Proċedura : 2016/0186(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0061/2017

Testi mressqa :

A8-0061/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/06/2017 - 5.8
CRE 13/06/2017 - 5.8

Testi adottati :

P8_TA(2017)0252

RAPPORT     ***I
PDF 669kWORD 85k
9.3.2017
PE 594.103v02-00 A8-0061/2017

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033

(COM(2016)0400 – C8-0223/2016 – 2016/0186(COD))

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Rapporteur: Santiago Fisas Ayxelà

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033

(COM(2016)0400 – C8-0223/2016 – 2016/0186(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0400),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 167(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0223/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-17 ta’ Novembru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0061/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda     1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Id-Deċiżjoni Nru 445/2014.UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5 għandha l-għan li tipproteġi u tippromwovi d-diversità tal-kulturi li jeżistu fl-Ewropa u li tenfasizza l-karatteristiki komuni ta' bejniethom filwaqt li tħeġġeġ is-sens taċ-ċittadini li jħossu li jiffurmaw parti minn żona kulturali komuni. Dik id-Deċiżjoni għandha wkoll l-għan li trawwem il-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp fit-tul tal-bliet skont l-istrateġiji u l-prijoritajiet rispettivi tagħhom.

(1)  Id-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5 għandha l-għan li tissalvagwardja u tippromwovi l-għana u d-diversità tal-kulturi li jeżistu fl-Ewropa u li tissottolinja l-karatteristiċi komuni ta' bejniethom, filwaqt li tħeġġeġ is-sens taċ-ċittadini li jħossu li jiffurmaw parti minn żona kulturali komuni. Dik id-Deċiżjoni għandha wkoll l-għan kemm li tħeġġeġ il-fehim reċiproku u d-djalogu interkulturali kif ukoll li tagħti prominenza lill-wirt kulturali komuni kif previst fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Dik id-Deċiżjoni għandha wkoll l-għan li trawwem il-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp intelliġenti, sostenibbli u inklużiv tal-bliet u ż-żoni madwarhom skont l-istrateġiji u l-prijoritajiet fit-tul rispettivi tagħhom.

_________________

_________________

5 Id-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE (ĠU L 132, 3.5. 2014, p. 1).

5 Id-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE (ĠU L 132, 3.5. 2014, p. 1).

Emenda     2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  L-azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropea tal-Kultura tenfasizza l-għana u d-diversità tal-kulturi Ewropej u l-karatteristiċi li dawk il-kulturi jikkondividu filwaqt li tippromwovi fehim reċiproku mtejjeb u sens aħjar ta' appartenenza fost iċ-ċittadini Ewropej. L-azzjoni għandha impatt pożittiv f'termini kulturali, filwaqt li tagħti spinta lit-turiżmu u tkattar l-iżvilupp tal-bliet madwar l-Ewropa.

Emenda     3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Il-promozzjoni tal-kultura hija prijorità għall-Unjoni, minħabba li hija essenzjali għall-iżvilupp tal-bniedem, integrazzjoni politika iktar b'saħħitha u żieda fid-dħul totali.

Emenda     4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)  Il-Kapitali Ewropej tal-Kultura jikkontribwixxu b’mod deċiżiv biex jippromwovu l-valuri tal-UE.

Emenda     5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1d)  Għandu jiġi rikonoxxut in-Netwerk ta’ Kapitali Ewropej tal-Kultura, li jinkludi l-bliet li kellhom it-titlu mill-inqas darba, sabiex tittejjeb l-esperjenza miksuba mill-iskema tal-kapitali kulturali.

Emenda     6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE jistipula li jkollhom aċċess għall-azzjoni tal-Unjoni "Kapitali Ewropea tal-Kultura" biss il-bliet tal-Istati Membri, ta' pajjiżi kandidati u ta' pajjiżi kandidati potenzjali, jew bliet ta' pajjiżi li jidħlu fl-Unjoni fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Artikolu 3(5) ta' dik id-Deċiżjoni.

(2)  L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE jistipula li jkollhom aċċess għall-azzjoni tal-Unjoni "Kapitali Ewropea tal-Kultura" biss il-bliet tal-Istati Membri, ta' pajjiżi kandidati u ta' pajjiżi kandidati potenzjali, jew bliet ta' pajjiżi li jidħlu fl-Unjoni fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Artikolu 3(5) ta' dik id-Deċiżjoni. Novi Sad (is-Serbja), Timișoara (ir-Rumanija) u Elefsina (il-Greċja) se jkunu l-Kapitali Ewropej tal-Kultura fl-2021.

Emenda     7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  L-azzjoni tal-Unjoni għandha tkun miftuħa wkoll, bl-istess kundizzjonijiet, għall-bliet ta' pajjiżi membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("pajjiżi tal-EFTA/EEA") biex jissaħħu r-rabtiet kulturali bejn dawk il-pajjiżi u l-Unjoni Ewropea, bi qbil mal-Artikolu 81 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

(3)  L-azzjoni tal-Unjoni għandha tkun miftuħa wkoll, bl-istess kundizzjonijiet, għall-bliet ta' pajjiżi membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("pajjiżi tal-EFTA/ŻEE") biex jissaħħu r-rabtiet kulturali bejn dawk il-pajjiżi u l-Unjoni Ewropea, bi qbil mal-Artikolu 167(3) TFUE u l-Artikolu 81 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

Emenda     8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Madankollu, matul il-perjodu kopert b'din id-Deċiżjoni, jiġifieri mill-2020 sal-2033, għal raġunijiet ta' ekwità mal-bliet fl-Istati Membri, il-bliet fil-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE għandhom jitħallew jikkompetu għat-titlu f'kompetizzjoni waħda biss. Bl-istess mod, kull pajjiż tal-EFTA/ŻEE għandu jingħata t-titlu darba biss tul dak il-perjodu.

(4)  Madankollu, matul il-perjodu kopert bid-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE, jiġifieri mill-2020 sal-2033, għal raġunijiet ta' ekwità mal-bliet li jipparteċipaw fl-azzjoni, il-bliet fil-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE għandhom jitħallew jikkompetu għat-titlu f'kompetizzjoni waħda biss. Bl-istess mod, kull pajjiż tal-EFTA/ŻEE għandu jingħata t-titlu darba biss tul dak il-perjodu bħalma hu l-każ diġà għall-pajjiżi kandidati jew il-kandidati potenzjali bi qbil mad-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE.

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura għandha tiġi ospitata minn pajjiż kandidat, pajjiż kandidat potenzjali jew pajjiż tal-EFTA/ŻEE fl-2028 minflok fl-2027, biex dawn il-pajjiżi jkunu jistgħu jinnegozjaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm tal-Unjoni li jappoġġa l-kultura li jkun se jsir wara l-Ewropa Kreattiva tal-perjodu 2021 sa 2027, qabel ma tiġi ppubblikata s-sejħa rilevanti għall-applikazzjonijiet mhux aktar tard minn sitt snin qabel is-sena tat-titlu.

(5)  Peress li s-sejħiet għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati mhux aktar tard minn sitt snin qabel is-sena tat-titlu, il-Kapitali Ewropea tal-Kultura għandha tiġi ospitata minn pajjiż kandidat, pajjiż kandidat potenzjali jew pajjiż tal-EFTA/ŻEE fl-2028 minflok fl-2027, biex dawn il-pajjiżi jkunu jistgħu jinnegozjaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm tal-Unjoni li jappoġġa l-kultura li jkun se jsir wara l-Programm Ewropa Kreattiva tal-perjodu 2021 sa 2027.

Emenda     10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Deċiżjoni Nru 445/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-titlu għandu jingħata kull sena lil mhux iktar minn belt waħda f'kull wieħed miż-żewġ Stati Membri li jidhru fil-kalendarju li jinsab fl-Anness (“il-kalendarju”) u, fis-snin rilevanti, lil belt waħda f'pajjiż kandidat jew f'pajjiż kandidat potenzjali, jew lil belt waħda f'pajjiż li jaderixxi mal-Unjoni fiċ-ċirkostanzi li jinsabu fil-paragrafu 5.;

It-titlu għandu jingħata kull sena lil mhux iktar minn belt waħda f'kull wieħed miż-żewġ Stati Membri li jidhru fil-kalendarju li jinsab fl-Anness (“il-kalendarju”) u, fis-snin rilevanti, lil belt waħda minn pajjiż EFTA/ŻEE, f'pajjiż kandidat potenzjali jew lil belt waħda f'pajjiż li jaderixxi mal-Unjoni fiċ-ċirkostanzi li jinsabu fil-paragrafu 5.;

Emenda    11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Deċiżjoni 445/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-bliet fil-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali li jipparteċipaw fil-Programm Ewropa Kreattiva jew fil-programmi sussegwenti tal-Unjoni li jappoġġaw il-kultura fid-data tal-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(2) jistgħu japplikaw għat-titlu għal sena waħda fil-qafas ta' kompetizzjoni miftuħa organizzata kull tielet sena skont il-kalendarju.

Il-bliet fil-pajjiżi EFTA/ŻEE u f’pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali li jipparteċipaw fil-Programm Ewropa Kreattiva jew fil-programmi sussegwenti tal-Unjoni li jappoġġaw il-kultura fid-data tal-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(2) jistgħu japplikaw għat-titlu għal sena waħda fil-qafas ta' kompetizzjoni miftuħa organizzata skont il-kalendarju.

Emenda     12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Deċiżjoni Nru 445/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-bliet fil-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw biss f'kompetizzjoni waħda matul il-perjodu mill-2020 sal-2033.

Il-bliet fil-pajjiżi EFTA/ŻEE, fil-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw biss f'kompetizzjoni waħda matul il-perjodu mill-2020 sal-2033. B’konsegwenza ta’ dan, kull pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali għandu jkun jista' jospita t-titlu darba biss matul il-perjodu mill-2020 sal-2033.

Emenda     13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Deċiżjoni Nru 445/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali għandu jkun jista' jospita t-titlu darba biss matul il-perjodu mill-2020 sal-2033.;

imħassar

Emenda    14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Deċiżjoni 445/2014/UE

Artikolu 10 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għażla minn qabel u l-għażla f'pajjiżi tal-EFTA/ŻEE, f'pajjiżi kandidati jew f'pajjiżi kandidati potenzjali;

L-għażla minn qabel u l-għażla f'pajjiżi tal-EFTA/ŻEE, f'pajjiżi kandidati u f'pajjiżi kandidati potenzjali;

Emenda     15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a

Deċiżjoni Nru 445/2014/UE

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru jew il-pajjiż tal-EFTA/ŻEE, jew il-pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali kkonċernat jista' jinnomina osservatur biex jattendi dawk il-laqgħat.

L-Istat Membru, il-pajjiż tal-EFTA/ŻEE, il-pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali kkonċernat jista' jinnomina osservatur biex jattendi dawk il-laqgħat.

Emenda    16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4– punt b

Deċiżjoni 445/2014/UE

Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-bord għandu jibgħat ir-rapporti ta' monitoraġġ lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-bliet nominati u lill-Istat Membru jew lill-pajjiż tal-EFTA/ŻEE jew lill-pajjiż kandidat jew lill-pajjiż kandidat potenzjali kkonċernat.

Il-bord għandu jibgħat ir-rapporti ta' monitoraġġ lill-Kummissjoni, lill-bliet nominati u lill-Istati Membri tagħhom, kif ukoll lill-pajjiż tal-EFTA/ŻEE, lill-pajjiżi kandidati jew lill-pajjiżi kandidati potenzjali kkonċernati.

Emenda     17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 445/2014/UE

Artikolu 16a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

''Artikolu 16a

 

In-Netwerk ta’ Kapitali Ewropej tal-Kultura

 

Għandu jiġi rikonoxxut in-Netwerk ta’ Kapitali Ewropej tal-Kultura, iffurmat minn bliet li kellhom it-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura f’mill-inqas okkażjoni waħda. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjonijiet xierqa mal-partijiet interessati kollha rilevanti, tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16b rigward ir-regolamentazzjoni NECC."

Emenda     18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

Deċiżjoni Nru 445/2014/UE

Artikolu 16b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

'Artikolu 16b

 

L-eżerċizzju tad-delega

 

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 16a għal perjodu mhux limitat taż-żmien li jibda mid-[data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva].

 

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 16a tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li huwa diġà fis-seħħ.

 

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti magħżula minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6.  Att delegat li ġie adottat skont l-Artikolu 16a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f'perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment ta' azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033

Referenzi

COM(2016)0400 – C8-0223/2016 – 2016/0186(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

17.6.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

22.6.2016

 

 

 

Committees asked for opinions

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

22.6.2016

 

 

 

Not delivering opinions

       Data tad-deċiżjoni

AFET

12.7.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Santiago Fisas Ayxelà

8.9.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

28.2.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Andrew Lewer, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Stefano Maullu, Luigi Morgano, Momchil Nekov, John Procter, Michaela Šojdrová, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Algirdas Saudargas, Remo Sernagiotto

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Cătălin Sorin Ivan, Clare Moody

Data tat-tressiq

9.3.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

29

+

ALDE

Mircea Diaconu, María Teresa Giménez Barbat, Morten Løkkegaard

ECR

Andrew Lewer, Emma McClarkin, John Procter, Remo Sernagiotto

EFDD/NGL

Isabella Adinolfi

GUE/NGL

Nikolaos Chountis, Curzio Maltese

PPE

Andrea Bocskor, Svetoslav Hristov Malinov, Stefano Maullu, Algirdas Saudargas, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Michaela Šojdrová

S&D

Silvia Costa, Giorgos Grammatikakis, Cătălin Sorin Ivan, Petra Kammerevert, Clare Moody, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Krystyna Łybacka

Verts/ALE

Jill Evans, Helga Trüpel

1

-

ENF

Dominique Bilde

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali - Politika tal-privatezza