Proċedura : 2016/0021(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0067/2017

Testi mressqa :

A8-0067/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.3

Testi adottati :

P8_TA(2017)0134

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 597kWORD 55k
22.3.2017
PE 601.084v02-00 A8-0067/2017

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju

(05925/2017 – C8-0102/2017 – 2016/0021(NLE))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Stefan Eck

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju

(05925/2017 – C8-0102/2017 – 2016/0021(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05925/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0102/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0067/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lin-Nazzjonijiet Uniti.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju hija trattat globali taħt il-patroċinju tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP). Hija l-qafas legali internazzjonali ewlieni għal kooperazzjoni u miżuri biex jikkontrollaw u jillimitaw l-użu tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-merkurju u l-komposti tal-merkurju fl-arja, fl-ilma u fl-art. L-għan tagħha huwa li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-effetti avversi kollha tal-merkurju. Ġiet miftiehma fid-19 ta' Jannar 2013 u ġiet adottata fl-10 ta' Ottubru 2013 f'Kumamoto, il-Ġappun. Il-Konvenzjoni hija msemmija għall-belt kostali Ġappuniża ta' Minamata, li kienet is-sit ta' diżastru ambjentali rikonoxxut l-ewwel darba fl-1968, ikkawżat minn deċennji ta' tniġġis tal-ilma bil-merkurju mill-industrija.

L-evidenza xjentifika tipprova t-tossiċità akuta tal-merkurju, element li la jista' jinqered u lanqas jisparixxi. Bl-impatti fuq is-saħħa debilitanti ferm tiegħu, il-merkurju huwa fost l-agħar sustanzi niġġiesa fid-dinja. Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, m'hemmx limiti siguri għall-merkurju. F'sistemi akkwatiċi, il-merkurju jista' jifforma l-kompost newrotossiku metilmerkurju, li huwa bijoamplifikat fil-katina tal-ikel. L-esponiment għall-merkurju huwa problema għas-saħħa mifruxa u jista' jkollu effetti tossiċi fuq is-sistemi nervużi, diġestivi u immunitarji, u fuq il-pulmuni, il-kliewi, il-ġilda u l-għajnejn. Anke ammonti żgħar ta' merkurju jistgħu jinterferixxu mas-sistema nervuża.

Il-merkurju huwa metall li jinsab kullimkien f'livell dinji u għandu diversi użi f'oġġetti ta' kuljum. Huwa rilaxxat fl-atmosfera, fil-ħamrija u fl-ilma minn varjetà ta' sorsi. Il-kontroll tar-rilaxxi antropoġeniċi tal-merkurju fiċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu kien fattur essenzjali fit-tiswir tal-obbligi taħt il-Konvenzjoni. Il-Konvenzjoni ta' Minamata tindirizza ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-merkurju. Tipprevedi, fost l-oħrajn, projbizzjoni fuq minjieri ġodda u t-tneħħija gradwali tal-minjieri eżistenti tal-merkurju, it-tneħħija gradwali u t-tnaqqis tal-użu tal-merkurju f'għadd ta' prodotti u proċessi, miżuri ta' kontroll fuq l-emissjonijiet u r-rilaxxi, u r-regolamentazzjoni tat-tħaffir għad-deheb artiġjanali u fuq skala żgħira. Il-Konvenzjoni tindirizza wkoll il-ħażna tal-merkurju, ir-rimi tiegħu bħala skart, u s-siti kontaminati bil-merkurju. Skont il-Konvenzjoni ta' Minamata, il-gvernijiet se jiġu mħeġġa jieħdu miżuri biex jimmaniġġjaw l-impatti fuq is-saħħa tal-esponiment għall-merkurju.

Ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 dwar il-projbizzjoni tal-merkurju metalliku u ta' ċerti komposti u taħlitiet tal-merkurju u l-ħżin sikur tal-merkurju metalliku diġà witta t-triq għall-Konvenzjoni. Dan ir-Regolament huwa mħassar bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Merkurju, li ġie miftiehem bejn il-Kunsill u l-Parlament fl-14 ta' Diċembru 2016, ġie approvat mill-COREPER fis-16 ta' Diċembru 2016 u ġie adottat mill-Parlament fl-14 ta' Marzu 2017. Ir-Regolament dwar il-Merkurju fih id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Konvenzjoni ta' Minamata li sal-lum għadhom ma ġewx trasposti fid-dritt tal-UE u jindirizza diversi kwistjonijiet addizzjonali li mhumiex kompletament irregolati mill-Konvenzjoni.

Skont l-Artikolu 30 tagħha, il-Konvenzjoni ta' Minamata hija soġġetta għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni mill-Istati u mill-organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali. Id-depożitu tal-istrumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Minamata mill-UE u l-Istati Membri tagħha għandu jseħħ kollettivament u b'mod koordinat biex ikun żgurat li l-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ għall-UE u għall-Istati Membri tagħha fl-istess żmien. Sabiex jittieħdu l-miżuri tekniċi meħtieġa deskritti hawn fuq, l-UE għandha tirratifika l-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju mill-aktar fis possibbli. Fid-dawl tan-negozjati konklużi u l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-Merkurju, wasal iż-żmien li tiġi ffinalizzata r-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Minamata.

Għal dan l-għan, il-Kunsill adotta abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju, li tapprova l-Konvenzjoni f'isem l-UE. It-test tal-Konvenzjoni huwa mehmuż mad-Deċiżjoni. Ir-ratifika tal-Konvenzjoni tkun pass importanti lejn livell ogħla ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent mill-merkurju. Tippermetti wkoll lill-UE tieħu rwol attiv fit-tiswir ta' politika globali mingħajr merkurju. Għalhekk ir-Rapporteur jilqa' l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill u jipproponi li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju

Referenzi

05925/2017 – C8-0102/2017 – COM(2016)00422016/0021(NLE)

Data ta' konsultazzjoni/talba għal approvazzjoni

7.3.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

16.3.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

16.3.2017

ITRE

16.3.2017

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

INTA

13.7.2016

ITRE

23.2.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Stefan Eck

10.3.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.3.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Peter Liese, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Pavel Poc, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Estefanía Torres Martínez, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Stefano Maullu, Gesine Meissner

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Keller, Arne Lietz, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Data tat-tressiq

22.3.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

54

+

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Gesine Meissner, Frédérique Ries, Nils Torvalds

ECR

Ian Duncan, Julie Girling, Urszula Krupa

EFDD

Piernicola Pedicini

GUE/NGL

Stefan Eck, Josu Juaristi Abaunz, Kateřina Konečná, Estefanía Torres Martínez

NI

Zoltán Balczó

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, György Hölvényi, Giovanni La Via, Peter Liese, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Stefano Maullu, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean

S&D

Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nicola Caputo, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jan Keller, Arne Lietz, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Pavel Poc, Damiano Zoffoli

Verts/ALE

Marco Affronte, Margrete Auken, Bas Eickhout, Benedek Jávor, Michèle Rivasi, Davor Škrlec

2

-

ENF

Mireille D'Ornano, Sylvie Goddyn

1

0

EFDD

Julia Reid

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali - Politika tal-privatezza