RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010

21.12.2016 - (COM(2016)0271 – C8-0174/2016 – 2016/0131(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Péter Niedermüller


Proċedura : 2016/0131(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0392/2016

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010

(COM(2016)0271 – C8-0174/2016 – 2016/0131(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0271),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 78(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0174/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Baġits (A8-0392/2016),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Is-SEKA hija bbażata fuq standards komuni minimi għall-proċeduri tal-ażil, ir-rikonoxximent u l-protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza u sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għal dawk li jfittxu ażil. Minkejja l-progress dwar is-SEKA, għad hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fl-għotja ta' protezzjoni internazzjonali u l-forma li tieħu tali protezzjoni internazzjonali. Dawn id-diskrepanzi jinħtieġ li jiġu indirizzati billi tiġi żgurata konverġenza akbar fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u billi jiġi garantit livell għoli u uniformi ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni madwar l-Unjoni.

(2)  Is-SEKA hija bbażata fuq standards komuni minimi għall-proċeduri tal-asil, ir-rikonoxximent u l-protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza u sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għal persuni li jfittxu asil. Minkejja l-progress fir-rigward tas-SEKA, għad hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fl-għotja ta' protezzjoni internazzjonali u l-forma li tieħu tali protezzjoni internazzjonali. Dawn id-diskrepanzi jenħtieġ li jiġu indirizzati billi tiġi żgurata konverġenza akbar fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u b'hekk issir ħidma lejn livell uniformi ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni madwar l-Unjoni fuq il-bażi ta' standards għolja.

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 2016, il-Kummissjoni stabbilixxiet l-għażliet tagħha għat-titjib fis-SEKA, jiġifieri l-istabbiliment ta' sistema sostenibbli u ġusta biex ikunu ddeterminati l-Istati Membri responsabbli għal dawk li jfittxu l-ażil, biex issaħħaħ is-sistema EURODAC, biex tinkiseb konverġenza akbar fis-sistema ta' ażil u sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji, u jiġi żviluppat mandat imsaħħaħ għall-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil. Dik il-Komunikazzjoni hija f'konformità mas-sejħiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta' Frar 2016 biex isir progress lejn riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tkun żgurata politika tal-ażil umana u effiċjenti. Din tipproponi wkoll pass 'il quddiem f'konformità mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport ta' inizjattiva tiegħu stess tat-12 ta' April 2016.

(3)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 2016, il-Kummissjoni stabbiliet l-għażliet tagħha għat-titjib fis-SEKA, jiġifieri l-istabbiliment ta' sistema sostenibbli u ġusta biex ikunu ddeterminati l-Istati Membri responsabbli għal persuni li jfittxu asil, biex tissaħħaħ is-sistema EURODAC, biex tinkiseb konverġenza akbar fis-sistema ta' asil u sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji, u jiġi żviluppat mandat imsaħħaħ għall-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil. Dik il-Komunikazzjoni hija f'konformità mas-sejħiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta' Frar 2016 biex isir progress lejn riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tkun żgurata politika tal-asil umana, ġusta u effiċjenti. Din tipproponi wkoll pass 'il quddiem f'konformità mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport ta' inizjattiva proprja tat-12 ta' April 2016.

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill7 u dan beda jopera fl-1 ta' Frar 2011. L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil tejjeb il-kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri f'affarijiet marbuta mal-ażil u fl-assistenza lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw l-obbligi tagħhom skont is-SEKA. L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil jipprovdi wkoll appoġġ lill-Istati Membri li s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom huma taħt pressjoni partikolari. Madankollu, ir-rwol u l-funzjoni tiegħu jeħtieġ li jissaħħu aktar biex mhux biss jappoġġaw lill-Istati Membri fil-kooperazzjoni prattika tagħhom iżda biex jirrinforza u jikkomplementa s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tal-Istati Membri.

(4)  L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill7 u dan beda jopera fl-1 ta' Frar 2011. L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil tejjeb il-kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri f'kwistjonijiet marbuta mal-asil u fl-assistenza lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw l-obbligi tagħhom skont is-SEKA. L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil jipprovdi wkoll appoġġ lill-Istati Membri li s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza tagħhom ikunu taħt pressjoni partikolari. Madankollu, ir-rwol u l-funzjoni tiegħu jeħtieġ li jissaħħu aktar biex mhux biss jappoġġjaw lill-Istati Membri fil-kooperazzjoni prattika tagħhom iżda biex jirrinforza u jikkomplementa s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza tal-Istati Membri, abbażi ta' standards għolja u f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta).

__________________

__________________

7 Ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil (ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11).

7Ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Wara li jiġu kkunsidrati n-nuqqasijiet strutturali tas-SEKA żvelati bil-wasla mhux ikkontrollata fuq skala kbira ta' migranti u applikanti għall-ażil lejn l-Unjoni u l-ħtieġa għal livell effiċjenti, għoli u uniformi tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ażil fl-Istati Membri, huwa meħtieġ li jittejbu l-implimentazzjoni u t-tħaddim tas-SEKA billi wieħed jibni fuq il-ħidma tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil u jiġi żviluppat f'Aġenzija sħiħa li jinħtieġ li tkun responsabbli għall-iffaċilitar u t-titjib tal-funzjonament tas-SEKA, li jippermetti distribuzzjoni sostenibbli u ġusta tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali sabiex tkun żgurata l-konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali madwar l-Unjoni, u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni operazzjonali u teknika tal-liġi tal-Unjoni.

(5)  Wara li jiġu kkunsidrati n-nuqqasijiet strutturali tas-SEKA żvelati bil-wasla fuq skala kbira ta' migranti u persuni li jfittxu asil lejn l-Unjoni u l-ħtieġa ta' livell effiċjenti, għoli u uniformi tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar l-asil fl-Istati Membri, huwa meħtieġ li jittejbu l-implimentazzjoni u t-tħaddim tas-SEKA billi wieħed jibni fuq il-ħidma tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil u jiġi żviluppat f'Aġenzija sħiħa li jenħtieġ li tkun responsabbli għall-iffaċilitar u t-titjib tal-funzjonament tas-SEKA, li jippermetti distribuzzjoni sostenibbli u ġusta tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali sabiex tkun żgurata l-konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali madwar l-Unjoni, u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni operazzjonali u teknika tal-liġi tal-Unjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-kompiti tal-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil jeħtieġ li jiġu estiżi, u biex jiġu riflessi dawn il-bidliet, jinħtieġ li jingħata l-isem ġdid ta' Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil. L-Aġenzija jinħtieġ li tkun ċentru ta' kompetenza esperta, u r-rwol ewlieni tagħha jinħtieġ li jkun li ssaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri dwar l-ażil, biex tippromwovi d-dritt tal-Unjoni u standards operazzjonali biex jiġi żgurat livell għoli ta' uniformità fir-rigward ta' proċeduri tal-ażil, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni madwar l-Unjoni, biex tiġi sorveljata l-applikazzjoni operazzjonali u teknika tal-liġi tal-Unjoni u l-istandards fir-rigward tal-ażil, jingħata appoġġ lis-sistema ta' Dublin u jingħata aktar appoġġ tekniku u operazzjonali lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza, b'mod partikolari lil dawk li s-sistemi tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata.

(6)  Il-kompiti tal-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Asil jenħtieġ li jiġu estiżi, u biex jiġu riflessi dawn il-bidliet, jenħtieġ li jingħata l-isem ġdid ta' Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. Jenħtieġ li din, madankollu, tibqa' l-istess persuna ġuridika, b'kontinwità sħiħa fl-attivitajiet u l-proċeduri kollha tagħha. L-Aġenzija jenħtieġ li tkun ċentru ta' kompetenza esperta, u r-rwol ewlieni tagħha jenħtieġ li jkun li ssaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri dwar l-asil, biex tippromwovi d-dritt internazzjonali u tal-Unjoni dwar l-asil u standards operazzjonali biex ikun hemm ħidma lejn livell għoli ta' uniformità abbażi ta' standards għoljin fir-rigward ta' proċeduri tal-asil, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni madwar l-Unjoni, biex tiġi sorveljata l-applikazzjoni operazzjonali u teknika tal-liġi tal-Unjoni u l-istandards fir-rigward tal-asil, jingħata appoġġ lir-risistemazzjoni u lis-sistema ta' Dublin u jingħata aktar appoġġ tekniku u operazzjonali lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza, b'mod partikolari lil dawk li s-sistemi tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Sabiex jiġi garantit li hija tkun indipendenti u tkun tista' twettaq dmirijietha kif xieraq, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jenħtieġ li tiġi mogħtija biżżejjed riżorsi finanzjarji u persunal, inkluż, speċifikament, il-persunal tal-Aġenzija stess, biex tistabbilixxi gruppi ta' esperti responsabbli għall-proċeduri ta' valutazzjoni u ta' monitoraġġ għas-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza.

Ġustifikazzjoni

Hemm pjan ta' tkabbir tal-persunal tal-Aġenzija b'mod li sal-2020 jilħaq il-500. Madankollu, peress li l-pjan ta' stabbiliment ma jistax jiġi inkorporat fir-regolament, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-Aġenzija se jkollha għadd suffiċjenti ta' persunal proprju biex twettaq dmirijietha b'mod effikaċi u tiggarantixxi l-imparzjalità tagħha.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tiġbor u tanalizza informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, sa fejn dan jista' jkollu impatt fuq l-Unjoni. Dan jinħtieġ li jippermetti lill-Aġenzija biex tassisti lill-Istati Membri b'fehim aħjar tal-fatturi relatati mal-ażil għal migrazzjoni lejn u fl-Unjoni, kif ukoll għall-finijiet ta' twissija bikrija u tħejjija tal-Istati Membri.

(8)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jenħtieġ li tiġbor u tanalizza informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, sa fejn dan jista' jkollu impatt fuq l-Unjoni. Dan jenħtieġ li jippermetti lill-Aġenzija biex tassisti lill-Istati Membri b'fehim aħjar tal-fatturi relatati mal-flussi migratorji u tar-rifuġjati lejn u fl-Unjoni, kif ukoll għall-finijiet ta' twissija bikrija u tħejjija tal-Istati Membri.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Wara li tiġi kkunsidrata r-riforma tas-sistema ta' Dublin, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-Istati Membri, partikolarment permezz ta' operazzjoni u ġestjoni tal-mekkaniżmu korrettiv.

(9)  B'kunsiderazzjoni tar-riforma tas-sistema ta' Dublin, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jenħtieġ li tipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-Istati Membri, partikolarment permezz ta' operazzjoni u ġestjoni tal-mekkaniżmu korrettiv u kwalunkwe kompitu ieħor assenjat lilha fil-qafas tar-Regolament (UE) xxx/xxx (Ir-Regolament ta' Dublin).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Fir-rigward tar-risistemazzjoni, b'mod partikolari, fl-istennija ta' Regolament Qafas futur tal-Unjoni dwar ir-Risistemazzjoni, jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil tkun tista' tipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-Istati Membri. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Aġenzija tiżviluppa u toffri għarfien espert dwar ir-risistemazzjoni sabiex azzjonijiet ta' appoġġ dwar ir-risistemazzjoni meħuda mill-Istati Membri jew mill-Unjoni, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) u organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti u f'konformità sħiħa mal-istandards u l-gwida politika stabbilita mill-UNHCR.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tgħin lill-Istati Membri b'taħriġ ta' esperti mill-amministrazzjonijiet nazzjonali kollha, qrati u tribunali, u servizzi nazzjonali responsabbli għall-kwistjonijiet tal-ażil, inkluż l-iżvilupp ta' kurrikulu bażiku komuni. Barra minn hekk, l-Aġenzija jinħtieġ li tiżgura li l-esperti kollha li qed jipparteċipaw f'timijiet ta' appoġġ għall-ażil jew li jiffurmaw parti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil jirċievu taħriġ speċjalizzat, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija.

(10)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jenħtieġ li torganizza taħriġ jew tgħin lill-Istati Membri b'taħriġ ta' esperti mill-amministrazzjonijiet nazzjonali, qrati u tribunali kollha, u s-servizzi nazzjonali responsabbli għall-kwistjonijiet tal-asil, inkluż l-iżvilupp ta' kurrikulu bażiku komuni. Barra minn hekk, l-Aġenzija jenħtieġ li tiżgura li l-esperti kollha li qed jipparteċipaw f'timijiet ta' appoġġ għall-asil jew li jiffurmaw parti mir-riżerva ta' intervent għall-asil jirċievu taħriġ speċjalizzat, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tiżgura approċċ aktar strutturat u l-produzzjoni effiċjenti tal-informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni Ewropea. Huwa meħtieġ għall-Aġenzija li tiġbor l-informazzjoni u tħejji r-rapporti li jipprovdu informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini permezz tal-użu ta' netwerks Ewropej għall-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jinħolqu sinerġiji ma' rapporti nazzjonali. Barra minn hekk, sabiex tkun żgurata konverġenza fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u n-natura u l-kwalità tal-protezzjoni mogħtija, l-Aġenzija jinħtieġ li, flimkien mal-Istati Membri, tmexxi u tiżviluppa analiżi komuni li jipprovdi gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi speċifiċi tal-oriġini.

(11)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jenħtieġ li tiżgura produzzjoni aktar strutturata u effiċjenti tal-informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni Ewropea. Huwa meħtieġ għall-Aġenzija li tiġbor l-informazzjoni u tħejji r-rapporti li jipprovdu informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini permezz tal-użu ta' netwerks fost l-Istati Membri għall-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jinħolqu sinerġiji ma' rapporti nazzjonali. Tali informazzjoni għandha tirreferi, inter alia, għas-sitwazzjoni politika, kulturali u reliġjuża fil-pajjiż, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' detenzjoni, b'mod partikolari t-tortura u t-trattament ħażin f'postijiet ta' detenzjoni. Barra minn hekk, sabiex tkun żgurata konverġenza fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u n-natura u l-kwalità tal-protezzjoni mogħtija, l-Aġenzija jenħtieġ li, flimkien mal-Istati Membri, tmexxi u tiżviluppa analiżi komuni li tipprovdi gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi speċifiċi tal-oriġini. Tali analiżi komuni jenħtieġ li tiġi żviluppata b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) u l-Forum Konsultattiv, u jenħtieġ li tqis ukoll il-linji gwida tal-UNHCR l-aktar riċenti dwar l-eliġibilità għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni ta' persuni li jfittxu l-asil minn pajjiżi tal-oriġini speċifiċi. Fejn ikun hemm kunflitt bejn l-analiżi komuni u l-Linji Gwida ta' Eliġibilità tal-UNHCR, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bir-reqqa mill-Istati Membri meta jeżaminaw applikazzjonijiet individwali għall-protezzjoni internazzjonali skont ir-responsabilità superviżorja tal-UNHCR kif stabbilit fil-paragrafu 8 tal-Istatut tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għar-Rifuġjati, moqri flimkien mal-Artikolu 35 tal-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati (Konvenzjoni tal-1951) u l-Artikolu II tal-Protokoll tal-1967 dwar l-istatus tar-rifuġjati (il-Protokoll tal-1967).

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu stabbilita mir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX jinħtieġ li tiġi reveduta regolarment mill-Kummissjoni. Wara li jiġi kkunsidrat l-għarfien espert tal-Aġenzija, hija jinħtieġ li tgħin lill-Kummissjoni tirrevedi dik il-lista. L-Aġenzija, b'talba tal-Kummissjoni, jinħtieġ ukoll li tipprovdilha informazzjoni dwar pajjiżi terzi speċifiċi li jistgħu jiġu inklużi fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, u fuq pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi ta' oriġini siguri jew pajjiżi terzi siguri jew li għalihom il-kunċetti ta' pajjiż terz bla periklu, l-ewwel pajjiż tal-ażil jew pajjiż terz Ewropew bla periklu mill-Istati Membri japplikaw.

(12)  Il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini sikuri stabbilita mir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX9 jenħtieġ li tiġi riveduta regolarment mill-Kummissjoni. Wara li jiġi kkunsidrat l-għarfien espert tal-Aġenzija, hija jenħtieġ li tgħin lill-Kummissjoni tirrevedi dik il-lista. L-Aġenzija għandha wkoll tipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni dwar pajjiżi terzi speċifiċi li jistgħu jiddaħħlu, jiġu sospiżi jew jitneħħew mill-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini sikuri, u fuq pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi ta' oriġini sikuri jew pajjiżi terzi sikuri jew li għalihom il-kunċetti ta' pajjiż terz sikur, l-ewwel pajjiż tal-asil jew pajjiż terz Ewropew sikur mill-Istati Membri japplikaw.

__________________

__________________

9ĠU L […]

9 ĠU L […]

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Biex jiġi żgurat livell għoli ta' uniformità fir-rigward ta' proċeduri tal-ażil, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni fl-Unjoni kollha, l-Aġenzija jinħtieġ li torganizza u tikkoordina l-attivitajiet li jippromwovu d-dritt tal-Unjoni. Għal dan il-għan, l-Aġenzija jinħtieġ li tassisti lill-Istati Membri billi tiżviluppa standards operazzjonali u indikaturi għall-monitoraġġ tal-konformità ma' dawk l-istandards. L-Aġenzija jinħtieġ li tiżviluppa wkoll linji gwida dwar kwistjonijiet relatati mal-ażil u jinħtieġ li tippermetti l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri.

(13)  Sabiex ikun hemm ħidma lejn uniformità fuq il-bażi ta' standards għoljin fir-rigward ta' proċeduri tal-asil, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni fl-Unjoni kollha, jenħtieġ li l-Aġenzija torganizza u tikkoordina l-attivitajiet li jippromwovu d-dritt tal-Unjoni. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Aġenzija tassisti lill-Istati Membri billi tiżviluppa standards operazzjonali u indikaturi għall-monitoraġġ tal-konformità ma' dawk l-istandards. L-Aġenzija jenħtieġ ukoll li tiżviluppa linji gwida dwar kwistjonijiet relatati mal-asil u jenħtieġ li tagħmel possibbli l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, il-UNHCR u wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni bħala gwardjana tat-Trattati, jinħtieġ li tistabbilixxi mekkaniżmu li jissorvelja u jivvaluta l-implimentazzjoni tas-SEKA, li l-Istati Membri jikkonformaw mal-istandards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prattiki dwar l-ażil u biex tivverifika l-funzjonament tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza tal-Istati Membri. Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni jinħtieġ li jkunu komprensivi u jinħtieġ li jiġu bbażati, b'mod partikolari, fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil żviluppata mill-Aġenzija, żjarat fil-post u teħid ta' kampjuni tal-każijiet. L-Aġenzija jinħtieġ li tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Bord tat-Tmexxija, li min-naħa tiegħu jinħtieġ li jadotta r-rapport. Id-Direttur Eżekuttiv, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jinħtieġ li jagħmel abbozz ta' rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat fejn jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw nuqqasijiet serji, li mbagħad għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija bħala rakkomandazzjonijiet.

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mingħajr preġudizzju għar-responsabilità tal-Kummissjoni bħala gwardjana tat-Trattati, jenħtieġ li tistabbilixxi mekkaniżmu li jissorvelja u jivvaluta l-implimentazzjoni tas-SEKA, li l-Istati Membri jikkonformaw mal-istandards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prattiki dwar l-asil u biex tivverifika l-funzjonament tas-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza tal-Istati Membri. Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni jenħtieġ li jkunu komprensivi u jenħtieġ li jiġu bbażati, b'mod partikolari, fuq informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni, u korpi ta' monitoraġġ tat-trattati dwar id-drittijiet tal-bniedem rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u mekkaniżmi ta' monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, l-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil żviluppata mill-Aġenzija, żjarat fil-post u teħid ta' kampjuni tal-każijiet. L-Aġenzija jenħtieġ li tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Bord tat-Tmexxija, li min-naħa tiegħu jenħtieġ li jadotta r-rapport. Id-Direttur Eżekuttiv, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jenħtieġ li jagħmel abbozz ta' rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat fejn jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw nuqqasijiet serji, li mbagħad għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija bħala rakkomandazzjonijiet.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jinħtieġ li jiġu segwiti abbażi ta' pjan ta' azzjoni mħejji mill-Istat Membru kkonċernat. Jekk, fi żmien il-perjodu stipulat, l-Istat Membru kkonċernat ma jiħux il-miżuri meħtieġa biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet, u n-nuqqasijiet tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza huma tant gravi li jipperikolaw il-funzjonament tas-SEKA, il-Kummissjoni, abbażi tal-evalwazzjoni tagħha tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni u s-serjetà tan-nuqqasijiet, jinħtieġ li tadotta rakkomandazzjonijiet indirizzati lil dan l-Istat Membru li jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa biex jiġu rrimedjati nuqqasijiet serji. Il-Kummissjoni tista' torganizza żjarat fil-post fl-Istat Membru kkonċernat biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni jinħtieġ ukoll li tidentifika l-miżuri li jinħtieġ jittieħdu mill-Aġenzija insostenn ta' dan l-Istat Membru. Jekk l-Istat Membru jibqa' mhux konformi għal ċertu perjodu ta' żmien, il-Kummissjoni tista' tieħu azzjoni ulterjuri u titlob lill-Aġenzija biex tintervjeni insostenn tal-istess Stat Membru.

(15)  Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jenħtieġ li jiġu segwiti abbażi ta' pjan ta' azzjoni mħejji mill-Istat Membru kkonċernat. Jekk, fi żmien il-perjodu stipulat, l-Istat Membru kkonċernat ma jiħux il-miżuri meħtieġa biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet, u n-nuqqasijiet tas-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza ikunu tant gravi li jipperikolaw il-funzjonament tas-SEKA, il-Kummissjoni, abbażi tal-valutazzjoni tagħha tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni u s-serjetà tan-nuqqasijiet, jenħtieġ li tadotta rakkomandazzjonijiet indirizzati lil dan l-Istat Membru li jiddeskrivu l-miżuri meħtieġa biex jiġu rrimedjati nuqqasijiet serji, bl-għan li jiġi żgurat, fost l-oħrajn, ir-rispett tad-drittijiet minquxa fil-Karta. Il-Kummissjoni tista' torganizza żjarat fil-post fl-Istat Membru kkonċernat biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni jenħtieġ ukoll li tidentifika l-miżuri li jenħtieġ li jittieħdu mill-Aġenzija b'appoġġ ta' dan l-Istat Membru. Jekk l-Istat Membru jibqa' mhux konformi għal ċertu perjodu ta' żmien, il-Kummissjoni tista' tieħu azzjoni ulterjuri, permezz ta' att ta' implimentazzjoni.

Emenda     16

Proposta għal regolament

Premessa 15 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista' tistazzjona uffiċjali ta' kollegament fl-Istati Membri, bil-kompitu ta' assistenza fl-implimentazzjoni tas-SEKA, b'mod partikolari fil-każijiet ta' riunifikazzjoni tal-familja u każijiet li jikkonċernaw minorenni mhux akkumpanjati u persuni vulnerabbli.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 15b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b)  Sabiex jiġi żgurat li s-solidarjetà tibqa' l-pedament tas-SEKA, meta Stat Membru jonqos sistematikament milli jikkonforma mal-miżuri stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit hemmhekk, u b'hekk iqiegħdu f'riskju serju lit-tħaddim tas-SEKA, għandu jkun possibbli għall-Kummissjoni, bħala l-aħħar alternattiva, li tixkatta l-proċedura prevista fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 2016/399. Tali nuqqas sistematiku ta' konformità minn Stat Membru jista' wkoll iwassal għall-interruzzjoni jew is-sospensjoni tal-ħlasijiet jew għall-applikazzjoni ta' korrezzjoni finanzjarja għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni taħt il-fondi tal-Unjoni f'konformità ma' atti leġiżlattivi eżistenti u futuri tal-Unjoni.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Biex tiffaċilita u ttejjeb il-funzjonament tas-SEKA u biex tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw l-obbligi tagħhom fil-qafas tas-SEKA, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tipprovdi lill-Istati Membri b'assistenza teknika u operazzjonali, b'mod partikolari meta s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata. L-Aġenzija jinħtieġ li tipprovdi l-assistenza operazzjonali u teknika meħtieġa permezz tal-użu tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil magħmula minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija stess, esperti mill-Istati Membri jew minn esperti ssekondati mill-Istati Membri lill-Aġenzija, u abbażi ta' pjan operazzjonali. Dawn it-timijiet jinħtieġ li jappoġġaw lill-Istati Membri b'miżuri operazzjonali u tekniċi, fosthom billi jipprovdu għarfien espert dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, servizzi ta' interpretazzjoni, informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' oriġini u għarfien dwar it-trattament u l-ġestjoni ta' każijiet ta' ażil, kif ukoll billi jassistu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-eżami ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u billi jkun hemm għajnuna għar-rilokazzjoni. L-arranġamenti għat-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil jinħtieġ li jkunu regolati minn dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat l-iskjerament effikaċi tagħhom.

(16)  Biex tiffaċilita u ttejjeb il-funzjonament xieraq tas-SEKA u biex tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw l-obbligi tagħhom fil-qafas tas-SEKA, jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil tipprovdi lill-Istati Membri b'assistenza teknika u operazzjonali, b'mod partikolari meta s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza tagħhom ikunu soġġetti għal pressjoni sproporzjonata. L-Aġenzija jenħtieġ li tipprovdi l-assistenza operazzjonali u teknika meħtieġa permezz tal-użu tat-timijiet ta' appoġġ għall-asil magħmula minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija stess, esperti mill-Istati Membri jew minn esperti sekondati mill-Istati Membri lill-Aġenzija, u abbażi ta' pjan operazzjonali. Dawn it-timijiet jenħtieġ li jappoġġjaw lill-Istati Membri b'miżuri operazzjonali u tekniċi, fosthom billi jipprovdu għarfien espert dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, servizzi ta' interpretazzjoni, informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' oriġini u għarfien dwar it-trattament u l-ġestjoni ta' każijiet ta' asil, kif ukoll billi jassistu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-eżami ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali inkluż dwar l-ammissibilità tal-applikazzjonijiet għall-asil, u billi jkun hemm għajnuna għar-rilokazzjoni. Kwalunkwe deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li tibqa', madankollu, fil-kompetenza esklużiva tal-awtoritajiet nazzjonali. L-arranġamenti għat-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil jenħtieġ li jkunu regolati minn dan ir-Regolament sabiex tiġi żgurata l-attivazzjoni effikaċi tagħhom.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 16 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16 a)  Esperti mibgħuta f'timijiet ta' appoġġ għall-asil iridu jkunu kkonkludew b'suċċess it-taħriġ tematiku u speċjalizzat rilevanti għall-kompiti u l-funzjonijiet tagħhom, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet operazzjonali. Esperti mill-persunal tal-Aġenzija stess għandhom ikunu involuti fl-analiżi tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali biss meta jkunu jistgħu jipprovaw esperjenza rilevanti ta' mill-inqas sena bħala operatur soċjali fl-amministrazzjoni tal-asil ta' Stat Membru jew bħala uffiċjal tal-protezzjoni tal-UNHCR. Kwalunkwe attività mwettqa minn membri tat-timijiet ta' appoġġ għall-asil għandha tikkonforma bis-sħiħ mal-Karta, b'mod partikolari l-Artikolu 18 dwar id-dritt għall-asil.

Emenda     20

Proposta għal regolament

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16 b)  Fiż-żoni hotspot, l-aġenziji differenti u l-Istati Membri għandhom joperaw fil-limiti tal-mandati u s-setgħat rispettivi tagħhom. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-aġenziji rilevanti l-oħrajn, jenħtieġ li tiżgura l-konformità tal-attivitajiet fiż-żoni hotspot mal-acquis tal-Unjoni rilevanti, li jinkludu s-SEKA u d-drittijiet fundamentali.

Emenda     21

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  F'każijiet meta s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza ta' Stat Membru jkunu soġġetti għal pressjoni sproporzjonata li tqiegħed responsabbiltajiet eċċezzjonalment tqal u urġenti fuq is-sistemi tagħhom tal-ażil jew tal-akkoljenza, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tassisti dan l-Istat Membru meta jitlobha jew bl-inizjattiva tal-Aġenzija stess, permezz ta' sett komprensiv ta' miżuri, fosthom l-użu ta' esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' dawn l-esperti u l-iskjerament immedjat tagħhom, ir-riżerva ta' intervent għall-ażil jinħtieġ li tikkostitwixxi riżerva ta' esperti mill-Istati Membri li jammontaw għal minimu ta' 500 persuna. L-Aġenzija jinħtieġ li tkun hija stess li tintervjeni insostenn ta' Stat Membru fejn minkejja l-pressjoni sproporzjonata, l-Istat Membru kkonċernat ma jitlobx għal assistenza suffiċjenti mingħand l-Aġenzija jew l-Istat Membru ma jiħux biżżejjed azzjoni biex jindirizza din il-pressjoni bil-konsegwenza li s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tiegħu jkunu ineffettivi u jiġi kompromess il-funzjonament tas-SEKA. Numru sproporzjonat ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li għalihom l-Istati Membri huma responsabbli jistgħu jkunu indikazzjoni ta' pressjoni sproporzjonata.

(17)  F'każijiet meta s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza ta' Stat Membru jkunu soġġetti għal rikjesti eċċezzjonalment onerużi u urġenti, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jenħtieġ li tassisti dan l-Istat Membru fuq talba tiegħu jew fuq inizjattiva tal-Aġenzija stess, permezz ta' sett komprensiv ta' miżuri, fosthom l-użu ta' esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil. Sabiex tiġi żgurata d-disponibilità ta' dawn l-esperti u l-istazzjonament immedjat tagħhom, ir-riżerva ta' intervent għall-asil jenħtieġ li tikkostitwixxi riżerva ta' esperti mill-Istati Membri li jammontaw għal minimu ta' 500 persuna. L-Aġenzija għandha tkun tista' tintervjeni b'appoġġ ta' Stat Membru fejn minkejja l-eżistenza ta' fluss qawwi ħafna ta' persuni li jitolbu l-asil, l-Istat Membru kkonċernat ma jitlobx assistenza suffiċjenti mingħand l-Aġenzija jew l-Istat Membru ma jiħux biżżejjed azzjoni biex jindirizza dik il-pressjoni bil-konsegwenza li s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza tiegħu jkunu ineffettivi u jiġi kompromess il-funzjonament tas-SEKA. Numru kbir ħafna ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li għalihom l-Istat Membri jkun responsabbli jistgħu jkunu indikazzjoni ta' pressjoni sproporzjonata.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Għall-Istati Membri li huma ffaċċjati bi pressjoni speċifika u sproporzjonata fuq is-sistemi tagħhom tal-ażil u l-akkoljenza, partikolarment minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tappoġġa l-iżvilupp ta' solidarjetà fl-Unjoni u tassisti fir-rilokazzjoni aħjar tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fost l-Istati Membri, waqt li tiżgura li s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza ma jiġux abbużati.

(19)  Għall-Istati Membri li huma ffaċċjati bi pressjoni speċifika u sproporzjonata fuq is-sistemi tagħhom tal-asil u l-akkoljenza, partikolarment minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom, jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil tappoġġja l-iżvilupp ta' solidarjetà fl-Unjoni u twettaq il-kompiti u l-obbligi tagħha fir-rigward tar-rilokazzjoni jew it-trasferiment tal-applikanti għal u tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni, waqt li tiżgura li s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza jiġu żviluppati u implimentati korrettement inkluż fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru xxx/xxx (ir-Regolament ta' Dublin).

Emenda     23

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  F'żoni partikolari tal-fruntieri esterni fejn l-Istati Membri jiffaċċjaw pressjonijiet migratorji sproporzjonati kkaratterizzati minn flussi kbar ta' wasliet migratorji mħallta, imsejħa żoni hotspot, l-Istati Membri jinħtieġ li jkunu jistgħu joqogħdu fuq aktar tisħiħ tekniku u operazzjonali permezz ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni magħmula minn timijiet ta' esperti mill-Istati Membri skjerati permezz tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u l-Europol jew aġenziji oħra rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. L-Aġenzija jinħtieġ li tiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħha fit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni mal-Kummissjoni u aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni.

(20)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu joqogħdu fuq aktar tisħiħ tekniku u operazzjonali permezz ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni magħmula minn timijiet ta' esperti mill-Istati Membri mibgħuta permezz tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u l-Europol jew aġenziji oħra rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. L-Aġenzija jenħtieġ li tiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħha fit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni mal-Kummissjoni u aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni. Kwalunkwe attività mwettqa minn membri tat-timijiet ta' appoġġ għall-asil għandha tikkonforma bis-sħiħ mal-Karta, b'mod partikolari l-Artikolu 18 dwar id-dritt għall-asil.

Emenda     24

Proposta għal regolament

Premessa 20 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20 a)  L-Aġenzija għandha tirrapporta dwar l-attivitajiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-aktar mod estensiv possibbli.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) f'materji koperti b'dan ir-Regolament fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma sabiex tibbenefika mill-kompetenza esperta u l-appoġġ tagħhom. Għal dan il-għan, ir-rwol tal-UNHCR kif ukoll dak tal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti l-oħra jinħtieġ li jkunu rikonoxxuti b'mod sħiħ u dawn l-organizzazzjonijiet jinħtieġ li jkunu involuti b'mod sħiħ fil-ħidma tal-Aġenzija. L-arranġamenti ta' ħidma jinħtieġ li jirċievu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

(23)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jenħtieġ li tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi, b'mod partikolari l-UNHCR f'materji koperti b'dan ir-Regolament fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma sabiex tibbenefika mill-kompetenza esperta u l-appoġġ tagħhom. Għal dan il-għan, ir-rwoli tal-UNHCR kif ukoll dak tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi rilevanti l-oħra jenħtieġ li jkunu rikonoxxuti b'mod sħiħ u dawn l-organizzazzjonijiet jenħtieġ li jkunu involuti fil-ħidma tal-Aġenzija. L-arranġamenti ta' ħidma jenħtieġ li jirċievu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tiffaċilita l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt dan ir-Regolament. Hija jinħtieġ li tikkoopera wkoll mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, fil-qafas ta' arranġamenti ta' ħidma li jinħtieġ li jirċievu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. L-Aġenzija jinħtieġ li taġixxi skont il-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u fl-ebda ċirkostanza m'għandha tfassal xi politika esterna indipendenti. Fil-kooperazzjoni tagħha ma' pajjiżi terzi, l-Aġenzija u l-Istati Membri jinħtieġ li jikkonformaw man-normi u standards tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni anki meta l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta' dawk il-pajjiżi.

(24)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jenħtieġ li tiffaċilita l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament. Hija jenħtieġ ukoll li tikkoopera mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet relatati mal-asil u r-risistemazzjoni, fil-qafas ta' arranġamenti ta' ħidma li jenħtieġ li jirċievu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. L-Aġenzija jenħtieġ li taġixxi skont il-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u fl-ebda ċirkostanza m'għandha tfassal xi politika esterna indipendenti. Fil-kooperazzjoni tagħha ma' pajjiżi terzi, l-Aġenzija u l-Istati Membri jenħtieġ li jikkonformaw man-normi u l-istandards tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni anki meta l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta' dawk il-pajjiżi.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li żżomm djalogu mill-qrib mas-soċjetà ċivili bil-ħsieb tal-iskambju ta' informazzjoni u l-akkomunament tal-konoxxenza fil-qasam tal-ażil. L-Aġenzija jinħtieġ li twaqqaf Forum Konsultattiv li jinħtieġ li jikkostitwixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni u tal-akkomunament tal-konoxxenza. Il-Forum Konsultattiv jinħtieġ li jassisti lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord tat-Tmexxija f'materji koperti minn dan ir-Regolament.

(25)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jenħtieġ li żżomm djalogu mill-qrib mas-soċjetà ċivili bil-ħsieb tal-iskambju ta' informazzjoni u l-akkomunament tal-konoxxenza fil-qasam tal-asil. L-Aġenzija jenħtieġ li twaqqaf Forum Konsultattiv li jenħtieġ li jikkostitwixxi mekkaniżmu ta' konsultazzjoni, skambju ta' informazzjoni u tal-akkomunament tal-konoxxenza. Il-Forum Konsultattiv jenħtieġ li jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord tat-Tmexxija f'materji koperti minn dan ir-Regolament.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-attivitajiet kollha tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għandhom jitwettqu b'rispett sħiħ għad-drittijiet u l-prinċipji fundamentali, inkluż id-dritt għall-ażil, il-protezzjoni minn refoulement, id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali u d-dritt għal rimedju effettiv. Id-drittijiet tat-tfal u l-ħtiġijiet speċjali ta' persuni vulnerabbli għandhom dejjem jiġu kkunsidrati.

(26)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-attivitajiet kollha tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandhom jitwettqu b'rispett sħiħ għad-drittijiet u l-prinċipji fundamentali, inkluż id-dritt għall-asil, il-protezzjoni minn refoulement, id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt ta' aċċess għall-ġustizzja u d-dritt għal rimedju effettiv skont id-dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali. Id-drittijiet tat-tfal u l-ħtiġijiet speċjali ta' persuni vulnerabbli jenħtieġ li dejjem jiġu kkunsidrati skont id-dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-Aġenzija twettaq il-prerogattivi tagħha filwaqt li tirrispetta l-aħjar interessi tat-tfal, f'konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, filwaqt li tqisil-benesseri, l-iżvilupp soċjali, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni u l-opinjonijiet tal-minorenni skont l-età u l-maturità tiegħu jew tagħha.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 26 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)  Persuni vulnerabbli skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tinftiehem li tfisser, inter alia, il-minorenni (inklużi l-minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, persuni anzjani, nisa tqal, ġenituri weħidhom bit-tfal, vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, tortura, stupru jew forom serji oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, bħall-vittmi tal-mutilazzjoni ġenitali femminili), persuni b'disturb minn stress postrawmatiku, (b'mod partikolari s-superstiti ta' nawfraġji), persuni b'mard serju u persuni b'disturbi mentali. Huwa wkoll possibbli li jittieħdu riskji li jinħolqu bħala riżultat tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru li jitqiesu fil-valutazzjoni tal-vulnerabilità.

>Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 26b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26b)  Jenħtieġ li jinħatar Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali indipendenti biex jippromwovi r-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-Aġenzija, inkluż billi jfassal l-Istrateġija tal-Aġenzija dwar id-Drittijiet Fundamentali u billi jittratta l-ilmenti rċevuti mill-Aġenzija taħt il-mekkaniżmu tal-ilmenti.

>Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 26c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26c)  Il-proċeduri operazzjonali u l-metodi stabbiliti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandhom jiffaċilitaw, fejn ikun rilevanti, l-involviment tal-Istati Membri, l-aġenziji tal-Unjoni u l-esperti esterni, b'mod partikolari mill-UNHCR u minn organizzazzjonijiet mhux governattivi, fl-iżvilupp ta', inter alia, materjal ta' taħriġ, rapporti dwar il-pajjiż ta' oriġini, linji gwida, standards operazzjonali u l-aħjar prattiki kif imsemmi fl-Artikoli 7, 8, 9, 10, 11 u 12.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jinħtieġ li jkunu rrappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil sabiex jeżerċitaw superviżjoni politika fuq il-ħidma tagħha. Il-Bord tat-Tmexxija jinħtieġ li jkun magħmul, fejn possibbli, mill-kapijiet operazzjonali tal-amministrazzjonijiet tal-ażil tal-Istati Membri, jew ir-rappreżentanti tagħhom. Il-Bord jinħtieġ li jingħata l-poteri meħtieġa, b'mod partikolari biex jistabbilixxi l-budget, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri ta' ħidma trasparenti għat-teħid ta' deċiżjonijiet mill-Aġenzija u jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv. L-Aġenzija jinħtieġ li tkun irregolata u mħaddma skont il-prinċipji tal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottati fid-19 ta' Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea.

(27)  Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew jenħtieġ li jkunu rrappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil sabiex jeżerċitaw superviżjoni politika u ta' politika fuq il-ħidma tagħha. Il-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ li, fejn possibbli, ikun magħmul, mill-kapijiet operazzjonali tal-amministrazzjonijiet tal-asil tal-Istati Membri, jew ir-rappreżentanti tagħhom. Għandu jingħata s-setgħat meħtieġa, b'mod partikolari sabiex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa u jistabbilixxi proċeduri ta' ħidma trasparenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-Aġenzija. L-Aġenzija jenħtieġ li tkun irregolata u mħaddma skont il-prinċipji tal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottati fid-19 ta' Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandu jitwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u għandu jirrispetta l-prinċipji tan-neċessità, is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.16 L-Aġenzija tista' tipproċessa data personali sabiex twettaq il-kompiti tagħha tal-għoti tal-għajnuna operattiva u teknika lill-Istati Membri, biex tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, l-Europol jew il-Eurojust, l-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil u għal finijiet amministrattivi. Kull ipproċessar ulterjuri ta' dejta personali miżmuma għal skopijiet oħra minbarra dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament għandu jkun pprojbit.

(35)  Kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil fil-qafas ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u għandu jirrispetta l-prinċipji tan-neċessità, is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.16 L-Aġenzija tista' tipproċessa dejta personali sabiex twettaq il-kompiti tagħha tal-għoti tal-għajnuna operazzjonali u teknika lill-Istati Membri, biex tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, l-Europol jew il-Eurojust, l-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil u għal finijiet amministrattivi. Kull ipproċessar ulterjuri ta' dejta personali miżmuma għal skopijiet oħra minbarra dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament għandu jkun ipprojbit.

__________________

__________________

16 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

16 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Ir-Regolament (UE) Nru XXX/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data japplika għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-Istati Membri mwettaq fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sakemm tali pproċessar ikun twettaq mill-awtoritajiet kompetenti maħtura jew ta' verifika tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra fosthom is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika.

(36)  Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta japplika għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-Istati Membri mwettaq fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sakemm tali pproċessar ikun twettaq mill-awtoritajiet kompetenti maħtura jew ta' verifika tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra fosthom is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika.

__________________

__________________

17Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

17 Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Id-Direttiva 2016/XXX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u l-moviment liberu ta' dik id-dejta japplikaw għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra skont dan ir-Regolament.

(37)  Id-Direttiva 2016/680/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u l-moviment liberu ta' dik id-dejta japplikaw għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra skont dan ir-Regolament.

__________________

__________________

18 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta'reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

18 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 39

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  L-Aġenzija jinħtieġ li tipproċessa d-dejta personali biss għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti tagħha tal-għoti tal-għajnuna operazzjonali u teknika, tat-twettiq tat-teħid tal-kampjuni tal-każijiet għall-finijiet tal-eżerċizzju ta' monitoraġġ, possibbilment tipproċessa l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali ta' tfal jew persuni vulnerabbli, meta tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, il-Europol jew il-Eurojust u fil-qafas ta' informazzjoni miksuba meta twettaq il-kompiti tagħha fit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f'żoni kritiċi, u għall-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil. Kull ipproċessar ta' dejta personali bħal dan jinħtieġ li jħares lejn il-prinċipju tal-proporzjonalità u jkun strettament limitat għad-dejta personali meħtieġa għal dawn il-finijiet.

(39)  L-Aġenzija jenħtieġ li tipproċessa d-dejta personali biss għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti tagħha tal-għoti tal-għajnuna operazzjonali u teknika, tat-twettiq tat-teħid tal-kampjuni tal-każijiet għall-finijiet tal-eżerċizzju ta' monitoraġġ, possibbilment tipproċessa l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, meta tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, il-Europol jew il-Eurojust u fil-qafas ta' informazzjoni miksuba meta twettaq il-kompiti tagħha fit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f'żoni kritiċi. Kull ipproċessar ta' dejta personali bħal dan jenħtieġ li jħares il-prinċipju tal-proporzjonalità u jkun strettament limitat għad-dejta personali meħtieġa għal dawn il-finijiet.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 40

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Kwalunkwe dejta personali li l-Aġenzija tipproċessa, ħlief dawk ipproċessati għal skopijiet amministrattivi, jinħtieġ li titħassar wara 30 jum. Ħżin għal perjodu itwal mhuwiex meħtieġ għall-finijiet li għalihom l-Aġenzija tipproċessa d-dejta personali fil-qafas ta' dan ir-Regolament;

(40)  Kwalunkwe dejta personali li l-Aġenzija tipproċessa, ħlief dik ipproċessata għal skopijiet amministrattivi, jenħtieġ li titħassar wara 45 jum. Ħżin għal perjodu itwal mhuwiex meħtieġ għall-finijiet li għalihom l-Aġenzija tipproċessa d-dejta personali fil-qafas ta' dan ir-Regolament;

Emenda     38

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, prinċipalment li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u biex jitjieb il-funzjonament tas-SEKA, li tissaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri dwar kwistjonijiet relatati mal-ażil, biex jippromwovi d-dritt tal-Unjoni u standards operazzjonali biex jiġi żgurat livell għoli ta' uniformità fir-rigward ta' proċeduri tal-ażil, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni madwar l-Unjoni, biex tiġi sorveljata l-applikazzjoni operazzjonali u teknika tal-liġi tal-Unjoni u l-istandards fir-rigward tal-ażil u li jingħata aktar appoġġ tekniku u operazzjonali lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza, b'mod partikolari għall-Istati Membri soġġetti għal pressjonijiet sproporzjonati fuq is-sistemi tagħhom tal-ażil u l-akkoljenza, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħqu dawn l-għanijiet,

(42)  Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, prinċipalment li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u biex jitjieb il-funzjonament tas-SEKA, li tissaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri dwar kwistjonijiet relatati mal-asil, biex jippromwovi d-dritt tal-Unjoni u l-istandards operazzjonali biex jiġi żgurat livell għoli ta' uniformità u ġustizzja fir-rigward ta' proċeduri tal-asil, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni madwar l-Unjoni, biex tiġi sorveljata l-applikazzjoni operazzjonali u teknika tal-liġi tal-Unjoni u l-istandards fir-rigward tal-asil u li jingħata aktar appoġġ operazzjonali u tekniku lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza, b'mod partikolari għall-Istati Membri soġġetti għal pressjonijiet sproporzjonati fuq is-sistemi tagħhom tal-asil u l-akkoljenza, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  Il-kompetenza għat-teħid ta' deċiżjonijiet mill-awtoritajiet tal-ażil tal-Istati Membri dwar applikazzjonijiet individwali għal protezzjoni internazzjonali tibqa' f'idejn l-Istati Membri.

(46)  Il-kompetenza għat-teħid ta' deċiżjonijiet mill-awtoritajiet tal-asil tal-Istati Membri dwar applikazzjonijiet individwali għal protezzjoni internazzjonali tibqa' f'idejn l-Istati Membri. Madankollu, dan ma jeskludix l-ipproċessar konġunt tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni individwali minn Stat Membru u l-Aġenzija fuq talba tal-Aġenzija u fil-qafas stabbilit fi pjan operazzjonali miftiehem bejn l-Istat Membru ospitanti u l-Aġenzija.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (l-Aġenzija) għandha tiżgura l-applikazzjoni effiċjenti u uniformi tal-liġi tal-ażil tal-Unjoni fl-Istati Membri. Għandha tiffaċilita l-implimentazzjoni u ttejjeb il-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (SEKA), u għandha tkun responsabbli sabiex tippermetti l-konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali madwar l-Unjoni.

1.   L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil (l-Aġenzija) għandha tikkontribwixxi għall-iżgurar tal-applikazzjoni effiċjenti u uniformi tal-liġi tal-asil tal-Unjoni fl-Istati Membri. Għandha tiffaċilita l-implimentazzjoni u ttejjeb il-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA), u għandha tkun responsabbli sabiex tippermetti l-konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali madwar l-Unjoni, f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali, bil-ħsieb li tiggarantixxi standards għoljin madwar l-Unjoni.

2.   L-Aġenzija għandha tkun ċentru ta' għarfien espert permezz tal-indipendenza tagħha, il-kwalità xjentifika u teknika tal-għajnuna li tipprovdi u l-informazzjoni li xxerred, it-trasparenza tal-proċeduri u l-metodi operazzjonali tagħha, id-diliġenza tagħha fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha, u l-appoġġ tat-teknoloġija tal-informazzjoni meħtieġ biex twettaq il-mandat tagħha.

2.  L-Aġenzija għandha tkun ċentru ta' għarfien espert permezz tal-indipendenza tagħha, il-kwalità xjentifika u teknika tal-għajnuna li tipprovdi u l-informazzjoni li tiġbor u xxerred, it-trasparenza tal-proċeduri u l-metodi operazzjonali tagħha, id-diliġenza tagħha fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha, u l-appoġġ tat-teknoloġija tal-informazzjoni meħtieġ biex twettaq il-mandat tagħha.

3.   L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tkun l-isem il-ġdid tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-attivitajiet għandhom minn issa 'l quddiem ikunu bbażati fuq dan ir-Regolament.

3.  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tkun l-isem il-ġdid tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-attivitajiet għandhom minn issa 'l quddiem ikunu bbażati fuq dan ir-Regolament.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

 

1.  "tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni" tfisser tim ta' esperti li jipprovdu tisħiħ tekniku u operazzjonali lill-Istati Membri f'żoni hotspot u li huwa magħmul minn esperti stazzjonati minn Stati Membri mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, u mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, l-Europol jew aġenziji oħrajn rilevanti tal-Unjoni;

 

2.  "żona hotspot" tfisser żona hotspot kif definita fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1624;

 

3.   "Stat Membru ospitanti" tfisser Stat Membru li jirċievi għajnuna operazzjonali u teknika mill-Aġenzija, b'mod partikolari Stat Membru li fih jintbagħat tim ta' appoġġ għall-asil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil u esperti mill-persunal tal-Aġenzija, jew tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni;

 

4.  "Stat Membru ta' oriġini" tfisser Stat Membru li jagħmel disponibbli espert jew li jikkontribwixxi għat-timijiet ta' appoġġ għall-asil, ir-riżerva ta' intervent għall-asil jew it-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni;

 

5.  "Stat Membru parteċipanti" tfisser Stat Membru li jipparteċipa fl-għajnuna operazzjonali u teknika mogħtija mill-Aġenzija, kif definit fil-pjan operazzjonali rilevanti, permezz tal-għoti ta' esperti jew ta' apparat tekniku;

 

6.  "ipproċessar konġunt" tfisser appoġġ fil-proċedura tal-analiżi tal-applikazzjonijiet individwali għall-protezzjoni internazzjonali, minbarra t-teħid tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet tal-asil tal-Istati Membri dwar tali applikazzjonijiet individwali.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

1.  L-Aġenzija għandha tappoġġja, tiffaċilita, tikkoordina u ssaħħaħ il-kooperazzjoni prattika, l-iskambju ta' informazzjoni u l-implimentazzjoni tas-SEKA, inkluża l-konformità mad-drittijiet fundamentali, permezz tat-twettiq tal-kompiti li ġejjin:

(a)  tiffaċilita, tikkoordina u ssaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri dwar diversi aspetti tal-ażil;

 

(b)  tiġbor u tanalizza informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil u dwar l-implimentazzjoni tas-SEKA;

(b)  tiġbor u tanalizza informazzjoni, inkluża dejta kwalitattiva u kwantitattiva, dwar is-sitwazzjoni tal-asil u dwar l-implimentazzjoni tas-SEKA;

(c)  tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tas-SEKA;

(c)  tappoġġja lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tas-SEKA;

(d)  tgħin lill-Istati Membri b'taħriġ ta' esperti mill-amministrazzjonijiet nazzjonali kollha, qrati u tribunali, u servizzi nazzjonali responsabbli għall-kwistjonijiet tal-ażil, inkluż l-iżvilupp ta' kurrikulu bażiku komuni.

(d)  tgħin lill-Istati Membri fit-taħriġ jew tipprovdi taħriġ lill-esperti tal-Istati Membri mill-amministrazzjonijiet nazzjonali kollha, qrati u tribunali, u servizzi nazzjonali responsabbli għall-kwistjonijiet tal-asil, inkluż permezz tal-istabbiliment u l-iżvilupp ta' kurrikulu bażiku komuni;

(e)  tfassal u taġġorna regolarment rapporti u dokumenti oħra li jipprovdu informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni;

(e)  tfassal u taġġorna regolarment rapporti u dokumenti oħra li jipprovdu informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni;

(f)  tikkoordina l-isforzi fost l-Istati Membri biex tgħin u tiżviluppa analiżi komuni tas-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi ta' oriġini;

(f)  tikkoordina l-isforzi fost l-Istati Membri biex tgħin u tiżviluppa analiżi komuni tas-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi ta' oriġini;

(g)  tipprovdu għajnuna operazzjonali u teknika effettiva lill-Istati Membri, b'mod partikolari meta jkunu soġġetti għal pressjoni sproporzjonata fuq is-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom;

(g)  tipprovdi għajnuna operazzjonali u teknika effettiva lill-Istati Membri, bil-ħsieb li tiggarantixxi standards għolja u r-rispett tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari meta jkunu soġġetti għal pressjoni sproporzjonata fuq is-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza tagħhom;

(h)  tassisti fir-rilokazzjoni jew it-trasferiment ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni;

(h)  tassisti fi, twettaq jew tikkoordina r-rilokazzjoni jew it-trasferiment ta' benefiċjarji ta', u applikanti għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni;

(i)  tistabbilixxi u tibgħat timijiet ta' appoġġ għall-ażil u riżerva ta' intervent għall-asżil;

(i)  tistabbilixxi u tibgħat timijiet ta' appoġġ għall-asil u riżerva ta' intervent għall-asil;

 

(i a)  twettaq il-kompiti u l-obbligi tagħha kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru xxx/xxx [ir-Regolament ta' Dublin].

(j)  tuża t-tagħmir tekniku meħtieġ għat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil u l-esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil;

(j)  takkwista u tuża t-tagħmir tekniku meħtieġ għat-timijiet ta' appoġġ għall-asil u tibgħat l-esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil;

(k)  tistabbilixxi standards operazzjonali, indikaturi, linji gwida u l-aħjar prattiki fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrumenti kollha tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ażil;

(k)  tistabbilixxi standards operazzjonali, indikaturi, linji gwida u l-aħjar prattiki fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrumenti kollha tal-liġi tal-Unjoni dwar l-asil;

 

(k a)  tibgħat uffiċjali ta' kollegament fl-Istati Membri u, fejn xieraq f'pajjiżi terzi;

(l)  tissorvelja u tivvaluta l-implimentazzjoni tas-SEKA kif ukoll tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza tal-Istati Membri;

(l)  tissorvelja, tivvaluta u toħroġ rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-implimentazzjoni tas-SEKA kif ukoll tas-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza tal-Istati Membri;

(m)  jappoġġaw lill-Istati Membri fil-kooperazzjoni tagħhom ma' pajjiżi terzi fi kwistjonijiet relatati mal-ażil, b'mod partikolari fir-rigward tar-risistemazzjoni.

(m)  tappoġġja lill-Istati Membri fil-kooperazzjoni tagħhom ma' pajjiżi terzi fi kwistjonijiet relatati mal-asil, b'mod partikolari fir-rigward tar-risistemazzjoni;

 

(m a)  tassisti lill-Istati Membri fir-rigward ta' viżi umanitarji;

 

(m b)  twettaq il-kompiti u l-obbligi tagħha kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru xxx/xxx [il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni]

2.  L-Aġenzija għandha tappoġġa lill-Istati Membri fir-rigward tad-dimensjoni esterna tas-SEKA. F'dan ir-rigward, u bi ftehim mal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tikkoordina l-iskambju ta' informazzjoni u azzjonijiet oħra meħuda dwar kwistjonijiet li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-istrumenti u l-mekkaniżmi relatati mad-dimensjonijiet esterni tas-SEKA.

2.  L-Aġenzija għandha tappoġġja lill-Istati Membri fir-rigward tad-dimensjoni esterna tas-SEKA. F'dan ir-rigward, u bi ftehim mal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tikkoordina l-iskambju ta' informazzjoni u azzjonijiet oħra meħuda dwar kwistjonijiet li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-istrumenti u l-mekkaniżmi relatati mas-SEKA, b'mod partikolari kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-asil u r-risistemazzjoni u l-promozzjoni ta' standards għolja ta' akkoljenza.

 

2a.  Sabiex twettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Aġenzija għandha taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-UNHCR, organizzazzjonijiet intergovernattivi rilevanti, bħall-Kunsill tal-Ewropa u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, ir-riċerkaturi u l-akkademiċi, u għandhom iqisu l-informazzjoni disponibbli għalihom, kif xieraq, inkluż fi ħdan il-qafas tal-Forum Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 48.

3.  L-Aġenzija tista' twettaq attivitajiet ta' komunikazzjoni b'inizjattiva proprja fl-oqsma skont il-mandat tagħha. L-attivitajiet ta' komunikazzjoni ma għandhomx ikunu detrimentali għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 u 2, u għandhom jitwettqu skont il-pjanijiet rilevanti ta' komunikazzjoni u tixrid adottati mill-Bord tat-Tmexxija.

3.   L-Aġenzija għandha twettaq attivitajiet ta' komunikazzjoni b'inizjattiva proprja fl-oqsma skont il-mandat tagħha. Hija għandha tipprovdi lill-pubbliku informazzjoni preċiża u komprensiva dwar l-attivitajiet tagħha. L-attivitajiet ta' komunikazzjoni ma għandhomx ikunu detrimentali għall-kompiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2, u għandhom jitwettqu skont il-pjanijiet rilevanti ta' komunikazzjoni u tixrid adottati mill-Bord tat-Tmexxija.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-ażil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali ta' immigrazzjoni u tal-ażil u servizzi nazzjonali oħra għandhom ikunu soġġetti għal dmir li jikkooperaw in bona fede u għal obbligu ta' skambju ta' informazzjoni.

1.   L-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-asil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali ta' immigrazzjoni u tal-asil u servizzi nazzjonali oħra għandhom ikunu soġġetti għad-dmir li jikkooperaw in bona fede u għal obbligu ta' skambju ta' kull informazzjoni rilevanti fuq bażi regolari.

2.  L-Aġenzija għandha taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet tal-ażil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali ta' immigrazzjoni u tal-ażil u servizzi nazzjonali oħra u mal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għal dawk attribwiti lil korpi rilevanti oħra tal-Unjoni u għandha taħdem mill-qrib ma' dawk il-korpi u mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR).

2.  L-Aġenzija għandha taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet tal-asil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali ta' immigrazzjoni u tal-asil u servizzi nazzjonali oħra u mal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għal dawk attribwiti lil korpi rilevanti oħra tal-Unjoni u għandha taħdem mill-qrib ma' dawk il-korpi u mal-Kummissarju Għoli tal-UNHCR, u ma' korpi, organizzazzjonijiet u persuni oħra msemmija fl-Artikolu 2(2a).

3.  L-Aġenzija għandha torganizza, tippromwovi u tikkoordina attivitajiet li jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' netwerks kif xieraq. Għal dawn l-għanijiet, l-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-ażil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali ta' immigrazzjoni u tal-ażil u servizzi nazzjonali oħra għandhom jiskambjaw, b'mod f'waqtu u preċiż, l-informazzjoni kollha meħtieġa.

3.  L-Aġenzija għandha torganizza, tippromwovi u tikkoordina attivitajiet li jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' netwerks kif xieraq. Għal dawn l-għanijiet, l-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-asil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali ta' immigrazzjoni u tal-asil u servizzi nazzjonali oħra għandhom jiskambjaw, b'mod f'waqtu u preċiż, l-informazzjoni kollha meħtieġa.

 

3a.  Meta d-Direttur Eżekuttiv ikun stabbilixxa li l-awtoritajiet tal-asil ta' Stat Membru, is-servizzi nazzjonali ta' immigrazzjoni u tal-asil u servizzi nazzjonali oħra jkunu naqsu b'mod sistematiku milli jwettqu l-obbligu li jikkooperaw in bona fede, inkluż l-obbligu li jipprovdu informazzjoni f'waqtha u preċiża skont ir-Regolament (KE) Nru 862/2007, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta rapport lill-Bord ta' Tmexxija u lill-Kummissjoni u jinkludi tali informazzjoni fir-rapport ta' attività annwali dwar is-sitwazzjoni tal-asil fl-Unjoni skont l-Artikolu 65.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tiġbor u tanalizza informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, sa fejn din jista' jkollha impatt fuq l-Unjoni, inkluża informazzjoni aġġornata dwar il-kawżi ewlenin, flussi migratorji u tar-refuġjati kif ukoll dwar kull wasla għall-għarrieda ta' numri kbar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jistgħu jikkawżaw pressjonijiet sproporzjonati fuq is-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza, bil-ħsieb li titrawwem informazzjoni reċiproka rapida u kredibbli għall-Istati Membri biex jiġu identifikati r-riskji possibbli għas-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri.

1.  L-Aġenzija għandha tiġbor u tanalizza informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, sa fejn din jista' jkollha impatt fuq l-Unjoni, inkluża informazzjoni aġġornata dwar il-kawżi ewlenin, flussi migratorji u tar-rifuġjati, partikolarment dwar il-preżenza ta' minuri mhux akkumpanjati, il-kapaċità ta' akkoljenza u l-ħtiġijiet ta' risistemazzjoni, kif ukoll dwar kwalunkwe wasla għall-għarrieda ta' numri kbar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jistgħu jikkawżaw pressjonijiet sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil u l-akkoljenza, bil-ħsieb li titrawwem informazzjoni reċiproka rapida u kredibbli għall-Istati Membri u li jiġu identifikati r-riskji possibbli għas-sistemi tal-asil tal-Istati Membri.

2.  L-Aġenzija għandha tibbaża l-analiżi tagħha fuq l-informazzjoni mogħtija, b'mod partikolari, mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna kif ukoll il-UNHCR u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.

2.  L-Aġenzija għandha tibbaża l-analiżi tagħha fuq l-informazzjoni mogħtija, b'mod partikolari, mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna kif ukoll il-UNHCR u l-korpi, organizzazzjonijiet u persuni oħra msemmija fl-Artikolu 2(2a).

Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha taħdem f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, u għandha, b'mod partikolari, toqgħod fuq l-analiżi tar-riskju mwettqa minn din l-Aġenzija biex tiżgura l-ogħla livell ta' konsistenza u konverġenza fl-informazzjoni pprovduta miż-żewġ aġenziji.

Għal dan l-għan, l-Aġenzija għandha taħdem f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, u għandha, b'mod partikolari u kif jixraq, tqis, l-analiżi tar-riskji u l-valutazzjoni ta' vulnerabilità mwettqa minn din l-Aġenzija biex tiżgura l-ogħla livell ta' konsistenza u konverġenza fl-informazzjoni pprovduta miż-żewġ aġenziji.

3.  L-Aġenzija għandha tiżgura l-iskambju rapidu ta' informazzjoni rilevanti bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Hija għandha tippreżenta wkoll, b'mod f'waqtu u preċiż, ir-riżultati tal-analiżi tagħha lill-Bord tat-Tmexxija.

3.  L-Aġenzija għandha tiżgura l-iskambju rapidu ta' informazzjoni rilevanti bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Hija għandha tippreżenta wkoll, b'mod f'waqtu u preċiż, ir-riżultati tal-analiżi tagħha lill-Bord tat-Tmexxija u lill-Parlament Ewropew.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha torganizza, tikkoordina u tippromwovi l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri u bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti kollha tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ażil.

1.  L-Aġenzija għandha torganizza, tikkoordina u tippromwovi l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri u bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti kollha tal-liġi tal-Unjoni dwar l-asil.

2.  L-Aġenzija għandha toħloq bażi ta' dejta fattwali, legali u ta' ġurisprudenza dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-istrumenti tal-ażil tal-Unjoni, nazzjonali u internazzjonali li jużaw, b'mod partikolari, arranġamenti eżistenti. L-ebda dejta personali ma għandha tinżamm f'bażijiet tad-dejta bħal dawn, sakemm tali dejta ma tkunx inkisbet mill-Aġenzija mid-dokumenti li jkunu aċċessibbli pubblikament.

2.  L-Aġenzija għandha toħloq bażi ta' dejta fattwali, legali u ta' ġurisprudenza li tkun pubblikament disponibbli dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-istrumenti tal-asil tal-Unjoni, nazzjonali u internazzjonali li jużaw, b'mod partikolari, arranġamenti eżistenti. L-ebda dejta personali ma għandha tinżamm f'tali bażijiet tad-dejta, sakemm tali dejta ma tkunx inkisbet mill-Aġenzija mid-dokumenti li jkunu aċċessibbli pubblikament.

3.  B'mod partikolari, l-Aġenzija għandha tiġbor informazzjoni dwar:

3.  B'mod partikolari, l-Aġenzija għandha tiġbor informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dwar:

(a)  l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali minn amministrazzjonijiet u awtoritajiet nazzjonali;

(a)  l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali minn amministrazzjonijiet u awtoritajiet nazzjonali, inkluż dwar it-tul ta' żmien ta' pproċessar tal-applikazzjonijiet u dwar aspetti proċedurali oħra;

(b)  il-liġi nazzjonali u l-iżviluppi legali fil-qasam tal-ażil, inkluża l-ġurisprudenza.

(b)  il-liġi nazzjonali u l-iżviluppi legali fil-qasam tal-asil, inkluża l-ġurisprudenza;

(c)  il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

(c)  il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

imħassar

Appoġġ għas-sistema ta' Dublin

 

L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti u l-obbligi kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX.

 

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tiżviluppa taħriġ għall-persunal tagħha, għall-membri tal-amministrazzjonijiet u qrati u tribunali nazzjonali kollha, kif ukoll għas-servizzi nazzjonali responsabbli għall-kwistjonijiet ta' ażil fl-Istati Membri.

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tiżviluppa taħriġ għall-persunal tagħha, għall-membri tal-amministrazzjonijiet u qrati u tribunali nazzjonali kollha, kif ukoll għas-servizzi nazzjonali responsabbli għall-kwistjonijiet ta' asil fl-Istati Membri.

2.  L-Aġenzija għandha tiżviluppa tali taħriġ f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u, b'kooperazzjoni ma' entitajiet adatti ta' taħriġ fl-Istati Membri, inklużi istituzzjonijiet akkademiċi u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn.

2.  L-Aġenzija għandha tiżviluppa tali taħriġ f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u, b'kooperazzjoni ma' entitajiet adatti ta' taħriġ fl-Istati Membri, netwerks tat-taħriġ eżistenti bħan-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju, u l-korpi, l-organizzazzjonijiet u l-persuni l-oħra msemmija fl-Artikolu 2(2a).

3.  L-Aġenzija għandha tiżviluppa għodod ta' taħriġ ġenerali, speċifiċi jew tematiċi, li jistgħu jinkludu metodoloġija ta' taħriġ għal min iħarreġ u tagħlim online.

3.  L-Aġenzija għandha tiżviluppa għodod ta' taħriġ ġenerali, speċifiċi jew tematiċi, li jistgħu jinkludu metodoloġija ta' taħriġ għal min iħarreġ u tagħlim online.

4.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tiżviluppa kurrikulu Ewropew fil-qasam tal-ażil b'kont meħud tal-kooperazzjoni eżistenti tal-Unjoni f'dan il-qasam. L-Istati Membri għandhom jintegraw il-kurrikulu bażiku komuni fit-taħriġ tal-persunal tas-servizzi nazzjonali u l-awtoritajiet responsabbli għall-kwistjonijiet ta' ażil skont l-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiżguraw taħriġ tajjeb tal-persunal tagħhom.

4.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tiżviluppa kurrikulu Ewropew fil-qasam tal-asil b'kont meħud tal-kooperazzjoni eżistenti tal-Unjoni f'dan il-qasam. Il-kurrikulu bażiku komuni għandu jfittex li jippromwovi l-aħjar prattiki u l-ogħla standards fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar l-asil. L-Istati Membri għandhom jintegraw il-kurrikulu bażiku komuni fit-taħriġ tal-persunal tas-servizzi nazzjonali u l-awtoritajiet responsabbli għall-kwistjonijiet ta' asil skont l-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 biex jiżguraw taħriġ tajjeb tal-persunal tagħhom.

5.  L-attivitajiet ta' taħriġ speċifiċi jew tematiċi dwar materji ta' ażil għandhom jinkludu:

5.  L-attivitajiet ta' taħriġ speċifiċi jew tematiċi dwar materji ta' asil għandhom jinkludu, inter alia:

(a)  l-istandards tad-drittijiet fundamentali internazzjonali u tal-Unjoni, u b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll id-dritt internazzjonali u tal-Unjoni dwar l-ażil, inklużi kwistjonijiet legali speċifiċi u ta' każistika;

(a)  l-istandards tad-drittijiet fundamentali internazzjonali u tal-Unjoni, u b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll id-dritt internazzjonali u tal-Unjoni dwar l-asil, inklużi kwistjonijiet legali speċifiċi, proċedurali u ta' ġurisprudenza;

(b)  kwistjonijiet relatati mat-trattament ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari dawk li ġejjin minn persuni vulnerabbli bi bżonnijiet speċifiċi u t-tfal, inkluż rigward l-aħjar interessi tat-tfal, salvagwardji proċedurali speċifiċi bħalma huma r-rispett għad-dritt tat-tfal li jinstemgħu u l-aspetti tal-ħarsien tat-tfal bħal tekniki ta' valutazzjoni tal-età;

(b)  kwistjonijiet relatati mat-trattament ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari dawk li ġejjin minn persuni vulnerabbli;

 

(b a)  proċeduri ta' identifikazzjoni u riferiment għall-minorenni inklużi regoli dettaljati mmirati lejn l-evalwazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal, salvagwardji proċedurali speċifiċi bħar-rispett għad-dritt tat-tfal li jinstemgħu u l-aspetti tal-ħarsien tat-tfal bħal tekniki ta' valutazzjoni tal-età, il-ħatra ta' tuturi u alternattivi għad-detenzjoni għat-tfal u l-familji;

(c)  tekniki tal-intervista, inkluża attenzjoni speċjali mogħtija lil tfal, gruppi vulnerabbli u vittmi ta' tortura;

(c)  tekniki tal-intervista, inkluża attenzjoni speċjali mogħtija lit-tfal, persuni vulnerabbli u vittmi ta' tortura;

 

(c a)  proċeduri ta' identifikazzjoni u riferiment għal persuni vulnerabbli;

 

(c b)  l-iskambju tal-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar l-asil, b'mod partikolari fil-qafas tal-faċilitazzjoni ta' taħriġ immirat għall-membri ta' qrati u tribunali;

(d)  id-dejta tal-marki tas-swaba', inkluża d-dejta ta' kwalità u rekwiżiti ta' sigurtà;

(d)  id-dejta tal-marki tas-swaba', inklużi aspetti ta' protezzjoni ta' dejta, id-dejta ta' kwalità u rekwiżiti ta' sigurtà;

(e)  l-użu ta' rapporti ta' esperti mediċi u legali fil-proċeduri tal-ażil;

(e)  l-użu ta' rapporti ta' esperti mediċi u legali fil-proċeduri tal-asil;

(f)  il-kwistjonijiet relatati mal-produzzjoni u l-użu tal-informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' oriġini;

(f)  il-kwistjonijiet relatati mal-produzzjoni u l-użu tal-informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' oriġini;

(g)  il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza, inkluża attenzjoni speċjali mogħtija lit-tfal mhux akkumpanjati u tfal mal-familji tagħhom, gruppi vulnerabbli u vittmi tat-tortura.

(g)  il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza, inkluża attenzjoni speċjali u assistenza mogħtija lit-tfal mhux akkumpanjati u tfal mal-familji tagħhom, u persuni vulnerabbli;

 

(g a)  kwistjonijiet relatati mal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali, id-drittijiet ta' persuni mogħtija l-protezzjoni internazzjonali u l-appoġġ għall-integrazzjoni;

 

(g b)  kwistjonijiet relatati mat-trattament tal-proċeduri ta' rilokazzjoni;

 

(g c)  ir-risistemazzjoni, inkluż fir-rigward ta' missjonijiet tal-għażla, l-għoti ta' informazzjoni ta' qabel it-tluq u appoġġ ta' wara l-wasla, aċċess għall-edukazzjoni, korsijiet tal-lingwa, taħriġ vokazzjonali u l-apprendistat;

 

(g d)  ir-reżiljenza u l-ħiliet ta' ġestjoni tal-istress għall-persunal li jaħdem direttament ma' persuni li jfittxu asil;

 

(g e)  kwistjonijiet rilevanti oħra, jekk ikun meħtieġ, abbażi ta' deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija.

6.  It-taħriġ offrut għandu jkun ta' kwalità għolja, u għandu jidentifika l-prinċipji ewlenin u l-aħjar prattika bil-ħsieb ta' konverġenza akbar ta' metodi u deċiżjonijiet amministrattivi u tal-prattika legali, b'rispett sħiħ għall-indipendenza tal-qrati u t-tribunali nazzjonali.

6.  It-taħriġ offrut għandu jkun ta' kwalità għolja, u għandu jidentifika l-prinċipji ewlenin u l-aħjar prattiki bil-ħsieb ta' konverġenza akbar ta' metodi u deċiżjonijiet amministrattivi u tal-prattika legali, b'rispett sħiħ għall-indipendenza tal-qrati u t-tribunali nazzjonali.

7.  L-Aġenzija għandha tieħu l-inizjattivi meħtieġa biex tiżgura li l-esperti li jipparteċipaw fit-timijiet ta' appoġġ għall-ażil u r-riżerva ta' intervent għall-ażil, ikunu rċevew it-taħriġ speċjalizzat rilevanti għall-kompiti u l-funzjonijiet tagħhom, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet operazzjonali mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha twettaq eżerċizzji b'mod regolari ma' dawn l-esperti skont l-iskeda tat-taħriġ u l-eżerċizzji avvanzati msemmija fil-programm ta' ħidma annwali tagħha.

7.   L-Aġenzija għandha tipprovdi l-esperti li jipparteċipaw fit-timijiet ta' appoġġ għall-asil u r-riżerva ta' intervent għall-asil bit-taħriġ speċjalizzat rilevanti għall-kompiti u l-funzjonijiet tagħhom, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha twettaq eżerċizzji b'mod regolari ma' dawn l-esperti skont l-iskeda tat-taħriġ u l-eżerċizzji avvanzati msemmija fil-programm ta' ħidma annwali tagħha.

8.  L-Aġenzija tista' torganizza attivitajiet ta' taħriġ f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom.

8.   L-Aġenzija tista' torganizza attivitajiet ta' taħriġ f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom.

__________________

__________________

21 Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)(ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).

21Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)(ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tkun ċentru għall-ġbir rilevanti, kredibbli, preċiż u aġġornat ta' informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' oriġini ta' persuni li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali, inkluża informazzjoni speċifika għat-tfal u informazzjoni mmirata lejn persuni li jappartjenu għal gruppi vulnerabbli. Hija għandha tfassal u taġġorna regolarment rapporti u prodotti oħra li jipprovdu informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni inklużi kwistjonijiet tematiċi speċifiċi għall-pajjiżi ta' oriġini.

1.  L-Aġenzija għandha tkun ċentru għall-ġbir ta' informazzjoni oġġettiva, rilevanti, kredibbli, preċiża u aġġornata dwar il-pajjiżi ta' oriġini ta' persuni li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali, inkluża informazzjoni speċifika għat-tfal, speċifika għall-ġeneru u informazzjoni mmirata lejn persuni vulnerabbli u persuni li jappartjenu għal minoranzi. Hija għandha tfassal u taġġorna regolarment rapporti u prodotti oħra li jipprovdu informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni inklużi kwistjonijiet tematiċi speċifiċi għall-pajjiżi ta' oriġini.

2.  L-Aġenzija għandha b'mod partikolari:

2.  L-Aġenzija għandha b'mod partikolari:

(a)  tagħmel użu mis-sorsi rilevanti kollha ta' informazzjoni, inklużi l-analiżi tagħha tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil u informazzjoni oħra miġbura minn organizzazzjonijiet governattivi, mhux governattivi u internazzjonali, inkluż permezz tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 9, kif ukoll istituzzjonijiet tal-Unjoni, aġenziji, korpi, uffiċċji, u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna;

(a)  tagħmel użu mis-sorsi rilevanti kollha ta' informazzjoni, inklużi l-analiżi tagħha tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil u informazzjoni oħra miġbura mill-UNHCR u korpi oħra, organizzazzjonijiet u persuni msemmija fl-Artikolu 2(2a), inkluż permezz tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 9 u l-Forum Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 48, missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni kkoordinati mill-Aġenzija, kif ukoll istituzzjonijiet aġenziji, korpi u uffiċċji tal-Unjoni, u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna;

(b)  timmaniġġa u tkompli tiżviluppa portal li jiġbor l-informazzjoni relatata mal-pajjiżi ta' oriġini;

(b)  timmaniġġja u tkompli tiżviluppa portal pubblikament aċċessibbli li jiġbor u jxerred l-informazzjoni relatata mal-pajjiżi ta' oriġini;

(c)  tiżviluppa format komuni u metodoloġija komuni li tinkludi termini ta' referenza, f'konformità mar-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ażil, għall-iżvilupp ta' rapporti u prodotti oħra b'informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni.

(c)  tiżviluppa f'konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv, kif ukoll mal-UNHCR u organizzazzjonijiet intergovernattivi u mhux governattivi rilevanti, ir-riċerkaturi u l-akkademiċi format komuni u metodoloġija komuni li tinkludi termini ta' referenza għall-iżvilupp ta' rapporti u prodotti oħra b'informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni f'konformità mar-rekwiżiti tad-dritt internazzjonali u tal-Unjoni dwar l-asil.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tiżgura l-koordinazzjoni ta' inizjattivi nazzjonali li jipproduċu informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini permezz tal-istabbiliment u l-ġestjoni ta' netwerks fost l-Istati Membri għal informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini.

1.  L-Aġenzija għandha tiżgura l-koordinazzjoni ta' inizjattivi nazzjonali li jipproduċu informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini permezz tal-istabbiliment u l-ġestjoni ta' netwerks fost l-Istati Membri għal informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini. Tali netwerks jistgħu, meta jkun rilevanti u fuq bażi ta' każ b'każ, jinvolvu esperti esterni b'għarfien espert rilevanti mill-UNHCR u organizzazzjonijiet mhux governattivi.

2.  L-għan tan-netwerks previsti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu għall-Istati Membri biex:

2.  L-għan tan-netwerks previsti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu għall-Istati Membri biex:

(a)  jiskambjaw u jaġġornaw ir-rapporti nazzjonali u prodotti oħra f'pajjiżi tal-oriġini inklużi kwistjonijiet tematiċi speċifiċi għall-pajjiżi ta' oriġini;

(a)  perjodikament jiskambjaw u jaġġornaw ir-rapporti nazzjonali u prodotti oħra f'pajjiżi tal-oriġini inklużi kwistjonijiet tematiċi speċifiċi għall-pajjiżi ta' oriġini;

(b)  iressqu mistoqsijiet lill-Aġenzija relatata għal kwistjonijiet speċifiċi ta' fatt li jistgħu jirriżultaw minn applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' kunfidenzjalità kif stabbilit fil-liġi nazzjonali.

(b)  iressqu mistoqsijiet lill-Aġenzija u jgħinu biex jitwieġbu mistoqsijiet relatati ma' kwistjonijiet speċifiċi ta' fatt li jistgħu jirriżultaw minn applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' privatezza, protezzjoni tad-dejta u kunfidenzjalità kif stabbilit fil-liġi nazzjonali.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex tippromwovi l-konverġenza fl-applikazzjoni tal-kriterji ta' evalwazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22, l-Aġenzija għandha tikkoordina l-isforzi fost l-Istati Membri biex imexxu u jiżviluppaw analiżi komuni li tipprovdi gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi speċifiċi tal-oriġini.

1.  Biex tippromwovi l-konverġenza fl-applikazzjoni tal-kriterji ta' evalwazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22, l-Aġenzija għandha tikkoordina l-isforzi fost l-Istati Membri biex imexxu u jiżviluppaw analiżi komuni li tipprovdi gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi speċifiċi tal-oriġini. L-Aġenzija għandha tiżgura li tali analiżi komuni tikkunsidra b'mod sħiħ il-linji gwida ta' eliġibilità tal-UNHCR l-aktar riċenti dwar il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni internazzjonali ta' persuni li jfittxu asil minn pajjiżi speċifiċi ta' oriġini.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jissottometti l-analiżi komuni lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni. L-Istati Membri għandhom jintalbu jqisu dik l-analiżi komuni meta jeżaminaw l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tagħhom biex jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet individwali.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-UNHCR u l-Forum Konsultattiv jadotta dik l-analiżi komuni wara li jkun ippreżentaha lill-Bord tat-Tmexxija għar-rieżami. L-Istati Membri għandhom jintalbu jqisu dik l-analiżi komuni meta jeżaminaw l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tagħhom biex jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet individwali.

3.  L-Aġenzija għandha tassigura li l-analiżi komuni jinżamm taħt reviżjoni kontinwa u aġġornat sa fejn meħtieġ. Kull reviżjoni bħal din għandha bl-istess mod teħtieġ konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni u tiġi approvata mill-Bord tat-Tmexxija.

3.  L-Aġenzija għandha tiżgura li l-analiżi komuni tinżamm taħt rieżami kontinwu u aġġornata sa fejn meħtieġ. Kwalunkwe tali reviżjoni għandha bl-istess mod teħtieġ konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni, il-UNHCR u l-Forum Konsultattiv.

4.  L-Istati Membri għandhom, fuq bażi ta' kull xahar, jippreżentaw quddiem l-Aġenzija t-tagħrif rilevanti dwar id-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali li joriġinaw minn pajjiżi terzi soġġetti għal analiżi komuni. Dik l-analiżi għandha, b'mod partikolari, tinkludi:

4.  L-Istati Membri għandhom, fuq bażi ta' kull xahar, jippreżentaw quddiem l-Aġenzija t-tagħrif rilevanti kollu dwar id-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali li joriġinaw minn pajjiżi terzi soġġetti għal analiżi komuni. Dik l-analiżi għandha, b'mod partikolari, tinkludi:

(a)  statistika dwar in-numru ta' deċiżjonijiet li jagħtu protezzjoni internazzjonali lill-applikanti minn kull pajjiż ta' oriġini li huma s-suġġett ta' analiżi komuni u jispeċifikaw it-tip ta' protezzjoni;

(a)  statistika dwar l-għadd ta' applikazzjonijiet imressqa għal protezzjoni internazzjonali u l-għadd ta' deċiżjonijiet li jagħtu protezzjoni internazzjonali lill-applikanti minn kull pajjiż ta' oriġini li huma s-suġġett ta' analiżi komuni u jispeċifikaw it-tip ta' protezzjoni;

(b)  statistika dwar in-numru ta' deċiżjonijiet li jirrifjutaw protezzjoni internazzjonali lill-applikanti minn kull pajjiż ta' oriġini li huma s-suġġett ta' analiżi komuni;

(b)  statistika dwar l-għadd ta' deċiżjonijiet, inklużi deċiżjonijiet ta' inammissibilità li jirrifjutaw protezzjoni internazzjonali lill-applikanti minn kull pajjiż ta' oriġini li huma s-suġġett ta' analiżi komuni u raġunijiet għaċ-ċaħda;

(c)  statistika dwar l-għadd ta' deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta' applikanti minn kull pajjiż ta' oriġini li hija s-suġġett ta' analiżi komuni iżda fejn din l-analiżi komuni ma ġietx segwita u r-raġunijiet għalfejn ma ġietx segwita minnu.

(c)  statistika dwar l-għadd ta' deċiżjonijiet, inklużi deċiżjonijiet ta' inammissibilità, meħuda fir-rigward ta' applikanti minn kull pajjiż ta' oriġini li huma s-suġġett ta' analiżi komuni iżda fejn din l-analiżi komuni ma ġietx segwita u r-raġunijiet għalfejn ma ġietx segwita minnu.

 

4a.  Fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-Aġenzija għandha tistudja d-differenzi fir-rikonoxximent tar-rati rreġistrati mill-Istati Membri dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali minn applikanti ta' pajjiż ta' oriġini li hija s-suġġett ta' analiżi komuni. Jekk l-Aġenzija ssib li d-differenzi jkunu sostanzjali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew dwar dawn id-differenzi u r-raġunijiet għalihom. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tieħu kwalunkwe passi ta' segwitu, kif xieraq.

 

4b.  L-Aġenzija għandha tiżgura li l-informazzjoni mwassla mill-Istati Membri skont il-paragrafu 4 tkun pubblikament aċċessibbli u inkluża fir-rapport annwali li għandu jiġi abbozzat skont l-Artikolu 65.

__________________

__________________

22Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).

22 Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni biex regolarment tirrevedi s-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li huma inklużi f'lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu stabbilita mir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX, inkluż dawk li ġew sospiżi mill-Kummissjoni u dawk li tneħħew minn din il-lista.

1.  L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni biex regolarment tirrieżamina s-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li huma inklużi f'lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini sikuri stabbilita mir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX, inkluż dawk li ġew sospiżi mill-Kummissjoni u dawk li tneħħew minn din il-lista.

2.  L-Aġenzija għandha, b'talba tal-Kummissjoni, tipprovdiha b'informazzjoni dwar pajjiżi terzi speċifiċi li jistgħu jiġu kkunsidrati għal inklużjoni f'lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX.

2.  L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar pajjiżi terzi speċifiċi li jistgħu jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni, is-sospensjoni jew it-tneħħija mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini sikur skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew.

 

2a.  Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija skont il-paragrafi 1 u 2 għandha tkun ikkumpilata skont il-prinċipji ġenerali previsti fl-Artikolu 8, u għandha tqis l-informazzjoni riċevuta mill-mekkaniżmi ta' monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem tal-UNHCR, in-NU u l-Kunsill tal-Ewropa, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti u sorsi indipendenti u affidabbli rilevanti oħrajn, inkluża l-informazzjoni pprovduta fi ħdan il-qafas tal-Forum Konsultattiv.

3.  Meta jinnotifikaw lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 37(4), 38(5) u 39(7) tad-Direttiva 2013/32/UE, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija dwar pajjiżi terzi li huma indikati bħala pajjiżi ta' oriġini siguri jew pajjiżi terzi siguri jew li għalihom il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' ażil, pajjiż terz bla periklu jew pajjiż terz Ewropew bla periklu, jiġi applikat skont l-Artikoli 35, 38 u 39 tad-Direttiva 2013/32/UE, rispettivament.

3.  Meta jinnotifikaw lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 37(4), 38(5) u 39(7) tad-Direttiva 2013/32/UE, l-Istati Membri għandhom ukoll jinfurmaw lill-Aġenzija dwar pajjiżi terzi li huma indikati bħala pajjiżi ta' oriġini sikuri jew pajjiżi terzi sikuri jew li għalihom il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta' asil, pajjiż terz sikur jew pajjiż terz Ewropew sikur, jiġi applikat skont l-Artikoli 35, 38 u 39 tad-Direttiva 2013/32/UE, rispettivament.

Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Aġenzija biex twettaq reviżjoni tas-sitwazzjoni f'kull pajjiż terz bil-ħsieb li tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet rilevanti u l-kriterji stabbiliti f'din id-Direttiva humiex rispettati.

Il-Parlament, il-Kunsill jew il-Kummissjoni jistgħu jitolbu lill-Aġenzija twettaq rieżami tas-sitwazzjoni fi kwalunkwe pajjiż terz bil-ħsieb li jiġi vvalutat jekk il-kundizzjonijiet rilevanti u l-kriterji stabbiliti f'din id-Direttiva humiex rispettati.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha torganizza u tikkoordina l-attivitajiet li jippromwovu l-implimentazzjoni korretta u effettiva tal-liġi tal-Unjoni, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' standards operazzjonali, l-indikaturi, il-linji gwida u l-aħjar prattiki dwar kwistjonijiet relatati mal-ażil, u l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri f'affarijiet marbuta mal-ażil.

1.  L-Aġenzija għandha torganizza u tikkoordina l-attivitajiet li jippromwovu l-implimentazzjoni korretta u effettiva tal-liġi tal-Unjoni, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' standards operazzjonali, l-indikaturi, il-linji gwida u l-aħjar prattiki dwar kwistjonijiet relatati mal-asil, u l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri f'affarijiet marbuta mal-asil.

2.  L-Aġenzija għandha, b'inizjattiva tagħha stess jew b' talba tal-Kummissjoni, u f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, tiżviluppa standards operazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ażil u indikaturi għall-monitoraġġ tal-konformità ma' dawk l-istandards operazzjonali kif ukoll linji gwida u l-aħjar prattiki marbutin mal-implimentazzjoni tal-istrumenti tad-dritt tal-Unjoni dwar l-ażil. L-Aġenzija għandha, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u wara l-adozzjoni mill-Bord tat-Tmexxija, tgħaddi dawk l-istandards, l-indikaturi, il-linji gwida jew l-aħjar prattiki lill-Istati Membri l-oħra.

2.  L-Aġenzija għandha, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Kummissjoni, u f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, mal-Istati Membri, mal-Forum Konsultattiv tagħha, mal-UNHCR, ma' organizzazzjonijiet intergovernattivi u mhux governattivi, u fejn ikun rilevanti, in-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju u l-assoċjazzjonijiet ġudizzjarji, tiżviluppa standards operazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tad-dritt tal-Unjoni dwar l-asil u indikaturi għall-monitoraġġ tal-konformità ma' dawk l-istandards operazzjonali kif ukoll linji gwida u l-aħjar prattiki marbutin mal-implimentazzjoni tal-istrumenti tad-dritt tal-Unjoni dwar l-asil. L-Aġenzija għandha, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u wara l-adozzjoni mill-Bord tat-Tmexxija, tgħaddi dawk l-istandards, l-indikaturi, il-linji gwida jew l-aħjar prattiki lill-Istati Membri l-oħra.

3.  L-Aġenzija għandha, b'talba tal-Istati Membri, tgħinhom biex japplikaw l-istandards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prassi għas-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom billi tipprovdi għarfien espert jew assistenza teknika u operazzjonali.

3.  L-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Istati Membri, tgħinhom biex japplikaw l-istandards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prattiki għas-sistemi tal-asil u l-akkoljenza tagħhom billi tipprovdi għarfien espert jew assistenza teknika u operazzjonali.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandha tistabbilixxi mekkaniżmu biex:

1.  L-Aġenzija, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandha tistabbilixxi mekkaniżmu biex:

(a)  tissorvelja l-implimentazzjoni u tevalwa l-aspetti kollha tas-SEKA fl-Istati Membri, partikolarment is-sistema ta' Dublin, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, il-proċeduri tal-ażil, l-applikazzjoni ta' kriterji li jiddeterminaw il-ħtiġijiet ta' protezzjoni u n-natura u l-kwalità tal-protezzjoni mogħtija lil persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali mill-Istati Membri, inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, is-salvagwardji tal-protezzjoni tat-tfal u l-ħtiġijiet ta' persuni vulnerabbli;

(a)  timmonitorja l-implimentazzjoni u tivvaluta l-aspetti kollha tas-SEKA fl-Istati Membri, partikolarment is-sistema ta' Dublin, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, il-proċeduri ta' asil u r-rispett għas-salvagwardji proċedurali rilevanti, id-dritt għal rimedju effettiv, inkluża l-għajnuna legali, l-aċċess għal interpretazzjoni, l-applikazzjoni ta' kriterji li jiddeterminaw il-ħtiġijiet ta' protezzjoni u n-natura u l-kwalità tal-protezzjoni mogħtija lil persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali mill-Istati Membri, inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, is-salvagwardji tal-protezzjoni tat-tfal u l-funzjonament ta' mekkaniżmi ta' riferiment għall-applikanti vulnerabbli u għar-risistemazzjoni;

(b)  tissorvelja l-konformità tal-Istati Membri ma' standards operazzjonali, indikaturi, linji gwida u l-aħjar prassi dwar l-ażil;

(b)  tissorvelja l-konformità tal-Istati Membri ma' standards operazzjonali, indikaturi, linji gwida u l-aħjar prattiki dwar l-asil;

(c)  tivverifika s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza, il-kapaċitajiet, l-infrastruttura, it-tagħmir, il-persunal disponibbli għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni fl-Istati Membri, ir-riżorsi finanzjarji u l-kapaċità tal-awtoritajiet tal-ażil tal-Istati Membri, fosthom is-sistema ġudizzjarja, biex jittrattaw u jimmaniġġaw il-każijiet tal-ażil b'mod effiċjenti u korrett.

(c)  tivverifika s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza, il-kapaċitajiet, l-infrastruttura, it-tagħmir, ir-riżorsi finanzjarji u umani, inkluż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni fl-Istati Membri, u l-kapaċità tal-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji tal-asil tal-Istati Membri, inkluża s-sistema ġudizzjarja, biex jittrattaw u jimmaniġġaw il-każijiet tal-asil b'mod effiċjenti u f'konformità mad-dritt internazzjonali u tal-Unjoni.

 

1a.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Aġenzija għandu jkollha aċċess għal dejta statistika aggregata u anonimizzata mill-Eurodac kif ukoll mill-VIS stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 767/2008, is-SIS II stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ li għandha tiġi stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2.  L-Aġenzija tista', b'mod partikulari, tibbaża l-evalwazzjoni tagħha fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil żviluppata mill-Aġenzija, żjarat fil-post u teħid ta' kampjuni tal-każijiet.

2.  L-Aġenzija għandha, b'mod partikulari, tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq informazzjoni pprovduta, inter alia, mill-Istati Membri, analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil żviluppata mill-Aġenzija, żjarat fil-post u teħid ta' kampjuni tal-każijiet, l-informazzjoni pprovduta mill-applikanti, u l-valutazzjonijiet ipprovduti mill-korpi, organizzazzjonijiet u persuni msemmija fl-Artikolu 2(2a).

 

Għall-finijiet ta' din il-valutazzjoni, l-Aġenzija tista' tagħmel żjarat mhux imħabbra fuq il-post mingħajr avviż minn qabel lill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi linji gwida ġenerali dwar l-arranġamenti prattiċi għal tali żjarat.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom, b'talba tal-Aġenzija, jipprovduha bl-informazzjoni neċessarja dwar il-proċeduri tal-ażil, tagħmir, infrastruttura, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza, ir-rati ta' rikonoxximent u l-kwalità tal-protezzjoni kif ukoll persunal u riżorsi finanzjarji fuq livell nazzjonali sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tas-sistema tal-ażil u l-akkoljenza. L-Istati Membri għandhom ukoll jikkooperaw mal-Aġenzija u għandhom jiffaċilitaw kull żjara fil-post li l-Aġenzija għandha twettaq għall-finijiet ta' dan l-eżerċizzju ta' monitoraġġ.

Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Aġenzija, jipprovdulha l-informazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-proċeduri tal-asil, is-salvagwardji proċedurali rilevanti, inkluża d-disponibilità tal-għajnuna legali u l-aċċess għall-interpretazzjoni, tagħmir, infrastruttura, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza, ir-rati ta' rikonoxximent u l-kwalità tal-protezzjoni kif ukoll persunal u riżorsi finanzjarji fuq livell nazzjonali sabiex jiżguraw ġestjoni effiċjenti tas-sistema tal-asil u l-akkoljenza. L-Istati Membri għandhom ukoll jikkooperaw mal-Aġenzija u għandhom jiffaċilitaw u jappoġġjaw b'mod attiv kwalunkwe żjara fil-post li l-Aġenzija għandha twettaq għall-finijiet ta' dan l-eżerċizzju ta' monitoraġġ.

3.  L-Aġenzija għandha tivvaluta kemm l-Istati Membri huma lesti li jilqgħu l-isfidi mill-possibbiltà ta' pressjoni sproporzjonata fuq is-sistemi tagħhom tal-ażil u l-akkoljenza. L-Aġenzija tista' titlob lill-Istati Membri jagħtuha l-ippjanar ta' kontinġenza tagħhom għal miżuri li jridu jittieħdu biex jittrattaw din il-pressjoni sproporzjonata possibbli u għandha tassisti lill-Istati Membri sabiex iħejju u jirrevedu l-ippjanar ta' kontinġenza tagħhom, fejn meħtieġ.

3.  L-Aġenzija għandha tivvaluta l-kapaċità u kemm l-Istati Membri huma lesti li jilqgħu l-isfidi mill-possibilità ta' pressjoni sproporzjonata fuq is-sistemi tagħhom tal-asil u l-akkoljenza mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Kummissjoni kif previst fit-Trattati. L-Aġenzija tista' titlob lill-Istati Membri jagħtuha l-ippjanar ta' kontinġenza tagħhom għal miżuri li jridu jittieħdu biex jittrattaw tali pressjoni sproporzjonata possibbli u għandha tassisti lill-Istati Membri sabiex iħejju u jirrieżaminaw l-ippjanar ta' kontinġenza tagħhom, skont l-Artikolu 16, fejn meħtieġ.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Sabiex twettaq b'mod effikaċi, imparzjali u indipendenti l-kompitu tagħha ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tas-SEKA u tas-sistemi tal-Istati Membri għall-asil u l-akkoljenza, l-Aġenzija għandu jkollha għadd xieraq ta' persunal permanenti u temporanju, kif ukoll ir-riżorsi finanzjarji adegwati.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li l-kompitu ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tas-SEKA jitwettaq mhux minn esperti ssekondati, imma mill-persunal tal-Aġenzija stess, li jkun imħarreġ għal dak l-iskop. Hemm pjan ta' tkabbir tal-persunal tal-Aġenzija b'mod li sal-2020 jilħaq il-500. Madankollu, peress li l-pjan ta' stabbiliment ma jistax jiġi inkorporat fir-regolament, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-Aġenzija se jkollha numru suffiċjenti ta' persunal proprju biex twettaq dmirijietha b'mod effikaċi u tiggarantixxi l-imparzjalità tagħha.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, ifassal il-programm għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza f'kull wieħed mill-Istati Membri, jew fl-Istati Membri kollha fuq bażi tematika jew aspetti speċifiċi tas-sistemi ta' ażil. Dak il-programm għandu jifforma parti minn programmazzjoni pluriennali u annwali msemmija fl-Artikolu 41.

1.  L-Aġenzija għandha, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, tfassal il-programm għall-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 13. Dak il-programm għandu jifforma parti minn programmazzjoni pluriennali u annwali msemmija fl-Artikolu 41.

Il-programmazzjoni pluriennali għandha telenka l-Istati Membri li s-sistemi ta' ażil u akkoljenza tagħhom għandha tiġi mmonitorjata kull sena, u dan jiżgura li kull Stat Membru għandu jiġi mmonitorjat tal-anqas darba f'kull perjodu ta' ћames snin.

Il-programmazzjoni pluriennali għandha telenka l-Istati Membri li s-sistemi ta' asil u akkoljenza tagħhom għandhom jiġu mmonitorjati kull sena, u dan jiżgura li kull Stat Membru għandu jiġi mmonitorjat tal-anqas darba f'kull perjodu ta' tliet snin.

Il-programm ta' ħidma annwali għandu jelenka l-Istati Membri li għandhom ikunu solveljati fis-sena ta' wara skont l-ipprogrammar pluriennali u l-evalwazzjonijiet tematiċi. Dan għandu jinkludi indikazzjoni ta' fiex jikkonsisti l-monitoraġġ u skeda għal kwalunkwe żjarat fil-post.

Il-programm ta' ħidma annwali għandu jelenka l-Istati Membri li għandhom ikunu mmonitorjati fis-sena ta' wara skont il-programmazzjoni pluriennali u kwalunkwe valutazzjoni tematika fi Stat Membru wieħed jew aktar, li tkun meqjusa meħtieġa, fis-sena ta' wara bbażata fuq analiżi tal-informazzjoni stabbilita skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jinkludi indikazzjoni ta' fiex jikkonsisti l-monitoraġġ u skeda għal kwalunkwe żjarat fil-post.

Il-programm ta' ħidma annwali jista' jiġi adattat, jekk meħtieġ, f'konformità mal-Artikolu 41.

Il-programm ta' ħidma annwali jista' jiġi adattat, jekk meħtieġ, f'konformità mal-Artikolu 41.

L-Aġenzija tista' tibda eżerċizzju ta' monitoraġġ għall-valutazzjoni tas-sistemi tal-ażil jew tal-akkoljenza ta' Stat Membru fuq inizjattiva tagħha stess jew b'talba tal-Kummissjoni kull meta jkun hemm tħassib serju rigward tal-funzjonament ta' kwalunkwe aspett tas-sistemi tal-akkoljenza jew tal-ażil ta' Stat Membru.

L-Aġenzija tista' tibda eżerċizzju ta' monitoraġġ għall-valutazzjoni tas-sistemi tal-asil jew tal-akkoljenza ta' Stat Membru fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Kummissjoni kull meta jkun hemm tħassib serju rigward il-funzjonament ta' kwalunkwe aspett tas-sistemi tal-akkoljenza jew tal-asil ta' Stat Membru jew il-kapaċità u t-tħejjija tiegħu biex jilqa' l-isfidi ta' pressjoni sproporzjonata li tista' tipperikola l-funzjonament tas-SEKA. Jekk tali eżerċizzju ta' monitoraġġ jiżvela nuqqasijiet serji meqjusa li jipperikolaw il-funzjonament tas-SEKA jew li jikkostitwixxu theddida serja għall-politika pubblika jew is-sigurtà interna fiż-żona mingħajr fruntieri interni, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Parlament Ewropew jew ta' Stat Membru, għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarhom mill-aktar fis possibbli.

2.  L-Aġenzija għandha twaqqaf gruppi ta' esperti għal kull eżerċizzju ta' monitoraġġ, inklużi ż-żjarat fil-post kif meħtieġ. It-timijiet ta' esperti jkun magħmul minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija stess u rappreżentanti tal-Kummissjoni. It-tim ta' esperti għandu jkun responsabbli għat-tfassil ta' rapport ibbażat fuq is-sejbiet taż-żjarat fil-post u informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

2.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi timijiet ta' esperti għal kull eżerċizzju ta' monitoraġġ, inkluż għaż-żjarat fil-post kif meħtieġ. It-timijiet ta' esperti jistgħu jkunu magħmula minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija stess u minn rappreżentanti tal-Kummissjoni. It-tim ta' esperti għandu jkun responsabbli għat-tfassil ta' rapport ibbażat fuq is-sejbiet taż-żjarat fil-post, inklużi żjarat fil-post mhux imħabbra, u informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri kif ukoll mill-UNHCR u organizzazzjonijiet mhux governattivi.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat l-abbozz tar-rapport tal-grupp ta' esperti lill-Istat Membru kkonċernati, li għandu jipprovdi l-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport. Id-Direttur Eżekuttiv għandu mbagħad jibgħat l-abbozz tar-rapport, b'kont meħud tal-kummenti tal-Istat Membru kkonċernat, lill-Bord tat-Tmexxija. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-rapport ta' monitoraġġ u jibagħtu lill-Kummissjoni.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat l-abbozz tar-rapport tat-tim ta' esperti lill-Istat Membru kkonċernati, li għandu jipprovdi l-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport. Id-Direttur Eżekuttiv għandu mbagħad jiffinalizza l-abbozz tar-rapport wara li jkun qies il-kummenti tal-Istat Membru kkonċernat u jgħaddih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jagħmel abbozz ta' rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat fejn jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati fir-rapport ta' monitoraġġ. L-Istat Membru konċernat għandu jingħata xahar żmien biex jikkummenta dwar l-abbozz ta' rakkomandazzjonijiet. Wara li jikkunsidra dawn il-kummenti, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-rakkomandazzjonijiet u għandu jistieden lill-Istat Membru konċernat biex ifassal pjan ta' azzjoni li jiddeskrivi l-miżuri biex jirrimedjaw xi nuqqasijiet.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jippreżenta abbozz ta' rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat fejn jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa biex jindirizza n-nuqqasijiet identifikati fir-rapport ta' monitoraġġ. L-Istat Membru kkonċernat għandu jingħata xahar żmien biex jikkummenta dwar l-abbozz ta' rakkomandazzjonijiet u għaxart ijiem fil-każ tas-sitwazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1. Wara li jikkunsidra dawn il-kummenti, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-rakkomandazzjonijiet u għandu jistieden lill-Istat Membru kkonċernat biex ifassal pjan ta' azzjoni li jiddeskrivi l-miżuri biex jirrimedja kwalunkwe nuqqas. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

5.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Aġenzija bi pjan ta' azzjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4. Dan l-Istat Membru għandu jirrapporta lill-Aġenzija dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u minn hemm 'il quddiem ikompli jagħmel dan kull xahar għal perjodu massimu ta' sitt xhur.

5.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Aġenzija bi pjan ta' azzjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 u ħmistax-il jum fil-każ tas-sitwazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1. Dak l-Istat Membru għandu jirrapporta lill-Aġenzija dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u 45 jum fil-każ tas-sitwazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 u wara dan għandu jkompli jirrapporta kull xahar għal massimu ta' sitt xhur.

6.  L-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni.

6.  L-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 14 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Uffiċjali ta' kollegament fl-Istati Membri

 

1.  Sabiex tassisti lill-Aġenzija fit-twettiq tal-kompiti tagħha skont l-Artikoli 13 u 14, l-Aġenzija għandha tiżgura monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tas-SEKA mill-Istati Membri permezz ta' uffiċjali ta' kollegament tal-Aġenzija.

 

L-Aġenzija tista' tiddeċiedi li uffiċjal ta' kollegament ikopri sa erba' Stati Membri li qegħdin ġeografikament qrib xulxin.

 

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtar esperti mill-persunal tal-Aġenzija biex jintbagħtu bħala uffiċjali ta' kollegament. Id-Direttur Eżekuttiv, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, għandu jagħmel proposta dwar in-natura u t-termini tal-istazzjonament u l-Istat Membru jew ir-reġjun fejn uffiċjal ta' kollegament jista' jintbagħat. Il-proposta mid-Direttur Eżekuttiv għandha tkun soġġetta għal approvazzjoni mill-Bord tat-Tmexxija. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat bil-ħatra tal-uffiċjali ta' kollegament u għandu jistabbilixxi, flimkien mal-Istat Membru kkonċernat, il-post tal-istazzjonament.

 

3.  L-uffiċjali ta' kollegament għandhom jaġixxu f'isem l-Aġenzija u għandhom irawmu l-kooperazzjoni u d-djalogu bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni tas-SEKA, b'mod partikolari l-awtoritajiet responsabbli għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-asil. L-uffiċjali ta' kollegament għandhom, b'mod partikolari:

 

(a)  jaġixxu bħala kollegament bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-asil;

 

(b)  jappoġġjaw il-ġbir tal-informazzjoni msemmi fl-Artikoli 13 u 14 u kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Aġenzija;

 

(c)  jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-applikazzjoni tal-acquis tal-Unjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tas-SEKA, inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali;

 

(d)  jassistu, fejn ikun possibbli, lill-Istati Membri fit-tħejjija tal-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom għal miżuri li jridu jittieħdu biex jittrattaw pressjoni sproporzjonata possibbli fuq is-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza tagħhom;

 

(e)  jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-Aġenzija, u jikkondividu l-informazzjoni rilevanti mill-Aġenzija mal-Istat Membru kkonċernat, inkluża informazzjoni dwar operazzjonijiet li jkunu għaddejjin;

 

(f)  jirrapportaw regolarment lid-Direttur Eżekuttiv dwar il-kapaċità tal-Istat Membru kkonċernat li jindirizza b'mod effettiv l-obbligi tiegħu skont is-SEKA;

 

Meta r-rapporti msemmija fil-punt (f) iqajmu tħassib dwar wieħed jew aktar minn dawn l-aspetti rilevanti għall-Istat Membru kkonċernat, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiġi infurmat bla dewmien mid-Direttur Eżekuttiv.

 

4.  Fit-twettiq ta' dmirijiethom, l-uffiċjali ta' kollegament għandhom jieħdu biss istruzzjonijiet mill-Aġenzija.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta, wara l-perjodu msemmi fl-Artikolu 14(5), l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx implimenta bis-sħiħ il-pjan ta' azzjoni u n-nuqqasijiet tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza huma tant gravi li jipperikolaw il-funzjonament tas-SEKA, il-Kummissjoni, abbażi tal-evalwazzjoni tagħha tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni u s-serjetà tan-nuqqasijiet, tadotta rakkomandazzjonijiet indirizzati lil dan l-Istat Membru li jiddeskrivu l-miżuri meħtieġa biex jiġu rrimedjati nuqqasijiet serji, u fejn meħtieġ tindika l-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Aġenzija biex tappoġġa lil dan l-Istat Membru.

1.  Meta, wara l-perjodu msemmi fl-Artikolu 14(5), l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx implimenta bis-sħiħ il-pjan ta' azzjoni, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni tagħha tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni u s-serjetà ta' kwalunkwe nuqqas ta' azzjoni, tadotta rakkomandazzjonijiet indirizzati lil dak l-Istat Membru li jiddeskrivu l-miżuri meħtieġa biex jiġu rrimedjati tali nuqqasijiet serji, u fejn meħtieġ, tindika l-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Aġenzija biex tappoġġja lil dak l-Istat Membru.

2.  Il-Kummissjoni tista', filwaqt li tieħu kont tas-serjtà tan-nuqqasijiet identifikati, torganizza żjarat fil-post fl-Istat Membru kkonċernat biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni.

2.  Il-Kummissjoni tista', filwaqt li tqis is-serjetà tan-nuqqasijiet identifikati, torganizza żjarat fil-post fl-Istat Membru kkonċernat biex tivverifika l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni.

3.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fi żmien l-iskadenza stabbilita f'dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

3.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fi żmien l-iskadenza stabbilita f'dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

Jekk wara dan it-terminu, il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta li l-Istat Membru ma jkunx ikkonforma ma' dawn ir-rakkomandazzjonijiet, hija tista' tieħu azzjoni ulterjuri skont l-Artikolu 22(3).

Jekk wara din l-iskadenza, il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta li l-Istat Membru jkun ikkonforma bis-sħiħ ma' dawn ir-rakkomandazzjonijiet, hija tista' tadotta deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li tidentifika l-miżura jew miżuri meħtieġa biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet serji li jkunu ġew identifikati.

 

3a.  Fejn Stat Membru sistematikament jonqos milli jikkonforma mal-miżuri stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 fi żmien l-iskadenza stabbilita hemmhekk, u b'hekk iqiegħed f'riskju serju l-funzjonament tas-SEKA, il-Kummissjoni tista', bħala l-aħħar alternattiva, tixkatta l-proċedura prevista fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/399, sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti u b'konformità mal-prinċipju ta' neċessità u proporzjonalità.

4.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq bażi regolari dwar il-progress li jkun sar mill-Istat Membru kkonċernat.

4.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq bażi regolari dwar il-progress li jkun sar mill-Istat Membru kkonċernat.

 

4a. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti lill-Parlament Ewropew, fuq talba tiegħu, kwalunkwe dokument dwar is-segwitu tal-eżerċizzju ta' monitoraġġ inklużi r-riżultati ta' kwalunkwe żjara fil-post.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-obbligi tagħhom fir-rigward tal-ażil, b'mod partikolari meta s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata.

1.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-obbligi tagħhom fir-rigward tal-asil, b'mod partikolari meta s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza tagħhom ikunu soġġetti għal pressjoni sproporzjonata.

2.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw talba għal għajnuna lid-Direttur Eżekuttiv fejn jiddeskrivu s-sitwazzjoni u l-iskop tat-talba. It-talba għandha tkun akkumpanjata minn valutazzjoni dettaljata tal-ħtiġijiet. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jevalwa, japprova u jikkoordina t-talbiet għall-għajnuna. Kull talba għandha tkun soġġetta għal valutazzjoni bir-reqqa u kredibbli li tippermetti lill-Aġenzija biex tidentifika u tipproponi sett ta' miżuri kif imsemmi fil-paragrafu 3 li jistgħu jilħqu l-ħtiġijiet tal-Istat Membru kkonċernat.

2.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw talba għal għajnuna lid-Direttur Eżekuttiv fejn jiddeskrivu s-sitwazzjoni u l-iskop tat-talba. It-talba għandha tkun akkumpanjata minn valutazzjoni dettaljata tal-ħtiġijiet. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jevalwa, japprova u jikkoordina t-talbiet għall-għajnuna. Kull talba għandha tkun soġġetta għal valutazzjoni bir-reqqa u kredibbli li tippermetti lill-Aġenzija tidentifika u tipproponi sett ta' miżuri fi żmien raġonevoli kif imsemmi fil-paragrafu 3 li jistgħu jilħqu l-ħtiġijiet tal-Istat Membru kkonċernat.

3.  L-Aġenzija għandha torganizza u tikkoordina, għal perjodu limitat ta' żmien, waħda jew aktar mill-miżuri operazzjonali u tekniċi li ġejjin:

3.  L-Aġenzija għandha torganizza u tikkoordina, għal perjodu limitat ta' żmien, waħda jew aktar mill-miżuri operazzjonali u tekniċi li ġejjin f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali:

(a)  tassisti lill-Istati Membri bl-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi;

(a)  tassisti lill-Istati Membri bl-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi;

(b)  tiffaċilita l-eżami ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li jkunu qegħdin jiġu eżaminati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

(b)  tiffaċilita l-eżami ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li jkunu qegħdin jiġu eżaminati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti inkluż, fejn xieraq, billi tgħin lill-Istati Membri fil-kuntest tal-eżami tal-ammissibilità tal-applikazzjonijiet għall-asil;

(c)  tipprovdi assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali;

(c)  tipprovdi assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali inkluż permezz ta' pproċessar konġunt, jekk mitlub mill-Istat Membru kkonċernat;

(d)  tiffaċilita l-inizjattivi tal-Istati Membri ta' kooperazzjoni teknika fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali;

(d)  tiffaċilita l-inizjattivi tal-Istati Membri ta' kooperazzjoni teknika fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali;

(e)  tassisti bl-għoti ta' informazzjoni dwar il-proċedura ta' protezzjoni internazzjonali;

(e)  tassisti bl-għoti ta' informazzjoni dwar il-proċedura ta' protezzjoni internazzjonali;

(f)  tagħti pariri u tikkoordina l-istabbiliment jew il-forniment ta' faċilitajiet ta' akkoljenza mill-Istati Membri, b'mod partikolari akkomodazzjoni ta' emerġenza, trasport u assistenza medika;

(f)  tagħti pariri u tikkoordina l-istabbiliment jew il-forniment ta' faċilitajiet ta' akkoljenza mill-Istati Membri, b'mod partikolari akkomodazzjoni ta' emerġenza, trasport u assistenza medika;

(g)  tassisti fir-rilokazzjoni jew it-trasferiment ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni;

(g)  tassisti fi, twettaq jew tikkoordina r-rilokazzjoni jew it-trasferiment ta' benefiċjarji ta', u applikanti għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni;

(h)  tipprovdi servizzi ta' interpretazzjoni;

(h)  tipprovdi servizzi ta' interpretazzjoni;

(i)  tassisti lill-Istati Membri jiżguraw li hemm fis-seħħ id-drittijiet kollha tat-tfal meħtieġa kif ukoll is-salvagwardji għall-protezzjoni tat-tfal;

(i)  tassisti lill-Istati Membri jiżguraw li s-salvagwardji kollha meħtieġa sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet tat-tfal ikunu stabbiliti, f'konformità sħiħa tal-aħjar interessi tat-tfal, inkluż l-identifikazzjoni u l-proċeduri ta' riferiment għall-minuri;

(j)  tiffurma parti minn timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f'żoni hotspot imsemmija fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX.

(j)  tifforma parti minn timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f'żoni hotspot imsemmija fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX.

 

(j a)  tgħin fl-identifikazzjoni u l-proċeduri ta' riferiment u ta' salvagwardji għall-persuni vulnerabbli, u fl-għoti ta' assistenza adegwata lil tali persuni vulnerabbli;

 

(j b)  tipprovdi kwalunkwe forma ta' assistenza operazzjonali u teknika mitluba mill-Istat Membru skont il-paragrafu 1.

 

3a.  Għall-finijiet tal-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-miżuri operazzjonali u tekniċi, l-Aġenzija tista' tidħol fi ftehimiet standby ta' emerġenza mal-UNHCR u organizzazzjonijiet intergovernattivi jew mhux governattivi rilevanti biex jikkumplimentaw il-kapaċità tal-Aġenzija li tipprovdi assistenza operazzjonali u teknika lill-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward tal-istabbiliment jew il-forniment ta' faċilitajiet ta' akkoljenza, l-għoti ta' informazzjoni lil persuni li jfittxu l-asil, l-identifikazzjoni u r-riferiment u għajnuna lil persuni vulnerabbli u l-forniment ta' servizzi ta' interpretazzjoni;

4.  L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja l-attivitajiet stabbiliti fil-paragrafu 3 mill-baġit tagħha skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

4.  L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja l-attivitajiet stabbiliti fil-paragrafu 3 mill-baġit tagħha skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

5.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jevalwa r-riżultat ta' miżuri operazzjonali u tekniċi u għandu jittrażmetti rapporti ta' evalwazzjoni dettaljati lill-Bord tat-Tmexxija fi żmien 60 jum mit-tmiem ta' dawn il-miżuri. L-Aġenzija għandha tagħmel analiżi komparattiva u komprensiva ta' dawn ir-riżultati li għandu jkun inkluż fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 65.

5.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu, abbażi ta' skema ta' rappurtar u evalwazzjoni li jkollha indikaturi u punti ta' riferiment għall-evalwazzjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u waqt li jqis, fejn disponibbli, informazzjoni minn aġenziji u korpi oħrajn tal-Unjoni, organizzazzjonijiet u persuni msemmija fl-Artikolu 2(2a), jevalwa r-riżultat tal-miżuri operazzjonali u tekniċi u għandu jittrażmetti rapporti ta' evalwazzjoni dettaljati lill-Bord tat-Tmexxija, lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew fi żmien 60 jum mit-tmiem ta' dawn il-miżuri, flimkien mal-osservazzjonijiet tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali. L-Aġenzija għandha tagħmel analiżi komparattiva u komprensiva ta' dawn ir-riżultati li għandha tkun inkluża fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 65.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tibgħat timijiet ta' appoġġ tal-ażil fl-Istati Membri biex jipprovdu assistenza teknika u operazzjonali skont l-Artikolu 16.

1.  L-Aġenzija għandha tibgħat timijiet ta' appoġġ tal-asil fl-Istati Membri biex jipprovdu assistenza operazzjonali u teknika skont l-Artikolu 16.

2.  It-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil għandhom jikkonsistu f'esperti mill-persunal tal-Aġenzija stess, esperti mill-Istati Membri jew esperti ssekondati mill-Istati Membri lill-Aġenzija.

2.  It-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil għandhom jikkonsistu f'esperti mill-persunal tal-Aġenzija stess, esperti mill-Istati Membri jew esperti ssekondati mill-Istati Membri lill-Aġenzija.

3.  Bi proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedu b'maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bi dritt għall-vot dwar il-profili u n-numru globali tal-esperti li jitpoġġew disponibbli fit-timijiet ta' appoġġ għall-ażil. L-istess proċedura għandha tapplika għal kwalunkwe bidliet sussegwenti fil-profili u n-numri globali ta' esperti.

3.  Bi proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi b'maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bi dritt għall-vot dwar il-profili u n-numru globali tal-esperti li jitpoġġew disponibbli fit-timijiet ta' appoġġ għall-asil. L-istess proċedura għandha tapplika għal kwalunkwe bidliet sussegwenti fil-profili u n-numri globali ta' esperti.

4.  L-Istati Membri għandhomjikkontribwixxu għat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil permezz ta' riżerva ta' esperti nazzjonali abbażi ta' profili definiti varji u billi jipproponu esperti li jikkorrispondu mal-profili meħtieġa.

4.  L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għat-timijiet ta' appoġġ għall-asil permezz ta' riżerva ta' esperti nazzjonali abbażi ta' profili definiti varji u billi jinnominaw esperti li jikkorrispondu mal-profili meħtieġa.

5.  Bħala parti mit-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi lista ta' interpreti. L-Istati Membri għandhom jassistu l-Aġenzija fl-identifikazzjoni ta' interpreti għal-lista ta' interpreti. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu jew li jibagħtu l-interpreti jew li jagħmluhom disponibbli permezz ta' vidjokonferenza.

5.  Bħala parti mit-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi lista ta' interpreti. L-Istati Membri għandhom jassistu l-Aġenzija fl-identifikazzjoni ta' interpreti għal-lista ta' interpreti. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu jew li jibagħtu l-interpreti jew li jagħmluhom disponibbli permezz ta' vidjokonferenza.

6.  Il-kontribut tal-Istati Membri fir-rigward tal-esperti tagħhom stess jew esperti sekondati lill-Aġenzija għandu jkun ippjanat fuq il-bażi ta' negozjati u ftehimiet bilaterali ta' kull sena bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. Skont dawn il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-esperti disponibbli immedjatament għall-iskjerament sakemm l-Istat Membru ma jkunx qiegħed jaffaċċja sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b'mod sostanzjali t-twettiq tal-kompiti nazzjonali.

6.  Il-kontribut tal-Istati Membri fir-rigward tal-esperti tagħhom stess jew esperti sekondati lill-Aġenzija għas-sena ta' wara għandu jkun ippjanat fuq il-bażi ta' negozjati u ftehimiet bilaterali ta' kull sena bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. Skont dawn il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-esperti disponibbli immedjatament għall-istazzjonament sakemm ma jkunux qed jiffaċċjaw sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b'mod sostanzjali t-twettiq tal-kompiti nazzjonali.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esperti li jikkontribwixxu jkunu jaqblu mal-profili u n-numri deċiżi mill-Bord tat-Tmexxija. It-tul tal-iskjerament għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru ta' oriġini iżda f'kullkaż dan ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esperti li jikkontribwixxu jkunu jaqblu mal-profili u n-numri deċiżi mill-Bord tat-Tmexxija. It-tul tal-istazzjonament għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru ta' oriġini iżda f'kull każ dan ma għandux ikun ta' inqas minn 60 jum.

8.  L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għal timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil bl-esperti mill-persunal tagħha impjegat speċifikament għal dan ix-xogħol u għall-interpretar.

8.  L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għal timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil b'esperti mill-persunal tagħha stess impjegati u mħarrġa speċifikament għal dan ix-xogħol fil-post u b'interpreti li għallinqas ikollhom taħriġ bażiku.

 

8a.  L-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew fuq bażi annwali dwar l-għadd ta' esperti mibgħuta lit-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil skont dan l-Artikolu. Dan ir-rapport għandu jelenka l-Istati Membri li jkunu invokaw is-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 6 fis-sena preċedenti. Dan għandu jinkludi wkoll ir-raġunijiet għall-invokazzjoni ta' sitwazzjoni eċċezzjonali u l-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 22, il-Bord tat-Tmexxija għandu, bi proposta tad-Direttur Eżekuttiv, iwaqqaf riżerva ta' intervent għall-ażil li għandha tikkonsisti f'riżerva ta' esperti li jistgħu jitqiegħdu immedjatament għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom, fuq bażi annwali, jagħmlu disponibbli lill-Aġenzija għadd ta' esperti ta' mhux inqas minn 500 persuna.

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 22, il-Bord tat-Tmexxija għandu, bi proposta tad-Direttur Eżekuttiv, jistabbilixxi riżerva ta' intervent għall-asil li għandha tikkostitwixxi riżerva ta' esperti li jitqiegħdu immedjatament għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom, fuq bażi annwali, jagħmlu disponibbli lill-Aġenzija għadd ta' esperti ta' mhux inqas minn 500 persuna.

2.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu, bi proposta tad-Direttur Eżekuttiv, jiddeċiedi b'maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri bi dritt għall-vot dwar il-profili ta' esperti u s-sehem li kull Stat Membru għandu jikkontribwixxi biex jikkostitwixxu r-riżerva ta' intervent għall-ażil. L-istess proċedura għandha tapplika għal kwalunkwe bidliet sussegwenti fil-profili u n-numri globali ta' esperti.

2.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu, fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv, jiddeċiedi dwar il-profili tal-esperti.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għar-riżerva ta' intervent għall-ażil permezz ta' riżerva ta' esperti nazzjonali abbażi ta' profili definiti varji u billi jipproponu esperti li jikkorrispondu mal-profili meħtieġa. It-tul tal-iskjerament għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru ta' oriġini iżda f'kullkaż dan ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għar-riżerva ta' intervent għall-asil permezz ta' riżerva ta' esperti nazzjonali abbażi ta' profili definiti varji u billi jinnominaw esperti li jikkorrispondu mal-profili meħtieġa. It-tul tal-istazzjonament għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru ta' oriġini iżda f'kull każ dan ma għandux ikun ta' inqas minn 60 jum.

 

3a.  Id-Direttur Eżekuttiv jista' jivverifika jekk l-esperti magħmula disponibbli mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 jikkorrispondux għall-profili definiti u għandu jiddeċiedi dwar l-esperti li għandhom jintgħażlu mir-riżerva ta' intervent għall-asil. Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitlob li Stat Membru jneħħi espert mir-riżerva ta' intervent għall-asil meta l-profili mitluba ma jintlaħqux. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jitlob li Stat Membru jneħħi espert mir-riżerva ta' intervent għall-asil f'każ ta' mġiba ħażina jew ksur tar-regoli ta' stazzjonament applikabbli.

 

3b.  Kull Stat Membru għandu jikkontribwixxi għall-għadd ta' esperti, kif imsemmi fil-paragrafu 1, b'konformità mal-Anness 1a. L-Istati Membri li ma jagħmlux disponibbli l-għadd meħtieġ ta' esperti għandhom minflok jipprovdu kontribuzzjoni finanzjarja lil pjattaforma stabbilita fil-livell tal-Unjoni, li tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi minħabba pressjoni sproporzjonata u ġestiti direttament jew indirettament mill-Aġenzija, sakemm l-Istati Membri ma jkunux qed jiffaċċjaw sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b'mod sostanzjali t-twettiq ta' kompiti nazzjonali f'konformità mal-analiżi ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4.

 

3c.  Jekk tinqala' sitwazzjoni fejn ikunu meħtieġa aktar esperti milli previst skont il-paragrafu 1, id-Direttur Eżekuttiv għandu jgħarraf immedjatament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Id-Direttur Eżekuttiv għandu wkoll jistieden ukoll lill-Kunsill biex jikseb impenji mill-Istati Membri biex jindirizzaw in-nuqqas.

 

3d.  L-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew fuq bażi annwali dwar l-għadd ta' esperti li kull Stat Membru jkun impenja u l-għadd ta' esperti attwalment stazzjonati mir-riżerva skont dan l-Artikolu.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti għandhom jaqblu dwar pjan operazzjonali. Il-pjan operazzjonali għandu jorbot lill-Aġenzija, l-Istat Membru ospitanti u parteċipanti.

1.  Id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti għandhom jaqblu dwar pjan operazzjonali. Il-pjan operazzjonali għandu jorbot lill-Aġenzija, l-Istati Membri ospitanti u parteċipanti.

2.  Il-pjan operazzjonali għandu jistabbilixxi fid-dettall il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' assistenza operazzjonali u teknika u l-iskjerament tat-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil, inklużi dawn li ġejjin:

2.  Il-pjan operazzjonali għandu jistabbilixxi fid-dettall il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' assistenza operazzjonali u teknika u l-istazzjonament tat-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil, inklużi dawn li ġejjin:

(a)  deskrizzjoni tas-sitwazzjoni bil-modus operandi u l-objettivi tal-iskjerament, inkluż l-objettiv operazzjonali;

(a)  deskrizzjoni tas-sitwazzjoni bil-modus operandi u l-objettivi tal-istazzjonament, inkluż l-objettiv operazzjonali;

(b)  it-tul previst tal-operazzjoni konġunta;

(b)  it-tul previst tal-operazzjoni konġunta;

(c)  il-post fl-Istat Membru ospitanti, fejn it-timijiet ta' appoġġ għall-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil għandhom jiġu skjerati;

(c)  il-post fl-Istat Membru ospitanti, fejn it-timijiet ta' appoġġ għall-asil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil għandhom jiġu stazzjonati;

 

(c a)  il-kamp ta' applikazzjoni territorjali ta' timijiet ta' appoġġ għall-asil, fejn dawn it-timijiet iridu jkunu mobbli;

(d)  l-arranġamenti loġistiċi inkluża informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ambjent fil-post fejn it-timijiet ta' appoġġ għall-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil għandhom jiġu skjerati;

(d)  l-arranġamenti loġistiċi inkluża informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ambjent fil-post fejn it-timijiet ta' appoġġ għall-asil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil għandhom jiġu stazzjonati;

(e)  deskrizzjoni ddettaljata u ċara tal-kompiti u struzzjonijiet speċjali għat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil, inklużi bażijiet ta' dejta nazzjonali u Ewropej li huma awtorizzati li jikkonsultaw, u t-tagħmir li jistgħu jużaw jew iġorru fl-Istat Membru ospitanti;

(e)  deskrizzjoni dettaljata u ċara tal-kompiti u r-responsabilitajiet, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u istruzzjonijiet speċjali għat-timijiet ta' appoġġ għall-asil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil, inklużi bażijiet ta' dejta nazzjonali u Ewropej li huma awtorizzati li jikkonsultaw, u t-tagħmir li jistgħu jużaw jew iġorru fl-Istat Membru ospitanti;

(f)  il-kompożizzjoni tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil jew esperti li se jiġu stazzjonati mir-riżerva ta' intervent għall-ażil;

(f)  il-kompożizzjoni tat-timijiet ta' appoġġ għall-asil jew esperti li se jiġu stazzjonati mir-riżerva ta' intervent għall-asil;

(g)  it-tagħmir tekniku li se jintuża, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi bħal pereżempju l-kundizzjonijiet għall-użu, it-trasport u loġistika oħra, u dispożizzjonijiet finanzjarji;

(g)  it-tagħmir tekniku li se jintuża, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi bħal pereżempju l-kundizzjonijiet għall-użu, it-trasport u loġistika oħra, u dispożizzjonijiet finanzjarji;

(h)  rigward l-għajnuna dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, inkluż rigward l-eżami ta' tali applikazzjonijiet, informazzjoni speċifika dwar il-kompiti li t-timijiet ta' appoġġ għall-ażil jew l-esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil jistgħu jwettqu kif ukoll referenza għal-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli;

(h)  rigward l-għajnuna dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, inkluż rigward l-eżami ta' tali applikazzjonijiet, informazzjoni speċifika dwar il-kompiti li t-timijiet ta' appoġġ għall-asil jew l-esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil jistgħu jwettqu kif ukoll deskrizzjoni ċara tar-responsabilitajiet tagħhom u tad-dritt nazzjonali, internazzjonali, u tal-Unjoni, inkluż ir-reġim ta' responsabilità, ukoll b'referenza għall-Artikolu 26;

(i)  skema ta' rapportar u evalwazzjoni li jkollha punti ta' riferiment għar-rapport ta' evalwazzjoni u s-sottomissjoni tad-dejta finali tar-rapport ta' evalwazzjoni finali;

(i)  skema ta' rapportar u evalwazzjoni li jkollha punti ta' riferiment għar-rapport ta' evalwazzjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u d-data finali tas-sottomissjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni finali;

(j)  il-modalitajiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, aġenziji, korpi u uffiċċji oħra tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

(j)  il-modalitajiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, aġenziji, korpi u uffiċċji oħra tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali f'żoni fejn dawn l-atturi għandhom mandati simili;

(k)  proċeduri li bihom persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, vittmi tat-traffikar ta' bnedmin, minorenni mhux akkumpanjati u persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli jiġu ggwidati lejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal assistenza xierqa.

(k)  proċeduri għall-identifikazzjoni u riferiment ta' minuri u persuni vulnerabbli lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal assistenza u kura xierqa;

 

(k a)  proċedura li tistabbilixxi arranġamenti prattiċi relatati mal-mekkaniżmu ta' lment imsemmi fl-Artikolu 54c.

 

2a.  Fi Stati Membri fejn il-UNHCR huwa operattiv u għandu l-kapaċità li jikkontribwixxi għal talba għal assistenza operazzjonali u teknika, l-Aġenzija għandha tikkoordina mal-UNHCR fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjan operazzjonali, fejn ikun xieraq.

3.  Fir-rigward tal-punt (e) tal-paragrafu 2, l-Istat Membru ospitanti għandu jawtorizza esperti minn timijiet ta' appoġġ għall-ażil jew mir-riżerva ta' intervent għall-ażil li jikkonsultaw il-bażijiet tad-dejta Ewropej u huwa jista' jawtorizzahom li jikkonsultaw il-bażijiet ta' dejta nazzjonali tiegħu f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar l-aċċess u l-konsultazzjoni li ssir f'dawk il-bażijiet ta' dejta, u kif meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet u jitwettqu l-kompiti deskritti fil-pjan operazzjonali.

3.  Fir-rigward tal-punt (e) tal-paragrafu 2, l-Istat Membru ospitanti għandu jawtorizza esperti minn timijiet ta' appoġġ għall-asil jew mir-riżerva ta' intervent għall-asil li jikkonsultaw il-bażijiet tad-dejta Ewropej u huwa jista' jawtorizzahom li jikkonsultaw il-bażijiet ta' dejta nazzjonali tiegħu f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar l-aċċess u l-konsultazzjoni li ssir f'dawk il-bażijiet ta' dejta, u kif meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet u jitwettqu l-kompiti deskritti fil-pjan operazzjonali.

4.  Għandu jkun hemm ftehim dwar kull emenda jew adattament għall-pjan operazzjonali kemm mid-Direttur Eżekuttiv kif ukoll tal-Istat Membru ospitanti. L-Uffiċċju ta' Appoġġ għandu jibgħat minnufih kopja tal-pjan operazzjonali emendat jew adattat lill-Istati Membri parteċipanti.

4.  Għandu jkun hemm qbil dwar kull emenda jew adattament għall-pjan operazzjonali kemm tad-Direttur Eżekuttiv kif ukoll tal-Istat Membru ospitanti. L-Uffiċċju ta' Appoġġ għandu jibgħat minnufih kopja tal-pjan operazzjonali emendat jew adattat lill-Istati Membri parteċipanti.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti għandhom jaqblu dwar pjan operazzjonali. Il-pjan operazzjonali għandu jorbot lill-Aġenzija, l-Istat Membru ospitanti u parteċipanti.

1.  Id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti għandhom jaqblu dwar pjan operazzjonali. Il-pjan operazzjonali għandu jorbot lill-Aġenzija, l-Istat Membru ospitanti u dawk parteċipanti.

2.  Il-pjan operazzjonali għandu jistabbilixxi fid-dettall il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' assistenza operazzjonali u teknika u l-iskjerament tat-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil, inklużi dawn li ġejjin:

2.  Il-pjan operazzjonali għandu jistabbilixxi fid-dettall il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' assistenza operazzjonali u teknika u l-istazzjonament tat-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil, inklużi dawn li ġejjin:

(a)  deskrizzjoni tas-sitwazzjoni bil-modus operandi u l-objettivi tal-iskjerament, inkluż l-objettiv operazzjonali;

(a)  deskrizzjoni tas-sitwazzjoni bil-modus operandi u l-objettivi tal-istazzjonament, inkluż l-objettiv operazzjonali;

(b)  it-tul previst tal-operazzjoni konġunta;

(b)  it-tul previst tal-operazzjoni konġunta;

(c)  il-post fl-Istat Membru ospitanti, fejn it-timijiet ta' appoġġ għall-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil għandhom jiġu skjerati;

(c)  il-post fl-Istat Membru ospitanti, fejn it-timijiet ta' appoġġ għall-asil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil għandhom jiġu stazzjonati;

 

(c a)  il-kamp ta' applikazzjoni territorjali ta' timijiet ta' appoġġ għall-asil, fejn dawn it-timijiet iridu jkunu mobbli;

(d)  l-arranġamenti loġistiċi inkluża informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ambjent fil-post fejn it-timijiet ta' appoġġ għall-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil għandhom jiġu skjerati;

(d)  l-arranġamenti loġistiċi inkluża informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ambjent fil-post fejn it-timijiet ta' appoġġ għall-asil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil għandhom jiġu stazzjonati;

(e)  deskrizzjoni ddettaljata u ċara tal-kompiti u struzzjonijiet speċjali għat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil, inklużi bażijiet ta' dejta nazzjonali u Ewropej li huma awtorizzati li jikkonsultaw, u t-tagħmir li jistgħu jużaw jew iġorru fl-Istat Membru ospitanti;

(e)  deskrizzjoni dettaljata u ċara tal-kompiti u r-responsabilitajiet, inkluż fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet fundamentali u istruzzjonijiet speċjali għat-timijiet ta' appoġġ għall-asil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil, inklużi bażijiet ta' dejta nazzjonali u Ewropej li huma awtorizzati li jikkonsultaw, u t-tagħmir li jistgħu jużaw jew iġorru fl-Istat Membru ospitanti;

(f)  il-kompożizzjoni tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil jew esperti li se jiġu stazzjonati mir-riżerva ta' intervent għall-ażil;

(f)  il-kompożizzjoni tat-timijiet ta' appoġġ għall-asil jew esperti li se jiġu stazzjonati mir-riżerva ta' intervent għall-asil;

(g)  it-tagħmir tekniku li se jintuża, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi bħal pereżempju l-kundizzjonijiet għall-użu, it-trasport u loġistika oħra, u dispożizzjonijiet finanzjarji;

(g)  it-tagħmir tekniku li se jintuża, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi bħal pereżempju l-kundizzjonijiet għall-użu, it-trasport u loġistika oħra, u dispożizzjonijiet finanzjarji;

(h)  rigward l-għajnuna dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, inkluż rigward l-eżami ta' tali applikazzjonijiet, informazzjoni speċifika dwar il-kompiti li t-timijiet ta' appoġġ għall-asil jew l-esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil jistgħu jwettqu kif ukoll referenza għal-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli;

(h)  rigward l-għajnuna dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, inkluż rigward l-eżami ta' tali applikazzjonijiet, informazzjoni speċifika dwar il-kompiti li t-timijiet ta' appoġġ għall-asil jew l-esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil jistgħu jwettqu kif ukoll deskrizzjoni ċara tar-responsabilitajiet tagħhom u tal-liġijiet nazzjonali, internazzjonali, u tal-Unjoni, inkluż ir-reġim ta' responsabilità, ukoll b'referenza għall-Artikolu 26;

(i)  skema ta' rapportar u evalwazzjoni li jkollha punti ta' riferiment għar-rapport ta' evalwazzjoni u s-sottomissjoni tad-dejta finali tar-rapport ta' evalwazzjoni finali;

(i)  skema ta' rapportar u evalwazzjoni li jkollha punti ta' riferiment għar-rapport ta' evalwazzjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u d-data finali tas-sottomissjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni finali;

(j)  il-modalitajiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, aġenziji, korpi u uffiċċji oħra tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

(j)  il-modalitajiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, aġenziji, korpi u uffiċċji oħra tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali f'żoni fejn dawn l-atturi għandhom mandati simili;

(k)  proċeduri li bihom persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, vittmi tat-traffikar ta' bnedmin, minorenni mhux akkumpanjati u persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli jiġu ggwidati lejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal assistenza xierqa.

(k)  proċeduri għall-identifikazzjoni u r-riferiment ta' minuri u persuni vulnerabbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal assistenza u kura xierqa;

 

(k a)  proċedura li twaqqaf arranġamenti prattiċi relatati mal-mekkaniżmu ta' lment imsemmi fl-Artikolu 54c.

 

2a.  Fi Stati Membri fejn il-UNHCR huwa operattiv u għandu l-kapaċità li jikkontribwixxi għal talba għal assistenza operazzjonali u teknika, l-Aġenzija għandha tikkoordina mal-UNHCR fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjan operazzjonali, fejn ikun xieraq.

3.  Fir-rigward tal-punt (e) tal-paragrafu 2, l-Istat Membru ospitanti għandu jawtorizza esperti minn timijiet ta' appoġġ għall-ażil jew mir-riżerva ta' intervent għall-ażil li jikkonsultaw il-bażijiet tad-dejta Ewropej u huwa jista' jawtorizzahom li jikkonsultaw il-bażijiet ta' dejta nazzjonali tiegħu f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar l-aċċess u l-konsultazzjoni li ssir f'dawk il-bażijiet ta' dejta, u kif meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet u jitwettqu l-kompiti deskritti fil-pjan operazzjonali.

3.  Fir-rigward tal-punt (e) tal-paragrafu 2, l-Istat Membru ospitanti għandu jawtorizza esperti minn timijiet ta' appoġġ għall-asil jew mir-riżerva ta' intervent għall-asil li jikkonsultaw il-bażijiet tad-dejta Ewropej u huwa jista' jawtorizzahom li jikkonsultaw il-bażijiet ta' dejta nazzjonali tiegħu f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar l-aċċess u l-konsultazzjoni li ssir f'dawk il-bażijiet ta' dejta, u kif meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet u jitwettqu l-kompiti deskritti fil-pjan operazzjonali.

4.  Għandu jkun hemm ftehim dwar kull emenda jew adattament għall-pjan operazzjonali kemm mid-Direttur Eżekuttiv kif ukoll tal-Istat Membru ospitanti. L-Uffiċċju ta' Appoġġ għandu jibgħat minnufih kopja tal-pjan operazzjonali emendat jew adattat lill-Istati Membri parteċipanti.

4.  Għandu jkun hemm ftehim dwar kull emenda jew adattament għall-pjan operazzjonali kemm mid-Direttur Eżekuttiv kif ukoll tal-Istat Membru ospitanti. L-Uffiċċju ta' Appoġġ għandu jibgħat minnufih kopja tal-pjan operazzjonali emendat jew adattat lill-Istati Membri parteċipanti.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jekk ikun meħtieġ, id-Direttur Eżekuttiv jista' jibgħat esperti mill-Aġenzija biex jivvalutaw is-sitwazzjoni fl-Istat Membru li jitlob l-għajnuna. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma immedjatament lill-Bord tat-Tmexxija dwar kull talba għall-iskjerament tat-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil.

1.  Jekk ikun meħtieġ, id-Direttur Eżekuttiv jista' jibgħat esperti mill-Aġenzija biex jivvalutaw is-sitwazzjoni fl-Istat Membru li jitlob l-għajnuna. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma immedjatament lill-Bord tat-Tmexxija dwar kull talba għall-istazzjonament tat-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu deċiżjoni dwar it-talba tal-iskjerament ta' timijiet ta' appoġġ għall-ażil fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla tat-talba. Id-Direttur Eżekuttiv għandu fl-istess ħin jinnotifika lill-Istat Membru li jitlob l-għajnuna u lill-Bord tat-Tmexxija bid-deċiżjoni bil-miktub fejn jiddikjara r-raġunijiet ewlenin għad-deċiżjoni tiegħu/tagħha.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu deċiżjoni dwar it-talba tal-istazzjonament ta' timijiet ta' appoġġ għall-asil fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla tat-talba. Id-Direttur Eżekuttiv għandu fl-istess ħin jinnotifika lill-Istat Membru li jitlob l-għajnuna u lill-Bord tat-Tmexxija bid-deċiżjoni bil-miktub fejn jiddikjara r-raġunijiet ewlenin għad-deċiżjoni tiegħu/tagħha.

3.  Meta tiġi determinata l-kompożizzjoni ta' kull tim ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil, id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu kont taċ-ċirkostanzi partikolari tal-Istat Membru li talab għall-għajnuna u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tiegħu. It-tim ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil għandu jkun kompost f'konformità mal-pjan operazzjonali.

3.  Meta tiġi determinata l-kompożizzjoni ta' kull tim ta' appoġġ fil-qasam tal-asil, id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu kont taċ-ċirkostanzi partikolari tal-Istat Membru li talab l-għajnuna u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tiegħu. It-tim ta' appoġġ fil-qasam tal-asil għandu jkun kompost f'konformità mal-pjan operazzjonali.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti għandhom ifasslu pjan operazzjonali fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-jum li fih id-deċiżjoni għall-iskjerament tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil hija meħuda.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti għandhom ifasslu pjan operazzjonali fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-jum li fih id-deċiżjoni għall-istazzjonament tat-timijiet ta' appoġġ għall-asil hija meħuda.

5.  Malli jkun ġie miftiehem il-pjan operazzjonali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jitlob lill-Istati Membri biex jiskjeraw l-esperti fi żmien ta' mhux aktar minn seba' ġranet tax-xogħol. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jindika n-numru u l-profili meħtieġa mingħand l-Istati Membri. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, bil-miktub, lill-punti ta' kuntatt nazzjonali u għandha tindika d-data li fiha jrid isir l-iskjerament. Kopja tal-pjan operazzjonali għandha tiġi pprovduta lill-punti ta' kuntatt nazzjonali.

5.  Malli jkun ġie miftiehem il-pjan operazzjonali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jitlob lill-Istati Membri biex jistazzjonaw l-esperti fi żmien ta' mhux aktar minn seba' ġranet tax-xogħol. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jindika n-numru u l-profili meħtieġa mill-Istati Membri. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, bil-miktub, lill-punti ta' kuntatt nazzjonali u għandha tindika d-data li fiha jrid isir l-istazzjonament. Kopja tal-pjan operazzjonali għandha tiġi pprovduta lill-punti ta' kuntatt nazzjonali, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Parlament Ewropew.

6.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu, wara li jinforma lill-Istat Membru ospitanti, jissospendi jew ittemm l-iskjerament tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil jekk il-kundizzjonijiet biex jitwettqu l-miżuri operazzjonali u tekniċi ma jibqgħux jiġu sodisfati jew jekk il-pjan operazzjonali ma jiġix rispettat mill-Istat Membru ospitanti.

6.  Id-Direttur Eżekuttiv jista', wara li jinforma lill-Istat Membru ospitanti, jissospendi jew itemm, fit-totalità tiegħu jew parti minnu, l-istazzjonament tat-timijiet ta' appoġġ għall-asil jekk il-kundizzjonijiet biex jitwettqu l-miżuri operazzjonali u tekniċi ma jibqgħux jiġu ssodisfati jew jekk il-pjan operazzjonali ma jiġix rispettat mill-Istat Membru ospitanti jew jekk wara li jkun ikkonsulta l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, hu jew hi jqis li hemm ksur tad-drittijiet fundamentali jew tal-obbligi ta' protezzjoni internazzjonali mill-Istat Membru ospitanti li huma ta' natura serja jew li aktarx jippersisti.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Meta Stat Membru jiffaċċja sfidi migratorji sproporzjonati f'żoni hotspot partikolari fil-fruntieri esterni tiegħu, ikkaratterizzati mill-wasla ta' flussi migratorji kbar u mħallta, dak l-Istat Membru jista' jitlob tisħiħ tekniku u operazzjonali minn timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. Dak l-Istat Membru għandu jippreżenta talba għal tisħiħ u valutazzjoni tal-ħtiġijiet tiegħu lill-Aġenzija u lil aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari lill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-Europol kif stipulat fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament 2016/1624. Id-Direttur Eżekuttiv, f'koordinazzjoni ma' aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, għandu jivvaluta t-talba ta' Stat Membru għal tisħiħ u valutazzjoni tal-ħtiġijiet tiegħu sabiex jiġi definit pakkett komprensiv ta' tisħiħ li jikkonsisti minn diversi attivitajiet ikkoordinati mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni li jrid jintlaħaq ftehim dwarhom mal-Istat Membru kkonċernat.

1.  Meta Stat Membru jitlob tisħiħ tekniku u operazzjonali permezz ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament Nru XXX/XXX jew fejn huma stazzjonati t-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f'żoni hotspot kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija f'timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni mal-Kummissjoni u ma' aġenziji oħra rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri.

1.  Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Istat Membru ospitanti u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, tistabbilixxi t-termini tal-kooperazzjoni fiż-żona hotspot u tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu, kif xieraq, jiftaħ il-proċedura għall-mobilizzazzjoni ta' timijiet ta' appoġġ għall-ażil, jew esperti mir-iżerva ta' intervent għall-ażil skont l-Artikoli 17 u 18. It-tisħiħ operazzjonali u tekniku pprovdut mit-timijiet tal-appoġġ għall-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil fil-qafas ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jistgħu jinkludu:

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu, kif xieraq, jiftaħ il-proċedura għall-mobilizzazzjoni ta' timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil, jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil bħala parti mit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni skont l-Artikoli 17, 18, 20 u 22, inkluż meta tkun tapplika l-proċedura stipulata fil-paragrafu - 1 ta' dan l-Artikolu jew l-Artikolu 19(3)(b) tar-Regolament 1624/2016. It-tisħiħ operazzjonali u tekniku pprovdut mit-timijiet tal-appoġġ għall-asil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil fil-qafas ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jistgħu jinkludu:

(a)  l-iskrinjar taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, inklużi l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, u fejn mitluba mill-Istati Membri, il-marki tas-swaba' tagħhom;

(a)  l-iskrinjar taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, inklużi l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, u fejn mitluba mill-Istati Membri, il-marki tas-swaba' tagħhom;

(b)  ir-reġistrazzjoni ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u, fejn mitlub mill-Istati Membri, l-eżami ta' tali applikazzjonijiet;

(b)  ir-reġistrazzjoni ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u, fejn mitlub mill-Istati Membri, l-eżami ta' tali applikazzjonijiet;

(c)  l-għoti ta' informazzjoni dwar il-proċeduri tal-ażil, inkluż ir-rilokazzjoni u assistenza speċifika lill-applikanti jew lill-applikanti potenzjali li jistgħu jkunu soġġetti għal rilokazzjoni.

(c)  l-għoti ta' informazzjoni dwar il-proċeduri tal-asil, inkluż ir-rilokazzjoni u assistenza speċifika lill-applikanti jew lill-applikanti potenzjali li jistgħu jkunu soġġetti għal rilokazzjoni, u informazzjoni dwar id-drittijiet tal-applikant, inkluż rimedji disponibbli għall-applikant, dwar l-aċċess għal proċeduri ta' riċeviment u identifikazzjoni u riferiment għal persuni vulnerabbli.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza ta' Stat Membru jkunu soġġetti għal pressjoni sproporzjonata li tqiegħed responsabbiltajiet eċċezzjonalment tqal u urġenti fuq dawn is-sistemi, l-Aġenzija għandha, bit-talba tal-Istat Membru kkonċernat jew bl-inizjattiva tagħha stess, torganizza u tikkoordina sett komprensiv ta' miżuri operazzjonali u tekniċi kif imsemmija fl-Artikolu 16 u tibgħat esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil kif imsemmi fl-Artikolu 18 u esperti mill-persunal tagħhu stess biex issaħħaħ is-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza f'perjodu qasir ta' żmien.

1.  Meta s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza ta' Stat Membru jkunu soġġetti għal pressjoni sproporzjonata li tqiegħed responsabilitajiet eċċezzjonalment tqal u urġenti fuq dawn is-sistemi, l-Aġenzija għandha, bit-talba tal-Istat Membru kkonċernat jew bl-inizjattiva tagħha stess, torganizza u tikkoordina sett komprensiv ta' miżuri operazzjonali u tekniċi kif imsemmija fl-Artikolu 16 u tibgħat esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil kif imsemmi fl-Artikolu 18 u esperti mill-persunal tagħhu stess, u fejn ikun meħtieġ, apparat tekniku addizzjonali, biex issaħħaħ is-sistemi tal-asil u l-akkoljenza f'perjodu qasir ta' żmien.

2.  L-esperti tar-riżerva ta' intervent għall-ażil għandhom jiġu skjerati f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 basta iżda li l-esperti li għandhom jiġu skjerati minn kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem ta' xogħol wara d-data li fiha jkun ġie miftiehem il-pjan operazzjonali jsir qbil dwarha mid-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru li jitlob assistenza. L-Istat Membru ma jistax jinvoka l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 17(6).

2.  L-esperti tar-riżerva ta' intervent għall-asil għandhom jiġu stazzjonati f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 basta iżda li l-esperti għandhom isiru disponibbli għall-istazzjonament minn kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem ta' xogħol wara d-data li fiha jkun ġie miftiehem il-pjan operazzjonali jsir qbil dwarha mid-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru li jitlob assistenza. L-Istat Membru ma jistax jinvoka l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 17(6).

3.  Meta f'każ ta' pressjoni sproporzjonata fuq is-sistemi tal-ażil jew tal-akkoljenza Stat Membru ma jitlobx lill-Aġenzija għal assistenza operazzjonali u teknika jew ma jaċċettax offerta mill-Aġenzija għal tali assistenza jew ma jiħux biżżejjed passi biex jindirizza din il-pressjoni, jew fejn ma jkunx konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 15(3), b'mod li s-sistemi tal-ażil jew tal-akkoljenza jkunu ineffettivi sa fejn jikkompromettu l-funzjonament tas-sistema komuni Ewropea tal-Ażil (CEAS), il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, fejn tidentifika waħda jew aktar mill-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 16(3) li għandhom jittieħdu mill-Aġenzija biex jappoġġaw lill-Istat Membru kkonċernat. Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 64.

3.  Meta f'każ ta' pressjoni sproporzjonata fuq is-sistemi tal-asil jew tal-akkoljenza Stat Membru ma jitlobx lill-Aġenzija għal assistenza operazzjonali u teknika jew ma jaċċettax offerta mill-Aġenzija għal tali assistenza jew ma jiħux biżżejjed passi biex jindirizza din il-pressjoni, jew fejn ma jkunx konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 15(3), b'mod li s-sistemi tal-asil jew tal-akkoljenza jkunu ineffettivi sa fejn jikkompromettu l-funzjonament tas-SEKA, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, fejn tidentifika waħda jew aktar mill-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 16(3) li għandhom jittieħdu mill-Aġenzija biex jappoġġjaw lill-Istat Membru kkonċernat. Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 64.

4.  Għall-finijiet tal-paragrafu 3, id-Direttur Eżekuttiv għandu, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, jiddetermina l-azzjonijiet li jridu jittieħdu għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri identifikati fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni. B'mod parallel, id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru kkonċernat għandhom jaqblu dwar pjan operazzjonali.

4.  Għall-finijiet tal-paragrafu 3, id-Direttur Eżekuttiv għandu, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, jiddetermina l-azzjonijiet li jridu jittieħdu għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri identifikati fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni. B'mod parallel, id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru kkonċernat għandhom jaqblu dwar pjan operazzjonali.

5.  L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien, u f'kull każ fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-data tal-istabbiliment tal-pjan operazzjonali, tiskjera l-esperti meħtieġa mir-riżerva ta' intervent għall-ażil, kif ukoll l-esperti mill-persunal tagħha stess. Fejn meħtieġ, l-użu ta' esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil għandha minnufih tiġi kkumplimentata mit-timijiet ta' appoġġ għall-ażil.

5.  L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien, u f'kull każ fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-data tal-istabbiliment tal-pjan operazzjonali, tistazzjona l-esperti meħtieġa mir-riżerva ta' intervent għall-asil, kif ukoll l-esperti mill-persunal tagħha stess. Fejn meħtieġ, l-użu ta' esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil għandha minnufih tiġi kkumplimentata mit-timijiet ta' appoġġ għall-asil.

6.  L-Istat Membru konċernat għandu immedjatament jikkoopera mal-Aġenzija u jieħu l-azzjoni meħtieġa biex jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni u l-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri stabbiliti f'dik id-deċiżjoni u fil-pjan operazzjonali.

6.  L-Istat Membru konċernat għandu immedjatament jikkoopera mal-Aġenzija u jieħu l-azzjoni meħtieġa biex jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni u l-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri stabbiliti f'dik id-deċiżjoni u fil-pjan operazzjonali.

7.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil kif stabbilit mid-Direttur Eżekuttiv.

7.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil kif stabbilit mid-Direttur Eżekuttiv.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 22a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 22a

 

L-istruzzjonijiet tat-timijiet ta' appoġġ għall-asil u l-esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil;

 

1.  Matul l-istazzjonament tat-timijiet ta' appoġġ għall-asil jew l-esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil, l-Istat Membru ospitanti għandu jagħti struzzjonijiet lit-timijiet bi qbil mal-pjan operazzjonali.

 

2.  L-Aġenzija, permezz tal-uffiċjal li jikkoordina tagħha, tista' tikkomunika l-opinjonijiet tagħha dwar l-istruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 lill-Istat Membru ospitanti. F'dak il-każ, l-Istat Membru ospitanti għandu jikkunsidra dawn il-fehmiet u jsegwihom sa fejn ikun possibbli.

 

3.  F'każijiet fejn l-istruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux f'konformità mal-pjan operazzjonali, l-uffiċjal li jikkoordina għandu jirrapporta immedjatament lid-direttur eżekuttiv, li jista', jekk ikun xieraq, jieħu azzjoni bi qbil mal-Artikolu 20(6).

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu l-faċilitajiet u t-tagħmir sabiex l-Aġenzija tkun tista' tipprovdi assistenza operazzjonali u teknika meħtieġa, l-Aġenzija tista' tħaddem l-apparat tagħha fl-Istati Membri sa fejn dan jista' jkun meħtieġ mit-timijiet ta' appoġġ għall-ażil jew l-esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil u sa fejn dan ikun jista' jikkomplementa tagħmir diġà disponibbli mill-Istati Membri jew aġenziji oħrajn tal-Unjoni.

1.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu l-faċilitajiet u t-tagħmir sabiex l-Aġenzija tkun tista' tipprovdi assistenza operazzjonali u teknika meħtieġa, l-Aġenzija tista' tħaddem l-apparat tagħha fl-Istati Membri, inkluż fuq it-talba tal-Istat Membru fil-bżonn, sa fejn dan jista' jkun meħtieġ mit-timijiet ta' appoġġ għall-asil jew l-esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil u sa fejn dan ikun jista' jikkomplementa tagħmir diġà disponibbli mill-Istati Membri jew aġenziji oħrajn tal-Unjoni.

2.  L-Aġenzija tista' tikseb jew tikri tagħmir tekniku bid-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv, f'konsultazzjoni mal-Bord tat-Tmexxija. Kull xiri jew kiri ta' tagħmir għandu jkun preċedut minn analiżi dettaljata tal-ħtiġijiet u l-ispiża / benefiċċju. Kull infiq bħal dan għandu jkun imniżżel fil-baġit tal-Aġenzija kif adottat mill-Bord tat-Tmexxija u skont ir-regoli finanzjarji applikabbli lill-Aġenzija.

2.  L-Aġenzija tista' tikseb jew tikri tagħmir tekniku bid-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv, f'konsultazzjoni mal-Bord tat-Tmexxija. Kull xiri jew kiri ta' tagħmir għandu jkun preċedut minn analiżi dettaljata tal-ħtiġijiet u l-ispiża / benefiċċju. Kull infiq bħal dan għandu jkun imniżżel fil-baġit tal-Aġenzija kif adottat mill-Bord tat-Tmexxija u skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

 

2a.  L-Aġenzija għandha tkun responsabbli biex tiżgura sigurtà tat-tagħmir tagħha stess matul iċ-ċiklu ta' ħajja tat-tagħmir.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-esperti ta' tim ta' appoġġ għall-ażil jew mir-riżerva ta' intervent għall-ażil ikunu qegħdin jaħdmu fi Stat Membru ospitanti, dan l-Istat Membru għandu jkun responsabbli skont il-liġi nazzjonali tiegħu għal kull dannu kkawżat minnhom waqt l-operazzjonijiet tagħhom.

1.  Meta l-esperti ta' tim ta' appoġġ għall-asil jew mir-riżerva ta' intervent għall-asil ikunu qegħdin jaħdmu fi Stat Membru ospitanti, dan l-Istat Membru u l-Aġenzija għandhom ikunu responsabbli in solidum skont id-dritt nazzjonali u dak tal-Unjoni għal kull dannu kkawżat minnhom waqt l-operazzjonijiet tagħhom. Meta l-esperti ta' tim ta' appoġġ għall-asil jew mir-riżerva ta' intervent għall-asil ikunu qegħdin jaħdmu f'pajjiż terz, l-Aġenzija għandha tkun responsabbli għal kull dannu kkawżat minnhom waqt l-attivitajiet tagħhom.

2.  Meta dan id-dannu jiġi kkawżat minn negliġenza gravi jew kondotta skorretta volontarja, l-Istat Membru ospitanti jista' jitlob lill-Istat Membru ta' oriġini sabiex kull somma li titħallas lill-vittmi jew lill-persuni intitolati f'isimhom tiġi rimborżata mill-Istat Membru ta' oriġini jew l-Aġenzija.

2.  Meta dan id-dannu jiġi kkawżat minn negliġenza gravi jew kondotta skorretta volontarja, l-Istat Membru ospitanti jew l-Aġenzija jistgħu jitolbu lill-Istat Membru ta' oriġini sabiex kull somma li titħallas lill-vittmi jew lill-persuni intitolati f'isimhom tiġi rimborżata mill-Istat Membru ta' oriġini jew l-Aġenzija.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu fil-konfront ta' terzi persuni, kull Stat Membru għandu jirrinunzja l-pretensjonijiet kollha tiegħu kontra l-Istat Membru ospitanti jew kwalunkwe Stat Membru ieħor għal kwalunkwe dannu li jkun sofra, ħlief f'każijiet ta' negliġenza gravi jew kondotta skorretta volontarja.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu fil-konfront ta' terzi persuni, kull Stat Membru għandu jirrinunzja l-pretensjonijiet kollha tiegħu kontra l-Istat Membru ospitanti jew kwalunkwe Stat Membru ieħor għal kwalunkwe dannu li jkun sofra, ħlief f'każijiet ta' negliġenza gravi jew kondotta skorretta volontarja.

4.  Kull tilwima bejn l-Istati Membri jew mal-Aġenzija, relatata mal-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, li ma tistax tiġix solvuta permezz ta' negozjati bejniethom, għandha tiġi ppreżentata minnhom lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 273 tat-Trattat.

4.  Kull tilwima bejn l-Istati Membri jew bejn Stat Membru u l-Aġenzija, relatata mal-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, li ma tistax tiġi solvuta permezz ta' negozjati bejniethom, għandha tiġi ppreżentata minnhom lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont it-Trattati.

5.  Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha fil-konfront tat-terzi persuni, l-Aġenzija għandha tkopri l-ispejjeż relatati mad-danni kkawżati lit-tagħmir tal-Aġenzija matul l-iskjerament, ħlief f'każijiet ta' negliġenza gravi jew kondotta skorretta volontarja.

5.  Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha fil-konfront tat-terzi persuni, l-Aġenzija għandha tkopri l-ispejjeż relatati mad-danni kkawżati lit-tagħmir tal-Aġenzija matul l-istazzjonament, ħlief f'każijiet ta' negliġenza gravi jew kondotta skorretta volontarja.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a a)  trasport intern bejn ir-reġjuni differenti tal-Istat Membru ospitanti;

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(f a)  il-kiri tal-karozzi u l-ispejjeż kollha relatati, bħall-assigurazzjoni, il-karburant u l-pedaġġi;

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(f b)  spejjeż ta' komunikazzjoni;

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt fc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(f c)  spejjeż ta' interpretazzjoni.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tapplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 meta tiġi pproċessata dejta personali.

1.  L-Aġenzija għandha tapplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 meta tiġi pproċessata dejta personali.

2.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mill-Aġenzija, inklużi dawk dwar il-ħatra ta' Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta tal-Aġenzija. Dawn il-miżuri għandhom ikunu stabbiliti wara li ssir konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

2.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mill-Aġenzija, inklużi dawk dwar il-ħatra ta' Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta tal-Aġenzija. Dawn il-miżuri għandhom ikunu stabbiliti wara li ssir konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 31 u 32, l-Aġenzija tista' tipproċessa d-dejta personali għal finijiet amministrattivi.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 31 u 32, l-Aġenzija tista' tipproċessa d-dejta personali għal finijiet amministrattivi.

4.  It-trasferiment ta' dejta personali proċessata mill-Aġenzija u t-trasferiment 'il quddiem mill-Istati Membri lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi jew terzi persuni, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, ta' dejta personali pproċessata fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandu jkun ipprojbit.

4.  It-trasferiment ta' dejta personali proċessata mill-Aġenzija u t-trasferiment 'il quddiem mill-Istati Membri lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi jew terzi persuni, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, ta' dejta personali pproċessata fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandu jkun ipprojbit.

 

4a.  Fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-Aġenzija jew il-persunal tagħha meta jipprovdu assistenza operazzjonali u teknika u skont l-istruzzjonijiet tal-Istat Membru ospitanti, l-Istat Membru ospitanti għandu jitqies "kontrollur" skont it-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 4(7) tar-Regolament UE 2016/679 u l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Dan l-ipproċessar għandu jkun suġġett għar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija tista' tipproċessa d-dejta personali biss għall-finijiet li ġejjin:

1.  L-Aġenzija tista' tipproċessa d-dejta personali biss għall-finijiet li ġejjin:

(a)  it-twettiq tal-ħidmiet tagħha, tal-għoti tal-għajnuna operazzjonali u teknika skont l-Artikoli 16(3) u 21(2);

(a)  it-twettiq tal-ħidmiet tagħha, tal-għoti tal-għajnuna operazzjonali u teknika skont l-Artikoli 16(3) u 21(2);

(b)  meta twettaq każ it-teħid tal-kampjuni għall-finijiet tal-eżerċizzju ta' monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 13;

(b)  meta tieħu kampjuni tal-każijiet għall-finijiet tal-eżerċizzju ta' monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 13, li f'dak il-każ, għandha tiġi pproċessata biss id-dejta personali li tkun strettament relatata man-nazzjonalità, l-età u l-ġeneru;

(c)  fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali minn tfal jew persuni vulnerabbli, b'talba tal-Istati Membri, kif imsemmi fl-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 16(3)(b) u (c);

(c)  fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali minn tfal jew persuni vulnerabbli, b'talba tal-Istati Membri, kif imsemmi fl-Artikolu 16(3)(b), (c) u (ja);

(d)  tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, il-Europol jew il-Eurojust skont l-Artikolu 36 u fil-qafas ta' informazzjoni miksuba meta twettaq il-kompiti elenkati fl-Artikolu 21(2);

(d)  tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta , il-Europol jew il-Eurojust skont l-Artikolu 36 u fil-qafas ta' informazzjoni miksuba meta twettaq il-kompiti elenkati fl-Artikolu 21(2);

(e)  fl-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil f'konformità mal-Artikolu 4;

 

2.  Kull ipproċessar bħal dan ta' dejta personali għandu jħares il-prinċipju ta' proporzjonalità u jkun strettament limitat għal dejta personali meħtieġa għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

2.  Kull ipproċessar bħal dan ta' dejta personali għandu jħares il-prinċipju ta' proporzjonalità u jkun strettament limitat għal dejta personali meħtieġa għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.  Stati Membri jew aġenziji oħra tal-Unjoni li jipprovdu dejta personali lill-Aġenzija jistgħu biss jittrasferixxu dejta lill-Aġenzija għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Kull ipproċessar ulterjuri ta' dejta personali miżmuma għal skopijiet oħra minbarra dawk stabbiliti fil-paragrafu 1 għandu jkun pprojbit.

3.  Stati Membri jew aġenziji oħra tal-Unjoni li jipprovdu dejta personali lill-Aġenzija jistgħu biss jittrasferixxu dejta lill-Aġenzija għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Kull ipproċessar ulterjuri ta' dejta personali miżmuma għal skopijiet oħra minbarra dawk stabbiliti fil-paragrafu 1 għandu jkun pprojbit.

4.  Stati Membri u Aġenziji oħrajn tal-Unjoni jistgħu jindikaw, fil-mument tat-trasferiment tad-dejta personali, kull restrizzjoni fuq l-aċċess jew l-użu, f'termini ġenerali jew speċifiċi, inkluż għal trasferiment, tħassir jew qerda. Meta l-ħtieġa għal tali restrizzjonijiet issir ċara wara t-trasferiment tal-għoti tal-informazzjoni, dawn għandhom jgħarrfu lill-Aġenzija dwar dan. L-Aġenzija għandha tkun konformi ma' dawn ir-restrizzjonijiet.

4.  Stati Membri u Aġenziji oħrajn tal-Unjoni jistgħu jindikaw, fil-mument tat-trasferiment tad-dejta personali, kull restrizzjoni fuq l-aċċess jew l-użu, f'termini ġenerali jew speċifiċi, inkluż għal trasferiment, tħassir jew qerda. Meta l-ħtieġa għal tali restrizzjonijiet issir ċara wara t-trasferiment tal-għoti tal-informazzjoni, dawn għandhom jgħarrfu lill-Aġenzija dwar dan. L-Aġenzija għandha tkun konformi ma' dawn ir-restrizzjonijiet.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 32

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-użu mill-Aġenzija ta' dejta personali miġbura jew trażmessa lilha mill-Istati Membri jew mill-persunal tagħha stess meta tkun qed tipprovdi assistenza operazzjonali u teknika lill-Istati Membri għandha tkun limitata għall-isem, id-data tat-twelid, is-sess, in-nazzjonalità, il-professjoni jew l-edukazzjoni, il-marki tas-swaba' u ritratt diġitizzat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

1.  L-użu mill-Aġenzija ta' dejta personali miġbura jew trażmessa lilha mill-Istati Membri jew mill-persunal tagħha stess meta tkun qed tipprovdi assistenza operazzjonali u teknika lill-Istati Membri għandha tkun limitata għall-isem, id-data tat-twelid, is-sess, in-nazzjonalità, il-professjoni jew l-edukazzjoni, il-marki tas-swaba' u ritratt diġitizzat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

2.  Id-dejta personali msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi pproċessata mill-Aġenzija fil-każijiet li ġejjin:

2.  Id-dejta personali msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi pproċessata mill-Aġenzija fil-każijiet li ġejjin:

(a)  fejn meħtieġ għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(3)(a);

(a)  fejn meħtieġ għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(3)(a);

(b)  fejn meħtieġ biex tiffaċilita l-eżami ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li jkunu qegħdin jiġu eżaminati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 16(3)(b);

(b)  fejn meħtieġ biex tiffaċilita l-eżami ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li jkunu qegħdin jiġu eżaminati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 16(3)(b);

(c)  fejn meħtieġ biex tipprovdi assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 16(3)(c);

(c)  fejn meħtieġ biex tipprovdi assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 16(3)(c);

(d)  fejn meħtieġ biex tassisti fir-rilokazzjoni jew it-trasferiment ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16(3)(g);

(d)  fejn meħtieġ biex tassisti fir-rilokazzjoni jew it-trasferiment ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16(3)(g);

(e)  meta t-trasmissjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, il-Europol jew il-Eurojust hija neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont il-mandati rispettivi tagħhom u skont l-Artikolu 30;

(e)  meta t-trażmissjoni lill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, il-Europol jew il-Eurojust hija neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont il-mandati rispettivi tagħhom u skont l-Artikolu 30;

(f)  fejn it-trasmissjoni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jew immigrazzjoni u servizzi tal-ażil hija meħtieġa għall-użu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u r-regoli nazzjonali u tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-dejta;

(f)  fejn it-trażmissjoni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jew immigrazzjoni u servizzi tal-asil hija meħtieġa għall-użu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u r-regoli nazzjonali u tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-dejta;

(g)  fejn meħtieġ għall-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil.

 

3.  Id-dejta personali tiġi kanċellata hekk malli tkun trażmessa lill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, il-Europol jew il-Eurojust jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew użata għall-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil. Il-perjodu ta' ħażna għandu f'kull każ ma jaqbiżx 30 jum wara d-data li fiha l-Aġenzija tiġbor jew tirċievi dik id-dejta. B'riżultat ta' analiżi ta' informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil, id-dejta ma għandhiex tippermetti l-identifikazzjoni ta' persuna fiżika fi kwalunkwe ħin.

3.  Id-dejta personali tiġi kanċellata hekk malli tkun trażmessa lill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, il-Europol jew il-Eurojust jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Il-perjodu ta' ħażna għandu f'kull każ ma jaqbiżx 45 jum wara d-data li fiha l-Aġenzija tiġbor jew tirċievi dik id-dejta. B'riżultat ta' analiżi ta' informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil, id-dejta ma għandhiex tippermetti l-identifikazzjoni ta' persuna fiżika fi kwalunkwe ħin.

 

3a.  Stat Membru jew il-persunal tal-Aġenzija li jittrażmettu d-dejta personali skont il-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi, fil-ħin tal-ġbir tad-dejta tiegħu jew tagħha, tal-eżistenza tad-drittijiet u l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-istess drittijiet previsti fl-Artikoli 15, 16, 17 u18 tar-Regolament (UE) 2016/679, tad-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti u tad-dritt li wieħed iressaq ilment quddiem l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-qrati nazzjonali.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fi kwistjonijiet relatati mal-attivitajiet tagħha u sa fejn meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna. L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jippromwovu u jikkonformaw man-normi u l-istandards ekwivalenti għal dawk stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, anki meta jwettqu attivitajiet fuq it-territorju ta' dawn il-pajjiżi terzi.

1.  Fi kwistjonijiet relatati mal-attivitajiet tagħha u sa fejn meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna. L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jippromwovu u jikkonformaw man-normi u l-istandards ekwivalenti għal dawk stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inklużi l-Karta, u l-Konvenzjoni tal-1951 u l-Protokoll tal-1967, inkluż meta jwettqu attivitajiet fuq it-territorju ta' dawn il-pajjiżi terzi.

2.  L-Aġenzija tista' tikkoopera mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament bl-appoġġ u f'koordinazzjoni mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġu promossi l-istandards tal-Unjoni dwar l-ażil u jiġu assistiti pajjiżi terzi f'dak li għandu x'jaqsam ma' għarfien espert u l-bini ta' kapaċità tas-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom stess kif ukoll fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' żvilupp u protezzjoni reġjonali u azzjonijiet oħra. L-Aġenzija tista' twettaq tali kooperazzjoni fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma konklużi ma' dawk l-awtoritajiet, f'konformità mal-liġi u politika tal-Unjoni. L-Aġenzija għandha tfittex l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni għal dawn l-arranġamenti tax-xogħol u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew.

2.  L-Aġenzija tista' tikkoopera mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament bl-appoġġ u f'koordinazzjoni mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġu promossi l-istandards tal-Unjoni dwar l-asil u jiġu assistiti pajjiżi terzi f'dak li għandu x'jaqsam ma' għarfien espert u l-bini ta' kapaċità tas-sistemi tal-asil u l-akkoljenza tagħhom stess kif ukoll fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' żvilupp u protezzjoni reġjonali u azzjonijiet oħra. L-Aġenzija tista' twettaq tali kooperazzjoni fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma konklużi ma' dawk l-awtoritajiet, f'konformità mal-liġi u politika tal-Unjoni. L-Aġenzija għandha tfittex l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni għal dawn l-arranġamenti tax-xogħol u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew qabel arranġament ta' ħidma jiġi konkluż.

3.  L-Aġenzija tista', bi ftehim mal-Istat Membru ospitanti, tistieden uffiċjali minn pajjiżi terzi biex jisservaw il-miżuri operazzjonali u tekniċi msemmija fl-Artikolu 16(3), fejn il-preżenza tagħhom ma tipperikolax l-ilħuq tal-objettivi ta' dawk il-miżuri, u fejn tista' tikkontribwixxi għat-titjib tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki.

 

4.  L-Aġenzija għandha tikkoordina azzjonijiet dwar ir-risistemazzjoni meħuda mill-Istati Membri jew mill-Unjoni, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni, sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-protezzjoni internazzjonali ta' refuġjati f'pajjiżi terzi u tintwera solidarjetà mal-pajjiżi li jospitawhom. L-Aġenzija għandha tiġbor l-informazzjoni, tissorvelja r-risistemazzjoni lejn l-Istati Membri u tappoġġa lill-Istati Membri fil-bini ta' kapaċità dwar ir-risistemazzjoni. L-Aġenzija tista' wkoll, suġġett għall-ftehim tal-pajjiż terz u bi ftehim mal-Kummissjoni, tikkoordina l-iskambju ta' informazzjoni jew kull azzjoni oħra bejn l-Istati Membri u pajjiż terz, fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz.

4.  L-Aġenzija għandha tappoġġja azzjonijiet dwar ir-risistemazzjoni meħuda mill-Istati Membri jew mill-Unjoni, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) u organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti u f'konformità sħiħa mal-istandards u l-gwida politika stabbilita mill-UNHCR. L-Aġenzija għandha tiġbor l-informazzjoni, tissorvelja r-risistemazzjoni lejn l-Istati Membri u tappoġġja lill-Istati Membri fil-bini ta' kapaċità dwar ir-risistemazzjoni, u tipprovdi kwalunkwe appoġġ għar-risistemazzjoni addizzjonali bi qbil mar-responsabilitajiet mogħtija lilha fir-Regolament (UE) 2017/xxx [Qafas tal-Unjoni dwar ir-Risistemazzjoni].

5.  L-Aġenzija għandha tipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni ma' pajjiżi terzi, fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, u dwar kwistjonijiet koperti b'dan ir-Regolament.

5.  L-Aġenzija għandha tipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni ma' pajjiżi terzi, fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, u dwar kwistjonijiet koperti b'dan ir-Regolament.

6.  L-Aġenzija tista' tibbenefika mill-fondi tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni. Tista' tniedi u tiffinanzja proġetti ta' assistenza teknika f'pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

6.  L-Aġenzija tista' tibbenefika mill-fondi tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġjaw il-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni. Tista' tniedi u tiffinanzja proġetti ta' assistenza teknika f'pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

 

6a.  L-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar attivitajiet imwettqa permezz ta' dan l-Artikolu. Hi għandha tinkludi valutazzjoni tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi fir-rapporti annwali tagħha

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 35 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 35a

 

Uffiċjali ta' kollegament f'pajjiżi terzi

 

1.  L-Aġenzija tista' tibgħat esperti mill-persunal tagħha stess bħala uffiċjali ta' kollegament, li jenħtieġ li jgawdu mill-ogħla protezzjoni possibbli meta jwettqu d-dmirijiet tagħhom f'pajjiżi terzi. L-uffiċjali ta' kollegament għandhom jiġu stazzjonati biss f'pajjiżi terzi li fihom il-prattiki ta' ġestjoni tal-migrazzjoni u l-asil ikunu konformi mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem.

 

2.  Fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, għandha tingħata prijorità għall-istazzjonament ta' uffiċjali ta' kollegament lil dawk il-pajjiżi terzi li, abbażi ta' analiżi tal-informazzjoni tagħhom, jikkostitwixxu pajjiż ta' oriġini jew tranżitu fir-rigward tal-immigrazzjoni relatata mal-asil. L-istazzjonament ta' uffiċjali ta' kollegament għandu jiġi approvat mill-Bord Maniġerjali.

 

3.  Il-kompiti tal-uffiċjali ta' kollegament tal-Aġenzija għandhom jinkludu, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, l-istabbiliment u ż-żamma ta' kuntatti mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi fejn huma jkunu assenjati bl-għan li jikkontribwixxu favur l-istabbiliment ta' ġestjoni tal-migrazzjoni li tkun sensittiva għall-protezzjoni u, kif xieraq, li jiffaċilitaw l-aċċess għal toroq legali lejn l-Unjoni għal persuni fi bżonn ta' protezzjoni, inklużi permezz ta' risistemazzjoni. L-uffiċjali ta' kollegament għandhom jikkoordinaw mill-qrib mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll, organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali, partikolarment il-UNHCR, fejn xieraq.

 

4.  Id-deċiżjoni biex jintbagħtu uffiċjali ta' kollegament f'pajjiżi terzi għandha tkun soġġetta għal li tiġi rċevuta l-opinjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm informat b'dawk l-attivitajiet mingħajr dewmien.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 36

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tikkoopera ma' aġenziji, korpi jew uffiċċji tal-Unjoni li għandhom attivitajiet relatati mal-qasam tal-attività tagħha, u b'mod partikolari mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri u li huma kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

1.  L-Aġenzija għandha tikkoopera ma' aġenziji, korpi jew uffiċċji tal-Unjoni li jkollhom attivitajiet relatati mal-qasam tal-attività tagħha, u b'mod partikolari mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jkunu kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

2.  Kooperazzjoni bħal din għandha ssir fil-qafas ta' arranġamenti ta' ħidma konklużi ma' dawn il-korpi, wara li tirċievi l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tinforma b'tali arranġamenti lill-Parlament Ewropew.

2.  Kooperazzjoni bħal din għandha ssir fil-qafas ta' arranġamenti ta' ħidma konklużi ma' dawn il-korpi, wara li tirċievi l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tinforma b'tali arranġamenti lill-Parlament Ewropew.

3.  Il-kooperazzjoni għandha toħloq sinerġiji bejn il-korpi relevanti tal-Unjoni u għandha tevita kull duplikazzjoni tal-isforz fil-ħidma mwettqa minn kull wieħed minnhom skont il-mandat tagħhom.

3.  Il-kooperazzjoni għandha toħloq sinerġiji bejn il-korpi rilevanti tal-Unjoni u għandha tevita kull duplikazzjoni tal-isforz fil-ħidma mwettqa minn kull wieħed minnhom skont il-mandat tagħhom.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-UNHCR, fl-oqsma rregolati minn dan ir-Regolament, fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma konklużi ma' dawk l-entitajiet, f'konformità mat-Trattat u d-dispożizzjonijiet dwar il-kompetenza ta' dawk il-korpi. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi dwar l-arranġamenti ta' ħidma li għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

L-Aġenzija għandha tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-UNHCR, fl-oqsma rregolati minn dan ir-Regolament, fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma konklużi ma' dawk l-entitajiet, f'konformità mat-Trattat u d-dispożizzjonijiet dwar il-kompetenza ta' dawk il-korpi. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi dwar l-arranġamenti ta' ħidma li għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe arranġament ta' ħidma ta' dan it-tip.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 38

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Aġenzija għandha tinkludi:

L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Aġenzija għandha tinkludi:

(a)  Bord tat-Tmexxija, li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 40;

(a)  Bord tat-Tmexxija, li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 40;

(b)  Direttur Eżekuttiv, li jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 46;

(b)  Direttur Eżekuttiv, li jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 46;

(c)  Viċi Direttur Eżekuttiv, kif stabbilit fl-Artikolu 47.

(c)  Viċi Direttur Eżekuttiv, kif stabbilit fl-Artikolu 47;

 

(c a)  Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali;

 

(c b)  Forum Konsultattiv.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 39

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bid-dritt tal-vot.

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u żewġ rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, kollha bid-dritt tal-vot.

2.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinkludi rappreżentant wieħed tal-UNHCR, mingħajr id-dritt li jivvota.

2.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinkludi rappreżentant wieħed tal-UNHCR, mingħajr id-dritt li jivvota.

3.  Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija jkollu sostitut. Is-sostitut jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu/tagħha.

3.  Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija jkollu sostitut. Is-sostitut jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu/tagħha.

4.  Il-Membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tal-ażil, waqt li jkunu kkunsidrati l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji tagħhom. Il-partijiet kollha rappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija għandhom jagħmlu sforz biex jillimitaw iċ-ċaqliq tar-rappreżentanti tagħhom, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-bord. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord tat-Tmexxija.

4.  Il-Membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tal-asil, waqt li jkunu kkunsidrati l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji tagħhom. Il-partijiet kollha rappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija għandhom jagħmlu sforz biex jillimitaw iċ-ċaqliq tar-rappreżentanti tagħhom, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-bord. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord tat-Tmexxija.

5.  It-tul tal-kariga tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ta' erba' snin. Dak il-mandat għandu jkun jista' jiġi estiż. Malli jiskadi t-tul tal-kariga tagħhom jew f'każ ta' riżenja, il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm il-ħatra tagħhom tiġi mġedda, jew sakemm jiġu sostitwiti.

5.  It-tul tal-kariga tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ta' erba' snin. Dak il-mandat għandu jkun jista' jiġi estiż. Malli jiskadi t-tul tal-kariga tagħhom jew f'każ ta' riżenja, il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm il-ħatra tagħhom tiġi mġedda, jew sakemm jiġu sostitwiti.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 40

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bord tat-Tmexxija għandu:

Il-Bord tat-Tmexxija għandu:

(a)  jagħti orjentazzjoni ġenerali għall-Aġenzija u kull sena jadotta d-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri li jkunu intitolati jivvotaw u skont l-Artikolu 41;

(a)  jagħti orjentazzjoni ġenerali għall-Aġenzija u kull sena jadotta d-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri li jkunu intitolati jivvotaw u skont l-Artikolu 41;

(b)  jadotta l-baġit annwali tal-Aġenzija b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu intitolati għall-vot u jeżerċita funzjonijiet oħra fir-rigward tal-baġit tal-Aġenzija skont il-Kapitolu 10;

(b)  jadotta l-baġit annwali tal-Aġenzija b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu intitolati għall-vot u jeżerċita funzjonijiet oħra fir-rigward tal-baġit tal-Aġenzija skont il-Kapitolu 10;

(c)  jadotta rapport konsolidat dwar l-attività annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Qorti tal-Awdituri mhux iżjed tard mill-1 ta' Lulju ta' kull sena. Ir-rapport konsolidat tal-attività annwali jkun disponibbli għall-pubbliku;

(c)  jadotta rapport konsolidat dwar l-attività annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Qorti tal-Awdituri mhux iżjed tard mill-1 ta' Lulju ta' kull sena. Ir-rapport konsolidat tal-attività annwali jkun disponibbli għall-pubbliku;

 

(ca)  qabel it-30 ta' Novembru ta' kull sena, u wara li jikkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri li għandhom dritt li jivvutaw, dokument ta' programmar uniku li jkun fih l-ipprogrammar multiannwali tal-Aġenzija u l-programm ta' ħidma tagħha għas-sena ta' wara u jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(d)  jadotta regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija skont l-Artikolu 53;

(d)  jadotta regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija skont l-Artikolu 53;

(e)  jieħu d-deċiżjonijiet kollha għall-iskop tat-twettiq tal-mandat tal-Aġenzija kif stabbilit f'dan ir-Regolament;

(e)  jieħu d-deċiżjonijiet kollha għall-iskop tat-twettiq tal-mandat tal-Aġenzija kif stabbilit f'dan ir-Regolament;

(f)  jadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata mar-riskji ta' frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li jkunu se jiġu implimentati;

(f)  jadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata mar-riskji ta' frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li jkunu se jiġu implimentati;

(g)  jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu;

(g)  jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu;

(h)  jadotta u jaġġorna b'mod regolari l-pjanijiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(3) abbażi ta' analiżi tal-ħtiġijiet;

(h)  jadotta u jaġġorna b'mod regolari l-pjanijiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(3) abbażi ta' analiżi tal-ħtiġijiet;

(i)  jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu;

(i)  jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu;

(j)  jeżerċita skont il-paragrafu 2, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat li jingħataw bir-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra u bil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra lill-Awtorità li jkollha s-Setgħa Tikkonkludi Kuntratt ta' Impieg27 (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”);

(j)  jeżerċita skont il-paragrafu 2, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat li jingħataw bir-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra u bil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra lill-Awtorità li jkollha s-Setgħa Tikkonkludi Kuntratt ta' Impieg27 ("is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra");

(k)  jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa sabiex jiġu applikati r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

(k)  jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa sabiex jiġu applikati r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

(l)  jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv, jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuqu jew fuqha u, meta jkun meħtieġ, jestendi l-mandat tiegħu/tagħha jew itemmlu/itemmilha l-mandat mill-uffiċċju f'konformità mal-Artikoli 45 u 47;

(l)  jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv

 

(l a)  jaħtar l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv;

(m)  jadotta rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-ażil fl-Unjoni skont l-Artikolu 65. Dak ir-rapport għandu jkun ippreżentat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(m)  jadotta rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-asil fl-Unjoni skont l-Artikolu 65. Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u għandu jsir disponibbli għall-pubbliku;

(n)  jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-iżvilupp tas-sistemi tal-informazzjoni previsti f'dan ir-Regolament, inkluż il-portal ta' informazzjoni stipulat fl-Artikolu 8(2)(b);

(n)  jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-iżvilupp tas-sistemi tal-informazzjoni previsti f'dan ir-Regolament, inkluż il-portal ta' informazzjoni stipulat fl-Artikolu 8(2)(b);

(o)  jadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 f'konformità mal-Artikolu 58;

(o)  jadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 f'konformità mal-Artikolu 58;

 

(o a)  jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mill-Aġenzija, inklużi dawk dwar il-ħatra ta' Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta tal-Aġenzija.

(p)  jadotta l-politika tal-persunal tal-Aġenzija skont l-Artikolu 55;

(p)  jadotta l-politika tal-persunal tal-Aġenzija skont l-Artikolu 55;

(q)  jadotta, wara li jkun talab l-opinjoni tal-Kummissjoni, id-dokument ta' programmazzjoni f'konformità mal-Artikolu 41;

(q)  jadotta, wara li jkun talab l-opinjoni tal-Kummissjoni, id-dokument ta' programmazzjoni f'konformità mal-Artikolu 41;

(r)  jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar il-ħolqien tal-istrutturi interni tal-Aġenzija u fejn meħtieġ, il-modifiki tagħhom.

(r)  jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar il-ħolqien tal-istrutturi interni tal-Aġenzija u fejn meħtieġ, il-modifiki tagħhom.

(s)  jiżgura segwitu xieraq għal konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti interni u esterni tal-awditjar u tal-evalwazzjonijiet, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF);

(s)  jiżgura segwitu xieraq għal konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti interni u esterni tal-awditjar u tal-evalwazzjonijiet, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF);

(t)  jadotta l-istandards operazzjonali, indikaturi, linji gwida u l-aħjar prattiki żviluppati mill-Aġenzija skont l-Artikolu 12(2);

(t)  jadotta l-istandards operazzjonali, indikaturi, linji gwida u l-aħjar prattiki żviluppati mill-Aġenzija skont l-Artikolu 12(2);

(u)  japprova l-analiżi komuni dwar l-informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini u kull reviżjoni ta' din l-analiżi komuni skont l-Artikolu 10(2) u (3);

 

(v)  jistabbilixxi programm għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza b'konformità mal-Artikolu 14(1);

(v)  jistabbilixxi programm għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza b'konformità mal-Artikolu 14(1);

(w)  jadotta r-rapport annwali tat-tim ta' esperti li jwettqu eżerċizzju ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 14(3).

(w)  jadotta r-rapport annwali tat-tim ta' esperti li jwettqu eżerċizzju ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 14(3).

(x)  jadotta r-rakkomandazzjonijiet wara l-eżerċizzju ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 14(4).

(x)  jadotta r-rakkomandazzjonijiet wara l-eżerċizzju ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 14(4).

(y)  jistabbilixxi u jiddeċiedi dwar il-profili u n-numru globali ta' esperti li għandhom ikunu disponibbli għat-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil f'konformità mal-Artikolu 17(3);

(y)  jistabbilixxi u jiddeċiedi dwar il-profili u n-numru globali ta' esperti li għandhom ikunu disponibbli għat-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil f'konformità mal-Artikolu 17(3);

(z)  jistabbilixxi u jiddeċiedi dwar il-profili u n-numru globali ta' esperti li għandhom ikunu disponibbli għar-riżerva ta' intervent għall-ażil f'konformità mal-Artikolu 18(2);

(z)  jistabbilixxi u jiddeċiedi dwar il-profili u n-numru globali ta' esperti li għandhom ikunu disponibbli għar-riżerva ta' intervent għall-asil f'konformità mal-Artikolu 18(2);

(a a)  jadotta strateġija għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward ta' kwistjonijiet li għalihom l-Aġenzija hija kompetenti, kif ukoll arranġament ta' ħidma mal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tagħha;

(a a)  jadotta strateġija għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward ta' kwistjonijiet li għalihom l-Aġenzija hija kompetenti, kif ukoll arranġament ta' ħidma mal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tagħha;

(b b)  jawtorizza l-konklużjoni ta' arranġamenti tax-xogħol skont l-Artikolu 35;

(b b)  jawtorizza l-konklużjoni ta' arranġamenti tax-xogħol skont l-Artikolu 35;

2.  Il-Bord tat-Tmexxija jadotta, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Persunal Ieħor, waqt li jiddelega setgħat tal-awtorità tal-ħatra rilevanti lid-Direttur Eżekuttiv u jiddefenixxi l-kundizzjonijiet li fihom din id-delega ta' setgħat tista' tkun sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv ikun awtorizzat li jissottodelega dawk is-setgħat.

2.  Il-Bord tat-Tmexxija jadotta, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Persunal Ieħor, waqt li jiddelega setgħat tal-awtorità tal-ħatra rilevanti lid-Direttur Eżekuttiv u jiddefenixxi l-kundizzjonijiet li fihom din id-delega ta' setgħat tista' tkun sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv ikun awtorizzat li jissottodelega dawk is-setgħat.

Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jkunu jirrikjedu hekk, il-Bord tat-Tmexxija, permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat ta' awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk is-setgħat sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhux id-Direttur Eżekuttiv.

Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jkunu jirrikjedu hekk, il-Bord tat-Tmexxija, permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat ta' awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk is-setgħat sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhux id-Direttur Eżekuttiv.

3.  Il-Bord tat-Tmexxija jista' jistabbilixxi Bord Eżekuttiv magħmul mill-President tal-Bord tat-Tmexxija, iż-żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-Bord tat-Tmexxija u tliet membri oħra tal-Bord tat-Tmexxija, biex jgħinuh u lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-preparazzjoni tad-deċiżjonijiet, programmi u attivitajiet annwali u pluriennali li għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija. Meta jkun meħtieġ, minħabba l-urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista' jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f'isem il-Bord tat-Tmexxija, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet amministrattivi ta' ġestjoni.

3.  Il-Bord tat-Tmexxija jista' jistabbilixxi Bord Eżekuttiv ta' daqs żgħir sabiex jassisti lilu u lid-direttur eżekuttiv fir-rigward tal-preparazzjoni tad-deċiżjonijiet, il-programmi u l-attivitajiet li jridu jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija u biex jieħu ċerti deċiżjonijiet urġenti proviżorji f'isem il-Bord tat-Tmexxija meta jkun neċessarju. Il-Bord Eżekuttiv m'għandux jieħu deċiżjonijiet li jeħtieġ li jittieħdu minn maġġoranza ta' jew żewġ terzi jew tliet kwarti mill-membri tal-Bord tat-Tmexxija intitolati li jivvutaw. Il-bord tat-tmexxija jista' jiddelega ċerti kompiti definiti b'mod ċar lill-Bord Eżekuttiv, b'mod partikolari meta dawn itejbu l-effiċjenza tal-Aġenzija. Il-Bord tat-Tmexxija m'għandux jiddelega fuq il-Bord Eżekuttiv il-kompiti relatati mad-deċiżjonijiet li jeħtieġ li jittieħdu minn maġġoranza ta' jew żewġ terzi jew tliet kwarti mill-membri tal-Bord tat-Tmexxija intitolati li jivvutaw.

__________________

__________________

27 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-kundizzjonijiet ta' impjieg ta' uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

27 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-kundizzjonijiet ta' impjieg ta' uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 41

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sat-30 ta Novembru ta' kull sena, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta dokument ta' programmazzjoni li jkun fih programmazzjoni pluriennali u annwali, ibbażata fuq abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv, li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni, u għal programmazzjoni pluriennali wara li jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jibgħat dan id-dokument lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

1.  Sat-30 ta Novembru ta' kull sena, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta dokument ta' programmazzjoni li jkun fih programmazzjoni pluriennali u annwali, ibbażata fuq abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv, li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni, u għal programmazzjoni pluriennali wara li jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jibgħat dan id-dokument lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Id-dokument ta' programmazzjoni jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali u, jekk ikun neċessarju, jiġi aġġustat skont dan.

Id-dokument ta' programmazzjoni jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali u, jekk ikun neċessarju, jiġi aġġustat skont dan.

Abbozz ta' verżjoni tad-dokument ta' programmazzjoni għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena kif ukoll kull verżjoni aġġornata aktar tard ta' dan id-dokument.

Abbozz ta' verżjoni tad-dokument ta' programmazzjoni għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena kif ukoll kull verżjoni aġġornata aktar tard ta' dan id-dokument.

2.  Il-programmazzjoni pluriennali għandha tistipula programmazzjoni strateġika komprensiva li tinkludi objettivi fuq tul ta' żmien medju u fit-tul, ir-riżultati mistennija u indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jistabbilixxi wkoll il-programmazzjoni tar-riżorsi, inkluż il-baġit pluirennali u l-persunal.

2.  Il-programmazzjoni pluriennali għandha tistipula programmazzjoni strateġika komprensiva li tinkludi objettivi fuq tul ta' żmien medju u fit-tul, ir-riżultati mistennija u indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jistabbilixxi wkoll il-programmazzjoni tar-riżorsi, inkluż il-baġit pluirennali u l-persunal.

L-ipprogrammar pluriennali għandu jistabbilixxi l-oqsma strateġiċi ta' interventi u jispjega dak li jeħtieġ isir biex jintlaħqu l-għanijiet. Għandu jinkludi l-istrateġija għal relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikoli 34 u 37, rispettivament, u l-azzjonjiet marbuta ma' din l-istrateġija, kif ukoll speċifikazzjoni ta' riżorsi assoċjati.

L-ipprogrammar pluriennali għandu jistabbilixxi l-oqsma strateġiċi ta' interventi u jispjega dak li jeħtieġ isir biex jintlaħqu l-għanijiet. Għandu jinkludi l-istrateġija għal relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikoli 34 u 37, l-Istrateġija għad-Drittijiet Fundamentali msemmija fl-Artikolu 54a, rispettivament, u l-azzjonjiet marbuta ma' din l-istrateġija, kif ukoll speċifikazzjoni ta' riżorsi assoċjati.

Il-programmazzjoni pluriennali għandha tkun implimentata permezz ta' programmi ta' ħidma annwali u għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni pluriennali strateġika tiġi aġġornata meta dan ikun xieraq, u b'mod partikolari sabiex jiġi indirizzat l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 66.

Il-programmazzjoni pluriennali għandha tkun implimentata permezz ta' programmi ta' ħidma annwali u għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni pluriennali strateġika tiġi aġġornata meta dan ikun xieraq, u b'mod partikolari sabiex jiġi indirizzat l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 66.

3.  Il-programm ta' ħidma annwali jinkludi l-għanijiet dettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jkunu se jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull attività, skont il-prinċipji tal-ibbaġittjar u tat-tmexxija bbażati fuq l-attività. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm pluriennali msemmi fil-paragrafu 2. Dan għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti.

3.  Il-programm ta' ħidma annwali jinkludi l-għanijiet dettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jkunu se jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull attività, skont il-prinċipji tal-ibbaġittjar u tat-tmexxija bbażati fuq l-attività. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm pluriennali msemmi fil-paragrafu 2. Dan għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti.

4.  Il-Bord tat-Tmexxija jemenda l-programm ta' ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija.

4.  Il-Bord tat-Tmexxija jemenda l-programm ta' ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija.

Kull emendar sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali jiġi adottat bl-istess proċedura bħal tal-programm ta' ħidma annwali inizjali. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddelega s-setgħa biex jagħmel emendi mhux sostanzjali għall-programm ta' ħidma annwali lid-Direttur Eżekuttiv.

Kull emendar sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali jiġi adottat bl-istess proċedura bħal tal-programm ta' ħidma annwali inizjali. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddelega s-setgħa biex jagħmel emendi mhux sostanzjali għall-programm ta' ħidma annwali lid-Direttur Eżekuttiv.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 45

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun membru tal-persunal u għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjiegi ta' Uffiċjali Oħra tal-Unjoni.

1.  Id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv, li għandu jassisti lid-Direttur Eżekuttiv, għandhom ikunu membri tal-persunal u għandhom jiġu ngaġġati bħala aġenti temporanji tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjiegi ta' Uffiċjali Oħra tal-Unjoni.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija, minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura ta' selezzjoni miftuħa u trasparenti. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar abbażi ta' mertu u ta' ħiliet dokumentati ta' amministrazzjoni u tat-tmexxija, kif ukoll abbażi tal-esperjenza relevanti tiegħu fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-ażil.

2.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, bi qbil komuni, jaħtru d-Direttur Eżekuttiv abbażi ta' lista ta' mill-inqas tliet kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara li l-kariga tkun ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u ġurnali oħrajn jew siti tal-internet kif ikun xieraq. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar abbażi ta' mertu u ta' ħiliet dokumentati ta' amministrazzjoni u tat-tmexxija, kif ukoll abbażi tal-esperjenza rilevanti tiegħu fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-asil.

Għall-fini li jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija tkun rappreżentata mill-President tal-Bord tat-Tmexxija.

 

 

2a.  Il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija fuq il-proposta tad-Direttur Eżekuttiv. Il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar abbażi ta' mertu u ta' ħiliet xierqa ta' amministrazzjoni u ta' tmexxija, inkluża esperjenza professjonali rilevanti fil-qasam tas-SEKA. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipproponi mill-inqas tliet kandidati għall-kariga ta' Viċi Direttur Eżekuttiv. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom dritt li jivvutaw.

 

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu s-setgħa li jneħħi l-Viċi Direttur Eżekuttiv skont il-proċedura stipulata fl-ewwel subparagrafu.

 

2b.  Id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv għandhom ikunu eliġibbli għall-ħatra mill-ġdid darba għal mhux aktar minn ħames snin.

3.  Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord tat-Tmexxija jista' jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet mill-membri tal-Parlament Ewropew.

 

4.  Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni li tqis evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u tal-kompiti u tal-isfidi futuri tal-Aġenzija.

4.  Il-mandat tal-Viċi Direttur Eżekuttiv u tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni li tqis evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-Viċi Direttur Eżekuttiv u tad-Direttur Eżekuttiv u tal-kompiti u tal-isfidi futuri tal-Aġenzija.

5.  Il-Bord tat-Tmexxija, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux iktar minn ħames snin.

 

6.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi t-tul tal-kariga tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien xahar qabel kull estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb għal mistoqsijiet mill-membri tal-Parlament Ewropew.

 

7.  Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra ta' selezzjoni għall-istess kariga fit-tmiem tal-perjodu ġenerali.

7.  Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra ta' selezzjoni għall-istess kariga fit-tmiem tal-perjodu ġenerali.

8.  Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

 

9.  Il-Bord tat-Tmexxija jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv abbażi ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri li jkollhom drittijiet tal-vot.

 

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 46

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-Direttur Eżekuttiv jiġġestixxi l-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv jagħti rendikont ta' għemilu lill-Bord tat-Tmexxija.

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġġestixxi l-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti rendikont ta' għemilu lill-Bord tat-Tmexxija.

2.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni u tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq tad-doveri tiegħu u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand xi gvern, istituzzjoni, persuna jew xi korp ieħor.

2.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni u tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq tad-doveri tiegħu u la għandu jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet mingħand xi gvern, istituzzjoni, persuna jew xi korp ieħor.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar it-twettiq tad-doveri meta jkun mistieden jagħmel dan. Il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv jirrapporta dwar it-twettiq tad-doveri tiegħu/tagħha.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar it-twettiq tad-doveri tiegħu/tagħha meta jkun mistieden jagħmel dan. Il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv jirrapporta dwar it-twettiq tad-doveri tiegħu/tagħha.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija.

5.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-Aġenzija minn dan ir-Regolament. B'mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv ikun responsabbli biex:

5.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-Aġenzija minn dan ir-Regolament. B'mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv ikun responsabbli biex:

(a)  iwettaq l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Aġenzija.

(a)  iwettaq l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Aġenzija.

(b)  jimplimenta deċiżjonijiet adottati mill-Bord tat-Tmexxija;

(b)  jimplimenta deċiżjonijiet adottati mill-Bord tat-Tmexxija;

(c)  jipprepara kull sena d-dokument ta' pprogrammar u li jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(c)  jipprepara kull sena d-dokument ta' pprogrammar u li jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(d)  jimplimenta d-dokument ta' programmazzjoni u jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

(d)  jimplimenta d-dokument ta' programmazzjoni u jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

(e)  iħejji r-rapport konsolidat annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni;

(e)  iħejji r-rapport konsolidat annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni;

(f)  iħejji pjan ta' azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet tar-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll l-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u jirrapporta lill-Kummissjoni darbtejn fis-sena u regolarment lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-progress;

(f)  iħejji pjan ta' azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet tar-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll l-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u jirrapporta lill-Kummissjoni darbtejn fis-sena u regolarment lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-progress;

(g)  mingħajr preġudizzju għall-kompetenza investigattiva tal-OLAF, jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, billi jwettaq kontrolli effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti li tħallsu bi żball u, meta dan ikun xieraq, billi jimponi penali amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi;

(g)  mingħajr preġudizzju għall-kompetenza investigattiva tal-OLAF, jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, billi jwettaq kontrolli effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti li tħallsu bi żball u, meta dan ikun xieraq, billi jimponi penali amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi;

(h)  għat-tħejjija ta' strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija u għat-tressiq tagħha quddiem il-Bord tat-Tmexxija għal approvazzjoni;

(h)  għat-tħejjija ta' strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija u għat-tressiq tagħha quddiem il-Bord tat-Tmexxija għal approvazzjoni;

(i)  iħejji l-abbozz ta' regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija;

(i)  iħejji l-abbozz ta' regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija;

(j)  iħejji l-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija u l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha;

(j)  iħejji l-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija u l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha;

(k)  jeżerċita l-poteri stabbiliti fl-Artiklu 55 rigward il-personal tal-Aġenzija;

(k)  jeżerċita l-poteri stabbiliti fl-Artikolu 55 rigward il-persunal tal-Aġenzija;

(l)  jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar il-ġestjoni tas-sistemi tal-informazzjoni previsti f'dan ir-Regolament, inkluż il-portal ta' informazzjoni stipulat fl-Artikolu 8(2)(b);

(l)  jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar il-ġestjoni tas-sistemi tal-informazzjoni previsti f'dan ir-Regolament, inkluż il-portal ta' informazzjoni stipulat fl-Artikolu 8(2)(b);

(m)  jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar il-ġestjoni tal-istrutturi interni tal-Aġenzija;

(m)  jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar il-ġestjoni tal-istrutturi interni tal-Aġenzija;

(n)  jissottometti analiżi komuni lill-Bord tat-Tmexxija skont l-Artikolu 10(2);

(n)  jissottometti analiżi komuni lill-Bord tat-Tmexxija għal rieżami skont l-Artikolu 10(2);

(o)  jissottometti abbozzi ta' rapporti u abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet fil-kuntest tal-eżerċizzju ta' monitoraġġ lill-Istat Membru kkonċernat u sussegwentement lill-Bord tat-Tmexxija skont l-Artikolu 14(3) u (4);

(o)  jiffinalizza rapporti u jissottometti abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet fil-kuntest tal-eżerċizzju ta' monitoraġġ lill-Istat Membru kkonċernat u sussegwentement lill-Bord tat-Tmexxija skont l-Artikolu 14(3) u (4);

 

(o a)  jippreżenta rapporti dwar il-konformità mal-kompitu ta' kooperazzjoni in bona fide mal-Bord tat-Tmexxija u mal-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 3(4);

(p)  jevalwa, japprova u jikkoordina talbiet għal għajnuna operazzjonali u teknika skont l-Artikoli 16(2) u l-Artikolu 20;

(p)  jevalwa, japprova u jikkoordina talbiet għal għajnuna operazzjonali u teknika skont l-Artikoli 16(2) u l-Artikolu 20;

(q)  jiżgura l-implimentazzjoni tal-pjan operazzjonali msemmi fl-Artikolu 19;

(q)  jiżgura l-implimentazzjoni tal-pjan operazzjonali msemmi fl-Artikolu 19;

(r)  jiżgura koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija fit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni mal-Kummissjoni u aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 21(1);

(r)  jiżgura koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija fit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni mal-Kummissjoni u aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 21(1);

(s)  jiżgura l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 22(3);

(s)  jiżgura l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 22(3);

(t)  jiddeċiedi, b'konsultazzjoni mal-Bord tat-Tmexxija, fuq ix-xiri jew il-kira tat-tagħmir tekniku skont l-Artikolu 23(2);

(t)  jiddeċiedi, b'konsultazzjoni mal-Bord tat-Tmexxija, fuq ix-xiri jew il-kiri tat-tagħmir tekniku skont l-Artikolu 23(2);

 

(t a)  jipproponi kandidat għal ħatra bħala l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali f'konformità mal-Artikolu 47a ta' dan ir-Regolament;

(u)  jaħtar uffiċjal ta' koordinament tal-Aġenzija skont l-Artikolu 25(1).

(u)  jaħtar uffiċjal ta' koordinament tal-Aġenzija skont l-Artikolu 25(1).

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 47

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 47

imħassar

Viċi Direttur Eżekuttiv

 

1.  Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jassisti lid-Direttur Eżekuttiv.

 

2.  Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 45 għandhom japplikaw għal Viċi Direttur Eżekuttiv.

 

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 47 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 47a

 

1.  Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jkollu l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u l-asil. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jkun responsabbli għat-tfassil tal-Istrateġija tad-Drittijiet Fundamentali, jimmonitorja l-konformità mad-drittijiet fundamentali u jħeġġeġ ir-rispett tad-drittijiet fundamentali mill-Aġenzija.

 

2.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jkun indipendenti fit-twettiq tal-kompiti tiegħu jew tagħha, għandu jirrapporta direttament lill-Bord tat-Tmexxija u għandu jikkoopera mal-Forum Konsultattiv. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jirrapporta lill-Forum Konsultattiv fuq bażi regolari u bħala tali jikkontribwixxi għall-mekkaniżmu għall-monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali imsemmija fl-Artikolu 54a.

 

3.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi kkonsultat, inter alia, dwar il-pjanijiet operazzjonali mfassla skont l-Artikolu 19, dwar l-attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija jew bl-involviment tagħha, il-kodiċijiet ta' kondotta, il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, l-irtirar tal-finanzjament, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni ta' attività tal-Aġenzija u l-kurrikuli ta' taħriġ. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha rigward ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, fir-rigward tal-attivitajiet kollha tal-Aġenzija, inkluż billi jitwettqu żjarat fuq il-post għal kwalunkwe attività operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija jew fejn l-Aġenzija tipparteċipa, inkluż f'pajjiżi terzi. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment, l-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu għall-ilmenti b'konformità mal-Artikolu 54(c).

 

4.  L-Aġenzija għandha tiżgura li l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali jkollu l-persunal u r-riżorsi suffiċjenti biex iwettaq il-kompiti tiegħu jew tagħha. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu/għandha jkollu/jkollha kontroll fuq il-baġit tiegħu/tagħha.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 48

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha żżomm djalogu mill-qrib ma' organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili u korpi kompetenti rilevanti li joperaw fil-qasam tal-politika tal-ażil fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi Forum Konsultattiv.

1.  L-Aġenzija għandha żżomm djalogu mill-qrib ma' organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili u korpi kompetenti rilevanti li joperaw fil-qasam tal-politika tal-asil fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi Forum Konsultattiv.

2.  Il-Forum Konsultattiv għandu jikkostitwixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni u tal-akkomunament tal-konoxxenza. Huwa għandu jiżgura djalogu mill-qrib bejn l-Aġenzija u l-organizzazzjonijiet rilevanti jew il-korpi kif imsemmi fil-paragrafu 1 u għandu jassisti lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord tat-Tmexxija f'materji koperti minn dan ir-Regolament.

2.  Il-Forum Konsultattiv għandu jikkostitwixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni u tal-akkomunament tal-konoxxenza. Huwa għandu jiżgura djalogu mill-qrib bejn l-Aġenzija u l-organizzazzjonijiet rilevanti jew il-korpi kif imsemmi fil-paragrafu 1 u għandu jassisti lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord tat-Tmexxija f'materji koperti minn dan ir-Regolament.

3.  L-Aġenzija għandha tistieden lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, il-UNHCR u organizzazzjonijiet oħra jew il-korpi kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3.  L-Aġenzija għandha tistieden lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, il-UNHCR u organizzazzjonijiet oħra jew il-korpi kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Bi proposta tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi fuq il-kompożizzjoni u l-metodi ta' ħidma tal-Forum Konsultattiv, inklużi gruppi ta' konsultazzjoni f'iffokar ġeografiku jew tematiku, u l-modalitajiet tat-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-Forum Konsultattiv.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddeċiedi fuq il-kompożizzjoni u l-metodi ta' ħidma tal-Forum Konsultattiv, inklużi gruppi ta' konsultazzjoni f'iffokar ġeografiku jew tematiku, u l-modalitajiet tat-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-Forum Konsultattiv. Il-Forum Konsultattiv għandu, wara li jikkonsulta lill-Bord tat-Tmexxija u lid-Direttur Eżekuttiv, jiddefinixxi l-metodi ta' ħidma tiegħu inklużi l-gruppi ta' ħidma li jiffukaw fuq l-aspett ġeografiku jew tematiku kif meqjus neċessarju u utli.

4.  Il-Forum Konsultattiv għandu jassisti lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord tat-Tmexxija f'materji relatati mal-ażil, b'konformità mal-ħtiġijiet speċifiċi f'oqsma identifikati bħala prijoritajiet għall-ħidma tal-Aġenzija.

4.  Il-Forum Konsultattiv għandu jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord tat-Tmexxija f'materji relatati mal-asil, b'konformità mal-ħtiġijiet speċifiċi f'oqsma identifikati bħala prijoritajiet għall-ħidma tal-Aġenzija.

 

4a.  Il-Forum Konsultattiv għandu, b'mod partikolari, jiġi kkonsultat dwar l-istabbiliment tal-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 13, l-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għad-Drittijiet Fundamentali, kodiċijiet ta' kondotta, arranġamenti ta' ħidma ma' pajjiżi terzi, il-mekkaniżmu għall-ilmenti msemmi fl-Artikolu 54c, pjanijiet operazzjonali u kurrikuli bażiċi komuni.

5.  Il-Forum Konsultattiv għandu, b'mod partikolari:

5.  Il-Forum Konsultattiv għandu, b'mod partikolari:

(a)  jagħmel suġġerimenti lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-programmazzjoni annwali u pluriennali msemmija fl-Artikolu 41;

(a)  jagħmel suġġerimenti lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-programmazzjoni annwali u pluriennali msemmija fl-Artikolu 41;

(b)  jipprovdi feedback lill-Bord tat-Tmexxija u jissuġġerixxi miżuri ta' segwitu dwar ir-rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-ażil fl-Unjoni msemmija fl-Artikolu 65; kif ukoll

(b)  jipprovdi feedback lill-Bord tat-Tmexxija u jissuġġerixxi miżuri ta' segwitu dwar ir-rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-asil fl-Unjoni msemmija fl-Artikolu 65; kif ukoll

(c)  jikkomunika lid-Direttur Eżekuttiv u l-Bord tat-Tmexxija l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-konferenzi, seminars u laqgħat, kif ukoll fuq is-sejbiet minn studji jew xogħol fil-post imwettqa minn kwalunkwe organizzazzjonijiet jew korpi membri tal-Forum Konsultattiv li huma rilevanti għall-ħidma tal-Aġenzija.

(c)  jikkomunika lid-Direttur Eżekuttiv u l-Bord tat-Tmexxija l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-konferenzi, seminars u laqgħat, kif ukoll dwar sejbiet minn studji jew xogħol fil-post imwettqa minn kwalunkwe organizzazzjoni membru jew korp membru tal-Forum Konsultattiv li huma rilevanti għall-ħidma tal-Aġenzija.

 

5a.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura li jiġu allokati riżorsi umani u finanzjarji adegwati għall-Forum Konsultattiv.

6.  Il-Forum Konsultattiv għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena.

6.  Il-Forum Konsultattiv għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena.

Emenda     88

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 a.  Il-baġit, inkluż il-pjan ta' stabbiliment, għandu jinkludi ffinanzjar suffiċjenti tal-Istrateġija għad-Drittijiet Fundamentali u tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali li jammontaw għal mill-inqas 5 % tal-baġit globali.

Emenda     89

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja segwenti, l-Aġenzija għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.

Sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja segwenti, l-Aġenzija għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri. Ir-rapport għandu jipprovdi d-dettalji dwar in-nefqa fir-rigward ta' kull kompitu elenkat fl-Artikolu 2.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 54 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 54a

 

Protezzjoni tad-Drittijiet Fundamentali u Strateġija għad-Drittijiet Fundamentali

 

1.  L-Agenzija għandha tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fit-twettiq tal-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Karta, id-dritt internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni tal-1951, il-Protokoll tal-1967, in-normi ġuridiċi adottati fil-kuntest tas-SEKA u l-obbligi relatati mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tagħha.

 

2.  Għall-għan imsemmi fil-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tfassal u tiżviluppa ulterjorment u timplimenta Strateġija għad-Drittijiet Fundamentali, inkluż mekkaniżmu effettiv għall-monitoraġġ tar-rispett għad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 54b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 54b

 

Kodiċi ta' Kondotta

 

L-Aġenzija għandha tfassal u tiżviluppa ulterjorment Kodiċi ta' Kondotta applikabbli għall-esperti kollha involuti f'operazzjonijiet ta' appoġġ ikkoordinati mill-Aġenzija. Il-Kodiċi ta' Kondotta għandu jistabbilixxi l-proċeduri maħsuba sabiex jiggarantixxu l-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali mmirati b'mod partikolari lejn it-tfal, il-minorenni mhux akkumpanjati u persuni oħra li jinsabu f'sitwazzjoni vulnerabbli, kif ukoll persuni li jfittxu protezzjoni internazzjonali. Il-Kodiċi ta' Kondotta għandu japplika għall-persuni kollha li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 54c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 54c

 

Mekkaniżmu ta' lment

 

1.  L-Aġenzija għandha, f'kooperazzjoni mal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, tieħu l-miżuri meħtieġa biex toħloq mekkaniżmu tal-ilmenti skont dan l-Artikolu biex timmonitorja u tiżgura r-rispett għad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

 

2.  Kwalunkwe persuna li tkun direttament affettwata mill-azzjonijiet tal-persunal involut f'attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija jew bl-involviment tagħha, u li tqis lilha nnifisha li kienet is-suġġett ta' ksur tad-drittijiet fundamentali tagħha minħabba dawk l-azzjonijiet, jew kwalunkwe parti li tirrappreżenta lil tali persuna, tista' tressaq ilment bil-miktub lill-Aġenzija.

 

3.  Għandhom ikunu ammissibbli biss ilmenti sostanzjati li jinvolvu ksur konkret tad-drittijiet fundamentali. Ilmenti li huma anonimi, malizzjużi, frivoli, vessatorji, ipotetiċi jew mhux preċiżi għandhom jitqiesu mhux ammissibbli.

 

4.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jkun responsabbli mill-indirizzar tal-ilmenti li jaslu għand l-Aġenzija skont id-dritt għal amministrazzjoni tajba. Għal dan l-għan, l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jirrieżamina l-ammissibilità ta' lment, jirreġistra l-ilmenti ammissibbli, jgħaddi l-ilmenti rreġistrati kollha lid-Direttur Eżekuttiv, jgħaddi l-ilmenti li jikkonċernaw lil membri tat-timijiet lill-Istat Membru ta' oriġini, jinforma lill-awtorità rilevanti jew lill-korp kompetenti għad-drittijiet fundamentali fi Stat Membru, u jirreġistra u jiżgura s-segwitu mill-Aġenzija jew dak l-Istat Membru.

 

5.  Skont id-dritt għal amministrazzjoni tajba, jekk ilment ikun ammissibbli, l-ilmentaturi għandhom ikunu infurmati li lment ġie rreġistrat, li tkun inbdiet valutazzjoni u li tweġiba tista' tkun mistennija malli ssir disponibbli. Jekk ilment jiġi mgħoddi lil awtoritajiet jew korpi nazzjonali, l-ilmentatur għandu jiġi pprovdut bid-dettalji ta' kuntatt tagħhom. Jekk ilment ma jkunx ammissibbli, l-ilmentaturi għandhom ikunu infurmati bir-raġunijiet għall-inammissibilità u, jekk ikun possibbli, ipprovduti b'aktar possibilitajiet biex jiġi indirizzat it-tħassib tagħhom.

 

Kwalunkwe deċiżjoni għandha tkun bil-miktub u motivata.

 

6.  Fil-każ ta' lment reġistrat li jikkonċerna membru tal-persunal tal-Aġenzija, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiżgura segwitu xieraq, b'konsultazzjoni mal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, inklużi miżuri dixxiplinarji kif ikun meħtieġ. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lura f'qafas ta' żmien determinat lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali dwar is-sejbiet u s-segwitu mogħti mill-Aġenzija lil ilment, inklużi l-miżuri dixxiplinarji kif meħtieġ.

 

Jekk ilment ikun relatat ma' kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-dejta, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinvolvi lill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta tal-Aġenzija. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali u l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta għandhom jistabbilixxu, bil-miktub, memorandum ta' qbil li jispeċifika t-tqassim tal-kompiti tagħhom u l-kooperazzjoni fir-rigward tal-ilmenti milqugħa.

 

7.  Fil-każ ta' lment li jikkonċerna espert ta' Stat Membru ospitanti jew membru tat-timijiet, inklużi membri ssekondati tat-timijiet jew esperti nazzjonali ssekondati, l-Istat Membru ta' oriġini għandu jiżgura segwitu xieraq, inkluż miżuri dixxiplinarji kif meħtieġ jew miżuri oħrajn skont il-liġi nazzjonali. L-Istat Membru rilevanti għandu jirrapporta lura lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali dwar is-sejbiet u s-segwitu għal ilment fi żmien perjodu determinat, u jekk meħtieġ, f'intervalli regolari minn dak iż-żmien 'il quddiem. L-Aġenzija għandha tagħti segwitu lill-kwistjoni jekk l-ebda rapport ma jasal mill-Istat Membru rilevanti.

 

8.  F'każ li espert mibgħut mill-Aġenzija jew espert nazzjonali ssekondat jinstab li kiser id-drittijiet fundamentali jew l-obbligi ta' protezzjoni internazzjonali, l-Aġenzija għandha titlob lill-Istat Membru jneħħi lill-espert jew lill-espert nazzjonali ssekondat immedjatament mill-attività tal-Aġenzija jew mir-riżerva ta' intervent għall-asil.

 

9.  L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jirrapporta lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord ta' Tmexxija dwar is-sejbiet u s-segwitu għall-ilmenti mill-Aġenzija u l-Istati Membri. L-Aġenzija, fir-rapport annwali tagħha, għandha tinkludi informazzjoni dwar il-mekkaniżmu ta' lmenti.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 59 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 59a

 

Prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess

 

L-Aġenzija għandha tadotta regoli interni li jesiġu li l-membri tal-korpi tagħha u l-membri tal-persunal tagħha jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista' tagħti lok għal kunflitt ta' interess matul l-impjieg jew il-mandat tagħhom u jirrappurtaw tali sitwazzjonijiet.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 60

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tapplika r-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/44335 u 2015/44436. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw, b'mod partikolari, għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna tal-informazzjoni klassifikata.

1.  L-Aġenzija għandha tapplika r-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/44335 u 2015/44436. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw, b'mod partikolari, għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna tal-informazzjoni klassifikata.

2.  L-Aġenzija għandha tapplika wkoll il-prinċipji ta' sigurtà relatati mal-ipproċessar ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u kif implimentati mill-Kummissjoni. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji ta' sigurtà.

2.  L-Aġenzija għandha tapplika wkoll il-prinċipji ta' sigurtà relatati mal-ipproċessar ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u kif implimentati mill-Kummissjoni. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji ta' sigurtà.

 

2a.  L-informazzjoni kklassifikata għandha tkun disponibbli għall-Parlament Ewropew skont dan ir-Regolament. It-trażmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u d-dokumenti mibgħuta lill-Parlament Ewropew f'konformita' ma' dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar it-trażmissjoni u t-trattament ta' informazzjoni kklassifikata li huma applikabbli bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni.

__________________

__________________

35 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

35 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

36 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

36 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

Emenda     95

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull dannu kkawżat mid-dipartimenti tagħha jew mill-persunal tagħha fil-kors tat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

3.  Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull dannu kkawżat mid-dipartimenti tagħha jew mill-persunal tagħha fil-kors tat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 26, l-Aġenzija għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe ħsara kkawżata minn membri tat-timijiet matul l-operazzjonijiet tagħhom, b'mod partikolari, il-ħsara kkawżata minn ksur tad-drittijiet fundamentali.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 63 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 63a

 

Emenda għar-Regolament (UE) 2016/399

 

Fir-Regolament (UE) 2016/399, l-Artikolu 29(1) qed jinbidel b'dan li ġej: ‘1. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn il-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni jitqiegħed f'riskju b'riżultat ta' nuqqasijiet serji persistenti relatati mal-kontrolli fil-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament jew bħala riżultat tan-nuqqas ta' konformità ta' Stat Membru ma' deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, jew bħala riżultat tan-nuqqas ta' konformità ta' Stat Membru flimkien mal-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 15(3a) tar-Regolament (UE) 2016/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*+, u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, u sa fejn dawk iċ-ċirkostanzi jikkostitwixxu theddida serja għall-politika pubblika jew is-sigurtà interna fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni jew partijiet minnha, il-kontrolli fil-fruntieri tal-fruntieri interni jistgħu jiġu introdotti mill-ġdid skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għal perjodu massimu ta' sitt xhur. Dak il-perijodu jista' jiġi estiż, mhux aktar minn tliet darbiet, b'perjodu ulterjuri ta' mhux aktar minn sitt xhur jekk jippersistu ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali.

 

__________________

 

1a  Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

 

*  Regolament (UE) 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 (ĠU L ..., ..., p. ...).

 

+  ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru tas-serje tar-Regolament f'2016/0131(COD) u d-dettalji tal-pubblikazzjoni fin-nota f'qiegħ il-paġna.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 65

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandu tħejji rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-ażil fl-Unjoni Ewropea, b'kont debitu meħud tal-informazzjoni diġà disponibbli minn sorsi rilevanti oħra. Bħala parti minn dak ir-rapport, l-Aġenzija għandha tevalwa r-riżultati tal-attivitajiet magħmula skont dan ir-Regolament u tagħmel analiżi komparattiva komprensiva tagħhom bil-għan li titjieb il-kwalità, il-konsistenza u l-effikaċjità tas-SEKA.

1.  L-Aġenzija għandha tħejji rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-asil fl-Unjoni Ewropea, b'kont debitu meħud tal-informazzjoni diġà disponibbli minn sorsi rilevanti oħra. Bħala parti minn dak ir-rapport, l-Aġenzija għandha tevalwa r-riżultati tal-attivitajiet magħmula skont dan ir-Regolament u tagħmel analiżi komparattiva komprensiva tagħhom bil-għan li titjieb il-kwalità, il-konsistenza u l-effikaċja tas-SEKA.

2.  L-Aġenzija għandha tibgħat ir-rapport ta' attività annwali lill-Bord tat-Tmexxija, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta wkoll ir-rapport annwali lill-Parlament Ewropew.

2.  L-Aġenzija għandha tibgħat ir-rapport ta' attività annwali lill-Bord tat-Tmexxija, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta wkoll ir-rapport annwali lill-Parlament Ewropew.

 

2a.  Ir-rapport annwali għandu jkun disponibbli għall-pubbliku u għandu jiġi ppubblikat fis-sit web tal-Aġenzija.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 66

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni sabiex tivvaluta, b'mod partikolari, il-prestazzjoni tal-Aġenzija f'relazzjoni mal-għanijiet, mandat u kompiti tagħha. Din il-valutazzjoni għandha tkopri l-impatt tal-Aġenzija fuq il-kooperazzjoni prattika dwar kwistjonijiet relatati mal-ażil u fuq is-SEKA. L-evalwazzjoni għandha tagħti l-konsiderazzjoni dovuta lill-progress magħmul, fil-mandat tagħha, inkluża l-valutazzjoni ta' jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali sabiex ikunu żgurati solidarjetà effikaċi u kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet mal-Istati Membri li jkunu suġġetti għal pressjoni partikolari.

1.  Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni indipendenti esterna sabiex tivvaluta, b'mod partikolari, il-prestazzjoni tal-Aġenzija f'relazzjoni mal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha. Din il-valutazzjoni għandha tkopri l-impatt tal-Aġenzija fuq il-kooperazzjoni prattika dwar kwistjonijiet relatati mal-asil u fuq is-SEKA. L-evalwazzjoni għandha tagħti l-kunsiderazzjoni dovuta lill-progress magħmul, fil-mandat tagħha, inkluża l-valutazzjoni ta' jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali sabiex ikunu żgurati solidarjetà effikaċi u kondiviżjoni tar-responsabilitajiet mal-Istati Membri li jkunu suġġetti għal pressjoni partikolari.

B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kull modifika bħal din. Hija għandha teżamina wkoll lejn jekk l-istruttura maniġerjali hijiex adatta għat-twettiq tad-doveri tal-Aġenzija. L-evalwazzjoni għandha tieħu kont tal-fehmiet tal-partijiet interessati, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali.

B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kull modifika bħal din. Hija għandha teżamina wkoll lejn jekk l-istruttura maniġerjali hijiex adatta għat-twettiq tad-doveri tal-Aġenzija. L-evalwazzjoni għandha tieħu kont tal-fehmiet tal-partijiet interessati, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali.

2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

3.  Fl-okkażjoni ta' kull tieni evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis jekk il-kontinwazzjoni tal-Aġenzija għadhiex ġustifikata fir-rigward tal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti assenjati lilha, u din tista' tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat kif xieraq jew revokat.

3.  Fl-okkażjoni ta' kull tieni evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis jekk il-kontinwazzjoni tal-Aġenzija għadhiex ġustifikata fir-rigward tal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti assenjati lilha, u din tista' tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat kif xieraq jew revokat.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Anness 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness 1a

 

Kontribuzzjonijiet li għandhom jiġu pprovduti minn kull Stat Membru, għan-numru minimu totali ta' 500 espert, f'konformità mal-Artikolu 18(1a):

 

il-Belġju

 

10

 

il-Bulgarija

 

13

 

ir-Repubblika Ċeka

 

7

 

id-Danimarka

 

10

 

il-Ġermanja

 

74

 

l-Estonja

 

6

 

il-Greċja

 

17

 

Spanja

 

37

 

Franza

 

56

 

il-Kroazja

 

22

 

l-Italja

 

41

 

Ċipru

 

3

 

il-Latvja

 

10

 

il-Litwanja

 

13

 

Lussemburgu

 

3

 

l-Ungerija

 

22

 

Malta

 

2

 

in-Netherlands

 

17

 

l-Awstrija

 

11

 

il-Polonja

 

32

 

il-Portugall

 

16

 

ir-Rumanija

 

24

 

is-Slovenja

 

12

 

is-Slovakkja

 

12

 

il-Finlandja

 

10

 

l-Iżvezja

 

6

 

l-Iżvizzera

 

5

 

l-Iżlanda

 

2

 

il-Liechtenstein

 

*

 

in-Norveġja

 

7

 

TOTAL

 

500

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħolqien ta' Aġenzija Ewropea għall-Asil għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rwol tal-EASO u tiżviluppaha f'aġenzija li tista' tassumi rwol ġdid fl-implimentazzjoni tas-SEKA u preżenza aktar qawwija fl-operazzjonijiet. Ir-rapporteur jemmen li, sabiex dan jinkiseb, huwa essenzjali li l-EASO tiġi trasformata f'aġenzija kompluta tal-UE bil-mezzi u l-mandat meħtieġa biex tgħin lill-Istati Membri f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, iżda wkoll biex tipprovdi l-esperjenza operazzjonali meħtieġa u l-assistenza teknika lill-Istati Membri, biex tkun tista' tirrinforza u tikkomplementa s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza ta' Stat Membru, inkluż l-appoġġ għal distribuzzjoni ġusta u sostenibbli ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni u t-tħaddim tas-SEKA. B'mod aktar ġenerali, huwa importanti li l-Aġenzija tingħata mandat li jikkorrispondi għall-għan aħħari tat-tisħiħ tas-SEKA. Barra minn hekk, peress li r-Regolament dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta għandha tidħol fis-seħħ dalwaqt, ir-rapporteur jemmen li Aġenzija tal-Asil daqstant b'saħħitha u operazzjonali hija kruċjali fil-ġestjoni tal-kriżi attwali.

Ir-rapporteur jilqa' u jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li timmira li żżid b'mod sinifikanti r-rwol tal-EASO f'kooperazzjoni prattika, l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-asil, l-iżgurar ta' konverġenza akbar tas-SEKA, il-promozzjoni tad-dritt internazzjonali u tal-Unjoni dwar l-istandards operazzjonali tal-asil, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tas-SEKA u biex tipprovdi aktar assistenza operazzjonali u teknika lill-Istati Membri.

Ir-rapporteur jappoġġja l-fehma li l-kapaċità operazzjonali tal-Aġenzija hija tassew kruċjali. Jenħtieġ li l-Aġenzija jkollha riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani li jkunu xierqa għall-kompiti l-ġodda tagħha, b'mod partikolari l-isfidi attwali tal-flussi tal-immigrazzjoni fl-Ewropa, u magħmula disponibbli b'mod effiċjenti. Jenħtieġ li din il-kapaċità tkun ibbażata fuq il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri.

Ir-rapporteur jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u korpi u aġenziji Ewropej oħra, b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta kemm strateġikament, operazzjonalment kif ukoll teknikament. Barra minn hekk, ir-rapporteur jipproponi relazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-Aġenzija u l-UNHCR u huwa tal-opinjoni li tali kooperazzjoni tkun ta' benefiċċju kbir. Ġie propost ukoll li tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn l-Aġenzija u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, inklużi assoċjazzjonijiet tal-imħallfin.

Ir-rapporteur jemmen li t-taħriġ huwa wieħed mill-aktar kompiti importanti tal-Aġenzija. Ir-rapporteur jipproponi li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tat-taħriġ offrut mill-aġenzija u jsir aktar flessibbli u adattabbli għall-ħtiġijiet attwali. Għalhekk, il-Bord ta' Amministrazzjoni qed jingħata l-possibilità li jintroduċi suġġetti ġodda.

Ir-rapporteur jilqa' r-rwol tal-Aġenzija fil-monitoraġġ tal-konformità tal-Istati Membri mal-aspetti kollha tas-SEKA. Ir-rapporteur jemmen li l-Istati Membri kollha jeħtiġilhom ikunu mmonitorjati darba kull 5 snin fl-aspetti kollha tas-SEKA. Dan jista' jiġi interpretat ukoll bħala miżura preventiva, peress li n-nuqqasijiet ikunu jistgħu jiġu identifikati u korretti fil-ħin. Ir-riżultat ta' dawn il-valutazzjonijiet għandu jipprovdi stampa ċara dwar il-funzjonament ġenerali tas-SEKA.

Barra minn din il-valutazzjoni ġenerali, ir-rapporteur jemmen li teħtieġ il-possibilità ta' valutazzjoni/monitoraġġ li għandha tiġi deċiża fuq bażi annwali. Huwa propost li din il-valutazzjoni għandha tiġi marbuta mal-analiżi ta' informazzjoni mħejjija mill-Aġenzija skont l-Artikolu 4. Il-valutazzjoni annwali tista' ssir f'wieħed jew aktar Stati Membri, skont l-analiżi ta' informazzjoni mwettqa mill-Aġenzija msemmija hawn fuq.

Il-Kummissjoni pproponiet li tippermetti lill-Aġenzija tniedi eżerċizzju ta' monitoraġġ fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Kummissjoni. Ir-rapporteur jappoġġja din l-idea, iżda dan il-monitoraġġ jenħtieġ li jsir biss f'każijiet speċifiċi, fejn l-avvenimenti f'xi Stati Membri jagħtu lok għal tħassib serju rigward il-funzjonament ta' xi aspetti ta' dik is-sistema ta' asil tal-Istati Membri u jista' jipperikola t-tħaddim tas-SEKA jekk ma jsirx b'mod f'waqtu.

Ir-rapporteur jipproponi li l-Aġenzija tfassal strateġija għad-drittijiet fundamentali mħejjija mill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, li se jkun responsabbli wkoll għall-mekkaniżmu tal-ilmenti.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (2.12.2016)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010
(COM(2016)271 – C8-0174/2016 – 2016/0131(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Ramona Nicole Mănescu

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-għan tal-politika tal-Unjoni dwar l-asil huwa li tiġi żviluppata u stabbilita Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA), li tkun konsistenti mal-valuri u t-tradizzjoni umanitarja tal-Unjoni Ewropea u rregolata mill-prinċipju ta' solidarjetà u tqassim ġust tar-responsabilità.

(1)  L-għan tal-politika tal-Unjoni dwar l-asil huwa li tiġi żviluppata u stabbilita Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA), li tkun konsistenti mad-dritt internazzjonali u tal-Unjoni rilevanti, b'mod partikulari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-valuri u t-tradizzjoni umanitarja tal-Unjoni Ewropea u rregolata mill-prinċipju ta' solidarjetà u tqassim ġust tar-responsabilità, kif ukoll li tagħmel distinzjoni bejn l-ispeċifiċitajiet u d-differenzi fil-piżijiet fuq Stati Membri individwali.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Is-SEKA hija bbażata fuq standards komuni minimi għall-proċeduri tal-asil, ir-rikonoxximent u l-protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza u sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għal dawk li jfittxu asil. Minkejja l-progress dwar is-SEKA, għad hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fl-għotja ta' protezzjoni internazzjonali u l-forma li tieħu tali protezzjoni internazzjonali. Dawn id-diskrepanzi jinħtieġ li jiġu indirizzati billi tiġi żgurata konverġenza akbar fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u billi jiġi garantit livell għoli u uniformi ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni madwar l-Unjoni.

(2)  Is-SEKA hija bbażata fuq standards komuni minimi għall-proċeduri tal-asil, ir-rikonoxximent u l-protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza u sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għal dawk li jfittxu asil. Minkejja l-progress dwar is-SEKA, għad hemm differenzi bejn l-Istati Membri fl-għotja ta' protezzjoni internazzjonali u l-forma li tieħu tali protezzjoni internazzjonali, minħabba varjazzjonijiet reġjonali u sfidi ġeopolitiċi. Dawn id-diskrepanzi jinħtieġ li jiġu indirizzati billi tiġi żgurata kooperazzjoni akbar fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u billi jiġi garantit livell għoli ta' applikazzjoni u infurzar effiċjenti tal-liġi tal-Unjoni u dik internazzjonali madwar l-Unjoni abbazi tal-aħjar prattiki u l-involviment aħjar tal-atturi reġjonali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Wara li jiġu kkunsidrati n-nuqqasijiet strutturali tas-SEKA żvelati bil-wasla mhux ikkontrollata fuq skala kbira ta' migranti u applikanti għall-asil lejn l-Unjoni u l-ħtieġa għal livell effiċjenti, għoli u uniformi tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar l-asil fl-Istati Membri, huwa meħtieġ li jittejbu l-implimentazzjoni u t-tħaddim tas-SEKA billi wieħed jibni fuq il-ħidma tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-asil u jiġi żviluppat f'Aġenzija sħiħa li jinħtieġ li tkun responsabbli għall-iffaċilitar u t-titjib tal-funzjonament tas-SEKA, li jippermetti distribuzzjoni sostenibbli u ġusta tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali sabiex tkun żgurata l-konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali madwar l-Unjoni, u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni operazzjonali u teknika tal-liġi tal-Unjoni.

(5)  Wara li jiġu kkunsidrati n-nuqqasijiet strutturali tas-SEKA żvelati bil-wasla mhux ikkontrollata fuq skala kbira ta' migranti u applikanti għall-asil lejn l-Unjoni u l-ħtieġa għal livell effiċjenti, għoli u uniformi tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u dik internazzjonali dwar l-asil fl-Istati Membri, huwa meħtieġ li jittejbu l-implimentazzjoni u t-tħaddim tas-SEKA billi wieħed jibni fuq il-ħidma tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-asil u jiġi żviluppat f'Aġenzija sħiħa li jinħtieġ li tkun responsabbli għall-iffaċilitar u t-titjib tal-funzjonament tas-SEKA, li jippermetti distribuzzjoni sostenibbli u ġusta tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali sabiex tkun żgurata l-konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali madwar l-Unjoni, u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni operazzjonali u teknika tal-liġi tal-Unjoni u dik internazzjonali.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-kompiti tal-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-asil jeħtieġ li jiġu estiżi, u biex jiġu riflessi dawn il-bidliet, jinħtieġ li jingħata l-isem ġdid ta' Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil. L-Aġenzija jinħtieġ li tkun ċentru ta' kompetenza esperta, u r-rwol ewlieni tagħha jinħtieġ li jkun li ssaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri dwar l-asil, biex tippromwovi d-dritt tal-Unjoni u standards operazzjonali biex jiġi żgurat livell għoli ta' uniformità fir-rigward ta' proċeduri tal-asil, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni madwar l-Unjoni, biex tiġi sorveljata l-applikazzjoni operazzjonali u teknika tal-liġi tal-Unjoni u l-istandards fir-rigward tal-asil, jingħata appoġġ lis-sistema ta' Dublin u jingħata aktar appoġġ tekniku u operazzjonali lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza, b'mod partikolari lil dawk li s-sistemi tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata.

(6)  Il-kompiti tal-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-asil jeħtieġ li jiġu mmirati, u biex jiġu riflessi dawn il-bidliet, jinħtieġ li jingħata l-isem ġdid ta' Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. L-Aġenzija jinħtieġ li tkun ċentru ta' kompetenza esperta, u r-rwol ewlieni tagħha jinħtieġ li jkun li ssaħħaħ u tħeġġeġ il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri dwar l-asil, biex tippromwovi d-dritt tal-Unjoni u standards operazzjonali biex jiġi żgurat livell għoli ta' uniformità fir-rigward ta' proċeduri tal-asil, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni madwar l-Unjoni, biex tiġi sorveljata l-applikazzjoni operazzjonali u teknika tal-liġi tal-Unjoni u l-istandards fir-rigward tal-asil, jingħata appoġġ lis-sistema ta' Dublin u jingħata aktar appoġġ tekniku u operazzjonali lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza, b'mod partikolari lil dawk li s-sistemi tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata, iktar koordinazzjoni bejn il-Frontex u l-Istati Membri bl-għan li jaġixxu b'mod aktar effettiv fil-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni u bl-għan li jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' pressjoni migratorja inkontrollabli, tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u jiġu ġestiti l-movimenti sekondarji b'mod regolat.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil jinħtieġ li taħdem f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-asil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali tal-immigrazzjoni u tal-asil u ma' servizzi oħra, waqt li tuża l-ħiliet u l-kompetenza esperta ta' dawn is-servizzi, kif ukoll mal-Kummissjoni. L-Istati Membri jinħtieġ li jikkooperaw mal-Aġenzija biex jiġi żgurat li din tkun tista' twettaq il-mandat tagħha. Huwa importanti li l-Aġenzija u l-Istati Membri jaġixxu in bona fede u li jkollhom skambju f'waqtu u preċiż tal-informazzjoni. Kull dispożizzjoni ta' dejta tal-istatistika jinħtieġ li tirrispetta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u metodoloġiċi tar-Regolament (KE) Nru 862/2007. 8

(7)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil jinħtieġ li taħdem f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-asil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali tal-immigrazzjoni u tal-asil u ma' servizzi oħra, waqt li tuża l-ħiliet u l-kompetenza esperta ta' dawn is-servizzi, kif ukoll mal-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu. L-Istati Membri jinħtieġ li jikkooperaw mal-Aġenzija biex jiġi żgurat li din tkun tista' twettaq il-mandat tagħha. Huwa importanti li l-Aġenzija u l-Istati Membri jaġixxu in bona fede u li jkollhom skambju f'waqtu u preċiż tal-informazzjoni. Kull dispożizzjoni ta' dejta tal-istatistika jinħtieġ li tirrispetta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u metodoloġiċi tar-Regolament (KE) Nru 862/2007. 8

__________________

__________________

8Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-ġbir ta' statistika dwar ħaddiema barranin (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23).

8Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-ġbir ta' statistika dwar ħaddiema barranin (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil jinħtieġ li tiġbor u tanalizza informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, sa fejn dan jista' jkollu impatt fuq l-Unjoni. Dan jinħtieġ li jippermetti lill-Aġenzija biex tassisti lill-Istati Membri b'fehim aħjar tal-fatturi relatati mal-asil għal migrazzjoni lejn u fl-Unjoni, kif ukoll għall-finijiet ta' twissija bikrija u tħejjija tal-Istati Membri.

(8)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil jinħtieġ li tiġbor u tanalizza informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil fl-Unjoni, f'pajjiżi terzi u fil-pajjiżi ta' tranżitu, f'kooperazzjoni mal-UNHCR u l-Forum Konsultattiv, sa fejn dan jista' jkollu impatt fuq l-Unjoni u speċifikament fuq Stat Membru milqut direttament minħabba li jkun qrib pajjiż terz. Dan jinħtieġ li jippermetti lill-Aġenzija biex tassisti lill-Istati Membri b'fehim aħjar tal-fatturi relatati mal-asil għal migrazzjoni lejn u fl-Unjoni, kif ukoll għall-finijiet ta' twissija bikrija u tħejjija tal-Istati Membri.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil jinħtieġ li tiżgura approċċ aktar strutturat u l-produzzjoni effiċjenti tal-informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni Ewropea. Huwa meħtieġ għall-Aġenzija li tiġbor l-informazzjoni u tħejji r-rapporti li jipprovdu informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini permezz tal-użu ta' netwerks Ewropej għall-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jinħolqu sinerġiji ma' rapporti nazzjonali. Barra minn hekk, sabiex tkun żgurata konverġenza fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u n-natura u l-kwalità tal-protezzjoni mogħtija, l-Aġenzija jinħtieġ li, flimkien mal-Istati Membri, tmexxi u tiżviluppa analiżi komuni li jipprovdi gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi speċifiċi tal-oriġini.

(11)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil jinħtieġ li tiżgura approċċ aktar strutturat u l-produzzjoni effiċjenti tal-informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu fil-livell tal-Unjoni Ewropea. Huwa meħtieġ għall-Aġenzija li tiġbor l-informazzjoni u tħejji r-rapporti li jipprovdu informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini u ta' tranżitu permezz tal-użu ta' netwerks Ewropej, b'mod partikolari s-SEAE, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri, għall-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jinħolqu sinerġiji ma' rapporti nazzjonali. Barra minn hekk, sabiex jiġu żgurati konverġenza u standards għoljin fil-valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u n-natura u l-kwalità tal-protezzjoni mogħtija, l-Aġenzija jinħtieġ li, flimkien mal-Istati Membri, tmexxi u tiżviluppa analiżi komuni li jipprovdi gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi speċifiċi tal-oriġini. Din l-analiżi komuni għandha tiġi żviluppata billi jitqiesu l-informazzjoni rilevanti l-aktar reċenti u r-rapporti tal-IOM, ta' organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali u tal-UNHCR, bħar-rapporti tal-missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni u d-dokumenti ta' pożizzjoni speċifiċi għall-pajjiz/għas-sitwazzjoni u l-eliġibilità ta' linji gwida li jirrelataw b'mod speċifiku mal-pajjiż ta' oriġini u ta' transitu. Fejn ikun hemm kunflitt bejn l-analiżi komuni u l-gwida tal-UNHCR, jinħtieġ li din tal-aħħar titqies bir-reqqa mill-Istati Membri meta jeżaminaw applikazzjonijiet individwali għall-protezzjoni internazzjonali skont ir-responsabilità superviżorja tal-UNHCR kif stabbilit fil-paragrafu 8 tal-Istatut tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, moqri flimkien mal-Artikolu 35 tal-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati (Konvenzjoni tal-1951) u l-Artikolu II tal-Protokoll tal-1967 dwar l-istatus tar-rifuġjati (il-Protokoll tal-1967).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu stabbilita mir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX 9 għandha tiġi riveduta regolarment mill-Kummissjoni. Wara li jiġi kkunsidrat l-għarfien espert tal-Aġenzija, hija jinħtieġ li tgħin lill-Kummissjoni tirrevedi dik il-lista. L-Aġenzija, b'talba tal-Kummissjoni, jinħtieġ ukoll li tipprovdilha informazzjoni dwar pajjiżi terzi speċifiċi li jistgħu jiġu inklużi fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, u fuq pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi ta' oriġini siguri jew pajjiżi terzi siguri jew li għalihom il-kunċetti ta' pajjiż terz bla periklu, l-ewwel pajjiż tal-asil jew pajjiż terz Ewropew bla periklu mill-Istati Membri japplikaw.

(12)  Il-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu stabbilita mir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 jinħtieġ li tiġi rieżaminataregolarment mill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mas-SEAE, filwaqt li jiġi żgurat li l-prinċipju ta' non-refoulement u d-dritt individwali għall-asil, b'mod partikolari ta' persuni li jappartjenu għal gruppi vulnerabbli bħalma huma l-minorenni mhux akkumpanjati, ma jiddgħajfux. Wara li jiġi kkunsidrat l-għarfien espert tal-Aġenzija, hija jinħtieġ li tgħin lill-Kummissjoni tirrevedi dik il-lista. L-Aġenzija jinħtieġ li tipprovdi wkoll lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew informazzjoni dwar pajjiżi terzi speċifiċi li jistgħu jiġu inklużi fil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, u fuq pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi ta' oriġini siguri jew pajjiżi terzi siguri jew li għalihom il-kunċetti ta' pajjiż terz bla periklu, l-ewwel pajjiż tal-asil jew pajjiż terz Ewropew bla periklu mill-Istati Membri japplikaw.

__________________

__________________

9 OJ L […]

9 OJ L […]

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Biex jiġi żgurat livell għoli ta' uniformità fir-rigward ta' proċeduri tal-asil, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni fl-Unjoni kollha, l-Aġenzija jinħtieġ li torganizza u tikkoordina l-attivitajiet li jippromwovu d-dritt tal-Unjoni. Għal dan il-għan, l-Aġenzija jinħtieġ li tassisti lill-Istati Membri billi tiżviluppa standards operazzjonali u indikaturi għall-monitoraġġ tal-konformità ma' dawk l-istandards. L-Aġenzija jinħtieġ li tiżviluppa wkoll linji gwida dwar kwistjonijiet relatati mal-asil u jinħtieġ li tippermetti l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri.

(13)  Biex jiġi żgurat livell għoli ta' uniformità fir-rigward ta' proċeduri tal-asil, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni fl-Unjoni kollha, l-Aġenzija jinħtieġ li torganizza u tikkoordina l-attivitajiet li jippromwovu d-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali. Għal dan il-għan, l-Aġenzija jinħtieġ li tassisti lill-Istati Membri billi tiżviluppa standards operazzjonali u indikaturi għall-monitoraġġ tal-konformità ma' dawk l-istandards. L-Aġenzija għandha wkoll tiżviluppa linji gwida dwar kwistjonijiet relatati mal-asil tippermetti, tħeġġeġ u tikkoordina l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, il-UNHCR u l-Forum Konsultattiv.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mingħajr preġudizzju għar-responsabilità tal-Kummissjoni bħala gwardjana tat-Trattati, jinħtieġ li tistabbilixxi mekkaniżmu li jissorvelja u jivvaluta l-implimentazzjoni tas-SEKA, li l-Istati Membri jikkonformaw mal-istandards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prattiki dwar l-asil u biex tivverifika l-funzjonament tas-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza tal-Istati Membri. Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni jinħtieġ li jkunu komprensivi u jinħtieġ li jiġu bbażati, b'mod partikolari, fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil żviluppata mill-Aġenzija, żjarat fil-post u teħid ta' kampjuni tal-każijiet. L-Aġenzija jinħtieġ li tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Bord tat-Tmexxija, li min-naħa tiegħu jinħtieġ li jadotta r-rapport. Id-Direttur Eżekuttiv, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jinħtieġ li jagħmel abbozz ta' rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat fejn jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw nuqqasijiet serji, li mbagħad għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija bħala rakkomandazzjonijiet.

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mingħajr preġudizzju għar-responsabilità tal-Kummissjoni bħala gwardjana tat-Trattati, jinħtieġ li tistabbilixxi mekkaniżmu li jissorvelja u jivvaluta l-implimentazzjoni tas-SEKA, li l-Istati Membri jikkonformaw mal-istandards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prattiki dwar l-asil u biex tivverifika l-funzjonament tas-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza tal-Istati Membri. Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni jinħtieġ li jkunu komprensivi u jinħtieġ li jiġu bbażati, b'mod partikolari, fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni, u l-korpi ta' monitoraġġ tat-trattati dwar id-drittijiet tal-bniedem rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil żviluppata mill-Aġenzija, żjarat fil-post, skambju mal-awtoritajiet nazzjonali u esperti, kif ukoll teħid ta' kampjuni tal-każijiet. L-Aġenzija jinħtieġ li tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Bord tat-Tmexxija, li min-naħa tiegħu jinħtieġ li jadotta r-rapport. Id-Direttur Eżekuttiv, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jinħtieġ li jipprovdi rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat fejn jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw nuqqasijiet serji, li mbagħad għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija bħala rakkomandazzjonijiet.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jinħtieġ li jiġu segwiti abbażi ta' pjan ta' azzjoni mħejji mill-Istat Membru kkonċernat. Jekk, fi żmien il-perjodu stipulat, l-Istat Membru kkonċernat ma jiħux il-miżuri meħtieġa biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet, u n-nuqqasijiet tas-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza huma tant gravi li jipperikolaw il-funzjonament tas-SEKA, il-Kummissjoni, abbażi tal-evalwazzjoni tagħha tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni u s-serjetà tan-nuqqasijiet, jinħtieġ li tadotta rakkomandazzjonijiet indirizzati lil dan l-Istat Membru li jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa biex jiġu rrimedjati nuqqasijiet serji. Il-Kummissjoni tista' torganizza żjarat fil-post fl-Istat Membru kkonċernat biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni jinħtieġ ukoll li tidentifika l-miżuri li jinħtieġ jittieħdu mill-Aġenzija insostenn ta' dan l-Istat Membru. Jekk l-Istat Membru jibqa' mhux konformi għal ċertu perjodu ta' żmien, il-Kummissjoni tista' tieħu azzjoni ulterjuri u titlob lill-Aġenzija biex tintervjeni insostenn tal-istess Stat Membru.

(15)  Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jinħtieġ li jiġu segwiti abbażi ta' pjan ta' azzjoni mħejji mill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni jinħtieġ ukoll li tidentifika l-miżuri li jinħtieġ jittieħdu mill-Unjoni u mill-Aġenzija insostenn ta' dak l-Istat Membru. Jekk, fi żmien il-perjodu stipulat, l-Istat Membru kkonċernat ma jiħux il-miżuri meħtieġa biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet, u n-nuqqasijiet tas-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza huma tant gravi li jipperikolaw il-funzjonament tas-SEKA, il-Kummissjoni, abbażi tal-evalwazzjoni tagħha tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni u s-serjetà tan-nuqqasijiet, jinħtieġ li tadotta rakkomandazzjonijiet indirizzati lil dan l-Istat Membru li jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa biex jiġu rrimedjati nuqqasijiet serji. Il-Kummissjoni tista' torganizza żjarat fil-post fl-Istat Membru kkonċernat biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni. Jekk l-Istat Membru jibqa' mhux konformi għal ċertu perjodu ta' żmien, il-Kummissjoni tista' tieħu azzjoni ulterjuri li tirrikjedi lill-Unjoni u lill-Aġenzija biex jintervjenu insostenn tal-istess Stat Membru u tkompli tinsisti dwar il-ħtieġa għal konformità.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Biex tiffaċilita u ttejjeb il-funzjonament tas-SEKA u biex tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw l-obbligi tagħhom fil-qafas tas-SEKA, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil jinħtieġ li tipprovdi lill-Istati Membri b'assistenza teknika u operazzjonali, b'mod partikolari meta s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata. L-Aġenzija jinħtieġ li tipprovdi l-assistenza operazzjonali u teknika meħtieġa permezz tal-użu tat-timijiet ta' appoġġ għall-asil magħmula minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija stess, esperti mill-Istati Membri jew minn esperti ssekondati mill-Istati Membri lill-Aġenzija, u abbażi ta' pjan operazzjonali. Dawn it-timijiet jinħtieġ li jappoġġaw lill-Istati Membri b'miżuri operazzjonali u tekniċi, fosthom billi jipprovdu għarfien espert dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, servizzi ta' interpretazzjoni, informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' oriġini u għarfien dwar it-trattament u l-ġestjoni ta' każijiet ta' asil, kif ukoll billi jassistu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-eżami ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u billi jkun hemm għajnuna għar-rilokazzjoni. L-arranġamenti għat-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil jinħtieġ li jkunu regolati minn dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat l-iskjerament effikaċi tagħhom.

(16)  Biex tiffaċilita u ttejjeb il-funzjonament tas-SEKA u biex tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw l-obbligi tagħhom fil-qafas tas-SEKA, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jinħtieġ li tipprovdi lill-Istati Membri b'assistenza teknika u operazzjonali, b'mod partikolari meta s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata. L-Aġenzija jinħtieġ li tipprovdi l-assistenza operazzjonali u teknika meħtieġa permezz tal-użu tat-timijiet ta' appoġġ għall-asil magħmula minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija stess, esperti mill-Istati Membri jew minn esperti ssekondati mill-Istati Membri lill-Aġenzija, u abbażi ta' pjan operazzjonali. Jinħtieġ li esperti fit-timijiet ta' appoġġ għall-asil jitħarrġu mill-Aġenzija u jkollhom l-esperjenza rilevanti. Dawn it-timijiet jinħtieġ li jappoġġaw lill-Istati Membri b'miżuri operazzjonali u tekniċi, fosthom billi jipprovdu għarfien espert dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, servizzi ta' interpretazzjoni, informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' oriġini u għarfien dwar it-trattament u l-ġestjoni ta' każijiet ta' asil, kif ukoll billi jassistu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-eżami ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u billi jkun hemm għajnuna għar-rilokazzjoni. L-arranġamenti għat-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil jinħtieġ li jkunu regolati minn dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat l-iskjerament effikaċi tagħhom.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  F'każijiet meta s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza ta' Stat Membru jkunu soġġetti għal pressjoni sproporzjonata li tqiegħed responsabbiltajiet eċċezzjonalment tqal u urġenti fuq is-sistemi tagħhom tal-asil jew tal-akkoljenza, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil jinħtieġ li tassisti dan l-Istat Membru meta jitlobha jew bl-inizjattiva tal-Aġenzija stess, permezz ta' sett komprensiv ta' miżuri, fosthom l-użu ta' esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil. Sabiex tiġi żgurata d-disponibilità ta' dawn l-esperti u l-iskjerament immedjat tagħhom, ir-riżerva ta' intervent għall-asil jinħtieġ li tikkostitwixxi riżerva ta' esperti mill-Istati Membri li jammontaw għal minimu ta' 500 persuna. L-Aġenzija jinħtieġ li tkun hija stess li tintervjeni insostenn ta' Stat Membru fejn minkejja l-pressjoni sproporzjonata, l-Istat Membru kkonċernat ma jitlobx għal assistenza suffiċjenti mingħand l-Aġenzija jew l-Istat Membru ma jiħux biżżejjed azzjoni biex jindirizza din il-pressjoni bil-konsegwenza li s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza tiegħu jkunu ineffettivi u jiġi kompromess il-funzjonament tas-SEKA. Numru sproporzjonat ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li għalihom l-Istati Membri huma responsabbli jistgħu jkunu indikazzjoni ta' pressjoni sproporzjonata.

(17)  F'każijiet meta s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza ta' Stat Membru jkunu soġġetti għal pressjoni sproporzjonata li tqiegħed responsabbiltajiet eċċezzjonalment tqal u urġenti fuq is-sistemi tagħhom tal-asil jew tal-akkoljenza, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jinħtieġ li tassisti dan l-Istat Membru meta jitlobha jew bl-inizjattiva tal-Aġenzija stess, permezz ta' sett komprensiv ta' miżuri, fosthom l-użu ta' esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil. Sabiex tiġi żgurata d-disponibilità ta' dawn l-esperti u l-iskjerament immedjat tagħhom, ir-riżerva ta' intervent għall-asil jinħtieġ li tikkostitwixxi riżerva ta' esperti mill-Istati Membri li jammontaw għal minimu ta' 500 persuna. Jekk ikun hemm bżonn, l-Aġenzija jinħtieġ li tkun tista' tirrekluta persunal biex tkun tista' tipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-Istati Membri. L-Aġenzija jinħtieġ li tkun hija stess li tintervjeni insostenn ta' Stat Membru fejn minkejja l-pressjoni sproporzjonata, l-Istat Membru kkonċernat ma jitlobx għal assistenza suffiċjenti mingħand l-Aġenzija jew l-Istat Membru ma jiħux biżżejjed azzjoni biex jindirizza din il-pressjoni bil-konsegwenza li s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza tiegħu jkunu ineffettivi u jiġi kompromess il-funzjonament tas-SEKA. Numru sproporzjonat ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li għalihom l-Istati Membri huma responsabbli jistgħu jkunu indikazzjoni ta' pressjoni sproporzjonata.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Għall-Istati Membri li huma ffaċċjati bi pressjoni speċifika u sproporzjonata fuq is-sistemi tagħhom tal-asil u l-akkoljenza, partikolarment minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil jinħtieġ li tappoġġa l-iżvilupp ta' solidarjetà fl-Unjoni u tassisti fir-rilokazzjoni aħjar tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fost l-Istati Membri, waqt li tiżgura li s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza ma jiġux abbużati.

(19)  Għall-Istati Membri li huma ffaċċjati bi pressjoni speċifika u sproporzjonata fuq is-sistemi tagħhom tal-asil u l-akkoljenza, partikolarment minħabba s-sitwazzjoni ġeografika, ekonomika jew demografika tagħhom, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jinħtieġ li tappoġġa l-iżvilupp ta' solidarjetà fl-Unjoni u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabilità, tassisti fir-rilokazzjoni bl-aktar mod mgħaġġel possibbli tal-applikanti u l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fost l-Istati Membri, waqt li tiżgura li s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza ma jiġux abbużati u tappoġġa lill-Istati Membri milquta fl-isforzi tagħhom biex jipprevjenu l-abbuż permezz tal-immigrazzjoni illegali.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Sabiex twettaq il-missjoni tagħha u sa fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija Ewropea għalll-asil jinħtieġ li tikkoopera ma' korpi, aġenziji u organi tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, f'materji koperti b'dan ir-Regolament fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma konklużi skont il-liġi u politika tal-Unjoni. Dawn l-arranġamenti ta' ħidma jinħtieġ li jirċievu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

(21)  Sabiex twettaq il-missjoni tagħha u sa fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Asil jinħtieġ li tikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali, mal-korpi, aġenziji u organi tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, mal-uffiċjali ta' kollegament dwar il-migrazzjoni Ewropea u l-uffiċċji fuq il-post proposti skont il-Qafas ta' Sħubija għall-Migrazzjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, f'materji koperti b'dan ir-Regolament fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma konklużi skont il-liġi u politika tal-Unjoni u l-liġi internazzjonali. Dawn l-arranġamenti ta' ħidma jinħtieġ li jirċievu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil jinħtieġ tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR). f'materji koperti b'dan ir-Regolament fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma sabiex tibbenefika mill-kompetenza esperta u l-appoġġ tagħhom. Għal dan il-għan, ir-rwol tal-UNHCR kif ukoll dak tal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti l-oħra jinħtieġ li jkunu rikonoxxuti b'mod sħiħ u dawn l-organizzazzjonijiet jinħtieġ li jkunu involuti b'mod sħiħ fil-ħidma tal-Aġenzija. L-arranġamenti ta' ħidma jinħtieġ li jirċievu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

(23)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandha tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-UNHCR, l-IOM u l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) f'materji koperti b'dan ir-Regolament fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma sabiex tibbenefika mill-kompetenza esperta u l-appoġġ tagħhom. L-entitajiet tan-NU u l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti l-oħra jinħtieġ li jkunu rikonoxxuti b'mod sħiħ u dawn l-organizzazzjonijiet jinħtieġ li jkunu involuti b'mod sħiħ fil-ħidma tal-Aġenzija. L-arranġamenti ta' ħidma jinħtieġ li jirċievu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil jinħtieġ li tiffaċilita l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt dan ir-Regolament. Hija jinħtieġ li tikkoopera wkoll mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, fil-qafas ta' arranġamenti ta' ħidma li jinħtieġ li jirċievu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. L-Aġenzija jinħtieġ li taġixxi skont il-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u fl-ebda ċirkostanza m'għandha tfassal xi politika esterna indipendenti. Fil-kooperazzjoni tagħha ma' pajjiżi terzi, l-Aġenzija u l-Istati Membri jinħtieġ li jikkonformaw man-normi u standards tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni anki meta l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta' dawk il-pajjiżi.

(24)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jinħtieġ li tiffaċilita l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt dan ir-Regolament. Hija għandha wkoll tikkoopera mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet relatati mal-asil u r-risistemazzjoni fil-qafas ta' arranġamenti ta' ħidma li għandhom jirċievu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni f'konsultazzjoni mas-SEAE. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi informat fi żmien xieraq dwar dawn l-arranġamenti ta' ħidma qabel u wara l-konklużjoni tagħhom. L-Aġenzija jinħtieġ li taġixxi skont il-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u fl-ebda ċirkostanza m'għandha tfassal xi politika esterna indipendenti. Fil-kooperazzjoni tagħha ma' pajjiżi terzi, l-Aġenzija u l-Istati Membri jinħtieġ li jikkonformaw man-normi u standards tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik internazzjonali, inkluża l-liġi umanitarja internazzjonali, anki meta l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta' dawk il-pajjiżi. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jirrapportaw lill-Parlament Ewropew puntwalment dwar l-istat ta' kooperazzjoni ma' kwalunkwe pajjiż terz partikolari.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-attivitajiet kollha tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil għandhom jitwettqu b'rispett sħiħ għad-drittijiet u l-prinċipji fundamentali, inkluż id-dritt għall-asil, il-protezzjoni minn refoulement, id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dajta personali u d-dritt għal rimedju effettiv. Id-drittijiet tat-tfal u l-ħtiġijiet speċjali ta' persuni vulnerabbli għandhom dejjem jiġu kkunsidrati.

(26)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951. L-attivitajiet kollha tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil għandhom jitwettqu b'rispett sħiħ għad-drittijiet u l-prinċipji fundamentali, inkluż id-dritt għall-asil, il-protezzjoni minn refoulement, id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u d-dritt għal rimedju effettiv. Id-drittijiet tat-tfal u l-ħtiġijiet speċjali ta' persuni vulnerabbli, b'mod partikolari n-nisa u l-persuni LGBTI, għandhom dejjem jiġu kkunsidrati.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jinħtieġ li jkunu rrappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil sabiex jeżerċitaw superviżjoni politika fuq il-ħidma tagħha. Il-Bord tat-Tmexxija jinħtieġ li jkun magħmul, fejn possibbli, mill-kapijiet operazzjonali tal-amministrazzjonijiet tal-asil tal-Istati Membri, jew ir-rappreżentanti tagħhom. Il-Bord jinħtieġ li jingħata l-poteri meħtieġa, b'mod partikolari biex jistabbilixxi l-budget, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri ta' ħidma trasparenti għat-teħid ta' deċiżjonijiet mill-Aġenzija u jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv. L-Aġenzija jinħtieġ li tkun irregolata u mħaddma skont il-prinċipji tal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottati fid-19 ta' Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea.

(27)  Il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri jinħtieġ li jkunu rrappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil sabiex jeżerċitaw superviżjoni politika u skrutinju fuq il-ħidma tagħha. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jinkludi rappreżentant tal-UNHCR, tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u jkun magħmul, fejn possibbli, mill-kapijiet operattivi tal-amministrazzjonijiet tal-asil tal-Istati Membri, jew ir-rappreżentanti tagħhom. Il-Bord jinħtieġ li jingħata l-poteri meħtieġa, b'mod partikolari biex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri ta' ħidma trasparenti għat-teħid ta' deċiżjonijiet mill-Aġenzija u jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv. L-Aġenzija jinħtieġ li tkun irregolata u mħaddma skont il-prinċipji tal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottati fid-19 ta' Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Sabiex l-awtonomija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil tkun garantita, jinħtieġ li tingħata baġit awtonomu, li d-dħul tiegħu jiġi essenzjalment minn kontribuzzjoni mill-Unjoni. Il-finanzjament tal-Aġenzija għandu jkun soġġett għal ftehim mill-awtorità baġitarja kif imniżżel fil-punt 31 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji management.12 Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tkun applikabbli għall-kontribut tal-Unjoni u għal kwalunkwe għotja li għandha tiġi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-verifika tal-kontijiet jinħtieġ li ssir mill-Qorti tal-Awdituri.

imħassar

__________________

 

12 ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil (l-Aġenzija) għandha tiżgura l-applikazzjoni effiċjenti u uniformi tal-liġi tal-asil tal-Unjoni fl-Istati Membri. Għandha tiffaċilita l-implimentazzjoni u ttejjeb il-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-asil (SEKA), u għandha tkun responsabbli sabiex tippermetti l-konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali madwar l-Unjoni.

1.  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil (l-Aġenzija) għandha tiżgura l-applikazzjoni effiċjenti u uniformi tal-liġi tal-asil tal-Unjoni fl-Istati Membri. Għandha tiffaċilita l-implimentazzjoni u ttejjeb il-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA), f'konformità mal-liġi u l-istandards internazzjonali, u għandha tkun responsabbli sabiex tippermetti l-konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali madwar l-Unjoni.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tiġbor u tanalizza informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil u dwar l-implimentazzjoni tas-SEKA;

(b)  tiġbor u tanalizza informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi u dwar l-implimentazzjoni tas-SEKA;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tas-SEKA;

(c)  tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tas-SEKA u fit-twettiq tal-obbligi tal-Unjoni u internazzjonali tagħhom fil-qasam tal-asil;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  tissorvelja u tivvaluta l-implimentazzjoni tas-SEKA kif ukoll tas-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza tal-Istati Membri;

(l)  f'konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni, tissorvelja u tivvaluta l-implimentazzjoni tas-SEKA fir-rigward tas-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza tal-Istati Membri, li għandhom jiġu appoġġati fuq talba ta' kwalunkwe Stat Membru;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ma (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ma)  tikkoopera ma' pajjiżi terzi biex tippromwovi u tgħin fil-bini tal-kapaċità tas-sistemi ta' asil u ta' akkoljenza tagħhom stess f'konformità mal-istandards internazzjonali u timplimenta l-programmi ta' protezzjoni reġjonali.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha tappoġġa lill-Istati Membri fir-rigward tad-dimensjoni esterna tas-SEKA. F'dan ir-rigward, u bi ftehim mal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tikkoordina l-iskambju ta' informazzjoni u azzjonijiet oħra meħuda dwar kwistjonijiet li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-istrumenti u l-mekkaniżmi relatati mad-dimensjonijiet esterni tas-SEKA.

2.  L-Aġenzija għandha tappoġġa l-Istati Membri fir-relazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament u fir-rigward tad-dimensjoni esterna tas-SEKA. F'dan ir-rigward, u bi ftehim mal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tikkoordina l-iskambju ta' informazzjoni u azzjonijiet oħra meħuda dwar kwistjonijiet li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-istrumenti u l-mekkaniżmi relatati mad-dimensjoni esterna tas-SEKA. Għal dan l-għan u bi qbil mal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha jkollha l-possibilità li tistazzjona rappreżentanti tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet tal-asil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali ta' immigrazzjoni u tal-asil u servizzi nazzjonali oħra u mal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għal dawk attribwiti lil korpi rilevanti oħra tal-Unjoni u għandha taħdem mill-qrib ma' dawk il-korpi u mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR).

2.  L-Aġenzija għandha taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet tal-asil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali ta' immigrazzjoni u tal-asil u servizzi nazzjonali oħra u mal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għal dawk attribwiti lil korpi rilevanti oħra tal-Unjoni u għandha taħdem mill-qrib ma' dawk il-korpi u mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) u, filwaqt li tibbenefika mill-għarfien espert ta' korpi oħra li għandhom x'jaqsmu man-NU, bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (OIM).

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tiġbor u tanalizza informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, sa fejn din jista' jkollha impatt fuq l-Unjoni, inkluża informazzjoni aġġornata dwar il-kawżi ewlenin, flussi migratorji u tar-rifuġjati kif ukoll dwar kull wasla għall-għarrieda ta' numri kbar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jistgħu jikkawżaw pressjonijiet sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil u l-akkoljenza, bil-ħsieb li titrawwem informazzjoni reċiproka rapida u kredibbli għall-Istati Membri biex jiġu identifikati r-riskji possibbli għas-sistemi tal-asil tal-Istati Membri.

1.  L-Aġenzija għandha tiġbor u tanalizza informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, sa fejn din jista' jkollha impatt fuq l-Unjoni jew fuq Stat Membru individwali, inkluża informazzjoni aġġornata dwar il-kawżi ewlenin, flussi migratorji u tar-rifuġjati kif ukoll dwar kull wasla għall-għarrieda ta' numri kbar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jistgħu jikkawżaw pressjonijiet sproporzjonati fuq is-sistemi tal-asil u l-akkoljenza, bil-ħsieb li titrawwem informazzjoni reċiproka rapida u kredibbli għall-Istati Membri biex jiġu identifikati r-riskji possibbli għas-sistemi tal-asil tal-Istati Membri.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tibbaża l-analiżi tagħha fuq l-informazzjoni mogħtija, b'mod partikolari, mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna kif ukoll il-UNHCR u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.

L-Aġenzija għandha tibbaża l-analiżi tagħha fuq l-informazzjoni mogħtija, b'mod partikolari, mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna kif ukoll il-UNHCR, l-IOM u organizzazzjonijiet esperti nazzjonali, internazzjonali u mhux governattivi oħra fil-qasam tal-asil.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija għandha tiżgura l-iskambju rapidu ta' informazzjoni rilevanti bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Hija għandha tippreżenta wkoll, b'mod f'waqtu u preċiż, ir-riżultati tal-analiżi tagħha lill-Bord tat-Tmexxija.

3.  L-Aġenzija għandha tiżgura l-iskambju rapidu ta' informazzjoni rilevanti bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Hija għandha tippreżenta wkoll, b'mod f'waqtu u preċiż, ir-riżultati tal-analiżi tagħha lill-Bord tat-Tmexxija u l-Parlament Ewropew.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha toħloq bażi ta' dejta fattwali, legali u ta' ġurisprudenza dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-istrumenti tal-asil tal-Unjoni, nazzjonali u internazzjonali li jużaw, b'mod partikolari, arranġamenti eżistenti. L-ebda dejta personali ma għandha tinżamm f'bażijiet tad-dejta bħal dawn, sakemm tali dejta ma tkunx inkisbet mill-Aġenzija mid-dokumenti li jkunu aċċessibbli pubblikament.

2.  L-Aġenzija għandha toħloq databażijiet fattwali, legali u ta' ġurisprudenza dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-istrumenti tal-asil tal-Unjoni, nazzjonali u internazzjonali li jużaw, b'mod partikolari, l-arranġamenti eżistenti u f'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, ir-riċerkaturi u l-akkademiċi rilevanti. L-ebda data personali ma għandha tinżamm f'bażijiet tad-data bħal dawn, sakemm tali dejta ma tkunx inkisbet mill-Aġenzija mid-dokumenti li jkunu aċċessibbli pubblikament.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tiżviluppa taħriġ għall-persunal tagħha, għall-membri tal-amministrazzjonijiet u qrati u tribunali nazzjonali kollha, kif ukoll għas-servizzi nazzjonali responsabbli għall-kwistjonijiet ta' asil fl-Istati Membri.

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tiżviluppa taħriġ għall-persunal tagħha, għall-membri tal-amministrazzjonijiet, il-qrati u t-tribunali nazzjonali kollha, għas-servizzi nazzjonali responsabbli għall-kwistjonijiet ta' asil fl-Istati Membri u, bi qbil mal-awtoritajiet amministrattivi tagħhom, għall-uffiċjali minn pajjiżi terzi.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha tiżviluppa tali taħriġ f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u, b'kooperazzjoni ma' entitajiet adatti ta' taħriġ fl-Istati Membri, inklużi istituzzjonijiet akkademiċi u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn.

2.  L-Aġenzija għandha tiżviluppa tali taħriġ f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u, b'kooperazzjoni ma' entitajiet adatti ta' taħriġ fl-Istati Membri, inklużi l-UNHCR, istituzzjonijiet akkademiċi, assoċjazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali ta' mħallfin u organizzazzjonijiet esperti mhux governattivi rilevanti oħrajn.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-istandards tad-drittijiet fundamentali internazzjonali u tal-Unjoni, u b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll id-dritt internazzjonali u tal-Unjoni dwar l-asil, inklużi kwistjonijiet legali speċifiċi u ta' każistika;

(a)  il-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, u b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll id-dritt internazzjonali u tal-Unjoni dwar l-asil, inklużi kwistjonijiet legali u ta' każistika speċifiċi;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tekniki tal-intervista, inkluża attenzjoni speċjali mogħtija lil tfal, gruppi vulnerabbli u vittmi ta' tortura;

(c)  tekniki tal-intervista, inkluża attenzjoni speċjali mogħtija lil tfal akkumpanjati u mhux, gruppi vulnerabbli u vittmi ta' tortura;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza, inkluża attenzjoni speċjali mogħtija lit-tfal mhux akkumpanjati u tfal mal-familji tagħhom, gruppi vulnerabbli u vittmi tat-tortura.

(g)  il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza, inkluża l-attenzjoni speċjali u l-protezzjoni mogħtija lit-tfal mhux akkumpanjati u lit-tfal mal-familji tagħhom, il-gruppi vulnerabbli u l-vittmi tat-tortura u l-vittmi tat-traffikar ta' bnedmin.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Aġenzija għandha tieħu l-inizjattivi meħtieġa biex tiżgura li l-esperti li jipparteċipaw fit-timijiet ta' appoġġ għall-asil u r-riżerva ta' intervent għall-asil, ikunu rċevew it-taħriġ speċjalizzat rilevanti għall-kompiti u l-funzjonijiet tagħhom, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet operazzjonali mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha twettaq eżerċizzji b'mod regolari ma' dawn l-esperti skont l-iskeda tat-taħriġ u l-eżerċizzji avvanzati msemmija fil-programm ta' ħidma annwali tagħha.

7.  L-Aġenzija għandha tipprovdi l-esperti li jipparteċipaw fit-timijiet ta' appoġġ għall-asil u r-riżerva ta' intervent għall-asil bit-taħriġ speċjalizzat rilevanti għall-kompiti u l-funzjonijiet tagħhom, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha twettaq eżerċizzji b'mod regolari ma' dawn l-esperti skont l-iskeda tat-taħriġ u l-eżerċizzji avvanzati msemmija fil-programm ta' ħidma annwali tagħha.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-Aġenzija tista' torganizza attivitajiet ta' taħriġ f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom.

8.  L-Aġenzija tista' torganizza attivitajiet relatati mal-asil u r-risistemazzjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tkun ċentru għall-ġbir rilevanti, kredibbli, preċiż u aġġornat ta' informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' oriġini ta' persuni li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali, inkluża informazzjoni speċifika għat-tfal u informazzjoni mmirata lejn persuni li jappartjenu għal gruppi vulnerabbli. Hija għandha tfassal u taġġorna regolarment rapporti u prodotti oħra li jipprovdu informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni inklużi kwistjonijiet tematiċi speċifiċi għall-pajjiżi ta' oriġini.

1.  L-Aġenzija għandha tkun ċentru indipendenti għall-ġbir ta' informazzjoni rilevanti, kredibbli, trasparenti, traċċabbli, preċiża u aġġornata dwar il-pajjiżi ta' oriġini ta' persuni li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali, inkluża informazzjoni speċifika għat-tfal, dik relatata mal-ġeneru u mal-orjentazzjoni sesswali, kif ukoll informazzjoni mmirata lejn persuni li jappartjenu għal gruppi vulnerabbli. Hija għandha tfassal u taġġorna regolarment rapporti u prodotti oħra li jipprovdu informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni inklużi kwistjonijiet tematiċi speċifiċi għall-pajjiżi ta' oriġini, inkluż dwar it-tortura u t-trattament ħażin fil-postijiet ta' detenzjoni u inklużi l-prinċipji msemmija fl-Artikolu 21 tat-TUE.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tagħmel użu mis-sorsi rilevanti kollha ta' informazzjoni, inklużi l-analiżi tagħha tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil u informazzjoni oħra miġbura minn organizzazzjonijiet governattivi, mhux governattivi u internazzjonali, inkluż permezz tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 9, kif ukoll istituzzjonijiet tal-Unjoni, aġenziji, korpi, uffiċċji, u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna;

(a)  tagħmel użu mis-sorsi rilevanti kollha ta' informazzjoni, inklużi l-analiżi tagħha tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil u informazzjoni oħra miġbura minn organizzazzjonijiet governattivi, mhux governattivi u internazzjonali, b'mod partikolari l-UNHCR, inkluż permezz tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 9, il-missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni fil-pajjiżi ta' oriġini, kif ukoll istituzzjonijiet tal-Unjoni, aġenziji, korpi, uffiċċji, u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  timmaniġġa u tkompli tiżviluppa portal li jiġbor l-informazzjoni relatata mal-pajjiżi ta' oriġini;

(b)  timmaniġġa u tkompli tiżviluppa portal kompletament trasparenti u aċċessibbli pubblikament li jiġbor u jiddissemina l-informazzjoni relatata mal-pajjiżi ta' oriġini, inkluż dwar l-użu ta' sorsi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tiżviluppa format komuni u metodoloġija komuni li tinkludi termini ta' referenza, f'konformità mar-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni dwar l-asil, għall-iżvilupp ta' rapporti u prodotti oħra b'informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni.

(c)  tiżviluppa format komuni u metodoloġija komuni li tinkludi termini ta' referenza u ta' evalwazzjoni, f'konformità mar-rekwiżiti tal-liġi internazzjonali u dik tal-Unjoni dwar l-asil, għall-iżvilupp ta' rapporti u prodotti oħra b'informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  iressqu mistoqsijiet lill-Aġenzija relatata ma' kwistjonijiet speċifiċi ta' fatt li jistgħu jirriżultaw minn applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' kunfidenzjalità kif stabbilit fil-liġi nazzjonali.

(b)  iressqu, u biex tingħata tweġiba għall- mistoqsijiet lill-Aġenzija relatati ma' kwistjonijiet speċifiċi ta' fatt li jistgħu jirriżultaw minn applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' kunfidenzjalità kif stabbiliti fil-liġi nazzjonali.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex tippromwovi l-konverġenza fl-applikazzjoni tal-kriterji ta' valutazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,22 l-Aġenzija għandha tikkoordina l-isforzi fost l-Istati Membri biex imexxu u jiżviluppaw analiżi komuni li tipprovdi gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi speċifiċi ta' oriġini.

1.  Biex tippromwovi l-konverġenza fl-applikazzjoni tal-kriterji ta' valutazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,22 l-Aġenzija għandha tikkoordina l-isforzi fost l-Istati Membri biex imexxu u jiżviluppaw analiżi komuni li tipprovdi gwida dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi speċifiċi ta' oriġini. Fl-iżvilupp ta' tali analiżi komuni, l-Aġenzija għandha tqis l-aktar informazzjoni riċenti u rilevanti tal-UNHCR, id-dokumenti ta' pożizzjoni speċifiċi għall-pajjiż/għas-sitwazzjoni u l-aħħar linji gwida dwar l-eliġibilità tal-UNHCR fir-rigward tal-valutazzjoni tal-bżonnijiet ta' protezzjoni ta' dawk li jfittxu l-asil minn pajjiżi speċifiċi tal-oriġini.

__________________

__________________

22Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).

22Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jissottometti l-analiżi komuni lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni. L-Istati Membri għandhom jintalbu jqisu dik l-analiżi komuni meta jeżaminaw l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tagħhom biex jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet individwali.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu, wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv, jissottometti l-analiżi komuni lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni. L-Istati Membri għandhom jintalbu jqisu dik l-analiżi komuni meta jeżaminaw l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tagħhom biex jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet individwali.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni biex regolarment tirrevedi s-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li huma inklużi f'lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu stabbilita mir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX, inkluż dawk li ġew sospiżi mill-Kummissjoni u dawk li tneħħew minn din il-lista.

1.  L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni biex regolarment tirrevedi s-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi li huma inklużi f'lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu stabbilita mir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX, inklużi dawk il-pajjiżi li magħhom l-Unjoni għandha, jew qiegħda fil-proċess li tikkonkludi, patt taħt il-Qafas ta' Sħubija, kif ukoll il-pajjiżi li ġew sospiżi mill-Kummissjoni u dawk li tneħħew minn din il-lista.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha, b'talba tal-Kummissjoni, tipprovdiha b'informazzjoni dwar pajjiżi terzi speċifiċi li jistgħu jiġu kkunsidrati għal inklużjoni f'lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX.

2.  Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Aġenzija tipprovdiha b'informazzjoni dwar pajjiżi terzi speċifiċi li jistgħu jiġu kkunsidrati għal inklużjoni fi, sospensjoni jew tneħħija mil-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm informat.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija b'konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi kkumpilata skont il-prinċipji ġenerali stipulati fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament u għandha tqis l-informazzjoni li tirċievi mingħand il-UNHCR, il-Proċeduri Speċjali u l-korpi ta' monitoraġġ tat-trattati dwar id-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, il-mekkaniżmi ta' monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC), l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti u sorsi indipendenti u affidabbli rilevanti oħrajn.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Aġenzija biex twettaq reviżjoni tas-sitwazzjoni f'kull pajjiż terz bil-ħsieb li tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet rilevanti u l-kriterji stabbiliti f'din id-Direttiva humiex rispettati.

Il-Kummissjoni jew il-Parlament Ewropew jistgħu jitolbu lill-Aġenzija twettaq reviżjoni tas-sitwazzjoni f'kull pajjiż terz ta' dan it-tip bil-ħsieb li tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet rilevanti u l-kriterji stabbiliti f'din id-Direttiva humiex rispettati.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha, b'inizjattiva tagħha stess jew b' talba tal-Kummissjoni, u f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, tiżviluppa standards operazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-liġi tal-Unjoni dwar l-asil u indikaturi għall-monitoraġġ tal-konformità ma' dawk l-istandards operazzjonali kif ukoll linji gwida u l-aħjar prattiki marbutin mal-implimentazzjoni tal-istrumenti tad-dritt tal-Unjoni dwar l-asil. L-Aġenzija għandha, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u wara l-adozzjoni mill-Bord tat-Tmexxija, tgħaddi dawk l-istandards, l-indikaturi, il-linji gwida jew l-aħjar prattiki lill-Istati Membri l-oħra.

2.  L-Aġenzija għandha, b'inizjattiva tagħha stess jew b' talba tal-Kummissjoni, u f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, mal-UNHCR u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi rilevanti l-oħra, tiżviluppa standards tekniċi operazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tad-dritt tal-Unjoni dwar l-asil u indikaturi għall-monitoraġġ tal-konformità ma' dawk l-istandards operazzjonali kif ukoll linji gwida u l-aħjar prattiki marbutin mal-implimentazzjoni tal-istrumenti tad-dritt tal-Unjoni dwar l-asil. L-Aġenzija għandha, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u wara l-adozzjoni mill-Bord tat-Tmexxija, tgħaddi dawk l-istandards, l-indikaturi, il-linji gwida jew l-aħjar prattiki lill-Istati Membri l-oħra.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija għandha, b'talba tal-Istati Membri, tgħinhom biex japplikaw l-istandards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prassi għas-sistemi tal-asil u l-akkoljenza tagħhom billi tipprovdi għarfien espert jew assistenza teknika u operazzjonali.

3.  L-Aġenzija għandha, b'talba tal-Istati Membri, tgħinhom biex japplikaw l-istandards tekniċi operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prassi għas-sistemi tal-asil u l-akkoljenza tagħhom billi tipprovdi għarfien espert jew assistenza teknika u operazzjonali.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandha tistabbilixxi mekkaniżmu biex:

1.  F'konformità mal-liġi tal-Unjoni, l-Aġenzija, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjon u f'konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv għandha tistabbilixxi mekkaniżmu biex:

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tissorvelja l-implimentazzjoni u tevalwa l-aspetti kollha tas-SEKA fl-Istati Membri, partikolarment is-sistema ta' Dublin, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, il-proċeduri tal-asil, l-applikazzjoni ta' kriterji li jiddeterminaw il-ħtiġijiet ta' protezzjoni u n-natura u l-kwalità tal-protezzjoni mogħtija lil persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali mill-Istati Membri, inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, is-salvagwardji tal-protezzjoni tat-tfal u l-ħtiġijiet ta' persuni vulnerabbli;

(a)  tappoġġa s-sorveljar tal-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-aspetti kollha tas-SEKA fl-Istati Membri, partikolarment is-sistema ta' Dublin, il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, il-proċeduri tal-asil, il-proċeduri ta' risistemazzjoni u rilokazzjoni, l-applikazzjoni ta' kriterji li jiddeterminaw il-ħtiġijiet ta' protezzjoni u n-natura u l-kwalità tal-protezzjoni mogħtija lil persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali mill-Istati Membri, inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, is-salvagwardji tal-protezzjoni tat-tfal, ir-riunifikazzjoni tal-familji u l-ħtiġijiet ta' persuni vulnerabbli;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tissorvelja l-konformità tal-Istati Membri ma' standards operazzjonali, indikaturi, linji gwida u l-aħjar prassi dwar l-asil;

(b)  tappoġġa l-monitoraġġ tal-konformità tal-Istati Membri ma' standards operazzjonali, indikaturi, linji gwida u l-aħjar prassi dwar l-asil, kif ukoll mal-liġi internazzjonali f'kooperazzjoni mill-qrib mal-UNHCR;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija tista', b'mod partikulari, tibbaża l-evalwazzjoni tagħha fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil żviluppata mill-Aġenzija, żjarat fil-post u teħid ta' kampjuni tal-każijiet.

L-Aġenzija għandha, b'mod partikulari, tibbaża l-evalwazzjoni tagħha fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil żviluppata mill-Aġenzija, żjarat fil-post, teħid ta' kampjuni tal-każijiet u informazzjoni pprovduta mill-UNHCR u l-korpi ta' monitoraġġ tat-trattati dwar id-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Proċeduri Speċjali jew il-mekkaniżmi ta' monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi rilevanti oħra.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom, b'talba tal-Aġenzija, jipprovduha bl-informazzjoni neċessarja dwar il-proċeduri tal-asil, tagħmir, infrastruttura, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza, ir-rati ta' rikonoxximent u l-kwalità tal-protezzjoni kif ukoll persunal u riżorsi finanzjarji fuq livell nazzjonali sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tas-sistema tal-asil u l-akkoljenza. L-Istati Membri għandhom ukoll jikkooperaw mal-Aġenzija u għandhom jiffaċilitaw kull żjara fil-post li l-Aġenzija għandha twettaq għall-finijiet ta' dan l-eżerċizzju ta' monitoraġġ.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom, b'talba tal-Aġenzija, jipprovduha bl-informazzjoni neċessarja dwar il-proċeduri tal-asil, tagħmir, infrastruttura, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza, ir-rati ta' rikonoxximent u l-kwalità tal-protezzjoni kif ukoll persunal u riżorsi finanzjarji fuq livell nazzjonali sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tas-sistema tal-asil u l-akkoljenza. L-Istati Membri għandhom ukoll jikkooperaw mill-qrib mal-Aġenzija u għandhom jiffaċilitaw kull żjara fil-post li l-Aġenzija għandha twettaq għall-finijiet ta' dan l-eżerċizzju ta' monitoraġġ.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija tista' tibda eżerċizzju ta' monitoraġġ għall-valutazzjoni tas-sistemi tal-asil jew tal-akkoljenza ta' Stat Membru fuq inizjattiva tagħha stess jew b'talba tal-Kummissjoni kull meta jkun hemm tħassib serju rigward tal-funzjonament ta' kwalunkwe aspett tas-sistemi tal-akkoljenza jew tal-asil ta' Stat Membru.

L-Aġenzija tista' tibda eżerċizzju ta' monitoraġġ għall-valutazzjoni tas-sistemi tal-asil jew tal-akkoljenza ta' Stat Membru b'talba tal-Kummissjoni kull meta jkun hemm tħassib serju rigward il-funzjonament ta' kwalunkwe aspett tas-sistemi tal-akkoljenza jew tal-asil ta' Stat Membru.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija għandha torganizza u tikkoordina, għal perjodu limitat ta' żmien, waħda jew aktar mill-miżuri operazzjonali u tekniċi li ġejjin:

3.  L-Aġenzija għandha torganizza u tikkoordina waħda jew aktar mill-miżuri operazzjonali u tekniċi li ġejjin:

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)   tassisti fir-rilokazzjoni jew it-trasferiment ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni;

(g)   tassisti fir-rilokazzjoni jew it-trasferiment ta' applikanti u benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni, filwaqt li tqis kriterji ġusti u oġġettivi, bħalma huma r-riunifikazzjoni tal-familji u r-rabtiet kulturali;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  tassisti lill-Istati Membri jiżguraw li hemm fis-seħħ id-drittijiet kollha tat-tfal meħtieġa kif ukoll is-salvagwardji għall-protezzjoni tat-tfal;

(i)  tassisti lill-Istati Membri jiżguraw li hemm fis-seħħ is-salvagwardji meħtieġa kollha tad-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet tat-tfal kif ukoll is-salvagwardji għall-protezzjoni tat-tfal;

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esperti li jikkontribwixxu jkunu jaqblu mal-profili u n-numri deċiżi mill-Bord tat-Tmexxija. It-tul tal-iskjerament għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru ta' oriġini iżda f'kullkaż dan ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esperti li jikkontribwixxu jkunu jaqblu mal-profili u n-numri mitluba mill-Istat Membru fil-bżonn. It-tul tal-iskjerament għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru ta' oriġini iżda f'kull każ dan ma għandux ikun ta' inqas minn 60 jum.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu, bi proposta tad-Direttur Eżekuttiv, jiddeċiedi b'maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri bi dritt għall-vot dwar il-profili ta' esperti u s-sehem li kull Stat Membru għandu jikkontribwixxi biex jikkostitwixxu r-riżerva ta' intervent għall-asil. L-istess proċedura għandha tapplika għal kwalunkwe bidliet sussegwenti fil-profili u n-numri globali ta' esperti.

2.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu, bi proposta tad-Direttur Eżekuttiv, jiddeċiedi dwar il-profili tal-esperti u s-sehem li kull Stat Membru għandu jikkontribwixxi biex jikkostitwixxu r-riżerva ta' intervent għall-asil. L-istess proċedura għandha tapplika għal kwalunkwe bidliet sussegwenti fil-profili u n-numruii globali ta' esperti. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiżgura li l-kompożizzjoni tat-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-asil jew tal-esperti biex jiġu stazzjonati minn riżerva ta' intervent għall-asil huma f'konformità mat-talba, skont il-ħtiġijiet fuq il-post, tal-Istat Membru ospitanti.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għar-riżerva ta' intervent għall-asil permezz ta' riżerva ta' esperti nazzjonali abbażi ta' profili definiti varji u billi jipproponu esperti li jikkorrispondu mal-profili meħtieġa. It-tul tal-iskjerament għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru ta' oriġini iżda f'kullkaż dan ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għar-riżerva ta' intervent għall-asil permezz ta' riżerva ta' esperti nazzjonali abbażi ta' profili definiti varji u billi jipproponu esperti li jikkorrispondu mal-profili meħtieġa. It-tul tal-iskjerament għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru ta' oriġini, skont il-bżonn ta' ħatra għal terminu itwal sabiex tiġi żgurata preżenza adekwata fil-post, iżda ma għandux ikun inqas minn 60 jum.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.  L-Istati Membri għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mal-obbligi tagħhom fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-persunal u l-appoġġ lill-Aġenzija. Tali konformità għandha tiġi mmonitorjata mill-Kummissjoni u, f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità, miżuri korrettivi għandhom jittieħdu minnufih.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza ta' Stat Membru jkunu soġġetti għal pressjoni sproporzjonata li tqiegħed responsabbiltajiet eċċezzjonalment tqal u urġenti fuq dawn is-sistemi, l-Aġenzija għandha, bit-talba tal-Istat Membru kkonċernat jew bl-inizjattiva tagħha stess, torganizza u tikkoordina sett komprensiv ta' miżuri operazzjonali u tekniċi kif imsemmija fl-Artikolu 16 u tibgħat esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil kif imsemmi fl-Artikolu 18 u esperti mill-persunal tagħhu stess biex issaħħaħ is-sistemi tal-asil u l-akkoljenza f'perjodu qasir ta' żmien.

1.  Meta s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza ta' Stat Membru jkunu soġġetti għal pressjoni sproporzjonata li tqiegħed responsabbiltajiet eċċezzjonalment tqal u urġenti fuq dawn is-sistemi, l-Aġenzija għandha, bit-talba tal-Istat Membru kkonċernat, torganizza u tikkoordina flimkien mal-Istat Membru kkonċernat, sett komprensiv ta' miżuri operazzjonali u tekniċi kif imsemmija fl-Artikolu 16 u tibgħat esperti mir-riżerva ta' intervent għall-asil kif imsemmi fl-Artikolu 18 u esperti mill-persunal tagħhu stess biex issaħħaħ is-sistemi tal-asil u l-akkoljenza f'perjodu qasir ta' żmien.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti għad-dmirijiet tagħha fir-rigward tal-Kummissjoni u l-Istati Membri, u fejn ikun xieraq, l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti.

1.  L-Aġenzija tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti għad-dmirijiet tagħha fir-rigward tal-Kummissjoni u l-Istati Membri, u fejn ikun xieraq, l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti, inkluż l-Europol biex jiġi faċilitat l-iskambju tal-marki tas-swaba'.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fi kwistjonijiet relatati mal-attivitajiet tagħha u sa fejn meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna. L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jippromwovu u jikkonformaw man-normi u l-istandards ekwivalenti għal dawk stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, anki meta jwettqu attivitajiet fuq it-territorju ta' dawn il-pajjiżi terzi.

1.  Fi kwistjonijiet relatati mal-attivitajiet tagħha u sa fejn meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna. L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jippromwovu u jikkonformaw man-normi u l-istandards ekwivalenti għal dawk stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-liġi internazzjonali, anki meta jwettqu attivitajiet fuq it-territorju ta' dawn il-pajjiżi terzi.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija tista', bi ftehim mal-Istat Membru ospitanti, tistieden uffiċjali minn pajjiżi terzi biex jisservaw il-miżuri operazzjonali u tekniċi msemmija fl-Artikolu 16(3), fejn il-preżenza tagħhom ma tipperikolax l-ilħuq tal-objettivi ta' dawk il-miżuri, u fejn tista' tikkontribwixxi għat-titjib tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki.

3.  L-Aġenzija tista', bi ftehim mal-Istat Membru ospitanti, tistieden uffiċjali minn pajjiżi terzi biex josservaw il-miżuri operazzjonali u tekniċi msemmija fl-Artikolu 16(3), b'mod partikolari fejn dan jista' jikkontribwixxi għat-titjib tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Aġenzija għandha tikkoordina azzjonijiet dwar ir-risistemazzjoni meħuda mill-Istati Membri jew mill-Unjoni, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni, sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-protezzjoni internazzjonali ta' rifuġjati f'pajjiżi terzi u tintwera solidarjetà mal-pajjiżi li jospitawhom. L-Aġenzija għandha tiġbor l-informazzjoni, tissorvelja r-risistemazzjoni lejn l-Istati Membri u tappoġġa lill-Istati Membri fil-bini ta' kapaċità dwar ir-risistemazzjoni. L-Aġenzija tista' wkoll, suġġett għall-ftehim tal-pajjiż terz u bi ftehim mal-Kummissjoni, tikkoordina l-iskambju ta' informazzjoni jew kull azzjoni oħra bejn l-Istati Membri u pajjiż terz, fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz.

4.  L-Aġenzija għandha tikkoordina azzjonijiet dwar ir-risistemazzjoni meħuda mill-Istati Membri jew mill-Unjoni, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni, b'konformità sħiħa mal-istandards u l-gwida stabbiliti mill-UNHCR, sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-protezzjoni internazzjonali ta' rifuġjati f'pajjiżi terzi u tintwera solidarjetà mal-pajjiżi li jospitawhom. L-Aġenzija għandha tiġbor l-informazzjoni, tissorvelja r-risistemazzjoni lejn l-Istati Membri u tappoġġa lill-Istati Membri fil-bini ta' kapaċità dwar ir-risistemazzjoni. L-Aġenzija tista' wkoll, suġġett għall-ftehim tal-pajjiż terz u bi ftehim mal-Kummissjoni, tikkoordina l-iskambju ta' informazzjoni jew kull azzjoni oħra bejn l-Istati Membri u pajjiż terz, fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni relatata ma' każijiet ta' risistemazzjoni individwali għandha tkun żgurata l-ħin kollu. Kwalunkwe skambju ta' informazzjoni għandu jsir b'konformità sħiħa mar-regoli rilevanti stabbiliti fil-Manwal ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR , mingħajr ma tiġi kompromessa l-eliġibilità u l-għażla tar-rifuġjati għar-risistemazzjoni. Kwalunkwe attività tal-Aġenzija fil-qasam tar-risistemazzjoni għandha titwettaq f'kooperazzjoni mill-qrib mal-UNHCR u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi esperti u għandha tinkludi, skont kif ikun rilevanti u meħtieġ, appoġġ għar-rifuġjati risistemati fit-territorju tal-Istati Membri wara l-wasla.

Ġustifikazzjoni

L-osservanza u s-supremazija tal-linji gwida tal-UNHCR dwar ir-risistemazzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe azzjoni koordinata jew mibdija mill-Aġenzija l-ġdida fil-qasam tar-risistemazzjoni għandhom ikunu żgurati b'mod espliċitu fir-Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija tal-UE għall-asil biex tiġi żgurata l-konsistenza sħiħa tal-azzjonijiet tal-Aġenzija mal-prijoritajiet u l-linji gwida stabbiliti mill-UNHCR fil-livell globali.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Aġenzija għandha tipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni ma' pajjiżi terzi, fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, u dwar kwistjonijiet koperti b'dan ir-Regolament.

5.  L-Aġenzija għandha tipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni ma' pajjiżi terzi, fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, u, meta tagħmel dan, għandha tqis il-liġi internazzjonali, inkluża l-liġi umanitarja internazzjonali, il-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, u dwar kwistjonijiet koperti b'dan ir-Regolament.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  L-Aġenzija tista' tibgħat esperti mill-persunal tagħha stess f'pajjiżi terzi fejn il-preżenza permanenti tal-Aġenzija kieku tgħin biex jitwettqu l-kompiti tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tar-risistemazzjoni. Il-Bord ta' Tmexxija għandu, fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, jadotta lista ta' prijoritajiet fuq bażi annwali. L-użu ta' dawn ir-rappreżentanti għandu jiġu approvat mill-Bord tat-Tmexxija u jkun soġġett għal opinjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Dawn l-esperti għandhom jikkoordinaw mill-qrib mal-Uffiċjali ta' Kollegament għall-Immigrazzjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm informat b'dawk l-attivitajiet mingħajr dewmien.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni mal-UNHCR u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra

Kooperazzjoni ma' entitajiet tan-NU u organizzazzjonijiet internazzjonali

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-UNHCR, fl-oqsma rregolati minn dan ir-Regolament, fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma konklużi ma' dawk l-entitajiet, f'konformità mat-Trattat u d-dispożizzjonijiet dwar il-kompetenza ta' dawk il-korpi. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi dwar l-arranġamenti ta' ħidma li għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

L-Aġenzija għandha tikkoopera ma' entitajiet tan-NU u organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-UNHCR, l-OHCHR u l-IOM, fl-oqsma rregolati minn dan ir-Regolament, fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma konklużi ma' dawk l-entitajiet, f'konformità mat-Trattat u d-dispożizzjonijiet dwar il-kompetenza ta' dawk il-korpi. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi dwar l-arranġamenti ta' ħidma li għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe arranġamenti ta' ħidma ta' dan it-tip.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinkludi rappreżentant wieħed tal-UNHCR, mingħajr id-dritt li jivvota.

2.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinkludi rappreżentant wieħed tal-UNHCR u rappreżentant tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) mingħajr id-dritt li jivvotaw.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 54a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 54a

 

Protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u mekkaniżmu għall-ilmenti

 

1.   L-Agenzija għandha tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fit-twettiq tal-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-liġi internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni tal-1951, il-Protokoll tal-1967, in-normi ġuridiċi adottati fil-kuntest tas-SEKA u l-obbligi relatati mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tagħha.

 

2.   Għal dak l-għan, l-Aġenzija għandha tfassal u tiżviluppa ulterjorment u timplimenta Strateġija għad-Drittijiet Fundamentali, inkluż mekkaniżmu effettiv għall-monitoraġġ tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija u mekkaniżmu għall-ilmenti.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tapplika r-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/44335 u 2015/44436. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw, b'mod partikolari, għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna tal-informazzjoni klassifikata.

1.  L-Aġenzija għandha tapplika r-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, EURATOM) 2015/44335 u 2015/44436, kif ukoll ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw, b'mod partikolari, għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna tal-informazzjoni klassifikata.

__________________

__________________

35Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

35Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

36Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

36Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil

Referenzi

COM(2016)0271 – C8-0174/2016 – 2016/0131(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

7.7.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

7.7.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ramona Nicole Mănescu

12.7.2016

Data tal-adozzjoni

29.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

7

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Nikos Androulakis, Goffredo Maria Bettini, Elmar Brok, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Afzal Khan, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ryszard Antoni Legutko, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, Pier Antonio Panzeri, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Tonino Picula, Cristian Dan Preda, Sofia Sakorafa, Jacek Saryusz-Wolski, Alyn Smith, Jaromír Štětina, Charles Tannock, László Tőkés, Ivo Vajgl, Elena Valenciano, Hilde Vautmans

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Brando Benifei, Luis de Grandes Pascual, Mariya Gabriel, Ana Gomes, Takis Hadjigeorgiou, Marek Jurek, Urmas Paet, Soraya Post, Igor Šoltes, Renate Sommer, Eleni Theocharous, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Janusz Zemke, Željana Zovko

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michel Reimon

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (12.10.2016)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-asil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010
(COM(2016)0271 – C8-0174/2016 – 2016/0131(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jens Geier

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kummissjoni pproponiet dan ir-Regolament fi ħdan pakkett aktar estensiv ta' riformi tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, li jinkludi wkoll proposti għar-riforma tas-sistema ta' Dublin u s-sistema Eurodac. F'kuntest usa', din il-proposta hi segwitu għall-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, li ntlaħaq qbil dwarha s-sena l-oħra.

Ir-Rapporteur jikkunsidra li hu importanti li jiġi nnotat li l-proposta biex l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil jiġi ttrasformat f'Aġenzija vera u proprja tal-UE għall-Asil hi neċessarjament komplementari għall-pakkett dwar il-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta li diġà ġie adottat. Sabiex jiġi evitat li l-isfida attwali tal-wasla ta' numri bla preċedent ta' migranti li qed ifittxu rifuġju fl-Ewropa twassal għal approċċ purament restrittiv, hu vitali li jissaħħaħ l-aspett tal-protezzjoni fi proċess parallel sabiex jiġu osservati l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem stabbiliti fit-Trattati u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

F'Unjoni Ewropea bi fruntieri miftuħa fi ħdan l-unjoni, il-fruntieri esterni saru interess komuni għall-Istati Membri kollha. Il-kwistjonijiet tal-fruntieri u l-asil loġikament jeħtieġu risposta Ewropea konġunta. Hu rari li l-Valur Miżjud Ewropew ikun tant ovvju kif inhu f'dawn il-każijiet, u għaldaqstant ir-Rapporteur jagħti l-appoġġ tiegħu għal aktar involviment Ewropew f'dan il-qasam. Il-finanzjament ta' dawn il-kompiti mill-baġit tal-Unjoni hu wkoll kwistjoni ta' solidarjetà, peress li, mill-fruntieri miftuħa, igawdu ċ-ċittadini mill-Istati Membri kollha, waqt li huma biss ftit dawk l-Istati Membri li jridu effettivament ikopru l-kompitu li jiggarantixxu s-sigurtà fil-fruntieri u li jieħdu ħsieb l-akkoljenza tal-migranti.

Ir-Rapporteur madankollu jissottolinja li l-baġit tal-UE mhux attrezzat tajjeb biex jindirizza dawn l-isfidi ġodda peress li l-Intestatura 3 hi ampjament l-iżgħar intestatura fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP). Ir-Rapporteur għalhekk jemmen li hu kruċjali li l-QFP attwali jiġi rivedut 'il fuq malajr kemm jista' jkun u li l-limitu massimu tal-Intestatura 3 jiżdied b'mod konsiderevoli.

L-implikazzjonijiet baġitarji ta' din il-proposta jammontaw għal EUR 363 963 miljun għall-perjodu 2017-2020. B'mod parallel mal-approprjazzjonijiet, hu ppjanat li n-numri tal-persunal se jiżdiedu għal 500 b'kollox fl-2020. Filwaqt li r-Rapporteur jaqbel mad-dikjarazzjoni finanzjarja proposta, madankollu jkun tajjeb li titqies bħala forma ta' ppjanar pjuttost indikattiva, peress li l-għadd tal-migranti li jaslu mhuwiex prevedibbli, minħabba l-ambjent ta' sigurtà instabbli fil-viċinat Ewropew u lil hinn minnu. Hemm bżonn li l-awtorità baġitarja tkun lesta li tadatta dan l-ippjanar fil-każ li jinqalgħu ħtiġijiet addizzjonali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 2016, il-Kummissjoni stabbilixxiet l-għażliet tagħha għat-titjib fis-SEKA, jiġifieri l-istabbiliment ta' sistema sostenibbli u ġusta biex ikunu ddeterminati l-Istati Membri responsabbli għal dawk li jfittxu l-ażil, biex issaħħaħ is-sistema EURODAC, biex tinkiseb konverġenza akbar fis-sistema ta' ażil u sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji, u jiġi żviluppat mandat imsaħħaħ għall-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil. Dik il-Komunikazzjoni hija f'konformità mas-sejħiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta' Frar 2016 biex isir progress lejn riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tkun żgurata politika tal-ażil umana u effiċjenti. Din tipproponi wkoll pass 'il quddiem f'konformità mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport ta' inizjattiva tiegħu stess tat-12 ta' April 2016.

(3)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 2016, il-Kummissjoni stabbilixxiet l-għażliet tagħha għat-titjib fis-SEKA, jiġifieri l-istabbiliment ta' sistema sostenibbli u ġusta biex ikunu ddeterminati l-Istati Membri responsabbli għal dawk li jfittxu l-asil, biex issaħħaħ is-sistema EURODAC, biex tinkiseb konverġenza akbar fis-sistema ta' asil billi jiġi adottat Regolament ġdid li jistabbilixxi sistema komuni Ewropea waħda għall-asil u Regolament ġdid dwar il-kundizzjonijiet li jridu jiġu osservati minn dawk li jkunu qed ifittxu asil, kif ukoll permezz ta' emendi mmirati għad-Direttiva dwar il-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, u sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji, u jiġi żviluppat mandat imsaħħaħ għall-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil. Dik il-Komunikazzjoni hija f'konformità mas-sejħiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta' Frar 2016 biex isir progress lejn riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tkun żgurata politika tal-asil umana u effiċjenti. Din tipproponi wkoll pass 'il quddiem f'konformità mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport ta' inizjattiva tiegħu stess tat-12 ta' April 2016.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-kompiti tal-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil jeħtieġ li jiġu estiżi, u biex jiġu riflessi dawn il-bidliet, jinħtieġ li jingħata l-isem ġdid ta' Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil. L-Aġenzija jinħtieġ li tkun ċentru ta' kompetenza esperta, u r-rwol ewlieni tagħha jinħtieġ li jkun li ssaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri dwar l-ażil, biex tippromwovi d-dritt tal-Unjoni u standards operazzjonali biex jiġi żgurat livell għoli ta' uniformità fir-rigward ta' proċeduri tal-ażil, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni madwar l-Unjoni, biex tiġi sorveljata l-applikazzjoni operazzjonali u teknika tal-liġi tal-Unjoni u l-istandards fir-rigward tal-ażil, jingħata appoġġ lis-sistema ta' Dublin u jingħata aktar appoġġ tekniku u operazzjonali lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza, b'mod partikolari lil dawk li s-sistemi tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata.

(6)  Il-kompiti tal-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Asil jinħtieġ li jiġu estiżi, u biex jiġu riflessi dawn il-bidliet, jinħtieġ li jingħata l-isem ġdid ta' Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil. L-Aġenzija jinħtieġ li tkun ċentru ta' kompetenza esperta, u r-rwoli ewlenin tagħha jinħtieġ li jkunu li ssaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri dwar l-asil, li tippromwovi d-dritt tal-Unjoni u standards operazzjonali biex jiġi żgurat livell għoli ta' uniformità fir-rigward ta' proċeduri tal-asil, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni madwar l-Unjoni, li tevalwa u li tissorvelja l-applikazzjoni operazzjonali u teknika tad-dritt tal-Unjoni u l-istandards fir-rigward tal-asil, tagħti appoġġ lis-sistema ta' Dublin u tagħti aktar appoġġ tekniku u operazzjonali lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza, b'mod partikolari lil dawk li s-sistemi tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Jinħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil tingħata biżżejjed riżorsi finanzjarji u persunal biex jiġu ggarantiti l-indipendenza tagħha u li tkun tista' twettaq dmirijietha kif suppost, inkluż, b'mod speċifiku, l-istabbiliment min-naħa tal-persunal tal-Aġenzija stess ta' gruppi ta' esperti responsabbli għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-proċeduri għas-sistemi tal-asil u l-akkoljenza.

Ġustifikazzjoni

Hemm pjan ta' tkabbir tal-persunal tal-Aġenzija b'mod li sal-2020 jilħaq il-500. Madankollu, peress li l-pjan ta' stabbiliment ma jistax jiġi inkorporat fir-regolament, jinħtieġ jiġi żgurat li l-Aġenzija se jkollha numru suffiċjenti ta' persunal proprju biex twettaq dmirijietha b'mod effikaċi u tiggarantixxi l-imparzjalità tagħha.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li taħdem f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-ażil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali tal-immigrazzjoni u tal-ażil u ma' servizzi oħra, waqt li tuża l-ħiliet u l-kompetenza esperta ta' dawn is-servizzi, kif ukoll mal-Kummissjoni. L-Istati Membri jinħtieġ li jikkooperaw mal-Aġenzija biex jiġi żgurat li din tkun tista' twettaq il-mandat tagħha. Huwa importanti li l-Aġenzija u l-Istati Membri jaġixxu in bona fede u li jkollhom skambju f'waqtu u preċiż tal-informazzjoni. Kull dispożizzjoni ta' dejta tal-istatistika jinħtieġ li tirrispetta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u metodoloġiċi tar-Regolament (KE) Nru 862/20078.

(7)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil jinħtieġ li taħdem f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-asil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali tal-immigrazzjoni u tal-asil u ma' servizzi oħra, waqt li tuża l-ħiliet u l-kompetenza esperta ta' dawn is-servizzi, kif ukoll mal-Kummissjoni u l-aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-Istati Membri jinħtieġ li jikkooperaw mal-Aġenzija biex jiġi żgurat li din tkun tista' twettaq il-mandat tagħha. Huwa importanti li l-Aġenzija u l-Istati Membri jaġixxu in bona fede u li jkollhom skambju f'waqtu u preċiż tal-informazzjoni. Jinħtieġ li d-data statistika kollha li tiġi pprovduta tkun tirrispetta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u metodoloġiċi tar-Regolament (KE) Nru 862/20078.

__________________

__________________

8Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-ġbir ta' statistika dwar ħaddiema barranin (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23).

8Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta' statistika dwar ħaddiema barranin (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23).

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u, b'mod speċifiku, sabiex tiżgura l-akbar konsistenza possibbli għandha tibbaża fuq analiżi tar-riskji li tkun wettqet din tal-aħħar.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni bħala gwardjana tat-Trattati, jinħtieġ li tistabbilixxi mekkaniżmu li jissorvelja u jivvaluta l-implimentazzjoni tas-SEKA, li l-Istati Membri jikkonformaw mal-istandards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prattiki dwar l-ażil u biex tivverifika l-funzjonament tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza tal-Istati Membri. Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni jinħtieġ li jkunu komprensivi u jinħtieġ li jiġu bbażati, b'mod partikolari, fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil żviluppata mill-Aġenzija, żjarat fil-post u teħid ta' kampjuni tal-każijiet. L-Aġenzija jinħtieġ li tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Bord tat-Tmexxija, li min-naħa tiegħu jinħtieġ li jadotta r-rapport. Id-Direttur Eżekuttiv, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jinħtieġ li jagħmel abbozz ta' rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat fejn jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw nuqqasijiet serji, li mbagħad għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija bħala rakkomandazzjonijiet.

(14)  L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni bħala gwardjana tat-Trattati, jinħtieġ li tistabbilixxi mekkaniżmu biex tissorvelja u tivvaluta l-implimentazzjoni tas-SEKA u l-konformità min-naħa tal-Istati Membri mal-istandards operazzjonali, il-linji gwida u l-aħjar prattiki dwar l-asil, kif ukoll biex tivverifika l-funzjonament tas-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza tal-Istati Membri. Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni jinħtieġ li jkunu komprensivi u jinħtieġ li jiġu bbażati, b'mod partikolari, fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-asil żviluppata mill-Aġenzija, żjarat fil-post u teħid ta' kampjuni tal-każijiet. L-Aġenzija jinħtieġ li tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Bord tat-Tmexxija, li min-naħa tiegħu jinħtieġ li jadotta r-rapport u jgħaddih lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni. Id-Direttur Eżekuttiv, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jinħtieġ li jagħmel abbozz ta' rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat fejn jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw nuqqasijiet serji, li mbagħad għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija bħala rakkomandazzjonijiet.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)  Jinħtieġ li jsir kull ma jkun possibbli biex jiġi ggarantit ambjent ta' għajxien uman għar-refuġjati fi ħdan l-Istati Membri u l-kampijiet għar-refuġjati, b'mod partikolari fir-rigward tal-kura tas-saħħa, l-opportunità għal edukazzjoni, u biex tiġi ffaċilitata l-opportunità li jaħdmu.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 26b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26b)  Jinħtieġ li l-finanzjament tal-kampijiet għar-refuġjati u l-allokazzjoni tar-riżorsi jkunu ottimali, sabiex tiġi ggarantita l-opportunità għall-persuni spostati li jkomplu jgħixu b'dinjità.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a)  Hu importanti li l-Istati Membri jkomplu jikkontribwixxu finanzjarjament u b'mezzi oħra għal riżoluzzjoni effikaċi tal-kriżi tar-refuġjati.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet tal-ażil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali ta' immigrazzjoni u tal-ażil u servizzi nazzjonali oħra u mal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għal dawk attribwiti lil korpi rilevanti oħra tal-Unjoni u għandha taħdem mill-qrib ma' dawk il-korpi u mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR).

2.  L-Aġenzija għandha taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet tal-asil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali ta' immigrazzjoni u tal-asil u servizzi nazzjonali oħra, kif ukoll mal-Kummissjoni u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għal dawk attribwiti lil korpi rilevanti oħra tal-Unjoni u għandha taħdem mill-qrib ma' dawk il-korpi u mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR).

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u, b'mod speċifiku, sabiex tiżgura l-akbar konsistenza possibbli għandha tibbaża fuq analiżi tar-riskji li tkun wettqet din tal-aħħar.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha taħdem f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, u għandha, b'mod partikolari, toqgħod fuq l-analiżi tar-riskju mwettqa minn din l-Aġenzija biex tiżgura l-ogħla livell ta' konsistenza u konverġenza fl-informazzjoni pprovduta miż-żewġ aġenziji.

Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha taħdem f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, u għandha, b'mod partikolari, tibbaża fuq l-analiżi tar-riskji mwettqa minn din l-Aġenzija biex tiżgura l-ogħla livell ta' konsistenza u konverġenza fl-informazzjoni pprovduta miż-żewġ aġenziji.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Waqt li tibqa' konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Aġenzija għandha tistandardizza x-xogħol li qed isir fl-Istati Membri, bl-intenzjoni li toħloq netwerk ta' informazzjoni Ewropew li jiżgura li s-sistemi tal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri jkollhom standards komuni ekwivalenti.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha, b'talba tal-Kummissjoni, tipprovdiha b'informazzjoni dwar pajjiżi terzi speċifiċi li jistgħu jiġu kkunsidrati għal inklużjoni f'lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX.

2.  L-Aġenzija għandha, fuq inizjattiva proprja jew, fi kwalunkwe każ, fuq talba tal-Kummissjoni, tipprovdilha informazzjoni dwar pajjiżi terzi speċifiċi li jistgħu jiġu kkunsidrati għal inklużjoni f'lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini sikuri skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija għandha, b'talba tal-Istati Membri, tgħinhom biex japplikaw l-istandards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prassi għas-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom billi tipprovdi għarfien espert jew assistenza teknika u operazzjonali.

3.  L-Aġenzija għandha, fuq inizjattiva proprja jew, fi kwalunkwe każ, fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Istati Membri, tgħinhom biex japplikaw l-istandards operazzjonali, il-linji gwida u l-aħjar prassi għas-sistemi tal-asil u l-akkoljenza tagħhom billi tipprovdi l-għarfien espert jew l-assistenza teknika u operazzjonali meħtieġa.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija għandha tivvaluta kemm l-Istati Membri huma lesti li jilqgħu l-isfidi mill-possibbiltà ta' pressjoni sproporzjonata fuq is-sistemi tagħhom tal-ażil u l-akkoljenza. L-Aġenzija tista' titlob lill-Istati Membri jagħtuha l-ippjanar ta' kontinġenza tagħhom għal miżuri li jridu jittieħdu biex jittrattaw din il-pressjoni sproporzjonata possibbli u għandha tassisti lill-Istati Membri sabiex iħejju u jirrevedu l-ippjanar ta' kontinġenza tagħhom, fejn meħtieġ.

3.  L-Aġenzija għandha tivvaluta, f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, kemm l-Istati Membri huma lesti li jilqgħu l-isfidi mill-possibbiltà ta' pressjoni sproporzjonata fuq is-sistemi tagħhom tal-asil u l-akkoljenza. L-Aġenzija tista' titlob lill-Istati Membri jagħtuha l-ippjanar ta' kontinġenza tagħhom għal miżuri li jridu jittieħdu biex jittrattaw din il-pressjoni sproporzjonata possibbli u għandha tassisti lill-Istati Membri sabiex iħejju u jeżaminaw mill-ġdid l-ippjanar ta' kontinġenza tagħhom, fejn meħtieġ.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u, b'mod speċifiku, sabiex tiżgura l-akbar konsistenza possibbli għandha tibbaża fuq analiżi tar-riskji li tkun wettqet din tal-aħħar.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Sabiex twettaq b'mod effikaċi, imparzjali u indipendenti l-kompitu tagħha ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u tas-sistemi tal-Istati Membri għall-asil u l-akkoljenza, l-Aġenzija għandu jkollha għadd xieraq ta' persunal permanenti u temporanju, kif ukoll ir-riżorsi finanzjarji adegwati.

Ġustifikazzjoni

Jinħtieġ li l-kompitu ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tas-SEKA jitwettaq mhux minn esperti ssekondati, imma mill-persunal tal-Aġenzija stess, li jkun imħarreġ għal dak l-iskop. Hemm pjan ta' tkabbir tal-persunal tal-Aġenzija b'mod li sal-2020 jilħaq il-500. Madankollu, peress li l-pjan ta' stabbiliment ma jistax jiġi inkorporat fir-regolament, jinħtieġ jiġi żgurat li l-Aġenzija se jkollha numru suffiċjenti ta' persunal proprju biex twettaq dmirijietha b'mod effikaċi u tiggarantixxi l-imparzjalità tagħha.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programmazzjoni pluriennali għandha telenka l-Istati Membri li s-sistemi ta' ażil u akkoljenza tagħhom għandha tiġi mmonitorjata kull sena, u dan jiżgura li kull Stat Membru għandu jiġi mmonitorjat tal-anqas darba f'kull perjodu ta' ћames snin.

Il-programmazzjoni pluriennali għandha telenka l-Istati Membri li s-sistemi ta' asil u akkoljenza tagħhom għandhom jiġu mmonitorjati kull sena, u dan jiżgura li kull Stat Membru għandu jiġi mmonitorjat tal-anqas darba f'kull perjodu ta' sentejn.

Ġustifikazzjoni

Jidhrilna li jkun aktar raġonevoli li kull Stat Membru jiġi evalwat minn tal-anqas kull sentejn mill-Aġenzija. Perjodu ta' ħames snin bejn evalwazzjoni u oħra hu eċċessiv.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat l-abbozz tar-rapport tal-grupp ta' esperti lill-Istat Membru kkonċernati, li għandu jipprovdi l-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport. Id-Direttur Eżekuttiv għandu mbagħad jibgħat l-abbozz tar-rapport, b'kont meħud tal-kummenti tal-Istat Membru kkonċernat, lill-Bord tat-Tmexxija. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-rapport ta' monitoraġġ u jibagħtu lill-Kummissjoni.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat l-abbozz tar-rapport tal-grupp ta' esperti lill-Istat Membru kkonċernat, li għandu jipprovdi l-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport. Id-Direttur Eżekuttiv għandu mbagħad jibgħat l-abbozz tar-rapport, filwaqt li jqis il-kummenti tal-Istat Membru kkonċernat, lill-Bord tat-Tmexxija. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-rapport ta' monitoraġġ u jibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-obbligi tagħhom fir-rigward tal-ażil, b'mod partikolari meta s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata.

1.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-obbligi tagħhom fir-rigward tal-asil, b'mod partikolari meta s-sistemi tal-asil u l-akkoljenza tagħhom ikunu soġġetti għal pressjoni sproporzjonata. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-kriterji komuni għad-definizzjoni ta' tali pressjoni.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija għandha torganizza u tikkoordina, għal perjodu limitat ta' żmien, waħda jew aktar mill-miżuri operazzjonali u tekniċi li ġejjin:

3.  L-Aġenzija għandha torganizza u tikkoordina, għal perjodu limitat ta' żmien, li jiġi deċiż mill-Aġenzija, waħda jew aktar mill-miżuri operazzjonali u tekniċi li ġejjin:

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

i)  tassisti lill-Istati Membri jiżguraw li hemm fis-seħħ id-drittijiet kollha tat-tfal meħtieġa kif ukoll is-salvagwardji għall-protezzjoni tat-tfal;

i)  tassisti lill-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ id-drittijiet tat-tfal kif ukoll is-salvagwardji għall-protezzjoni tat-tfal kollha meħtieġa, u li jiġu rispettati d-drittijiet tan-nisa kollha;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti għandhom ifasslu pjan operazzjonali fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-jum li fih id-deċiżjoni għall-iskjerament tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil hija meħuda.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti għandhom ifasslu pjan operazzjonali fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-jum meta tittieħed id-deċiżjoni biex jiġu attivati t-timijiet ta' appoġġ għall-asil, iżda sa mhux aktar tard minn ġimagħtejn mid-data meta tasal it-talba għal għajnuna.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi regoli dettaljati u aġġornati kif meħtieġ fir-rigward tal-ħlas tal-allowances ta' kuljum tal-esperti mobilizzati mill-Istati Membri mat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil.

2.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi regoli dettaljati u aġġornati kif meħtieġ fir-rigward tal-miżati u tal-ħlas tal-allowances għas-sussistenza ta' kuljum tal-esperti assenjati mill-Istati Membri mat-timijiet ta' appoġġ għall-asil.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Aġenzija għandha tikkoopera ma' aġenziji, korpi jew uffiċċji tal-Unjoni li għandhom attivitajiet relatati mal-qasam tal-attività tagħha, u b'mod partikolari mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri u li huma kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

1.   L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-aġenziji, il-korpi jew l-uffiċċji tal-Unjoni li jkollhom attivitajiet relatati mal-qasam tal-attività tagħha, b'mod partikolari mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jkunu kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.   Fejn ikun xieraq, jinħtieġ li jiġu previsti l-kondiviżjoni jew l-akkomunament tal-kompiti amministrattivi bejn dawn il-korpi.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja segwenti, l-Aġenzija għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.

Sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja segwenti, l-Aġenzija għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri. Dan ir-rapport għandu jipprovdi d-dettalji dwar in-nefqa fir-rigward ta' kull kompitu individwali minn fost dawk elenkati fl-Artikolu 2.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni sabiex tivvaluta, b'mod partikolari, il-prestazzjoni tal-Aġenzija f'relazzjoni mal-għanijiet, mandat u kompiti tagħha. Din il-valutazzjoni għandha tkopri l-impatt tal-Aġenzija fuq il-kooperazzjoni prattika dwar kwistjonijiet relatati mal-ażil u fuq is-SEKA. L-evalwazzjoni għandha tagħti l-konsiderazzjoni dovuta lill-progress magħmul, fil-mandat tagħha, inkluża l-valutazzjoni ta' jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali sabiex ikunu żgurati solidarjetà effikaċi u kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet mal-Istati Membri li jkunu suġġetti għal pressjoni partikolari.

Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni sabiex tivvaluta, b'mod partikolari, il-prestazzjoni tal-Aġenzija f'relazzjoni mal-għanijiet, mandat u kompiti tagħha. Din il-valutazzjoni għandha tkopri l-impatt tal-Aġenzija fuq il-kooperazzjoni prattika dwar kwistjonijiet relatati mal-asil u fuq is-SEKA. L-evalwazzjoni għandha tagħti l-konsiderazzjoni dovuta lill-progress magħmul, fil-mandat tagħha, inkluża l-valutazzjoni ta' jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali sabiex ikunu żgurati solidarjetà effikaċi u kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet mal-Istati Membri li jkunu suġġetti għal pressjoni partikolari.

Ġustifikazzjoni

M'hemm l-ebda bżonn li jiġi speċifikat fir-regolament jekk il-Kummissjoni hix se tikkummissjona studju fis-sens li testernalizzah lil parti terza jew hix se tagħmel l-evalwazzjoni internament.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil

Referenzi

COM(2016)0271 – C8-0174/2016 – 2016/0131(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

7.7.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

7.7.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jens Geier

23.5.2016

Data tal-adozzjoni

11.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Urmas Paet, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Afzal Khan, Derek Vaughan

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edouard Ferrand

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

European Union Agency for Asylum

Referenzi

COM(2016)0271 – C8-0174/2016 – 2016/0131(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

4.5.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

7.7.2016

 

 

 

Committees asked for opinions

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

7.7.2016

DEVE

7.7.2016

BUDG

7.7.2016

 

Not delivering opinions

       Data tad-deċiżjoni

DEVE

24.5.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Péter Niedermüller

23.5.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

26.5.2016

26.9.2016

24.11.2016

8.12.2016

Data tal-adozzjoni

8.12.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

9

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Heinz K. Becker, Malin Björk, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Lorenzo Fontana, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Harald Vilimsky, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Daniel Dalton, Maria Grapini, Marek Jurek, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Salvatore Domenico Pogliese, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Karoline Graswander-Hainz, Esther Herranz García, Sabine Lösing

Data tat-tressiq

21.12.2016

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

36

+

ALDE

PPE

 

S&D

 

Verts/ALE

Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Cecilia Wikström

Heinz K. Becker, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Esther Herranz García, Monika Hohlmeier, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, József Nagy, Salvatore Domenico Pogliese, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Ana Gomes, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Sylvie Guillaume, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

Jan Philipp Albrecht, Jean Lambert, Bodil Valero

9

-

ECR

EFDD

ENF

NI

Daniel Dalton, Jussi Halla-aho, Marek Jurek, Helga Stevens, Branislav Škripek

Kristina Winberg

Lorenzo Fontana, Harald Vilimsky

Udo Voigt

6

0

EFDD

GUE/NGL

Ignazio Corrao, Laura Ferrara

Marina Albiol Guzmán, Malin Björk, Cornelia Ernst, Sabine Lösing

Key to symbols:

a)+  :  favur

b)-  :  kontra

c)0  :  astensjoni