RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ
7.2.2017 - (COM(2015)0596 – C8-0385/2015 – 2015/0276(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Simona Bonafè
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ
(COM(2015)0596 – C8-0385/2015 – 2015/0276(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0596),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0385/2015),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta' Ġunju 2016[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0029/2017),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa -1 (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(-1) Fid-dawl tad-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjoni tal-materja prima u t-tnaqqis rapidu ta' ammont sinifikanti ta' riżorsi naturali fuq medda qasira ta' żmien, hija sfida ewlenija li nirkupraw kemm jista' jkun riżorsi possibbli fl-Unjoni u li nsaħħu t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li jiġi enfasizzat il-qafas usa' tal-progress lejn ekonomija ċirkolari u li tiġi enfasizzata l-opportunità li toffri r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ biex issaħħaħ din it-tranżizzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa -1a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(-1a) Il-ġestjoni tal-iskart għandha tiġi ttrasformata f'ġestjoni sostenibbli tal-materjal. Ir-reviżjoni tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1a toffri opportunità għal dak l-għan. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
__________________ | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li jiġi enfasizzat il-qafas usa' tal-progress lejn ekonomija ċirkolari u li tiġi enfasizzata l-opportunità li toffri r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ biex issaħħaħ din it-tranżizzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, u tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari. |
(1) L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni prudenti u effiċjenti tar-riżorsi naturali, jiġu promossi l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, tissaħħaħ id-diffużjoni tal-enerġija rinnovabbli, tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, titnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq ir-riżorsi importati filwaqt li jiġu pprovduti opportunitajiet ekonomiċi ġodda u kompetittività fit-tul. Sabiex l-ekonomija ssir verament ċirkolari, jeħtieġ li jittieħdu miżuri addizzjonali dwar il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, b'enfasi fuq iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodotti b'mod li jippreżerva r-riżorsi u jagħlaq iċ-ċirkwit. L-użu tar-riżorsi b'mod aktar effiċjenti jġib ukoll iffrankar nett sostanzjali għan-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi tal-Unjoni, filwaqt li jnaqqas l-emissjonijiet annwali totali ta' gassijiet serra. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 1a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1a) Inċentiv politiku u soċjetali biex jippromwovi l-irkupru u r-riċiklaġġ bħala mod sostenibbli biex jiġu ġestiti r-riżorsi naturali f'ekonomija ċirkolari għandu jirrispetta l-ġerarkija tal-ġestjoni tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u biex japplika b'mod strett l-approċċ li permezz tiegħu il-prevenzjoni tieħu prijorità fuq ir-riċiklaġġ. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
__________________ | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ekonomija ċirkolari ma tistax taħdem mingħajr produzzjoni nadifa. Sustanzi tossiċi għandhom jiġu evitati fl-istadju tad-disinn sabiex il-prodotti u l-materjali jiċċirkolaw f'ċirkwit magħluq mingħajr ma jipperikolaw il-kwalità tal-materjali u s-saħħa taċ-ċittadini, tal-ħaddiema u tal-ambjent. Biex isir dan, jeħtieġ li jinbidel l-approċċ għas-sustanzi tossiċi b'tali mod li f'ekonomija ċirkolari, sustanzi perikolużi ma jfixklux il-proċessi tal-użu mill-ġdid, tat-tiswija u tar-riċiklaġġ. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 1b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1b) Ir-rimi ta' żibel barra u r-rimi mhux xieraq tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ għandu impatti negattivi kemm fuq l-ambjent tal-baħar kif ukoll fuq l-ekonomija tal-Unjoni u joħloq riskji mhux neċessarji għas-saħħa pubblika. Il-biċċa l-kbira tal-oġġetti li jinstabu l-aktar fil-bajjiet jinkludu l-iskart mill-imballaġġ, b'impatti fit-tul fuq l-ambjent li jaffettwaw it-turiżmu u t-tgawdija pubblika ta' dawn iż-żoni naturali. Barra minn hekk, l-iskart mill-imballaġġ li jispiċċa fl-ambjent tal-baħar jimmina l-ordni prijoritarja tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikolari billi tiġi evitata t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor qabel ir-rimi mhux xieraq tiegħu. Sabiex jitnaqqas il-kontribut sproporzjonat ta' skart mill-imballaġġ għaż-żibel fil-baħar, għandha tiġi stabbilita mira vinkolanti, sostnuta b'miżuri mmirati adottati mill-Istati Membri. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(2) Il-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 għall-irkupru u r-riċiklaġġ tal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ għandhom jiġu emendati billi jiżdiedu t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, bil-għan li jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija iktar ċirkolari. |
(2) Il-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE għall-irkupru u r-riċiklaġġ tal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ għandhom jiġu emendati billi jiżdied ir-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, bil-għan li jirriflettu aħjar l-ambizzjoni tal-Unjoni li timxi lejn ekonomija iktar ċirkolari. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10). |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 2a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2a) Miri kwantitattivi separati għall-użu mill-ġdid, li l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jiksbu, għandhom jiġu stabbiliti biex jippromwovu imballaġġ li jista' jerġa' jintuża li filwaqt li jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi u għall-iffrankar tar-riżorsi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 2b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2b) Iż-żieda fl-użu mill-ġdid tal-imballaġġ tista' tnaqqas l-ispiża globali fil-katina tal-provvista u tnaqqas l-impatt ambjentali tal-iskart mill-imballaġġ. L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw l-introduzzjoni fis-suq ta' imballaġġ li jista' jerġa' jintuża li jkun riċiklabbli fi tmiem il-ħajja tiegħu. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 2c (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2c) F'ċerti sitwazzjonijiet, bħas-servizzi tal-ikel, jinħtieġ imballaġġ b'użu uniku biex jiġu żgurati l-iġjene tal-ikel u s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta' dan meta jiżviluppaw miżuri ta' prevenzjoni u għandhom jippromwovu aċċess akbar għar-riċiklaġġ għal tali imballaġġ. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-miżuri ta' prevenzjoni jridu jqisu l-ħtieġa li tingħata prijorità lill-iġjene tal-ikel u lis-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur. Hemm ċerti sitwazzjonijiet fejn l-iġjene tal-ikel u s-sikurezza tal-konsumatur ma jippermettux l-użu ta' forom ta' imballaġġ li jista' jerġa' jintuza, bħal fil-każ ta' ikel "takeaway", pereżempju. Min-naħa l-oħra, jeħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu aktar sforzi biex jappoġġjaw il-ġbir barra mid-dar ta' dan l-imballaġġ u r-riċiklaġġ tiegħu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(3) Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata aktar koerenza fil-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, id-definizzjonijiet fid-Direttiva 94/62/KE għandhom jiġu allinjati ma' dawk tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14, li huma applikabbli għall-iskart b'mod ġenerali. |
(3) Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata aktar koerenza fil-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, mingħajr preġudizzju għall-ispeċifiċità tal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, id-definizzjonijiet fid-Direttiva 94/62/KE għandhom jiġu allinjati, meta jkun rilevanti, ma' dawk tad-Direttiva 2008/98/KE, li huma applikabbli għall-iskart b'mod ġenerali. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
14 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3). |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-iżgurar tal-konsistenza fil-leġiżlazzjoni kollha tal-UE dwar l-iskart huwa essenzjali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(4) Iż-żieda tal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ tissarraf f'benefiċċji ċari mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali. |
(4) Iż-żieda tal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ tissarraf f'benefiċċji ċari mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 4a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4a) Il-prevenzjoni tal-iskart hija l-iktar mod effiċjenti kif tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-iskart u jiġi promoss ir-riċiklaġġ tal-materjali ta' kwalità għolja. Għal dawk ir-raġunijiet, l-Istati Membri għandhom jadottaw approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-prodotti. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinċentivaw l-użu ta' imballaġġ li jista' jerġa' jintuża u biex jiksbu tnaqqis fil-konsum ta' imballaġġ mhux riċiklabbli u ta' imballaġġ eċċessiv. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw dawk elenkati fl-Anness IVa tad-Direttiva 2008/98/KE. Barra minn hekk, l-isforzi ta' prevenzjoni tal-iskart m'għandhomx jikkompromettu r-rwol tal-imballaġġ fiż-żamma tal-iġjene jew tas-sikurezza għall-konsumaturi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 4b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4b) L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ inċentivi xierqa għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikolari permezz ta' inċentivi finanzjarji u fiskali bl-għan li jintlaħqu l-objettivi ta' prevenzjoni u riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ ta' din id-Direttiva, fosthom il-ħlasijiet għar-rimi f'miżbla u għall-inċinerazzjoni, skemi ta' "ħallas skont kemm tarmi", skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, u inċentivi għall-awtoritajiet lokali. Dawk il-miżuri għandhom ikunu parti minn programmi ta' prevenzjoni tal-iskart mill-imbllaġġ fl-Istati Membri kollha. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Istati Membri għandhom rwol fundamentali fl-iżgurar tat-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari, u huwa importanti li jinħolqu biżżejjed inċentivi finanzjarji, fiskali u regolatorji għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, skont l-objettivi ta' din id-Direttiva. Il-miżuri meħuda għandhom jiffurmaw parti minn programmi speċifiċi ta' ġestjoni u prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ fl-Istati Membri kollha. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 4c (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4c) Fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet, il-forniment tal-imballaġġ la jiddependi mill-konsumatur finali u lanqas ma jagħżlu hu, iżda dan pjuttost jiddependi mill-produttur. L-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur huma mezzi xierqa kemm għall-prevenzjoni tal-formazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ kif ukoll għall-ħolqien ta' sistemi li jiżguraw ir-ritorn u/jew il-ġbir tal-imballaġġ użat u/jew tal-iskart mill-imballaġġ mill-konsumatur, minn utenti finali oħra, jew mill-fluss tal-iskart, u l-użu mill-ġdid jew l-irkupru, inkluż ir-riċiklaġġ, tal-imballaġġ u/jew tal-iskart mill-imballaġġ, li jinġabar. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 4d (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4d) Sabiex tingħata spinta lill-prevenzjoni tal-iskart mill-imballaġġ u jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent filwaqt li jiġi promoss ir-riċiklaġġ ta' materjali ta' kwalità għolja, ir-rekwiżiti essenzjali tal-Anness II ta' din id-Direttiva għandhom jiġu rieżaminati u, jekk meħtieġ, riveduti, biex jissaħħu ir-rekwiżiti li jtejbu d-disinn għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' kwalità għolja tal-imballaġġ. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 4e (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4e) L-istrateġiji nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jinkludu s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, fil-forma tad-diversi inċentivi u benefiċċji li jinkisbu minn prodotti magħmula minn skart riċiklat, li jinkoraġġixxu l-investiment fis-settur tal-prodotti riċiklati. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 4f (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4 f) It-trawwim ta' bijoekonomija sostenibbli jista' jikkontribwixxi biex tonqos id-dipendenza tal-Ewropa fuq il-materja prima importata. It-titjib tal-kundizzjonijiet tas-suq għal imballaġġ riċiklabbli b'bażi bijoloġika u imballaġġ bijodegradabbli kompostabbli u r-rieżami tal-liġi eżistenti li tfixkel l-użu ta' dawk il-materjali joffru l-opportunità biex jiġu stimulati aktar riċerka u innovazzjoni u biex li materja prima bbażata fuq il-fjuwils fossili tiġi sostitwita b'sorsi rinnovabbli għall-produzzjoni ta' imballaġġ, jekk ikun ta' benefiċċju mill-perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja, u biex jiġi appoġġat aktar ir-riċiklaġġ organiku. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(5) Permezz ta' żieda progressiva fil-miri eżistenti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, għandu jiġi żgurat li l-materjali tal-iskart ta' valur ekonomiku jiġu rkuprati progressivament u b'mod effettiv, b'immaniġġjar tajjeb tal-iskart u f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart. B'dan il-mod għandu jkun żgurat li materjali ta' valur fl-iskart jerġgħu lura fl-ekonomija Ewropea, u b'hekk isir progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima15 u fit-tiswir ta' ekonomija ċirkolari. |
(5) Permezz ta' żieda progressiva fil-miri eżistenti għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, għandu jiġi żgurat li l-materjali tal-iskart ta' valur ekonomiku jiġu rkuprati progressivament u b'mod effettiv, b'immaniġġjar tajjeb tal-iskart u f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart. B'dan il-mod għandu jkun żgurat li materjali ta' valur fl-iskart jerġgħu lura fl-ekonomija Ewropea, u b'hekk isir progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima15 u fit-tiswir ta' ekonomija ċirkolari mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-konsumatur u l-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
15 COM(2013) 442. |
15 COM(2013) 442. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 5a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5a) Ekonomija ċirkolari nadifa, effikaċi u sostenibbli teħtieġ it-tneħħija ta' sustanzi perikolużi mill-prodotti fl-istadju tad-disinn u, f'dan il-kuntest, ekonomija ċirkolari għandha tirrikonoxxi d-dispożizzjonijiet espliċiti fis-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali li jirrikjedu l-iżvilupp ta' ċikli ta' materjal mhux tossiku sabiex l-iskart riċiklat ikun jista' jintuża bħala sors ewlieni u affidabbli ta' materja prima għall-Unjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-UE għandha tiffoka fuq il-ħolqien ta' ekonomija ċirkolari nadifa u tevita l-possibbiltà ta' riskju kbir ta' telf futur tal-fiduċja tal-pubbliku u tas-suq f'materjal riċiklat filwaqt li jinħoloq wirt bla tmiem. Il-piż prinċipali għar-riċiklaturi huwa l-preżenza ta' sustanzi perikolużi fil-materjal. Il-fokus tal-UE għandu jkun li dawn is-sustanzi perikolużi jitneħħew mill-prodotti u l-iskart, u mhux li tiġi pperikolata s-saħħa pubblika u l-ambjent billi ċerti klassijiet ta' negozji jew prodotti jiġu eżentati minn rekwiżiti ta' sikurezza u billi jkun impossibbli li jiġu identifikati dawk il-materjali kkontaminati fil-futur. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 5b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5b) Ladarba materjal riċiklat jerġa' jidħol fl-ekonomija peress li jingħata l-istatus ta' tmiem tal-istadju tal-iskart, billi jew jikkonforma ma' kriterji speċifiċi ta' tmiem tal-istadju tal-iskart jew jiġi inkorporat fi prodott ġdid, jeħtieġ ikun għalkollox konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar sustanzi kimiċi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-REACH ma japplikax għall-iskart, kif iddikjarat fl-Artikolu 2(2) "L-iskart kif definit fid-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, mhuwiex sustanza, preparat jew oġġett fis-sens ta' l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.". | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 5c (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5c) Hemmm differenzi sostanzjali bejn l-iskart mill-imballaġġ domestiku u l-iskart mill-imballaġġ industrijali u kummerċjali. Sabiex jinkiseb għarfien ċar u preċiż dwar iż-żewġ flussi, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwarhom separatament. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Belġju bħalissa huwa l-uniku Stat Membru li għandu sistema separata ta' ġbir u rappurtar għall-iskart mill-imballaġġ domestiku u l-iskart mill-imballaġġ kummerċjali u industrijali. Nemmnu li dan huwa eżempju tal-aħjar prattika li għandu l-potenzjal li jiġi rreplikat fil-livell tal-UE. Ir-realtà ekonomika għall-imballaġġ domestiku imqabbel mal-imballaġġ kummerċjali u industrijali tvarja b'mod sinifikanti: 1) jittrattaw prodotti differenti u għalhekk jeħtieġu imballaġġ differenti, li jwassal għal flussi ta' skart differenti; 2) id-dimensjoni kummerċjali hija differenti (tat-tip B-to-B, minn impriża għal impriża, għall-imballaġġ kummerċjali u industrijali, u tat-tip B-to-C, minn impriża għal konsumatur, għall-imballaġġ domestiku; 3) il-volumi taż-żewġ flussi jvarjaw ħafna. Dawn huma l-aktar tliet raġunijiet konvinċenti biex issir distinzjoni ċara bejn iż-żewġ flussi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(6) Għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti għanijiet ċari ta' politika sabiex jiġi evitat li l-materja prima sekondarja teħel f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart. |
(6) Għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart għar-riċiklaġġ. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti għanijiet ċari ta' politika għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet u installazzjonijiet għat-trattament tal-iskart meħtieġa għall-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, sabiex jiġi evitat li l-materja prima sekondarja teħel f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart u li jiġu stabbiliti inċentivi għal investimenti f'infrastruttura innovattiva għall-immaniġġjar tal-iskart għar-riċiklaġġ. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 6a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6a) Sabiex tgħin biex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva u biex tagħti spinta lit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-koordinazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u bejn setturi differenti tal-ekonomija. Dan l-iskambju jista' jiġi ffaċilitat permezz ta' pjattaformi ta' komunikazzjoni li jistgħu jgħinu biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni ta' soluzzjonijiet industrijali ġodda u jippermettu analiżi ġenerali aħjar tal-kapaċitajiet disponibbli li jikkontribwixxu biex jikkollegaw l-industrija tal-iskart u setturi oħra u jappoġġjaw is-simbjożi industrijali. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva Premessa 7 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(7) Bit-taħlita ta' miri tar-riċiklaġġ u restrizzjonijiet għar-rimi fil-miżbliet stipulati fid-Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE, m'għadhomx meħtieġa l-miri tal-Unjoni għall-irkupru tal-enerġija u għar-riċiklaġġ fejn jidħol l-iskart mill-imballaġġ kif stipulati fid-Direttiva 94/62/KE. |
(7) Bit-taħlita ta' miri tar-riċiklaġġ u restrizzjonijiet għar-rimi fil-miżbliet stipulati fid-Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE tal-Kunsill1a, m'għadhomx meħtieġa l-miri tal-Unjoni għall-irkupru tal-enerġija fejn jidħol l-iskart mill-imballaġġ kif stipulati fid-Direttiva 94/62/KE. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
__________________ | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April tal-1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-miri tar-iċiklaġġ għadhom strument fundamentali għall-użu fil-ġestjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva Premessa 8 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(8) Din id-Direttiva tistipula għanijiet fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u tagħti lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri direzzjoni ċara għall-investimenti meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva. Waqt li jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart u jippjanaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jużaw b'mod għaqli l-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart, billi jippromwovu l-prevenzjoni, u t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ. |
(8) Din id-Direttiva tistipula għanijiet fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u tagħti lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri direzzjoni ċara għall-investimenti meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva. Waqt li jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart u jippjanaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart u l-ekonomija ċirkolari,, l-Istati Membri għandhom jużaw b'mod għaqli l-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart u jfasslu dawn l-istrateġiji u l-pjanijiet ta' investiment sabiex ikunu mmirati primarjament għall-promozzjoni tal-prevenzjoni u l-użu mill-ġdid tal-iskart, segwiti mir-riċiklaġġ, bi qbil mal-ġerarkija tal-iskart. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal direttiva Premessa 9a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9a) Ir-regoli dwar iż-żieda ulterjuri tal-miri tar-riċiklaġġ mill-2030 'il quddiem għandhom jiġu rieżaminati fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal direttiva Premessa 10 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(10) Għandhom jiġu stipulati miri ta' riċiklaġġ separat għall-metalli ferrużi u għall-aluminju, bil-għan li jinkisbu benefiċċji sinifikanti ekonomiċi u ambjentali, billi l-aliminju jiġi riċiklat u dan iwassal għal ħafna ffrankar tal-enerġija u tad-diossidu tal-karbonju. Għalhekk il-mira eżistenti tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ għall-imballaġġ tal-metall għandha tinqasam f'miri separati għal dawn iż-żewġ tipi ta' skart. |
(10) Għandhom jiġu stipulati miri ta' riċiklaġġ separat għall-metalli ferrużi u għall-aluminju, bil-għan li jinkisbu benefiċċji sinifikanti ekonomiċi u ambjentali, billi aktar metalli jiġu riċiklati u dan iwassal għal ħafna ffrankar tal-enerġija u tad-diossidu tal-karbonju. Għalhekk il-mira eżistenti tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ għall-imballaġġ tal-metall għandha tinqasam f'miri separati għal dawn iż-żewġ tipi ta' skart. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Miri separati mhux biss jgħinu biex itejbu r-rati ta' riċiklaġġ tal-aluminju, iżda anke r-rati ta' riċiklaġġ tal-azzar. Huwa għalhekk xieraq li jintuża t-terminu "metalli" minflok "aluminju". | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal direttiva Premessa 11 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(11) Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk humiex se jintlaħqu l-miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jqisu l-prodotti u l-komponenti li huma mħejjija għall-użu mill-ġdid minn operaturi rikonoxxuti ta' użu mill-ġdid u minn skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għal dawk il-kalkoli, il-Kummissjoni se tadotta regoli ddettaljati dwar id-determinazzjoni tat-tħejjija rikonoxxuta għall-operaturi ta' użu mill-ġdid u għall-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, kif ukoll dwar il-ġbir, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta. |
(11) Sabiex jiġi żgurat kalkolu uniformi tad-dejta dwar il-miri tar-riċiklaġġ, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar id-determinazzjoni ta' operaturi tar-riċiklaġġ u dwar il-ġbir, it-traċċabbiltà, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta. Wara l-adozzjoni ta' din il-metodoloġija armonizzata, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk intlaħqux il-miri tar-riċiklaġġ, iqisu r-riċiklaġġ ta' metalli li jsir flimkien mal-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 12 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(12) Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-dejta miġbura għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli komuni ta' rappurtar. Bl-istess mod, huwa importanti li jiġu stipulati b'mod aktar preċiż ir-regoli dwar kif l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dak li effettivament ikun ġie rriċiklat u jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ. Għal dan il-għan, bħala regola ġenerali, ir-rappurtar dwar l-ilħiq tal-miri ta' riċiklaġġ għandhom ikunu msejsa fuq l-input fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ. Sabiex jiġu limitati l-piżijiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati, taħt kundizzjonijiet stretti, li jirrappurtaw ir-rati ta' riċiklaġġ abbażi tal-output tal-faċilitajiet ta' separazzjoni. It-telf fil-piż tal-materjali jew tas-sustanzi minħabba proċessi ta' trasformazzjoni fiżiċi u/jew kimiċi inerenti għall-proċess aħħari ta' riċiklaġġ ma għandux jitnaqqas mill-piż tal-iskart irrappurtat bħala riċiklat. |
(12) Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-dejta miġbura dwar ir-riċiklaġġ, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli komuni dwar il-ġbir, it-traċċabbiltà, il-verifika u r-rappurtar ta' dejta. Bl-istess mod, huwa importanti li jiġu stipulati b'mod aktar preċiż ir-regoli dwar kif l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dak li effettivament ikun ġie rriċiklat u jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ. Il-kalkolu tal-ilħiq tal-miri għandu jkun ibbażat fuq metodu armonizzat wieħed li jipprevjeni r-rappurtar ta' skart mormi bħala skart riċiklat. Għal dak l-għan, ir-rappurtar dwar l-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ irid ikun ibbażat fuq l-input għall-proċess aħħari tar-riċiklaġġ. It-telf fil-piż tal-materjali jew tas-sustanzi minħabba proċessi ta' trasformazzjoni fiżiċi u/jew kimiċi inerenti għall-proċess aħħari ta' riċiklaġġ ma għandux jitnaqqas mill-piż tal-iskart irrappurtat bħala riċiklat. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal direttiva Premessa 14 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(14) Id-dejta statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-istatistika għandhom jittejbu billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta. |
(14) Id-dejta u l-informazzjoni li jirrappurtaw l-Istati Membri huma essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tad-dejta rrappurtata għandhom jittejbu billi tiġi introdotta metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar ta' dejta bbażata fuq sorsi affidabbli u billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal direttiva Premessa 16 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(16) Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jużaw l-aktar metodoloġija riċenti żviluppata mill-Kummissjoni u mill-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri. |
(16) Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jużaw metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta żviluppata mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali responsabbli għall-immaniġġjar tal-iskart. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal direttiva Premessa 16a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(16a) L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, fuq talba u mingħajr dewmien, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fl-intier tagħha u l-impatt tagħha fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal direttiva Premessa 17 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(17) Sabiex id-Direttiva 94/62/KE tiġi supplimentata jew emendata, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikoli 6a(2), 6a(5), 11(3), 19(2) u 20. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(17) Sabiex id-Direttiva 94/62/KE tiġi supplimentata, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dwar il-kalkolu tal-ilħuq tal-miri tar-riċiklaġġ, ċerti eċċezzjonijiet li jikkonċernaw il-livelli massimi ta' konċentrazzjoni ta' metalli tqal f'ċerti materjali riċiklati, iċ-ċirkwiti ta' produzzjoni u t-tipi ta' imballaġġ, dwar il-metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta u l-format għar-rappurtar tad-dejta li tikkonċerna l-ilħuq tal-miri tar-riċiklaġġ u emendi għal-lista ta' eżempji illustrattivi dwar id-definizzjoni ta' imballaġġ u kwalunkwe diffikultà teknika li tinqala' fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal direttiva Premessa 18 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(18) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/62/KE, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikoli 12(3b) u 19. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16. |
(18) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/62/KE, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tal-progress xjentifiku u tekniku, is-sistema ta' identifikazzjoni li tikkonċerna n-natura tal-materjali tal-imballaġġ użati. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
16 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28/02/2011, p. 13). |
16 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.02.2011, p. 13). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal direttiva Premessa 21a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(21a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiddaħħlu fis-seħħ livelli għoljin ta' rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali għall-ħaddiema kollha tal-Unjoni, f'konformità mad-dritt eżistenti tal-Unjoni, u skont ir-riskji speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-ħaddiema f'xi setturi tal-produzzjoni, ir-riċiklaġġ u l-iskart. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 1 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fl-għanijiet, huwa importanti li tiġi enfasizzata l-importanza ta' din id-Direttiva għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 3 – punt 2a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c Direttiva 94/62/KE Artikolu 3 – punti 3 sa 10 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Terġa' tiddaħħal id-definizzjoni ta' "użu mill-ġdid". | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 –punt d Direttiva 94/62/KE Artikolu 3 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 Direttiva 94/62/KE Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 4 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2c (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 5 – titolu | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2d (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 5 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2e (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2f (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 5 – paragrafu 1b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2g (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 5 – paragrafu 1c (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a Direttiva 94/62/KE Artikolu 6 – titolu | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt aa (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 6 – paragrafu -1 (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Jeħtieġ li l-ġbir u l-separazzjoni separati għall-imballaġġ kollu jkunu obbligatorji u mhux biss promossi. L-imballaġġ li ma jinġabarx u li ma jingħażilx b'mod separat ma jiġix riċiklat. Huwa biss bl-introduzzjoni ta' obbligu legali ċar li jobbliga l-ġbir u s-separazzjoni separati għall-imballaġġ kollu, li l-materjali riċikabbli tal-imballaġġ kollha jkollhom aċċess iggarantit għal skemi ta' ġbir u riċiklaġġ. L-impożizzjoni fuq l-Istati Membri li jistabbilixxu sistemi ta' ġbir u separazzjoni tal-imballaġġ kollu hija meħtieġa wkoll biex tkun żgurata provvista kostanti ta' materjali riċiklabbli u b'hekk jiġi provdut xenarju prevedibbli għall-innovazzjoni u l-investiment f'teknoloġiji u infrastrutturi ġodda u eżistenti ta' ġbir u separazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b Direttiva 94/62/KE Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b Direttiva 94/62/KE Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt g | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 52 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b Direttiva 94/62/KE Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt h | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 53 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b Direttiva 94/62/KE Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt i | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 54 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt c Direttiva 94/62/KE Artikolu 6 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ca (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 6 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' materjali miksuba minn skart mill-imballaġġ riċiklat għall-produzzjoni ta' imballaġġ u ta' prodotti oħra, billi jtejbu l-kundizzjonijiet tas-suq għal tali materjali u jirrieżaminaw il-leġiżlazzjoni eżistenti li tfixkel l-użu tagħhom, kif ukoll billi joħolqu inċentivi għall-użu ta' materja prima sekondarja u jippromwovu materjali li, ladarba jiġu riċiklati, ma jkunx ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 56 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 –punt d Direttiva 94/62/KE Artikolu 6 – paragrafi 5, 8 u 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 57 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt da (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 6 – paragrafu 8 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 58 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 Direttiva 94/62/KE Artikolu 6a – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 59 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 Direttiva 94/62/KE Artikolu 6a – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 60 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 Direttiva 94/62/KE Artikolu 6a – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Biex jiġi żgurat li l-paragrafu 1(a) ta' din id-Direttiva jiġi applikat b'mod uniformi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jistabbilixxu rekwiżiti minimi ta' kwalità u ta' operazzjoni għad-determinazzjoni tal-operaturi tar-riċiklaġġ finali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 61 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 Direttiva 94/62/KE Artikolu 6a – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 62 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 Direttiva 94/62/KE Artikolu 6a – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar "L-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari", adottata fid-9 ta' Lulju 2015, il-Parlament Ewropew talab li l-kalkolu tal-miri għar-riċiklaġġ isir bl-użu ta' metodu armonizzant uniku fl-Istati Membri kollha, ibbażat fuq metodu solidu ta' rapportar li jipprevjeni r-rapportar ta' skart mormi (fil-miżbliet jew inċinerat) bħala skart riċiklat. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 63 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 Direttiva 94/62/KE Artikolu 6a – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' monitoraġġ u traċċabbiltà tal-iskart mill-imballaġġ biex jiżguraw li r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva jiġu rispettati, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-metodu magħżul għall-ġestjoni ta' din is-sistema. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 64 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 Direttiva 94/62/KE Artikolu 6a – paragrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 65 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 Direttiva 94/62/KE Artikolu 6b – paragrafu 1 – punt ba (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 66 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 Direttiva 94/62/KE Artikolu 6b – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 67 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 7 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 68 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 7a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sabiex jiżdied ir-riċiklaġġ, għandu jinġabar aktar u l-gvernijiet jeħtieġ li jiżguraw li kull ħaġa li tista' tiġi riċiklata, tiġi riċiklata, b'mod partikolari għall-imballaġġ. L-impożizzjoni fuq l-Istati Membri li jistabbilixxu sistemi biex jiġbru l-imballaġġ u l-imballaġġ mill-skart kollu tiżgura l-materja prima, u b'hekk jiġu ġġenerati l-investiment u l-innovazzjoni f'infrastruttura tal-ġbir u s-separazzjoni u, min-naħa l-oħra, "jinħoloq il-pipeline tar-riċiklaġġ". Biex tiġi sfruttata l-infrastruttura tal-ġbir eżistenti, il-materjal kompost għandu jinġabar f'sistemi ta' ġbir eżistenti. L-impożizzjoni tal-ġbir separat tal-iskart mill-imballaġġ tallinja d-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ mad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart li tipproponi, fl-Artikolu 11, li l-Istati Membri jridu jistabbilixxu ġbir separat għal mill-inqas dawn li ġejjin: karti, metall, plastik u ħġieġ. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 69 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 8 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 70 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d Direttiva 94/62/KE Artikolu 12 – paragrafu 3a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 71 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d Direttiva 94/62/KE Artikolu 12 – paragrafu 3a – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li d-dejta rrappurtata għandha tkun ibbażata fuq metodoloġija komuni u għandha tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3d. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 72 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d Direttiva 94/62/KE Artikolu 12 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 73 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d Direttiva 94/62/KE Artikolu 12 – paragrafu 3ca (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-impatt tad-Direttiva għandu jiġi vvalutat regolarment biex ikun żgurat li l-elementi essenzjali tad-Direttiva jkunu adattati għal dan l-iskop. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 74 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 –punt d Direttiva 94/62/KE Artikolu 12 – paragrafu 3d | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 75 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 Direttiva 94/62/KE Artikolu 21a – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 76 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 Direttiva 94/62/KE Artikolu 21a – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 77 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 Direttiva 94/62/KE Artikolu 21a – paragrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 78 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid) Direttiva 94/62/KE Anness II | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 79 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(14) l-Anness IV tad-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ huwa emendat kif muri fl-Anness ta' din id-Direttiva. |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-prodotti u l-komponenti li ma sarux skart m'għandhomx jingħaddu favur l-ilħiq tal-miri għar-riċiklaġġ, peress li l-operazzjonijiet ikkonċernati huma operazzjonijiet ta' rkupru tal-iskart. L-użu mill-ġdid ta' prodotti u komponenti jikkostitwixxi pproċessar li jipprevjeni l-ġenerazzjoni tal-iskart, jiġifieri skont il-ġerarkija tal-iskart, għandu jitqies bħala miżura ta' prevenzjoni. Il-paragrafu 6a(1) diġà jiddefinixxi l-metodu ta' kalkolu tar-rata ta' riċiklaġġ. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 80 Proposta għal direttiva Anness – paragrafu -1 (ġdid) Direttiva 94/62/KE Anness II – punt 1 – inċiż 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 81 Proposta għal direttiva Anness – paragrafu -1a (ġdid) Direttiva 94/62/KE Anness II – punt 1 – inċiż 1a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 82 Proposta għal direttiva Anness – paragrafu -1b (ġdid) Direttiva 94/62/KE Anness II – punt 3 – punt c | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 83 Proposta għal direttiva Anness – paragrafu -1c (ġdid) Direttiva 94/62/KE Anness II – punt 3 – punt d | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 84 Proposta għal direttiva Anness – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Jiżdied l-Anness IV li ġej: |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ANNESS IV |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Metodu ta' kalkolu għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid ta' prodotti u komponenti għall-finijiet tal-Artikolu 6(1)(f) sa (i) |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sabiex tiġi kkalkolata r-rata aġġustata ta' riċiklaġġ u tħejjija għall-użu mill-ġdid skont l-Artikolu 6(1)(f) sa (i), l-Istati Membri għandhom jużaw il-formola li ġejja: |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
"E=" "(A+R)*100" /"(P+R)" |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
E: rata aġġustata ta' riċiklaġġ u użu mill-ġdid f'sena determinata; |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
A: piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat jew imħejji għall-użu mill-ġdid f'sena determinata; |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
R: piż tal-prodotti u l-komponenti mħejjija għall-użu mill-ġdid f'sena determinata; |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
P: piż tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat f'sena determinata." |
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-prodotti u l-komponenti li ma sarux skart m'għandhomx jingħaddu favur l-ilħiq tal-miri għar-riċiklaġġ, peress li l-operazzjonijiet ikkonċernati huma operazzjonijiet ta' rkupru tal-iskart. L-użu mill-ġdid ta' prodotti u komponenti jikkostitwixxi pproċessar li jipprevjeni l-ġenerazzjoni tal-iskart, jiġifieri skont il-ġerarkija tal-iskart, għandu jitqies bħala miżura ta' prevenzjoni. Il-paragrafu 6a(1) diġà jiddefinixxi l-metodu ta' kalkolu tar-rata ta' riċiklaġġ. |
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
Il-mudell attwali ta' żvilupp lineari, li jista' jinġabar fil-qosor bħala "ħu, ipproduċi, uża u armi", qed jibda juri sinjali li qed jilħaq il-limiti tiegħu. Il-pjaneta tagħna qed tisħon, u r-riżorsi użati, li fuqhom niddependu, qed isiru dejjem aktar skarsi. Sakemm ma jittiħdux miżuri strutturali, id-domanda għal materja prima mill-ekonomija dinjija tista' tiżdied b'aktar minn 50 % fil-15-il sena li ġejjin. Sabiex tinqaleb din it-tendenza, aħna rridu nadottaw mudell ta' żvilupp ċirkolari li jżomm il-materjali u l-valur tagħhom fiċ-ċirkolazzjoni fi ħdan is-sistema ekonomika kemm jista' jkun fit-tul, billi jottimizza ċ-ċiklu tal-iskart integrat sabiex jagħmel użu effiċjenti mir-riżorsi. L-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru qed isiru l-kliem ewlenin li madwarhom jeħtieġ tinbena paradigma ġdida li tippromwovi s-sostenibbiltà, l-innovazzjoni u l-kompetittività, biex b'hekk l-iskart ma jibqax ikun problema u jsir riżorsa.
Il-pakkett għalhekk għandu jiġi kkunsidrat f'kuntest ferm usa' minn dak ta' sempliċi rieżami tal-leġiżlazzjoni tal-iskart. Ir-rapporteur għandha l-għan li tħeġġeġ lill-Kummissjoni fl-għan tagħha li tippreżerva l-ambjent, li tagħmel l-ekonomija Ewropea aktar kompetittiva u li tippromwovi r-reindustrijalizzazzjoni sostenibbli. Żieda fil-valur tar-riżorsi tfisser intervent fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott: mill-estrazzjoni tal-materja prima għad-disinn tal-prodott u mid-distribuzzjoni għall-konsum, għal tmiem il-ħajja tal-prodotti.
Qafas leġiżlattiv ċar u stabbli huwa l-ewwel pass fil-promozzjoni tat-tranżizzjoni.
Tali bidla sistemika titlob politiki ambizzjużi, appoġġjati minn leġiżlazzjoni li tkun kapaċi tibgħat sinjali tajba lill-investituri. Jekk il-leġiżlazzjoni Ewropea tonqos milli tinkorpora definizzjonijiet ċari u miri vinkolanti, tista' tkun ta' ħsara għall-progress lejn l-ekonomija ċirkolari.
B'kunsiderazzjoni tal-ġerarkija bħala bażi, ir-rapporteur għandha l-għan li temenda l-proposta tal-Kummissjoni prinċipalment fir-rigward tal-prevenzjoni tal-iskart u l-introduzzjoni tal-iskart lura fil-proċess tal-produzzjoni. Sabiex titnaqqas il-kwantità tal-iskart, jeħtieġ li tiġi varata upstream l-innovazzjoni ta' proċessi ta' produzzjoni u mudelli kummerċjali li huma l-bażi tal-ekonomija ċirkolari.
It-trasformazzjoni tal-Unjoni f'ekonomija ekoloġika u b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti diġà hija wieħed mill-objettivi ewlenin tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali Ewropew, u ta' min ifakkar li l-Ewropa impenjat ruħha li tilħaq il-miri ta' żvilupp sostenibbli tan-NU.
Direttiva dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ
L-Eurostat jistma li fl-2013 fl-Ewropa ġew iġġenerati aktar minn 79.368 miljun tunnellata ta' skart mill-imballaġġ, madwar 500 000 tunnellata aktar mill-2012. Ir-rata ta' riċiklaġġ kienet ta' 65.3 %, żieda żgħira fuq iċ-ċifra tal-2012, bi tliet Stati Membri biss taħt il-50 %. Fil-ftit snin li ġejjin, huwa mistenni li l-kwantitajiet ta' imballaġġ mqiegħed fis-suq se jkomplu jiżdiedu.
Id-Direttiva 94/62/KE saritilha għadd ta' reviżjonijiet. Fl-2010, bħala parti mill-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni, id-Direttiva kienet soġġetta għal kontroll tal-idoneità speċifiku, li r-riżultati tiegħu ġew ippubblikati fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-2014[1] li akkumpanja l-pakkett leġiżlattiv oriġinali dwar l-ekonomija ċirkolari, li l-Kummissjoni rtirat f'Diċembru 2014.[2]
Diversi rakkomandazzjonijiet fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li huma intiżi biex itejbu l-effikaċja u l-effiċjenza tad-Direttiva ma ġewx inklużi fil-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni. Ċerti elementi essenzjali fid-Direttiva għalhekk għandhom jittejbu, b'mod partikolari sabiex jiġu allinjati mal-ġerarkija tal-ġestjoni tal-iskart, li tikklassifika l-prevenzjoni bħala l-aktar livell importanti.
Iż-żieda tal-miri tar-riċiklaġġ, l-estensjoni ta' skemi obbligatorji ta' EPR għall-imballaġġ, diċitura aħjar u implimentazzjoni aktar stretta tar-rekwiżiti essenzjali u l-promozzjoni tal-użu mill-ġdid huma fost l-inizjattivi li r-rapporteur ippruvat tressaq sabiex tippromwovi l-użu effiċjenti tar-riżorsi.
Il-prevenzjoni kwantitattiva u t-titjib kwalitattiv tal-imballaġġ għandhom ikunu l-objettiv ewlieni ta' reviżjoni tad-Direttiva skont il-prinċipji li fuqhom hija bbażata l-ekonomija ċirkolari. Għal dan l-għan, jeħtieġ li jitneħħew l-inċentivi għall-użu eċċessiv ta' imballaġġ imposti fuq il-konsumatur, filwaqt li jiġi promoss id-disinn ta' imballaġġ li jista' jiġi riċiklat u/jew użat mill-ġdid aktar faċilment. Barra minn hekk, għandhom jiġu promossi miżuri li jappoġġjaw ir-riċerka dwar, u l-użu u l-kummerċjalizzazzjoni tal-imballaġġ li juża riżorsi rinnovabbli.
Fl-aħħar nett, ir-rapporteur inkorporat l-istess emendi kif iddaħħlu fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart fir-rigward tad-definizzjonijiet u l-metodoloġija għall-kalkolu tal-kwantitajiet ta' skart soġġetti għat-ħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (20.10.2016)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ
(COM(2015)0596 – C8-0385/2015 – 2015/0276(COD))
Rapporteur (għal opinjoni): João Ferreira
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Meta jitqiesu l-pożizzjonijiet inizjali differenti fl-Istati Membri fir-rigward taż-żieda progressiva fil-miri tar-riċiklaġġ u t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, liema fatt ifisser li se jinħtieġu livelli differenti ta' sforz sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti, hemm bżonn ta' ċerta flessibbiltà fir-rigward tal-iskeda ta' żmien biex jintlaħqu l-miri.
Kif ġie rikonoxxut fil-proposta, għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti għanijiet ċari ta' politika sabiex jiġi evitat li l-materja prima sekondarja teħel f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart. Mingħajr ma jitqiegħdu f'dubju l-għanijiet infushom, il-fattibbiltà tal-konformità magħhom titlob ċertu grad ta' flessibbiltà fir-rigward taż-żmien.
Barra minn hekk, l-eżistenza ta' għanijiet ġodda, riveduti għal livell aktar għoli, tiġġustifika l-għoti ta' riżorsi ġodda sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet. Għalhekk huwa ġustifikat li l-Unjoni Ewropea żżid ir-riżorsi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri bħala appoġġ biex jagħmlu l-investimenti meħtieġa.
Jeħtieġ ukoll li jinħolqu l-kundizzjonijiet u l-inċentivi xierqa ħalli ssir proposta attraenti lill-industrija biex tinkorpora l-iskart mill-imballaġġ fil-proċessi ta' produzzjoni tagħha bl-għan li tipproduċi prodotti b'valur miżjud filwaqt li titħares materja prima verġni.
Sadanittant, l-irkupru tal-enerġija għandu jibqa' alternattiva vijabbli għall-immaniġġjar tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ kull fejn dan ikun teknikament, ekonomikament u ambjentalment ġustifikat.
L-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur huma mezzi xierqa kemm għall-prevenzjoni tal-formazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ kif ukoll għall-ħolqien ta' sistemi li jiżguraw ir-ritorn u/jew il-ġbir tal-imballaġġ użat u/jew tal-iskart mill-imballaġġ mill-konsumatur, minn utenti finali oħra, jew mill-fluss tal-iskart, u l-użu mill-ġdid jew l-irkupru, inkluż ir-riċiklaġġ, tal-imballaġġ u/jew tal-iskart mill-imballaġġ miġbur.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, u tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari. |
(1) L-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni għandu jittejjeb, bil-ħsieb li titħares, tinżamm u tiżdied il-kwalità tal-ambjent, tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, tkun żgurata utilizzazzjoni razzjonali u prudenti tar-riżorsi naturali, u tiġi promossa ekonomija iktar ċirkolari, titnaqqas id-dipendenza fuq ir-riżorsi fl-Unjoni u tiżdied l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 1a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1a) L-Istati Membri għandhom jippromwovu bijoekonomija sostenibbli bl-għan li l-iskart jintuża bħala riżorsa. F'konformità ma' dak l-għan, il-prevenzjoni tal-iskart hija l-iktar mod effiċjenti biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, u l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jevitaw imballaġġ mhux meħtieġ, u biex jitnaqqsu l-manifattura u l-konsum ta' imballaġġ li jintuża darba. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jinkludu restrizzjonijiet tas-suq għall-imballaġġ superfluwu. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-imballaġġ kollu mqiegħed fis-suq jikkonforma mar-rekwiżiti minimi li jippromwovu d-disinn ta' imballaġġ ċirkolari, li jista' jinkludi l-użu ta' kontenut riċiklat, u materjal b'livelli baxxi ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi, kif xieraq, it-tħejjija ta' standards u linji gwida tal-Unjoni b'rabta mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Anness II. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 1b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1b) Ir-rimi ta' żibel barra u r-rimi mhux xieraq tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ għandhom impatti negattivi kemm fuq l-ambjent tal-baħar kif ukoll fuq l-ekonomija tal-Unjoni u joħloq riskji mhux neċessarji għas-saħħa pubblika. Il-biċċa l-kbira tal-oġġetti li jinstabu l-aktar fil-bajjiet jinkludu wkoll l-iskart mill-imballaġġ, b'impatti fit-tul fuq l-ambjent li jaffettwaw it-turiżmu u t-tgawdija pubblika ta' dawn iż-żoni naturali. Barra minn hekk, l-iskart mill-imballaġġ li jispiċċa fl-ambjent tal-baħar jimmina l-ordni prijoritarja tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikolari billi tiġi evitata t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor qabel r-rimi mhux xieraq tiegħu. Sabiex jitnaqqas il-kontribut sproporzjonat ta' skart mill-imballaġġ għaż-żibel fil-baħar, għandha tiġi stabbilita mira vinkolanti, sostnuta b'miżuri mmirati adottati mill-Istati Membri. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(5) Permezz ta' żieda progressiva fil-miri eżistenti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, għandu jiġi żgurat li l-materjali tal-iskart ta' valur ekonomiku jiġu rkuprati progressivament u b'mod effettiv, b'immaniġġjar tajjeb tal-iskart u f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart. B'dan il-mod għandu jkun żgurat li materjali ta' valur fl-iskart jerġgħu lura fl-ekonomija Ewropea, u b'hekk isir progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima15 u fit-tiswir ta' ekonomija ċirkolari. |
(5) Permezz ta' żieda progressiva fil-miri eżistenti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ, għandu jiġi żgurat li l-materjali tal-iskart ta' valur ekonomiku jiġu rkuprati progressivament u b'mod effettiv, b'immaniġġjar tajjeb tal-iskart u f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart. B'dan il-mod għandu jkun żgurat li materjali ta' valur fl-iskart jerġgħu lura fl-ekonomija Ewropea, u b'hekk isir progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-Materja Prima15 u fit-tiswir ta' ekonomija ċirkolari u, fil-każ ta' materjali ta' imballaġġ, mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-konsumatur u l-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
__________________ | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
15 COM(2013) 442. |
15 COM(2013) 442. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 5a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5a) Fl-istess ħin, jeħtieġ li jinħolqu wkoll kundizzjonijiet u inċentivi ħalli ssir proposta attraenti lill-industrija biex tinkorpora l-iskart mill-imballaġġ fil-proċessi ta' produzzjoni tagħha, bl-għan li tipproduċi prodotti b'valur miżjud filwaqt li titħares materja prima verġni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(6) Għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti għanijiet ċari ta' politika sabiex jiġi evitat li l-materja prima sekondarja teħel f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart. |
(6) Għadd ta' Stati Membri għadhom ma żviluppawx għalkollox l-infrastruttura meħtieġa għall-immaniġġjar tal-iskart għar-riċiklaġġ. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti għanijiet ċari ta' politika għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet u installazzjonijiet għat-trattament tal-iskart meħtieġa għall-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, sabiex jiġi evitat li l-materja prima sekondarja teħel f'qiegħ il-ġerarkija tal-iskart u li jiġu stabbiliti inċentivi għal investimenti f'infrastruttura innovattiva għall-immaniġġjar tal-iskart għar-riċiklaġġ. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 6a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6a) Il-ġbir u r-riċiklaġġ ta' żjut użati jkollhom benefiċċji ekonomiċi u ekoloġiċi konsiderevoli mil-lat tal-iżgurar tal-provvisti ta' materja prima, tal-bidla lejn ekonomija ċirkolari u tal-għajnuna biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-provvisti ta' żejt grezz. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 7 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(7) Bit-taħlita ta' miri tar-riċiklaġġ u restrizzjonijiet għar-rimi fil-miżbliet stipulati fid-Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE, m'għadhomx meħtieġa l-miri tal-Unjoni għall-irkupru tal-enerġija u għar-riċiklaġġ fejn jidħol l-iskart mill-imballaġġ kif stipulati fid-Direttiva 94/62/KE. |
(7) Bit-taħlita ta' miri tar-riċiklaġġ u restrizzjonijiet għar-rimi fil-miżbliet stipulati fid-Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE, m'għadhomx meħtieġa l-miri tal-Unjoni għall-irkupru tal-enerġija u għar-riċiklaġġ fejn jidħol l-iskart mill-imballaġġ kif stipulati fid-Direttiva 94/62/KE. L-irkupru tal-enerġija, madankollu, xorta jista' jkun alternattiva għall-immaniġġjar tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ biss meta dan ikun teknikament, ekonomikament u ambjentalment ġustifikat, u dan jirrikjedi valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt ambjentali li tkun studjat l-impatt ambjentali tal-imballaġġ fl-istadji kollha. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 7a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(7а) L-istrateġiji nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jinkludu sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, fil-forma tad-diversi inċentivi u benefiċċji li jinkisbu minn prodotti magħmula minn skart riċiklat, li jinkoraġġixxu l-investiment fis-settur tal-prodotti riċiklati. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 8 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(8) Din id-Direttiva tistipula għanijiet fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u tagħti lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri direzzjoni ċara għall-investimenti meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva. Waqt li jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart u jippjanaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jużaw b'mod għaqli l-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart, billi jippromwovu l-prevenzjoni, u t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ. |
(8) Din id-Direttiva tistipula għanijiet fit-tul għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u tagħti lill-operaturi ekonomiċi u lill-Istati Membri direzzjoni ċara għall-investimenti meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta' din id-Direttiva. Waqt li jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-immaniġġjar tal-iskart u jippjanaw l-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jużaw b'mod għaqli l-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart, billi jippromwovu, bħala prijorità, il-prevenzjoni u l-użu mill-ġdid, segwiti mir-riċiklaġġ. Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej m'għandhomx jintużaw għall-finanzjament tal-inċineraturi jew tal-miżbliet. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 10a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(10a) Il-ġbir separat għandu jkompli jissaħħaħ ukoll f'termini ta' imballaġġ u skart mill-imballaġġ. Madankollu, meta l-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja turi gwadanji ambjentali, jistgħu jsiru eċċezzjonijiet. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 11 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(11) Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk humiex se jintlaħqu l-miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jqisu l-prodotti u l-komponenti li huma mħejjija għall-użu mill-ġdid minn operaturi rikonoxxuti ta' użu mill-ġdid u minn skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għal dawk il-kalkoli, il-Kummissjoni se tadotta regoli ddettaljati dwar id-determinazzjoni tat-tħejjija rikonoxxuta għall-operaturi ta' użu mill-ġdid u għall-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, kif ukoll dwar il-ġbir, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta. |
(11) Għall-finijiet tal-kalkolu ta' jekk humiex se jintlaħqu l-miri ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jqisu l-prodotti u l-komponenti li huma mħejjija għall-użu mill-ġdid minn operaturi rikonoxxuti ta' użu mill-ġdid u minn skemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, u minn operaturi tar-riċiklaġġ. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għal dawk il-kalkoli, il-Kummissjoni se tadotta regoli ddettaljati dwar id-determinazzjoni tat-tħejjija rikonoxxuta għall-operaturi ta' użu mill-ġdid u għall-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, kif ukoll dwar il-ġbir, il-verifika u r-rappurtar tad-dejta. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 12 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(12) Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-dejta miġbura għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli komuni ta' rappurtar. Bl-istess mod, huwa importanti li jiġu stipulati b'mod aktar preċiż ir-regoli dwar kif l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dak li effettivament ikun ġie rriċiklat u jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ. Għal dan il-għan, bħala regola ġenerali, ir-rappurtar dwar l-ilħiq tal-miri ta' riċiklaġġ għandhom ikunu msejsa fuq l-input fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ. Sabiex jiġu limitati l-piżijiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati, taħt kundizzjonijiet stretti, li jirrappurtaw ir-rati ta' riċiklaġġ abbażi tal-output tal-faċilitajiet ta' separazzjoni. It-telf fil-piż tal-materjali jew tas-sustanzi minħabba proċessi ta' trasformazzjoni fiżiċi u/jew kimiċi inerenti għall-proċess aħħari ta' riċiklaġġ ma għandux jitnaqqas mill-piż tal-iskart irrappurtat bħala riċiklat. |
(12) Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-dejta miġbura għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli komuni ta' rappurtar. Dik id-dejta għandha tinġabar f'konformità ma' standards u speċifikazzjonijiet li jappoġġjaw l-għanijiet ta' dejta miftuħa u għandha tkun disponibbli bħala dejta miftuħa. Bl-istess mod, huwa importanti li jiġu stipulati b'mod aktar preċiż ir-regoli dwar kif l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dak li effettivament ikun ġie rriċiklat u jista' jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri tar-riċiklaġġ. Għal dan il-għan, bħala regola ġenerali, ir-rappurtar dwar l-ilħiq tal-miri ta' riċiklaġġ għandu jkun imsejjes fuq l-input fil-proċess aħħari tar-riċiklaġġ. Sabiex jiġu limitati l-piżijiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati, taħt kundizzjonijiet stretti, li jirrappurtaw ir-rati ta' riċiklaġġ abbażi tal-output tal-faċilitajiet ta' separazzjoni. It-telf fil-piż tal-materjali jew tas-sustanzi minħabba proċessi ta' trasformazzjoni fiżiċi u/jew kimiċi inerenti għall-proċess aħħari ta' riċiklaġġ ma għandux jitnaqqas mill-piż tal-iskart irrappurtat bħala riċiklat. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 14 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(14) Id-dejta statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-istatistika għandhom jittejbu billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta. |
(14) Id-dejta statistika li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart fost l-Istati Membri. Il-kwalità, l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-istatistika għandhom jittejbu billi jiġi introdott punt ta' dħul wieħed għad-dejta kollha dwar l-iskart, billi jitħassru rekwiżiti ta' rappurtar li m'għadhomx jgħoddu, billi ssir valutazzjoni komparattiva tal-metodoloġiji nazzjonali tar-rappurtar, u billi jiġi introdott rapport ta' verifika tal-kwalità tad-dejta. Ir-rapport ta' verifika tal-kwalità għandu jitfassal skont format armonizzat. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 15a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(15a) Meta jkun possibbli, l-Istati Membri għandhom jinċentivaw l-użu ta' materjali bħal materjali permanenti li għandhom valur superjuri għall-ekonomija ċirkolari minħabba li jistgħu jiġu klassifikati bħala materjali li jistgħu jiġu riċiklati mingħajr telf ta' kwalità, irrispettivament minn kemm-il darba jiġi riċiklat il-materjal. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 15b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(15b) Għan importanti ta' din id-Direttiva huwa li jittejbu l-kundizzjonijiet fis-suq intern. Għalhekk, ir-rappurtar mill-Kummissjoni dwar l-effetti ta' din id-Direttiva fuq il-funzjonament tas-suq intern huwa kkunsidrat bħala miżura importanti. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 16 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(16) Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jużaw l-aktar metodoloġija riċenti żviluppata mill-Kummissjoni u mill-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri. |
(16) Ir-rappurtar affidabbli tad-dejta statistika dwar l-immaniġġjar tal-iskart huwa tal-akbar importanza għal implimentazzjoni effiċjenti u biex tkun żgurata l-paragunabbiltà tad-dejta fost l-Istati Membri. Għaldaqstant, meta jippreparaw ir-rapporti dwar il-konformità mal-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jużaw metodoloġija komuni għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta żviluppata mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-immaniġġjar tal-iskart. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 21 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(21) Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva - jiġifieri, fuq naħa, li jiġi evitat kull impatt mill-imballaġġ u mill-iskart mill-imballaġġ fuq l-ambjent, jew li tali impatt jitnaqqas u b'hekk jiġu pprovduti livelli għoljin ta' protezzjoni ambjentali, u fuq in-naħa l-oħra, l-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-evitar ta' ostakli għall-kummerċ u t-tagħwiġ u restrizzjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni -, ma jistgħux jintlaħqu sew mill-Istati Membri, iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-iskala tal-effetti tal-miżuri, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, |
(21) Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva - jiġifieri li jiġi evitat kull impatt mill-imballaġġ u mill-iskart mill-imballaġġ fuq l-ambjent, jew li tali impatt jitnaqqas u b'hekk jiġu pprovduti livelli għoljin ta' protezzjoni ambjentali, filwaqt li jitqies il-funzjonament tas-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu sew mill-Istati Membri, iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-iskala tal-effetti tal-miżuri, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 21a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(21a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiddaħħlu fis-seħħ livelli għoljin ta' rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali għall-ħaddiema kollha tal-Unjoni, f'konformità mad-dritt eżistenti tal-Unjoni, u skont ir-riskji speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-ħaddiema f'xi setturi tal-produzzjoni, ir-riċiklaġġ u l-iskart. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 21b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(21b) Fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet, il-forniment tal-imballaġġ la jiddependi mill-konsumatur finali u lanqas ma jagħżlu hu, iżda dan pjuttost jiddependi mill-produttur. L-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur huma mezzi xierqa kemm għall-prevenzjoni tal-formazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ kif ukoll għall-ħolqien ta' sistemi li jiżguraw ir-ritorn u/jew il-ġbir tal-imballaġġ użat u/jew tal-iskart mill-imballaġġ mill-konsumatur, minn utenti finali oħra, jew mill-fluss tal-iskart, u l-użu mill-ġdid jew l-irkupru, inkluż ir-riċiklaġġ, tal-imballaġġ u/jew tal-iskart mill-imballaġġ li jinġabar. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 1 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 3 – punt 2a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ca (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 3 – punt 12a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 Direttiva 94/62/KE Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2c (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 4 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2c (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2d (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b Direttiva 94/62/KE Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b Direttiva 94/62/KE Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt h | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 –punt c Direttiva 94/62/KE Artikolu 6 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ca (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt cb (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 6 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt d Direttiva 94/62/KE Artikolu 6 – paragrafu 8 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt da (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 6 – paragrafu 11a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 Direttiva 94/62/KE Artikolu 6a – paragrafu 1 – punt c | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 7a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 8 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt d Direttiva 92/64/KE Artikolu 12 – paragrafu 3b | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt d Direttiva 94/62/KE Artikolu 12 – paragrafu 3c | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt d Direttiva 94/62/KE Artikolu 12 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 15 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7b (ġdid) Direttiva 94/62/KE Artikolu 15a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal direttiva Anness – paragrafu -1 (ġdid) Direttiva 94/62/KE Anness II – punt 1 – inċiż 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal direttiva Anness – paragrafu -1a (ġdid) Direttiva 94/62/KE Anness II – punt 3 – punt a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Direttiva li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ |
||||
Referenzi |
COM(2015)0596 – C8-0385/2015 – 2015/0276(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 14.12.2015 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 14.12.2015 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
João Ferreira 25.2.2016 |
||||
Eżami fil-kumitat |
14.6.2016 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
13.10.2016 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
47 11 4 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Nikolay Barekov, Nicolas Bay, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Ernest Maragall, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Nadine Morano, Dan Nica, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Herbert Reul, Paul Rübig, Algirdas Saudargas, Sergei Stanishev, Neoklis Sylikiotis, Antonio Tajani, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Michał Boni, Rosa D’Amato, Esther de Lange, Jens Geier, Benedek Jávor, Olle Ludvigsson, Vladimír Maňka, Marian-Jean Marinescu, Clare Moody, Maria Spyraki |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Albert Deß |
||||
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Direttiva li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ |
||||
Referenzi |
COM(2015)0596 – C8-0385/2015 – 2015/0276(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
2.12.2015 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 14.12.2015 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 14.12.2015 |
ITRE 14.12.2015 |
JURI 14.12.2015 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ECON 17.12.2015 |
JURI 28.1.2016 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Simona Bonafè 22.12.2015 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
15.6.2016 |
29.9.2016 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
24.1.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
58 7 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Estefanía Torres Martínez, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Renata Briano, Herbert Dorfmann, James Nicholson, Stanislav Polčák, Gabriele Preuß, Keith Taylor, Tiemo Wölken, Kosma Złotowski |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Xabier Benito Ziluaga, Richard Corbett, Sander Loones |
||||
Data tat-tressiq |
7.2.2017 |
||||