RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

3.3.2017 - (13037/2016 – C8-0490/2016 – 2016/0307(NLE)) - ***

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur:

Proċedura : 2016/0307(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0052/2017
Testi mressqa :
A8-0052/2017
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

(13037/2016 – C8-0490/2016 – 2016/0307(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13037/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (13038/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0490/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0052/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil.

NOTA SPJEGATTIVA

Bl-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-UE kabbret l-unjoni doganali tagħha u għaldaqstant kellha l-obbligu, b'konformità mar-regoli tad-WTO (l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994), li tidħol f'negozjati mar-Repubblika Federattiva tal-Brażil rigward l-iskeda tariffarja tal-Kroazja sabiex eventwalment ikun hemm qbil dwar aġġustament kumpensatorju b'rabta mal-UE-28, peress li r-reġim tariffarju estern tal-UE jwassal għal żidiet tariffarji għall-Brażil.

In-negozjati mal-Brażil irriżultaw f'abbozz ta' Ftehim li ġie inizjalat fit-12 ta' Lulju 2016 u ffirmat fil-25 ta' Novembru 2016.

Permezz ta' dan il-Ftehim, l-UE se tinkorpora fl-iskeda tagħha għat-territorju doganali tal-UE-28 dak tal-UE-27 b'modifiki relatati mal-kwoti tariffarji dwar zokkor mhux raffinat u laħam tat-tjur. B'konnessjoni ma' dan il-Ftehim, il-Kummissjoni Ewropea qed tipprepara wkoll regolament ta' implimentazzjoni rigward bosta kwoti tariffarji.

Zokkor mhux maħdum: Skont il-Kummissjoni, il-Brażil kien il-fornitur ewlieni tal-Kroazja rigward zokkor mhux maħdum tal-kannamieli: matul il-snin ta' referenza 2009-2011, il-Brażil kellu medja ta' madwar 98 % ta' sehem mis-suq. It-tariffa konsolidata tad-WTO imposta mill-Kroazja fuq iz-zokkor mhux maħdum tal-kannamieli kienet ta' 10 % + EUR 177 għal kul tunnellata, rata li tirrappreżenta ekwivalenti ad valorem ta' madwar 50 %, filwaqt li t-tariffa konsolidata tad-WTO imposta mill-UE fuq iz-zokkor mhux maħdum tal-kannamieli hi ta' EUR 339 għal kull tunnellata, ammont li jirrappreżenta ekwivalenti ad valorem ta' madwar 80 %. Fl-aħħar nett, sabiex is-sitwazzjoni tiġi bbilanċjata mill-ġdid wara l-adeżjoni tal-Kroazja, iż-żewġ partijiet qablu dwar kumpens ta' 114 000 tunnellata, bi 78 000 tunnellata allokati lill-Brażil (partiti tariffarji 1701 13 10 u 1701 14 10), biex b'hekk tinżamm il-kwota preżenti ta' EUR 98 għal kull tunnellata. Dan l-aħħar sehem se jkun soġġett għal rata, applikata b'mod awtonomu, ta' EUR 11 għal kull tunnellata matul perjodu tranżizzjonali limitat ta' sitt snin u għal rata ta' EUR 54 għal kull tunnellata fis-seba' sena. Importanti li jiġi mfakkar li r-rata tranżizzjonali kienet kruċjali sabiex il-volum globali jinżamm f'livell baxx kif miftiehem.

Laħam tat-tjur u tad-dundjan: Konsegwentement għat-tkabbir bil-Kroazja, id-dazji doganali li għandhom jitħallsu fil-limiti tal-kwota tal-UE mill-Brażil jibqgħu ogħla mid-dazji doganali mħallsa qabel it-tkabbir għal żewġ prodotti li kienu nnegozjati: "Qatgħat ta' tjur tal-ispeċi gallus domesticus, iffriżati" (partiti tariffarji 0207 14 10, 0207 14 50 u 0207 14 70), u "Qatgħat tad-dundjan, iffriżati" (partiti tariffarji 0207 27 10, 0207 27 20, 0207 27 80). Iż-żewġ partijiet innegozjaw biex jaġġustaw il-volum tal-kwoti tariffarji allokati lill-Brażil, rispettivament biż-żieda ta' 4 766 tunnellata, biex tinżamm il-kwota tariffarja preżenti ta' 0 %, u ta' 610 tunnellata, biex tinżamm il-kwota tariffarja preżenti ta' 0 %. Ir-rapporteur iqis li l-Parlament Ewropew għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim. Avolja l-ftehim ma jittrattax konċessjonijiet ġodda iżda l-kumpensi, ir-rapporteur jixtieq jisħaq fuq is-sensittività tal-prodotti għal kunsiderazzjoni għas-settur agrikolu kollu tal-UE, li qajjem xi tħassib. Is-setturi rilevanti lmentaw dwar nuqqas ta' parteċipazzjoni u konsultazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea matul tali negozjati li setgħu jolqtu l-kompetittività futura tagħhom fis-suq tal-UE. Barra minn hekk, partikolarment minħabba s-sensittività tal-kwistjoni għas-settur agrikolu tagħna, il-Parlament Ewropew messu wkoll ġie informat bis-sħiħ matul in-negozjati. Għalhekk, ir-rapporteur jistieden lill-Kummissjoni tara li fin-negozjati futuri tagħha timxi b'aktar trasparenza skont ir-regoli tad-WTO (l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVII tal-Gatt 1994), billi, f'kull stadju tan-negozjati, tinforma bis-sħiħ lill-Parlament Ewropew u lis-setturi rilevanti u tqis l-opinjonijiet tagħhom, partikolarment meta n-negozjati jkunu jikkonċernaw prodotti sensittivi.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

Referenzi

13037/2016 – C8-0490/2016 – COM(2016)06302016/0307(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

1.12.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

12.12.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra

20.2.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.11.2016

24.1.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

28.2.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Christofer Fjellner, Karoline Graswander-Hainz, Heidi Hautala, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Artis Pabriks, Franck Proust, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Klaus Buchner, Sergio Gutiérrez Prieto, Sander Loones, Georg Mayer, Fernando Ruas, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Pedro Silva Pereira

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-François Jalkh, Joëlle Mélin

Data tat-tressiq

3.3.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

31

+

ALDE

Schaake Marietje, Takkula Hannu

ECR

Campbell Bannerman David, Loones Sander, McClarkin Emma, Starbatty Joachim

EFDD

Beghin Tiziana

ENF

Mayer Georg

GUE/NGL

Mineur Anne-Marie, Scholz Helmut

PPE

Andrikienė Laima Liucija, Böge Reimer, Caspary Daniel, Cicu Salvatore, Fjellner Christofer, Pabriks Artis, Ruas Fernando, Salafranca Sánchez-Neyra José Ignacio, Szejnfeld Adam, Winkler Iuliu

S&D

Arena Maria, Graswander-Hainz Karoline, Gutiérrez Prieto Sergio, Lange Bernd, Martin David, Maurel Emmanuel, Moisă Sorin, Schuster Joachim, Silva Pereira Pedro

VERTS/ALE

Buchner Klaus, Hautala Heidi

1

ENF

Mélin Joëlle

3

0

ENF

Jalkh Jean-François

PPE

Proust Franck, Saïfi Tokia

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet