RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti ta' investiment

19.12.2016 - (COM(2015)0473 – C8-0289/2015 – 2015/0225(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Othmar Karas


Proċedura : 2015/0225(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0388/2016
Testi mressqa :
A8-0388/2016
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti ta' investiment

(COM(2015)0473 – C8-0289/2015 – 2015/0225(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0473),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0289/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta' Marzu 2016[1],

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta' Jannar 2016[2],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0388/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[3]*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti ta' investiment

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)  It-titolizzazzjonijiet huma parti kostitwenti importanti minn swieq finanzjarji li jiffunzjonaw sewwa safejn dawn jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet u l-ħruġ tal-kapital regolatorju, li mbagħad jistgħu jiġu allokati mill-ġdid sabiex jappoġġaw self ulterjuri, sakemm tkun garantita l-istabbilità finanzjarja u l-kapital jintuża biex jiffinanzja l-ekonomija reali pjuttost milli għal attività spekulattiva. Barra minn hekk, it-titolizzazzjonijiet jipprovdu lill-istituzzjonijiet u lil parteċipanti oħrajn fis-suq b'opportunitajiet ta' investiment addizzjonali, sabiex b'hekk jippermettu d-diversifikazzjoni tal-portafoll u l-iffaċilitar tal-fluss ta' finanzjament lil negozji u individwi kemm fl-Istati Membri kif ukoll fuq bażi transfruntiera madwar l-Unjoni kollha. Madankollu, dawn il-benefiċċji għandhom jiġu mwieżna kontra l-ispejjeż u r-riskji potenzjali tagħhom. Kif deher matul l-ewwel fażi tal-kriżi finanzjarja li bdiet fis-sajf tal-2007, il-prattiki skorretti fis-swieq tat-titolizzazzjoni rriżultaw f'theddidiet sinifikanti għall-integrità tas-sistema finanzjarja, jiġifieri minħabba effett eċċessiv ta' lieva, strutturi opaki u kumplessi li għamlu l-ipprezzar problematiku, dipendenza mekkanistika fuq klassifikazzjonijiet esterni jew allinjament ħażin bejn l-interessi tal-investituri u tal-oriġinaturi ("riskji tal-aġenzija").

(2)  Fis-snin riċenti, il-volumi ta' titolizzazzjonijiet maħruġa fl-Unjoni baqgħu taħt il-quċċata li kienu laħqu qabel il-kriżi għal numru ta' raġunijiet, fosthom l-istigma ġeneralment assoċjata ma' dawn it-tranżazzjonijiet. L-irkupru tas-swieq ta' titolizzazzjoni għandu jkun ibbażat fuq prattiki tas-swieq prudenti u korretti sabiex tiġi evitata r-rikorrenza tas-sett ta' ċirkostanzi li wasslu għall-kriżi finanzjarja. Għal dan il-għan, ir-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni] jistabbilixxi l-elementi sostantivi ta' qafas ta' titolizzazzjoni ewlieni, bi kriterji ad hoc għall-identifikazzjoni ta' titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati ("STS") u sistema ta' superviżjoni għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta ta' dawn il-kriterji minn oriġinaturi, sponsors, emittenti u investituri istituzzjonali. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni] jipprevedi sett ta' rekwiżiti komuni dwar ir-ritensjoni tar-riskji, id-diliġenza dovuta u d-divulgazzjoni għas-setturi tas-servizzi finanzjarji kollha.

(3)  B'mod konsistenti mal-għanijiet tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni], ir-rekwiżiti kapitali regolatorji stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet li joriġinaw, jisponsorjaw jew jinvestu f'titolizzazzjonijiet għandhom jiġu emendati sabiex ikunu jirriflettu b'mod adegwat il-karatteristiċi speċifiċi tat-titolizzazzjonijiet STS meta dawn it-titolizzazzjonijiet jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti addizzjonali stipulati f'dan ir-Regolament u jindirizzaw in-nuqqasijiet tal-qafas li saru evidenti matul il-kriżi finanzjarja, jiġifieri d-dipendenza mekkanistika tiegħu fuq klassifikazzjonijiet esterni, il-piżijiet tar-riskji eċċessivament baxxi għas-segmenti tat-titolizzazzjonijiet ikklassifikati bħala għoljin u, bil-maqlub, il-piżijiet tar-riskji eċċessivament għoljin għas-segmenti kklassifikati bħala baxxi, kif ukoll is-sensittività insuffiċjenti għar-riskji. Fil-11 ta' Diċembru 2014, il-Kumitat ta' Basel għas-Superviżjoni Bankarja (Basel Committee for Banking Supervision, "BCBS") ippubblika r-"Reviżjonijiet għall-qafas ta' titolizzazzjoni" (il-"Qafas ta' Basel Rivedut") tiegħu li jippreżenta d-diversi bidliet fl-istandards kapitali regolatorji għat-titolizzazzjonijiet bil-għan li jiġu indirizzati speċifikament dawk in-nuqqasijiet. Fl-11 ta' Lulju 2016, il-BCBS ippubblika standard aġġornat għat-trattament regolatorju tal-kapital ta' skoperturi ta' titolizzazzjoni li jinkludi t-trattament regolatorju tal-kapital għal titolizzazzjonijiet "sempliċi, trasparenti u paragunabbli". Dak l-istandard jemenda l-istandards kapitali għat-titolizzazzjonijiet tal-Kumitat tal-2014. L-emendi fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jieħdu kont tad-dispożizzjonijiet tal-Qafas Rivedut ta' Basel.

(4)  Ir-rekwiżiti kapitali għal pożizzjonijiet f'titolizzazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu soġġetti għall-istess metodi ta' kalkolu għall-istituzzjonijiet kollha. Fl-ewwel istanza u biex titneħħa kull forma ta' dipendenza mekkanika fuq il-klassifikazzjonijiet esterni, istituzzjoni għandha tuża l-kalkoli tagħha dwar ir-rekwiżiti kapitali regolatorji meta l-istituzzjoni jkollha permess biex tuża l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (l-"Approċċ IRB") fir-rigward ta' skoperturi tal-istess tip bħal dawk sottostanti għat-titolizzazzjoni u tkun tista' tikkalkula r-rekwiżiti kapitali regolatorji fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti bħallikieku dawn qatt ma kienu ġew titolizzati ("Kirb"), f'kull każ soġġetti għal ċerti inputs definiti minn qabel (is-"SEC-IRBA"). Approċċ Standardizzat tat-Titolizzazzjoni (is-"SEC-SA") għandu mbagħad ikun disponibbli għal istituzzjonijiet li ma jistgħux jużaw is-SEC-IRBA fir-rigward tal-pożizzjonijiet tagħhom f'titolizzazzjoni partikolari. Is-SEC-SA għandu jibbaża fuq formula pprovduta mis-superviżuri li tuża bħala input ir-rekwiżiti kapitali li jiġu kkalkulati skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu (SA - Standardised Approach) fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti kieku dawk ma kinux ġew titolizzati ("Ksa"). Meta l-ewwel żewġ approċċi ma jkunux disponibbli jew l-użu tas-SEC-SA jirriżulta f'rekwiżiti kapitali regolatorji sproporzjonati meta mqabbla mar-riskju tal-kreditu inkorporat fl-iskoperturi sottostanti, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu japplikaw l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Esterni tat-Titolizzazzjoni (SEC-ERBA). Skont is-SEC-ERBA, ir-rekwiżiti kapitali għandhom jiġu assenjati għal segmenti ta' titolizzazzjoni fuq il-bażi tal-klassifikazzjoni esterna tagħhom.

(5)  Ir-riskji tal-aġenzija u tal-mudell huma aktar prevalenti għat-titolizzazzjonijiet milli għal assi finanzjarji oħrajn u jagħtu lok għal ċertu grad ta' inċertezza fil-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għat-titolizzazzjonijiet, anki wara li jkunu ttieħdu f'kunsiderazzjoni l-ixprunaturi tar-riskji kollha xierqa. Sabiex dawk ir-riskji jinqabdu b'mod adegwat, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jiġi emendat sabiex jipprevedi limitu minimu tal-piż tar-riskju ta' 15 % għall-pożizzjonijiet kollha ta' titolizzazzjoni. Madankollu, ir-rititolizzazzjonijiet għandhom jiġu pprojbiti, minħabba l-livell ogħla ta' kumplessità u riskju tagħhom.

(6)  L-istituzzjonijiet ma għandhomx jintalbu japplikaw għal pożizzjoni superjuri piż ta' riskju ogħla minn dak li kienu japplikaw li kieku din kienet qed iżżomm l-iskoperturi sottostanti direttament, sabiex b'hekk dan jirrifletti l-benefiċċju tat-titjib tal-kreditu li jirċievu l-pożizzjonijiet superjuri minn segmenti subordinati fl-istruttura tat-titolizzazzjoni. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jipprevedi approċċ ta' "trasparenza" li permezz tiegħu pożizzjoni ta' titolizzazzjoni superjuri għandha tiġi assenjata piż ta' riskju massimu ugwali għall-piż ta' riskju medju applikabbli għall-iskoperturi sottostanti, u tali approċċ għandu jkun disponibbli irrispettivament minn jekk il-pożizzjoni rilevanti tkunx ikklassifikata jew mhux ikklassifikata u irrispettivament mill-approċċ użat għall-pula sottostanti (l-Approċċ Standardizzat jew l-IRB), soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(7)  Limitu massimu ġenerali f'termini tal-ammonti massimi ta' skopertura ponderata għar-riskji huwa disponibbli taħt il-qafas attwali għall-istituzzjonijiet li jistgħu jikkalkolaw ir-rekwiżiti kapitali għall-iskoperturi sottostanti skont l-approċċ IRB bħallikieku dawk l-iskoperturi ma kinux ġew titolizzati (KIRB). Sakemm il-proċess ta' titolizzazzjoni jnaqqas ir-riskju assoċjat mal-iskoperturi sottostanti, dan il-limitu massimu għandu jkun disponibbli għall-istituzzjonijiet oriġinaturi u sponsors kollha, irrispettivament mill-approċċ li jużaw għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji għall-pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni. .

(8)  Kif ġie rrimarkat mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) fir-"Rapport dwar it-Titolizzazzjonijiet li Jikkwalifikaw" tagħha ta' Lulju 2015[5], l-evidenza empirika dwar l-inadempjenzi u t-telf turi li t-titolizzazzjonijiet STS urew prestazzjoni aħjar minn titolizzazzjonijiet oħrajn matul il-kriżi finanzjarja, li jirrifletti l-użu ta' strutturi sempliċi u trasparenti u prattiki ta' eżekuzzjoni robusti fit-titolizzazzjoni STS, li jwasslu għal riskji ta' kreditu, operattivi u ta' aġenzija aktar baxxi. Għalhekk, huwa xieraq li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi emendat sabiex jipprevedi kalibrazzjoni xierqa sensittiva għar-riskji għat-titolizzazzjonijiet STS, sakemm dawn jissodisfaw ukoll rekwiżiti addizzjonali biex jimminimizzaw ir-riskju, bil-mod rakkomandat mill-EBA fir-Rapport tagħha li jinvolvi, b'mod partikolari, limitu minimu aktar baxx tal-piż tar-riskju ta' 10% għall-pożizzjonijiet superjuri.

(9)  It-titolizzazzjonijiet STS b'rekwiżiti tal-kapital aktar baxxi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiġu limitati għat-titolizzazzjonijiet meta s-sjieda tal-iskoperturi sottostanti tiġi ttrasferita lill-Entità bi Skop Speċjali tat-Titolizzazzjoni (SSPE) ("titolizzazzjonijiet tradizzjonali"). Madankollu, l-istituzzjonijiet li jżommu pożizzjonijiet superjuri f'titolizzazzjonijiet sintetiċi appoġġjati minn pula sottostanti ta' self lil intrapriżi żgħar u ta' daqs medju ("SMEs") għandhom jitħallew japplikaw għal dawn il-pożizzjonijiet ir-rekwiżiti kapitali aktar baxxi disponibbli għat-titolizzazzjonijiet STS meta tali tranżazzjonijiet jitqiesu bħala li huma ta' kwalità għolja b'konformità ma' ċerti kriterji stretti. B'mod partikolari, meta tali subsett ta' titolizzazzjonijiet sintetiċi jibbenifika mill-garanzija jew mill-kontrogaranzija mill-gvern ċentrali jew mill-bank ċentrali ta' Stat Membru, it-trattament tal-kapital regolatorju preferenzjali li jkun disponibbli għalihom skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa bla ħsara għall-konformità mar-regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat. It-titolizzazzjonijiet sintetiċi ta' arbitraġġ taħt l-ebda ċirkustanza ma jistgħu jitqiesu bħala STS jew bħala soġġetti għal rekwiżiti kapitali aktar baxxi.

(9a)  Meta tkun qed tħejji l-atti delegati dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tas-suq tat-titolizzazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet xierqa mal-partijiet interessati rilevanti kollha, inkluż, b'mod partikolari, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) stabbilit bir-Regolament (EU) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6].

(10)  Għandhom isiru biss bidliet konsegwenzjali fil-bqija tar-rekwiżiti kapitali regolatorji għat-titolizzazzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 safejn dawn ikunu neċessarji sabiex jirriflettu l-ġerarkija ġdida ta' approċċi u d-dispożizzjonijiet speċjali għat-titolizzazzjonijiet STS. B'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet relatati mar-rikonoxximent ta' trasferiment ta' riskju sinifikanti u r-rekwiżiti dwar il-valutazzjonijiet ta' kreditu esterni għandhom ikomplu japplikaw b'mod wiesa' fl-istess termini kif qegħdin jagħmlu bħalissa. Madankollu, il-Ħames Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandha titħassar fl-intier tagħha bl-eċċezzjoni tar-rekwiżit li jinżammu l-piżijiet ta' riskji addizzjonali li għandhom jiġu imposti fuq l-istituzzjonijiet li jinstabu li qegħdin jiksru d-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni].

(11)  Fid-dawl tal-modifiki possibbli fil-ġejjieni għat-trattament regolatorju tal-kapital ta' skoperturi ta' titolizzazzjoni skont il-Qafas ta' Basel Rivedut ▌, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat bl-għan li tkun tista' tagħmel emendi ulterjuri fir-rekwiżiti kapitali regolatorji għat-titolizzazzjoni fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 sabiex tieħu kont tal-eżitu ta' dawn il-modifiki.

(12)  Huwa xieraq li l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ipprovduti f'dan ir-Regolament japplikaw għat-titolizzazzjonijiet maħruġa fi jew wara l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għat-titolizzazzjonijiet pendenti f'dik id-data. Madankollu, għal skopijiet ta' ċertezza legali u biex kemm jista' jkun jitnaqqsu l-ispejjeż ta' tranżizzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jitħallew japplikaw ir-regoli preċedenti għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni kollha pendenti li huma jkollhom f'dik id-data għal perjodu li jintemm fil-[31 ta' Diċembru 2019]. Meta istituzzjoni tuża din l-għażla, it-titolizzazzjonijiet pendenti għandhom ikomplu jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet applikabbli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-verżjoni li kienet tapplika qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)  L-Artikolu 4(1) huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-Punti (13) u (14) huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

'(13)  "oriġinatur" tfisser oriġinatur kif definit fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];

(14)   "sponsor" tfisser sponsor kif definit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];

(b)  Il-Punti (61) u (63) huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

(61)   "titolizzazzjoni" tfisser titolizzazzjoni kif definita fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];

(63)   "rititolizzazzjoni" tfisser rititolizzazzjoni kif definita fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];

(c)  Il-Punti (66) u (67) huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

(66)   "entità bi skop speċjali ta' titolizzazzjoni" jew "SSPE" tfisser entità bi skop speċjali ta' titolizzazzjoni jew SSPE kif definita fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];

(67)   "segment" tfisser segment kif definit fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];

(2)  Fl-Artikolu 36(1)(k), il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(ii)   pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni, skont l-Artikolu 244(1)(b), l-Artikolu 245(1)(b) u l-Artikolu 253;"

(3)  L-Artikolu 109 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 109

It-trattament ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju għal pożizzjoni li għandhom f'titolizzazzjoni skont il-Kapitolu 5."

(4)  Fl-Artikolu 153, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

(7)  "Għar-riċevibbli korporattivi mixtrija, l-iskontijiet akkwistati rimborżabbli, il-garanziji kollaterali jew parzjali li jipprovdu protezzjoni tal-ewwel telf għal telf minħabba inadempjenza jew telf minħabba dilwizzjoni, jew it-tnejn li huma, jistgħu jiġu ttrattati bħala segment tal-ewwel telf skont il-Kapitolu 5."

(5)  Fl-Artikolu 154, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

(6)  "Għar-riċevibbli ▌ mixtrija fil-livell tal-konsumatur, l-iskontijiet akkwistati rimborżabbli, il-garanziji kollaterali jew parzjali li jipprovdu protezzjoni tal-ewwel telf għal telf minħabba inadempjenza jew telf minħabba dilwizzjoni, jew it-tnejn li huma, jistgħu jiġu ttrattati bħala segment tal-ewwel telf skont il-Kapitolu 5."

(6)  Fl-Artikolu 197(1), il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(h)  "pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li mhumiex pożizzjonijiet ta' rititolizzazzjoni u li huma soġġetti għal piż ta' riskju ta' 100 % jew inqas skont l-Artikoli minn 261 sa 264 rispettivament;"

(7)  " Il-Kapitolu 5 tat-Titolu II, it-Tielet Parti huwa sostitwit b'dan li ġej:

"KAPITOLU 5

Taqsima 1Definizzjonijiet u Kriterji għat-Titolizzazzjonijiet STS

Artikolu 242

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "għażla eżerċitabbli eżawrjenti" tfisser għażla kuntrattwali li tintitola lill-oriġinatur sabiex jeżerċita l-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni qabel ma jkunu tħallsu lura l-iskoperturi titolizzati kollha, permezz ta' riakkwist tal-iskoperturi sottostanti li jifdal fil-pula fil-każ ta' titolizzazzjonijiet tradizzjonali jew inkella permezz ta' terminazzjoni tal-protezzjoni ta' kreditu fil-każ ta' titolizzazzjonijiet sintetiċi, fiż-żewġ każijiet meta l-ammont ta' skoperturi sottostanti pendenti jaqa' f'ċertu livell jew taħt ċertu livell speċifikat minn qabel;

(2)  "strip tal-imgħax biss għat-titjib tal-kreditu" tfisser assi fil-karta tal-bilanċ li jirrappreżenta valutazzjoni tal-flussi tal-flus relatati mal-introjtu ta' marġni futur u huwa segment subordinat fit-titolizzazzjoni;

(3)  "faċilità ta' likwidità" tfisser il-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni li tirriżulta minn ftehim kuntrattwali sabiex jiġi pprovdut finanzjament li jiżgura l-prontezza tal-flussi tal-flus lill-investituri faċilità ta' likwidità kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];

(4)  "pożizzjoni mhux klassifikata" tfisser pożizzjoni ta' titolizzazzjoni li ma għandhiex valutazzjoni tal-kreditu eliġibbli minn ECAI kif imsemmi fit-Taqsima 4;

(5)  "pożizzjoni klassifikata" tfisser pożizzjoni ta' titolizzazzjoni li għandha valutazzjoni tal-kreditu eliġibbli minn ECAI kif imsemmi fit-Taqsima 4;

(6)  "pożizzjoni ta' titolizzazzjoni superjuri" tfisser pożizzjoni appoġġata jew garantita mill-ewwel pretensjoni fuq l-iskoperturi sottostanti kollha, li tinjora, għal dawn il-finijiet, l-ammonti dovuti taħt ir-rata tal-imgħax jew kuntratti derivattivi tal-muniti, miżati jew pagamenti simili oħrajn;

(7)  "pula ta' IRB" tfisser ġabra ta' skoperturi sottostanti ta' tip li fir-rigward tiegħu l-istituzzjoni għandha permess li tuża l-Approċċ IRB u tista' tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskji skont il-Kapitolu 3 għal dawn l-iskoperturi kollha;

(8)  "pula tal-Approċċ Standardizzat (SA)" tfisser ġabra ta' skoperturi sottostanti li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni:

(a)  ma għandhiex permess li tuża l-Approċċ IRB sabiex tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskji skont il-Kapitolu 3;

(b)  ma tistax tiddetermina l-KIRB;

(c)  hija altrimenti prekluża milli tuża l-Approċċ IRB mill-awtorità kompetenti tagħha;

(9)  "pula mħallta" tfisser pula ta' skoperturi sottostanti ta' tip li fir-rigward tiegħu l-istituzzjoni għandha permess li tuża l-Approċċ IRB u tista' tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskji skont il-Kapitolu 3 għal uħud mill-iskoperturi, iżda mhux għal kollha kemm huma;

(10)  "titjib tal-kreditu" tfisser kull arranġament li jipprovdi appoġġ għal pożizzjoni ta' titolizzazzjoni u li jservi sabiex tiżdied il-probabbiltà li pożizzjoni ta' titolizzazzjoni bħal din titħallas lura;

(11)  "sovrakollateralizzazzjoni" tfisser kull forma ta' titjib tal-kreditu li permezz tagħha jiġu ppreżentati skoperturi sottostanti f'valur ogħla mill-valur tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni";

(12)  "titolizzazzjoni STS" tfisser titolizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 3 tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-titolizzazzjoni] u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 243;

(12a)  "titolizzazzjoni STS li jikkwalifikaw għal trattament kapitali differenzjat" tfisser titolizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 243;

(13)  "programm ta' karti kummerċjali garantiti b'assi (ABCP)" ifisser programm ta' karti kummerċjali garantiti b'assi (ABCP) kif definit fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];

(14)  "titolizzazzjoni tradizzjonali" tfisser titolizzazzjoni tradizzjonali kif definita fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];

(15)  "titolizzazzjoni sintetika" tfisser titolizzazzjoni sintetika kif definita fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];

(16)  "skopertura ċirkolanti" tfisser skopertura ċirkolanti kif definita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];

(17)  "dispożizzjoni ta' ammortizzament antiċipat" tfisser dispożizzjoni ta' ammortizzament antiċipat kif definita fl-Artikolu 2(17) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];

(18)  "segment tal-ewwel telf" ifisser segment tal-ewwel telf kif definit fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];

(19)  "servizzjant" tfisser servizzjant kif definit fl-Artikolu 2(13) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];

Artikolu 243

Kriterji għat-Titolizzazzjonijiet STS li jikkwalifikaw għal trattament kapitali differenzjat

(1)  Il-pożizzjonijiet fi programm jew tranżazzjoni ABCP li jikkwalifikaw bħala pożizzjonijiet f'titolizzazzjoni STS għandhom jikkwalifikaw għat-trattament stabbilit fl-Artikoli 260, 262 u 264, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ▌l-iskoperturi sottostanti jissodisfaw, fil-mument tal-inklużjoni tagħhom fil-programm ABCP, il-kundizzjonijiet li taħthom jiġu assenjati, skont l-Approċċ Standardizzat u b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu eliġibbli, piż tar-riskju ugwali għal jew iżgħar minn 75 % fuq bażi ta' skopertura individwali meta l-iskopertura tkun fil-livell tal-konsumatur jew 100 % għal kull skopertura oħra;

(aa)  B'deroga mill-punt (a), meta istituzzjoni tkun ingħatat permess sabiex tuża l-Approċċ ta' Valutazzjoni Interna skont l-Artikolu 265, il-piż tar-riskju li dik l-istituzzjoni tassenja lil faċilità tal-likwidità li tkopri kompletament l-ABCP maħruġa taħt dak il-programm ikun ugwali għal jew iżgħar minn 100 %;

(b)  il-valur aggregat tal-iskoperturi kollha lil obbligant waħdieni fil-livell tal-programm ABCP ma jaqbiżx it-2 % tal-valur aggregat tal-iskoperturi kollha fil-programm ABCP fil-mument li żdiedu l-iskoperturi fil-programm ABCP. Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, is-self jew il-kirjiet lil grupp ta' klijenti konnessi, imsemmija fil-punt (39) tal-Artikolu 4(1), skont l-aqwa għarfien tal-isponsor, għandhom jitqiesu bħala skoperturi lil obbligant waħdieni.

  Fil-każ ta' riċevibbli tan-negozju, l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt ma japplikax meta r-riskju ta' kreditu ta' dawk ir-riċevibbli tan-negozju jkun kopert b'mod sħiħ mill-protezzjoni tal-kreditu eliġibbli b'konformità mal-Kapitolu 4, diment li, f'dak il-każ, il-fornitur tal-protezzjoni jkun istituzzjoni, impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni. Għall-finijiet ta' dan is-subparagrafu, huwa biss il-porzjon tar-riċevibbli tan-negozju li jifdal wara li jiġi kkunsidrat l-effett ta' kull skont fuq il-prezz tax-xiri u s-sovrakollateralizzazzjoni li jintuża sabiex jiddetermina jekk humiex koperti b'mod sħiħ u jekk ma jiġix issodisfat il-limitu ta' konċentrazzjoni.

Fil-każ ta' valuri residwi titolizzati tal-kiri, l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt ma għandux japplika fejn dawk il-valuri ma jkunux esposti għar-riskju ta' rifinanzjament jew bejgħ mill-ġdid minħabba impenn effettiv minn parti terza li tixtri mill-ġdid jew tiffinanzja mill-ġdid l-iskopertura f'ammont stabbilit minn qabel.

(2)  Il-pożizzjonijiet f'titolizzazzjonijiet oħrajn minbarra programm jew tranżazzjoni ABCP li jikkwalifikaw bħala pożizzjonijiet f'titolizzazzjoni STS għandhom jikkwalifikaw għat-trattament stabbilit fl-Artikoli 260, 262 u 264, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-iskoperturi sottostanti joriġinaw skont kriterji korretti u prudenti għall-għoti ta' kreditu kif mitlub skont l-Artikolu 79 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)  fil-mument tal-inklużjoni fit-titolizzazzjoni, il-valur aggregat tal-iskoperturi kollha lil obbligant waħdieni fil-pula ma jaqbiżx il-1 % tal-valuri tal-iskopertura tal-valuri aggregati tal-iskoperturi pendenti tal-pula ta' skoperturi sottostanti. Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, is-self jew il-kirjiet lil grupp ta' klijenti konnessi ▌ għandhom jitqiesu bħala skoperturi lil obbligant waħdieni.

(c)  fil-mument tal-inklużjoni tagħhom fit-titolizzazzjoni, l-iskoperturi sottostanti jissodisfaw il-kundizzjonijiet li taħthom jiġu assenjati, skont l-Approċċ Standardizzat u b'kunsiderazzjoni ta' kull mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu eliġibbli, piż ta' riskju ugwali għal jew iżgħar minn:

(i)  40 % fuq bażi medja ponderata għall-valur tal-iskopertura għall-portafoll meta l-iskoperturi ikunu self garantit minn ipoteki residenzjali jew self residenzjali garantiti kompletament, kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 129(1);

(ii)  50 % fuq bażi ta' skopertura individwali meta l-iskopertura tkun self garantit minn ipoteka kummerċjali;

(iii)  75 % fuq bażi ta' skopertura individwali meta l-iskopertura tkun waħda fil-livell tal-konsumaturi;

(iv)  għal skoperturi oħrajn, 100 % fuq bażi ta' skopertura individwali;

(d)  meta japplikaw il-punti (c)(i) u (ii), is-self garantit minn drittijiet ta' garanzija fi klassifikazzjoni aktar baxxa fuq assi partikolari għandu jiġi inkluż biss fit-titolizzazzjoni meta jkun ġie inkluż fit-titolizzazzjoni wkoll is-self kollu garantit minn drittijiet ta' garanzija fi klassifikazzjoni preċedenti fuq dak l-assi;

(e)  meta japplika l-punt (c)(i), ebda self fil-pula ta' skoperturi sottostanti ma għandu jkollu proporzjon bejn is-self u l-valur ogħla minn 100 %, fil-mument tal-inklużjoni fit-titolizzazzjoni, imkejjel skont il-paragrafu 1(d)(i) tal-Artikolu 129 u l-paragrafu 1 tal-Artikolu 229.

Taqsima 2Rikonoxximent ta' trasferiment sinifikanti tar-riskju

Artikolu 244

Titolizzazzjoni tradizzjonali

(1)  L-istituzzjoni oriġinatriċi ta' titolizzazzjoni tradizzjonali tista' teskludi l-iskoperturi sottostanti mill-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti tat-telf mistenni jekk tiġi ssodisfata xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ir-riskju ta' kreditu sinifikanti assoċjat mal-iskoperturi sottostanti jkun ġie ttrasferit lil partijiet terzi;

(b)  l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika piż ta' riskju ta' 1 250 % għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni kollha li għandha fit-titolizzazzjoni jew tnaqqas dawn il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni mill-entrati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1) ▌.

(2)  Riskju ta' kreditu sinifikanti għandu jitqies bħala li ġie ttrasferit f'kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)  l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni intermedja li għandha l-istituzzjoni oriġinatriċi fit-titolizzazzjoni ma jaqbżux id-49 % tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet kollha ta' titolizzazzjoni intermedja li jeżistu f'din it-titolizzazzjoni;

(b)  l-istituzzjoni oriġinatriċi ma żżommx aktar minn 20 % tal-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li jkunu soġġetti għal piż ta' riskju ta' 1 250 %, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)  l-oriġinatur jista' juri li l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li jkunu soġġetti għal piż ta' riskju ta' 1 250 % jaqbeż stima raġunata tat-telf mistenni fuq l-iskopertura sottostanti b'marġni sostanzjali;

(ii)  ma hemmx pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni intermedji.

Meta t-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju, li l-istituzzjoni oriġinatriċi tikseb permezz tat-titolizzazzjoni skont il-punti (a) jew (b), ma jkunx ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta' riskju ta' kreditu lil partijiet terzi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu fuq bażi ta' każ b'każ li ma għandux jitqies bħala li ġie ttrasferit riskju ta' kreditu sinifikanti lil partijiet terzi.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, pożizzjoni ta' titolizzazzjoni intermedja tfisser kwalunkwe pożizzjoni fit-titolizzazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)  tkun soġġetta għal piż ta' riskju aktar baxx minn 1 250 % skont is-subtaqsima 3 tat-Taqsima 3;

(b)  tkun aktar superjuri mis-segment tal-ewwel telf u tkun subordinata għall-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni superjuri.

(3)  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet oriġinaturi jirrikonoxxu trasferiment ta' kreditu sinifikanti fir-rigward ta' titolizzazzjoni meta l-istituzzjoni oriġinatriċi turi f'kull każ li t-tnaqqis fir-rekwiżiti tal-fondi proprji miksub mill-oriġinatriċi permezz tat-titolizzazzjoni huwa ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta' riskju ta' kreditu lil partijiet terzi. Il-permess jista' jingħata biss meta l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-istituzzjoni jkollha politiki u metodoloġiji adegwati għall-ġestjoni tar-riskji interni sabiex tkun tista' tivvaluta t-trasferiment tar-riskju ta' kreditu;

(b)  l-istituzzjoni tkun irrikonoxxiet ukoll it-trasferiment tar-riskju ta' kreditu lil partijiet terzi f'kull każ għall-finijiet tal-immaniġġar tar-riskji interni tal-istituzzjoni u l-allokazzjoni interna tal-kapital tagħha.

(4)  Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 1 sa 3, għandhom jiġu ssodisfati wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tirrifletti s-sustanza ekonomika tat-titolizzazzjoni;

(b)  il-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni ma jkunux jikkostitwixxu obbligi ta' ħlas tal-istituzzjoni oriġinatriċi;

(c)  l-iskoperturi sottostanti jitpoġġew f'pożizzjoni li ma jkunux jistgħu jintlaħqu mill-istituzzjoni oriġinatriċi u mill-kredituri tagħha b'tali mod li jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];

(d)  l-istituzzjoni oriġinatriċi ma jkollhiex kontroll fuq l-iskoperturi sottostanti. Jiġi kkunsidrat li jinżamm il-kontroll fuq l-iskoperturi sottostanti meta l-oriġinatur ikollu d-dritt li jixtri lura mingħand iċ-ċessjonarju l-iskoperturi li jkunu ġew ittrasferiti qabel sabiex ikun jista' jieħu l-benefiċċji tagħhom jew jekk dan ikun meħtieġ b'mod ieħor sabiex jirriassumi riskju ttrasferit. Iż-żamma mill-istituzzjoni oriġinatriċi tad-drittijiet jew tal-obbligi tas-servizzjar fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti minnha nnifisha ma tikkostitwixxix kontroll tal-iskoperturi;

(e)  id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni ma jkunx fiha termini jew kundizzjonijiet li:

(i)  jitolbu lill-istituzzjoni oriġinatriċi tbiddel l-iskoperturi sottostanti sabiex ittejjeb il-kwalità medja tal-pula;

(ii)  iżidu r-rendiment pagabbli lid-detenturi tal-pożizzjonijiet jew altrimenti jtejbu l-pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni b'reazzjoni għal deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti;

(f)  fejn applikabbli, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tagħmilha ċara li kwalunkwe tranżazzjoni futura, inklużi, mingħajr limitazzjoni, kwalunkwe emenda għad-dokumentazzjoni ta' titolizzazzjoni u bidla fil-kupun, ir-rendimenti jew karatteristiċi oħrajn tal-iskoperturi jew pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni, konklużi mill-isponsor jew mill-oriġinatur fir-rigward tat-titolizzazzjoni ma għandhomx jiġu konklużi bil-għan li jitnaqqas it-telf potenzjali jew attwali għall-investituri kif speċifikat fl-Artikolu 250;

(g)  fejn hemm opzjoni eżerċitabbli eżawrjenti, dik l-għażla tissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)  tista' tiġi eżerċitata skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni oriġinatriċi;

(ii)  tista' tiġi eżerċitata biss meta 10 % jew inqas tal-valur oriġinali tal-iskoperturi sottostanti jibqa' mhux ammortizzat;

(iii)  ma tkunx strutturata biex tevita l-allokazzjoni tat-telf għall-pożizzjonijiet ta' titjib tal-kreditu jew għal pożizzjonijiet oħrajn imħaddna mill-investituri, kif ukoll ma tkunx strutturata b'mod ieħor biex tipprovdi titjib tal-kreditu;

(h)  l-istituzzjoni oriġinatriċi rċeviet opinjoni minn professjonist legali kkwalifikat li tikkonferma li t-titolizzazzjoni hija konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu;

(5)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-EBA b'dawk il-każijiet fejn ikunu ddeċidew li t-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju ma kienx ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta' riskju ta' kreditu lil partijiet terzi skont il-paragrafu 2, kif ukoll b'dawk il-każijiet fejn l-istituzzjonijiet ikunu għażlu li japplikaw id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 3.

(6)  L-EBA għandha timmonitorja l-firxa ta' prattiki superviżorji fir-rigward tar-rikonoxximent ta' trasferiment ta' riskju sinifikanti f'titolizzazzjonijiet tradizzjonali skont dan l-Artikolu. Barra minn hekk, l-EBA għandha tirrevedi l-elementi li ġejjin:

(a)  l-ispeċifikazzjoni suffiċjenti tal-kundizzjonijiet għal deroga skont il-paragrafu 4;

(b)  l-adegwatezza tal-valutazzjoni tat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu skont il-paragrafu 2;

(c)  ir-rekwiżiti għal valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar tranżazzjonijiet tat-titolizzazzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-oriġinatur ifittex rikonoxximent ta' trasferiment sinifikanti ta' riskju tal-kreditu lil partijiet terzi skont il-paragrafi 2 jew 3.

L-EBA għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2017. Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq wara li tkun ħadet kont tar-Rapport mill-EBA, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 462, biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar l-elementi elenkati fil-punti (a) sa (c) ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 245

Titolizzazzjoni sintetika

(1)  L-istituzzjoni oriġinatriċi ta' titolizzazzjoni sintetika tista' tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskji u, fejn rilevanti, l-ammonti ta' telf mistennija, għall-iskoperturi titolizzati skont l-Artikolu 251, meta tiġi ssodisfata xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ikun ġie ttrasferit riskju ta' kreditu sinifikanti lil partijiet terzi permezz ta' protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata;

(b)  l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika piż ta' riskju ta' 1 250 % għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni kollha li hija żżomm fit-titolizzazzjoni jew tnaqqas dawn il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni mill-Grad 1 tal-Ekwità Komuni skont l-Artikolu 36(1)(k).

(2)  Riskju ta' kreditu sinifikanti għandu jitqies bħala li ġie ttrasferit f'kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)  l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni intermedja li għandha l-istituzzjoni oriġinatriċi fit-titolizzazzjoni ma jaqbżux id-49 % tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet kollha ta' titolizzazzjoni intermedja li jeżistu f'din it-titolizzazzjoni;

(b)  l-istituzzjoni oriġinatriċi ma żżommx aktar minn 20 % tal-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li jkunu soġġetti għal piż ta' riskju ta' 1 250 %, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)  l-oriġinatur jista' juri li l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li jkunu soġġetti għal piż ta' riskju ta' 1 250 % jaqbeż stima raġunata tat-telf mistenni fuq l-iskopertura sottostanti b'marġni sostanzjali;

(ii)  ma hemmx pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni intermedji.

Meta t-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju, li l-istituzzjoni oriġinatriċi tikseb permezz tat-titolizzazzjoni, ma jkunx ġustifikat minn trasferiment proporzjonat tar-riskju ta' kreditu lil partijiet terzi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi ta' każ b'każ, li ma għandux jitqisx bħala li ġie ttrasferit riskju ta' kreditu sinifikanti lil partijiet terzi.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, pożizzjoni f'titolizzazzjoni għandha titqies bħala pożizzjoni ta' titolizzazzjoni intermedja meta hija tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 244(2)

(3)  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet oriġinaturi jirrikonoxxu trasferiment ta' kreditu sinifikanti fir-rigward ta' titolizzazzjoni meta l-istituzzjoni oriġinatriċi turi f'kull każ li t-tnaqqis fir-rekwiżiti tal-fondi proprji miksub mill-oriġinatriċi permezz tat-titolizzazzjoni huwa ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta' riskju ta' kreditu lil partijiet terzi. Il-permess jista' jingħata biss meta l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-istituzzjoni jkollha politiki u metodoloġiji adegwati għall-immaniġġar tar-riskji interni sabiex tivvaluta t-trasferiment tar-riskju;

(b)  l-istituzzjoni tkun irrikonoxxiet ukoll it-trasferiment tar-riskju ta' kreditu lil partijiet terzi f'kull każ għall-finijiet tal-immaniġġar tar-riskji interni tal-istituzzjoni u l-allokazzjoni interna tal-kapital tagħha.

(4)  Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 1 sa 3, għandhom jiġu ssodisfati wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tirrifletti s-sustanza ekonomika tat-titolizzazzjoni;

(b)  il-protezzjoni tal-kreditu li permezz tagħha jiġi ttrasferit ir-riskju ta' kreditu tkun konformi mal-Artikolu 249;

(c)  id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni ma jkunx fiha termini jew kundizzjonijiet li:

(i)  jimponu livelli limiti ta' materjalità sinifikanti li inqas minnhom il-protezzoni tal-kreditu titqies bħala li ma tiġix attivata jekk iseħħ avveniment ta' kreditu;

(ii)  jippermettu li l-protezzjoni tiġi fi tmiemha minħabba d-deterjorament tal-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti;

(iii)  jitolbu lill-istituzzjoni oriġinatriċi tbiddel il-kompożizzjoni tal-iskoperturi sottostanti sabiex ittejjeb il-kwalità medja tal-pula;

(iv)  iżidu l-kost tal-protezzjoni tal-kreditu għall-istituzzjoni jew ir-rendiment pagabbli lid-detenturi ta' pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni b'reazzjoni għal deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-pula sottostanti;

(d)  il-protezzjoni tal-kreditu hija infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha;

(e)  fejn applikabbli, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tagħmilha ċara li l-oriġinatur jew l-isponsor m'għandhom jikkonkludu l-ebda tranżazzjoni futura, inklużi, mingħajr limitazzjoni, kwalunkwe emenda għad-dokumentazzjoni ta' titolizzazzjoni u l-ebda bidla fil-kupun, ir-rendimenti jew karatteristiċi oħrajn tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni, fir-rigward tat-titolizzazzjoni bil-għan li jnaqqsu t-telf potenzjali jew attwali għall-investituri kif speċifikat fl-Artikolu 250;

(f)  fejn hemm għażla eżerċitabbli eżawrjenti, din l-għażla tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)  tista' tiġi eżerċitata skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni oriġinatriċi;

(ii)  tista' tiġi eżerċitata biss meta 10 % jew inqas tal-valur oriġinali tal-iskoperturi sottostanti jibqa' mhux ammortizzat;

(iii)  ma tkunx strutturata biex tevita l-allokazzjoni tat-telf għall-pożizzjonijiet ta' titjib tal-kreditu jew għal pożizzjonijiet oħrajn imħaddna mill-investituri fit-titolizzazzjoni, kif ukoll ma tkunx strutturata b'mod ieħor biex tipprovdi titjib tal-kreditu;

(g)  l-istituzzjoni oriġinatriċi rċeviet opinjoni minn professjonist legali kkwalifikat li tikkonferma li t-titolizzazzjoni hija konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu;

(5)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-EBA b'dawk il-każijiet fejn ikunu ddeċidew li t-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju ma kienx ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta' riskju ta' kreditu lil partijiet terzi skont il-paragrafu 2, kif ukoll b'dawk il-każijiet fejn l-istituzzjonijiet ikunu għażlu li japplikaw id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 4.

(6)  L-EBA għandha timmonitorja l-firxa ta' prattiki superviżorji fir-rigward tar-rikonoxximent ta' trasferiment ta' riskju sinifikanti f'titolizzazzjonijiet sintetiċi skont dan l-Artikolu. Barra minn hekk, l-EBA għandha tirrevedi l-elementi li ġejjin:

(aa)  l-ispeċifikazzjoni suffiċjenti tal-kundizzjonijiet għal deroga u r-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4;

(a)  il-kundizzjonijiet għat-trasferiment ta' riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi f'konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4;

(b)  l-interpretazzjoni ta' "trasferiment proporzjonat tar-riskju ta' kreditu lil partijiet terzi" għall-finijiet tal-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti prevista fis-subparagrafu ta' qabel tal-aħħar tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3;

(c)  ir-rekwiżiti għal valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar tranżazzjonijiet tat-titolizzazzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-oriġinatur ifittex rikonoxximent ta' trasferiment sinifikanti ta' riskju tal-kreditu lil partijiet terzi skont il-paragrafi 2 jew 3.

L-EBA għandha tirrapporta l-konklużjonijiet tagħha fir-rigward ta' tali monitoraġġ u reviżjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2017. Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq wara li tkun ikkunsidrat ir-Rapport mill-EBA, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 462, biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar l-elementi elenkati fil-punti (a) sa (c) ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 246

Rekwiżiti operattivi għad-dispożizzjonijiet tal-Ammortizzament Antiċipat

Meta t-titolizzazzjoni tkun tinkludi skoperturi ċirkolanti u dispożizzjonijiet ta' ammortizzament antiċipat jew dispożizzjonijiet simili, għandu jiġi kkunsidrat li ġie ttrasferit riskju ta' kreditu sinifikanti mill-istituzzjoni oriġinatriċi biss meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 244 u 245 u meta d-dispożizzjoni ta' ammortizzament antiċipat, ladarba tiġi attivata:

(a)  ma twassalx għal subordinazzjoni tal-pretensjoni superjuri jew pari passu tal-istituzzjoni fuq l-iskoperturi sottostanti għall-pretensjonijiet tal-investituri l-oħrajn;

(b)  ma twassalx għal subordinazzjoni ulterjuri tal-pretensjoni tal-istituzzjoni fuq l-iskoperturi sottostanti relattivi għall-pretensjonijiet tal-partijiet l-oħrajn;

(c)  ma żżidx b'mod ieħor l-iskopertura tal-istituzzjoni għat-telf assoċjat mal-iskoperturi ċirkolanti sottostanti.

Taqsima 3Kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi ponderati skont ir-riskju

Subtaqsima 1Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 247

Kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi ponderati skont ir-riskju

(1)  Meta istituzzjoni oriġinatriċi tkun ittrasferiet riskju ta' kreditu sinifikanti assoċjat mal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni skont it-Taqsima 2, dik l-istituzzjoni tista':

(a)  fil-każ ta' titolizzazzjoni tradizzjonali, teskludi l-iskoperturi sottostanti mill-kalkolu tagħha tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju u, fejn rilevanti, l-ammonti ta' telf mistennija;

(b)  fil-każ ta' titolizzazzjoni sintetika, tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju u, fejn rilevanti, l-ammonti ta' telf mistennija, fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti skont l-Artikoli 251 u 252.

(2)  Meta l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun iddeċidiet li tapplika l-paragrafu 1, hija għandha tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju kif stabbilit f'dan il-Kapitolu għall-pożizzjonijiet li jista' jkollha fit-titolizzazzjoni.

Meta l-istituzzjoni oriġinatriċi ma tkunx ittrasferiet riskju ta' kreditu sinifikanti jew tkun iddeċidiet li ma tapplikax il-paragrafu 1, hija ma għandha għalfejn tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju għall-ebda pożizzjoni li jista' jkollha fit-titolizzazzjoni inkwistjoni iżda għandha tkompli tinkludi l-iskoperturi sottostanti fil-kalkolu tagħha tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju bħallikieku ma kinux ġew titolizzati.

(3)  Meta jkun hemm skopertura għal pożizzjonijiet f'segmenti differenti f'titolizzazzjoni, l-iskopertura għal kull segment għandha tiġi kkunsidrata bħala pożizzjoni ta' titolizzazzjoni separata. Il-fornituri tal-protezzjoni ta' kreditu għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni għandhom jitqiesu bħala li għandhom pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni. Il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni għandhom jinkludu skoperturi għal titolizzazzjoni li jirriżultaw minn kuntratti derivattivi tal-munita jew tar-rata tal-imgħax li l-istituzzjoni tkun daħlet fihom permezz tat-tranżazzjoni.

(4)  Sakemm pożizzjoni ta' titolizzazzjoni ma tkunx imnaqqsa mill-entrati tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1), l-ammont ta' skoperturi ponderati għar-riskju għandu jiġi inkluż fl-ammonti totali ta' skoperturi ponderati għar-riskju tal-istituzzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 92(3).

(5)  L-ammont ta' skoperturi ponderati għar-riskju ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat billi l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni, ikkalkolat kif stabbilit fl-Artikolu 248, jiġi mmultiplikat bil-piż tar-riskju totali rilevanti.

(6)  Il-piż tar-riskju totali għandu jiġi ddeterminat bħala s-somma tal-piż tar-riskju stabbilita f'dan il-Kapitolu u kull piż ta' riskju addizzjonali skont l-Artikolu 270a.

Artikolu 248

Valur tal-Iskopertura

(1)  Il-valur tal-iskopertura ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

(a)  il-valur tal-iskopertura ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni fil-karta tal-bilanċ għandu jkun il-valur tal-kontabbiltà tagħha wara li jkunu ġew applikati l-aġġustamenti tar-riskju ta' kreditu rilevanti fuq il-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni skont l-Artikolu 110;

(b)  il-valur tal-iskopertura ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni li ma tidhirx fil-karta bilanċjali huwa l-valur nominali tagħha nieqes kull aġġustament applikabbli tar-riskju ta' kreditu skont l-Artikolu 110, immultiplikat bil-fattur ta' konverżjoni rilevanti kif stabbilit f'dan il-Kapitolu. Il-fattur ta' konverżjoni jkun ta' 100 %, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor;

(c)  il-valur tal-iskopertura għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti fir-rigward ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni li tirriżulta minn strument derivattiv elenkat fl-Anness II għandu jiġi ddeterminat skont il-Kapitolu 6.

(2)  Meta istituzzjoni jkollha żewġ pożizzjonijiet dupplikati jew aktar f'titolizzazzjoni, hija għandha tinkludi waħda biss mill-pożizzjonijiet fil-kalkolu tagħha tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju.

Fejn il-pożizzjonijiet huma parzjalment imrikkba fuq xulxin, l-istituzzjoni tista' taqsam il-pożizzjoni f'żewġ partijiet u tirrikonoxxi t-trikkib f'dak li għandu x'jaqsam ma' parti waħda biss f'konformità mal-ewwel subparagrafu. Alternattivament, l-istituzzjoni tista' tittratta l-pożizzjonijiet daqslikieku kienu jikkoinċidu b'mod sħiħ billi tespandi għall-finijiet tal-kalkolu tal-kapital, il-pożizzjoni li tipproduċi l-ogħla ammonti ta' skoperturi ponderati skont ir-riskju.

L-istituzzjoni tista' tirrikonoxxi wkoll dupplikazzjoni bejn ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji f'riskju għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u r-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar, diment li l-istituzzjoni tkun tista' tikkalkula u tqabbel ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-pożizzjonijiet rilevanti.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, żewġ pożizzjonijiet għandhom jitqiesu bħala dupplikati meta jkunu fi tpaċija reċiproka b'tali mod li l-istituzzjoni tkun tista' tipprekludi t-telf li jirriżulta minn pożizzjoni waħda billi tesegwixxi l-obbligi meħtieġa taħt il-pożizzjoni l-oħra.

(3)  Meta l-Artikolu 270c japplika għal pożizzjonijiet fl-ABCP, l-istituzzjoni tista' tuża l-piż tar-riskju assenjat lil faċilità ta' likwidità sabiex tikkalkula l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju għall-ABCP, diment li l-faċilità tal-likwidità tkopri 100 % tal-ABCP maħruġa mill-programm u l-faċilità tal-likwidità tikklassifika pari passu mal-ABCP b'mod li jifformaw pożizzjoni dupplikata. L-istituzzjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti meta tkun applikat id-dispożizzjonijiet stipulati f'dan il-paragrafu. Sabiex tiddetermina l-kopertura ta' 100 % stabbilita f'dan il-paragrafu, l-istituzzjoni tista' tieħu f'kunsiderazzjoni faċilitajiet ta' likwidità oħrajn fil-programm ABCP, diment li huma jifformaw pożizzjoni dupplikata mal-ABCP.

Artikolu 249

Rikonoxximent tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni

(1)  Istituzzjoni tista' tirrikonoxxi protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata fir-rigward ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għall-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu stabbiliti f'dan il-Kapitolu u fil-Kapitolu 4.

(2)  Il-protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata eliġibbli tkun limitata għal kollateral finanzjaru li huwa eliġibbli għall-kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju skont il-Kapitolu 2, kif stipulatfil-Kapitolu 4, u r-rikonoxximent tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu għandu jkun soġġett għal konformità mar-rekwiżiti rilevanti, kif stipulat fil-Kapitolu 4.

Il-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata eliġibbli u l-fornituri ta' tali protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata jkunu limitati għal dawk li huma eliġibbli skont il-Kapitolu 4 u r-rikonoxximent tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu jkun soġġett għall-konformità mar-rekwiżiti rilevanti, kif stipulat fil-Kapitolu 4.

(3)  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, il-fornituri eliġibbli ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata msemmija fil-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 201(1) ikunu ġew assenjati valutazzjoni ta' kreditu minn ECAI rikonoxxuta, li tkun skala 2 jew aktar tal-kwalità kreditizja fiż-żmien meta l-protezzjoni ta' kreditu kienet rikonoxxuta għall-ewwel darba u skala 3 jew aktar tal-kwalità kreditizja minn hemm 'il quddiem. Ir-rekwiżit stabbilit f'dan is-subparagrafu ma japplikax għall-kontropartijiet ċentrali li jikkwalifikaw.

L-istituzzjonijiet li huma permessi japplikaw l-Approċċ IRB għal skopertura diretta għall-fornitur tal-protezzjoni jistgħu jivvalutaw l-eliġibbiltà skont l-ewwel subparagrafu abbażi tal-ekwivalenza tal-PD għall-fornitur tal-protezzjoni għall-PD assoċjat mal-iskali tal-kwalità kreditizja msemmija fl-Artikolu 136.

(4)  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, l-SSPEs ikunu fornituri ta' protezzjoni eliġibbli meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  l-SSPE jkollha assi li jikkwalifikaw bħala kollateral finanzjarju eliġibbli skont il-Kapitolu 4;

(b)  l-assi msemmija f'(a) ma jkunux soġġetti għal pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti li jikklassifikaw quddiem jew pari passu mal-pretensjoni jew mal-pretensjoni kontinġenti tal-istituzzjoni li tirċievi protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata; kif ukoll

(c)  jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha għar-rikonoxximent tal-kollateral finanzjarju fil-Kapitolu 4.

(5)  Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-ammont tal-protezzjoni aġġustat għal kwalunkwe diskrepanzi fil-munita u fil-maturità skont il-Kapitolu 4 (GA) jkun limitat għall-valur tas-suq aġġustat għall-volatilità ta' dawk l-assi, filwaqt li l-piż tar-riskju tal-iskoperturi għall-fornitur tal-protezzjoni, kif speċifikat skont l-Approċċ Standardizzat (g), għandu jiġi ddeterminat bħala l-piż tar-riskju medju ponderat li japplika għal dawk l-assi bħala kollateral finanzjarju skont l-Approċċ Standardizzat.

(6)  Meta pożizzjoni ta' titolizzazzjoni tibbenifika minn protezzjoni tal-kreditu sħiħa, ikunu japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  l-istituzzjoni li tipprovdi protezzjoni tal-kreditu għandha tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju għall-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni li tibbenifika mill-protezzjoni ta' kreditu skont is-Subtaqsima 3 bħallikieku kienet tħaddan dik il-pożizzjoni direttament;

(b)  l-istituzzjoni li tixtri l-protezzjoni għandha tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju skont il-Kapitolu 4.

(7)  Fil-każ ta' protezzjoni parzjali, ikunu japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  l-istituzzjoni li tipprovdi l-protezzjoni tal-kreditu għandha tittratta l-porzjon tal-pożizzjoni li jibbenifika mill-protezzjoni tal-kreditu bħala pożizzjoni ta' titolizzazzjoni u għandha tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju bħallikieku kienet qed iżżomm dik il-pożizzjoni direttament skont is-Subtaqsima 3, soġġetta għall-paragrafi 8 u 9;

(b)  l-istituzzjoni li tixtri l-protezzjoni tal-kreditu għandha tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju għall-pożizzjoni protetta msemmija f'(a) skont il-Kapitolu 4. L-istituzzjoni għandha tittratta l-porzjon tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni li ma jibbenifikax mill-protezzjoni tal-kreditu bħala pożizzjoni ta' titolizzazzjoni separata u għandha tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju skont is-Subtaqsima 3, soġġetta għall-paragrafi 8 u 9.

(8)  L-istituzzjonijiet li jużaw is-SEC-IRBA is-SEC-SA taħt is-Subtaqsima 3 għandhom jiddeterminaw il-punt ta' kuntatt (A) u l-punt ta' distakkament (D) separatament għal kull waħda mill-pożizzjonijiet derivati skont il-paragrafu 7 bħallikieku dawn inħarġu bħala pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni separati fiż-żmien tal-oriġinar tat-tranżazzjoni. Il-valur ta' KIRB jew KSA, rispettivament, għandu jiġi kkalkolat wara li tittieħed f'kunsiderazzjoni l-pula oriġinali tal-iskoperturi li huma l-bażi tat-titolizzazzjoni.

(9)  L-istituzzjonijiet li jużaw is-SEC-ERBA taħt is-Subtaqsima 3 għandhom jikkalkolaw l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju għall-pożizzjonijiet derivati skont il-paragrafu 7 kif ġej:

(a)  meta l-pożizzjoni derivata jkollha l-ogħla superjorità, hija għandha tiġi assenjata l-piż tar-riskju tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni oriġinali;

(b)  meta l-pożizzjoni derivata jkollha l-inqas superjorità, hija tista' tiġi assenjata klassifikazzjoni inferita skont l-Artikolu 261(7). Meta ma tkunx tista' tiġi inferita klassifikazzjoni, l-istituzzjoni tapplika l-ogħla piż tar-riskju li jirriżulta minn:

(i)  l-applikazzjoni tas-SEC-SA skont il-paragrafu 8 u s-Subtaqsima 3; jew

(ii)  il-piż tar-riskju tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni oriġinali skont is-SEC-ERBA.

Artikolu 250

Appoġġ impliċitu

(1)  Istituzzjoni oriġinatriċi li tkun ittrasferiet riskju ta' kreditu sinifikanti assoċjat mal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni skont it-Taqsima 2 u istituzzjoni sponsor ma għandhomx jipprovdu appoġġ, direttament jew indirettament, għat-titolizzazzjoni lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tagħhom bil-għan li jnaqqsu t-telf attwali jew potenzjali għall-investituri.

(2)  Tranżazzjoni ma għandhiex titqies li tipprovdi appoġġ għall-finijiet tal-paragrafu 1 meta t-tranżazzjoni tkun ġiet debitament ikkunsidrata fil-valutazzjoni ta' trasferiment ta' riskju sinifikanti u meta ż-żewġ partijiet ikunu esegwew it-tranżazzjoni billi aġixxew fl-interess tagħhom bħala partijiet liberi u indipendenti (f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta). Għal dawn il-finijiet, l-istituzzjoni għandha twettaq reviżjoni kreditizja sħiħa tat-tranżazzjoni u, bħala minimu, tieħu f'kunsiderazzjoni l-fatturi kollha li ġejjin:

(a)  il-prezz tar-riakkwist;

(b)  il-pożizzjoni tal-kapital u tal-likwidità tal-istituzzjoni qabel u wara r-riakkwist;

(c)  il-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti;

(d)  il-prestazzjoni tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni;

(e)  l-impatt tal-appoġġ fuq it-telf li mistenni li jġarrab l-oriġinatur b'mod relattiv għall-investituri.

(3)  L-istituzzjoni oriġinatriċi u l-istituzzjoni sponsor għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe tranżazzjoni li jidħlu fiha fir-rigward tat-titolizzazzjoni skont il-paragrafu 2.

(4)  L-EBA għandha, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida dwar x'jikkostitwixxi "kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta" għall-finijiet ta' dan l-Artikolu u meta tranżazzjoni ma tkunx strutturata biex tipprovdi appoġġ.

(5)  Jekk istituzzjoni oriġinatriċi jew istituzzjoni sponsor tonqos milli tikkonforma mal-paragrafu 1 fir-rigward ta' titolizzazzjoni, l-istituzzjoni għandha tinkludi l-iskoperturi sottostanti kollha ta' dik it-titolizzazzjoni fil-kalkolu tagħha tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju bħallikieku dawn ma kinux ġew titolizzati u tiżvela:

(a)  li hija pprovdiet appoġġ għat-titolizzazzjoni bi ksur tal-paragrafu 1; u

(b)  l-impatt tal-appoġġ ipprovdut f'termini tar-rekwiżiti tal-fondi proprji.

Artikolu 251

Kalkolu tal-istituzzjonijiet oriġinaturi tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju titolizzati f'titolizzazzjoni sintetika

(1)  Għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju għall-iskoperturi sottostanti, l-istituzzjoni oriġinatriċi ta' titolizzazzjoni sintetika għandha tuża l-metodoloġiji ta' kalkolazzjoni stabbiliti f'din it-Taqsima, fejn ikunu applikabbli minflok dawk stabbiliti fil-Kapitolu 2. Għall-istituzzjonijiet li jikkalkolaw l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistennija skont il-Kapitolu 3, l-ammont ta' telf mistenni fir-rigward ta' tali skoperturi jkun żero.

(2)  Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel paragrafu japplikaw għall-pula sħiħa ta' skoperturi li jappoġġjaw it-titolizzazzjoni. Soġġetta għall-Artikolu 252, l-istituzzjoni oriġinatriċi għandha tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju fir-rigward tas-segmenti kollha fit-titolizzazzjoni skont id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima, inklużi l-pożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni tista' tirrikonoxxi l-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu skont l-Artikolu 249. Il-piż tar-riskju li jiġi applikat għall-pożizzjonijiet li jibbenifikaw minn mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu jista' jiġi emendat skont il-Kapitolu 4.

Artikolu 252

Trattament ta' diskrepanzi fil-maturità f'titolizzazzjonjiet sintetiċi

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju skont l-Artikolu 251, kwalunkwe diskrepanza fil-maturità bejn il-protezzjoni tal-kreditu li permezz tagħha jinkiseb it-trasferiment tar-riskju u l-iskoperturi sottostanti għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

(a)  il-maturità tal-iskoperturi sottostanti għandha titqies bħala l-itwal maturità ta' kull waħda minn dawk l-iskoperturi soġġetta għal massimu ta' ħames snin. Il-maturità tal-protezzjoni tal-kreditu għandha tiġi ddeterminata skont il-Kapitolu 4;

(b)  istituzzjoni oriġinatriċi għandha tinjora kull diskrepanza fil-maturità meta tiġi biex tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni soġġetti għal ponderazzjoni tar-riskju ta' 1 250 % skont din it-Taqsima. Għall-pożizzjonijiet l-oħrajn kollha, it-trattament tad-diskrepanza fil-maturità stabbilit fil-Kapitolu 4 għandu jiġi applikat skont il-formula li ġejja:

  RW* = ((RWSP · ((tt*)/(Tt*))) + (RWAss · ((Tt)/(Tt*))))

fejn:

RW*

=

l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju għall-finijiet tal-Artikolu 92(3)(a);

RWAss

=

l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju għall-iskoperturi sottostanti jekk ma jkunux ġew titolizzati, ikkalkolati fuq bażi pro-rata;

RWSP

=

l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju kkalkolati skont l-Artikolu 251 jekk ma kienx hemm diskrepanza fil-maturità;

T

=

il-maturità tal-iskoperturi sottostanti espressa fi snin;

t

=

il-maturità tal-protezzjoni ta' kreditu espressa fi snin;

t*

=

0,25.

Artikolu 253

Tnaqqis fl-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju

(1)  Meta pożizzjoni ta' titolizzazzjoni tiġi assenjata piż ta' riskju ta' 1 250% taħt din it-Taqsima, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valur tal-iskopertura ta' tali pożizzjoni mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 36(1)(k) bħala alternattiva għall-inklużjoni tal-pożizzjoni fil-kalkolu tagħhom tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju. Għal dawn l-għanijiet, il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura jista' jirrifletti l-protezzjoni ffinanzjata eliġibbli skont l-Artikolu 249.

(2)  Meta istituzzjoni tagħmel użu mill-alternattiva stabbilita fil-paragrafu 1, hija tista' tnaqqas l-ammont imnaqqas skont l-Artikolu 36(1)(k) mill-ammont speċifikat fl-Artikolu 268 bħala rekwiżit ta' kapital massimu li jiġi kkalkolat fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti bħallikieku dawn ma ġewx titolizzati.

Subtaqsima 2Ġerarkija tal-metodi u l-parametri komuni

Artikolu 254

Ġerarkija tal-metodi

(1)  L-istituzzjonijiet għandhom jużaw wieħed mill-metodi stabbiliti fis-Subtaqsima 3 sabiex jikkalkolaw l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju fir-rigward tal-pożizzjonijiet kollha li jżommu f'titolizzazzjoni.

(2)  Il-metodi stabbiliti fis-Subtaqsima 3 għandhom jiġu applikati skont il-ġerarkija li ġejja:

(a)  meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 258 jiġu ssodisfati, istituzzjoni għandha tuża s-SEC-IRBA skont l-Artikolu 260;

(b)  meta s-SEC-ERBA ma jkunx jista' jintuża, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-Approċċ Standardizzat tat-Titolizzazzjoni (SEC-SA) skont l-Artikoli 263 u 264.

(c)  meta s-SEC-SA ma jkunx jista' jintuża jew meta l-applikazzjoni tiegħu tirriżulta f'ammont ta' skoperturi ponderati ta' 25 % ogħla mill-ammont kieku ġie applikat SEC-ERBA, istituzzjoni għandha tuża l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Esterni tat-Titolizzazzjoni (SEC-ERBA) għal pożizzjonijiet klassifikati jew pożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom tista' tintuża klassifikazzjoni inferita skont l-Artikoli 261 u 262. Is-SEC-ERBA jista' ġeneralment jintuża għall-puli ta' self għal karozzi, kiri ta' karozzi u tranżazzjonijiet ta' kiri ta' tagħmir.

▌  Meta l-istituzzjoni tapplika s-SEC-ERBA skont dan il-paragrafu, hija għandha ▌tinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien żejjed. Meta tirċievi n-notifika, l-awtorità kompetenti tista', f'każijiet ġustifikati kif xieraq, titlob lill-istituzzjoni tapplika s-SEC-ERBA, f'liema każ hija għandha tinnotifika lill-istituzzjoni d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn minn meta tirċievi n-notifika.

(3)  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprojbixxu, fuq bażi ta' każ b'każ, l-użu tas-SEC-SA meta t-titolizzazzjonijiet ikollhom karatteristiċi kumplessi ħafna jew riskjużi, jew meta l-ħlas lura tal-pożizzjonijiet rilevanti ta' titolizzazzjoni jiddependi ħafna fuq il-motivaturi tar-riskju mhux riflessi biżżejjed fil-KSA, bħat-titolizzazzjonijiet li jkollhom il-karatteristiċi skont il-punti minn (a) sa (d) tal-Artikolu 258(2). F'dawn il-każijiet, għandu japplika l-punt (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

(4)  Bla ħsara għall-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-Approċċ ta' Valutazzjoni Interna (IAA) sabiex jikkalkulaw l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju fir-rigward ta' pożizzjoni mhux klassifikata fi programm ABCP skont l-Artikolu 266, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 265.

(5)  Fil-każijiet l-oħrajn kollha, għandu jiġi assenjat piż ta' riskju ta' 1 250 % lill-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni.

(6)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-EBA dwar kull notifika riċevuta u d-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafu 2. L-EBA għandha timmonitorja l-medda ta' prattiki f'konnessjoni mal-paragrafu 3 u toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 255

Determinazzjoni tal-KIRB u KSA

(1)  Meta istituzzjoni tapplika s-SEC-IRBA skont is-Subtaqsima 3, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-KIRB skont il-paragrafi minn 2 sa 5.

(2)  L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-KIRB billi jimmultiplikaw l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju, li għandhom jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 3 fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti bħallikieku ma kinux ġew titolizzati, bil-proporzjon ta' kapital applikabbli skont il-Kapitolu 1 diviżi bil-valur tal-iskoperturi sottostanti. Il-KIRB għandha tiġi espessa f'forma deċimali bejn żero u wieħed.

(3)  Għall-finijiet tal-kalkolu tal-KIRB, l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju, li għandhom jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 3 fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti, għandhom jinkludu:

(a)  l-ammont ta' telf mistenni assoċjat mal-iskoperturi sottostanti kollha tat-titolizzazzjoni, inklużi l-iskoperturi sottostanti inadempjenti li għadhom parti mill-pula skont il-Kapitolu 3; u

(b)  l-ammont ta' telf mhux mistenni assoċjat mal-iskoperturi sottostanti kollha, inklużi l-iskoperturi sottostanti inadempjenti fil-pula skont il-Kapitolu 3;

(4)  L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkolaw il-KIRB fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu 3 għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riċevibbli mixtrija. Għal dawn il-finijiet, l-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu ttrattati bħala riċevibbli mixtrija fil-livell tal-konsumatur u l-iskoperturi mhux fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu ttrattati bħala riċevibbli korporattivi mixtrija.

(5)  L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-KIRB separatament għar-riskju ta' dilwizzjoni fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti ta' titolizzazzjoni fejn ir-riskju ta' dilwizzjoni jkun materjali għal tali skoperturi.

Meta t-telf mir-riskji ta' dilwizzjoni u ta' kreditu jiġi ttrattat b'mod aggregat fit-titolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkombinaw il-KIRB rispettiva għar-riskju ta' dilwizzjoni u għar-riskju ta' kreditu f'KIRB waħda għall-finijiet tas-Subtaqsima 3. Il-preżenza ta' fond ta' riżerva waħdieni jew ta' sovrakollateralizzazzjoni disponibbli sabiex jiġi kopert it-telf minn riskju ta' kreditu jew ta' dilwizzjoni tista' titqies bħala indikazzjoni li dawn ir-riskji huma ttrattati b'mod aggregat.

Meta r-riskju ta' dilwizzjoni u r-riskju ta' kreditu ma jiġux ittrattati b'mod aggregat fit-titolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jimmodifikaw it-trattament stabbilit fil-paragrafu preċedenti sabiex jikkombinaw il-KIRB rispettiva għar-riskju ta' dilwizzjoni u ta' kreditu b'mod prudenti.

(6)  Meta istituzzjoni tapplika s-SEC-SA skont is-Subtaqsima 3, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-KSA billi timmultiplika l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju, li għandhom jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 2 fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti bħallikieku ma kinux ġew titolizzati, bi 8 % diviżi bil-valur tal-iskoperturi sottostanti. Il-KSA għandha tiġi espessa f'forma deċimali bejn żero u wieħed.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi sottostanti mingħajr nettjar ta' kwalunkwe aġġustamenti ta' krediti speċifiċi u aġġustamenti tal-valur addizzjonali skont l-Artikoli 34 u 110 u kull tnaqqis ieħor tal-fondi proprji.

(7)  Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 6, meta struttura ta' titolizzazzjoni tinvolvi l-użu ta' SSPE, l-iskoperturi kollha tal-SSPEs relatati mat-titolizzazzjoni jiġu ttrattati bħala skoperturi sottostanti. Mingħajr preġudizzju għal dak li ntqal qabel, l-istituzzjoni tista' teskludi l-iskoperturi tal-SSPE mill-pula tal-iskoperturi sottostanti għall-finijiet tal-kalkolu tal-KIRB jew tal-KSA jekk ir-riskju mill-iskoperturi tal-SSPE jkun immaterjali jew jekk ma jaffettwax il-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni tal-istituzzjoni.

Fil-każ ta' titolizzazzjonijiet sintetiċi ffinanzjati, kull rikavat materjali mill-ħruġ ta' noti marbuta ma' kreditu jew obbligi ffinanzjati oħrajn tal-SSPE li jservu bħala kollateral għall-ħlas lura tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-KIRB jew tal-KSA jekk ir-riskju ta' kreditu tal-kollateral ikun soġġett għall-allokazzjoni tat-telf segmentata.

(8)  Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5, l-EBA għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-metodi xierqa għall-kombinazzjoni tal-KIRB għar-riskji ta' dilwizzjoni u ta' kreditu, meta dawn ir-riskji ma jiġux ittrattati b'mod aggregat f'titolizzazzjoni.

Artikolu 256

Determinazzjoni tal-punt ta' akkoppjament (A) u tal-punt ta' distakkament (D)

(1)  Għall-finijiet tas-Subtaqsima 3, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-punt ta' akkoppjament (A) fil-limitu massimu fejn it-telf fil-pula tal-iskoperturi sottostanti jibda jiġi allokat għall-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni rilevanti.

Il-punt tal-akkoppjament (A) għandu jiġi espress bħala valur deċimali bejn żero u wieħed u jkun ugwali għall-akbar minn żero u l-proporzjon tal-bilanċ pendenti tal-pula ta' skoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni nieqes il-bilanċ pendenti tas-segmenti kollha li jikklassifikaw bħala superjuri għal jew pari passu mas-segment li fih il-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni rilevanti mal-bilanċ pendenti tal-iskoperturi sottostanti kollha fit-titolizzazzjoni.  

(2)  Għall-finijiet tas-Subtaqsima 3, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-punt ta' distakkament (D) fil-limitu li fih it-telf fil-pula ta' skoperturi sottostanti jirriżulta f'telf komplet tal-prinċipal għas-segment li fih il-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni rilevanti.

Il-punt ta' distakkament (D) għandu jiġi espress bħala valur deċimali bejn żero u wieħed u jkun ugwali għall-akbar minn żero u l-proporzjon tal-bilanċ pendenti tal-pula ta' skoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni nieqes il-bilanċ pendenti tas-segmenti kollha li jikklassifikaw bħala superjuri għas-segment li fih il-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni rilevanti għall-bilanċ pendenti tal-iskoperturi sottostanti kollha fit-titolizzazzjoni.  

(3)  Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw is-sovrakollateralizzazzjoni u l-kontijiet ta' riżerva ffinanzjati bħala segmenti u l-assi li fihom tali kontijiet ta' riżerva bħala skoperturi sottostanti.

(4)  Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjonijiet għandhom jinjoraw il-kontijiet ta' riżerva mhux iffinanzjati u l-assi li ma jipprovdux titjib tal-kreditu, bħal dawk li jipprovdu biss appoġġ ta' likwidità, swaps tar-rati tal-imgħax jew bejn il-muniti u kontijiet ta' kollateral fi flus relatati ma' dawk il-pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni. Għall-kontijiet ta' riżerva ffinanzjati u għall-assi li jipprovdu titjib tal-kreditu, l-istituzzjoni għandha tittratta biss bħala pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni l-parti ta' dawk il-kontijiet jew l-assi li tassorbi t-telf.

Artikolu 257

Determinazzjoni tal-maturità tas-segment (MT)

(1)  Għall-finijiet tas-Subtaqsima 3 u soġġetti għall-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet jistgħu jkejlu l-maturità ta' segment (MT) bħala:

(a)  il-maturità medja ponderata tal-pagamenti kuntrattwali dovuti taħt is-segment skont il-formula li ġejja:

 

fejn CFt tirrappreżenta l-pagamenti kuntrattwali kollha (prinċipal, imgħaxijiet u miżati) pagabbli mill-mutwatarju matul il-perjodu t; or

(b)  il-maturità legali finali tas-segment skont il-formula li ġejja:

MT = 1 + (ML – 1) * 80%,

fejn ML hija l-maturità legali finali tas-segment.

(2)   ▌

(3)  Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, id-determinazzjoni tal-maturità ta' segment (MT) tkun soġġetta, fil-każijiet kollha, għal limitu minimu ta' sena waħda u limitu massimu ta' ħames snin.

(4)  Meta istituzzjoni tista' ssir esposta għal telf potenzjali mill-iskoperturi sottostanti minħabba kuntratt, l-istituzzjoni għandha tiddetermina l-maturità tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni billi tieħu f'kunsiderazzjoni ▌maturità medja ponderata ta' tali skoperturi sottostanti. L-istess għandu japplika wkoll għat-titolizzazzjonijiet ta' skoperturi rotanti bi skattatur ta' amortizzament bikri skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (UE).../... [Regolament STS]. Għal skoperturi ċirkolanti oħrajn, tapplika l-itwal maturità kuntrattwalment possibbli li jifdal tal-iskopertura, li tista' tiżdied matul il-perjodu ċirkolanti.

Subtaqsima 3Metodi għall-kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju

Artikolu 258

Il-kundizzjonijiet għall-użu tal-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (SEC-IRBA)

(1)  L-istituzzjonijiet għandhom jużaw is-SEC-IRBA biex jikkalkolaw l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju fir-rigward ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  il-pożizzjoni tkun appoġġjata minn pula ta' IRB jew pula mħallta, diment li, fil-każ tal-aħħar, l-istituzzjoni tkun tista' tikkalkula l-KIRB skont it-Taqsima 3 għal minimu ta' 95% tal-ammont ta' skoperturi sottostanti▌.

(b)  ikun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli ▌fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni sabiex l-istituzzjoni tkun tista' tikkalkula l-KIRB; u

(c)  l-istituzzjoni ma tkunx ġiet prekluża milli tuża s-SEC-IRBA fir-rigward ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni speċifikata skont il-paragrafu 2.

(2)  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq bażi ta' każ b'każ, jipprekludu l-użu tas-SEC-IRBA meta t-titolizzazzjonijiet ikollhom karatteristiċi riskjużi jew kumplessi ħafna. Għal dawn il-finijiet, dawn li ġejjin jistgħu jitqiesu bħala karatteristiċi riskjużi jew kumplessi ħafna:

(a)  titjib tal-kreditu li jista' jonqos għal raġunijiet oħrajn minbarra t-telf tal-portafoll li jirriżulta minn nuqqas ta' ħlas ta' prinċipal jew imgħax;

(b)  puli ta' skoperturi sottostanti bi grad għoli ta' korrelazzjoni interna bħala riżultat tal-iskoperturi kkonċentrati għal setturi jew żoni ġeografiċi uniċi

(c)  tranżazzjonijiet fejn il-ħlas lura tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni jiddependi ħafna fuq il-motivaturi tar-riskju mhux riflessi fil-KIRB; or

(d)  allokazzjonijiet ta' telf kumplessi ħafna bejn is-segmenti.

Artikolu 259

Kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju skont is-SEC-IRBA

(1)  Skont is-SEC-IRBA, l-ammont ta' skoperturi ponderati għar-riskju għal pożizzjoni ta' titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat billi l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni kkalkolat skont l-Artikolu 248 jiġi mmultiplikat bil-piż tar-riskju applikabbli ddeterminat kif ġej, fil-każijiet kollha soġġetti għal limitu minimu ta' 15 %:

RW = 1 250%              meta D ≤ KIRB

RW = 12.5žKSSFA(KIRB)             meta A ≥ KIRB

  meta A˂ KIRB˂D

fejn:

KIRB hija l-imposta kapitali tal-pula ta' skoperturi sottostanti kif definita fl-Artikolu 255

D huwa l-punt ta' distakkament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256

A huwa l-punt ta' akkoppjament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256

 

fejn:

a = –(1 / (p * KIRB))

u = D – KIRB

l = max (A - KIRB; 0)

fejn:

p = max [0.3; (A + B*(1/N) + C* KIRB + D*LGD + E*MT)]

fejn:

N huwa n-numru effettiv ta' skoperturi fil-pula ta' skoperturi sottostanti, ikkalkolat skont il-paragrafu 4

LGD huwa t-telf medju fil-każ ta' inadempjenza ponderat skont l-iskopertura tal-pula ta' skoperturi sottostanti, ikkalkolat skont il-paragrafu 5

MT hija l-maturità tas-segment kif iddeterminata skont l-Artikolu 257

il-parametri A, B, C, D u E għandhom jiġu ddeterminati skont it-tabella ta' referenza li ġejja:

 

 

A

B

C

D

E

Bejgħ bl-ingrossa

Superjuri, granulari (N ≥ 25)

0

3.56

–1.85

0.55

0.07

Superjuri, mhux granulari (N < 25)

0.11

2.61

–2.91

0.68

0.07

Mhux superjuri, granulari (N ≥ 25)

0.16

2.87

–1.03

0.21

0.07

Mhux superjuri, granulari (N < 25)

0.22

2.35

–2.46

0.48

0.07

Bejgħ bl-imnut

Superjuri

0

0

–7.48

0.71

0.24

Mhux superjuri

0

0

–5.78

0.55

0.27

(2)  Jekk il-pula tal-IRB sottostanti tkun tinkludi kemm skoperturi fil-livell tal-konsumatur kif ukoll mhux fil-livell tal-konsumatur, il-pula għandha tinqasam f'sottopula fil-livell tal-konsumatur u waħda mhux fil-livell tal-konsumatur u, għal kull sottopula, għandu jiġi stmat parametru p separat (u l-parametri tal-input korrispondenti N, KIRB u LGD). Sussegwentement, għandu jiġi kkalkolat parametru p medju ponderat għat-tranżazzjoni abbażi tal-parametri p ta' kull sottopula u d-daqs nominali tal-iskoperturi f'kull sottopula.

(3)  Meta istituzzjoni tapplika s-SEC-IRBA għal pula mħallta, il-kalkolu tal-parametru p għandu jkun ibbażat fuq l-iskoperturi sottostanti soġġett għall-Approċċ IRB biss. L-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ Standardizzat għandhom jiġu injorati għal dawn il-finijiet.

(4)  In-numru effettiv ta' skoperturi (N) għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

 

fejn EADi tirrappreżenta l-iskopertura fl-inadempjenza assoċjata mal-istrument i fil-pula.

L-iskoperturi multipli għall-istess obbligant għandhom jiġu kkonsolidati u ttrattati bħala skopertura waħda.

(5)  L-LGD medju ponderat skont l-iskopertura għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

 

fejn LGDi jirrappreżenta l-LGD medju assoċjat mal-iskoperturi kollha għall-obbligant i.

Meta r-riskji ta' kreditu u ta' dilwizzjoni għar-riċevibbli mixtrija jiġu ġestiti b'mod aggregat f'titolizzazzjoni, l-input tal-LGD għandu jitqies bħala medja ponderata tal-LGD għar-riskju ta' kreditu u 100 % LGD għar-riskju ta' dilwizzjoni. Il-piżijiet tar-riskju jkunu l-imposti kapitali IRB awtonomi għar-riskju ta' kreditu u għar-riskju ta' dilwizzjoni, rispettivament. Għal dawn il-finijiet, il-preżenza ta' fond ta' riżerva wieħed jew sovrakollateralizzazzjoni disponibbli biex jiġi kopert it-telf minn riskju ta' kreditu jew minn riskju ta' inadempjenza tista' titqies bħala indikazzjoni li dawn ir-riskji huma ġestiti b'mod aggregat.

(6)  Meta s-sehem tal-akbar skopertura sottostanti fil-pula (C1) ma jkunx akbar minn 3%, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu simplifikat li ġej sabiex jikkalkolaw N u l-LGDs medji ponderati skont l-iskopertura:

 

LGD = 0.50

fejn

Cm jirrappreżenta s-sehem tal-pula li jikkorrespondi għas-somma tal-akbar skoperturi m (eż. sehem ta' 15 % jikkorrespondi għal valur ta' 0.15); u

m huwa stabbilit mill-istituzzjoni.

Jekk huwa disponibbli biss C1 u dan l-ammont mhuwiex aktar minn 0.03, mela allura l-istituzzjoni tista' tistabbilixxi l-LGD bħala 0.50 u N bħala 1/C1.

(7)  Meta l-pożizzjoni tiġi appoġġjata minn pula mħallta u l-istituzzjoni tkun tista' tikkalkula l-KIRB fuq mill-inqas 95% tal-ammonti ta' skoperturi sottostanti skont l-Artikolu 258(1)(a), l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-imposta kapitali għall-pula sottostanti ta' skoperturi bħala:

dˑ KIRB + (1–d)ˑ KSA,

fejn

d huwa l-perċentwal tal-ammont ta' skopertura tal-iskoperturi sottostanti li għalihom il-bank jista' jikkalkula l-KIRB fuq l-ammont ta' skopertura tal-iskoperturi sottostanti kollha; u

Il-KIRB u l-KSA huma kif definiti fl-Artikolu 255.

(8)  Meta istituzzjoni jkollha pożizzjoni ta' titolizzazzjoni fil-forma ta' derivattiva, l-istituzzjoni tista' tattribwixxi lid-derivattiva piż ta' riskju inferit ekwivalenti għall-piż tar-riskju tal-pożizzjoni ta' referenza kkalkolat skont dan l-Artikolu.

Għall-finijiet tal-ewwel Subparagrafu, il-pożizzjoni ta' referenza għandha tkun il-pożizzjoni li hija pari passu f'kull aspett mad-derivattiva jew, fin-nuqqas ta' tali pożizzjoni pari passu, il-pożizzjoni li hija immedjatament subordinata għad-derivattiva.

Artikolu 260

Trattament tat-titolizzazzjonijiet STS skont is-SEC-IRBA

Skont is-SEC-IRBA, il-piż tar-riskju għal pożizzjoni f'titolizzazzjoni STS għandu jiġi kkalkolat skont l-Artikolu 259, soġġett għall-modifiki li ġejjin:

limitu minimu tal-piż tar-riskju għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni superjuri = 10%

p = max [0.3; 0.5ˑ (A + Bˑ(1/N) + Cˑ KIRB + D*LGD + EˑMT)]

Artikolu 261

Kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju skont l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Esterni (SEC-ERBA)

(1)  Skont is-SEC-ERBA, l-ammont ta' skopertura ponderat għar-riskju għal pożizzjoni ta' titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat billi l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni kif ikkalkolat skont l-Artikolu 248 jiġi mmultiplikat bil-piż tar-riskju applikabbli skont dan l-Artikolu.

(2)  Għall-iskoperturi b'valutazzjonijiet ta' kreditu għal perjodu ta' żmien qasir jew meta tkun tista' tiġi inferita valutazzjoni ta' kreditu għal perjodu ta' żmien qasir skont il-paragrafu 7, japplikaw il-piżijiet tar-riskji li ġejjin:

Tabella 1

Skala tal-Kwalità Kreditizja

1

2

3

Il-klassifikazzjonijiet l-oħrajn kollha

Piż tar-riskju

15%

50%

100%

1 250%

(3)  Għall-iskoperturi b'valutazzjonijiet ta' kreditu fit-tul jew meta tkun tista' tiġi inferita klassifikazzjoni bbażata fuq valutazzjoni ta' kreditu fit-tul skont il-paragrafu 7, japplikaw il-piżijiet tar-riskju stabbiliti fit-Tabella 2, aġġustati kif applikabbli għall-maturità tas-segment (Mt) skont l-Artikolu 257 u l-paragrafu 4 u għall-ħxuna tas-segment għal segmenti mhux superjuri skont il-paragrafu 5:

Tabella 2.

Skala tal-Kwalità Kreditizja

Segment superjuri

Segment (irqiq) mhux superjuri

Maturità tas-segment (MT)

Maturità tas-segment (MT)

Sena

5 snin

Sena

5 snin

1

15%

20%

15%

70%

2

15%

30%

15%

90%

3

25%

40%

30%

120%

4

30%

45%

40%

140%

5

40%

50%

60%

160%

6

50%

65%

80%

180%

7

60%

70%

120%

210%

8

75%

90%

170%

260%

9

90%

105%

220%

310%

10

120%

140%

330%

420%

11

140%

160%

470%

580%

12

160%

180%

620%

760%

13

200%

225%

750%

860%

14

250%

280%

900%

950%

15

310%

340%

1050%

1050%

16

380%

420%

1130%

1130%

17

460%

505%

1,250%

1,250%

L-oħrajn kollha

1,250%

1,250%

1,250%

1,250%

(4)  Sabiex jiddeterminaw il-piż tar-riskju għal segmenti b'maturità ta' bejn sena u ħames snin, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw interpolazzjoni lineari bejn il-piżijiet tar-riskji applikabbli għal maturità ta' sena waħda u ħames snin, rispettivament, skont it-tabella 2.

(5)  Sabiex jiddeterminaw il-ħxuna tas-segment, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-piż tar-riskju għal segmenti mhux superjuri kif ġej:

RW = [RW wara aġġustament għall-maturità skont il-paragrafu 4] [1 – min(T; 50%)]

fejn

T = il-ħxuna tas-segment imkejla bħala D – A

fejn

D huwa l-punt ta' distakkament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256

A huwa l-punt ta' akkoppjament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256

(6)  Il-piż tar-riskju għal segmenti mhux superjuri li jirriżulta mill-paragrafi minn 3 sa 5 jkun soġġett għal limitu minimu ta' 15 %. Barra minn hekk, il-piż tar-riskju li jirriżulta għandu jkun mhux inqas mill-piż tar-riskju li jikkorrespondi għal segment superjuri ipotetiku tal-istess titolizzazzjoni bl-istess maturità u valutazzjoni ta' kreditu.

(7)  Għall-finijiet tal-użu tal-klassifikazzjonijiet inferiti, l-istituzzjonijiet għandhom jattribwixxu għal pożizzjoni mhux klassifikata klassifikazzjoni inferita ekwivalenti għall-valutazzjoni ta' kreditu ta' pożizzjoni ta' referenza klassifikata li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  il-pożizzjoni ta' referenza tikklassifika bħala pari passu fl-aspetti kollha għall-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni mhux klassifikata jew, fin-nuqqas ta' pożizzjoni ta' klassifikazzjoni pari passu, il-pożizzjoni ta' referenza hija immedjatament subordinata għall-pożizzjoni mhux klassifikata.

(b)  il-pożizzjoni ta' referenza ma tibbenifikax minn garanziji ta' partijiet terzi jew titjib tal-kreditu ieħor li mhumiex disponibbli għall-pożizzjoni mhux klassifikata;

(c)  il-maturità tal-pożizzjoni ta' referenza tkun ugwali għal jew itwal minn dik tal-pożizzjoni mhux klassifikata inkwistjoni;

(d)  fuq bażi kontinwa, kull klassifikazzjoni inferita tiġi aġġornata sabiex tkun tirrifletti kull bidla fil-valutazzjoni ta' kreditu tal-pożizzjoni ta' referenza.

Artikolu 262

Trattament tat-titolizzazzjonijiet STS skont is-SEC-ERBA

(1)  Skont is-SEC-ERBA, il-piż tar-riskju għal pożizzjoni f'titolizzazzjoni STS għandu jiġi kkalkolat skont l-Artikolu 261, soġġett għall-modifiki stipulati f'dan l-Artikolu.

(2)  Għall-iskoperturi b'valutazzjonijiet ta' kreditu għal perjodu ta' żmien qasir jew meta tkun tista' tiġi inferita klassifikazzjoni bbażata fuq valutazzjoni ta' kreditu għal perjodu ta' żmien qasir skont l-Artikolu 261(7), japplikaw il-piżijiet tar-riskji li ġejjin:

Tabella 3

Skala tal-Kwalità Kreditizja

1

2

3

Il-klassifikazzjonijiet l-oħrajn kollha

Piż tar-riskju

10%

35%

70%

1,250%

(3)  Għall-iskoperturi b'valutazzjonijiet ta' kreditu fit-tul jew meta tkun tista' tiġi inferita klassifikazzjoni bbażata fuq valutazzjoni ta' kreditu fit-tul skont l-Artikolu 261(7), japplikaw il-piżijiet tar-riskju ddeterminati skont it-Tabella 4, aġġustati għall-maturità tas-segment (MT) skont l-Artikolu 257 u l-Artikolu 261(4) u għall-ħxuna tas-segment għal segmenti mhux superjuri skont l-Artikolu 261(5):

Tabella 4

Skala tal-Kwalità Kreditizja

Segment superjuri

Segment (irqiq) mhux superjuri

Maturità tas-segment (MT)

Maturità tas-segment (MT)

Sena

5 snin

Sena

5 snin

1

10%

15%

15%

50%

2

10%

20%

15%

55%

3

15%

25%

20%

75%

4

20%

30%

25%

90%

5

25%

35%

40%

105%

6

35%

45%

55%

120%

7

40%

45%

80%

140%

8

55%

65%

120%

185%

9

65%

75%

155%

220%

10

85%

100%

235%

300%

11

105%

120%

355%

440%

12

120%

135%

470%

580%

13

150%

170%

570%

650%

14

210%

235%

755%

800%

15

260%

285%

880%

880%

16

320%

355%

950%

950%

17

395%

430%

1,250%

1,250%

L-oħrajn kollha

1,250%

1,250%

1,250%

1,250%

Artikolu 263

Kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat (SEC-SA)

(1)  Skont is-SEC-SA, l-ammont ta' skopertura ponderat għar-riskju għal pożizzjoni ta' titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat billi l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni kif ikkalkolata skont l-Artikolu 248 jiġi mmultiplikat bil-piż tar-riskju applikabbli ddeterminat kif ġej, fil-każijiet kollha soġġett għal limitu minimu ta' 15 %:

RW = 1 250%            meta D ≤ KA

RW = 12.5ž KSSFA(KA)          meta A ≥ KA

   meta A˂KA˂D

fejn:

D huwa l-punt ta' distakkament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256

A huwa l-punt ta' akkoppjament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256

KA huwa parametru kkalkolat skont il-paragrafu 2

 

fejn:

a = –(1 / (p * KA))

u = D – KA

l = max (A – KA; 0)

p = 1 għal skopertura ta' titolizzazzjoni li mhijiex skopertura ta' rititolizzazzjoni

(2)  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, KA għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

 

fejn:

hija l-imposta kapitali tal-pula sottostanti kif definita fl-Artikolu 255

W = proporzjon tas-somma tal-ammont nominali tal-iskoperturi sottostanti f'inadempjenza għall-ammont nominali tal-iskoperturi sottostanti kollha. Għal dawn il-finijiet, skopertura f'inadempjenza tfisser skopertura sottostanti li hija: (i) skaduta b'90 jum jew aktar; (ii) soġġetta għal proċedimenti ta' falliment jew insolvenza; (iii) soġġetta għal preklużjoni jew proċediment simili; jew (iv) f'inadempjenza skont id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni.

Meta istituzzjoni ma tkunx taf l-istatus tad-delinkwenza għal 5% jew inqas tal-iskoperturi sottostanti fil-pula, l-istituzzjoni tista' tuża s-SEC-SA soġġetta għall-aġġustament li ġej fil-kalkolu tal-KA:

 

Meta l-istituzzjoni ma tkunx taf l-istatus tad-delinkwenza għal aktar minn 5% tal-iskoperturi sottostanti fil-pula, il-pożizzjoni fit-titolizzazzjoni għandha tiġi ponderata għar-riskju b'1,250%.

(3)  Meta istituzzjoni jkollha pożizzjoni ta' titolizzazzjoni fil-forma ta' derivattiva, l-istituzzjoni tista' tattribwixxi lid-derivattiva piż ta' riskju inferit ekwivalenti għall-piż tar-riskju tal-pożizzjoni ta' referenza kkalkolat skont dan l-Artikolu.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-pożizzjoni ta' referenza tkun il-pożizzjoni li hija pari passu f'kull aspett mad-derivattiva jew, fin-nuqqas ta' tali pożizzjoni pari passu, il-pożizzjoni li hija immedjatament subordinata għad-derivattiva.

Artikolu 264

Trattament tat-titolizzazzjonijiet STS skont is-SEC-SA

Skont is-SEC-SA, il-piż tar-riskju għal pożizzjoni f'titolizzazzjoni STS għandu jiġi kkalkolat skont l-Artikolu 263, soġġett għall-modifiki li ġejjin

limitu minimu tal-piż tar-riskju għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni superjuri = 10 %

p = 0,5

Artikolu 265

Kamp ta' applikazzjoni u rekwiżiti operattivi għall-Approċċ ta' Valutazzjoni Interna (IAA)

(1)  L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkolaw l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju għal pożizzjonijiet mhux klassifikati fil-programmi ABCP taħt l-IAA skont l-Artikolu 266 meta jkunu ngħataw permess mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom skont il-paragrafu 2.

(2)  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu lill-istituzzjonijiet permess biex jużaw l-IAA f'kamp ta' applikazzjoni definit b'mod ċar meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  il-pożizzjonijiet kollha fil-karti kummerċjali maħruġa mill-programm ABCP huma pożizzjonijiet klassifikati;

(b)  il-valutazzjoni interna tal-kwalità kreditizja tal-pożizzjoni tirrifletti l-metodoloġija tal-valutazzjoni disponibbli għall-pubbliku ta' ECAI waħda jew aktar għall-klassifikazzjoni tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni jew tal-iskoperturi sottostanti tal-istess tip;

(c)  il-proċess tal-valutazzjoni interna tal-istituzzjoni tkun mill-inqas konservattiva daqs il-valutazzjonijiet disponibbli għall-pubbliku ta' dawk l-ECAIs li pprovdew klassifikazzjoni esterna għall-karti kummerċjali maħruġa mill-programm ABCP, b'mod partikolari fir-rigward ta' fatturi ta' stress u elementi kwantitattivi rilevanti oħra;

(d)  il-metodoloġija tal-valutazzjoni interna tal-istituzzjoni tieħu f'kunsiderazzjoni l-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni rilevanti kollha tal-ECAIs li huma disponibbli għall-pubbliku u li jikklassifikaw il-karti kummerċjali tal-programm ABCP u tinkludi l-gradi ta' klassifikazzjoni li jikkorrespondu għall-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAIs. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta fir-rekords interni tagħha dikjarazzjoni ta' spjegazzjoni li tiddeskrivi kif ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-punt ġew issodisfati u għandha taġġorna din id-dikjarazzjoni fuq bażi regolari;

(e)  l-istituzzjoni tuża l-metodoloġija tal-valutazzjoni interna għall-finijiet ta' ġestjoni tar-riskji interni, inkluż fil-proċessi tagħha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, tal-informazzjoni ta' ġestjoni u tal-allokazzjoni interna tal-kapital;

(f)  l-awdituri interni jew esterni, ECAI, jew il-funzjoni interna tal-istituzzjoni għall-ġestjoni tar-riskji jew ir-reviżjoni tal-kreditu jwettqu reviżjonijiet regolari tal-proċess ta' valutazzjoni interna u tal-kwalità tal-valutazzjonijiet interni tal-kwalità kreditizja tal-iskoperturi tal-istituzzjoni għal programm ABCP;

(g)  l-istituzzjoni tintraċċa l-prestazzjoni tal-klassifikazzjonijiet interni tagħha matul iż-żmien biex tevalwa l-prestazzjoni tal-metodoloġija tal-valutazzjoni interna tagħha u tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa għal dik il-metodoloġija meta l-prestazzjoni tal-iskoperturi tiddifferixxi sistematikament minn dik indikata mill-klassifikazzjonijiet interni;

(h)  il-programm ABCP jinkludi l-istandards ta' sottoskrizzjoni u ġestjoni tar-responsabbiltà fil-forma ta' linji gwida għall-amministratur tal-programm fuq, mill-inqas:

(i)  il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-assi, soġġetti għall-punt (i);

(ii)  it-tipi u l-valur monetarju tal-iskoperturi li jirriżultaw mill-provvediment tal-faċilitajiet tal-likwidità u t-titjib tal-kreditu;

(iii)  id-distribuzzjoni tat-telf bejn il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni fil-programm ABCP;

(iv)  l-iżolament legali u ekonomiku tal-assi ttrasferiti mill-entità li tbiegħ l-assi;

(i)  il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-assi fil-programm ABCP jipprevedu, mill-inqas:

(i)  l-esklużjoni tax-xiri tal-assi li huma skaduti jew inadempjenti b'mod sinifikanti;

(ii)   il-limitazzjoni ta' konċentrazzjoni eċċessiva għal obbligant jew żona ġeografika individwali;

(iii)  il-limitazzjoni tat-terminu tal-assi li jridu jinxtraw;

(j)  għandha titwettaq analiżi tal-profil kummerċjali u r-riskju ta' kreditu tal-bejjiegħ tal-assi inkluża, mill-inqas, valutazzjoni ta' dawn li ġejjin tal-bejjiegħ:

(i)  il-prestazzjoni finanzjarja tal-imgħoddi u futura mistennija;

(ii)  il-pożizzjoni tas-suq attwali u l-kompetittività futura mistennija;

(iii)  l-effett ta' lieva, il-fluss tal-flus, il-kopertura tal-imgħax u l-klassifikazzjoni tad-dejn;

(iv)   l-istandards ta' sottoskrizzjoni, il-kapaċitajiet tas-servicing u l-proċessi tal-ġbir;

(k)  il-programm ABCP għandu politiki u proċessi ta' ġbir li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-kapaċità operattiva u l-kwalità kreditizja tas-servizzjant u jinkludi karatteristiċi li jnaqqsu r-riskji relatati mal-prestazzjoni tal-bejjiegħ u tas-servizzjant. Għall-finijiet ta' dan il-punt, ir-riskji relatati mal-prestazzjoni jistgħu jitnaqqsu permezz ta' motivaturi bbażati fuq il-kwalità kreditizja attwali tal-bejjiegħ jew tas-servizzjant sabiex jiġi evitat it-taħlit flimkien ta' fondi fil-każ ta' inadempjenza tal-bejjiegħ jew tas-servizzjant;

(l)  l-istima aggregata tat-telf fuq pula ta' assi li jistgħu jinxtraw taħt il-programm ABCP tieħu f'kunsiderazzjoni s-sorsi kollha ta' riskju potenzjali, bħar-riskju ta' kreditu u r-riskju ta' dilwizzjoni;

(m)  meta d-daqs tat-titjib tal-kreditu pprovdut mill-bejjiegħ ikun ibbażat biss fuq it-telf relatat mal-kreditu u r-riskju ta' dilwizzjoni jkun materjali għall-pula ta' assi partikolari, il-programm ABCP jinkludi riżerva separata għar-riskju ta' dilwizzjoni;

(n)  id-daqs tal-livell ta' titjib meħtieġ fil-programm ABCP jiġi kkalkolat billi jittieħdu f'kunsiderazzjoni bosta snin ta' informazzjoni storika, inkluż dwar it-telf, id-delinkwenzi, id-dilwizzjonijiet u r-rata tar-rotazzjoni tar-riċevibbli;

(o)  il-programm ABCP jinkludi karatteristiċi strutturali fix-xiri ta' skoperturi sabiex jitnaqqas id-deterjorament tal-kreditu potenzjali tal-portafoll sottostanti. Tali karatteristiċi jistgħu jinkludu motivaturi ta' stralċ speċifiċi għal pula ta' skoperturi;

(p)  l-istituzzjoni tevalwa l-karatteristiċi tal-pula ta' assi sottostanti, bħall-punteġġ tal-kreditu medju ponderat tagħha, filwaqt li tidentifika kwalunkwe konċentrazzjonijiet għal obbligant jew reġjun ġeografiku individwali, kif ukoll il-granularità tal-pula ta' assi.

(3)  Meta l-funzjonijiet tal-istituzzjoni għall-verifika interna, ir-reviżjoni tal-kreditu jew il-ġestjoni tar-riskji jwettqu r-reviżjoni prevista fil-punt (f) tal-paragrafu 2, dawn il-funzjonijiet ikunu indipendenti mill-funzjonijiet interni tal-istituzzjoni li jittrattaw ir-relazzjonijiet tal-klijenti u kummerċjali tal-programm ABCP.

(4)  L-istituzzjonijiet li ngħataw permess sabiex jużaw l-IAA ma għandhomx jirrikorru għall-użu ta' metodi oħrajn għall-pożizzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IAA, sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-istituzzjoni għandha raġuni tajba għaliex tagħmel dan;

(b)  l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.

Artikolu 266

Kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju skont l-IAA

(1)  Skont l-IAA, l-istituzzjoni għandha tassenja l-pożizzjoni mhux klassifikata fl-ABCP għal waħda mill-gradi ta' klassifikazzjoni stipulati fil-punt (d) tal-Artikolu 265(2) abbażi tal-valutazzjoni interna tagħha. Il-pożizzjoni għandha tiġi attribwita klassifikazzjoni derivata li għandha tkun l-istess bħall-valutazzjonijiet tal-kreditu li jikkorrespondu għal dak il-grad ta' klassifikazzjoni kif stipulat fil-punt (d) tal-Artikolu 265(2).

(2)  Il-klassifikazzjoni derivata skont il-paragrafu 1 għandha tkun mill-inqas fil-livell tal-grad ta' investiment jew aħjar fiż-żmien li tkun ġiet assenjata għall-ewwel darba u għandha titqies bħala valutazzjoni tal-kreditu eliġibbli minn ECAI għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju skont l-Artikolu 261 jew l-Artikolu 262, kif applikabbli.

Subtaqsima 4Limiti massimi għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni

Artikolu 267

Il-piż tar-riskju massimu għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni superjuri: Approċċ ta' trasparenza

(1)  Istituzzjoni li jkollha għarfien f'kull ħin tal-kompożizzjoni tal-iskoperturi sottostanti tista' tassenja lill-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni superjuri piż ta' riskju massimu ugwali għall-piż tar-riskju medju ponderat li jkun applikabbli għall-iskoperturi sottostanti, jekk l-iskoperturi sottostanti ma jkunux ġew titolizzati.

(2)  Fil-każ ta' puli ta' skoperturi sottostanti fejn l-istituzzjoni tuża esklussivament l-Approċċ Standardizzat jew l-Approċċ IRB, il-piż tar-riskju massimu għandu jkun ugwali għall-piż tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura li japplika għall-iskoperturi sottostanti skont il-Kapitolu 2 jew 3, rispettivament, bħallikieku dawn ma kinux ġew titolizzati.

Fil-każ ta' puli mħalltin, il-piż tar-riskju massimu jiġi kkalkolat kif ġej:

(a)  meta l-istituzzjoni tapplika s-SEC-IRBA, il-porzjon tal-Approċċ Standardizzat u l-porzjon tal-IRB tal-pula sottostanti jiġu assenjati l-piż tar-riskju tal-Approċċ Standardizzat u l-piż tar-riskju tal-IRB korrispondenti, rispettivament;

(b)  meta l-istituzzjoni tapplika s-SEC-SA jew is-SEC-ERBA, il-piż tar-riskju massimu għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni superjuri jkun ugwali għall-piż tar-riskju medju ponderat skont l-Approċċ Standardizzat tal-iskoperturi sottostanti.

(3)  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-piż tar-riskju li jkun applikabbli fl-Approċċ IRB skont il-Kapitolu 3 jinkludi l-proporzjon tat-telf mistenni għall-iskopertura fl-inadempjenza tal-iskoperturi sottostanti mmultiplikat bi 12.5.

(4)  Meta l-piż tar-riskju massimu kkalkolat skont il-paragrafu 1 jirriżulta f'piż ta' riskju aktar baxx mill-piżijiet ta' riskju minimi stabbiliti fl-Artikoli 259 sa 264, kif applikabbli, mela minflok għandu jintuża tal-ewwel.

Artikolu 268

Rekwiżiti kapitali massimi

(1)  Istituzzjoni oriġinatriċi, istituzzjoni sponsor jew istituzzjoni oħra li tuża s-SEC-IRBA, jew istituzzjoni oriġinatriċi jew istituzzjoni sponsor li tuża s-SEC-ERBA jew is-SEC-SA tista' tapplika rekwiżit kapitali massimu għall-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni li hija tħaddan li jkun ugwali għar-rekwiżiti kapitali li jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 2 jew 3 fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti kieku ma ġewx titolizzati. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżit kapitali tal-IRB jinkludi l-ammont tat-telf mistenni assoċjat ma' dawk l-iskoperturi kkalkolat skont il-Kapitolu 3 u dak tat-telf mhux mistenni mmultiplikat b'fattur ta' 1.06.

(2)  Fil-każ ta' puli mħalltin, ir-rekwiżit kapitali massimu għandu jiġi ddeterminat permezz tal-kalkolu tal-medja ponderata skont l-iskopertura tar-rekwiżiti kapitali tal-porzjonijiet tal-IRB u tal-Approċċ Standardizzat tal-iskoperturi sottostanti skont il-paragrafu 1.

(3)  Ir-rekwiżit kapitali massimu jkun ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont ikkalkolat skont il-paragrafi 1 jew 2 bil-fattur P ikkalkolat kif ġej:

(a)  għal istituzzjoni li għandha pożizzjoni ta' titolizzazzjoni waħda jew aktar f'segment wieħed, il-fattur P ikun ugwali għall-proporzjon tal-ammont nominali tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li l-istituzzjoni tħaddan f'dak is-segment partikolari għall-ammont nominali tas-segment;

(b)  għal istituzzjoni li għandha pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni f'segmenti differenti, il-fattur P ikun ugwali għall-proporzjon massimu tal-imgħax fost is-segmenti. Għal dawn il-finijiet, il-proporzjon ta' imgħax għal kull wieħed mis-segmenti differenti għandu jiġi kkalkolat kif stabbilit fil-punt (a).

(4)  Meta jiġi kkalkolat ir-rekwiżit kapitali massimu għal pożizzjoni ta' titolizzazzjoni skont dan l-Artikolu, l-ammont sħiħ ta' kull profitt fuq il-bejgħ u l-istrips tal-imgħax biss għat-titjib tal-kreditu li jirriżultaw mit-tranżazzjoni tat-titolizzazzjoni għandu jitnaqqas mill-entrati ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni skont l-Artikolu 36(1)(k).

Subtaqsima 5Dispożizzjonijiet mixxellanji

Artikolu 269

Projbizzjoni fuq ir-rititolizzazzjonijiet

L-iskoperturi sottostanti użati f'titolizzazzjoni ma għandhomx jinkludu titolizzazzjonijiet.

Artikolu 270

Pożizzjonijiet superjuri fit-titolizzazzjonijiet tal-SMEs

Istituzzjoni oriġinatriċi tista' tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju fir-rigward ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni skont l-Artikoli 260, 262 jew 264, kif applikabbli, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  it-titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti għat-titolizzazzjoni STS stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tar-Regolament (UE).../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni] kif applikabbli, għajr l-Artikolu 8(1);

(b)  il-pożizzjoni tikkwalifika bħala l-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni superjuri;

(c)  it-titolizzazzjoni tiġi appoġġata minn pula ta' skoperturi għal impriżi, sakemm mill-inqas 70 % minn dawn f'termini tal-bilanċ tal-portafoll jikkwalifikaw bħala SMEs fit-tifsira tal-Artikolu 501 fil-ħin tal-ħruġ tat-titolizzazzjoni;

(d)  ir-riskju tal-kreditu assoċjat mal-pożizzjonijiet mhux miżmuma mill-istituzzjoni oriġinatriċi jiġi ttrasferit permezz ta' garanzija jew kontrogaranzija li tissodisfa r-rekwiżiti għal protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata stabbilita fil-Kapitolu 4 għall-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta' kreditu;

(e)  il-parti terza li lilha jiġi ttrasferit ir-riskju ta' kreditu, u li tista' wkoll taġixxi bħala garanti jew kontrogaranti, hija waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: il-gvern ċentrali jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru; bank għall-iżvilupp multilaterali; organizzazzjoni internazzjonali jew entità promozzjonali, diment li l-iskoperturi għall-garanti jew għall-kontrogaranti jikkwalifikaw għal piż ta' riskju ta' 0% skont il-Kapitolu Tnejn tal-Parti Tlieta.

Artikolu 270a

Piż ta' riskju addizzjonali

(1)  Meta istituzzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni] f'xi aspett materjali minħabba n-negliġenza jew l-ommissjoni tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu piż ta' riskju addizzjonali proporzjonat ta' mhux inqas minn 250 % tal-piż tar-riskju (limitat għal 1,250 %) li japplika għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni rilevanti bil-mod speċifikat fl-Artikolu 247(6) jew fl-Artikolu 337(3), rispettivament. Il-piż ta' riskju addizzjonali jiżdied progressivament ma' kull ksur sussegwenti tad-dispożizzjonijiet dwar id-diliġenza dovuta. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni l-eżenzjonijiet għal ċerti titolizzazzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni] billi jnaqqsu l-piż tar-riskju li altrimenti jiġi impost skont dan l-Artikolu fir-rigward ta' titolizzazzjoni li għaliha japplika l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni].

(2)  L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tipprovdi kundizzjonijiet uniformi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-paragrafu 1▌.

   L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa ...[sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ta' emenda].

  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Taqsima 4Valutazzjonijiet tal-kreditu esterni

Artikolu 270b

L-użu tal-Valutazzjonijiet tal-Kreditu mill-ECAIs

L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw biss il-valutazzjonijiet tal-kreditu biex jiddeterminaw il-piż tar-riskju ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni skont dan il-Kapitolu meta l-valutazzjoni tal-kreditu tkun inħarġet jew ġiet approvata minn ECAI skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

Artikolu 270c

Rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-valutazzjonijiet ta' kreditu tal-ECAIs

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju skont it-Taqsima 3, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw biss valutazzjoni ta' kreditu ta' ECAI meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ma jkun hemm ebda diskrepanza bejn it-tipi ta' pagamenti riflessi fil-valutazzjoni ta' kreditu u t-tipi ta' pagamenti li għalihom hija intitolata l-istituzzjoni skont il-kuntratt li jwassal għall-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni inkwistjoni;

(b)  l-ECAI tippubblika l-valutazzjonijiet ta' kreditu u l-informazzjoni dwar l-analiżi tat-telf u tal-fluss tal-flus, is-sensittività tal-klassifikazzjonijiet għall-bidliet fis-suppożizzjonijiet sottostanti, inkluża l-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti, u dwar il-proċeduri, il-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet u l-elementi ewlenin li huma l-bażi tal-valutazzjonijiet tal-kreditu skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Għall-finijiet ta' dan il-punt, l-informazzjoni għandha titqies bħala li hija disponibbli għall-pubbliku meta hija tkun ġiet ippubblikata f'format aċċessibbli. L-informazzjoni li tkun disponibbli biss għal numru limitat ta' entitajiet ma għandhiex titqies bħala li hija disponibbli għall-pubbliku;

(c)  il-valutazzjonijiet tal-kreditu jiġu inklużi fil-matriċi tat-tranżizzjoni tal-ECAI;

(d)  il-valutazzjonijiet tal-kreditu mhumiex ibbażati jew parzjalment ibbażati fuq l-appoġġ mhux iffinanzjat ipprovdut mill-istituzzjoni nnifisha. Meta pożizzjoni tkun ibbażata jew parzjalment ibbażata fuq appoġġ mhux iffinanzjat, l-istituzzjoni għandha tikkunsidra dik il-pożizzjoni bħallikieku ma kinitx ikklassifikata għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju għal din il-pożizzjoni skont it-Taqsima 3;

(e)  l-ECAI impenjat ruħha li tippubblika spjegazzjonijiet dwar kif il-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti taffettwa l-valutazzjoni tal-kreditu.

Artikolu 270d

Użu tal-valutazzjonijiet ta' kreditu

(1)  Istituzzjoni tista' tinnomina ECAI waħda jew aktar li l-valutazzjonijiet tal-kreditu tagħhom għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi tagħha ponderati għar-riskju skont dan il-Kapitolu ("ECAI nominata").

(2)  L-istituzzjoni għandha tuża l-valutazzjonijiet ta' kreditu tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni tagħha b'mod konsistenti u b'mod mhux selettiv u, għal dawn il-finijiet, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  istituzzjoni ma għandhiex tuża l-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' ECAI għall-pożizzjonijiet tagħha f'xi segmenti u l-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' ECAI oħra għall-pożizzjonijiet tagħha f'segmenti oħrajn fl-istess titolizzazzjoni li jistgħu jkunu jew ma jkunux ikklassifikati mill-ewwel ECAI;

(b)  meta pożizzjoni jkollha żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu mill-ECAIs innominati, l-istituzzjoni għandha tuża dik il-valutazzjoni tal-kreditu li hija l-inqas favorevoli;

(c)  meta pożizzjoni jkollha tliet valutazzjonijiet ta' kreditu jew aktar minn ECAIs innominati, għandhom jintużaw l-aktar żewġ valutazzjonijiet ta' kreditu favorevoli. Meta l-aktar żewġ valutazzjonijiet favorevoli jkunu differenti, għandha tintuża l-inqas waħda favorevoli mit-tnejn;

(d)  istituzzjoni ma għandhiex tissolleċita b'mod attiv it-tneħħija ta' klassifikazzjonijiet inqas favorevoli.

(3)  Meta l-iskoperturi li huma l-bażi ta' titolizzazzjoni jibbenifikaw minn protezzjoni tal-kreditu eliġibbli sħiħa jew parzjali skont il-Kapitolu 4 u l-effett ta' tali protezzjoni jkun ġie rifless fil-valutazzjoni tal-kreditu ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni minn ECAI nominata, l-istituzzjoni għandha tuża l-piż tar-riskju assoċjat ma' dik il-valutazzjoni ta' kreditu. Meta l-protezzjoni tal-kreditu msemmija f'dan il-paragrafu ma tkunx eliġibbli skont il-Kapitolu 4, il-valutazzjoni tal-kreditu ma għandhiex tiġi rikonoxxuta u l-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni għandha tiġi ttrattata bħala mhux ikklassifikata.

(4)  Meta pożizzjoni ta' titolizzazzjoni tibbenifika minn protezzjoni ta' kreditu eliġibbli skont il-Kapitolu 4 u l-effett ta' tali protezzjoni jkun ġie rifless fil-valutazzjoni tal-kreditu tagħha minn ECAI nnominata, l-istituzzjoni għandha tittratta l-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni bħallikieku ma kinitx ikklassifikata u tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju skont il-Kapitolu 4.

Artikolu 270e

Immappjar tat-Titolizzazzjoni

L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tidentifika b'mod oġġettiv u konsistenti l-iskali tal-kwalità kreditizja stabbiliti f'dan il-Kapitolu b'mod relattiv għall-valutazzjonijiet ta' kreditu rilevanti tal-ECAIs kollha. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-EBA għandha, b'mod partikolari:

(a)  tiddistingwi bejn il-gradi ta' riskju relattivi espressi minn kull valutazzjoni;

(b)  tikkunsidra fatturi kwantitattivi, bħar-rati ta' inadempjenza jew telf u l-prestazzjoni storika tal-valutazzjonijiet ta' kreditu ta' kull ECAI fost kategoriji ta' assi differenti;

(c)  tikkunsidra fatturi kwalitattivi bħall-firxa ta' tranżazzjonijiet ivvalutati mill-ECAI, il-metodoloġija tagħha u t-tifsira tal-valutazzjonijiet ta' kreditu tagħha, b'mod partikolari, jekk tali valutazzjonijiet jikkunsidrawx it-telf mistenni jew l-ewwel telf tal-Euro, kif ukoll il-ħlas f'waqtu tal-imgħaxijiet jew il-ħlas aħħari tal-imgħaxijiet;

(d)  tfittex li tiżgura li l-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li għalihom japplika l-istess piż ta' riskju abbażi tal-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAIs ikunu soġġetti għal gradi ekwivalenti ta' riskju ta' kreditu.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa ...[sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ta' emenda].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010'.

Artikolu 270f

Sorveljanza makroprudenzjali tas-suq tat-titolizzazzjonijiet

1. Fil-limiti tal-kompiti rispettivi tiegħu, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu jkun responsabbli għas-superviżjoni makroprudenzjali tas-suq tat-titolizzazzjoni tal-Unjoni u l-EBA għandha tkun responsabbli għas-superviżjoni mikroprudenzjali, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-oqsma tas-suq u l-klassijiet ta' assi.

2. Wara l-pubblikazzjoni tar-rapport ta' kull sentejn dwar is-suq tat-titolizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru.../... [7] [Ir-Regolament STS], u sabiex jiġu riflessi l-bidliet fiċ-ċirkustanzi tas-suq, biex tipprevjeni bżieżaq tal-assi milli jiżviluppaw f'segmenti differenti tas-suq jew klassijiet ta' assi u biex tipprevjeni li partijiet tas-suq tat-titolizzazzjonijiet tal-Unjoni jagħlqu fi żminijiet ta' kriżi, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, fi żmien sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tar-rapport u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, li taġġusta dan li ġej, fejn applikabbli:

(a) il-livelli ta' riskju minimu għal titolizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 259, 260, 261, 263 u 264;

(b) il-proporzjon ta' effett ta' lieva, il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità msemmija fl-Artikolu 412, il-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment li huma attivi fis-suq tat-titolizzazzjoni, u;

(c) l-użu mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-istrumenti makroprudenzjali bbażati fuq il-mutwanti mogħtija lilhom skont l-Artikoli 124 u 126 biex iżidu l-piżijiet ta' riskju fuq is-self għal proprjetà immobbli jew biex iżidu t-telf fil-każ ta' inadempjenza fuq is-self residenzjali totalizzat.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 462 biex temenda d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, u fil-limiti stabbiliti minnhom.

3. Wara l-pubblikazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru .../... [Regulatment STS] u abbażi tal-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, il-BERS għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri filwaqt li jispeċifika, fejn ikun il-każ, il-valutazzjoni mill-ġdid tal-miżuri bbażati fuq il-mutwatarju, inkluż l-aġġustament għall-proporzjon massimu bejn is-self u l-valur, bejn is-self u d-dħul jew bejn is-servizz tad-dejn u d-dħul, għall-assi li jridu jiġu titolizzati sabiex jitrażżan it-tkabbir eċċessiv tal-kreditu. '

(8)  L-Artikolu 337 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

‘Artikolu 337

Rekwiżit ta' fondi proprji għal strumenti ta' titolizzazzjoni

(1)  Għall-istrumenti fil-portafoll tan-negozju li huma pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni, l-istituzzjoni għandha tiżen il-pożizzjonijiet netti kif ikkalkolati skont l-Artikolu 327(1) bi 8 % tal-piż tar-riskju li l-istituzzjoni tapplika għall-pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozju tagħha skont il-Kapitolu 5 tat-Titolu II, il-Parti Tlieta, it-Taqsima 3.

(2)  Meta jiġu ddeterminati l-piżijiet tar-riskju għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-estimi tal-PD u tal-LGD jistgħu jiġu ddeterminati abbażi tal-estimi li jiġu derivati minn approċċ IRC ta' istituzzjoni li tkun ingħatat permess biex tuża mudell intern għal riskju speċifiku tal-istrumenti tad-dejn. L-alternattiva msemmija l-aħħar tista' tintuża biss bil-permess mill-awtoritajiet kompetenti, li għandu jingħata jekk dawk l-estimi jissodisfaw ir-rekwiżiti kwantitattivi għall-Approċċ IRB stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 3.

B'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA għandha toħroġ linji gwida dwar l-użu ta' estimi tal-PD u tal-LGD bħala inputs meta dawk l-estimi jkunu bbażati fuq approċċ IRC.

(3)  Għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li huma soġġetti għal piż ta' riskju addizzjonali skont l-Artikolu 247(6), għandu jiġi applikat 8 % tal-piż tar-riskju totali.

(4)  L-istituzzjoni għandha tgħodd flimkien il-pożizzjonijiet ponderati tagħha li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3, irrispettivament minn jekk humiex twal jew qosra, sabiex tkun tista' tikkalkula r-rekwiżit tal-fondi proprji tagħha kontra riskju speċifiku, għajr għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni soġġetti għall-Artikolu 338(4).

(5)  Meta istituzzjoni oriġinatriċi ta' titolizzazzjoni tradizzjonali ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għal trasferiment ta' riskju sinifikanti stabbilit fl-Artikolu 244, l-istituzzjoni oriġinatriċi għandha tinkludi l-iskoperturi sottostanti għat-titolizzazzjoni fil-kalkolu tagħha tar-rekwiżit tal-fondi proprji bħallikieku dawk l-iskoperturi ma kinux ġew titolizzati.

Meta istituzzjoni oriġinatriċi ta' titolizzazzjoni sintetika ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għat-trasferiment ta' riskju sinifikanti stabbilit fl-Artikolu 245, l-istituzzjoni oriġinatriċi għandha tinkludi l-iskoperturi sottostanti għat-titolizzazzjoni fil-kalkolu tagħha tar-rekwiżiti tal-fondi proprji bħallikieku dawk l-iskoperturi ma kinux ġew titolizzati u għandha tinjora l-effett tat-titolizzazzjoni sintetika għall-finijiet ta' protezzjoni tal-kreditu."

(9)  Il-Parti Ħamsa titħassar u r-referenzi kollha għall-Parti Ħamsa għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament (UE) .../... [Regolament dwar it-Titolizzazzjoni].

(10)  Fl-Artikolu 456(1), jiżdied il-punt (k) li ġej:

(a)  emenda tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni kif stabbilit fl-Artikoli minn 247 sa 270a sabiex jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-iżviluppi jew l-emendi fl-istandards internazzjonali dwar it-titolizzazzjonijiet.

(11)  Fl-Artikolu 457, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a)  "ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għal titolizzazzjoni stipulati fl-Artikoli 242 sa 270a".

(12)  Jiddaħħal l-Artikolu 519a li ġej:

"Artikolu 519a

Rapport

Sa ... [sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ta' emenda] il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II, il-Parti Tlieta fid-dawl tal-iżviluppi fis-swieq tat-titolizzazzjoni, inkluż minn perspettiva makroprudenzjali u ekonomika. Dak ir-rapport għandu, jekk ikun ieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġislattiva u għandu, b'mod partikolari, jivvaluta l-punti li ġejjin:

(a) l-impatt tal-ġerarkija tal-metodi stabbilita fl-Artikolu 254 dwar l-attività tal-ħruġ u l-investiment minn istituzzjonijiet fis-swieq tat-titolizzazzjoni fl-Unjoni;

(b) l-effetti fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u l-Istati Membri, b'enfasi partikolari fuq il-ħolqien potenzjali ta' bżieżaq spekulattivi fuq is-suq tal-proprjetà u interkonnettività akbar bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji;

(c) liema miżuri huma meħtieġa biex inaqqsu u jegħlbu kull effetti negattivi tat-titolizzazzjonijiet fuq l-istabbiltà finanzjarja, inkluża l-introduzzjoni possibbli ta' limitu massimu fuq l-iskopertura fit-titolizzazzjoni bħala sehem tal-assi totali; u

(d) l-effetti fuq l-istabbiltà ta' tranżazzjonijiet ta' self u l-kapaċità biex jiġi pprovdut kanal ta' finanzjament sostenibbli għall-ekonomija reali, b'attenzjoni partikolari għall-SMEs;

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet tranżitorji li jirrigwardaw pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni pendenti

Fir-rigward ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni pendenti sa [id-data stabbilita f'Artikolu 3(2) / data fissa], l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II, Parti Tlieta u l-Artikolu 337 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sal-31 ta' Diċembru 2019 fil-verżjoni applikabbli fil-[jum qabel id-data stipulata fl-Artikolu 3(2)], bil-kundizzjoni li l-istituzzjoni:

(a)  tinnotifika l-intenzjoni tagħha li tapplika dan l-Artikolu lill-awtorità kompetenti sa mhux aktar tard minn [data fissa];

(b)  tapplika dan l-Artikolu għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni pendenti kollha li l-istituzzjoni jkollha fi [id-data stabbilita fl-Artikolu 3(2) / data fissa].

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ u d-data ta' applikazzjoni

(1)  Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(2)  Dan ir-Regolament japplika minn [id-data tad-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

  • [1]    ĠU C 219, 17.6.2016, p. 2.
  • [2]    ĠU C 82, 3.3.2016, p. 1.
  • [3] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [4]   ĠU C 68, 6.3.2012, p. 39.
  • [5]   Ara https://www.eba.europa.eu/documents/10180/950548/EBA+report+on+qualifying+securitisation.pdf
  • [6]  Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).
  • [7]  Proposta għal regolament COM(2015)0472 - C8-0288/2015 – 2015/0226(COD) - Regoli komuni dwar it-titolizzazzjoni u l-ħolqien ta' qafas Ewropew għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet tal-kreditu u d-ditti tal-investiment

Referenzi

COM(2015)0473 – C8-0289/2015 – 2015/0225(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.9.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

14.10.2015

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

14.10.2015

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

13.10.2015

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Othmar Karas

28.11.2016

 

 

 

Rapporteurs preċedenti

Pablo Zalba Bidegain

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.5.2016

13.6.2016

21.6.2016

11.10.2016

Data tal-adozzjoni

8.12.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

9

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Esther de Lange, Fabio De Masi, Anneliese Dodds, Markus Ferber, Jonás Fernández, Neena Gill, Sylvie Goulard, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Petr Ježek, Othmar Karas, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Werner Langen, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

David Coburn, Ildikó Gáll-Pelcz, Eva Joly, Siegfried Mureşan, Joachim Starbatty, Tibor Szanyi

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Salvatore Cicu, Jan Huitema, Seán Kelly, Mairead McGuinness, Jens Nilsson

Data tat-tressiq

19.12.2016