RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ u d-dejta dwar ir-rifjut ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011

8.3.2017 - (COM(2016)0194 – C8‑0135/2016 – 2016/0106(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra


Proċedura : 2016/0106(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0057/2017

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ u d-dejta dwar ir-rifjut ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi

(COM(2016)0194 – C8‑0135/2016 – 2016/0106(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0194),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 77(2)(b) u (d), u l-Artikoli 87(2)(a) u 88(22)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0135/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Settembru 2016[1],

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0057/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk temenda l-proposta b'mod sostanzjali, ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Bl-għan li titjieb aktar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni u b'mod partikolari sabiex tiġi vverifikata l-osservanza tad-dispożizzjonijiet dwar perjodu awtorizzat għas-soġġorn fiż-żona Schengen, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema li tirreġistra elettronikament il-ħin u l-post ta' dħul u ħruġ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ammessi għal soġġorn qasir fiż-żona Schengen u li tikkalkula t-tul ta' żmien tas-soġġorn awtorizzat tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Għandha tiżdied premessa li tistabbilixxi r-raġuni ġenerali tal-istabbiliment tal-EES.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) u l-istruttura teknika tagħha, li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tħaddim u l-użu tagħha u li jiġu definiti r-responsabbiltajiet għas-sistema, il-kategoriji ta' dejta li għandhom jiddaħħlu fis-sistema, l-iskopijiet li għalihom għandha tiddaħħal id-dejta, il-kriterji biex tiddaħħal, l-awtoritajiet awtorizzati li jaċċessaw id-dejta u regoli oħra dwar l-ipproċessar tad-dejta u l-protezzjoni tad-dejta personali.

(7)  Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), il-kategoriji ta' data li għandhom jiddaħħlu fis-sistema, il-kriterji biex tiddaħħal, l-awtoritajiet awtorizzati li jaċċessaw id-data, regoli oħra dwar l-ipproċessar tad-data u l-protezzjoni tad-data personali kif ukoll l-arkitettura teknika tas-sistema, regoli dwar it-tħaddim u l-użu tagħha u l-interoperabbiltà ma' sistemi ta' informazzjoni oħra. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu definiti r-responsabbiltajiet għas-sistema.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli preċiżi fir-rigward tar-responsabbiltajiet għall-iżvilupp u t-tħaddim tal-EES u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għall-konnessjoni mal-EES. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw ir-riżorsi disponibbli permezz tal-programmi nazzjonali tagħhom skont il-Fond għas-Sigurtà Interna għall-iżvilupp u t-tħaddim tal-EES fil-livell nazzjonali. L-Aġenzija għat-tmexxija operattiva ta' sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, jenħtieġ li tkun responsabbli għall-iżvilupp u għat-tmexxija operattiva ta' EES ċentralizzata skont dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

 

__________

 

1a  Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-EES għandu jkollha l-għan li ttejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, tipprevjeni l-immigrazzjoni illegali u tiffaċilita l-ġestjoni tal-flussi migratorji. L-EES għandha, partikularment u meta rilevanti, tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta' kull persuna li ma tissodisfax jew li ma tkunx għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-perjodu tas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri

(9)  L-għan tal-EES jenħtieġ li jkun li ttejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, tipprevjeni l-immigrazzjoni illegali u tiffaċilita l-ġestjoni tal-flussi migratorji. Jenħtieġ li L-EES, partikolarment u meta rilevanti, tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta' kwalunkwe persuna li ma tissodisfax jew li ma tkunx għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-perjodu tas-soġġorn awtorizzat fit-territorju tal-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-EES tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Jenħtieġ li l-EES tkun magħmula minn Sistema Ċentrali, li topera bażi tad-data ċentrali kompjuterizzata ta' data bijometrika u alfanumerika, Interfaċċa Nazzjonali Uniformi f'kull Stat Membru, Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali ta' Informazzjoni dwar il-Viża (Sistema Ċentrali tal-VIS), stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE1a, u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni sigura u kriptata bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi. Jenħtieġ li kull Stat Membru jikkollega l-infrastrutturi nazzjonali tal-fruntieri tiegħu mal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi b'mod sigur. Sabiex ikun possibbli għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz u t-trasportaturi jivverifikaw fi kwalunkwe mument il-bqija tal-perjodu tas-soġġorn awtorizzat jenħtieġ li jiġi żviluppat servizz web. Il-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jiġu kkonsultati fil-fażi tal-iżvilupp tas-servizz web.

 

_______________

 

1a Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta' Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita interoperabbiltà bejn l-EES u l-VIS permezz ta' kanal ta' komunikazzjoni dirett bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u s-Sistema Ċentrali tal-EES biex tagħmel possibbli li l-awtoritajiet tal-fruntieri jużaw l-EES biex jikkonsultaw il-VIS sabiex isibu data relatata mal-viża biex joħolqu jew jaġġornaw il-fajl individwali, biex jagħmlu possibbli li l-awtoritajiet tal-fruntieri jivverifikaw il-validità tal-viża u l-identità tad-detentur tal-viża permezz ta' marki tas-swaba' direttament imqabblin mal-VIS fil-fruntieri esterni u li tippermetti lill-awtoritajiet tal-fruntieri jivverifikaw l-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma eżenti mill-viża mqabblin mal-VIS bil-marki tas-swaba'. Jenħtieġ li l-interoperabbiltà tagħmel possibbli wkoll li l-awtoritajiet tal-fruntieri li jkunu qed jużaw il-VIS jikkonsultaw l-EES direttament mill-VIS għall-finijiet tal-eżami ta' applikazzjonijiet għal viża u deċiżjonijiet relatati ma' dawk l-applikazzjonijiet u tippermetti lill-awtoritajiet tal-viża jaġġornaw id-data relatata mal-viża fl-EES fil-każ li viża tiġi annullata, revokata jew estiża. Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq.

 

_________

 

1a  Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

Ġustifikazzjoni

L-ordni tal-premessi nbidel sabiex jirrifletti l-ordni tal-Artikoli. Dik li kienet il-Premessa 13 ma ġietx immodifikata.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 9c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c)  Sabiex tittejjeb strutturalment l-arkitettura tal-ġestjoni tad-data tal-Unjoni għall-kontroll tal-fruntieri u s-sigurtà, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' April 2016 bit-titolu "Sistemi tal-Informazzjoni Aktar b'Saħħithom u Aktar Intelliġenti għall-Fruntieri u għas-Sigurtà" ippreżentat proċess lejn l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni. Il-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar is-Sistemi ta' Informazzjoni u l-Interoperabbiltà huwa mistenni li jippreżenta r-riżultati tiegħu fir-rebbiegħa 2017. Dawk ir-riżultati jistgħu jkunu rilevanti għal żvilupp ulterjuri fl-EES u, meta dan ikun il-każ, il-Kummissjoni hi mistiedna tipproponi kwalunkwe miżura xierqa dwar l-EES.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9d)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiddefinixxi l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jistgħu jiġu awtorizzati jkollhom aċċess għall-EES biex idaħħlu, jemendaw, iħassru jew jikkonsultaw data għall-finijiet speċifiċi tal-EES u sa fejn ikun meħtieġ għall-prestazzjoni tal-kompiti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-ordni tal-premessi nbidel sabiex jirrifletti l-ordni tal-Artikoli. Dik li kienet il-Premessa 14 ma ġietx immodifikata.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9e)  Kwalunkwe proċessar ta' data tal-EES jenħtieġ li jkun proporzjonat mal-objettivi segwiti u meħtieġa għall-prestazzjoni tal-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti. Meta jużaw l-EES, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiżguraw li tiġi rispettata d-dinjità tal-bniedem u l-integrità tal-persuna li tkun intalbet id-data tagħha, u jenħtieġ li ma jiddiskriminawx kontra persuni fuq bażi ta' sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, l-EES għandha tipproċessa dejta alfanumerika u dejta bijometrika (marki tas-swaba' u immaġni tal-wiċċ). L-użu tal-bijometrija, minkejja l-impatt tagħha fuq il-privatezza tal-vjaġġaturi, huwa ġustifikat għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, il-bijometrija hija metodu affidabbli biex jiġu identifikati ċittadini ta' pajjiżi terzi li jinstabu fit-territorju tal-Istati Membri li ma jkunux fil-pussess ta' dokumenti tal-ivvjaġġar jew ta' mezzi oħra ta' identifikazzjoni, modus operandi komuni ta' immigranti irregolari. It-tieni nett, il-bijometrija tipprovdi wkoll għat-tqabbil aktar affidabbli tad-dejta tad-dħul u l-ħruġ ta' vjaġġaturi legali. Fejn flimkien ma' dejta dwar il-marki tas-swaba' jintużaw l-immaġni tal-wiċċ, dan jippermetti t-tnaqqis ta' marki tas-swaba reġistrati filwaqt li jippermetti l-istess riżultat f'termini ta' eżattezza tal-identifikazzjoni.

(10)  Jenħtieġ li l-EES tiġbor u tipproċessa data alfanumerika u data bijometrika (marki tas-swaba' u immaġni tal-wiċċ) primarjament għall-finijiet tat-titjib tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, il-prevenzjoni tal-immigrazzjoni irregolari u l-faċilitazzjoni tal-ġestjoni tal-flussi migratorji. Data personali miġbura fl-EES tista' tkun proċessata ulterjorment biex tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament biss. L-użu tal-bijometrija, minkejja l-impatt tagħha fuq il-privatezza tal-vjaġġaturi, huwa ġustifikat għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, il-bijometrija hija metodu affidabbli biex jiġu identifikati ċittadini ta' pajjiżi terzi li jinstabu fit-territorju tal-Istati Membri li ma jkunux fil-pussess ta' dokumenti tal-ivvjaġġar jew ta' mezzi oħra ta' identifikazzjoni, li huwa modus operandi komuni ta' migranti irregolari. It-tieni nett, il-bijometrija tipprevedi wkoll tqabbil aktar affidabbli tad-data tad-dħul u l-ħruġ ta' vjaġġaturi legali. Fejn flimkien mad-data dwar il-marki tas-swaba' jintużaw l-immaġni tal-wiċċ, dan jippermetti t-tnaqqis ta' marki tas-swaba reġistrati filwaqt li jippermetti l-istess riżultat f'termini ta' preċiżjoni tal-identifikazzjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-erba' marki tas-swaba' ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi eżentati mill-obbligu ta' viża għandhom jiddaħħlu fl-EES, jekk dan ikun fiżikament possibbli, biex tiġi permessa verifika u identifikazzjoni preċiża (u jiġi żgurat li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ma jkunx diġà rreġistrat taħt identità oħra jew b'dokument ieħor tal-ivvjaġġar) u biex jiġi garantit li jkun hemm dejta suffiċjenti disponibbli f'kull ċirkostanza. Il-verifika tal-marki tas-swaba' ta' titulari ta' viża se ssir mas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża. (VIS) stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE. L-immaġni tal-wiċċ kemm ta' persuni eżentati mill-obbligu ta' viża u ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi titulari ta' viża għandha tiġi reġistrata fl-EES u għandha tintuża bħala l-identifikatur bijometriku prinċipali għall-verifika tal-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew reġistrati qabel fl-EES u sakemm ma jkunx tħassar il-fajl individwali tagħhom. Alternattivament, dik il-verifika għandha ssir bl-użu tal-marki tas-swaba'.

(11)  Jenħtieġ li fl-EES jiddaħħlu erba' marki tas-swaba' ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi eżentati mill-obbligu ta' visa, jekk dan ikun fiżikament possibbli, biex tiġi permessa verifika u identifikazzjoni preċiża (u jiġi żgurat li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ma jkunx diġà rreġistrat taħt identità oħra jew b'dokument ieħor tal-ivvjaġġar) u biex jiġi garantit li jkun hemm data suffiċjenti disponibbli biex jintlaħqu l-objettivi tal-EES. Il-verifika tal-marki tas-swaba' ta' titulari ta' viża se ssir mal-VIS. Ix-xbiha tal-wiċċ kemm ta' persuni eżentati mill-obbligu ta' viża kif ukoll ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi titulari ta' viża jenħtieġ li tiġi reġistrata fl-EES u jenħtieġ li tintuża bħala l-identifikatur bijometriku prinċipali għall-verifika tal-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew reġistrati qabel fl-EES u sakemm ma jkunx tħassar il-fajl individwali tagħhom. Alternattivament, dik il-verifika jenħtieġ li ssir bl-użu tal-marki tas-swaba'.

__________

__________

4  Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta' Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5).

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-EES għandha tkun magħmula minn Sistema Ċentrali, li topera bażi tad-dejta ċentrali kompjuterizzata ta' dejta bijometrika u alfanumerika, Interfaċċa Nazzjonali Uniformi f'kull Stat Membru, Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi. Kull Stat Membru għandu jikkonnettja l-infrastrutturi nazzjonali tal-fruntieri tiegħu mal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa ġiet imċaqalqa.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-interoperabilità bejn l-EES u l-VIS għandha tiġi stabbilita permezz ta' kanal ta' komunikazzjoni diretta bejn is-Sistemi Ċentrali sabiex l-awtoritajiet tal-fruntieri li jkunu qed jużaw l-EES ikunu jistgħu jikkonsultaw il-VIS sabiex jaċċessaw dejta relatata mal-viża biex joħolqu jew jaġġornaw il-fajl individwali; biex l-awtoritajiet tal-fruntiera jkunu jistgħu jivverifikaw il-validità tal-viża kif ukoll l-identità ta' titular ta' viża permezz tal-marki tas-swaba' direttament mal-VIS fil-fruntieri esterni u biex l-awtoritajiet tal-fruntiera jkunu jistgħu jivverifikaw l-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi eżentati mill-obbligu ta' viża mal-VIS permezz tal-marki tas-swaba'. L-interoperabilità għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tal-fruntieri li jkunu qed jużaw il-VIS li jikkonsultaw l-EES direttament mill-VIS għall-fini tal-eżami ta' applikazzjonijiet għal viża u deċiżjonijiet relatati ma' dawk l-applikazzjonijiet u tippermetti lill-awtoritajiet tal-viża li jaġġornaw id-dejta relatata mal-viża fl-EES fil-każ li viża tiġi annullata, revokata jew estiża. Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jiġi emendat kif xieraq.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa ġiet imċaqalqa.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiddefinixxi l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jistgħu jiġu awtorizzati jkollhom aċċess għall-EES biex idaħħlu, jemendaw, iħassru jew jikkonsultaw data għall-finijiet speċifiċi tal-EES u sa fejn ikun meħtieġ għall-prestazzjoni tal-kompiti tagħhom.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa ġiet imċaqalqa.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Kwalunkwe proċessar ta' dejta tal-EES għandu jkun proporzjonat mal-objettivi segwiti u neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti. Meta jużaw l-EES, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li tiġi rispettata d-dinjità tal-bniedem u l-integrità tal-persuna li tagħha tkun intalbet id-dejta, u ma għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni fuq bażi ta' sess, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa ġiet imċaqalqa.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Fil-ġlieda kontra r-reati terroristiċi u reati serji oħra, huwa essenzjali li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkollhom l-informazzjoni l-aktar aġġornata jekk iridu jwettqu l-kompiti tagħhom. L-aċċess għad-dejta tal-VIS għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi diġà wera l-utilità tiegħu fl-identifikazzjoni ta' persuni li jkunu mietu b'mod vjolenti jew biex jgħin lill-investigaturi biex jagħmlu progress sostanzjali f'każijiet relatati mat-traffikar tal-bnedmin, it-terroriżmu u t-traffikar ta' droga. L-aċċess għall-informazzjoni miżmuma fl-EES hija meħtieġa għall-prevenzjoni, tad-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi kif imsemmi fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI jew reati serji oħra kif imsemmi fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI. Id-dejta ġġenerata mill-EES tista' tintuża bħala għodda ta' verifika tal-identità kemm f'każijiet fejn ċittadin ta' pajjiż terz ikun qered id-dokumenti tiegħu/tagħha u fejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkunu qed jinvestigaw reat permezz tal-użu tal-marki tas-swaba' jew bl-immaġni tal-wiċċ u jixtiequ jistabbilixxu identità. Tista' tintuża wkoll bħala għodda ta' intelligence kriminali biex tinbena evidenza billi jiġu ntraċċati r-rotot ta' vjaġġar ta' persuna suspettata li tkun wettqet reat jew tkun vittma ta' reat. Għalhekk, id-dejta fl-fl-EES għandha tkun disponibbli, għall-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u għall-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (‘Europol') soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(16)  Fil-ġlieda kontra r-reati terroristiċi u reati serji oħra, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi maħtura jkollhom l-informazzjoni l-aktar aġġornata biex iwettqu l-kompiti tagħhom. L-aċċess għad-data tal-VIS għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi diġà wera l-utilità tiegħu fl-identifikazzjoni ta' persuni li jkunu mietu b'mod vjolenti jew biex jgħin lill-investigaturi biex jagħmlu progress sostanzjali f'każijiet relatati mat-traffikar tal-bnedmin, it-terroriżmu u t-traffikar ta' droga. L-aċċess għall-informazzjoni miżmuma fl-EES huwa meħtieġ għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi kif imsemmi fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI6 jew reati serji oħra kif imsemmi fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI7. Id-data ġġenerata mill-EES tista' tintuża bħala għodda ta' verifika tal-identità kemm f'każijiet fejn ċittadin ta' pajjiż terz ikun qered id-dokumenti tiegħu/tagħha kif ukoll fejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkunu qed jinvestigaw reat permezz tal-użu tal-marki tas-swaba' jew bl-immaġni tal-wiċċ u jixtiequ jistabbilixxu identità. Tista' tintuża wkoll bħala għodda ta' intelligence kriminali biex tinbena evidenza billi jiġu traċċati r-rotot ta' vjaġġar ta' persuna suspettata li tkun wettqet reat jew tkun vittma ta' reat. Għalhekk, id-data fl-EES jenħtieġ li tkun disponibbli, għall-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u għall-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija ("Europol") soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Mill-perspettiva tal-infurzar tal-liġi u sabiex jipprevjenu, jikxfu u jinvestigaw reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra it-tfittxija fil-bażi tad-data tkun proporzjonata jekk ikun hemm tħassib prevalenti dwar is-sigurtà pubblika. Kwalunkwe tfittxija trid tiġi debitament ġustifikata u tkun proporzjonata fid-dawl tal-interess invokat.

___________

___________

6  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 6).

6  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 6).

7  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1)

7  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1)

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Barra minn hekk, il-Europol għandu rwol kruċjali fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-investigazzjoni ta' reati transkonfinali fis-sostenn tal-prevenzjoni, l-analiżi u l-investigazzjoni tal-kriminalità fl-Unjoni. Konsegwentement, il-Europol għandu jkollu aċċess ukoll għall-EES fil-qafas tal-kompiti tiegħu u f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/GAI. 8

(17)  Barra minn hekk, il-Europol għandu rwol kruċjali fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-investigazzjoni ta' reati transkonfinali fis-sostenn tal-prevenzjoni, l-analiżi u l-investigazzjoni tal-kriminalità fl-Unjoni. Konsegwentement, l-Europol, jenħtieġ ukoll li jkollu aċċess għall-EES fil-qafas tal-kompiti tiegħu u skont ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.8 Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jenħtieġ li jimmonitorja l-ipproċessar tad-data mill-Europol u jiżgura konformità sħiħa mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali.

___________________

___________________

8  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37).

8  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Tqabbil tad-dejta abbażi ta' marka tas-swaba' latenti, li hija t-traċċa dattiloskopika li tista' tinstab fuq post ta' reat, huwa fundamentali fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija. Il-possibbiltà li marka tas-swaba' latenti titqabbel mad-dejta dwar il-marki tas-swaba' li tkun maħżuna fl-EES f'każijiet fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jemmen li l-awtur jew il-vittma jistgħu jkunu reġistrati fl-EES għandha tipprovdi lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri b'għodda utli ħafna għall-prevenzjoni, id-detezzjoni jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra, pereżempju meta l-unika evidenza fuq il-post tar-reat jkunu marki tas- swaba' latenti.

(19)  Tqabbil tad-data abbażi ta' marka tas-swaba' latenti, li hija t-traċċa dattiloskopika li tista' tinstab fuq post ta' reat, huwa fundamentali fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija. Il-possibbiltà li marka tas-swaba' latenti titqabbel mad-data dwar il-marki tas-swaba' li tkun maħżuna fl-EES f'każijiet fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jemmen li l-awtur jew il-vittma jistgħu jkunu reġistrati fl-EES hija meħtieġa biex l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri jipprevjenu, jikxfu jew jinvestigaw reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra, pereżempju meta l-unika evidenza fuq il-post tar-reat jkunu marki tas-swaba' latenti.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

24a.  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-gwardji tal-fruntieri li jkollhom aċċess għall-bażi tad-dejta tal-Interpol tad-Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa u Mitlufa u l-bażijiet tad-data rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni. Jenħtieġ ukoll li huma jiżguraw li l-uffiċjali tal-fruntiera jużaw bis-sħiħ id-dritt tagħhom li jaċċessaw dawk il-bażijiet tad-data meta jirreġistraw lill-vjaġġaturi minn pajjiżi terzi li jkunu se jidħlu fit-territorju tal-Unjoni jew li jkunu se joħorġu minnu.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Id-dejta personali miżmuma fl-EES għandha tinżamm għal mhux aktar minn kemm hu meħtieġ għall-għanijiet tal-EES. Għal raġunijiet ta' ġestjoni tal-fruntieri huwa xieraq li d-dejta relatata ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi tinżamm għal perjodu ta' ħames snin sabiex jiġi evitat il-bżonn li ċittadini ta' pajjiżi terzi jerġgħu jirreġistraw fl-EES qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu. Fil-każ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/38/KE jew ta' ċittadin ta' pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta' moviment liberu taħt id-dritt tal-Unjoni u li ma jkollux karta ta' residenza imsemmija fid-Direttiva 2004/38/KE, huwa xieraq li kull rekord abbinat tad-dħul/ ħruġ jinħażen għal perjodu ta' mhux aktar minn sena mill-aħħar ħruġ.

(25)  Id-data personali miżmuma fl-EES jenħtieġ li tinżamm għal mhux aktar minn kemm hu strettament meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-data jiġu proċessati. Għal finijiet ta' ġestjoni tal-fruntieri huwa biżżejjed li d-data relatata ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi li użaw legalment l-EES u għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li d-dħul tagħhom għal soġġorn qasir {jew abbażi ta' viża itineranti} ikun ġie rrifjutat tinżamm għal perjodu ta' sentejn sabiex jiġi evitat il-bżonn li ċittadini ta' pajjiżi terzi jerġgħu jirreġistraw fl-EES qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu. Il-perjodu ta' sentejn għaż-żamma tad-data għandu jnaqqas il-frekwenza ta' reġistrazzjonijiet mill-ġdid u għandu jkun ta' benefiċċju għall-vjaġġaturi kollha peress li għandu jnaqqas iż-żmien medju għall-qsim tal-fruntieri kif ukoll il-ħin ta' stennija fil-punti ta' qsim tal-fruntieri. Anke għal vjaġġatur li jidħol darba biss fiż-żona Schengen, il-fatt li jkun hemm vjaġġaturi oħrajn diġà rreġistrati fl-EES li mhux se jkollhom bżonn jirreġistraw mill-ġdid qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu ta’ sentejn għandu jnaqqas il-ħin ta' stennija fil-punt ta' qsim tal-fruntieri. Dan il-perjodu ta' żamma tad-data ta' sentejn se jkun meħtieġ ukoll biex jippermetti l-faċilitazzjoni fil-qsim tal-fruntieri permezz tal-użu ta' aċċeleraturi tal-proċess u sistemi self-service. Fil-każ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/38/KE10 jew ta' ċittadin ta' pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta' moviment liberu taħt id-dritt tal-Unjoni u li ma jkollux karta ta' residenza imsemmija fid-Direttiva 2004/38/KE, huwa xieraq li kull rekord abbinat tad-dħul/ħruġ jinħażen għal perjodu ta' mhux aktar minn sena mill-aħħar ħruġ. Wara l-iskadenza ta' perjodi ta' żamma tad-data rilevanti, id-data għandha tiġi awtomatikament mħassra.

___________

___________

10  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

10  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

25a.  Il-perjodu ta' żamma ta' sena huwa meħtieġ għal data dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jkunux ħarġu mit-territorju tal-Istati Membri fi żmien il-perjodu tas-soġġorn awtorizzat insostenn tal-proċess ta' identifikazzjoni u ta' ritorn. Id-data għandha titħassar awtomatikament wara perjodu ta' erba' snin, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet għaliex għandha titħassar qabel.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Perjodu ta' ħames snin għaż-żamma tad-dejta huwa neċessarju sabiex il-gwardji tal-fruntieri jkunu jistgħu jwettqu l-analiżi tar-riskju neċessarja meħtieġa mill-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen qabel ma jawtorizzaw id-dħul ta' vjaġġatur fiż-żona Schengen. L-ipproċessar ta' applikazzjoni għal viża f'uffiċċji konsulari jeħtieġ ukoll li tiġi analizzata l-istorja tal-ivvjaġġar tal-applikant sabiex issir valutazzjoni dwar l-użu ta' viżi preċedenti u r-rispett lejn il-kundizzjonijiet ta' soġġorn. L-abbandun tal-ittimbrar tal-passaporti se jiġi kkumpensat minn konsultazzjoni tal-EES. Għalhekk l-istorja tal-ivvjaġġar disponibbli fis-sistema għandha tkopri perjodu ta' żmien li jkun biżżejjed għall-fini tal-ħruġ ta' viża. Il-perjodu ta' ħames snin għaż-żamma tad-dejta jnaqqas il-frekwenza ta' reġistrazzjonijiet mill-ġdid u se jkun ta' benefiċċju għall-vjaġġaturi kollha peress li għandu jnaqqas iż-żmien medju għall-qsim tal-fruntieri kif ukoll il-ħin ta' stennija fil-punti ta' qsim tal-fruntieri. Anke għal vjaġġatur li jidħol darba biss fiż-żona Schengen, il-fatt li jkun hemm vjaġġaturi oħrajn diġà rreġistrati fl-EES li mhux se jkollhom bżonn jirreġistraw mill-ġdid għandu jnaqqas il-ħin ta' stennija fil-fruntieri. Dan il-perjodu għaż-żamma tad-dejta se jkun neċessarju wkoll biex jippermetti faċilitazzjoni għall-qsim tal-fruntieri permezz tal-użu ta' aċċelleraturi tal-proċess u sistemi self-service. Din il-faċilitazzjoni tiddependi fuq id-dejta reġistrata fis-sistema. Perjodu iqsar ta' żamma tad-dejta jkollu impatt negattiv fuq it-tul tal-kontrolli fil-fruntieri. Perjodu iqsar ta' żamma tad-dejta jnaqqas ukoll il-grupp ta' vjaġġaturi li jistgħu jibbenefikaw minn din il-faċilitazzjoni u b'hekk jiddgħajjef l-objettiv iddikjarat tal-EES li tiffaċilita l-qsim tal-fruntieri.

(26)  Perjodu taż-żamma tad-data ta' sentejn għad-data personali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li użaw legalment l-EES u ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li d-dħul tagħhom għal permanenza qasira {jew abbażi ta' viża itineranti) jkun ġie miċħud u perjodu taż-żamma tad-data ta' erba' snin għad-data personali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jkunux ħarġu mit-territorju tal-Istati Membri fi żmien il-perjodu tas-soġġorn awtorizzat huma meħtieġa sabiex il-gwardja tal-fruntiera jitħalla jwettaq l-analiżi tar-riskji meħtieġa mitluba mill-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen qabel ma jawtorizzaw vjaġġatur jidħol fiż-żona Schengen. L-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal viża f'uffiċċji konsulari jeħtieġ ukoll li tiġi analizzata l-istorja tal-ivvjaġġar tal-applikant sabiex issir valutazzjoni dwar l-użu ta' viżi preċedenti u jekk il-kundizzjonijiet ta' soġġorn u residenza jkunux ġew rispettati. L-abbandun tal-ittimbrar tal-passaporti se jiġi kkumpensat minn konsultazzjoni tal-EES. Għalhekk l-istorja tal-ivvjaġġar disponibbli fis-sistema jenħtieġ li tkopri perjodu ta' żmien li jkun biżżejjed għall-fini tal-ħruġ ta' viża. Meta jkunu qed iwettqu analiżi tar-riskju fil-fruntiera u waqt l-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal viża, l-istorja tal-ivvjaġġar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jenħtieġ li tiġi kkontrollata sabiex jiġi determinat jekk ikunux qabżu t-tul massimu tas-soġġorn awtorizzat tagħhom fil-passat. Huwa għalhekk meħtieġ li tinżamm id-data personali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jkunux ħarġu mit-territorju tal-Istati Membri fi żmien il-perjodu tas-soġġorn awtorizzat għal perjodu itwal ta' erba' snin meta mqabbla ma' dik id-data personali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu użaw is-sistema legalment u ċittadini ta' pajjiżi terzi li d-dħul tagħhom għal soġġorn qasir {jew abbażi ta' viża itineranti) jkun ġie miċħud.

Emenda     23

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  L-istess perjodu ta' żamma ta' ħames snin huwa neċessarju għal dejta dwar persuni li ma jkunux ħarġu mit-territorju tal-Istati Membri fi żmien il-perjodu tas-soġġorn awtorizzat insostenn tal-proċess ta' identifikazzjoni u ta' ritorn u għal persuni li d-dħul tagħhom għal soġġorn qasir jew abbażi ta' viża itineranti ikun ġie rifjutat. Id-dejta għandha titħassar wara perjodu ta' ħames snin, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet għaliex għandha titħassar qabel.

imħassar

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli preċiżi fir-rigward tar-responsabilitajiet għall-iżvilupp u t-tħaddim tal-EES u r-responsabilitajiet tal-Istati Membri għall-konnessjoni mal-EES. L-Aġenzija għat-tmexxija operattiva ta' sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp u għall-ġestjoni operattiva ta' EES ċentralizzata skont dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru1077/2011 għandhom jiġu emendati kif xieraq.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa ġiet imċaqalqa.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tapplika għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sakemm tali pproċessar ma jsirx mill-awtoritajiet maħtura jew ta' verifika tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra.

(30)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament dment li tali pproċessar ma jsirx mill-awtoritajiet maħtura jew ta' verifika tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra.

___________________

___________________

12  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

12  Regolament (UE) 2016/679 tas-27 ta' April 2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). 1).

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)   L-ipproċessar ta' dejta personali mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati serji oħra taħt dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal standard ta' protezzjoni ta' dejta personali taħt il-liġi nazzjonali tagħhom li tkun konformi mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI.

(31)  Il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali adottati skont id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12a japplikaw għall-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra skont dan ir-Regolament.

___________________

___________________

 

12a Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

13 Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' dejta personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60).

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 34

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  L-awtoritajiet ta' superviżjoni indipendenti stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE għandhom jissorveljaw il-legalità tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-Istati Membri, filwaqt li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-dejta kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu jissorvelja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Unjoni fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-dejta u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkooperaw ma' xulxin fil-monitoraġġ tal-EES.

(34)  L-awtoritajiet ta' sorveljanza indipendenti stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679 jenħtieġ li jissorveljaw il-legalità tal-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri, filwaqt li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jenħtieġ li jissorvelja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data u l-awtoritajiet ta' sorveljanza jenħtieġ li jikkooperaw ma' xulxin fil-monitoraġġ tal-EES.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  L-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI għandhom jimmonitorjaw il-legalità tal-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi mill-Istati Membri, u l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 33 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandhom jimmonitorjaw il-legalità tal-attivitajiet tal-ipproċessar tad-dejta mwettqa mill-Europol.

(35)  L-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/680 jenħtieġ li jimmonitorjaw il-legalità tal-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi mill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Il-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar mill-Europol huwa kompetenza tal-KEPD, f'konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament Europol, u mhux tal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 36

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  "(...) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-dejta ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fil-[...].

(36)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fil-21 ta' Settembru 2016.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Il-proposta tistabbilixxi regoli stretti dwar l-aċċess għas-sistema EES u s-salvagwardji neċessarji. Tistabbilixxi wkoll id-drittijiet ta' aċċess, ta' korrezzjoni, ta' tħassir u ta' rimedju tal-individwi b'mod partikolari d-dritt għal rimedju ġudizzjarju u s-superviżjoni ta' operazzjonijiet ta' pproċessar minn awtoritajiet pubbliċi indipendenti. Dan ir-Regolament għalhekk jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità (l-Artikolu 1 tal-Karta); il-projbizzjoni tal-iskjavitù u x-xogħol furzat (l-Artikolu 5 tal-Karta); id-dritt għal-libertà u s-sigurtà (l-Artikolu 6 tal-Karta); ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7 tal-Karta), il-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8 tal-Karta), id-dritt ta' nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 21 tal-Karta), id-drittijiet tat-tfal (l-Artikolu 24 tal-Karta), id-drittijiet tal-anzjani (l-Artikolu 25 tal-Karta), id-dritt ta' persuni b'diżabilitajiet (l-Artikolu 26 tal-Karta) u d-dritt għal rimedju effettiv (l-Artikolu 47 tal-Karta).

(37)  Il-proposta tistabbilixxi regoli stretti dwar l-aċċess għas-sistema EES u s-salvagwardji neċessarji. Tistabbilixxi wkoll id-drittijiet ta' aċċess, ta' rettifikazzjoni, ta' kkompletar, ta' tħassir u ta' rimedju tal-individwi b'mod partikolari d-dritt għal rimedju ġudizzjarju u s-superviżjoni ta' operazzjonijiet ta' pproċessar minn awtoritajiet pubbliċi indipendenti. Dan ir-Regolament għalhekk jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità (l-Artikolu 1 tal-Karta); il-projbizzjoni tal-iskjavitù u x-xogħol furzat (l-Artikolu 5 tal-Karta); id-dritt għal-libertà u s-sigurtà (l-Artikolu 6 tal-Karta); ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7 tal-Karta), il-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8 tal-Karta), id-dritt ta' nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 21 tal-Karta), id-drittijiet tat-tfal (l-Artikolu 24 tal-Karta), id-drittijiet tal-anzjani (l-Artikolu 25 tal-Karta), id-dritt ta' persuni b'diżabbiltajiet (l-Artikolu 26 tal-Karta) u d-dritt għal rimedju effettiv (l-Artikolu 47 tal-Karta).

Emenda     31

Proposta għal regolament

Premessa 37a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37a)  Jenħtieġ li l-aċċess għad-data inkluża fl-EES ma jintuża fl-ebda ċirkostanza mill-Istati Membri bħala raġuni biex jevitaw l-obbligi internazzjonali tagħhom skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif ġie ssupplimentat mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967 u jenħtieġ li ma jintużax biex il-persuni li jfittxu asil jiċċaħħdu milli jkollhom mezzi legali sikuri u effettivi fit-territorju tal-Unjoni biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 39a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

39a.  Sa mill-operazzjonijiet tal-bidu, wieħed għandu jassumi li l-kontrolli tal-fruntieri interni kollha li jifdal tneħħew u li l-Istati Membri Schengen attwali japplikaw it-Titolu III tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. L-EES bħala għodda tal-ġestjoni tal-fruntieri li ttejjeb l-effiċjenza fil-kontrolli tal-fruntiera billi tikkalkula u tissorvelja l-perjodu tas-soġġorn awtorizzat jenħtieġ għalhekk li tiġi żviluppati u li l-integrazzjoni tagħha f'infrastrutturi nazzjonali tal-fruntiera jitħejjew fuq il-bażi ta' żona komuni mingħajr kontrolli tal-fruntieri interni fejn il-persuni jistgħu jiċċaqalqu b'mod liberu għal perjodu uniku ta' soġġorn awtorizzat definit.

 

___________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (Kodifikazzjoni) ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 43

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-EES jissostitwixxi l-obbligu li jiġu ttimbrati l-passaporti ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huwa applikabbli mill-Istati Membri aderenti kollha. Soġġorni fi Stati Membri li jkunu għadhom mhumiex qed japplikawx għal l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ skont l-Atti ta' Adeżjoni rispettivi tagħhom ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tat-tul tas-soġġorn awtorizzat fiż-żona Schengen. Dawn l-Istati Membri għandhom jirreġistraw is-soġġorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-EES iżda l-kalkulatur awtomatizzat fis-sistema ma għandux jikkomputah bħala parti mit-tul awtorizzat tas-soġġorn.

(43)  Dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-EES jissostitwixxi l-obbligu li jiġu ttimbrati l-passaporti ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huwa applikabbli mill-Istati Membri aderenti kollha.

Emenda     34

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 51

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)  Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen, jew inkella marbut miegħu fi ħdan, rispettivament, it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003, tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011.

imħassar

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi "Sistema ta' Dħul/Ħruġ" (EES) għar-reġistrazzjoni u l-ħżin ta' informazzjoni dwar id-data, il-ħin u l-post tad-dħul u tal-ħruġ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri, għall-kalkolu tat-tul tas-soġġorn tagħhom, u għall-ġenerazzjoni ta' twissijiet lill-Istati Membri meta jiskadu l-perjodi awtorizzati għas-soġġorn kif ukoll għar-reġistrazzjoni d-data, il-ħin u l-post ta' rifjut ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew rifjutati dħul għal soġġorn qasir jew abbażi ta' viża itineranti kif ukoll l-awtorità tal-Istat Membru li jkun irrifjuta d-dħul u r-raġunijiet għar-rifjut.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi "Sistema ta' Dħul/Ħruġ" (EES) għar-reġistrazzjoni u l-ħżin ta' informazzjoni dwar id-data, il-ħin u l-post tad-dħul u tal-ħruġ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri, għall-kalkolu tat-tul tas-soġġorn awtorizzattagħhom, u għall-ġenerazzjoni ta' twissijiet lill-Istati Membri meta jiskadu l-perjodi awtorizzati għas-soġġorn kif ukoll għar-reġistrazzjoni tad-data, il-ħin u l-post ta' rifjut ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew rifjutati dħul għal soġġorn qasir jew abbażi ta' viża itineranti kif ukoll l-awtorità tal-Istat Membru li jkun irrifjuta d-dħul u r-raġunijiet għar-rifjut.

Emenda     37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fil-Kapitolu IV tiegħu dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet maħtura tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) jistgħu jiksbu aċċess biex jikkonsultaw l-EES għall-fini tal-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra.

2.  Għall-finijiet tal-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra, fil-Kapitolu IV tiegħu dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet maħtura tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) jistgħu jiksbu aċċess biex jikkonsultaw l-EES.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  "awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi maħtura" tfisser awtoritajiet responsabbli għall-prevenzjoni, id-detezzjoni jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  "viża għal soġġorn qasir" tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru għal soġġorn previst fit-territorju tal-Istati Membri ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum;

(8)  "viża għal soġġorn qasir" tfisser viża kif definita fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;

 

___________________

 

1a Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1)

Ġustifikazzjoni

Minflok id-definizzjoni ta' "viża għal soġġorn qasir" hija proposta kontroreferenza għall-Kodiċi dwar il-Viżi.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  "viża itineranti" tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru għal soġġorn previst fit-territorju ta' żewġ Stati Membri jew aktar ta' aktar minn 90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum, sakemm l-applikant ma jkunx beħsiebu joqgħod għal aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum fit-territorju tal-istess Stat Membru;

(9)  "viża itineranti" tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru għal soġġorn previst fit-territorju ta' żewġ Stati Membri jew għal tul ta' żmien ta' 12-il xahar fi kwalunkwe perjodu ta' 15-il xahar, dment li l-applikant ma jirrisjedix għal aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum fit-territorju tal-istess Stat Membru;

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni ta' viża itineranti hija aġġustata skont ir-rapport LIBE dwarha.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  "dejta dwar il-marki tas-swaba" tfisser id-dejta li għandha x'taqsam mal-marki tas-swaba' tal-werrej, tas-saba' tan-nofs, tas-saba' taċ-ċurkett u tas-saba' ż-żgħir mill-id tal-lemin, fejn din tkun preżenti, jew inkella mill-id tax-xellug, jew marka tas-swaba' latenti;

(15)  "data dwar il-marki tas-swaba'" tfisser id-data li għandha x'taqsam mal-marki tas-saba' l-werrej, tas-saba' tan-nofs, tas-saba' taċ-ċurkett u tas-saba' ż-żgħir mill-id tal-lemin, fejn din tkun preżenti, jew inkella mill-id tax-xellug, b'riżoluzzjoni u kwalità suffiċjenti tal-immaġini sabiex tintuża fi tqabbil bijometriku awtomatizzat, jew marka tas-swaba' latenti;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  "Frontex" tfisser l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija ta' Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 2007/2004;

(20)  "Frontex" tfisser l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta kif stabbilita mir-Regolament (UE2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;

 

___________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.).

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  "awtorità ta' sorveljanza" tfisser l-awtoritajiet ta' sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE;

imħassar

Emenda     44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  "awtorità ta' sorveljanza nazzjonali" għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi tfisser l-awtoritajiet ta' sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI;

imħassar

Emenda     45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  "korp ta' sorveljanza nazzjonali" tfisser il-korpi ta' sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 33 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI;

imħassar

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-termini definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE għandu jkollhom l-istess tifsira f'dan ir-Regolament sakemm id-dejta personali tiġi pproċessata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.

2.  It-termini definiti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/697 jenħtieġ li jkollhom l-istess tifsira f'dan ir-Regolament dment li d-data personali tiġi pproċessata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  It-termini definiti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI għandu jkollhom l-istess tifsira f'dan ir-Regolament sakemm id-dejta personali tiġi pproċessata mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi.

3.  It-termini definiti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/680 għandu jkollhom l-istess tifsira f'dan ir-Regolament dment li d-data personali jiġu pproċessati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi stabbiliti fl-Artikolu 5(1a) ta' dan ir-Regolament.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-twaqqif tal-EES

L-iżvilupp u l-ġestjoni operattiva tal-EES

Emenda     49

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għat-tmexxija operattiva ta' sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja ("eu-LISA") għandha tiżviluppa l-EES u tiżgura l-immanġġjar operazzjonali tagħha, inklużi l-funzjonalitajiet għall-ipproċessar tad-dejta bijometrika imsemmija fl-Artikolu 14(1)(f) u fl-Artikolu 15.

L-Aġenzija għat-tmexxija operattiva ta' sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja ("eu-LISA") għandha tiżviluppa l-EES u tiżgura l-ġestjoni operattiva tagħha, inklużi l-funzjonalitajiet għall-ipproċessar tad-data bijometrika imsemmija fl-Artikolu 14(1)(f) u fl-Artikolu 15, kif ukoll sigurtà xierqa.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan tal-EES

L-objettivi tal-EES

Emenda     51

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Billi tirreġistra, taħżen u tipprovdi aċċess lill-Istati Membri għad-data, il-ħin u l-post tad-dħul u l-ħruġ u ta' rifjuti ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, l-EES għandha:

1.  Billi tirreġistra, taħżen u tipprovdi lill-Istati Membri b'aċċess għad-data, il-ħin u l-post tad-dħul u l-ħruġ u ta' rifjuti ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, l-EES għandha:

 

 

Emenda     52

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tippermetti l-identifikazzjoni u r-rintraċċar ta' persuni b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta (anke fit-territorju) u tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li jieħdu miżuri xierqa; fosthom biex jiżdiedu l-possibbiltajiet għar-ritorn;

(c)  tippermetti l-identifikazzjoni u d-detezzjoni ta' persuni b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta u tagħmel possibbli li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa;

 

 

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  tillibera r-riżorsi tal-kontroll tal-fruntieri milli jwettqu kontrolli li jistgħu jiġu awtomatizzati u tippermetti fokus aħjar fuq il-valutazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi;

(e)  tagħmel possibbli l-awtomatizzazzjoni tal-kontrolli tal-fruntieri fuq ċittadini ta' pajjiżi terzi;

Emenda     54

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, ir-rintraċċar u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra;

imħassar

Emenda     55

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  tippermetti l-identifikazzjoni u l-arrest ta' terroristi, suspettati kriminali kif ukoll ta' vittmi li jaqsmu l-fruntieri esterni;

imħassar

Emenda     56

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  tippermetti l-ġenerazzjoni ta' informazzjoni dwar l-istorja tal-ivvjaġġar ta' terroristiċi, suspettati kriminali kif ukoll ta' vittmi għal investigazzjoni relatati mat-terroriżmu jew ma' kriminalità serja.

imħassar

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Billi jingħata aċċess lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-EES għandha:

 

(a)  tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra;

 

(b)  tagħmel possibbli l-identifikazzjoni u l-arrest ta' terroristi, suspettati kriminali kif ukoll ta' vittmi li jaqsmu l-fruntieri esterni;

 

(c)  tagħmel possibbli l-ġenerazzjoni ta' informazzjoni dwar l-istorja tal-ivvjaġġar ta' persuni suspettati li jkunu terroristi u ta’ persuni suspettati kriminali kif ukoll ta' vittmi għal investigazzjoni relatati mat-terroriżmu jew ma' kriminalità serja.

Emenda     58

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 30b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Sabiex jiġi ffaċilitat il-qsim tal-fruntieri għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jivvjaġġjaw ta' spiss u li jkunu ġew mistħarrġa minn qabel, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu programmi ta' faċilitazzjoni nazzjonali skont l-Aritkolu 8e tar-Regolament 2016/399 u jikkolegawhom mal-EES.

 

L-EES għandha tagħmel possibbli lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8e tar-Regolament (UE) 2016/399 biex ikollhom informazzjoni dwar soġġorni qosra jew rifjuti ta' dħul preċedenti għall-finijiet tal-eżami ta' applikazzjonijiet għal aċċess għal programmi nazzjonali ta' faċilitazzjoni u l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 23.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Interfaċċa Nazzjonali Uniformi (NUI) f'kull Stat Membru bbażata fuq speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u identika għall-Istati Membri kollha li tippermetti l-konnessjoni tas-Sistema Ċentrali mal-infrastrutturi nazzjonali tal-fruntieri fl-Istati Membri;

(b)  Interfaċċa Nazzjonali Uniformi (NUI) f'kull Stat Membru bbażata fuq speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u identifika għall-Istati Membri kollha li tippermetti l-konnessjoni tas-Sistema Ċentrali mal-infrastrutturi nazzjonali tal-fruntieri fl-Istati Membri b'mod sigur;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  Infrastruttura ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi.

(d)  Infrastruttura ta' Komunikazzjoni sigura u kriptata bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi.

 

(Emenda orizzontali: id-diċitura għandha tapplika għat-test kollu.)

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jaċċessaw u jimportaw id-dejta relatata mal-viża direttament mill-VIS sabiex jaġġornaw l-EES fil-każ li viża tiġi annullata, revokata jew estiża skont l-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament u l-Artikoli 13, 14 u 18a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(b)  jaċċessaw u jimportaw id-data relatata mal-viża direttament mill-VIS sabiex jaġġornaw ir-rekord tal-EES fil-każ li viża tiġi annullata, revokata jew estiża skont l-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament u l-Artikoli 13, 14 u 18a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jivverifikaw l-awtentiċità u l-validità tal-viża jew jekk il-kundizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399 ikunux sodisfatti skont l-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

(c)  jivverifikaw fuq il-fruntieri esterni l-awtentiċità u l-validità tal-viża jew jekk il-kundizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399 ikunux sodisfatti skont l-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tat-test.

Emenda     63

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull awtorità kompetenti għandha tiżgura li meta tuża l-EES, ma tiddiskriminax kontra ċittadini ta' pajjiżi terzi abbażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali u li tirrispetta bis-sħiħ id-dinjità tal-bniedem u l-integrità tal-persuna. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni speċifika tat-tfal, tal-anzjani u tal-persuni b'diżabilità. B'mod partikulari, meta tinżamm dejta dwar minuri, kunsiderazzjoni ewlenija għandha tkun l-aħjar interessi tal-minuri.

2.  Kull awtorità kompetenti għandha tiżgura li meta tuża l-EES, ma tiddiskriminax kontra ċittadini ta' pajjiżi terzi abbażi ta' sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali u li tirrispetta bis-sħiħ id-dinjità tal-bniedem u l-integrità tal-persuna. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni speċifika tat-tfal, tal-anzjani u tal-persuni b'diżabbiltà. B'mod partikulari, meta tinżamm data dwar minuri, kunsiderazzjoni ewlenija għandha tkun l-aħjar interessi tal-minuri.

Ġustifikazzjoni

Allinjata mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-gwardji tal-fruntiera għandhom, meta jiġbru d-data bijometrika fl-EES, jirrispettaw b'mod sħiħ id-dinjità tal-bniedem, b'mod partikolari f'każ ta' diffikultajiet waqt it-teħid ta' immaġni tal-wiċċ jew it-teħid tal-marki tas-swaba'.

Emenda     65

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Soġġorni fi Stati Membri li għadhom mhumiex qed japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ skont l-Atti ta' Adeżjoni rispettivi tagħhom ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tat-tul tas-soġġorn awtorizzat fiż-żona Schengen. Dawk l-Istati Membri għandhom jirreġistraw is-soġġorni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-EES. Madankollu l-kalkulatur awtomatizzat fis-sistema ma għandux jikkalkula soġġorni fi Stati Membri li għadhom mhumiex qed japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ bħala parti mit-tul awtorizzat tas-soġġorn.

imħassar

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-EES għandha tinkludi mekkaniżmu li għandu awtomatikament jidentifika liema reġistri tad-dħul/ħruġ ma jkollhomx dejta tal-ħruġ immedjatament wara d-data tal-iskadenza tat-tul awtorizzat tas-soġġorn u tidentifika rekords li għalihom ikun inqabeż is-soġġorn massimu.

1.  L-EES għandha tinkludi mekkaniżmu li għandu awtomatikament jidentifika liema rekords tad-dħul/ħruġ ma jkollhomx data tal-ħruġ immedjatament wara d-data tal-iskadenza tat-tul awtorizzat tas-soġġorn u tidentifika rekords li għalihom ikun inqabeż is-soġġorn massimu awtorizzat.

Emenda     67

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  F'konformità mal-Artikolu 31, l-Istati Membri għandhom ikunu infurmati awtomatikament tliet xhur qabel it-tħassir skedat tad-data ta' persuni b'soġġorn b'awtorizzazzjoni skaduta sabiex ikunu jistgħu jadottaw il-miżuri xierqa.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sabiex fi kwalunkwe ħin ċittadini ta' pajjiżi terzi jkunu jistgħu jivverifikaw jekk jiddisponux jew le mit-tul awtorizzat pendenti tas-soġġorn biex ikopru s-soġġorn intenzjonat tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri, aċċess sigur għall-internet għal servizz elettroniku ospitat mill-eu-LISA fiż-żewġ siti tekniċi tagħha għandu jippermetti lil dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 14(1)(b) flimkien mad-dati antiċipati tad-dħul u tal-ħruġ. Fuq dik il-bażi, is-servizz tal-internet għandu jipprovdihom bi tweġiba AFFERMATTIVA/NEGATTIVA. Is-servizz tal-internet għandu juża bażi tad-dejta separata li tista' tinqara biss li tiġi aġġornata kuljum permezz ta' estrazzjoni f'direzzjoni waħda tas-subsett minimu neċessarju tad-dejta tal-EES.

1.  Sabiex fi kwalunkwe ħin ikun possibbli għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jivverifikaw jekk jiddisponux jew le mit-tul awtorizzat pendenti tas-soġġorn biex ikopru s-soġġorn intenzjonat tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri, aċċess sigur għall-internet għal servizz elettroniku ospitat mill-eu-LISA fiż-żewġ siti tekniċi tagħha għandu jippermetti lil dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 14(1)(b) flimkien mad-dati antiċipati tad-dħul u tal-ħruġ. Fuq dik il-bażi, is-servizz tal-internet għandu jipprovdihom bi tweġiba AFFERMATTIVA/NEGATTIVA. Is-servizz tal-internet għandu juża bażi tad-data separata li tista' tinqara biss li tiġi aġġornata kuljum permezz ta' estrazzjoni f'direzzjoni waħda tas-subsett minimu neċessarju tad-data tal-EES. L-eu-LISA għandha tkun il-kontrollur responsabbli għas-sigurtà tas-servizz web, għas-sigurtà tad-data personali li fih u l-proċess għall-estrazzjoni tad-data personali mis-sistema ċentrali għas-servizz web. L-eu-LISA għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju tas-sigurtà tal-informazzjoni sabiex tiddefinixxi l-ħtiġijiet speċifiċi tas-sigurtà tas-servizz web.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika ssuġġerita mill-KEPD.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-trasportaturi jistgħu jużaw l-aċċess sigur għall-internet għas-servizz elettroniku imsemmi fil-paragrafu 1 sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw jekk ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom viża għal dħul wieħed jew doppju jkunux diġà użaw il-viża. It-trasportatur għandu jipprovdi d-dejta elenkata fl-Artikolu 14(1)(d). Fuq dik il-bażi, is-servizz tal-internet għandu jipprovdi lit-trasportaturi bi tweġiba AFFERMATTIVA/NEGATTIVA. It-trasportaturi jistgħu jaħżnu l-informazzjoni mibgħuta u r-risposta riċevuta.

2.  It-trasportaturi jistgħu jużaw l-aċċess sigur għall-internet għas-servizz web imsemmi fil-paragrafu 1 sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw jekk ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom viża għal dħul wieħed jew doppju jkunux diġà użaw il-viża. It-trasportatur għandu jipprovdi d-data elenkata fl-Artikolu 14(1)(d). Fuq dik il-bażi, is-servizz web għandu jipprovdi lit-trasportaturi bi tweġiba AFFERMATTIVA/NEGATTIVA. It-trasportaturi għandhom jistabbilixxu skema ta' awtentikazzjoni biex jiżguraw li persunal awtorizzat biss jista' jaċċedi għas-servizz web. It-trasportaturi jistgħu jaħżnu l-informazzjoni mibgħuta u r-risposta riċevuta għal massimu ta' 48 siegħa u wara d-data għandha titħassar awtomatikament, għall-fini uniku li jinfurmaw iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi ikkonċernati.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet tal-fruntieri għandhom jivverifikaw, skont l-Artikolu 21, jekk ikunx inħoloq fajl individwali preċedenti fl-EES għaċ-ċittadin ta' pajjiż terz kif ukoll l-identità tagħhom. Fejn ċittadin ta' pajjiż terz juża sistema self-service għall-prereġistrazzjoni tad-dejta jew għat-twettiq ta' kontrolli fil-fruntieri [din is-sistema self-service għandha tiġi definita jew spjegata?] , verifika tista' titwettaq permezz tas-sistema self-servizz.

1.  L-awtoritajiet tal-fruntieri għandhom jivverifikaw, skont l-Artikolu 21, jekk ikunx inħoloq fajl individwali preċedenti fl-EES għaċ-ċittadin ta' pajjiż terz kif ukoll l-identità tiegħu. Meta ċittadin ta' pajjiż terz juża sistema self-service għall-prereġistrazzjoni tad-data jew għat-twettiq ta' kontrolli tal-fruntieri, verifika tista' titwettaq permezz tas-sistema self-service.

Emenda     71

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn ikun inħoloq fajl individwali preċedenti, l-awtorità tal-fruntiera għandha, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-fajl tad-dejta tal-individwu, iddaħħal ir-rekord tad-dħul/ħruġ għal kull dħul u ħruġ skont l-Artikoli 14 u 15 jew, fejn applikabbli, rekord ta' rifjut ta' dħul skont l-Artikolu 16. Dak ir-rekord għandu jkun marbut mal-fajl individwali taċ-ċittadin ta' pajjiż terz kkonċernat. Fejn applikabbli, id-dejta imsemmija fl-Artikolu 17(1) għandu tiġi miżjuda mal-fajl individwali u d-dejta imsemmija fl-Artikolu 17(3) u (4) għandha tiġi miżjuda mar-rekord tad-dħul/ħruġ taċ-ċittadin ta' pajjiż terz kkonċernat. Id-diversi dokumenti tal-ivvjaġġar u l-identitajiet użati b'mod leġittimu minn ċittadin ta' pajjiż terz għadhom jiġu miżjuda mal-fajl individwali taċ-ċittadin ta' pajjiż terz. Fejn ikun ġie reġistrat fajl preċedenti u ċ-ċittadin ta' pajjiż terz jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar li huwa differenti minn dak li kien ġie rreġistrat qabel, id-dejta imsemmija fl-Artikolu 14(1)(f) għandha tiġi aġġornata wkoll jekk l-immaġini tal-wiċċ reġistrata fiċ-ċippa tad-dokument tal-ivvjaġġar il-ġdid tista' tiġi estratta b'mod elettroniku.

2.  Fejn ikun inħoloq fajl individwali preċedenti, l-awtorità tal-fruntiera għandha, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-fajl tad-data tal-individwu, iddaħħal ir-rekord tad-dħul/ħruġ għal kull dħul u ħruġ skont l-Artikoli 14 u 15 jew, fejn applikabbli, rekord ta' rifjut ta' dħul skont l-Artikolu 16. Dak ir-rekord għandu jkun konness mal-fajl individwali taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat. Fejn applikabbli, id-data msemmija fl-Artikolu 17(1) għandha tiġi miżjuda mal-fajl individwali u d-data imsemmija fl-Artikolu 17(3) u (4) għandha tiġi miżjuda mar-rekord tad-dħul/ħruġ taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat. Id-diversi dokumenti tal-ivvjaġġar u l-identitajiet użati b'mod leġittimu minn ċittadin ta' pajjiż terz għadhom jiġu miżjuda mal-fajl individwali taċ-ċittadin ta' pajjiż terz. Fejn ikun ġie reġistrat fajl preċedenti u ċ-ċittadin ta' pajjiż terz jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar validu li huwa differenti minn dak li kien ġie rreġistrat qabel, id-data msemmija fl-Artikolu 14(1)(f) għandha tiġi aġġornata wkoll jekk l-immaġini tal-wiċċ reġistrata fiċ-ċippa tad-dokument tal-ivvjaġġar il-ġdid tista' tiġi estratta b'mod elettroniku.

Emenda     72

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn ikun hemm il-ħtieġa li tinħoloq jew tiġi aġġornata d-dejta fil-fajl individwali ta' titular ta' viża, l-awtoritajiet tal-fruntieri jistgħu jaċċessaw u jimportaw id-dejta prevista fl-Artikolu 14(1) (d), (e) u (g) direttament mill-VIS skont l-Artikolu 18a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

3.  Fejn ikun hemm il-ħtieġa li tinħoloq jew tiġi aġġornata d-data fil-fajl individwali ta' titular ta' viża, l-awtoritajiet tal-fruntieri jistgħu jaċċessaw u jimportaw id-data prevista fl-Artikolu 14(1) (d) sa (g) direttament mill-VIS skont l-Artikolu 18a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Fejn ċittadin ta' pajjiż terz juża sistema self-service għall-prereġistrazzjoni tad-dejta, għandu japplika l-Artikolu 8c tar-Regolament (UE) 2016/399. F'dak il-każ, iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jista' jirreġistra minn qabel id-dejta fil-fajl individwali jew, jekk applikabbli, id-dejta li trid tiġi aġġornata. Meta d-deċiżjoni għall-awtorizzazzjoni jew għar-rifjut ta' dħul tkun ittieħdet skont ir-Regolament (UE) 2016/399 id-dejta għandha tiġi konfermata mill-gwardja tal-fruntiera. Il-verifika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha ssir permezz tas-sistema self service. id-dejta imsemmija fl-Artikolu 14(1)(a), (b) u (c); tista' tiġi aċċessata u tiġi importata direttament mill-VIS.

5.   Fejn ċittadin ta' pajjiż terz juża sistema self-service għall-prereġistrazzjoni tad-data, għandu japplika l-Artikolu 8c tar-Regolament (UE) 2016/399. F'dak il-każ, iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jista' jirreġistra minn qabel id-data fil-fajl individwali jew, jekk applikabbli, id-data li trid tiġi aġġornata. Meta d-deċiżjoni għall-awtorizzazzjoni jew għar-rifjut ta' dħul tkun ittieħdet skont ir-Regolament (UE) 2016/399 id-data għandha tiġi konfermata mill-gwardja tal-fruntiera. Il-verifika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha ssir permezz tas-sistema self-service. Id-data elenkata fl-Artikolu 14(1) (d) sa (g) tista' tiġi aċċessata u tiġi importata direttament mill-VIS.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dejta personali għal titulari ta' viża

Data personali għal ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal rekwiżit ta' viża biex jaqsmu l-fruntieri esterni

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità tal-fruntiera għandha toħloq il-fajl individwali taċ-ċittadin ta' pajjiż terz titular ta' viża billi ddaħħal id-dejta li ġejja:

1.  L-awtorità tal-fruntiera għandha toħloq il-fajl individwali taċ-ċittadin ta' pajjiż terz soġġett għal rekwiżit ta' viża biex jaqsam il-fruntieri esterni billi ddaħħal id-data li ġejja:

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-tip, in-numru u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar;

(b)  it-tip u n-numru tad-dokument jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tat-test.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)   l-immaġni tal-wiċċ, fejn possibbli estratta b'mod elettroniku mill-eMRTD u fejn dan ma jkunx possibbli, tittieħed live;

(f)  l-immaġni tal-wiċċ, b'riżoluzzjoni u kwalità suffiċjenti tal-immaġini sabiex tintuża fi tqabbil bijometriku awtomatizzat, fejn possibbli estratta b'mod elettroniku mill-eMRTD jew mill-VIS, u fejn dan ma jkunx possibbli, tittieħed live;

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull darba li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz titular ta' viża jidħol, għandha tiddaħħal id-dejta li ġejja f'rekord ta' dħul/ħruġ. Dak ir-rekord għandu jkun marbut mal-fajl individwali ta' dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz billi jintuża n-numru ta' referenza individwali li jkun inħoloq mill-EES meta jkun inħoloq dak il-fajl:

2.  Kull darba li ċittadin ta' pajjiż terz soġġett għal rekwiżit ta' viża jaqsam il-fruntieri esterni, għandha tiddaħħal id-data li ġejja f'rekord ta' dħul/ħruġ li għandu jkun konness mal-fajl individwali ta' dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz billi jintuża n-numru ta' referenza individwali li jkun inħoloq mill-EES meta jkun inħoloq dak il-fajl:

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn ma jkunx hemm dejta dwar il-ħruġ minnufih wara d-data ta' skadenza tat-tul awtorizzat tas-soġġorn, ir-rekord tad-dħul/ħruġ għandu jiġi identifikat b'marka jew jiġi mmarkat mis-sistema u d-dejta taċ-ċittadin ta' pajjiż terz titular ta' viża identifikat bħala persuna b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta għandha tiddaħħal fil-lista imsemmija fl-Artikolu 11.

4.  Fejn ma jkunx hemm data dwar il-ħruġ minnufih wara d-data ta' skadenza tat-tul awtorizzat tas-soġġorn, ir-rekord tad-dħul/ħruġ għandu jiġi identifikat b'marka jew jiġi mmarkat mis-sistema u d-data taċ-ċittadin ta' pajjiż terz titular ta' viża identifikat bħala persuna b'soġġorn b'awtorizzazzjoni skaduta għandha tiddaħħal fil-lista msemmija fl-Artikolu 11.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Sabiex jinħoloq il-fajl individwali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi titulari ta' viża l-awtorità tal-fruntiera tista' taċċessa u timporta d-dejta prevista skont il-paragrafu 1(d), (e) u (g) direttament mill-VIS skont l-Artikolu 18a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

5.  Sabiex jinħoloq jew jiġi aġġornat ir-rekord tad-dħul/ħruġ fil-fajl individwali ta' ċittadin ta' pajjiż terz soġġett għal rekwiżit ta' viża biex jaqsam il-fruntieri esterni l-awtorità tal-fruntiera tista' taċċessa u timporta d-data prevista skont il-paragrafu 1(d) sa (g) direttament mill-VIS skont l-Artikolu 18a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

Emenda     81

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Meta ċittadin ta' pajjiż terz titulari ta' viża jibbenefika mill-programm nazzjonali ta' faċilitazzjoni ta' Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 8e tar-Regolament (UE) 2016/399, l-Istat Membru kkonċernat jista' jdaħħal notifika fil-fajl individwali ta' dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz li tispeċifika l-programm nazzjonali ta' faċilitazzjoni kkonċernat.

Ġustifikazzjoni

Il-fatt li wieħed ikun jaf jekk persuna tkunx ġiet mistħarrġa minn qabel u aċċettata għal programm nazzjonali ta' faċilitazzjoni f'wieħed mill-Istati Membri tkun biċċa informazzjoni essenzjali għall-gwardji tal-fruntieri.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għal ċittadini ta' pajjiżi terzi eżentati mill-obbligu ta' viża, l-awtorità tal-fruntiera għandha ddaħħal id-dejta prevista fl-Artikolu 14(1)(a), (b), (c) u (f) fil-fajl individwali tagħhom. Barra minn hekk f'dak il-fajl individwali għandha ddaħħal l-erba' marki tas-swaba' tal-indiċi, tas-saba' tan-nofs, tas-saba' taċ-ċurkett u tas-saba' ż-żgħir mill-id tal-lemin, u fejn dan ma jkunx possibbli l-istess swaba' mill-id tax-xellug, skont l-ispeċifikazzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-użu ta' marki tas-swaba' adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 61(2). Għal ċittadini ta' pajjiżi terzi eżenti mill-obbligu tal-viża, japplikaw l-Artikoli 14(2) sa 14(4).

1.  Għal ċittadini ta' pajjiżi terzi eżentati mill-obbligu ta' viża, l-awtorità tal-fruntiera għandha ddaħħal id-data prevista fl-Artikolu 14(1)(a), (b), (c) u (f) fil-fajl individwali tagħhom. Barra minn hekk f'dak il-fajl individwali għandha ddaħħal l-erba' marki tas-swaba' tal-indiċi, tas-saba' tan-nofs, tas-saba' taċ-ċurkett u tas-saba' ż-żgħir mill-id tal-lemin, u fejn dan ma jkunx possibbli l-istess swaba' mill-id tax-xellug, skont l-ispeċifikazzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-użu ta' marki tas-swaba' adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 61(2). Għal ċittadini ta' pajjiżi terzi eżenti mill-obbligu tal-viża, japplikaw l-Artikoli 14(2) sa 14(4) kif xieraq.

Emenda     83

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, fejn l-impossibbiltà fiżika tkun ta' natura temporanja, il-persuna għandha tkun meħtieġa tagħti l-marki tas-swaba' mad-dħul li jmiss. L-awtoritajiet tal-fruntiera għandhom ikunu intitolati li jitolbu aktar kjarifiki dwar l-impossibbiltà temporanja li jingħataw il-marki tas-swaba'.

Madankollu, fejn l-impossibbiltà fiżika tkun ta' natura temporanja, il-persuna għandha tkun meħtieġa tagħti l-marki tas-swaba' mad-dħul li jmiss. L-awtoritajiet tal-fruntiera għandhom ikunu intitolati li jitolbu aktar kjarifiki dwar l-impossibbiltà temporanja li jingħataw il-marki tas-swaba'. Tali raġunijiet għandhom jinżammu fil-fajl individwali sa tali żmien meta l-persuna tkun tista' tagħti l-marki tas-swaba' iżda mhux itwal mill-perjodu għaż-żamma għal dak il-fajl individwali.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn il-persuna kkonċernata tkun eżentata mir-rekwiżit li tagħti l-marki tas-swaba' għal raġunijiet legali jew fattwali skont il-paragrafi 2 jew 3, l-ispazju speċifiku għad-dejta għandu jiġi mmarkat bħala "mhux applikabbli". Is-sistema għandha tippermetti li ssir distinzjoni bejn il-każijiet fejn m'hemmx l-obbligu li l-marki tas-swaba' jkunu pprovduti għal raġunijiet legali u każijiet fejn ma jistgħux jiġu pprovduti għal raġunijiet fattwali.

4.  Meta l-persuna kkonċernata tkun eżentata mir-rekwiżit li tagħti l-marki tas-swaba' għal raġunijiet legali jew fattwali skont il-paragrafi 2 jew 3, l-ispazju speċifiku għad-data għandu jiġi mmarkat bħala "mhux applikabbli". Is-sistema għandha tippermetti li ssir distinzjoni bejn il-każijiet fejn m'hemmx l-obbligu li l-marki tas-swaba' jkunu pprovduti għal raġunijiet legali u każijiet fejn ma jistgħux jiġu pprovduti għal raġunijiet fattwali. Għandu jiġi reġistrat il-fatt li l-impossibbiltà fiżika li jingħataw il-marki tas-swaba' hija ta' natura temporanja.

Emenda     85

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/399 u l-Anness V tiegħu, l-awtorità tal-fruntiera tkun ħadet deċiżjoni dwar ir-rifjut ta' dħul ta' ċittadin ta' pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 2(2) ta' dan ir-Regolament fit-territorji tal-Istati Membri, u fejn ma jkunx hemm fajl preċedenti rreġistrat fl-EES għal dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz, l-awtorità tal-fruntiera għandha toħloq fajl individwali li fih għandha ddaħħal id-dejta meħtieġa skont l-Artikolu 14(1) fil-każ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi titulari ta' viża u d-dejta meħtieġa skont l-Artikolu 15(1) fil-każ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi eżentati mill-obbligu ta' viża.

1.  Meta skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/399 u l-Anness V tiegħu, l-awtorità tal-fruntiera tkun ħadet deċiżjoni dwar ir-rifjut ta' dħul ta' ċittadin ta' pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 2(2) ta' dan ir-Regolament fit-territorji tal-Istati Membri, u fejn ma jkunx hemm fajl preċedenti rreġistrat fl-EES għal dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz, l-awtorità tal-fruntiera għandha toħloq fajl individwali li fih għandha ddaħħal id-data alfanumerika meħtieġa skont l-Artikolu 14(1) fil-każ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi titulari ta' viża u d-data meħtieġa skont l-Artikolu 15(1) fil-każ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi eżentati mill-obbligu ta' viża.

Ġustifikazzjoni

Ma hemm l-ebda raġuni valida biex tinġabar u tinżamm data personali bijometrika minn ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma tħallewx jidħlu fit-territorju ta' Stat Membru u li ma jaqsmux fruntiera esterna.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali, li tirriżulta fit-tneħħija jew fit-tluq ta' ċittadin ta' pajjiż terz li ma jissodisfax jew ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dħul fi jew għas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri.

(b)  kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali, li tirriżulta fit-tneħħija jew fit-tluq volontarju ta' ċittadin ta' pajjiż terz li ma jissodisfax jew ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dħul jew għas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Allinjament tat-terminoloġija mad-Direttiva dwar ir-Ritorn.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'dak il-każ għandu japplika l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/399 u jekk dik il-preżunzjoni tiġi konfutata minn prova li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz konċernat ikun irrispetta l-kundizzjonijiet marbuta ma' soġġorn qasir, jekk ikun meħtieġ l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħolqu fajl individwali fl-EES għal dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz, jew jaġġornaw l-aħħar rekord tad-dħul/ħruġ billi jdaħħlu d-dejta nieqsa skont l-Artikoli 14 u 15 jew iħassru fajl eżistenti fejn japplika l-Artikolu 32.

F'dak il-każ għandu japplika l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/399 u jekk dik il-preżunzjoni tiġi konfutata f'konformita mal-Artikolu 12(3) ta' dan ir-Regolament, jekk ikun meħtieġ l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħolqu fajl individwali fl-EES għal dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz, jew jaġġornaw l-aħħar rekord tad-dħul/ħruġ billi jdaħħlu d-data nieqsa skont l-Artikoli 14 u 15 jew iħassru fajl eżistenti fejn japplika l-Artikolu 32.

Ġustifikazzjoni

Minflok ma jerġgħu jinkitbu d-dispożizzjonijiet, tiżdied kontroreferenza għad-dispożizzjoni applikabbli fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Emenda     88

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk it-tfittxija bid-dejta stabbilita fil-paragrafu 2 tindika li d-dejta dwar iċ-ċittadin ta' pajjiż terz tkun reġistrata fl-EES, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-aċċess biex tikkonsulta d-dejta tal-fajl individwali ta' dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz u r-rekord(s) tad-dħul/ħruġ marbuta miegħu.

3.  Jekk it-tfittxija bid-data stabbilita fil-paragrafu 2 tindika li d-data dwar iċ-ċittadin ta' pajjiż terz tkun reġistrata fl-EES, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-aċċess biex tikkonsulta d-data tal-fajl individwali ta' dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz u r-rekord(s) tad-dħul/ħruġ u r-rekords ta' rifjuti tad-dħul bil-ġustifikazzjonijiet konnessi miegħu.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn ma jkunux jistgħu jintużaw il-marki tas-swaba' ta' dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba' u bl-immaġni tal-wiċċ tfalli, it-tfittxija għandha ssir bid-dejta imsemmija fl-Artikolu 14(1)(a) jew (b) jew fit-tnejn.

Fejn ma jkunux jistgħu jintużaw il-marki tas-swaba' ta' dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba' u bl-immaġni tal-wiċċ tfalli, it-tfittxija għandha ssir bid-data msemmija fl-Artikolu 14(1)(a) jew (b) jew fl-Artikolu 14(1)(a) u (b).

Emenda     90

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità maħtura u l-punt ta' aċċess ċentrali jistgħu jkunu parti mill-istess organizzazzjoni jekk dan ikun permess taħt il-liġi nazzjonali, iżda l-punt ta' aċċess ċentrali għandu jaġixxi b'mod indipendenti fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament. Il-punt ta' aċċess ċentrali għandu jkun separat mill-awtoritajiet maħtura u ma għandux jirċievi struzzjonijiet minnhom fir-rigward tal-eżitu tal-verifika.

L-awtorità maħtura u l-punt ta' aċċess ċentrali jistgħu jkunu parti mill-istess organizzazzjoni jekk dan ikun permess taħt il-liġi nazzjonali, iżda l-punt ta' aċċess ċentrali għandu jkun indipendenti u jaġixxi b'mod indipendenti bis-sħiħ fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament. Il-punt ta' aċċess ċentrali għandu jkun separat mill-awtoritajiet maħtura u ma għandux jirċievi istruzzjonijiet minnhom fir-rigward tal-eżitu tal-verifika.

Emenda     91

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'każijiet eċċezzjonali ta' urġenza, fejn ikun hemm il-ħtieġa li jiġi evitat riskju imminenti marbut ma' reat terroristiku jew ma' reat kriminali serju ieħor, il-punt(i) ta' aċċess ċentrali għandu(hom) jipproċessa(w) it-talba minnufih u għandhom jivverifika(w) biss ex-post jekk ikunux sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 29, inkluż jekk każ eċċezzjonali ta' urġenza kienx jeżisti fir-realtà. Il-verifika ex post għandha ssir mingħajr dewmien żejjed wara l-ipproċessar tat-talba.

2.  F'każijiet eċċezzjonali ta' urġenza, fejn ikun hemm il-ħtieġa li jiġi evitat riskju imminenti marbut ma' reat terroristiku jew ma' reat kriminali serju ieħor, il-punt(i) ta' aċċess ċentrali għandu(hom) jipproċessa(w) it-talba minnufih u għandu(hom) jivverifika(w) biss ex-post jekk ikunux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 29, inkluż jekk każ eċċezzjonali ta' urġenza kienx jeżisti fir-realtà. Il-verifika ex post għandha ssir mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 48 siegħa wara l-ipproċessar tat-talba.

Emenda     92

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-aċċess għal konsultazzjoni jkun meħtieġ għall-finijiet tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra, li jirrendi proporzjonat it-tiftix fil-bażi tad-dejta jekk ikun hemm tħassib prevalenti dwar is-sigurtà pubblika;

(a)  l-aċċess għal konsultazzjoni jkun meħtieġ għall-fini tal-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor;

Emenda     93

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-aċċess għal konsultazzjoni jkun meħtieġ f'każ speċifiku;

(b)  l-aċċess għal konsultazzjoni jkun meħtieġ u proporzjonali f'każ speċifiku;

Emenda     94

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jeżistu raġunijiet raġonevoli biex jitqies li l-konsultazzjoni tad-dejta tal-EES tista' tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, id-detezzjoni jew l-investigazzjoni ta' xi wieħed mir-reati kriminali inkwistjoni b'mod partikolari fejn ikun hemm suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor taqa' taħt kategorija koperta b'dan ir-Regolament;

(c)  jeżistu evidenza jew raġunijiet raġonevoli biex jitqies li l-konsultazzjoni tad-data tal-EES se tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali inkwistjoni b'mod partikolari fejn il-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor taqa' taħt kategorija koperta b'dan ir-Regolament;

Emenda     95

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-aċċess għall-EES bħala għodda ta' identifikazzjoni kriminali għall-finijiet ta' identifikazzjoni ta' persuna suspettata mhux magħrufa, ta' awtur jew ta' vittma suspettata ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor għandu jkun permess meta jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 u jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

2.  L-aċċess għall-EES bħala għodda għall-finijiet ta' identifikazzjoni ta' persuna suspettata mhux magħrufa, ta' awtur jew ta' vittma suspettata ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor għandu jkun permess meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 u jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

Emenda     96

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madanakollu, meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li tqabbil mas-sistemi tal-Istati Membri l-oħra mhuwiex se jwassal għall-verifika tal-identità tas-suġġett tad-dejta, dik it-tfittxija preċedenti ma għandhiex għalfejn issir. Dawk ir-raġunijiet raġonevoli għandhom jiġu inklużi fit-talba elettronika motivata għal tqabbil mad-dejta tal-EES mibgħuta mill-awtorità maħtura lill-punt(i) ta' aċċess ċentrali.

Madanakollu, meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li tqabbil mas-sistemi tal-Istati Membri l-oħra mhuwiex se jwassal għall-verifika tal-identità tas-suġġett tad-data jew f'każijiet ta' urġenza eċċezzjonali li jeħtieġu li jwissu dwar periklu imminenti marbut ma' reat terroristiku jew ma' reat kriminali serju ieħor, dik it-tfittxija preċedenti ma għandhiex għalfejn issir. Dawk ir-raġunijiet raġonevoli għandhom jiġu inklużi fit-talba elettronika motivata għal tqabbil mad-data tal-EES mibgħuta mill-awtorità maħtura lill-punt(i) ta' aċċess ċentrali.

Emenda     97

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-aċċess għall-EES bħala għodda ta' intelligence kriminali biex tiġi konsultata l-istorja tal-ivvjaġġar jew il-perjodi ta' soġġorn fiż-żona Schengen ta' suspettat magħruf, ta' awtur jew ta' vittma suspettata ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor għandu jkun permess meta jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 u meta jkun hemm ħtieġa debitament ġustifikata għall-konsultazzjoni tar-rekords tad-dħul/ħruġ tal-persuna kkonċernata.

3.  L-aċċess għall-EES bħala għodda biex tiġi konsultata l-istorja tal-ivvjaġġar jew il-perjodi ta' soġġorn fiż-żona Schengen ta' suspettat magħruf, ta' awtur jew ta' vittma suspettata ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor għandu jkun permess meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 u meta jkun hemm ħtieġa debitament ġustifikata għall-konsultazzjoni tar-rekords tad-dħul/ħruġ tal-persuna kkonċernata.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-konsultazzjoni tal-EES għal identifikazzjoni għandha tkun limitata għal tfittxija fil-fajl ta' applikazzjoni b'xi waħda mid-dejta tal-EES li ġejja:

4.  Il-konsultazzjoni tal-EES għal identifikazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun limitata għal tfittxija fil-fajl ta' applikazzjoni bi kwalunkwe waħda mid-data tal-EES li ġejja:

Ġustifikazzjoni

Tiżdied kontroreferenza biex tiċċara t-test.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 5 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-konsultazzjoni tal-EES għall-istorja tal-ivvjaġġar taċ-ċittadin ta' pajjiż terz konċernat għandha tkun limitata għat-tfittxija b'xi waħda mid-dejta tal-EES li ġejja fil-fajl individwali jew fir-rekords tad-dħul/ħruġ:

5.  Il-konsultazzjoni tal-EES għall-istorja tal-ivvjaġġar taċ-ċittadin ta' pajjiż terz konċernat kif imsemmi fil-paragrafu 3 għandha tkun limitata għat-tfittxija bi kwalunkwe waħda mid-data tal-EES li ġejja fil-fajl individwali jew fir-rekords tad-dħul/ħruġ:

Ġustifikazzjoni

Tiżdied kontroreferenza biex tiċċara t-test.

Emenda     100

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-konsultazzjoni hija neċessarja biex tiġi appoġġjata u msaħħa azzjoni mill-Istati Membri fil-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra li jaqgħu taħt il-mandat tal-Europol, li jirrendi proporzjonat it-tiftix fil-bażi tad-dejta jekk ikun jeżisti tħassib prevalenti dwar is-sigurtà pubblika;

(a)  il-konsultazzjoni hija meħtieġa biex tiġi appoġġjata u msaħħa azzjoni mill-Istati Membri fil-prevenzjoni, l-identifikazzjoni jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra li jaqgħu fil-mandat tal-Europol;

Emenda     101

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-konsultazzjoni hija meħtieġa f'każ speċifiku;

(b)  l-aċċess għal konsultazzjoni hija meħtieġa u proporzjonali f'każ speċifiku;

Emenda     102

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jeżistu raġunijiet raġonevoli biex titqies li l-konsultazzjoni tista' tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, id-detezzjoni jew l-investigazzjoni ta' xi wieħed mir-reati kriminali inkwistjoni b'mod partikolari fejn ikun hemm suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor taqa' taħt kategorija koperta b'dan ir-Regolament.

(c)  jeżistu evidenza jew raġunijiet raġonevoli biex jitqies li l-konsultazzjoni tad-data tal-EES se tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali inkwistjoni b'mod partikolari fejn il-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor taqa' taħt kategorija koperta b'dan ir-Regolament.

Emenda     103

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-aċċess għall-EES bħala għodda għall-fini ta' identifikazzjoni ta' persuna suspettata jew ta' awtur mhux magħruf, jew ta' vittma suspettata, ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor, għandu jkun permess meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 u l-konsultazzjoni prijoritarja tad-data maħżuna fil-bażijiet tad-data teknikament u legalment aċċessibbli mill-Europol ma tkunx wasslet għall-verifika tal-identità tas-suġġett tad-data.

 

Peress li d-data dwar il-marki tas-swaba' ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi titulari ta' viża tinżamm biss fil-VIS, talba għal konsultazzjoni tal-VIS dwar l-istess suġġett tad-data tista' tiġi ppreżentata b'mod parallel għal talba għal konsultazzjoni tal-EES skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI dment li l-konsultazzjoni prijoritarja tad-data maħżuna fil-bażijiet tad-data teknikament u legalment aċċessibbli mill-Europol ma tkunx wasslet għall-verifika tal-identità tas-suġġett tad-data.

Emenda     104

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (5) għandhom japplikaw kif xieraq.

2.  Il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(3) sa (5) għandhom japplikaw kif xieraq.

Emenda     105

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull rekord tad-dħul/ħruġ jew rekord ta' rifjut ta' dħul marbut ma' fajl individwali għadu jinħażen għal ħames snin wara d-data tar-rekord tal-ħruġ jew tar-rekord tar-rifjut ta' dħul, kif applikabbli.

1.  Kull rekord tad-dħul/ħruġ jew rekord ta' rifjut ta' dħul marbut ma' fajl individwali għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali tal-EES għal sentejn wara d-data tar-rekord tal-ħruġ jew tar-rekord tar-rifjut ta' dħul, kif applikabbli.

Emenda     106

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull fajl individwali flimkien mar-rekord(s) marbuta tad-dħul/ħruġ jew rekords tad-dħul/ħruġ għandhom jinħażnu fl-EES għal ħames snin u ġurnata wara d-data tal-aħħar rekord tal-ħruġ jekk fi żmien ħames snin minn dak l-aħħar rekord tal-ħruġ jew rekord ta' rifjut ta' dħul ma jkun hemm l-ebda rekord ta' dħul.

2.  Kull fajl individwali flimkien mar-rekord(s) konnessi tad-dħul/ħruġ jew rekords tad-dħul/ħruġ għandhom jinżammu fis-Sistema Ċentrali tal-EES għal sentejn u ġurnata wara d-data tal-aħħar rekord tal-ħruġ jekk fi żmien sentejn minn dak l-aħħar rekord tal-ħruġ jew rekord ta' rifjut ta' dħul ma jkun hemm l-ebda rekord ta' dħul.

Emenda     107

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk wara d-data tal-iskadenza tal-perjodu awtorizzat tas-soġġorn ma jkun hemm l-ebda rekord ta' ħruġ, id-dejta għandha tinħażen għal perjodu ta' ħames snin wara l-aħħar jum tas-soġġorn awtorizzat. L-EES għandha tinforma awtomatikament lill-Istati Membri tliet xhur qabel it-tħassir skedat tad-dejta ta' persuni b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta sabiex ikunu jistgħu jadottaw il-miżuri xierqa.

3.  Jekk wara d-data tal-iskadenza tal-perjodu awtorizzat tas-soġġorn ma jkun hemm l-ebda rekord ta' ħruġ, id-data għandha tinżamm għal perjodu ta' erba' snin wara l-aħħar jum tas-soġġorn awtorizzat. F'konformità mal-mekkaniżmu ta' informazzjoni previst fl-Artikolu 11, l-EES għandha tinforma awtomatikament lill-Istati Membri tliet xhur qabel it-tħassir skedat tad-data ta' persuni b'soġġorn b'awtorizzazzjoni skaduta sabiex ikunu jistgħu jadottaw il-miżuri xierqa.

Emenda     108

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  B'deroga mill-paragrafi (2) u (3), ir-rekord(s) tad-dħul/ħruġ iġġenerat(i) minn ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-kundizzjoni tagħhom bħala membri tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/38/KE jew ta' ċittadin ta' pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta' moviment liberu taħt id-dritt tal-Unjoni u li ma jkollux karta ta' residenza imsemmija fid-Direttiva 2004/38/KE, għandu(hom) jinħażen(jinħażnu) fl-EES għal perjodu ta' mhux aktar minn sena mir-rekord tal-aħħar ħruġ.

4.  B'deroga mill-paragrafi (2) u (3), ir-rekord(s) tad-dħul/ħruġ iġġenerat(i) minn ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu membri tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/38/KE jew ta' ċittadin ta' pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta' moviment liberu taħt id-dritt tal-Unjoni u li ma jkollux karta ta' residenza imsemmija fid-Direttiva 2004/38/KE, għandu(hom) jinżamm(jinżammu) fl-EES għal perjodu ta' mhux aktar minn sena mir-rekord tal-aħħar ħruġ.

Emenda     109

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Malli jiskadi l-perjodu ta' żamma imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 din id-dejta għandha awtomatikament titħassar mis-Sistema Ċentrali

5.  Malli jiskadi l-perjodu ta' żamma imsemmi fil-paragrafi 1 sa 4 tali data għandha awtomatikament titħassar mis-Sistema Ċentrali.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istat Membru responsabbli għandu jkollu d-dritt li jemenda d-dejta li jkun daħħal fl-EES, billi jikkoreġi jew iħassar din id-dejta.

1.  L-Istat Membru responsabbli għandu jkollu d-dritt li jemenda d-data li jkun daħħal fl-EES, billi jirrettifika, jikkompleta jew iħassar din id-data.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2  Jekk l-Istat Membru responsabbli jkollu evidenza li tissuġġerixxi li d-dejta reġistrata fl-EES tkun fattwalment żbaljata jew li d-dejta tkun ġiet ipproċessata fl-EES bi ksur ta' dan ir-Regolament, għandu jivverifika d-dejta kkonċernata u, jekk ikun hemm bżonn, jemendaha jew iħassarha mingħajr dewmien mill-EES u, fejn applikabbli, mil-lista ta' persuni identifikati imsemmija fl-Artikolu 11. Dan jista' jsir ukoll fuq talba tal-persuna kkonċernata skont l-Artikolu 46.

2  Jekk l-Istat Membru responsabbli jkollu evidenza li tissuġġerixxi li d-data reġistrata fl-EES tkun fattwalment żbaljata, mhux kompluta jew li d-data tkun ġiet proċessata fl-EES bi ksur ta' dan ir-Regolament, għandu jivverifika d-data kkonċernata u, jekk ikun hemm bżonn, għandu jirrettifikaha, jikkompletaha jew iħassarha mingħajr dewmien mill-EES u, fejn applikabbli, mil-lista ta' persuni identifikati imsemmija fl-Artikolu 11. Dan jista' jsir ukoll fuq talba tal-persuna kkonċernata skont l-Artikolu 46.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, jekk Stat Membru ieħor li ma jkunx l-Istat Membru responsabbli jkollu evidenza li tissuġġerixxi li d-dejta reġistrata fl-EES tkun fattwalment żbaljata jew li d-dejta tkun ġiet ipproċessata fl-EES bi ksur ta' dan ir-Regolament, għandu jivverifika d-dejta kkonċernata jekk dan ikun possibbli li jagħmel dan mingħajr ma jikkonsulta l-Istat Membru responsabbli u, jekk ikun hemm bżonn, jemendaha jew iħassarha mingħajr dewmien mill-EES u, fejn applikabbli, mil-lista ta' persuni identifikati imsemmija fl-Artikolu 11. Inkella l-Istat Membru għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli f'limitu ta' żmien ta' 14-il jum u l-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika l-korrettezza tad-dejta u l-legalità tal-ipproċessar tagħha f'limitu ta' żmien ta' xahar. Dan jista' jsir ukoll fuq talba tal-persuna kkonċernata skont l-Artikolu 46.

3.  B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, jekk Stat Membru ieħor li ma jkunx l-Istat Membru responsabbli jkollu evidenza li tissuġġerixxi li d-data rreġistrati fl-EES ikunu fattwalment żbaljati, mhux kompluti jew li d-data jkunu ġew ipproċessati fl-EES bi ksur ta' dan ir-Regolament, dan għandu jivverifika d-data kkonċernati jekk ikun possibbli li jagħmel dan mingħajr ma jikkonsulta lill-Istat Membru responsabbli u, jekk ikun hemm bżonn, jirrettifikahom, jikkompletahom jew iħassarhom mingħajr dewmien mill-EES u, fejn applikabbli, mil-lista ta' persuni identifikati imsemmija fl-Artikolu 11. Inkella l-Istat Membru għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli f'limitu ta' żmien ta' 7t ijiem u l-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika l-korrettezza tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tagħhom f'limitu ta' 14-il jum. Dan jista' jsir ukoll fuq talba tal-persuna kkonċernata skont l-Artikolu 46.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fil-każ fejn l-Istat Membru responsabbli jew Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru responsabbli jkollu evidenza li tissuġġerixxi li d-dejta relatata mal-viża reġistrata fl-EES tkun fattwalment żbaljata jew li din id-dejta tkun ġiet ipproċessata fl-EES bi ksur ta' dan ir-Regolament, għandu l-ewwel jivverifika l-korrettezza ta' din id-dejta mal-VIS u jekk ikun hemm bżonn għandu jemendaha fl-EES. Jekk id-dejta reġistrata fil-VIS tkun l-istess bħal dik fl-EES, għandhom jinfurmaw minnufih lill-Istat Membru responsabbli għad-dħul ta' dik id-dejta fil-VIS permezz tal-infrastruttura tal-VIS skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008. L-Istat Membru responsabbli għad-dħul tad-dejta fil-VIS għandu jiċċekkja d-dejta kkonċernata u jekk ikun hemm bżonn jemendaha jew iħassarha minnufih mill-VIS u jinforma lill-Istat Membru responsabbli jew l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba li għandu, jekk ikun hemm bżonn, jemendaha jew iħassarha mingħajr dewmien mill-EES u, fejn applikabbli, mil-lista ta' persuni b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta identifikati imsemmija fl-Artikolu 11.

4.  Fil-każ fejn l-Istat Membru responsabbli jew Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru responsabbli jkollu evidenza li tissuġġerixxi li d-data relatati mal-viża reġistrati fl-EES ikunu fattwalment żbaljati, mhux kompluti jew li dawn id-data jkunu ġew ipproċessati fl-EES bi ksur ta' dan ir-Regolament, għandu l-ewwel jivverifika l-korrettezza ta' dawn id-data mal-VIS u jekk ikun hemm bżonn għandu jirrettifkahom, jikkompletahom jew iħassarhom fl-EES. Jekk id-data reġistrati fil-VIS ikunu l-istess bħal dawk fl-EES, dawn għandhom jinfurmaw minnufih lill-Istat Membru responsabbli għad-dħul ta' dawk id-data fil-VIS permezz tal-infrastruttura tal-VIS skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008. L-Istat Membru responsabbli għad-dħul tad-data fil-VIS għandu jiċċekkja d-data kkonċernati u jekk ikun hemm bżonn jirrettifikahom, jikkompletahom jew iħassarhom minnufih mill-VIS u jinforma lill-Istat Membru responsabbli jew l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba li għandu, jekk ikun hemm bżonn, jirrettifahom, jikkompletahom jew iħassarhom mingħajr dewmien mill-EES u, fejn applikabbli, mil-lista ta' persuni identifikati imsemmija fl-Artikolu 11.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5   Id-dejta tal-persuni identifikati imsemmija fl-Artikolu 11 għandha titħassar mingħajr dewmien mil-lista imsemmija f'dak l-Artikolu u għadha tiġi kkoreġuta fl-EES fejn iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jipprovdi evidenza skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru responsabbli jew tal-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba, li hu jew hi kien sfurzat jeċċedi t-tul tas-soġġorn awtorizzat minħabba avvenimenti imprevedibbli u serji, li hu jew hi jkun/tkun akkwista(t) dritt legali li j/toqgħod jew f'każ ta' żbalji. Iċ-ċittadin tal-pajjiż terz għandu jkollu aċċess għal rimedju ġudizzjarju effettiv biex jiżgura li d-dejta tiġi emendata.

5   Id-data tal-persuni identifikati imsemmija fl-Artikolu 11 għandhom jitħassru mingħajr dewmien mil-lista imsemmija f'dak l-Artikolu u għandhom jiġu rettifikati jew kompletati fl-EES fejn iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jipprovdi evidenza skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru responsabbli jew tal-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba, li hu kien ġie sfurzat jeċċedi t-tul tas-soġġorn awtorizzat minħabba avvenimenti imprevedibbli u serji, li hu jew hi jkun/tkun akkwista(t) dritt legali li j/toqgħod jew f'każ ta' żbalji. Iċ-ċittadin tal-pajjiż terz għandu jkollu aċċess għal rimedju ġudizzjarju effettiv biex jiżgura li d-data jiġu rettifikati, kompletati jew imħassra.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 6 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Fejn, qabel ma jiskadi l-perjodu imsemmi fl-Artikolu 31, ċittadin ta' pajjiż terz ikun akkwista ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru jew ikun waqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 2(3), il-fajl individwali u r-rekords marbuta miegħu f'konformità mal-Artikoli 14 u 15 għandhom jitħassru mingħajr dewmien mill-EES kif ukoll, fejn applikabbli, mil-lista ta' persuni identifikati imsemmija fl-Artikolu 11:

6.  Meta, qabel ma jiskadi l-perjodu msemmi fl-Artikolu 31, ċittadin ta' pajjiż terz ikun akkwista ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru jew ikun waqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 2(3), il-fajl individwali u r-rekords marbuta miegħu f'konformità mal-Artikoli 14 u 15 għandhom, mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 48 siegħa mill-mument li l-Istat Membru rilevanti jsir jaf dwar dak il-fatt, jitħassru mill-EES kif ukoll, meta applikabbli, mil-lista ta' persuni identifikati msemmija fl-Artikolu 11:

Emenda     116

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri li ġejjin meħtieġa għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni teknika tas-Sistema Ċentrali, tal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi, u tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni b'mod partikulari miżuri għal:

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri li ġejjin meħtieġa għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni teknika tas-Sistema Ċentrali, tal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi, u tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni sigura u kriptata b'mod partikulari miżuri għal:

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  l-istandard ta' kwalità u l-ispeċifikazzjonijiet għall-użu tal-immaġnital-wiċċ inkluż meta din tiġi estratta elettronikament mill-eMRTD jew mill-VIS;

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)   l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet għas-servizz tal-internet imsemmi fl-Artikolu 12;

(g)  l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet għas-servizz tal-internet imsemmi fl-Artikolu 12, inklużi dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tad-data meta dawn ikunu pprovduti minn trasportaturi jew pprovduti lilhom;

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali, tal-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni u tal-Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS; Għandha tkun responsabbli wkoll għall-iżvilupp tas-servizz tal-internet imsemmi fl-Artikolu 12 skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet adottati skont il-proċedura ta' eżami imsemmija fl-Artikolu 61(2).

L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali, tal-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni sigura u kriptata u tal-Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS; Għandha tkun responsabbli wkoll għall-iżvilupp tas-servizz tal-internet imsemmi fl-Artikolu 12 skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet adottati skont il-proċedura ta' eżami imsemmija fl-Artikolu 61(2).

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-emenda għall-Artikolu 6(1)(d) fejn qed jiżdiedu l-kliem "sikura u kriptata". Koerenza legali.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-eu-LISA għandha tiddefinixxi d-disinn tal-arkitettura fiżika tas-sistema inkluż l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni tagħha kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-evoluzzjoni tagħhom fir-rigward tas-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Uniformi, il-Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni, li għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija, soġġett għal opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni. L-eu-LISA għandha timplimenta wkoll kwalunkwe adattament meħtieġ lill-VIS bħala riżultat tat-twaqqif ta' interoperabbiltà mal-EES kif ukoll mill-implimentazzjoni tal-emendi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008 imsemmija fl-Artikolu 55.

L-eu-LISA għandha tiddefinixxi d-disinn tal-arkitettura fiżika tas-sistema inklużi l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni sigura u kriptata tagħha kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-evoluzzjoni tagħhom fir-rigward tas-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Uniformi, il-Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni sigura u kriptata. L-eu-LISA għandha timplimenta wkoll kwalunkwe adattament meħtieġ lill-VIS bħala riżultat tat-twaqqif ta' interoperabbiltà mal-EES kif ukoll mill-implimentazzjoni tal-emendi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008 imsemmija fl-Artikolu 55.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-emenda għall-Artikolu 6(1)(d) fejn qed jiżdiedu l-kliem "sikura u kriptata". Koerenza legali.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-eu-LISA għandha tiżviluppa u timplimenta s-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, il-Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS, u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 33.

L-eu-LISA għandha tiżviluppa u timplimenta s-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, il-Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS, u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni sigura u kriptata malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 33.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-emenda għall-Artikolu 6(1)(d) fejn qed jiżdiedu l-kliem "sikura u kriptata". Koerenza legali.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, il-Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS, u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni sigura u kriptata, l-eu-LISA għandha:

 

(a)  twettaq valutazzjoni tar-riskju bħala parti mill-iżvilupp tal-EES;

 

(b)  issegwi l-prinċipji tal-privatezza fit-tfassil u tal-privatezza prestabbilita matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-iżvilupp tas-sistema;

 

(c)  taġġorna l-valutazzjoni tar-riskju għall-VIS biex tqis il-konnessjoni l-ġdida mal-EES u ssegwi dan bl-implimentazzjoni ta' kwalunkwe miżura ta' sigurtà addizzjonali enfasizzata mill-valutazzjoni tar-riskju aġġornata.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-emenda għall-Artikolu 6(1)(d) fejn qed jiżdiedu l-kliem "sikura u kriptata". Koerenza legali.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-Sistema Ċentrali, tal-Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi. Hija tiżgura, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-aħjar teknoloġija disponibbli f'kull ħin, soġġetta għal analiżi tal-kostijiet-benefiċċji. L-eu-LISA tkun responsabbli wkoll i tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni bejn is-Sistema ċentrali u l-Interfaċċi Uniformi Nazzjonali u għas-servizz web imsemmi fl-Artikolu 12.

L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni operattiva tas-Sistema Ċentrali, tal-Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi. Hija tiżgura, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, li tintuża l-aħjar teknoloġija disponibbli f'kull ħin, soġġetta għal analiżi tal-kostijiet-benefiċċji, għas-Sistema Ċentrali, il-Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi. L-eu-LISA għandha tkun responsabbli wkoll għall-ġestjoni operattiva tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni sigura u kriptata bejn is-Sistema ċentrali u l-Interfaċċi Uniformi Nazzjonali u għas-servizz web imsemmi fl-Artikolu 12.

Ġustifikazzjoni

Is-sentenza hija kkompletata u żdiedu referenzi għall-komponenti differenti tas-sistema.

Emenda     124

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-organizzazzjoni, il-ġestjoni, l-operat u l-manutenzjoni tal-infrastruttura eżistenti tal-fruntiera nazzjonali u tal-konnessjoni tagħha mal-EES għall-fini tal-Artikolu 5 ħlief il-punti (j), (k) u (l);

(b)  l-organizzazzjoni, il-ġestjoni, l-operat u l-manutenzjoni tal-infrastruttura eżistenti tal-fruntiera nazzjonali u tal-konnessjoni tagħha mal-EES għall-fini tal-Artikolu 5 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5(1a);;

Emenda     125

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali, li għandha tipprovdi l-aċċess lill-awtoritajiet kompetenti imsemmija fl-Artikolu 8 għall-EES. Kull Stat Membru għandu i dik l-awtorità nazzjonali mal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi. Kull Stat Membru u l-Europol għadhom iqabbdu l-punti ta' aċċess ċentrali rispettivi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 26 u 27 mal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi.

2.  Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali ta' superviżjoni indipendenti, li għandha tipprovdi l-aċċess lill-awtoritajiet kompetenti imsemmija fl-Artikolu 8 għall-EES. Kull Stat Membru għandu jikkollega dik l-awtorità nazzjonali mal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi. Kull Stat Membru u l-Europol għandhom jikkollegaw il-punti ta' aċċess ċentrali rispettivi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 26 u 27 mal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi.

Emenda     126

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-Istati Membri ma għandhomx jipproċessaw id-data miġburin jew miksuba mill-EES għal finijiet barra dawk stipulati f'dan ir-Regolament.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Responsabiltà għall-użu tad-dejta

Responsabilità għall-ipproċessar tad-data

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data. L-istess formulazzjoni użata wkoll fil-Eurodac.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali fl-EES, kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li għandha titqies bħala kontrollur skont l-Artikolu 2(d)tad-Direttiva 95/46/KE u li għandu jkollha r-responsabbiltà ċentrali għall-ipproċessar tad-dejta minn dan l-Istat Membru. Kull Stat Membru għandu jikkomunika d-dettalji ta' din l-awtorità lill-Kummissjoni.

Fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali fl-EES, kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li għandha titqies bħala kontrollur skont l-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 u li għandu jkollha r-responsabbiltà ċentrali għall-ipproċessar tad-data minn dan l-Istat Membru. Kull Stat Membru għandu jikkomunika d-dettalji ta' din l-awtorità lill-Kummissjoni.

Emenda     129

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jiżgura li d-dejta rreġistrata fl-EES tiġi pproċessata b'mod legali, u b'mod partikulari jiżgura li l-persunal debitament awtorizzat biss ikollu aċċess għad-dejta għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. L-Istat Membru responsabbli għandu jiżgura b'mod partikulari li:

Kull Stat Membru għandu jiżgura li d-data miġbura u rreġistrati fl-EES jiġu pproċesati b'mod legali, u b'mod partikulari jiżgura li l-persunal debitament awtorizzat biss ikollu aċċess għad-data għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. L-Istat Membru responsabbli għandu jiżgura b'mod partikulari li:

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tas-Sistema Ċentrali u tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi, mingħajr preġudizzju għar-responsabiltajiet ta' kull Stat Membru;

(a)  tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tas-Sistema Ċentrali u tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni sigura u kriptata bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet ta' kull Stat Membru;

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Stat Membru jista' jżomm fil-fajls nazzjonali tiegħu u fis-sistema nazzjonali tad-dħul u tal-ħruġ id-dejta alfanumerika li dak l-Istat Membru jkun daħħal fl-EES, b'rispett sħiħ għad-dritt tal-Unjoni.

1.  Id-data miksuba mill-EES jistgħu jinżammu fil-fajls nazzjonali biss meta dan ikun neċessarju f'każ individwali, f'konformità mal-iskop tal-EES u f'konformità mad-dritt rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari dwar il-protezzjoni tad-data, u għal mhux aktar minn kemm dan ikun neċessarju f'dak il-każ individwali. Stat Membru jista' jżomm fil-fajls nazzjonali tiegħu u fis-sistema nazzjonali tad-dħul u tal-ħruġ id-data alfanumeriċi li dak l-Istat Membru jkun daħħal fl-EES, b'rispett sħiħ għad-dritt tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li jiġi ċċarat li d-data relatati mad-dħul u l-ħruġ normalment jinżammu biss fl-EES ħlief jekk ikun neċessarju li dawn jinżammu fil-fajls nazzjonali f'każ individwali. Dispożizzjoni meħuda mill-VIS.

Emenda     132

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-dejta ma għandhiex tinżamm fil-fajls nazzjonali jew fis-sistemi nazzjonali ta' dħul/ħruġ għal perjodu itwal milli tinżamm fl-EES.

2.  Id-data ma għandhomx jinżammu fil-fajls nazzjonali jew fis-sistemi nazzjonali ta' dħul/ħruġ għal perjodu itwal minn kemm huwa strettament neċessarju għall-finijiet individwali tagħhom u fl-ebda każ għal perjodu itwal milli jinżammu fl-EES.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni dwar il-protezzjoni xierqa tad-dejta personali f'dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE, jew ikun hemm ftehim ta' riammissjoni fis-seħħ bejn il-Komunità u dak il-pajjiż terz, jew ikun japplika l-Artikolu 26(1)(d) tad-Direttiva 95/46/KE;

(a)  il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni dwar il-protezzjoni xierqa tad-data personali f'dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679, jew ikun hemm ftehim ta' riammissjoni fis-seħħ bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz;

Emenda     134

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali taqbel li tuża d-dejta biss għall-għan li għaliha tkun ingħatat;

(b)  il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali taqbel b'mod espliċitu li tuża d-data u li hija kapaċi tiggarantixxi li d-data jintużaw biss għall-fini li għalih ikunu ngħataw;

Emenda     135

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  id-dejta tiġi trasferita jew issir disponibbli skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, partikularment fi ftehimiet ta' riammissjoni, u l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jkun ittrasferixxa jew ikun għamel id-dejta disponibbli, inklużi d-dispożizzjonijiet legali rilevanti għas-sigurtà tad-dejta u l-protezzjoni tad-dejta;

(c)  id-data jiġu trasferiti jew isiru disponibbli skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, partikularment fi ftehimiet dwar il-protezzjoni tad-data u ta' riammissjoni, u l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jkun ittrasferixxa jew ikun għamel id-data disponibbli, inklużi d-dispożizzjonijiet legali rilevanti għas-sigurtà tad-data u l-protezzjoni tad-data;

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-Istat Membru li jkun daħħal id-dejta fl-EES ikun ta l-kunsens tiegħu.

(d)  l-Istat Membru li jkun daħħal id-data fl-EES ikun ta l-kunsens tiegħu u l-individwu kkonċernat ikun ġie infurmat li l-informazzjoni personali tiegħu jew tagħha se tingħata lill-awtoritajiet ta' pajjiż terz; and

Emenda     137

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  deċiżjoni finali li tordna r-ritorn taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ħarġet mill-awtorità kompetenti nazzjonali xierqa tal-Istat Membru li fih kien qed joqgħod iċ-ċittadin ta' pajjiż terz.

Ġustifikazzjoni

Huwa imperattiv li jiġi żgurat li qabel ma jiġu kondiviżi data personali dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi ma' pajjiż terz, ir-ritorn ta' dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun ġie determinat mill-awtorità kompetenti xierqa għal deċiżjonijiet ta' ritorn u li tali deċiżjoni tkun finali.

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Id-dejta personali miksuba mis-Sistema Ċentrali minn Stat Membru jew mill-Europol għall-fini tal-infurzar tal-liġi ma għandhiex tiġi trasferita jew titpoġġa għad-dispożizzjoni ta' xi pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha. Il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll jekk dik id-dejta tkompli tiġi pproċessata fil-livell nazzjonali jew bejn Stati Membri fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

4.  Id-data personali miksuba mis-Sistema Ċentrali minn Stat Membru jew mill-Europol għall-fini tal-infurzar tal-liġi ma għandhomx jiġu trasferiti jew jitpoġġew għad-dispożizzjoni ta' xi pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha. Il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll jekk dawk id-data jkomplu jiġu pproċessati fil-livell nazzjonali jew bejn Stati Membri skont id-Direttiva (UE) 2016/680.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  iwaqqaf persuni mhux awtorizzati milli jkollhom aċċess għal installazzjonijiet nazzjonali li fihom l-Istat Membru jwettaq operazzjonijiet skont l-għanijiet tal-EES;

(b)  iwaqqaf persuni mhux awtorizzati milli jkollhom aċċess għal tagħmir tal-ipproċessar tad-data u installazzjonijiet nazzjonali li fihom l-Istat Membru jwettaq operazzjonijiet skont il-finijiet tal-EES;

Ġustifikazzjoni

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  jimpedixxi l-użu ta' sistemi tal-ipproċessar tad-data awtomatizzati minn persuni mhux awtorizzati li jużaw tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data;

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-proposta dwar il-Eurodac.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  jiżgura li persuni awtorizzati jaċċessaw l-EES ikollhom aċċess biss għad-dejta koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta' identitajiet tal-utenti individwali u permezz ta' modi għal aċċess kunfidenzjali biss;

(f)  jiżgura li persuni awtorizzati jaċċessaw l-EES ikollhom aċċess biss għad-data koperti mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta' identitajiet tal-utenti individwali u uniċi u permezz ta' modi għal aċċess kunfidenzjali biss;

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-proposta dwar il-Eurodac.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – punt 2 – punt ja (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  jiżgura li, fil-każ ta' interruzzjoni, is-sistemi installati jistgħu jitreġġgħu lura għat-tħaddim normali;

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-proposta dwar il-Eurodac.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – punt 2 – punt jb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(jb)  jiżgura l-affidabbiltà billi jaċċerta li kwalunkwe ħsara fil-funzjonament tal-EES tiġi rrapportata kif xieraq u li jiġu implimentati miżuri tekniċi neċessarji biex jiġi żgurat li d-data personali tista' titreġġa' lura fil-każ ta' taħsir minħabba funzjonament ħażin tas-sistema;

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-eu-LISA bl-inċidenti ta' sigurtà skoperti fis-sistemi tagħhom mingħajr preġudizzju għan-notifika u l-komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali skont l-Artikoli 33 tar-Regolament (UE) Nru 2016/679. L-eu-LISA għandha tinforma lill-Istati Membri fil-każ ta' inċident ta' sigurtà fis-sistema ċentrali EES. Meta inċident ta' sigurtà jwassal għal ksur tad-data personali, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data għandu jiġi informat ukoll. L-Istati Membri kkonċernati u l-eu-LISA għandhom jikkollaboraw fil-każ ta' inċident ta' sigurtà.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-eu-LISA u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw approċċ armonizzat tas-sigurtà tad-data bbażat fuq proċess ta' ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà li jinkludi l-EES kollha kif imsemmi fl-Artikolu 6.

Ġustifikazzjoni

Dispożizzjoni rrakkomandata mill-KEPD.

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull persuna jew Stat Membru li jkun sofra danni kkawżati minn operazzjoni ta' pproċessar illegali jew minn xi att li mhux kompatibbli ma' dan ir-Regolament għandu jkun intitolat jirċievi kumpens mill-Istat Membru li huwa responsabbli għad-danni sofferti. Dak l-Istat Membru għandu jkun eżentat mir-responsabbiltà tiegħu, kollha kemm hi jew parti minnha, jekk jagħti prova li ma jkunx responsabbli għall-avveniment li jkun wassal għall-ħsara.

1.  Kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkunu ġarrbu danni materjali jew immaterjalikkawżati minn operazzjoni ta' pproċessar illegali jew minn xi att li mhux kompatibbli ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu intitolati li jirċievu kumpens mill-Istat Membru li huwa responsabbli għad-danni mġarrba. Dak l-Istat Membru għandu jkun eżentat mir-responsabbiltà tiegħu, kollha kemm hi jew parti minnha, jekk jagħti prova li ma jkun bl-ebda modresponsabbli għall-avveniment li jkun wassal għall-ħsara.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Dawn ir-rekords jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-dejta tal-ammissibbiltà tal-ipproċessar tad-dejta kif ukoll biex tiġi żgurata s-sigurtà tad-dejta. Dawk ir-rekords għandhom jiġu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sena wara li jkun skada l-perjodu ta' żamma imsemmi fl-Artikolu 31, jekk ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew.

3.  Dawn ir-rekords jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data tal-ammissibbiltà tal-ipproċessar tad-data kif ukoll biex tiġi żgurata s-sigurtà tad-data skont l-Artikolu 39. Dawk ir-rekords għandhom jiġu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sena wara li jkun skada l-perjodu ta' żamma imsemmi fl-Artikolu 31, sakemm ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew.

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 43a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 43a

 

Protezzjoni tad-Data

 

1.  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-eu-LISA fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament.

 

2.  Ir-Regolament (UE) 2016/679 għandu japplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet nazzjonali fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-ipproċessar għall-finijiet imsemmija fil-punti (j) sa (l) tal-Artikolu 5.

 

3.  Id-Direttiva (UE) 2016/680 għandha tapplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament għall-finijiet imsemmija fil-punti (j) sa (l) tal-Artikolu 5.

 

4.  Ir-Regolament (UE) 2016/794 għandu japplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-Europol fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Dispożizzjoni orizzontali dwar il-protezzjoni tad-data, ispirata mill-Artikolu 49 tal-proposta dwar l-ETIAS.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-informazzjoni fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 95/46/KE, ċittadini ta' pajjiżi terzi li d-dejta tagħhom hija rreġistrata fl-EES għandhom jiġu informati mill-Istat Membru responsabbli dwar dan li ġej:

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-informazzjoni fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679, ċittadini ta' pajjiżi terzi li d-data tagħhom huma rreġistrati fl-EES għandhom jiġu informati mill-Istat Membru responsabbli bil-miktub u f'forma konċiża, trasparenti, li tista' tinqara u faċilment aċċessibbli dwar dan li ġej:

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  id-dritt ta' aċċess għal dejta relatata magħhom, id-dritt li jitolbu l-korrezzjoni ta' dejta mhux eżatta relatata magħhom jew it-tħassir ta' dejta marbuta magħhom li tkun ġiet ipproċessata illegalment, inkluż id-dritt li jirċievu informazzjoni dwar il-proċeduri għall-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali, jew tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-dejta jekk applikabbli, li għandu jisma dikjarazzjonijiet dwar il-protezzjoni ta' dejta personali.

(e)  l-eżistenza tad-dritt li jitolbu aċċess mill-kontrollur għal data relatati magħhom, id-dritt li jitolbu r-rettifika ta' data mhux eżatti relatati magħhom u l-ikkompletar ta' data personali relatati magħhom li ma jkunux kompleti jew it-tħassir jew ir-restrizzjoni ta' data personali li jikkonċernawhom li jkunu ġew ipproċessati illegalment, kif ukoll id-dritt li jirċievu informazzjoni dwar il-proċeduri għall-eżerċitar ta' dawk id-drittijiet, inklużi d-dettalji ta' kuntatt tal-kontrollur u tal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali, jew tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jekk applikabbli, li għandhom jisimgħu lmenti dwar il-protezzjoni ta' data personali.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  spjegazzjoni tal-fatt li d-data tal-EES għandhom jiġu aċċessati għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-finijiet ta' faċilitazzjoni, filwaqt li jiġi speċifikat li l-każijiet ta' persuni b'soġġorn b'awtorizzazzjoni skaduta iwasslu awtomatikament għaż-żieda tad-data taċ-ċittadin ta' pajjiż terz f'lista, kif ukoll il-konsegwenzi possibbli għal persuni b'soġġorn b'awtorizzazzjoni skaduta;

Ġustifikazzjoni

Dispożizzjoni rrakkomandata mill-KEPD.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)  il-perjodu għaż-żamma tad-data stabbilit għar-rekords tad-dħul u tal-ħruġ u għall-fajls individwali skont l-Artikolu 31;

Ġustifikazzjoni

Dispożizzjoni rrakkomandata mill-KEPD.

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt ec (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ec)  id-dritt għall-persuni b'soġġorn b'awtorizzazzjoni skaduta li jitħassru d-data personali tagħhom meta dawn jipprovdu evidenza li huma qabżu t-tul awtorizzat ta' soġġorn minħabba avvenimenti imprevisti u serji; and

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt ed (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ed)  id-dritt li jitressaq ilment lill-awtorità ta' sorveljanza.

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2  L-informazzjoni pprovduta fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tingħata meta jkun qed jinħoloq il-fajl individwali tal-persuna kkonċernata skont l-Artikoli 14, 15 jew 16.

2  L-informazzjoni pprovduta fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tingħata permezz tal-fuljett imsemmi fil-paragrafu 3 jew bi kwalunkwe mezz xieraq ieħor li jiżgura li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat ikun informat bid-drittijiet tiegħu meta jkun qed jinħoloq il-fajl individwali ta' dik il-persuna kkonċernata skont l-Artikoli 14, 15 jew 16.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tfassal fuljett komuni u twaqqaf sit web li talanqas ikun fihom l-informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu skont il-proċedura ta' eżami imsemmija fl-Artikolu 61(2). Il-fuljett u l-kontenut tas-sit web għandhom ikunu ċari u sempliċi u disponibbli f'verżjoni lingwistika li l-persuna kkonċernata tifhem jew li hija raġonevolment preżunta li tifhem.

Il-Kummissjoni għandha tfassal fuljett komuni u twaqqaf sit web li talanqas ikun fihom l-informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu skont il-proċedura ta' eżami imsemmija fl-Artikolu 61(2). Il-fuljett u l-kontenut tas-sit web għandhom ikunu ċari u sempliċi, imfassla f'forma konċiża, trasparenti, li tista' tinftiehem u faċilment aċċessibbli u disponibbli f'verżjoni lingwistika li l-persuna kkonċernata tifhem jew li hija raġonevolment preżunta li tifhem.

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fuljett u s-sit web għandhom jiġu mwaqqfa b'tali mod li jippermetti li l-Istati Membri jkunu jistgħu jimlewh b'informazzjoni addizzjonali speċifika għall-Istat Membru. Dik l-informazzjoni speċifika għall-Istat Membru għandha talanqas tinkludi d-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, il-possibbiltà ta' assistenza mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali, kif ukoll id-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċċju tal-kontrollur u tal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali.

Il-fuljett u s-sit web għandhom jiġu mwaqqfa b'tali mod li jippermetti li l-Istati Membri jkunu jistgħu jimlewh b'informazzjoni addizzjonali speċifika għall-Istat Membru. Dik l-informazzjoni speċifika għall-Istat Membru għandha tal-anqas tinkludi d-drittijiet tas-suġġett tad-data, il-possibbiltà tal-għoti ta' informazzjoni mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali, kif ukoll id-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċċju tal-kontrollur u tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u tal-awtoritajiet ta' sorveljanza.

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-dejta, għandha takkumpanja l-bidu tal-operat tal-EES b'kampanja ta' informazzjoni li tgħarraf lill-pubbliku dwar l-objettivi, id-dejta maħżuna, l-awtoritajiet li għandhom aċċess u d-drittijiet tal-persuni.

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data, għandha takkumpanja l-bidu tal-operat tal-EES b'kampanja ta' informazzjoni li tgħarraf lill-pubbliku u, b'mod partikolari, liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, dwar l-objettivi, id-data maħżuna, l-awtoritajiet li għandhom aċċess u d-drittijiet tal-persuni. Tali kampanji ta' informazzjoni għandhom isiru fuq bażi regolari.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-kamp ta' applikazzjoni tal-EES li jkopri liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, dawn jenħtieġ li jissemmew b'mod speċifiku bħala pubbliku destinatarju tal-kampanja ta' informazzjoni.

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dritt ta' aċċess, korrezzjoni u tħassir

Dritt ta' aċċess għal, rettifika, ikkompletar u tħassir ta' data personali u ta' restrizzjoni tal-ipproċessar ta' data personali

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46/KE kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz għandu jkollu d-dritt li jikseb id-dejta relatata miegħu reġistrata fl-EES u tal-Istat Membru li jkun ittrażmettiha lill-EES.

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15, 16, 17 u 18 tar-Regolament (UE) 2016/679 kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz għandu jkollu d-dritt li jikseb id-data relatati miegħu rreġistrati fl-EES u tal-Istat Membru li jkun ittrażmettihom lill-EES u jista' jitlob li d-data relatati miegħu li ma jkunux eżatti jiġu rettifikati jew ikkompletati u li d-data li jkunu ġew irreġistrati b'mod illegali jitħassru. L-Istat Membru responsabbli għandu jwieġeb għal tali talbiet fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba.

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk talba għal korrezzjoni jew tħassir issir lil Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru responsabbli, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandhom jivverifikaw il-korrettezza tad-dejta u l-legalità tal-ipproċessar tad-dejta fl-EES fi żmien limitu ta' xahar jekk dik il-verifika tkun tista' ssir mingħajr ma jiġi kkonsultat l-Istat Membru responsabbli. Inkella l-Istat Membru li ma jkunx l-Istat Membru responsabbli għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli f'limitu ta' żmien ta' 14-il jum u l-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika l-korrettezza tad-dejta u l-legalità tal-ipproċessar tad-dejta f'limitu ta' żmien ta' xahar.

2.  Jekk talba għal rettifika, ikkompletar jew tħassir ta' data personali jew restrizzjoni tal-ipproċessar ta' data personali ssir lil Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru responsabbli, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandhom jivverifikaw il-korrettezza tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tad-data fl-EES fi żmien limitu ta' 14-il jum jekk dik il-verifika tkun tista' ssir mingħajr ma jiġi kkonsultat l-Istat Membru responsabbli. Inkella l-Istat Membru li ma jkunx l-Istat Membru responsabbli għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli f'limitu ta' żmien ta' 7t ijiem u l-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika l-korrettezza tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tad-data f'limitu ta' żmien ta' 14-il jum.

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ li d-dejta rreġistrata fl-EES ma tkunx fattwalment korretta jew tkun ġiet reġistrata b'mod illegali, l-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jikkoreġi jew iħassar id-dejta skont l-Artikolu 32. L-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu mingħajr dewmien jikkonferma bil-miktub lill-persuna kkonċernata li jkun ħa azzjoni biex jikkoreġi jew iħassar id-dejta relatata magħha.

Fil-każ li d-data rreġistrati fl-EES ma jkunux fattwalment korretti, ma jkunux kompleti jew ikunu ġew irreġistrati b'mod illegali, l-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jirrettifika, jikkompleta jew iħassar id-data personali jew jirrestrinġi l-ipproċessar tad-data personali skont l-Artikolu 32. L-Istat Membru responsabbli jew, meta jkun applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu mingħajr dewmien jikkonferma bil-miktub lill-persuna kkonċernata li jkun ħa azzjoni biex jirrettifika, jikkompleta jew iħassar id-data personali li tikkonċernaha jew biex jirrestrinġi l-ipproċessar ta' tali data personali.

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ li d-dejta relatata mal-viża reġistrata fl-EES ma tkunx fattwalment korretta jew li tkun ġiet reġistrata b'mod illegali, l-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu l-ewwel jivverifika l-korrettezza ta' din id-dejta mal-VIS u jekk ikun hemm bżonn jemendaha fl-EES. Jekk id-dejta reġistrata fil-VIS tkun l-istess bħal dik fl-EES, l-Istat Membru responsabbli jew l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba, għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli li daħħal din id-dejta fil-VIS f'limitu ta' żmien ta' 14-il jum. L-Istat Membru responsabbli li daħħal id-dejta fil-VIS għandu jiċċekkja l-korrettezza tad-dejta relatata mal-viża u l-legalità tal-ipproċessar tagħha fl-EES f'limitu ta' żmien ta' xahar u jgħarraf lill-Istat Membru responsabbli jew l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba li għandu, jekk ikun hemm bżonn, jemendaha jew iħassarha mingħajr dewmien mill-EES u, fejn applikabbli, mil-lista ta' persuni imsemmija fl-Artikolu 11(2).

Fil-każ li d-data relatati mal-viża rreġistrati fl-EES ma jkunux fattwalment korretti, ma jkunux kompleti jew jkunu ġew rreġistrati b'mod illegali, l-Istat Membru responsabbli jew, meta jkun applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu l-ewwel jivverifika l-korrettezza ta' dawn id-data mal-VIS u, jekk ikun hemm bżonn, jemendahom fl-EES. Jekk id-data rreġistrati fil-VIS ikunu l-istess bħal dawk fl-EES, l-Istat Membru responsabbli jew l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba, għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli li daħħal dawn id-data fil-VIS f'limitu ta' żmien ta' 7t ijiem. L-Istat Membru responsabbli li daħħal id-data fil-VIS għandu jiċċekkja l-korrettezza tad-data relatati mal-viża u l-legalità tal-ipproċessar tagħhom fl-EES f'limitu ta' żmien ta' xahar u għandu jgħarraf lill-Istat Membru responsabbli jew l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba li għandu, jekk ikun hemm bżonn, jirrettifika, jikkompleta jew iħassar id-data personali li jikkonċernawh jew jikkonċernawha jew jirrestrinġi l-ipproċessar ta' tali data mingħajr dewmien mill-EES u, meta jkun applikabbli, mil-lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 11(2).

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Jekk l-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba ma jaqbilx li d-dejta rreġistrata fl-EES mhijiex fattwalment inkorretta jew tkun ġiet reġistrata b'mod illegali, dak l-Istat Membru għandu jadotta deċiżjoni amministrattiva fejn mingħajr dewmien jispjega bil-miktub lill-persuna kkonċernata r-raġuni għaliex mhux lest li jikkoreġi jew iħassar id-dejta relatata magħha.

4.  Jekk l-Istat Membru responsabbli jew, meta jkun applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba ma jaqbilx li d-data rreġistrati fl-EES mhumiex fattwalment korretti, mhumiex kompluti jew ikunu ġew rreġistrati b'mod illegali, dak l-Istat Membru għandu jadotta deċiżjoni amministrattiva fejn mingħajr dewmien jispjega bil-miktub lill-persuna kkonċernata r-raġuni għaliex mhux lest li jirrettifika, jikkompleta jew iħassar id-data relatati magħha jew jirrestrinġi l-ipproċessar ta' tali data.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jagħti wkoll lill-persuna kkonċernata informazzjoni bi spjegazzjoni tal-passi li tista' tieħu jekk ma taċċettax l-ispjegazzjoni għad-deċiżjoni skont il-paragrafu 5. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar kif tinġieb azzjoni jew, ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew qrati ta' dak l-Istat Membru u kull għajnuna, inkluż mill-awtoritajiet ta' sorveljanza, li hija disponibbli skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta' dak l-Istat Membru.

5.  L-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jagħti wkoll lill-persuna kkonċernata informazzjoni bi spjegazzjoni tal-passi li tista' tieħu jekk ma taċċettax l-ispjegazzjoni għad-deċiżjoni skont il-paragrafu 4. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar kif tinġieb azzjoni jew, ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew qrati ta' dak l-Istat Membru u kull għajnuna, inkluż mill-awtoritajiet ta' sorveljanza, li hija disponibbli skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta' dak l-Istat Membru.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Kwalunkwe talba li ssir skont il-paragrafi 1 u 2 għandu jkun fiha l-informazzjoni neċessarja sabiex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata, inklużi l-marki tas-swaba'. Dik l-informazzjoni għandha tintuża esklużivament sabiex tippermetti l-eżerċizzju tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u għandha tiġi mħassra immedjatament wara.

6.  Kwalunkwe talba li ssir skont il-paragrafi 1 u 2 għandu jkun fiha l-informazzjoni minima neċessarja sabiex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata. Il-marki tas-swaba' jistgħu jintalbu għal din il-fini f'każijiet debitament ġustifikati biss meta jkun hemm dubji sostanzjali fir-rigward tal-identità tal-applikant. Dik l-informazzjoni għandha tintuża esklużivament sabiex tippermetti l-eżerċitar tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u għandha titħassar immedjatament wara.

Emenda     167

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Kull meta persuna titlob dejta relatata magħha skont il-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha żżomm reġistru fil-forma ta' dokument bil-miktub li tkun saret din it-talba u kif din tkun ġiet indirizzata, u mil-liema awtorità u għandha tagħmel dak id-dokument disponibbli lill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali mingħajr dewmien.

7.  Kull meta persuna titlob data relatati magħha skont il-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha żżomm reġistru fil-forma ta' dokument bil-miktub li tkun saret din it-talba u kif din tkun ġiet indirizzata, u mil-liema awtorità u għandha tagħmel dak id-dokument disponibbli lill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali fi żmien 7t ijiem. Tingħata wkoll kopja ta' dan id-dokument lis-suġġett tad-data.

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw b'mod attiv sabiex jinforzaw id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 46(3), (4) u (5).

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw b'mod attiv sabiex jinforzaw id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 46.

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'kull Stat Membru, l-awtorità ta' sorveljanza għandha, fuq talba, tassisti, u tagħti parir lill-persuna kkonċernata fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha sabiex tiġi kkoreġuta jew titħassar dejta relatata magħha skont l-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 95/46/KE.

F'kull Stat Membru, l-awtorità ta' sorveljanza għandha, fuq talba, tassisti, u tagħti parir lis-suġġett tad-data fl-eżerċitar tad-drittijiet tiegħu sabiex jiġu rrettifikati, ikkompletati jew jitħassru data relatati miegħu jew biex tali data jiġu ristretti skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F'kull Stat Membru kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tressaq azzjoni jew ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew quddiem il-qrati ta' dak l-Istat Membru li jkun irrifjuta d-dritt ta' aċċess għal jew id-dritt ta' korrezzjoni jew it-tħassir ta' dejta relatata magħha, previst fl-Artikolu 46.

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 77 sa 82 tar-Regolament (UE) 2016/679, f'kull Stat Membru kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tressaq azzjoni jew ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew quddiem il-qrati ta' dak l-Istat Membru li jkun irrifjuta d-dritt ta' aċċess għal jew id-dritt ta' rettifikazzjoni, ikkompletar jew tħassir ta' data relatati magħha, kif previst fl-Artikolu 46. Id-dritt li titressaq tali azzjoni jew ilment għandu japplika wkoll fil-każijiet fejn it-talbiet għal aċċess, korrezzjoni jew tħassir ma jkunux twieġbu sal-iskadenzi previsti fl-Artikolu 46 jew qatt ma ġew trattati mill-kontrollur tad-data.

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità jew l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali maħtura skont l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 95/46/KE jimmonitorjaw il-legalità tal-ipproċessar ta' dejta personali, imsemmija fl-Artikoli 13 sa 19 mill-Istat Membru kkonċernat, inkluża t-trażmissjoni tagħha lejn u mill-EES.

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità jew l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali maħtura skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 jimmonitorjaw indipendentement il-legalità tal-ipproċessar ta' data personali, imsemmija fil-Kapitoli II, III u V ta' dan ir-Regolament mill-Istat Membru kkonċernat, inkluża t-trażmissjoni tagħhom lejn u mill-EES.

Ġustifikazzjoni

Id-data skont dan ir-Regolament ma jiġux ipproċessati biss taħt l-Artikoli 13-19.

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità ta' sorveljanza għandha tiżgura li jsir awditjar tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta fis-Sistema Nazzjonali skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti talanqas kull erba' snin.

2.  L-awtorità ta' sorveljanza għandha tiżgura li jsir awditjar tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data fl-infrastruttura tal-fruntieri nazzjonali skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti tal-anqas kull sentejn.

Emenda     173

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità ta' sorveljanza tagħhom jkollha biżżejjed riżorsi biex twettaq il-kompiti mogħtija lilha skont dan ir-Regolament.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità jew l-awtoritajiet ta' sorveljanza indipendenti tagħhom ikollhom biżżejjed riżorsi biex iwettqu l-kompiti mogħtija lilhom skont dan ir-Regolament.

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali fl-EES, kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li għandha titqies bħala kontrollur skont l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46/KE u li għandu jkollha r-responsabbiltà ċentrali għall-ipproċessar tad-dejta minn dan l-Istat Membru. Kull Stat Membru għandu jikkomunika d-dettalji ta' din l-awtorità lill-Kummissjoni.

imħassar

Emenda    175

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-awtoritajiet ta' sorveljanza u għandu, b'mod partikolari jipprovdilhom informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa skont l-Artikoli 35, 36(1) u 39. Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-awtoritajiet ta' sorveljanza aċċess għar-rekords tagħhom skont l-Artikolu 30 u jippermettilhom aċċess għall-bini kollu tagħhom relatat mal-EES f'kull ħin.

5.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-awtoritajiet ta' sorveljanza u għandu, b'mod partikolari jipprovdilhom informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa skont l-Artikoli 35, 36(1) u 39. Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-awtoritajiet ta' sorveljanza aċċess għar-rekords tagħhom skont l-Artikolu 41 u jippermettilhom aċċess għall-bini kollu tagħhom relatat mal-EES f'kull ħin.

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni tal-kontroreferenza.

Emenda    176

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità jew l-awtoritajiet ta' sorveljanza tiegħu jkollhom aċċess għal konsulenza minn persuni b'tagħrif suffiċjenti dwar id-data bijometriċi.

Ġustifikazzjoni

Allinjat mal-Eurodac.

Emenda    177

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-dejta għandu jiżgura li l-attivitajiet ta' pproċessar ta' dejta personali tal-eu-LISA fir-rigward tal-EES jsiru skont dan ir-Regolament.

1.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ li l-attivitajiet ta' pproċessar ta' data personali tal-eu-LISA fir-rigward tal-EES u għall-iżgurar li tali attivitajiet jsiru skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u skont dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 49 dwar l-awtorità ta' sorveljanza. Allinjament ukoll mar-Regolament Europol (l-Artikolu 43) biex ikun hemm kemm il-"monitoraġġ u l-iżgurar".

Emenda    178

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-dejta għandu jiżgura li jsir awditjar tal-attivitajiet ta' pproċessar ta' dejta personali tal-Aġenzija skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar relevanti mill-inqas kull erba' snin. Rapport ta' dak l-awditjar għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-eu-LISA, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali. L-eu-LISA għandha tingħata opportunità li tikkummenta qabel jiġi adottat ir-rapport.

2.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li jsir awditjar tal-attivitajiet ta' pproċessar ta' data personali tal-eu-Lisa skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar relevanti mill-inqas kull sentejn. Rapport ta' dak l-awditjar għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA u lill-awtoritajiet ta' sorveljanza. L-eu-LISA għandha tingħata opportunità li tikkummenta qabel jiġi adottat ir-rapport.

Emenda    179

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-dejta għandhom jikkooperaw b'mod attiv fi ħdan il-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom u għandhom jiżguraw superviżjoni koordinata tal-EES u tas-Sistemi Nazzjonali.

1.  L-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, filwaqt li kull wieħed jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, għandhom jikkooperaw b'mod attiv fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom u għandhom jiżguraw superviżjoni koordinata tal-EES u tal-infrastrutturi tal-fruntieri nazzjonali.

 

(Bidla ta' konsegwenzja għat-tibdil orizzontali minn "is-sistemi nazzjonali" għal "infrastrutturi tal-fruntiera nazzjonali" bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 58.)

Ġustifikazzjoni

Aġġustament tat-terminoloġija skont l-Artikolu 6 u l-formulazzjoni tal-Eurodac.

Emenda    180

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għandhom jiskambjaw informazzjoni relevanti, jgħinu lil xulxin fit-twettiq ta' awditjar u spezzjonijiet, jeżaminaw diffikultajiet rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jivvalutaw problemi fl-eżerċizzju ta' superviżjoni indipendenti jew fl-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta, kif meħtieġ.

2.  Għandhom jiskambjaw informazzjoni relevanti, jgħinu lil xulxin fit-twettiq ta' awditjar u spezzjonijiet, jeżaminaw diffikultajiet rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jivvalutaw problemi fl-eżerċitar ta' superviżjoni indipendenti jew fl-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-protezzjoni tad-data, kif meħtieġ.

Emenda    181

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li d-dispożizzjonijiet adottati taħt il-liġi nazzjonali li jimplimentaw id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI jkunu applikabbli wkoll għall-aċċess għall-EES mill-awtoritajiet nazzjonali tiegħu f'konformità mal-Artikolu 1(2).

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li d-dispożizzjonijiet adottati taħt il-liġi nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2016/680 ikunu applikabbli wkoll għall-aċċess għall-EES mill-awtoritajiet nazzjonali tiegħu f'konformità mal-Artikolu 1(2).

Emenda    182

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-monitoraġġ tal-legalità tal-aċċess għad-dejta personali taħt dan ir-Regolament mill-Istati Membri għall-finijiet elenkati fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, inkluża t-trażmissjoni tagħhom lejn u mill-EES, għandu jsir mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali maħtura skont id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

2.  Il-monitoraġġ tal-legalità tal-aċċess għad-data personali taħt dan ir-Regolament mill-Istati Membri għall-finijiet elenkati fl-Artikolu 5(1a) ta' dan ir-Regolament, inkluża t-trażmissjoni tagħhom lejn u mill-EES, għandu jsir mill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali maħtura skont id-Direttiva (UE) 2016/680.

Emenda    183

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-ipproċessar ta' dejta personali mill-Europol għandu jsir f'konformità mad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u għandu jiġi sorveljat minn superviżur estern indipendenti tal-protezzjoni tad-dejta. L-Artikoli 30, 31 u 32 ta' dik id-Deċiżjoni għandhom ikunu applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-Europol konformement ma' dan ir-Regolament. Is-superviżur estern indipendenti tal-protezzjoni tad-dejta għandu jiżgura li ma jinkisrux id-drittijiet taċ-ċittadin ta' pajjiż terz.

3.  L-ipproċessar ta' data personali mill-Europol skont dan ir-Regolament għandu jsir f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 u għandu jiġi sorveljat mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-Artikolu 43 tar-Regolament Europol.

Emenda    184

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Id-dejta personali aċċessata fl-EES għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) għandha tiġi pproċessata biss għall-finijiet tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni tal-każ speċifiku li għalih id-dejta tkun intalbet minn Stat Membru jew mill-Europol.

4.   Id-data personali aċċessati fl-EES għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1a) għandhom jiġu pproċessati biss għall-finijiet tal-prevenzjoni, id-detezzjoni jew l-investigazzjoni tal-każ speċifiku li għalih id-data jkunu ntalbu minn Stat Membru jew mill-Europol.

Emenda    185

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Is-Sistema Ċentrali, l-awtoritajiet maħtura, il-punti ta' aċċess ċentrali u l-Europol għandhom iżommu rekords tat-tfittxijiet sabiex l-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-dejta jkunu jistgħu jimmonitorjaw il-konformità tal-ipproċessar tad-dejta mar-regoli tal-Unjoni dwar l-ipproċessar tad-dejta. Ħlief għal dawn ir-raġunijiet, id-dejta personali, kif ukoll ir-rekords tat-tfittxijiet, għandhom jitħassru mill-fajls kollha nazzjonali u tal-Europol wara perjodu ta' xahar, ħlief jekk dik id-dejta u r-rekords ikunu meħtieġa għall-finijiet tal-investigazzjoni kriminali speċifika li tkun għaddejja li għaliha ikunu intalbu minn Stat Membru jew mill-Europol.

5.  Is-Sistema Ċentrali, l-awtoritajiet maħtura, il-punti ta' aċċess ċentrali u l-Europol għandhom iżommu rekords tat-tfittxijiet sabiex l-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkunu jistgħu jimmonitorjaw il-konformità tal-ipproċessar tad-data mar-regoli tal-Unjoni dwar l-ipproċessar tad-data, inkluż għall-finijiet li jinżammu rekords sabiex jitħejjew r-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 64(8). Ħlief għal dawn ir-raġunijiet, id-data personali, kif ukoll ir-rekords tat-tfittxijiet, għandhom jitħassru mill-fajls kollha nazzjonali u tal-Europol wara perjodu ta' xahar, ħlief jekk dawk id-data u r-rekords ikunu meħtieġa għall-finijiet tal-investigazzjoni kriminali speċifika li tkun għaddejja li għaliha ikunu intalbu minn Stat Membru jew mill-Europol.

Emenda    186

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru u l-Europol għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-dejta li jirriżultaw minn talbiet għal aċċess għad-dejta tal-EES għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) jiġu reġistrati jew dokumentati għall-finijiet tal-verifika tal-ammissibbiltà tat-talba, il-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta u l-integrità u s-sigurtà tad-dejta, u għall-awto-monitoraġġ.

1.  Kull Stat Membru u l-Europol għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data li jirriżultaw minn talbiet għal aċċess għad-data tal-EES għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1a) jiġu reġistrati jew dokumentati għall-finijiet tal-verifika tal-ammissibbiltà tat-talba, il-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u l-integrità u s-sigurtà tad-data, u għall-awto-monitoraġġ.

Emenda    187

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-reġistrazzjoni jew id-dokumentazzjoni għandha turi:

2.  Ir-reġistrazzjoni jew id-dokumentazzjoni għandha turi, fil-każijiet kollha:

Emenda    188

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  l-isem tal-awtorità li tkun talbet l-aċċess għat-tqabbil u l-persuna responsabbli li tkun għamlet it-talba u li tkun ipproċessat id-data;

Emenda    189

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  f'konformità mar-regoli nazzjonali jew mad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI, il-marka li tidentifika lill-uffiċjal li jkun għamel it-tfittxija u tal-uffiċjal li jkun ordna t-tfittxija jew il-forniment tad-dejta.

(h)  f'konformità mar-regoli nazzjonali jew mar-Regolament (UE) 2016/794, il-marka li tidentifika lill-uffiċjal li jkun għamel it-tfittxija u tal-uffiċjal li jkun ordna t-tfittxija jew il-forniment tad-data.

Emenda    190

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ir-reġistrazzjonijiet u d-dokumentazzjoni għandhom jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta u sabiex tiġi żgurata l-integrità u s-sigurtà tad-dejta. Għall-monitoraġġ u għal-valutazzjoni imsemmija fl-Artikolu 64 jistgħu jintużaw biss reġistrazzjonijiet li ma jkunx fihom dejta personali. L-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali kompetenti responsabbli għall-verifika tal-ammissibbiltà tat-talba u l-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta u l-integrità u s-sigurtà tad-dejta għandu jkollhom aċċess għal dawk ir-reġistrazzjonijiet fuq talba tagħhom bl-iskop li jaqdu dmirijiethom.

3.  Ir-reġistrazzjonijiet u d-dokumentazzjoni għandhom jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u sabiex tiġi żgurata l-integrità u s-sigurtà tad-data. Għall-monitoraġġ u għall-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 64 jistgħu jintużaw biss reġistrazzjonijiet li ma fihomx data personali. L-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali kompetenti responsabbli għall-verifika tal-ammissibbiltà tat-talba u l-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u l-integrità u s-sigurtà tad-data għandu jkollhom aċċess għal dawk ir-reġistrazzjonijiet fuq talba tagħhom bl-iskop li jaqdu dmirijiethom.

Emenda    191

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 767/2008

Artikolu 17a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mill-bidu tal-operat tal-EES imsemmi fl-Artikolu 60(1) tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)], ġiet stabbilita interoperabbiltà bejn l-EES u l-VIS sabiex tiġi żgurata aktar effiċjenza u ħeffa tal-kontrolli fil-fruntieri. Għal dan l-għan l-Eu-LISA tistabbilixxi Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS biex tippermetti l-interoperabbiltà bejn l-EES u l-VIS. Konsultazzjoni diretta bejn is-sistemi għandha tkun possibbli biss jekk dan ikun previst kemm b'dan ir-Regolament u bir-Regolament (KE) Nru 767/2008.

1.  Mill-bidu tal-operat tal-EES imsemmi fl-Artikolu 60(1) tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)], ġiet stabbilita interoperabbiltà bejn l-EES u l-VIS sabiex tiġi żgurata aktar effiċjenza u ħeffa tal-kontrolli fil-fruntieri b'osservanza dovuta tal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-fini. Għal dan l-għan l-E-LISA tistabbilixxi Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS biex tippermetti l-interoperabilità bejn l-EES u l-VIS. Konsultazzjoni diretta bejn is-sistemi għandha tkun possibbli biss jekk dan ikun previst kemm b'dan ir-Regolament kif ukoll bir-Regolament (KE) Nru 767/2008.

Emenda    192

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 767/2008

Artikolu 17a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Skont l-Artikolu 33 tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)] il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri neċessarji għat-twaqqif u għad-disinn ta' livell għoli tal-interoperabbiltà skont l-Artikolu 34 tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)]. Sabiex tiġi stabbilita l-interoperabbiltà mal-EES, l-Awtorità tat-Tmexxija għandha tiżviluppa l-evoluzzjonijiet u/jew l-adattamenti meħtieġa tas-Sistema Ċentrali ta' Informazzjoni dwar il-Viża, tal-Interfaċċa Nazzjonali f'kull Stat Membru, u tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-Sistema Nazzjonali ta' Informazzjoni dwar il-Viża u l-Interfaċċi Nazzjonali. L-infrastrutturi nazzjonali għandhom jiġu adattati u/jew żviluppati mill-Istati Membri.

4.  Skont l-Artikolu 33 tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)] il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri neċessarji għat-twaqqif u għad-disinn ta' livell għoli tal-interoperabbiltà skont l-Artikolu 34 tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)]. Sabiex tiġi stabbilita l-interoperabbiltà mal-EES, l-eu-LISA għandha tiżviluppa l-evoluzzjonijiet u/jew l-adattamenti meħtieġa tas-Sistema Ċentrali ta' Informazzjoni dwar il-Viża, tal-Interfaċċa Nazzjonali f'kull Stat Membru, u tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-Sistema Nazzjonali ta' Informazzjoni dwar il-Viża u l-Interfaċċi Nazzjonali. L-infrastrutturi nazzjonali għandhom jiġu adattati u/jew żviluppati mill-Istati Membri.

Emenda    193

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 767/2008

Artikolu 18 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk it-tfittxija bid-dejta elenkata fil-paragrafu 1 tindika li fil-VIS hemm maħżuna dejta dwar viża waħda jew aktar maħruġa jew estiżi)), li jkunu għadhom fil-perjodu ta' validità tagħhom u li jkunu territorjalment validi għall-qsim tal-fruntiera, l-awtorità kompetenti għall-kontroll fil-fruntieri għandha tingħata l-aċċess sabiex tikkonsulta d-dejta li ġejja tal-fajl kkonċernat ta' applikazzjoni kif ukoll ta' fajl(s) ta' applikazzjoni relatati skont l-Artikolu 8(4), unikament għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1:

3.  Jekk it-tfittxija bid-data elenkati fil-paragrafu 1 tindika li d-data dwar il-persuna jkunu irreġistrati fil-VIS, l-awtorità kompetenti tal-fruntiera għandha tingħata l-aċċess sabiex tikkonsulta d-data li ġejjin tal-fajl ikkonċernat ta' applikazzjoni kif ukoll ta' fajl(s) ta' applikazzjoni relatati skont l-Artikolu 8(4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1:

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafi 3 u 4 ġew magħquda biex jiġi ssimplifikat it-test.

Emenda    194

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 767/2008

Artikolu 18 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Jekk it-tfittxija bid-dejta elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-dejta dwar il-persuna tkun reġistrata fil-VIS iżda li viża(i) reġistrat(i) mhijiex/mhumiex valida(i), l-awtorità kompetenti tal-fruntiera għandha tingħata l-aċċess sabiex tikkonsulta d-dejta tal-fajl(s) ta' applikazzjoni kif ukoll tal-fajl(s) ta' applikazzjoni relatati skont l-Artikolu 8(4), unikament għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1:

imħassar

(a)  l-informazzjoni dwar l-istatus u d-dejta meħuda mill-formola tal-applikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 9(2) u (4);

 

(b)  ritratti;

 

(c)  id-dejta imdaħħla rigward il-viża(i) maħruġa, annullata(i), revokata(i) jew li l-validità tagħha/tagħhom tiġi estiża imsemmija fl-Artikoli 10, 13 u 14.

 

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafi 3 u 4 ġew magħquda biex jiġi ssimplifikat it-test.

Emenda    195

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 767/2008

Artikolu 18 – paragrafu 5 – punt a – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  it-teknoloġija għall-użu tal-immaġni live tal-wiċċ ma tkunx disponibbli fil-punt tal-qsim tal-fruntiera u għalhekk l-identità tat-titular tal-viża ma tkunx tista' tiġi verifikata mal-EES;

(ii)  it-teknoloġija għall-użu tal-immaġni live tal-wiċċ ma tkunx disponibbli temporanjament fil-punt tal-qsim tal-fruntiera u għalhekk l-identità tat-titular tal-viża ma tkunx tista' tiġi verifikata mal-EES;

Ġustifikazzjoni

Peress li huwa meħtieġ li t-teknoloġija tkun disponibbli fi kwalunkwe punt tal-qsim tal-fruntiera, jista' jkun hemm biss indisponibbiltà temporanja tat-teknoloġija.

Emenda    196

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 8 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 1 ġie sostitwit b'dan li ġej:

(8)  Fl-Artikolu 20, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

Emenda    197

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt 9

Regolament (UE) Nru 767/2008

Artikolu 26 – paragrafu 3a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  [Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)]), l-Awtorità tat-Tmexxija għandha tkun responsabbli għall-kompiti imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu."

3a.   [Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)]), l-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-kompiti imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu."

Emenda    198

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (UE) Nru 767/2008

Artikolu 34 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru u l-Awtorità tat-Tmexxija jżommu r-rekords tal-operazzjonijiet kolha ta' pproċessar tad-dejta fil-VIS. Dawn ir-rekords għandhom juru r-raġuni għall-aċċess imsemmija fl-Artikolu 6(1) u fl-Artikoli 15 sa 22, id-data u l-ħin, it-tip ta' dejta trażmessa kif imsemmi fl-Artikoli 9 sa 14, it-tip ta' dejta użata għall-interrogazzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 15(2), 17, 18(1), 18 (5), 19(1), 19a(2), 19a(5), 20(1), 21(1) u 22(1) u l-isem tal-awtorità li tkun qed iddaħħal jew taċċessa d-dejta. Minbarra dan, kull Stat Membru għandu jżomm rekords tal-persunal debitament awtorizzat li jdaħħal u jaċċessa d-dejta.

1.  Kull Stat Membru u l-eu-LISA għandhom iżommu r-rekords tal-operazzjonijiet kollha ta' pproċessar tad-data fil-VIS. Dawn ir-rekords għandhom juru r-raġuni għall-aċċess imsemmija fl-Artikolu 6(1) u fl-Artikoli 15 sa 22, id-data u l-ħin, it-tip ta' data trażmessi kif imsemmi fl-Artikoli 9 sa 14, it-tip ta' data użati għall-interrogazzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 15(2), 17, 18(1), 18 (5), 19(1), 19a(2), 19a(5), 20(1), 21(1) u 22(1) u l-isem tal-awtorità li tkun qed iddaħħal jew taċċessa d-data. Minbarra dan, kull Stat Membru għandu jżomm rekords tal-persunal debitament awtorizzat li jdaħħal u jaċċessa d-data.

Emenda     199

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni, tal-eu-LISA u tal-Frontex għandu jkollhom aċċess sabiex jikkonsultaw id-dejta li ġejja, unikament għall-għanijiet ta' rappurtar u statistika mingħajr ma jippermettu l-identifikazzjoni ta' individwi:

1.  Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-eu-LISA għandu jkollu aċċess sabiex jikkonsulta d-data li ġejjin, unikament għall-finijiet ta' rappurtar u statistika mingħajr ma jippermettu l-identifikazzjoni jew it-tfassil ta' profili ta' individwi u l-persunal debitament awtorizzat tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data li ġejjin għall-finijiet ta' twettiq ta' analiżijiet tar-riskju u ta' valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà kif hemm referenza għalihom fl-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) 2016/1624:

Emenda     200

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  in-nazzjonalità, is-sess u d-data tat-twelid taċ-ċittadin tal-pajjiż terz;

(b)  in-nazzjonalità, is-sess u s-sena tat-twelid taċ-ċittadin tal-pajjiż terz;

Emenda    201

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-fini tal-paragrafu 1, l-eu-LISA għandha tistabbilixxi, timplimenta u tospita repożitorju ċentrali fis-siti tekniċi tagħha li jkun fih id-dejta imsemmija fil-paragrafu 1 li ma jippermettix l-identifikazzjoni ta' individwi u li jippermetti li l-awtoritajiet elenkati fil-paragrafu 1 jiksbu rapporti li jistgħu jiġu modifikati u statistika dwar id-dħul u l-ħruġ, ir-rifjuti ta' dħul u każijiet ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqbżu s-soġġorn awtorizzat biex titjieb il-valutazzjoni tar-riskju ta' każijiet li jaqbżu s-soġġorn awtorizzat, biex titjieb l-effiċjenza tal-kontrolli fil-fruntieri, u biex il-konsulati jiġu megħjuna fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal viża u insostenn ta' tfassil ta' politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni bbażata fuq l-evidenza. Ir-repożitorju għandu jkun fih ukoll statistika ta' kuljum dwar id-dejta imsemmija fil-paragrafu 4. L-aċċess għar-repożitorju ċentrali għandu jingħata permezz ta' aċċess sigur permezz ta' S-TESTA b'kontroll tal-aċċess u profili ta' utenti speċifiċi unikament għall-fini ta' rapportar u ta' statistika.

2.  Għall-fini tal-paragrafu 1, l-eu-LISA għandha tistabbilixxi, timplimenta u tospita repożitorju f'livell ċentrali fis-siti tekniċi tagħha li jkun fih id-data imsemmija fil-paragrafu 1 li ma jippermettix l-identifikazzjoni ta' individwi u li jippermetti li l-awtoritajiet elenkati fil-paragrafu 1 jiksbu rapporti li jistgħu jiġu modifikati u statistika dwar id-dħul u l-ħruġ, ir-rifjuti ta' dħul u każijiet ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqbżu s-soġġorn awtorizzat biex titjieb l-effiċjenza tal-kontrolli fil-fruntieri, u biex il-konsulati jiġu megħjuna fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal viża u insostenn ta' tfassil ta' politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni bbażata fuq l-evidenza. Ir-repożitorju għandu jkun fih ukoll statistika ta' kuljum dwar id-data imsemmija fil-paragrafu 4. L-aċċess għar-repożitorju ċentrali għandu jingħata permezz ta' aċċess sigur permezz ta' S-TESTA b'kontroll tal-aċċess u profili ta' utenti speċifiċi unikament għall-fini ta' rapportar u ta' statistika.

Emenda     202

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Kull trimestru, l-eu-LISA għandha tippubblika statistika dwar l-EES li b'mod partikolari għandha turi l-għadd, in-nazzjonalità u l-punt ta' qsim tal-fruntieri tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta, ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ġew rifjutati dħul inklużi r-raġunijiet għar-rifjut u ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li s-soġġorn tagħhom jkun ġie revokat jew estiż kif ukoll l-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi eżentati mir-rekwiżit li jagħtu l-marki tas-swaba'.

4.  Kull trimestru, l-eu-LISA għandha tippubblika statistika dwar l-EES li b'mod partikolari għandha turi l-għadd, in-nazzjonalità, l-età, is-sess, it-tul tas-soġġorn u l-punt ta' qsim tal-fruntieri tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta, ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ġew rifjutati dħul inklużi r-raġunijiet għar-rifjut u ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li s-soġġorn tagħhom ikun ġie revokat jew estiż kif ukoll l-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi eżentati mir-rekwiżit li jagħtu l-marki tas-swaba'.

Emenda    203

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fl-aħħar ta' kull sena, id-dejta statistika għandha tiġi kompilata fil-forma ta' statistika trimestrali għal dik is-sena. L-istatistika għandu jkun fiha analiżi dettaljata tad-dejta għal kull Stat Membru.

5.  Fl-aħħar ta' kull sena, id-data statistiċi għandhom jiġu kkumpilati f'rapport annwali għal dik is-sena. L-istatistika għandu jkun fiha analiżi dettaljata tad-data għal kull Stat Membru. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat u trażmess lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali.

Emenda     204

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Fuq talba tal-Kummissjoni, l-eu-LISA għandha tipprovdiha bi statistika dwar aspetti speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ukoll l-istatistika skont il-paragrafu 3.

6.  Fuq talba tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew, l-eu-LISA għandha tagħtihom statistika dwar aspetti speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ukoll l-istatistika skont il-paragrafu 3.

Emenda     205

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-ispejjeż inkorsi b'rabta mat-twaqqif u mat-tħaddim tas-Sistema Ċentrali, tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni u tal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

1.  L-ispejjeż inkorsi b'rabta mat-twaqqif u mat-tħaddim tas-Sistema Ċentrali, tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni sigura u kriptata u tal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Emenda    206

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-ospitar ta' sistemi nazzjonali (spazju, implimentazzjoni, elettriku, tkessiħ);

(b)  l-ospitar ta' sistemi u infrastrutturi tal-fruntieri nazzjonali (spazju, implimentazzjoni, elettriku, tkessiħ);

Ġustifikazzjoni

Aġġustament tat-terminoloġija skont l-Artikolu 6.

Emenda    207

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  it-tħaddim ta' sistemi nazzjonali (kuntratti tal-operaturi u ta' appoġġ);

(c)  it-tħaddim ta' sistemi u infrastrutturi tal-fruntieri nazzjonali (kuntratti tal-operaturi u ta' appoġġ);

Emenda    208

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni notifikata skont il-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku permezz ta' sit web pubbliku li jiġi kontinwament aġġornat.

6.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Meta jsiru emendi għaliha, il-Kummissjoni għandha tippubblika darba fis-sena verżjoni konsolidata aġġornata ta' din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm sit web pubbliku li jiġi kontinwament aġġornat u li jkun fih din l-informazzjoni.

Emenda    209

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sa [Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament - OPOCE, jekk jogħġbok issostitwixxi bid-data attwali] u kull sitt xhur wara dan matul il-fażi tal-iżvilupp tal-EES, l-eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat tal-ħidma tal-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Uniformi u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Uniformi. Ladarba jiġi finalizzat l-iżvilupp, għandu jiġi ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega fid-dettall kif ikunu intlaħqu l-objettivi, b'mod partikolari dawk marbuta mal-ippjanar u mal-ispejjeż, kif ukoll ġustifikazzjoni għal kwalunkwe diverġenza.

2.  Sa [Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament - OPOCE, jekk jogħġbok issostitwixxi bid-data attwali] u kull sitt xhur wara dan matul il-fażi tal-iżvilupp tal-EES, l-eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat tal-ħidma tal-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Uniformi u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni sigura u kriptata bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Uniformi. Dan ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż imġarrba u informazzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe riskju li jista' jkollu impatt fuq l-ispejjeż ġenerali tas-sistema. Ladarba jiġi finalizzat l-iżvilupp, għandu jiġi ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega fid-dettall kif ikunu ntlaħqu l-objettivi, b'mod partikolari dawk marbuta mal-ippjanar u mal-ispejjeż, kif ukoll ġustifikazzjoni għal kwalunkwe diverġenza.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-esperjenzi preċedenti, b'mod speċjali bis-SISII, l-ispejjeż jenħtieġ li jiġu mmonitorjati mill-qrib.

Emenda     210

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Tliet snin wara li l-EES tkun tibda topera u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tħejji evalwazzjoni ġenerali tal-EES. Din l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi u l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali, u stima tal-validità kontinwa tar-raġuni sottostanti, l-applikazzjoni tar-Regolament, is-sigurtà tal-EES u kwalunkwe implikazzjoni għal operazzjonijiet futuri, u għandha tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet neċessarji. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti r-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Tliet snin wara li l-EES tkun bdiet topera u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tħejji evalwazzjoni ġenerali tal-EES. Din l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi u l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali, u stima tal-validità kontinwa tar-raġuni sottostanti, l-applikazzjoni tar-Regolament, is-sigurtà tal-EES u kwalunkwe implikazzjoni, inklużi dawk b'impatt baġitarju, għal operazzjonijiet futuri, u għandha tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet neċessarji. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti r-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.

Emenda     211

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 8 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) l-għadd ta' talbiet għal korrezzjonijiet ta' data, l-azzjonijiet meħuda wara u l-għadd ta' korrezzjonijiet magħmula wara t-talbiet mill-persuni kkonċernati

Emenda    212

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data determinata mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 60, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 4, 33, 34, 35, 56, 58, 59, 60 u 61, li għandhom japplikaw mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

 

Dan ir-regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Ġustifikazzjoni

L-Artikoli li huma meħtieġa għall-iżvilupp tal-EES jenħtieġ li japplikaw direttament. Ir-Regolament kollu jenħtieġ li jsir applikabbli ladarba l-EES tibda taħdem.

  • [1]  ĠU C 487, 28.12.2016, p. 66.

EXPLANATORY STATEMENT

Introduction

The increase in traveller flows at the EU’s external borders in recent years has highlighted the inefficiency of the current border control systems, something which could get worse as the number of travellers rises, which is predicted to happen over the coming years. The number of third country nationals legally travelling to Schengen countries for a short-term visit is forecast to be around 300 million by 2025. Air traffic alone is predicted to grow at a rate of 2.6% annually over the next 20 years in Europe. Our traveller management systems need to be modernised, so that they become not only more flexible and efficient but also more secure, based on the premise that re-nationalising information and border control systems is not an option. The viability of these controls cannot depend exclusively on travellers’ passports or on stamps inside them, which could have been falsified or could be illegible, and which are a heavy burden on the border authorities since they distract them from their actual work, thus compromising security. Not doing anything would lead, in the medium-term, to the collapse of our border crossing points and would require heavy investment in infrastructure and staff to cope with the flows.

Setting up a European Entry/Exit System (EES) will benefit passengers by reducing their waiting time at border crossing points; Member States, by processing bona fide passengers more quickly at the same time as tightening border security; infrastructure operators, by providing shorter connections in transit areas, with the direct and indirect economic benefits that this entails; border point operators, who would be able to optimise their resources, and carriers, whose work would be made easier. All of this while safeguarding the necessary protection of fundamental rights and of the data held in the system.

The European Agenda on Migration already identified ‘border management’ as one of the ‘four pillars to manage migration better’. The transnational threats that the EU has been facing in recent times have shown that in a borderless area, the external borders need to be efficiently controlled. The link between effective border control and the strengthening of internal security is increasingly evident. The rapporteur is in favour of granting security forces access to the EES, with the aim of fighting against serious crime and terror threats, providing it with added value. This access needs to be controlled, necessary, proportional and should meet the appropriate safeguards for rights and data protection. A balance can and must be found between speeding-up border crossings and improving their security.

The rapporteur’s position

1.- Objectives

The legislative proposal under review is to establish a system to facilitate border crossings, help to combat irregular migration among people exceeding the legal period of stay and support the fight against organised crime and terrorism. These objectives must be guaranteed and made compatible with the protection of data collected in the EES in terms of proportionality and necessity.

2.- Architecture

The rapporteur is pleased with the changes brought in by the legislative proposal, many of which provide answers to the doubts raised during the preparatory work. However, he does not understand the decision to scrap the RTP, which Parliament saw as a bold way of speeding up border crossings.

3.- Interoperability with the VIS

One of the most important parts of this proposal is the interoperability of the EES with the VIS, which points to the future structure of relations between the different information systems. Given that the principle of proportionality is upheld, this interoperability does not interfere in any way with the rights enshrined in Articles 7 and 8 of the Charter of Fundamental Rights (CFR).

Without advocating interoperability with the SIS II at this stage, clarification is needed regarding the procedure to be followed in connection with alerts signalling travellers who have exceeded their authorised stay in the Schengen area.

4.- Budget

The EES will undoubtedly be expensive, but if no measures were taken it would be much more so in terms of spending on infrastructure and staff in order to cope with the increasing passenger flows, and also in terms of the Member States’ security. The rapporteur supports budgetary rationalisation and expresses concern over the possible deviations that could occur throughout the implementation process, which entails the need for greater ex ante and ex post control.

5.- Biometrics

The test phase revealed that the best option for combining speed and security in border crossings would be the combination of four fingerprints and facial image recognition. In line with the views expressed by Parliament, the number of biometric data collected is to decrease, allowing the data already held in the VIS to be imported, and resulting in less data-capturing and fewer duplications of the data stored. High quality standards must be ensured so that the data collected can be put to full use for their intended purposes.

6.- Data and fundamental rights protection

This regulation must guarantee protection for the data stored in the EES, in line with the CFR. In this regard, in order to be in compliance with Articles 7 and 8 of the CFR, the EES must fulfil the following criteria: have an appropriate legal basis; respect the principles of the charter, pursue a general interest; be proportionate and necessary. One of the ways in which this can be achieved is through measures such as reducing the amount of data registered in the system, the role of national and European data protection authorities (EDPS), correction and deletion procedures and methods and authorisations for accessing the system. It might be pointed out that the CJEU has recognised the objectives of the EES (border and migration control, the fight against serious organised crime and terrorism) as being of general interest.

7.- Data retention period

The EES must uphold the principles of necessity and proportionality. The 181-day retention period which was initially proposed would hinder the system’s effectiveness. From the traveller’s point of view, this would not meet the objective of speeding up border traffic, since such a short period would require the data of frequent third country national travellers to be recorded repeatedly, slowing down the process. From the point of view of consulates and border authorities, there would no longer be any possibility of analysing travel histories and carrying out risk analyses, which are intrinsic to decision making; and from the point of view of the security forces, relevant data, essential in the fight against serious crime and terrorism, would be destroyed.

The proposed timeframe is consistent with the system’s objectives, and would facilitate interoperability with the VIS. However, the necessary guarantees must be given so that data subjects can access, correct and/or delete data where necessary.

8.- Security forces’ access to the system

Granting national security forces and Europol access to the system from the start as a means of fighting organised crime and terrorism will give the system a huge added value. Making this possibility compatible with facilitating border crossings is necessary and legally viable, in line with the European legal system. The survival of the Schengen area partly depends on the protection of its external borders. The most useful tool we have in the fight against organised crime is intelligence and information: the ability to be prepared.

It is true that today some security forces are not making full use of the systems that exist, but it is also a reality that investment in training, the exchange of best practices and building mutual trust result in these systems being used more extensively and more effectively. During the system’s implementation period, the authorities which will have access to it will need to receive some training.

9.- The impact on carriers and travellers

The role of carriers is crucial for the system’s viability. They must have proportionate and restricted access to data in the EES that will help them carry out their tasks, with sufficient guarantees that the system’s security will not be compromised.

Travellers must be able to see how long they have left to legally remain in the country. Setting up a system so that this information could be viewed online would be very useful. Accessing it must be simple and secure so only the traveller can view this information. eu-LISA would be responsible for managing this web service using a secure network, and should assess the possible risks so as to be able to identify the service’s specific needs.

10.- Governance

eu-LISA will have to play an important role in the development and maintenance of the EES. Security, control and responsibility standards will have to be adapted during the implementation of the system and once it is running. Parliament must be involved in the various cycles of the EES, within the scope its competences.

OPINJONI TAL-MINORANZA

skont l-Artikolu 52a(4) tar-Regoli ta' Proċedura,

Marie-Christine Vergiat

Għar-raġuni inizjali li jiġi ffaċilitat il-qsim tal-fruntieri esterni tal-UE, l-EES se tistabbilixxi reġistru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu deħlin u ħerġin mill-UE, u se tiffaċilita l-interoperabbilità ma' bażijiet oħra ta' data billi toħloq sistema komprensiva għall-ġbir tad-data bijometriċi, inkluż għat-tfal mill-età ta' 12-il sena, bi ksur tad-dritt internazzjonali u ħaġa li se tistabbilixxi preċedent perikoluż.

Billi l-kontroll tal-fruntieri u l-ġlieda kontra l-kriminalità se jiġu assimilati flimkien, il-forzi tal-pulizija se jkunu jistgħu jkollhom aċċess għalihom bl-istess kundizzjonijiet bħall-gwardji tal-fruntieri, u b'hekk se jitħalltu l-objettivi differenti ħafna filwaqt li l-prinċipji ta' neċessità u ta' proporzjonalità se jiġu injorati u se jintrabtu flimkien il-migrazzjoni, il-kriminalità u t-terroriżmu.

Se jkun hemm "vjaġġaturi tajbin", li se jkunu jistgħu jidħlu fit-territorju skont il-proċeduri amministrattivi ad hoc, u l-vjaġġaturi l-oħrajn kollha, li dwarhom wieħed se jassumi irregolarità b'mod kuntrarju għall-eżami individwali tas-sitwazzjonijiet partikolarment tal-persuni vulnerabbli li awtomatikament se jiġu rrapportati lill-Istati Membri.

Il-kundizzjonijiet tal-eżami ta' dan it-test, fid-dawl tan-natura u tal-importanza tiegħu, huma dannużi għax-xogħol leġiżlattiv fir-rigward tar-riskji għad-drittijiet fundamentali ta' eluf ta' rġiel, nisa u tfal.

Tal-inqas, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kellhom jiġu kkunsidrati aħjar.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (9.12.2016)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data ta' dħul u ħruġ u data ta' rifjut tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-UE u d-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' aċċess għall-EES għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011
(COM(2016)0194) – C8-0135/2016 – 2016/0106(COD))

Rapporteur: Monika Hohlmeier

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur hija tal-fehma li ġestjoni tal-fruntieri aħjar, aktar moderna u effiċjenti tal-fruntieri esterni tal-UE tagħna hija essenzjali, biex tiġi garantita stampa preċiża tad-dħul u l-ħruġ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi. Barra minn hekk, huwa strument biex jaċċelera l-kontrolli tal-fruntieri, jitnaqqas iż-żmien ta' stennija fil-fruntieri u tittejjeb il-libertà tal-moviment filwaqt li fl-istess ħin tittejjeb is-sigurtà interna, tiġi intensifikata l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transfruntiera serja u għas-sejbien ta' qsim illegali tal-fruntieri, frodi tal-identità jew ta' dawk li jaqbżu t-tul tal-perjodu intitolati għalih mill-viża. B'mod partikolari, ir-rapporteur tenfasizza li hemm lakuna sinifikanti fis-sistemi eżistenti ta' informazzjoni, li għandha tiġi indirizzata sabiex jiġu mħarsa l-fruntieri esterni tal-UE b'mod effiċjenti. L-ebda Stat Membru li jaġixxi waħdu ma jista' jikseb monitoraġġ effettiv tad-dħul/ħruġ taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi fiż-żona Schengen kollha. Għaldaqstant, huwa meħtieġ b'mod urġenti li jiġi żviluppat u implimentat strument Ewropew effiċjenti fl-Istati Membri kollha.

F'dan ir-rigward, ir-rapporteur tilqa' l-proposta riveduta tal-Kummissjoni għas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), li tippromwovi l-interoperabilità u s-sinerġiji tas-sistemi ta' informazzjoni biex tħaffef, tiffaċilita u ssaħħaħ il-proċeduri tal-kontrolli għal persuni li mhumiex ċittadini tal-UE li jivvjaġġaw lejn l-UE.

Ir-rapporteur tilqa' Studju Tekniku dwar il-Fruntieri Intelliġenti tal-Kummissjoni Ewropea u r-Rapport Finali tal-Proġett Pilota Fruntieri Intelliġenti ta' eu-LISA li jindirizza t-tħassib tal-Parlament mill-2013 permezz ta' valutazzjoni, f'termini konkreti tal-isfidi finanzjarji, tekniċi u organizzattivi għal kull għażla ta' politika kif ukoll permezz tal-operazzjoni ta' fażi ta' ttestjar fdata lil eu-LISA.

Ir-rapporteur tfakkar li fil-proposti tal-2013, EUR 1,1 biljun ġew allokati fil-baġit tal-UE bħala ammont indikattiv għall-iżvilupp ta' sistema ta' dħul u ħruġ u ta' programm tal-vjaġġaturi rreġistrati. Għall-proposta riveduta, abbażi tal-għażla preferuta ta' sistema unika ta' EES inkluż l-aċċess għall-infurzar tal-liġi, l-ammont meħtieġ ġie stmat li jlaħħaq l-EUR 480 miljun. Ir-riżultat tal-analiżi finanzjarja jidher li hu aktar preċiż milli kien fil-proposta preċedenti. Dan l-ammont huwa soġġett għall-eżitu tal-proċedura ta' akkwist u l-analiżi tal-proġetti (l-integrazzjoni tas-sistemi nazzjonali eżistenti u l-kostruzzjoni tas-sistema l-ġdida fl-Istati Membri kollha).

Ir-rapporteur tippreferi li l-appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-UE jkopri mhux biss l-ispejjeż ta' komponenti ċentrali għall-perjodu sħiħ tal-QFP (EUR 288 miljun - fil-livell tal-UE, kemm l-ispiża għall-iżvilupp kif ukoll operattiva permezz ta' ġestjoni indiretta) iżda wkoll l-ispejjeż għall-integrazzjoni tal-infrastrutturi nazzjonali eżistenti tal-fruntieri fl-Istati Membri mal-EES permezz tal-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi (EUR 120 miljun permezz ta' ġestjoni diretta). Kuntrarjament għall-proposta tal-Kummissjoni, ir-rapporteur tirrakkomanda l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kriżi biex jiggarantixxi li l-Istati Membri b'diffikultajiet organizzattivi u finanzjarji jkunu jistgħu jistabbilixxu s-sistema fiż-żmien previst.

Ir-rapporteur tappoġġja wkoll li ladarba l-EES ikunu operattivi, l-ispejjeż operattivi futuri fl-Istati Membri għandhom jiġu appoġġjati mill-programmi nazzjonali tagħhom fil-qafas tal-Fond għas-Sigurtà Interna (ġestjoni kondiviża), u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jidentifikaw soluzzjonijiet kosteffiċjenti.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tissuġġerixxi regoli aktar stretti dwar ir-rappurtar lura lill-Parlament u lill-Kunsill matul u wara l-iżvilupp tal-EES, inkluż aġġornament obbligatorju dwar l-iżviluppi baġitarji u tal-ispejjeż, sabiex jiġi żgurat skrutinju parlamentari sħiħ u sorveljanza tal-proċess u sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' spejjeż żejda u dewmien.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jikkunsidra l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' April 2016 dwar "Sistemi tal-Informazzjoni Aktar b'Saħħithom u Aktar Intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà", il-Kummissjoni ppreżentat proċess bl-għan li tinkiseb l-interoperabilità tas-sistemi tal-informazzjoni sabiex titjieb strutturalment l-arkitettura għall-ġestjoni tad-dejta tal-Unjoni għall-kontroll tal-fruntieri u s-sigurtà.

Emenda            2

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) u l-istruttura teknika tagħha, li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tħaddim u l-użu tagħha u li jiġu definiti r-responsabbiltajiet għas-sistema, il-kategoriji ta' dejta li għandhom jiddaħħlu fis-sistema, l-iskopijiet li għalihom għandha tiddaħħal id-dejta, il-kriterji biex tiddaħħal, l-awtoritajiet awtorizzati li jaċċessaw id-dejta u regoli oħra dwar l-ipproċessar tad-dejta u l-protezzjoni tad-dejta personali.

(7)  Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) u l-istruttura teknika tagħha, li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tħaddim, l-użu u l-interoperabilità tagħha ma' sistemi tal-informazzjoni oħra u li jiġu definiti r-responsabbiltajiet għas-sistema, il-kategoriji ta' dejta li għandhom jiddaħħlu fis-sistema, l-iskopijiet li għalihom għandha tiddaħħal id-dejta, il-kriterji biex tiddaħħal, l-awtoritajiet awtorizzati li jaċċessaw id-dejta u regoli oħra dwar l-ipproċessar tad-dejta u l-protezzjoni tad-dejta personali.

Emenda            3

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-EES għandha tkun magħmula minn Sistema Ċentrali, li topera bażi tad-dejta ċentrali kompjuterizzata ta' dejta bijometrika u alfanumerika, Interfaċċa Nazzjonali Uniformi f'kull Stat Membru, Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi. Kull Stat Membru għandu jikkonnettja l-infrastrutturi nazzjonali tal-fruntieri tiegħu mal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi.

(12)  L-EES għandha tkun magħmula minn Sistema Ċentrali, li topera bażi tad-dejta ċentrali kompjuterizzata ta' dejta bijometrika u alfanumerika, Interfaċċa Nazzjonali Uniformi f'kull Stat Membru, Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS u bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali Eurodac u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi. Kull Stat Membru għandu jikkonnettja l-infrastrutturi nazzjonali tal-fruntieri tiegħu mal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi. L-infrastrutturi nazzjonali tal-fruntieri tal-Istati Membri jinkludu s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, il-bażi tad-dejta tal-Interpol ta' Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa u Mitlufa (STLD) u l-bażijiet tad-dejta tal-Europol u l-bażijiet tad-dejta nazzjonali tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

Emenda            4

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  L-interoperabilità għandha tiġi stabbilita bejn l-EES u l-Eurodac permezz ta' mezz ta' komunikazzjoni diretta bejn is-Sistemi Ċentrali li jippermettu t-trasferiment awtomatiku mill-EES għall-EURODAC tad-dejta ta' persuni li jkunu qabżu l-perjodu awtorizzat tas-soġġorn;

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament il-ġdid dwar il-EURODAC jipprevedi r-reġistrazzjoni tad-dejta ta' kull ċittadin ta' pajjiż terz li jirrisjedi illegalment fit-territorju ta' Stat Membru.

Skont l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, l-EES tiġġenera lista ta' persuni li jkunu qabżu t-tul awtorizzat tas-soġġorn tagħhom u għalhekk huma f'sitwazzjoni irregolari. It-trasferiment awtomatizzat tad-dejta se jnaqqas id-duplikazzjoni.

Emenda            5

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-EES jissostitwixxi l-obbligu li jiġu ttimbrati l-passaporti ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huwa applikabbli mill-Istati Membri aderenti kollha. Soġġorni fi Stati Membri li jkunu għadhom mhumiex qed japplikawx għal l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ skont l-Atti ta' Adeżjoni rispettivi tagħhom ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tat-tul tas-soġġorn awtorizzat fiż-żona Schengen. Dawn l-Istati Membri għandhom jirreġistraw is-soġġorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-EES iżda l-kalkulatur awtomatizzat fis-sistema ma għandux jikkomputah bħala parti mit-tul awtorizzat tas-soġġorn.

(43)  Dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-EES jissostitwixxi l-obbligu li jiġu ttimbrati l-passaporti ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huwa applikabbli mill-Istati Membri aderenti kollha. Soġġorni fi Stati Membri li mhux qed japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen taħt it-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 2016/399 għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tul tas-soġġorn awtorizzat ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

Ġustifikazzjoni

Excluding a stay in one of these States from the calculation of the authorised length of stay would lead either to having 5 calculation systems:

one for States fully applying the Schengen acquis and 4 for the others not applying it fully. This would lead to considerable unnecessary costs and mean that a TCN could reside on EU territory continuously by moving from a Schengen State to a non-Schengen State. Or having a single calculation system exclusively reserved for those States that fully apply the Schengen acquis, but with the abolition of passport stamp this option would mean that the 4 non-Schengen States would not benefit from the EES and be without any means to calculate the length of stay.

Emenda            6

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Interfaċċa Nazzjonali Uniformi (NUI) f'kull Stat Membru bbażata fuq speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u identika għall-Istati Membri kollha li tippermetti l-konnessjoni tas-Sistema Ċentrali mal-infrastrutturi nazzjonali tal-fruntieri fl-Istati Membri;

(b)  Interfaċċa Nazzjonali Uniformi (NUI) f'kull Stat Membru bbażata fuq speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u identika għall-Istati Membri kollha li tippermetti l-konnessjoni tas-Sistema Ċentrali mal-infrastrutturi nazzjonali tal-fruntieri fl-Istati Membri; L-infrastrutturi nazzjonali tal-fruntieri tal-Istati Membri jinkludu s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, is-STLD tal-Interpol u l-bażijiet tad-dejta tal-Europol u l-bażijiet tad-dejta nazzjonali tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi;

Emenda              7

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS;

(c)  Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES, u s-Sistemi Ċentrali tal-VIS u tas-SIS;

Ġustifikazzjoni

Minbarra l-interoperabilità sħiħa bejn l-EES u l-VIS, huwa meħtieġ ukoll li tiġi inkluża magħha s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) li tippermetti l-iskambju sħiħ ta' data.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-Eurodac;

Emenda            9

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

L-interoperabilità mas-sistemi tal-Eurodac

 

1.  Eu-LISA tistabbilixxi Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-Eurodac biex tippermetti l-interoperabilità bejn l-EES u l-VIS.

 

2.  Dan ir-rekwiżit ta' interoperabilità għandu jippermetti t-trasferiment awtomatizzat mis-Sistema Ċentrali tal-EES għas-Sistema Ċentrali tal-Eurodac tad-dejta msemmija fl-Artikoli 14 u 15 li jikkonċernaw il-persuni kollha li jkun qabżu t-tul permess ta' soġġorn.

Emenda            10

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Soġġorni fi Stati Membri li għadhom mhumiex qed japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ skont l-Atti ta' Adeżjoni rispettivi tagħhom ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tat-tul tas-soġġorn awtorizzat fiż-żona Schengen. Dawk l-Istati Membri għandhom jirreġistraw is-soġġorni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-EES. Madankollu l-kalkulatur awtomatizzat fis-sistema ma għandux jikkalkula soġġorni fi Stati Membri li għadhom mhumiex qed japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ bħala parti mit-tul awtorizzat tas-soġġorn.

4.  Soġġorni fi Stati Membri li mhux qed japplikaw id-dispożizzjonijiet taħt it-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 2016/399 għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tul tas-soġġorn awtorizzat.

Ġustifikazzjoni

Excluding a stay in one of these States from the calculation of the authorised length of a stay would lead either to having 5 calculation systems: one for States fully applying the Schengen acquis and 4 for the others not applying it fully. This would lead to considerable unnecessary costs and mean that a TCN could reside on EU territory continuously by moving from a Schengen State to a non-Schengen State. Or having a single calculation system exclusively reserved for those States that fully apply the Schengen acquis, but with the abolition of passport stamp this option would mean that the 4 non-Schengen States would not benefit from the EES and be without any means to calculate the length of stay.

Emenda            11

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Id-dejta msemmija fl-Artikoli 14 u 15, li tikkonċerna l-persuni kollha li jkunu qabżu b'iktar minn 15-il jum it-tul permess ta' soġġorn u li d-dħul/ħruġ tagħhom ma jkun fih ebda dejta tal-ħruġ, għandha tiġi ttrasferita awtomatikament lis-Sistema Ċentrali tal-Eurodac.

Emenda            12

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali, tal-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni u tal-Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS; Għandha tkun responsabbli wkoll għall-iżvilupp tas-servizz tal-internet imsemmi fl-Artikolu 12 skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 61(2).

L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali, tal-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni u tal-Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS u bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-Eurodac. Għandha tkun responsabbli wkoll għall-iżvilupp tas-servizz tal-internet imsemmi fl-Artikolu 12 skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 61(2).

Emenda            13

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-eu-LISA għandha tiddefinixxi d-disinn tal-arkitettura fiżika tas-sistema inkluż l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni tagħha kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-evoluzzjoni tagħhom fir-rigward tas-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Uniformi, il-Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni, li għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija, soġġett għal opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni. L-eu-LISA għandha timplimenta wkoll kwalunkwe adattament meħtieġ lill-VIS bħala riżultat tat-twaqqif ta' interoperabbiltà mal-EES kif ukoll mill-implimentazzjoni tal-emendi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008 imsemmija fl-Artikolu 55.

L-eu-LISA għandha tiddefinixxi d-disinn tal-arkitettura fiżika tas-sistema inkluż l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni tagħha kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-evoluzzjoni tagħhom fir-rigward tas-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Uniformi, il-Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS u bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-Eurodac u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni, li għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija, soġġett għal opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni. L-eu-LISA għandha timplimenta wkoll kwalunkwe adattament meħtieġ lill-VIS bħala riżultat tat-twaqqif ta' interoperabbiltà mal-EES kif ukoll mill-implimentazzjoni tal-emendi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008 imsemmija fl-Artikolu 55.

Emenda            14

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-eu-LISA għandha tiżviluppa u timplimenta s-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, il-Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS, u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 33.

L-eu-LISA għandha tiżviluppa u timplimenta s-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, il-Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS u bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-Eurodac, u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni sigura u kriptata malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 33.

Emenda            15

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-Sistema Ċentrali, tal-Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi. Hija tiżgura, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, li l-aħjar teknoloġija disponibbli f'kull ħin, soġġetta għal analiżi tal-kostijiet-benefiċċj. L-eu-LISA tkun responsabbli wkoll għall-immaniġġar operazzjonali tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni bejn is-Sistema ċentrali u l-Interfaċċi Uniformi Nazzjonali u għas-servizz web imsemmi fl-Artikolu 12.

L-eu-LISA tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-Sistema Ċentrali, tal-Mezz Sigur ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-VIS u bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-Sistema Ċentrali tal-Eurodac u l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi. Hija tiżgura, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, li l-aħjar teknoloġija disponibbli f'kull ħin, soġġetta għal analiżi tal-kostijiet-benefiċċj. L-eu-LISA tkun responsabbli wkoll għall-immaniġġar operazzjonali tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni bejn is-Sistema ċentrali u l-Interfaċċi Uniformi Nazzjonali u għas-servizz web imsemmi fl-Artikolu 12.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 34a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 34a

 

Mekkaniżmu ta' kriżi

 

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ifasslu mekkaniżmu għall-kriżijiet li jiġi attivat f'każ li Stat Membru jkun qed iħabbat wiċċu ma' diffikultajiet finanzjarji u organizzazzjonali. Dan il-mekkaniżmu għandu jiżgura li l-iżvilupp u l-integrazzjoni ta' sistemi nazzjonali, il-kompletezza tal-ippjanar tal-proġetti u l-interoperabilità mas-sistemi ċentrali tal-VIS u tas-SIS u l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jintlaħqu simultanjament u fil-ħin. Barra minn hekk, għandu jiżgura li l-Istati Membri kollha jieħdu sehem bis-sħiħ fis-sistema.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi żgurat it-tħaddim sħiħ, huwa kruċjali li l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jużaw is-sistema indipendentement mis-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom.

Emenda            17

Proposta għal regolament

Artikolu 34b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 34b

 

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 58, il-Kummissjoni għandha tiżgura li kull Stat Membru jingħata biżżejjed appoġġ finanzjarju bl-għan li l-infrastruttura tal-fruntieri nazzjonali eżistenti tiġi integrata mal-EES permezz ta' interfaċċi uniformi nazzjonali. Dan l-appoġġ finanzjarju għandu jkopri l-ispejjeż ta' integrazzjoni nazzjonali kollha u l-ispejjeż relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandhom ikunu proporzjonali għall-ħtiġijiet amministrattivi individwali ta' kull Stat Membru.

Emenda            18

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-ispejjeż inkorsi b'rabta mat-twaqqif u mat-tħaddim tas-Sistema Ċentrali, tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni u tal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

1.  L-ispejjeż inkorsi b'rabta mat-twaqqif u mat-tħaddim tas-Sistema Ċentrali, tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni u tal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Qabel ma tibda l-proċedura ta' akkwist, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi preċiża tar-rekwiżiti tekniċi għall-integrazzjoni tas-sistemi nazzjonali eżistenti, tal-istandards tekniċi, tar-rekwiżiti dwar il-kontenut u l-aċċessibilità tal-EES.

Ġustifikazzjoni

Id-diġitalizzazzjoni tal-kontrolli tal-fruntieri hija tendenza li qiegħda tiżdied fuq livell nazzjonali fl-UE u f'pajjiżi terzi. 11-il membru tal-UE taż-żona Schengen, kif ukoll il-Bulgarija, ir-Rumanija u r-Renju Unit joperaw sistemi simili għal dawk ta' dħul/ħruġ li spiss ikunu limitati għal ajruporti partikolari. Madankollu, l-esperjenza fl-iżvilupp ta' sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fil-livell tal-UE, bħas-SIS II u l-VIS, żvelat li dawn l-inizjattivi esperjenzaw żieda fl-ispejjeż. Għaldaqstant, huwa importanti li l-ispejjeż jiġu ċċarati minn qabel bl-aktar mod preċiż possibbli, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' spejjeż żejda.

Emenda            19

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sa [Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament - OPOCE, jekk jogħġbok issostitwixxi bid-data attwali] u kull sitt xhur wara dan matul il-fażi tal-iżvilupp tal-EES, l-eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat tal-ħidma tal-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Uniformi u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Uniformi. Ladarba jiġi finalizzat l-iżvilupp, għandu jiġi ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega fid-dettall kif ikunu intlaħqu l-objettivi, b'mod partikolari dawk marbuta mal-ippjanar u mal-ispejjeż, kif ukoll ġustifikazzjoni għal kwalunkwe diverġenza.

2.  Sa [Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament - OPOCE, jekk jogħġbok issostitwixxi bid-data attwali] u kull sitt xhur wara dan matul il-fażi tal-iżvilupp tal-EES, l-eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat tal-ħidma tal-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Uniformi u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Interfaċċi Uniformi. Ir-rapport għandu jinkludi ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi baġitarji u tal-ispejjeż b'valutazzjoni teknika u finanzjarja dettaljata, informazzjoni preċiża dwar żidiet fl-ispejjeż u bidliet fir-rekwiżiti tad-disinn u r-raġunijiet għal dawn id-differenzi. Meta jiġi attivat il-mekkaniżmu ta' kriżi, ir-rapport għandu jiddikjara r-raġunijiet għal dan u r-ramifikazzjonijiet tal-attivazzjoni. Ladarba jiġi finalizzat l-iżvilupp, għandu jiġi ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega fid-dettall kif ikunu intlaħqu l-objettivi, b'mod partikolari dawk marbuta mal-ippjanar u mal-ispejjeż, kif ukoll ġustifikazzjoni għal kwalunkwe diverġenza.

Ġustifikazzjoni

L-esperjenza fl-iżvilupp ta' sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira fil-livell tal-UE bħas-sistemi SIS II u l-VIS, żvelat li dawn l-inizjattivi għaddew minn dewmien twil u żieda fl-ispejjeż. Sabiex jiġi żgurat l-iskrutinju parlamentari sħiħ u s-sorveljanza tal-proċess u biex jiġi minimizzat ir-riskju ta' spejjeż żejda u dewmien huwa ssuġġerit li r-rapportar lura tal-eu-LISA lill-Parlament u lill-Kunsill matul l-iżvilupp tal-EES, jinkludi b'mod obbligatorju aġġornament dwar l-iżviluppi baġitarji u tal-ispejjeż

Emenda            20

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Tliet snin wara li l-EES tkun tibda topera u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tħejji evalwazzjoni ġenerali tal-EES. Din l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi u l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali, u stima tal-validità kontinwa tar-raġuni sottostanti, l-applikazzjoni tar-Regolament, is-sigurtà tal-EES u kwalunkwe implikazzjoni għal operazzjonijiet futuri, u għandha tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet neċessarji. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti r-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Tliet snin wara li l-EES tkun tibda topera u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tħejji evalwazzjoni ġenerali tal-EES. Din l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi analiżi tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-għanijiet u l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali u valutazzjoni tal-validità kontinwa tar-raġuni sottostanti, l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-sigurtà tal-EES u kwalunkwe implikazzjoni, b'mod partikolari dawk b'impatt baġitarju, għal operazzjonijiet futuri, u għandha tagħmel kwalunkwe rakkomandazzjoni neċessarja. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti r-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi żgurat skrutinju parlamentari sħiħ, is-superviżjoni baġitarja u tal-ippjanar u sabiex jiġu identifikati bidliet possibbli b'impatt baġitarju l-aktar kmieni possibbli, huwa suġġerit li l-evalwazzjonijiet ġenerali jinkludu ħarsa ġenerali tal-implikazzjonijiet baġitarji possibbli ta' operazzjonijiet futuri.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment ta’ Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data ta’ dħul u ħruġ u data ta’ rifjut tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-UE u d-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-EES għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi

Referenzi

COM(2016)0194 – C8-0135/2016 – 2016/0106(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

9.5.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

9.5.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Monika Hohlmeier

25.4.2016

Data tal-adozzjoni

8.12.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

11

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Richard Ashworth, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Clare Moody, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Monika Vana, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Bill Etheridge, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Nils Torvalds, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, José Blanco López, Valentinas Mazuronis, József Nagy, Claudia Schmidt

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment ta’ Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data ta’ dħul u ħruġ u data ta’ rifjut tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-UE u d-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-EES għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi

Referenzi

COM(2016)0194 – C8-0135/2016 – 2016/0106(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

6.4.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

9.5.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

9.5.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Agustín Díaz de Mera García Consuegra

20.4.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.5.2016

8.12.2016

27.2.2017

 

Data tal-adozzjoni

27.2.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

7

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Tanja Fajon, Raymond Finch, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Jussi Halla-aho, Brice Hortefeux, Eva Joly, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Ignazio Corrao, Gérard Deprez, Jeroen Lenaers, Angelika Mlinar, Salvatore Domenico Pogliese, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli, Jaromír Štětina

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Iturgaiz, Josu Juaristi Abaunz, Seán Kelly, Verónica Lope Fontagné, Antonio López-Istúriz White, Ivana Maletić, Christel Schaldemose, Martina Werner

Data tat-tressiq

8.3.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

38

+

ALDE

Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Angelika Mlinar, Cecilia Wikström

ECR

Jussi Halla-aho, Branislav Škripek

EFDD

Ignazio Corrao, Kristina Winberg

PPE

Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Kinga Gál, Brice Hortefeux, Carlos Iturgaiz, Seán Kelly, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Antonio López-Istúriz White, Ivana Maletić, Roberta Metsola, József Nagy, Salvatore Domenico Pogliese, Csaba Sógor, Jaromír Štětina

S&D

Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Ana Gomes, Dietmar Köster, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Soraya Post, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Christel Schaldemose, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer, Martina Werner

7

-

EFDD

Raymond Finch

GUE/NGL

Josu Juaristi Abaunz, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

Verts/ALE

Eva Joly, Judith Sargentini, Bodil Valero

1

0

ECR

Daniel Dalton

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet