RAKKOMANDAZZJONI dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat ta' Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2014-2021, il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda

24.3.2017 - (06679/2016 – C8-0175/2016 – 2016/0052(NLE)) - ***

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: David Borrelli

Proċedura : 2016/0052(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0072/2017
Testi mressqa :
A8-0072/2017
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat ta' Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2014-2021, il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda

(06679/2016 – C8 0175/2016 – 2016/0052(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06679/2016),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat ta' Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021 (06956/16),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2014-2021 (06957/16),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (06960/16),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda (06959/16),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0175/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0072/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehimiet u l-protokolli;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Iżlanda, tal-Prinċipat ta' Liechtenstein u tar-Renju tan-Norveġja.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ŻEE") jippermetti lin-Norveġja, lill-Iżlanda u lil-Liechtenstein ("l-Istati tal-EFTA taż-ŻEE") biex jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq uniku.

Iż-ŻEE tmur lil hinn mill-ftehimiet tradizzjonali dwar il-kummerċ ħieles billi testendi d-drittijiet u l-obbligi sħaħ tas-suq uniku tal-UE għall-pajjiżi tal-EFTA. Iż-ŻEE tinkorpora l-erba' libertajiet tas-suq uniku (moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital) u l-politiki relatati (il-kompetizzjoni, it-trasport, l-enerġija u l-kooperazzjoni ekonomika u monetarja). Il-ftehim jinkludi politiki orizzontali relatati strettament mal-erba' libertajiet: il-politiki soċjali (fosthom is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament indaqs tal-irġiel u tan-nisa); il-politiki dwar il-ħarsien tal-konsumaturi, l-ambjent, l-istatistika u l-liġi tal-kumpaniji; u għadd ta' politiki ta' akkumpanjament, bħall-politiki relatati mar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, li mhumiex ibbażati fuq l-acquis tal-UE jew atti ġuridikament vinkolanti, imma huma implimentati permezz ta' attivitajiet ta' kooperazzjoni.

Flimkien ma' dan, mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ŻEE fl-1994 u abbażi tal-Artikolu 115 tiegħu, dawn it-tliet pajjiżi taw kontribut ukoll biex jitnaqqsu d-diskrepanzi ekonomiċi u soċjali fiż-ŻEE. Barra minn hekk, in-Norveġja kkontribwiet permezz ta' mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż separat. Il-mekkaniżmi finanzjarji l-aktar reċenti skadew fit-30 ta' April 2014.

Minħabba l-ħtieġa kontinwa biex jitnaqqsu d-diskrepanzi ekonomiċi u soċjali fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea, saru negozjati mal-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja fir-rigward ta' ftehim dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji futuri li għandhom isiru mill-Istati tal-EFTA taż-ŻEE lejn it-titjib tal-koeżjoni ekonomika u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea. B'mod parallel, iżda indipendentement min-negozjati dwar il-mekkaniżmu finanzjarju, tnieda rieżami tal-protokolli tal-kummerċ tal-ħut bejn l-UE u n-Norveġja, u l-UE u l-Iżlanda abbażi tal-klawżola ta' reviżjoni tal-protokolli addizzjonali għall-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles man-Norveġja u l-Iżlanda.

In-negozjati wasslu għall-bidu, fis-17 ta' Lulju 2015, ta':

•  il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat ta' Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021;

•  il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2014-2021;

•  il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja; u

•  il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda.

Il-Ftehim dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u n-Norveġja flimkien se jipprovdu kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istati tal-EFTA taż-ŻEE għall-koeżjoni ekonomika u soċjali fiż-ŻEE ta' EUR 2,8 biljun għall-perjodu 2014-2021. Huma se jallokaw ukoll ċertu ammont ta' riżorsi finanzjarji biex jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ. Dan l-eżitu jfisser żieda ġenerali fil-kontribuzzjoni finanzjarja ta' 11,3 % meta mqabbla mal-perjodu 2009-2014.

Ir-rieżami tal-protokolli tal-kummerċ tal-ħut bejn l-UE u n-Norveġja u l-UE u l-Iżlanda wassal għal konċessjonijiet ġodda li ngħataw liż-żewġ pajjiżi għall-perjodu 2014-2021. Dawn il-konċessjonijiet essenzjalment jikkostitwixxu tiġdid tal-konċessjonijiet li kienu fis-seħħ għall-perjodu 2009-2014 b'żieda modesta fil-konċessjonijiet ta' xi linji tariffarji u/jew tiġdid ta' konċessjonijiet preċedenti għal linji tariffarji oħra. In-Norveġja se ġġedded l-arranġament għat-tranżitu tal-ħut għal perjodu ta' seba' snin, li jibda mid-data meta l-konċessjonijiet il-ġodda jkunu applikabbli b'mod proviżorju.

Skont l-Artikolu 218(6) tat-TFUE, l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew hija meħtieġa sabiex il-Kunsill jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehimiet u l-protokolli addizzjonali inkwistjoni.

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li għad hemm il-ħtieġa li jitnaqqsu d-diskrepanzi ekonomiċi u soċjali fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmu ġdid għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati tal-EFTA taż-ŻEE u mekkaniżmu finanzjarju Norveġiż ġdid.

Il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2010 u l-Għotjiet tan-Norveġja, li flimkien jammontaw għal EUR 2,8 biljun, se jikkontribwixxu b'mod sinifikanti sabiex jintlaħqu l-objettivi ġenerali tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

Fid-dawl ta' dak imsemmi hawn fuq, ir-rapporteur jirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehimiet u tal-protokolli addizzjonali.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021, il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2014-2021, il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda

Referenzi

06679/2016 – C8-0175/2016 – COM(2016)00862016/0052(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

11.5.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

25.5.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

25.5.2016

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

REGI

17.3.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

David Borrelli

15.3.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

30.6.2016

28.2.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

21.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Marielle de Sarnez, Karoline Graswander-Hainz, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Matteo Salvini, Marietje Schaake, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Agnes Jongerius, Stelios Kouloglou, Ramona Nicole Mănescu, Ramon Tremosa i Balcells, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Philippe Loiseau, Jordi Solé

Data tat-tressiq

24.3.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

32

+

ALDE

Schaake Marietje, Takkula Hannu, Tremosa i Balcells Ramon, de Sarnez Marielle

ECR

Campbell Bannerman David, Starbatty Joachim, Zahradil Jan

EFDD

(The Earl of) Dartmouth William, Beghin Tiziana, Borrelli David

ENF

Loiseau Philippe

PPE

Andrikienė Laima Liucija, Caspary Daniel, Cicu Salvatore, Mănescu Ramona Nicole, Proust Franck, Quisthoudt-Rowohl Godelieve, Reding Viviane, Saïfi Tokia, Szejnfeld Adam, Winkler Iuliu

S&D

Arena Maria, Graswander-Hainz Karoline, Jongerius Agnes, Lange Bernd, Martin David, Maurel Emmanuel, Moisă Sorin, Rodríguez-Piñero Fernández Inmaculada, Schuster Joachim

VERTS/ALE

Buchner Klaus, Solé Jordi

2

GUE/NGL

Kouloglou Stelios, Mineur Anne-Marie

4

0

ENF

Obermayr Franz, Salvini Matteo

PPE

Pabriks Artis, Wałęsa Jarosław

KORREZZJONIJIET U INTENZJONIJIET TAL-VOTAZZJONI

Loiseau Philippe

Importanti:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni