RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi għall-provvista ta' assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali

23.3.2017 - (COM(2016)0778 – C8-0489/2016 – 2016/0384(COD)) - ***I

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Iskra Mihaylova
(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(2) tar-Regoli ta' Proċedura)


Proċedura : 2016/0384(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0070/2017
Testi mressqa :
A8-0070/2017
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi għall-provvista ta' assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali

(COM(2016)0778 – C8-0489/2016 – 2016/0384(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0778),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0489/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2017[1],

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 u l-Artikolu 50(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0070/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 120 – paragrafu 8 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-ammont allokat għall-operazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandux jaqbeż 5 % tal-allokazzjoni totali tal-FEŻR fi Stat Membru għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

  • [1]  Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

L-aħħar serje ta' terremoti fl-Italja kellhom effett devastanti fir-reġjuni affettwati. Xogħlijiet kbar ta' rikostruzzjoni huma meħtieġa sabiex jgħinu lin-nies tal-post jgħixu f'kundizzjonijiet deċenti u jippreżervaw il-wirt kulturali. Minbarra l-appoġġ inizjali offrut mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE), ammonti addizzjonali mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jistgħu jingħataw lill-Istati Membri biex jappoġġjaw ir-rikostruzzjoni ta' reġjuni milquta minn diżastri naturali maġġuri.

Sabiex jipprovdi tali għajnuna addizzjonali lill-Istati Membri milquta minn diżastri naturali, il-qafas ġuridiku ġenerali stabbilit għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE) għandu jiġi aġġustat. B'mod aktar konkret, il-Kummissjoni tipproponi li jiġi emendat l-Artikolu 120 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR)[1], li jintroduċi assi ta' prijorità separat għal proġetti ta' rikostruzzjoni appoġġjati mill-FEŻR fi programm operattiv. Meta wieħed iqis il-kobor potenzjali li jista' jkollhom id-diżastri naturali, hija proposta rata ta' kofinanzjament sa 100 % għall-proġetti tal-FEŻR. L-operazzjonijiet magħżula mill-awtoritajiet ta' ġestjoni se jkunu ffinanzjati fi ħdan dan l-assi prijoritarju biss jekk ikunu suġġetti għal rikostruzzjoni wara diżastri naturali kbar kif definiti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li l-miżuri ġodda għandhom jiġu applikati b'mod retroattiv, b'kunsiderazzjoni tad-data meta jkun seħħ id-diżastru bħala d-data ta' bidu tal-eliġibilità tal-infiq.

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha tikkomplementa fil-prattika l-appoġġ diġà offrut mill-FSUE, kif definit fir-Regolament tiegħu.[2] Din il-proposta hija kkunsidrata bħala newtrali minn perspettiva baġitarja, filwaqt li tibqa' fil-limiti tal-allokazzjoni totali għall-perjodu 2014-2020. Iż-żieda fir-rata ta' kofinanzjament sa 100% se twassal għal forniment minn qabel parzjali ta' pagamenti, segwit minn pagamenti iktar baxxi fi stadju iktar tard hekk kif il-pakkett ġenerali jibqa' l-istess.

Pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni bħala soluzzjoni ffukata u newtrali fuq il-baġit. Hija tqis li l-politika ta' koeżjoni trid tadatta għall-isfidi l-ġodda u tipprovdi reazzjoni mgħaġġla għall-Istati Membri kollha li r-reġjuni tagħhom huma milquta minn diżastri naturali maġġuri.

Proċedura sempliċi, effiċjenti u effikaċi għandha tiġi stabbilita għal dawn il-każijiet speċifiċi sabiex jużaw l-appoġġ tal-FEŻR b'mod trasparenti u responsabbli.

Wara diversi diskussjonijiet mal-Membri tal-Kumitat REGI, ir-rapporteur tirrakkomanda li l-Kumitat u l-Parlament fl-istadju tas-sessjoni plenarja jaċċettaw il-proposta tal-Kummissjoni b'sett ta' emendi, inklużi hawnhekk. Dawn l-emendi jgawdu minn appoġġ wiesa' fi ħdan il-Kumitat u għalhekk l-approvazzjoni tal-Parlament fil-plenarja hija meħtieġa sabiex jibdew in-negozjati mal-Kunsill.

  • [1]  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006,
    ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
  • [2]  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Miżuri speċifiċi għall-provvista ta’ assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali

Referenzi

COM(2016)0778 – C8-0489/2016 – 2016/0384(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.11.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

15.12.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

15.12.2016

ENVI

15.12.2016

AGRI

15.12.2016

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

12.1.2017

ENVI

31.1.2017

AGRI

12.12.2016

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Iskra Mihaylova

16.2.2017

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

16.2.2017

Data tal-adozzjoni

17.3.2017

 

 

 

Data tat-tressiq

23.3.2017