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament b'tali mod li jippermettulhom li jwettqu r-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom.
3. Repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jirrapporta dejta aggregata skont mudell standardizzat mogħti mill-ESMA. Din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata mill-ESMA f'konformità mal-paragrafu 3 tal-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.
4. Repożitorju ta' titolizzazzjoni għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-entitajiet li ġejjin, biex jgħinhom jissodisfaw ir-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom:
(a) l-ESMA;
(b) l-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament;
5. L-ESMA għandha tikkondividi l-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha mal-awtoritajiet rilevanti l-oħra tal-Unjoni.
6. L-ESMA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, inklużi mudelli standardizzati, biex tispeċifika l-informazzjoni u l-format tiegħu, li l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE għandhom jipprovdu sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-paragrafu 1(a) u (d) tal-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f'dan il-paragrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 22e
L-eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5i(7), l-Artikolu 5p(3) u l-Artikolu 22f(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 5i(7), l-Artikolu 5p(3) u l-Artikolu 22f(1) tista' tiġi revokata f'kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ESMA.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 5i(7), l-Artikolu 5p(3) u l-Artikolu 22f(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw, it-tnejn li huma, lill-Kummissjoni li mhumiex se jqajmu oġġezzjoni. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Kapitolu 4b (ġdid)
Reġim tal-pajjiżi terzi
Artikolu 22f
Ekwivalenza u rikonoxximent ta' qafas regolatorju
1. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22e biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina li l-arranġamenti legali, superviżorji u ta' infurzar ta' pajjiż terz:
(a) huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 10 għal titolizzazzjoni mhux ABCP u l-Artikoli 11 sa 13 għal titolizzazzjoni ABCP u għas-setgħat u s-sanzjonijiet superviżorji stabbiliti fil-Kapitolu 4; and
(b) qed jiġu applikati u infurzati b'mod effettiv, ekwu u mhux distorsiv sabiex ikunu żgurati superviżjoni u infurzar effettivi f'dak il-pajjiż terz;
2. Meta l-Kummissjoni tkun adottat att delegat dwar l-ekwivalenza fir-rigward ta' pajjiż terz, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, titolizzazzjoni għandha titqies li ssodisfat ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 10 għal titolizzazzjoni mhux ABCP u l-Artikoli 11 sa 13 għal titolizzazzjoni ABCP, fejn l-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE ta' titolizzazzjoni li hija stabbilita f'dak il-pajjiż terz u l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE, kif applikabbli, ikunu kkonformaw mal-obbligi rilevanti ta' dak il-pajjiż terz fir-rigward ta' dik it-titolizzazzjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-ESMA, tissorvelja l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 6 sa 14, minn pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom att delegat dwar l-ekwivalenza ikun ġie adottata u għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan. Meta r-rapport jiżvela applikazzjoni insuffiċjenti jew inkonsistenti tar-rekwiżiti ekwivalenti minn awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, fi żmien 30 jum kalendarju mill-preżentazzjoni tar-rapport, jekk tirtirax ir-rikonoxximent bħala ekwivalenti għall-qafas legali tal-pajjiż terz ikkonċernat.
TITOLU III
EMENDI
Artikolu 23
Emenda għad-Direttiva 2009/65/KE
L-Artikolu 50a tad-Direttiva 2009/65/KE huwa mħassar
Artikolu 24
Emenda għad-Direttiva 2009/138/KE
Id-Direttiva 2009/138/KE hija emendata kif ġej:
(1) fl-Artikolu 135, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:
"2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 301a li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għaċ-ċirkustanzi li fihom tista' tiġi ordnata imposta kapitali addizzjonali proporzjonata meta jinkisru r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament [ir-Regolament dwar it-titolizzazzjoni], mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 101(3).
3. Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti b'rabta mal-paragrafu 2, l-EIOPA, soġġetta għall-Artikolu 301b, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-metodoloġiji għall-kalkolu tal-imposta kapitali addizzjonali proporzjonata msemmija hemm.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
(2) L-Artikolu 308b(11) jitħassar;
Artikolu 25
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2009/1060
Ir-Regolament (KE) Nru 2009/1060 huwa emendat kif ġej:
(1) Fil-premessi 22 u 41, fl-Artikoli 8c u fl-Anness II, punt 1, "strument finanzjarju strutturat" hija sostitwita bi "strument ta' titolizzazzjoni".
(2) Fil-premessi 34 u 40, fl-Artikoli 8(4), 8c, 10(3), 39(4) kif ukoll fl-Anness I, Taqsima A, punt 2, paragrafu 5, Anness I, Taqsima B, punt 5, Anness II (titolu u punt 2), Anness III, Parti I, punti 8, 24 u 45, l-Anness III, Parti III, punt 8, "strumenti finanzjarji strutturati" hija sostitwita bi "strumenti ta' titolizzazzjoni".
(3) Fl-Artikolu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l-obbligi għall-emittenti u l-partijiet terzi relatati stabbiliti fl-Unjoni rigward l-istrumenti ta' titolizzazzjoni."
(4) fl-Artikolu 3, il-punt (l) huwa sostitwit b'dan li ġej:
"(l) "strument ta' titolizzazzjoni" tfisser strument finanzjarju jew assi oħrajn li jirriżultaw minn tranżazzjoni jew skema ta' titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament [dan ir-Regolament];
(5) L-Artikolu 8b huwa mħassar."
Artikolu 26
Emenda għad-Direttiva 2011/61/UE
L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2011/61/UE huwa mħassar.
Artikolu 27
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 648/2012
Ir-Regolament Nru 648/2012/UE huwa emendat kif ġej:
(1) fl-Artikolu 2 jiżdiedu l-punti 30 u 31:
"(30) "bond kopert" tfisser bond li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
(31) "entità ta' bonds koperti" tfisser l-emittent tal-bonds koperti jew l-ippuljar ta' kopertura ta' bond kopert."
(2) fl-Artikolu 4 jiżdiedu l-paragrafi 5 u 6 li ġejjin:
"5. L-Artikolu 4(1) ma għandux japplika fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li ma jiġux konklużi minn entitajiet ta' bonds koperti b'rabta ma' bond kopert, jew minn Entità bi Skop Speċjali tat-Titolizzazzjoni b'rabta ma' titolizzazzjoni, skont it-tifsira tar-Regolament [ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni] diment li:
(a) fil-każ ta' Entitajiet bi Skop Speċjali tat-Titolizzazzjoni, l-Entità bi Skop Speċjali tat-Titolizzazzjoni għandha toħroġ biss titolizzazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7 sa 10 jew l-Artikoli 11 sa 13 u l-Artikolu 6 tar-Regolament [ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];
(b) il-kuntratt tad-derivattivi OTC jintuża biss biex jiħħeġġja spariġġi fir-rati tal-imgħax jew fil-valuti fil-bond kopert jew fit-titolizzazzjoni; and
(c) l-arranġamenti fil-bond kopert jew fit-titolizzazzjoni jimmitigaw b'mod adegwat ir-riskju ta' kreditu tal-kontroparti fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi mill-entità ta' bonds koperti jew Entità bi Skop Speċjali tat-Titolizzazzjoni b'rabta mal-bond kopert jew it-titolizzazzjoni.
6. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, u filwaqt li jitqies il-bżonn li jiġi evitat arbitraġġ regolatorju, l-ASE għandhom jiżviluppaw abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-istabbiliment ta' liema arranġamenti f'bonds koperti jew titolizzazzjonijiet jimmitigaw b'mod adegwat ir-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, skont it-tifsira tal-paragrafu 5.
L-ASE għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sitt xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010."
(3) fl-Artikolu 11, il-paragrafu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"15. Biex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-ASE għandhom jiżviluppaw abbozz komuni ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a) il-proċeduri ta' mmaniġġjar tar-riskju, inklużi l-livelli u t-tip ta' kollateral u arranġamenti ta' segregazzjoni, meħtieġa għall-konformità mal-paragrafu 3;
(b) il-proċeduri għall-kontropartijiet u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti li jridu jiġu segwiti meta jiġu applikati l-eżenzjonijiet skont il-paragrafi 6 sa 10;
(c) il-kriterji applikabbli msemmijin fil-paragrafi 5 sa 10, inkluż, b'mod partikolari, dak li għandu jitqies bħala xkiel prattiku jew legali għat-trasferiment minnufih ta' fondi proprji u r-ripagament ta' obbligazzjonijiet bejn il-kontropartijiet.
Il-livell u t-tip ta' kollateral meħtieġ fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li huma konklużi minn entitajiet ta' bonds koperti b'rabta ma' bond kopert, jew minn Entità bi Skop Speċjali tat-Titolizzazzjoni b'rabta ma' titolizzazzjoni skont it-tifsira ta' [dan ir-Regolament] u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4(5) ta' dan ir-Regolament u r-rekwiżiti tal-Artikoli 7 sa 10 jew l-Artikoli 11 sa 13 u l-Artikolu 6 tar-Regolament [ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni] għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jittieħed f'kunsiderazzjoni kwalunkwe xkiel affaċċjat fl-iskambju tal-kollateral fir-rigward ta' arranġameti kollaterali eżistenti fil-bond kopert jew it-titolizzazzjoni. L-ASE għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]
Skont in-natura legali tal-kontroparti, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu b'konformità jew mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010."
Artikolu 28
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Dan ir-Regolament japplika għal titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom ikunu ġew ippubblikati fi [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] jew wara, soġġett għall-paragrafi 2 sa 6.
2. Fir-rigward tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni pendenti minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jistgħu jużaw id-deżinjazzjoni "STS" jew deżinjazzjoni li tirreferi direttament jew indirettament għal dawn it-termini biss meta r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament ikunu ġew imħarsa.
3. Fir-rigward tat-titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom ikunu ġew ippubblikati fl-1 ta' Jannar 2011 jew wara iżda qabel... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u fir-rigward ta' titolizzazzjonijiet ippubblikati qabel dik id-data, fejn żdiedu jew ġew sostitwiti skoperturi sottostanti wara l-31 ta' Diċembru 2014, ir-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/35 kif ukoll ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 għandhom ikomplu japplikaw fil-verżjoni applikabbli fil-... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
4. Fir-rigward ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjonijiet pendenti minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew id-ditti tal-investiment kif definit fl-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 2013/575, l-impriżi tal-assigurazzjoni kif definiti fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi ta' riassigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 13 punt (4) tad-Direttiva 2009/138/KE u maniġers ta' fondi ta' investiment alternattiv (AIFM) kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE jibqgħu japplikaw l-Artikolu 405 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għall-Kapitoli 1, 2 u 3 u l-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2014, l-Artikoli 254 u 255 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/35 u l-Artikolu 51 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013, rispettivament, fil-verżjoni applikabbli fi [jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
5. Sal-mument meta japplikaw l-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(6) ta' dan ir-Regolament, l-oriġinaturi, l-isponsors jew il-mutwanti oriġinali, għall-finijiet tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fil-Kapitoli 1, 2 u 3 u fl-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2014 għat-titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom ikunu nħarġu fi [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] jew wara.
6. Sal-mument meta japplikaw l-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5(3) ta' dan ir-Regolament, l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPE, għall-finijiet tal-obbligi stabbiliti fil-punti a) u e) tal-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament, għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fl-Annessi I sa VIII tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/3 disponibbli għas-sit web imsemmi fl-Artikolu 5(2).
Artikolu 29
Rapporti
1. Sa ... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull tliet snin wara, l-ESMA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-EIOPA, għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti STS kif stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 14 ▌.
2. Sa ... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-ASE u mal-BERS, għandha tippubblika rapport dwar l-effetti ta' dan ir-Regolament fuq is-suq għat-titolizzazzjonijiet fl-Unjoni. Dak ir-rapport għandu jinkludi partikolarment valutazzjoni ta' dawn kollha li ġejjin:
(a) l-effetti tal-introduzzjoni ta' tikketta ta' titolizzazzjoni STS, inkluż dwar l-ekonomija reali u b'mod partikolari fuq l-aċċess għall-kreditu għall-SMEs,
(b) il-funzjonament ta' dak is-suq;
(c) l-effetti tal-interkonnettività bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-istabbiltà tas-settur finanzjarju.
2a. L-EBA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-EIOPA, għandha tippubblika rapport mill-inqas kull sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament dwar il-konformità tal-parteċipanti fis-suq ma' dan ir-Regolament u b'mod partikolari r-rekwiżiti dwar ir-ritenzjoni tar-riskju u l-modalitajiet ta' ritenzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 4(2).
3. Sa ... [tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ESMA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-EIOPA, għandha tippubblika rapport dwar il-funzjonament tar-rekwiżiti ta' trasparenza fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament u l-livell ta' trasparenza tas-suq tat-titolizzazzjoni fl-Unjoni.
3a. Sa ... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ESMA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-EIOPA, għandha tippubblika rapport dwar il-fattibbiltà ta' qafas regolatorju, li jikkomplementa l-qafas il-ġdid dwar it-titolizzazzjoni stabbilit f'dan ir-Regolament, li jistabbilixxi sistema ta' banek liċenzjati limitati, li jwettqu l-funzjonijiet ta' SSPEs u li għandhom id-dritt esklużiv li jixtru skoperturi minn oriġinaturi u jbigħu pretensjonijiet appoġġjati mill-iskoperturi mixtrija lil investituri. Ir-rapport għandu jeżamina fid-dettall il-vantaġġi u l-iżvantaġġi, minn perspettiva ta' politika pubblika u ekonomija reali, li jkun hemm entitajiet iddeżinjati b'mod ċar soġġetti għal reġim superviżorju u ta' insolvenza speċifiku li jkopri l-attivitajiet ta' intermedjazzjoni essenzjali bejn l-oriġinaturi u l-investituri meta mqabbla mas-sitwazzjoni attwali li hija eteroġena ħafna.
3b. Sa ... [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-EBA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-EIOPA, għandha tippubblika rapport dwar il-fattibilità ta' qafas għal titolizzazzjoni sintetika sempliċi, trasparenti u standardizzata, limitat għal titolizzazzjoni tal-karta bilanċjali u li jinkludi proposti għal rekwiżiti kapitali xierqa għal tali titolizzazzjoni
3c. Sa ... [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tar-rapport tal-EBA msemmi fil-paragrafu 3b, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' proposti għal titolizzazzjoni sintetika sempliċi, trasparenti u standardizzata, li jkun limitat għal titolizzazzjoni tal-karta tal-bilanċ u li jinkludi proposti għal rekwiżiti kapitali xierqa għal tali titolizzazzjoni, flimkien ma' proposti leġislattivi jekk ikun xieraq.
Artikolu 30
Rieżami
Sa ... [tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament ta' dan ir-Regolament, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva.
Dak ir-rapport għandu jikkunsidra b'mod partikolari s-sejbiet tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 29(1) sa (3c).
Artikolu 31
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS I
Lista ta' ksur imsemmi fl-Artikolu 5j
I Ksur relatat ma' rekwiżiti organizzattivi jew kunflitti ta' interess:
(a) repożitorju ta' titolizzazzjoni jikser l-Artikolu 22a(1) billi ma jkollux arranġamenti ta' governanza robusti li jinkludu struttura organizzattiva ċara b'linji tar-responsabbiltà definiti b'mod ċar, trasparenti u konsistenti u mekkaniżmi tal-kontroll intern adegwati, inklużi proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità sodi, li jipprevjenu l-iżvelar ta' informazzjoni kunfidenzjali;
(b) repożitorju ta' titolizzazzjoni jikser l-Artikolu 22a(2) billi ma jżommx jew ma joperax arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-miktub sabiex jidentifika u jimmaniġġja kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali li jikkonċerna l-maniġers tiegħu, l-impjegati tiegħu, jew kwalunkwe persuna direttament jew indirettament konnessa magħhom mill-qrib;
(c) repożitorju ta' titolizzazzjoni jikser l-Artikolu 22a(3) billi ma jistabilixxix politiki u proċeduri adegwati sabiex jiżgura konformità ma' dan ir-Regolament fl-intier tiegħu, inkluż mill-maniġers u l-impjegati tiegħu;
(d) repożitorju ta' titolizzazzjoni jikser l-Artikolu 22a(4) billi ma jżommx jew ma joperax struttura organizzattiva adegwata biex jiżgura l-kontinwità u l-funzjonament tajjeb tar-repożitorju ta' titolizzazzjoni fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tiegħu;
(e) repożitorju ta' titolizzazzjoni jikser l-Artikolu 22a(5) billi ma jisseparax b'mod operazzjonali s-servizzi anċillari tiegħu mill-funzjoni tiegħu li jiġbor u jżomm f'post ċentrali r-rekords tad-derivattivi;
(f) repożitorju ta' titolizzazzjoni jikser l-Artikolu 22a(6) billi ma jiżgurax li l-maniġment għoli u d-diretturi għandhom reputazzjoni u esperjenza tajba biżżejjed sabiex ikun żgurat il-maniġment sod u prudenti tar-repożitorju ta' titolizzazzjoni;
(g) repożitorju ta' titolizzazzjoni jikser l-Artikolu 22a(7) billi ma jkollux rekwiżiti oġġettivi, mhux diskriminatorji u żvelati pubblikament għall-aċċess minn fornituri tas-servizzi u l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPE soġġetti għall-obbligu tar-rapportar stabbilit fl-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament;
(h) repożitorju ta' titolizzazzjoni jikser l-Artikolu 22b(8) billi ma jiżvelax pubblikament il-prezzijiet u t-tariffi assoċjati mas-servizzi pprovduti skont dan ir-Regolament, billi ma jippermettix lill-entitajiet ta' rappurtar ikollhom aċċess għal servizzi speċifiċi separatament jew billi jimponi prezzijiet u tariffi li ma jkunux relatati mal-ispejjeż.
II Ksur relatat ma' rekwiżiti operazzjonali:
(a) repożitorju ta' titolizzazzjoni jikser l-Artikolu 22b(1) billi ma jidentifikax sorsi ta' riskju operattiv jew billi ma jimminimizzax dawk ir-riskji permezz tal-iżvilupp ta' sistemi, kontrolli u proċeduri xierqa;
(b) repożitorju ta' titolizzazzjoni jikser l-Artikolu 22b(2) billi ma jistabbilixxix, ma jimplimentax jew ma jżommx politika tal-kontinwità tal-operat u pjan ta' rkupru minn diżastru bl-għan li jiżgura l-preservazzjoni tal-funzjonijiet tiegħu, l-irkupru fil-ħin tal-operazzjonijiet u s-sodisfar tal-obbligi tar-repożitorju ta' titolizzazzjoni;
(c) repożitorju ta' titolizzazzjoni jikser l-Artikolu 22c(1) billi ma jiżgurax il-kunfidenzjalità, l-integrità jew il-protezzjoni tal-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 5(2) ta' dan ir-Regolament;
(d) repożitorju ta' titolizzazzjoni jikser l-Artikolu 22c(2) billi juża d-dejta li jirċievi skont dan ir-Regolament għal finijiet kummerċjali mingħajr ma l-kontropartijiet rilevanti jkunu taw il-kunsens tagħhom;
(e) repożitorju ta' titolizzazzjoni jikser l-Artikolu 22c(3) billi ma jirreġistrax minnufih l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 5 u billi ma jżommhiex għal mill-inqas 10 snin wara t-terminazzjoni tal-kuntratti rilevanti jew billi ma jużax proċeduri ta' żamma ta' rekords tempestivi u effiċjenti biex jirreġistra bidliet li saru f'informazzjoni rreġistrata;
(f) repożitorju ta' titolizzazzjoni jikser l-Artikolu 22c(5) billi ma jippermettix lill-partijiet għal kuntratt ikollhom aċċess għal u jikkoreġu l-informazzjoni dwar dak il-kuntratt fi żmien debitu;
(h) repożitorju ta' titolizzazzjoni jikser l-Artikolu 22c(6) billi ma jiħux il-passi kollha raġonevoli biex jipprevjeni kwalunkwe użu ħażin tal-informazzjoni miżmuma fis-sistemi tiegħu.
III Ksur relatat mat-trasparenza u d-disponibbiltà tal-informazzjoni:
(a) repożitorju ta' titolizzazzjoni jikser l-Artikolu 5d(1) billi ma jippubblikax regolarment, b'mod faċilment aċċessibbli, dejta aggregata dwar l-informazzjoni rrapportata lilu;
(b) repożitorju ta' titolizzazzjoni jikser l-Artikolu 5d(2) billi ma jippermettix lill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 5d(3) ikollhom aċċess dirett u immedjat għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 li jippermettilhom li jwettqu r-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom.
IV Ksur relatat mal-ostakli għall-attivitajiet superviżorji:
(a) repożitorju ta' titolizzazzjoni jikser l-Artikolu 5f(1) billi jipprovdi informazzjoni mhux korretta jew li tqarraq bħala tweġiba għal talba sempliċi għal informazzjoni mill-ESMA skont l-Artikolu 5f(2) jew bħala tweġiba għal deċiżjoni mill-ESMA li tkun teħtieġ informazzjoni skont l-Artikolu 5f(3);
(b) repożitorju ta' titolizzazzjoni jipprovdi tweġibiet inkorretti jew li jqarrqu għal mistoqsijiet li jkunu saru skont l-Artikolu 5g(1)(c);
(c) repożitorju ta' titolizzazzjoni ma jikkonformax fi żmien xieraq ma' miżura superviżorja adottata mill-ESMA skont l-Artikolu 5q.
(d) repożitorju ta' titolizzazzjoni ma jinnotifikax lill-ESMA fi żmien xieraq dwar bidliet materjali fil-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni inizjali.
ANNESS II
Lista ta' koeffiċjenti marbutin ma' fatturi aggravanti u attenwanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 22j(3)
Il-koeffiċjenti li ġejjin għandhom ikunu applikabbli, b'mod kumulattiv, għall-ammonti bażiċi msemmija fl-Artikolu 5j(2):
I Koeffiċjenti tal-aġġustamenti marbutin ma' fatturi aggravanti:
(a) jekk il-ksur jitwettaq ripetutament, għal kull darba li jiġi ripetut, għandu japplika koeffiċjent addizzjonali ta' 1,1;
(b) jekk il-ksur jitwettaq għal aktar minn xahar, għandu japplika koeffiċjent addizzjonali ta' 1,5;
(c) jekk il-ksur ikun żvela dgħufijiet sistemiċi fl-organizzazzjoni tar-repożitorju ta' titolizzazzjoni, b'mod partikolari fil-proċeduri, is-sistemi tal-maniġment jew il-kontrolli interni tiegħu, għandu japplika koeffiċjent ta' 2,2;
(d) jekk il-ksur ikollu impatt negattiv fuq il-kwalità tad-data li jżomm, għandu japplika koeffiċjent ta' 1,5;
(e) jekk il-ksur twettaq intenzjonalment, għandu japplika koeffiċjent ta' 2;
(f) jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta' rimedju minn meta kien identifikat il-ksur, għandu japplika koeffiċjent ta' 1,7;
(g) jekk il-maniġment għoli tar-repożitorju ta' titolizzazzjoni ma jkunx ikkoopera mal-ESMA fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tiegħu, għandu japplika koeffiċjent ta' 1,5.
II Koeffiċjenti tal-aġġustamenti marbutin ma' fatturi attenwanti:
(a) jekk il-ksur ikun twettaq għal inqas minn 24 siegħa, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta' 0,9;
(b) jekk il-maniġment għoli tar-repożitorju ta' titolizzazzjoni jkun jista' juri li kien ħa l-miżuri meħtieġa kollha biex jimpedixxi l-ksur, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta' 0,7;
(c) jekk ir-repożitorju ta' titolizzazzjoni jkun ressaq malajr, b'mod effettiv u komplet, il-ksur għall-attenzjoni tal-ESMA, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta' 0,4;
(d) jekk ir-repożitorju ta' titolizzazzjoni jkun ħa miżuri b'mod volontarju biex ikun żgurat li ksur simili ma jkunx jista' jitwettaq fil-futur, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta' 0,6.
- [1] ĠU C 82, 3.3.2016, p. 1.
- [2] ĠU C 219, 17.6.2016, p. 2.
- [3] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
- [4] ĠU C 82, 3.3.2016, p. 1..
- [5] ĠU C 219, 17.6.2016, p. 2.
- [6] Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1). 1).
- [7] Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).
- [8] Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013. p. 263). 263).
- [9] Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
- [10] Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta'l-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).
- [11] Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).
- [12] Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).
ANNEX: LIST OF ENTITIES OR PERSONSFROM WHOM THE RAPPORTEUR HAS RECEIVED INPUT
The following list is drawn up on a purely voluntary basis under the exclusive responsibility of the rapporteur. The rapporteur has received input from the following entities or persons in the preparation of the report:
At the first stakeholders meeting on 25 January 2016:
Entity and/or person |
|
AFME, Richard Hopkin |
|
AIMA, Jane Moran |
|
APG, Johan Banard |
|
Bank of America Merill Lynch, Alexander Batchvarov |
|
Blackrock, Carey Evans |
|
Deutsche Bank, Stephanie Schneider |
|
European Association of Public Banks, Thorsten Guthke |
|
European Banking Federation, Enrique Velazquez |
|
Financing and Leasing Association, Edward Simpson |
|
French Banking Federation, Antoine Garnier |
|
HSBC, Constance Usherwood |
|
ING, Johanneke Weitjens |
|
Intesa Sanpaolo, Francesca Passamonti |
|
Lease Europe, Ingrid Vermeersch |
|
Nederlandse Vereniging van Banken, Martijn Vliegenthart |
|
NN Investment Partners, Emanuel van Praag |
|
PGGM, Michel De Jonge |
|
Prime Collateralised Securities, Ian Bell |
|
At the second stakeholders meeting on 21 June 2016:
Entity and/or person |
|
AFME, Richard Hopkin |
|
AIMA, Jane Moran |
|
AmCham, Cameron Morrisy |
|
APG, Johan Banard |
|
Association of British Insurers, Julie Shah |
|
Association of Danish Mortgage Banks, Jens Valdemar Krenchel |
|
Association of German Banks, Kolja Gabriel |
|
Autorité des Marchés Financiers, Veronique Cerneau |
|
AXA Group, Emmanuelle Nasse-Bridier |
|
Bank of America Merill Lynch, Alexander Batchvarov |
|
Banking & Payments Federation Ireland, Niamh O'Donnellan |
|
Blackrock, Carey Evans |
|
BMW, Maurus Unsoeld |
|
British Banking Association, Ashley Dorrington |
|
CreditUtility, Casey Campbell & Tamar Joulia-Paris |
|
CREFC Europe, Peter Cosmetatos |
|
Dutch Securitisation Association, Rob Koning |
|
EuroABS, Ben Bates |
|
European Association of Public Banks, Thorsten Guthke |
|
European Banking Federation, Enrique Velazquez |
|
European Financial Services Round Table, Rémi Haumonté |
|
European Fund and Asset Management Association, Vincent Dessard |
|
European Investment Fund, George Passaris |
|
Finance Watch, Frederic Hache |
|
Financing and Leasing Association, Edward Simpson |
|
Fleishman Hillard, Chiara Sandon |
|
Ford Credit Europe, Eugene Scales |
|
French Asset Management Association, Maria Goncalves |
|
French Banking Federation, Antoine Garnier |
|
HSBC, Constance Usherwood |
|
ING, Johanneke Weitjens |
|
Insurance Europe, Alois Thiant |
|
International Capital Market Association, Patrik Karlsson |
|
Italian banking association, Emanuela Farris |
|
KfW Bankengruppe, Helmut von Glasenapp |
|
Lease Europe, Ingrid Vermeersch |
|
Loan Market Association, Nicholas Voisey |
|
McGraw Hill Financial, David Henry Doyle |
|
Moody’s Investors Service, Winifred Alexander-Tate |
|
NN Investment Partners, Emanuel van Praag |
|
PGGM, Michel De Jonge |
|
Prime Collateralised Securities, Ian Bell |
|
Prudential M&G, Branimira Radoslavova |
|
Société Générale, Hugues Saillard |
|
Standard Life Investment, Anne Schneider |
|
The Investment Association, Pamela Gachara |
|
TwentyFour Asset Management, Rob Ford |
|
Verband der Automobilindustrie, Ralf Diemer |
|
Webers Handwick, Katie LaZelle |
|
Other persons, who were not present at one of the two stakeholders meetings:
Entity and/or person |
|
Bundesverband der Deutschen Industrie e.V., Reinhard Kudiß |
|
CEPS, Karel Lannoo |
|
CFA Institute, Josina Kamerling |
|
De Argumentenfabriek, Robin Fransman |
|
Deutsche Bank, Stephanie Schneider |
|
Deutscher Industrie- und Handelskammertag e.V., Susanne Lechner |
|
Deutsches Aktieninstitut e.V., Norbert Kuhn |
|
EURONEXT, Daphne van der Stam |
|
European Central Bank, Vítor Constâncio |
|
European Court of Auditors, Baudilio Tomé Muguruza |
|
European Investment Bank, Susanne Fuhrmann |
|
ESMA, Steven Maijoor |
|
FESSUD, Marie Lepretre |
|
Financial Conduct Authority, Nicholas Herbert-Young |
|
French Association of Specialised Finance Companies, Louis-Marie Durand |
|
Intesa Sanpaolo, Francesca Passamonti |
|
Investment Association, Pamela Gachara |
|
Nederlandse Vereniging van Banken, Martijn Vliegenthart |
|
Rabobank, Bas Brouwers |
|
Santander, Andrew Scourse |
|
Scope Ratings AG, Torsten Hinrichs |
|
U.S. Treasury Representative, Lawrence Norton |
|
University of Amsterdam, Ewald Engelen |
|
University of the West of England, Daniela Gabor |
|
VNO-NCW, Winand Quaedvlieg |
|
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Regoli komuni dwar it-titolizzazzjoni u l-ħolqien ta’ qafas Ewropew għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata |
||||
Referenzi |
COM(2015)0472 – C8-0288/2015 – 2015/0226(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
30.9.2015 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 14.10.2015 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 14.10.2015 |
IMCO 14.10.2015 |
JURI 14.10.2015 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ITRE 13.10.2015 |
IMCO 10.11.2015 |
JURI 13.10.2015 |
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Paul Tang 26.11.2015 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
24.5.2016 |
13.6.2016 |
21.6.2016 |
11.10.2016 |
|
Data tal-adozzjoni |
8.12.2016 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
44 3 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Esther de Lange, Anneliese Dodds, Markus Ferber, Jonás Fernández, Neena Gill, Sylvie Goulard, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Petr Ježek, Othmar Karas, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Werner Langen, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Jakob von Weizsäcker |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
David Coburn, Fabio De Masi, Ildikó Gáll-Pelcz, Eva Joly, Siegfried Mureşan, Joachim Starbatty, Tibor Szanyi |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Salvatore Cicu, Jan Huitema, Seán Kelly, Mairead McGuinness, Jens Nilsson |
||||
Data tat-tressiq |
19.12.2016 |
||||