RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi
28.3.2017 - (COM(2016)0283 – C8-0194/2016 – 2016/0148(COD)) - ***I
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Olga Sehnalová
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi
(COM(2016)0283 – C8-0194/2016 – 2016/0148(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0283),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0194/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Parlament Bulgaru, il-Kamra tad-Deputati Ċeka, il-Kunsill Federali Awstrijak u l-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2016[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0077/2017),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa -1 (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(-1) Il-politika tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur hija rregolata mill-punt (f) tal-Artikolu 4(2), l-Artikolu 12, l-Artikolu 114(3) u l-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa -1a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(-1a) L-Artikolu 169 TFUE jipprovdi li l-politika tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur hija intiża biex tippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u sabiex tassigura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur. Biet tagħmel dan, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sikurezza u l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll għall-promozzjoni tad-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-organizzazzjoni tagħhom infushom għas-salvagwardja tal-interessi tagħhom. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa -1b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(-1b) L-Artikolu 197 tat-TFUE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni mill-Istati Membri hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tal-Unjoni u jiffissa l-limiti li fihom l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jaġixxu f'dan ir-rigward. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill58 jipprovdi regoli u proċeduri armonizzati biex jiffaċilità l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet transkonfinali dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. L-Artikolu 21a jipprovdi għal reviżjoni tal-effettività u l-mekkaniżmi operattivi ta' dak ir-Regolament u skont dak l-Artikolu, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 mhuwiex suffiċjenti biex jindirizza b'mod effettiv l-isfidi tal-infurzar tas-Suq Uniku, u b'mod partikolari s-Suq Uniku Diġitali, |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill58 jipprovdi regoli u proċeduri armonizzati biex jiffaċilità l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet transkonfinali dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. L-Artikolu 21a tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 jipprovdi għal reviżjoni tal-effettività u l-mekkaniżmi operattivi ta' dak ir-Regolament u skont dak l-Artikolu, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 mhuwiex suffiċjenti biex jindirizza b'mod effettiv l-isfidi tal-infurzar tas-Suq Uniku, inkluż is-Suq Uniku Diġitali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
__________________ | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
58 Regolament (KE) 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ĠU L 364, 9.12.2004 p. 1). |
58 Regolament (KE) 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ĠU L 364, 9.12.2004 p. 1). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(2) L-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali adottata mill-Kummissjoni fis-6 ta' Mejju 2015 identifikat bħala waħda mill-prijoritajiet tagħha l-bżonn li ttejjeb il-fiduċja tal-konsumatur b'infurzar aktar rapidu, aġli u konsistenti tar-regoli tal-konsumatur. L-Istrateġija għal Suq Uniku adottata mill-Kummissjoni fit-28 ta' Ottubru 2015 tenniet li l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għandu jissaħħaħ aktar permezz tar-Regolament dwar il-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumatur, |
(2) L-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali adottata mill-Kummissjoni fis-6 ta' Mejju 2015 identifikat bħala waħda mill-prijoritajiet tagħha l-bżonn li ttejjeb il-fiduċja tal-konsumatur b'infurzar aktar rapidu u konsistenti tal-liġijiet dwar il-konsumatur. L-Istrateġija għal Suq Uniku adottata mill-Kummissjoni fit-28 ta' Ottubru 2015 tenniet li l-infurzar tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi għandu jissaħħaħ aktar bir-riforma tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(3) L-infurzar ineffettiv riżultanti tal-każijiet ta' ksur transkonfinali, partikolarment fl-ambjent diġitali, jippermetti lill-kummerċjanti biex jaħarbu mill-infurzar billi jmorru x'imkien ieħor fl-Unjoni stess, li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni għal kummerċjanti li josservaw il-liġi u li joperaw domestikament jew b'mod transkonfinali, u b'hekk jagħmel ħsara diretta lill-konsumaturi u jnaqqas il-kunfidenza tal-konsumaturi fit-transazzjonijiet transkonfinali u fis-Suq Uniku. Għalhekk huwa meħtieġa livell ogħla ta' armonizzazzjoni li jistabbilixxi kooperazzjoni effettiva u effiċjenti fl-infurzar bejn l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti sabiex jaqbdu, jinvestigaw u jordnaw it-tmiem ta' każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta' ksur mifruxa, |
(3) L-infurzar ineffettiv tal-liġijiet li jipprevjenu l-każijiet ta' ksur transkonfinali, inkluż fl-ambjent diġitali, jippermetti lill-kummerċjanti biex imorru x'imkien ieħor fl-Unjoni stess, li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni għall-kummerċjanti li josservaw il-liġi u li joperaw (kemm jekk online kif ukoll offline) domestikament jew b'mod transkonfinali, u b'hekk jagħmel ħsara diretta u b'mod sinifikanti lis-suq uniku u lill-konsumaturi u jnaqqas il-kunfidenza tal-konsumaturi fit-transazzjonijiet transkonfinali u fis-Suq Uniku. Għalhekk huwa meħtieġ livell ogħla ta' armonizzazzjoni, li jiżgura kooperazzjoni effettiva u effiċjenti bejn l-awtoritajiet tal-infurzar pubbliċi kompetenti sabiex jaqbdu, jinvestigaw, jordnaw u jinfurzaw it-tmiem ta' każijiet ta' ksur. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 4 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbilixxa netwerk ta' awtoritajiet pubbliċi kompetenti madwar l-Unjoni. Hija meħtieġa koordinazzjoni effettiva fost l-awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw fin-netwerk, kif ukoll ma' awtoritajiet pubbliċi oħrajn fil-livell tal-Istati Membri. L-irwol ta' koordinazzjoni tal-uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni għandu jkun fdat lil awtorità kompetenti f'kull Stat Membru li jkollha biżżejjed setgħat u riżorsi biex twettaq dan l-irwol importanti fin-netwerk tal-awtoritajiet kompetenti, |
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 stabbilixxa netwerk ta' awtoritajiet pubbliċi kompetenti madwar l-Unjoni. Hija meħtieġa koordinazzjoni effettiva fost l-awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw fin-netwerk, kif ukoll ma' awtoritajiet pubbliċi oħrajn fil-livell tal-Istati Membri. Ir-rwol ta' koordinazzjoni tal-uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni għandu jkun fdat f'kull Stat Membru lil awtorità pubblika li jkollha biżżejjed setgħat u riżorsi meħtieġa biex twettaq dak ir-rwol importanti, | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 5 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(5) Il-konsumaturi għandhom ikunu protetti wkoll minn każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni li jdumu għal żmien qasir, u minn każijiet ta' ksur mifruxa li jdumu biss għal żmien qasir iżda li l-effetti ta' ħsara tagħhom jistgħu jkomplu għal ħafna żmien wara li jkun waqaf il-ksur. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat meħtieġa biex jinvestigaw u jordnaw it-tmiem ta' tali ksur fil-futur, |
(5) Il-konsumaturi għandhom ikunu protetti wkoll kontra każijiet ta' ksur li jdumu biss għal żmien qasir iżda li l-effetti ta' ħsara tagħhom jistgħu jkomplu għal ħafna żmien wara li jkun waqaf il-ksur. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat meħtieġa biex jinvestigaw u jordnaw it-tmiem ta' tali ksur, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5a) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u l-effiċjenza tal-azzjonijiet tal-infurzar kontra ksur li twaqqaf f'kuntest transkonfinali, u biex jiġi evitat trattament differenzjali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-kummerċjanti fis-Suq Uniku, hija meħtieġa l-introduzzjoni ta' perjodu ta' preskrizzjoni. Dan se jinvolvi l-iffissar ta' perjodu ta' żmien mhux ambigwu li fih l-awtoritajiet kompetenti, meta jinfurzaw ir-regoli li jirregolaw il-każijiet ta' ksur transkonfinali, jistgħu jimponu sanzjonijiet, jordnaw il-kumpens għall-konsumaturi jew jordnaw ir-restituzzjoni tal-profitti miksuba b'riżultat tal-ksur. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 6 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(6) L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom sett minimu ta' setgħat ta' investigazzjoni u infurzar biex japplikaw dan ir-Regolament b'mod effettiv, biex jikkooperaw ma' xulxin, u biex jiskoraġġixxu lill-kummerċjanti milli jikkommettu ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta' ksur mifruxa. Dawn is-setgħat għandhom ikunu adegwati biex jindirizzaw l-isfidi tal-infurzar tal-kummerċ elettroniku u tal-ambjent diġitali fejn il-possibbiltajiet li kummerċjant jista' jaħbi b'mod faċli jew ibiddel l-identità tiegħu huma ta' tħassib partikolari. Dawn is-setgħat għandhom jiżguraw li l-evidenza tkun tista' tiġi skambjata b'mod validu bejn l-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb infurzar effettiv fuq livell ugwali fl-Istati Membri kollha, |
(6) L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom sett konsistenti ta' setgħat ta' investigazzjoni u infurzar, sabiex japplikaw dan ir-Regolament, jikkooperaw ma' xulxin aktar malajr u b'mod aktar effiċjenti u jiskoraġġixxu lill-kummerċjanti milli jikkommettu ksur. Dawn is-setgħat għandhom ikunu suffiċjenti biex jindirizzaw b'mod effettiv l-isfidi tal-infurzar tal-kummerċ elettroniku u tal-ambjent diġitali u biex jevitaw li kummerċjanti li mhumiex konformi jisfruttaw il-lakuni fis-sistema tal-infurzar billi jmorru f'post ieħor fi Stati Membri li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom mhumiex mgħammra biex jindirizzaw prattiki illegali. Dawn is-setgħat għandhom jiżguraw li l-informazzjoni u l-evidenza jkunu jistgħu jiġu skambjati b'mod validu bejn l-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb infurzar effettiv fuq livell ugwali fl-Istati Membri kollha. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 7 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(7) L-Istati Membri jistgħu jagħżlu jekk l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitawx dawn is-setgħat direttament taħt l-awtorità tagħhom stess jew b'rikors lill-qrati kompetenti. Jekk Stat Membru jagħżel li l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'rikors lill-qrati kompetenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk is-setgħat jistgħu jiġu eżerċitati b'mod effettiv u f'waqtu, u li l-ispiża tal-eżerċitar ta' dawn is-setgħat tkun proporzjonata u ma tfixkilx l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, |
(7) Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-libertà tal-Istati Membri li jagħżlu s-sistema ta' infurzar li jqisu xierqa. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu li jiddeterminaw l-aktar distribuzzjoni xierqa ta' setgħat fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, dment li kull setgħa tista' tintuża b'mod effettiv biex jiġi indirizzat kwalunkwe ksur. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu jekk l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw dawk is-setgħat b'mod dirett taħt l-awtorità tagħhom jew bl-assistenza ta' awtoritajiet pubbliċi oħrajn jew taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet ġudizzjarji jew permezz ta' applikazzjoni lill-qrati kompetenti. Jekk Stat Membru jagħżel li l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'rikors lill-qrati kompetenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk is-setgħat jistgħu jiġu eżerċitati b'mod effettiv u f'waqtu, u li l-ispiża tal-eżerċitar ta' dawn is-setgħat tkun proporzjonata u ma tfixkilx l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll, f'konformità ma' dan ir-Regolament, li jagħtu ċerti kompiti skont dan ir-Regolament lil korpi nominati. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 9 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(9) L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu f'pożizzjoni li jistgħu jitfħu investigazzjonijiet fuq l-inizjattiva tagħhom stess jekk isiru jafu b'każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni jew b'każijiet ta' ksur mifruxa b'mezzi oħra minbarra lmenti tal-konsumaturi. Dan huwa partikolarment meħtieġ biex jiżgura kooperazzjoni effettiva fost l-awtoritajiet kompetenti meta jkunu qegħdin jindirizzaw każijiet ta' ksur mifruxa. |
(9) L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu f'pożizzjoni li jistgħu jitfħu investigazzjonijiet fuq l-inizjattiva tagħhom stess jekk isiru jafu b'każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni jew b'każijiet ta' ksur mifruxa b'mezzi oħra minbarra lmenti tal-konsumaturi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 10 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(10) L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għall-evidenza, id-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa, biex jiddeterminaw jekk seħħx ksur fi ħdan l-Unjoni jew ksur mifrux, u b'mod partikolari biex jidentifikaw il-kummerċjant responsabbli, irrispettivament minn min jippossjedi l-evidenza, l-informazzjoni jew id-dejta, minn fejn tinstab, jew x'inhu l-format tagħha. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jitolbu direttament li partijiet terzi fil-katina ta' valur diġitali jipprovdu l-evidenza, id-dejta u l-informazzjoni kollha meħtieġa. |
(10) L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għall-evidenza, id-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa relatata mas-suġġett ta' investigazzjoni sabiex jiddeterminaw jekk seħħx ksur, u b'mod partikolari biex jidentifikaw il-kummerċjant responsabbli, irrispettivament minn min jippossjedi l-evidenza, l-informazzjoni jew id-data inkwistjoni u irrispettivament minn fejn tinstab, jew x'inhu l-format tagħha. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jitolbu direttament li partijiet terzi fil-katina ta' valur diġitali jipprovdu l-evidenza, id-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa, sakemm huma konsistentement jirrispettaw il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data personali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(10a) L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jwettqu l-ispezzjonijiet fuq il-post meħtieġa, u għandhom ikollhom is-setgħa li jidħlu fi kwalunkwe bini, art jew mezz ta' trasport li l-kummerċjant juża għal skopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, l-attivitajiet ta' artiġjanat jew il-professjoni tiegħu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 10b (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(10b) L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jitolbu kwalunkwe rappreżentant jew membru tal-persunal tal-kummerċjant ikkonċernat biex jagħti spjegazzjonijiet jew jipprovdi fatti, informazzjoni jew dokumenti relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni, u jirreġistraw it-tweġibiet mogħtija minn dak ir-rappreżentant jew membru tal-persunal. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 11 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(11) L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jivverifikaw konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u li jiksbu evidenza dwar ksur fi ħdan l-Unjoni jew każijiet ta' ksur mifruxa, speċjalment dawk li jseħħu matul jew wara x-xiri ta' oġġetti jew servizzi. Għalhekk huma għandu jkollhom is-setgħa li jagħmlu xirjiet tal-ittestjar u li jixtru prodotti jew servizzi b'identità moħbija, |
(11) L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jivverifikaw konformità mal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi u li jiksbu evidenza dwar ksur qabel, matul jew wara x-xiri ta' oġġetti jew servizzi. Għalhekk huma għandu jkollhom is-setgħa li jagħmlu xirjiet tal-ittestjar u, meta l-evidenza ma tkunx tista' tinkiseb b'mezz ieħor, li jixtru prodotti jew servizzi b'identità moħbija. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 12 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(12) B'mod partikolari fl-ambjent diġitali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jwaqqfu l-ksur malajr u b'mod effettiv, b'mod partikolari meta l-kummerċjant li jkun qed ibiegħ l-oġġetti u s-servizzi jaħbi l-identità tiegħu jew imur f'post ieħor fl-Unjoni jew ġo pajjiż terz biex jevita l-infurzar. F'każijiet fejn ikun hemm riskju ta' ħsara serja u irreparabbli lill-konsumaturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jadottaw miżuri interim biex jipprevjenu tali ħsara jew inaqqsuha, li jinkludu, fejn meħtieġ, is-sospensjoni ta' websajt, dominju jew sit, servizz jew kont diġitali simili. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom is-setgħa li jneħħu websajt, dominju jew sit, servizz jew kont diġitali simili, jew li jġiegħlu lil fornitur terz ta' servizzi jagħmel dan. |
(12) B'mod partikolari fl-ambjent diġitali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jwaqqfu l-ksur malajr u b'mod effettiv, b'mod partikolari meta l-kummerċjant li jkun qed ibiegħ l-oġġetti u s-servizzi jaħbi l-identità tiegħu jew imur f'post ieħor fl-Unjoni jew ġo pajjiż terz biex jevita l-infurzar. F'każijiet fejn ikun hemm riskju ta' ħsara serja u irreparabbli lill-konsumaturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jadottaw miżuri interim, meta ma jkunx hemm mezzi oħra disponibbli biex jipprevjenu jew itaffu tali ħsara, b'mod partikolari fejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting ikunu meħtieġa jneħħu kontenut jew jissospendu websajt, servizz jew kont, jew li reġistru ta' dominju jew reġistratur ikun meħtieġ jissospendi isem ta' dominju li huwa kkwalifikat bis-sħiħ għal perjodu speċifiku ta' żmien. Barra minn hekk, jekk il-miżuri interim ma kinux ta' suċċess u biss bħala l-aħħar għażla, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jordnaw lil fornitur ta' servizzi ta' hosting ineħħi kontenut jew li jagħlaq websajt, servizz jew kont jew parti minnu, jew li jordnaw lir-reġistri jew lir-reġistraturi jħassru isem ta' dominju li huwa kkwalifikat bis-sħiħ u jippermettu lill-awtorità kompetenti kkonċernata tirreġistrah. B'kont meħud tal-impatt potenzjali tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali, dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u wara li jkunu rċevew awtorizzazzjoni ġudizzjarja. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 13 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(13) Sabiex jiġi żgurat li l-kummerċjanti jkunu skoraġġuti b'mod suffiċjenti milli jikkommettu jew jirrepetu xi ksur, u li mhumiex se jibbenefikaw minn dawk il-każijiet ta' ksur, ir-regoli dwar il-penali li ġew adottati mill-Istati Membri skont ir-rekwiżiti tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi għandhom ikunu applikati wkoll għal każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta' ksur mifruxa. Għall-istess raġunijiet, il-konsumaturi għandhom ikunu intitolati għal rimedji għal ħsara kkawżata minn tali ksur. |
(13) Sabiex jiġi żgurat li l-kummerċjanti jkunu skoraġġuti b'mod suffiċjenti milli jikkommettu jew jirrepetu xi ksur, u li mhumiex se jibbenefikaw minn tali każijiet ta' ksur, ir-regoli dwar is-sanzjonijiet li ġew adottati mill-Istati Membri skont ir-rekwiżiti tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi għandhom ikunu osservati u applikati wkoll għal każijiet ta' ksur, b'kunsiderazzjoni tal-ħsara ġenerali li tirriżulta mill-ksur. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 14 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(14) Fir-rigward tar-rimedji għall-konsumaturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu miżuri proporzjonati, ġusti u raġonevoli li jipprevjenu jew inaqqsu r-riskju ta' rikorrenza jew ripetizzjoni tal-ksur, li jikkunsidraw b'mod partikolari l-benefiċċji antiċipati għall-konsumaturi u l-ispejjeż amministrattivi raġonevoli li aktarx se jkunu assoċjati mal-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri. Meta l-konsumaturi kkonċernati ma jkunux jistgħu jiġu identifikati jew meta ma jkunux jistgħu jiġu identifikati mingħajr spiża sproporzjonata għall-kummerċjant responsabbli, l-awtorità kompetenti tista' tordna li r-restituzzjoni ta' profitti miksuba permezz ta' ksur titħallas lit-teżor pubbliku jew lil benefiċjarju nnominat mill-awtorità kompetenti jew taħt leġiżlazzjoni nazzjonali, |
(14) Fir-rigward tar-rimedji għall-konsumaturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu miżuri effettivi li jipprevjenu jew inaqqsu r-riskju ta' rikorrenza jew ripetizzjoni tal-ksur. Il-konsumaturi għandhom ikunu intitolati għal rimedji għall-ħsara kkawżata minn ksur. Is-setgħa li jiġi ordnat il-kumpens għall-konsumaturi jew ir-restituzzjoni ta' profitti hija essenzjali sabiex titneħħa l-ħsara kkawżata minn ksur transkonfinali, jitreġġgħu lura l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku li jkunu ġew imfixkla minħabba t-teħid ta' profitti miksuba b'riżultat tal-ksur. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 15 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(15) L-effettività u l-effikaċja tal-mekkaniżmu ta' assistenza reċiproka għandhom jitjiebu. L-informazzjoni mitluba għandha tkun ipprovduta b'mod tempestiv u l-miżuri tal-infurzar meħtieġa għandhom ikunu adottati b'mod tempestiv. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tiffissa perjodi ta' żmien vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti biex iwieġbu għal talbiet għall-informazzjoni u għall-infurzar, u jiċċaraw aspetti proċedurali u ta' natura oħra għall-immaniġġjar tal-informazzjoni u talbiet għall-infurzar, permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni. |
(15) L-effettività u l-effikaċja tal-mekkaniżmu ta' assistenza reċiproka għandhom jitjiebu. L-informazzjoni mitluba għandha tkun ipprovduta fi żmien il-perjodu stipulat minn dan ir-Regolament u l-miżuri tal-infurzar meħtieġa għandhom ikunu adottati b'mod tempestiv. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 16 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(16) Il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi b'mod aħjar li tikkoordina u timmonitorja l-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' assistenza reċiproka, tagħti gwida, tagħmel rakkomandazzjonijiet u toħroġ opinjonijiet lill-Istati Membri meta jinqalgħu l-problemi. Il-Kummissjoni għandha tkun ukoll kapaċi b'mod aħjar li tgħin, b'mod effettiv u ta' malajr, lill-awtoritajiet kompetenti biex isolvu tilwim dwar l-interpretazzjoni tal-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti li jirriżultaw mill-mekkaniżmu ta' assistenza reċiproka, |
(16) Il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi b'mod aħjar li tikkoordina u timmonitorja l-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' assistenza reċiproka, tagħti gwida, tagħmel rakkomandazzjonijiet u toħroġ opinjonijiet lill-Istati Membri meta jinqalgħu l-problemi. Il-Kummissjoni għandha wkoll tkun kapaċi b'mod aħjar li tgħin, b'mod effettiv u ta' malajr, lill-awtoritajiet kompetenti biex isolvu tilwim dwar l-interpretazzjoni tal-obbligi tagħhom li jirriżultaw mill-mekkaniżmu ta' assistenza reċiproka. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 17 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(17) Għandhom jiġu pprovduti regoli armonizzati li jistabbilixxu l-proċedura għall-koordinazzjoni tas-sorveljanza, l-investigazzjoni u l-infurzar tal-każijiet ta' ksur mifruxa. Azzjonijiet ikkoordinati kontra l-każijiet ta' ksur mifruxa għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħżlu l-iżjed għodda xierqa u effiċjenti sabiex iwaqqfu l-każijiet ta' ksur mifruxa u biex jiżguraw kumpens għall-konsumatur, |
(17) Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli armonizzati li jistabbilixxu l-proċedura għall-koordinazzjoni tal-investigazzjoni tal-każijiet ta' ksur mifruxa u tal-każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni u l-infurzar tar-regoli li jirregolaw dan il-ksur. Azzjonijiet ikkoordinati kontra l-każijiet ta' ksur mifruxa u l-każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħżlu l-iżjed għodda xierqa u effiċjenti sabiex iwaqqfu l-każijiet ta' ksur mifruxa u l-każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni u biex jiżguraw kumpens għall-konsumatur. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 18 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(18) L-iskrining ikkoordinat ta' websajts tal-kummerċ elettroniku online (sweeps) huwa forma oħra ta' koordinazzjoni tal-infurzar li rriżulta li huwa għodda effettiva kontra l-ksur li għandu jinżamm u jissaħħaħ fil-futur, |
(18) L-iskrining ikkoordinat ta' websajts tal-kummerċ elettroniku online (sweeps) huwa forma oħra ta' koordinazzjoni tal-infurzar li rriżulta li huwa għodda effettiva kontra l-ksur li għandu jinżamm u jissaħħaħ fil-futur, fosthom billi l-applikazzjoni tiegħu tiġi estiża għal setturi offline. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 19 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(19) Il-każijiet ta' ksur mifruxa li għandhom dimensjoni tal-Unjoni jistgħu jikkawżaw ħsara fuq skala kbira lill-maġġoranza tal-konsumaturi fl-Unjoni. Dawn għalhekk jeħtieġu proċedura speċifika ta' koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni, bil-Kummissjoni bħala koordinatriċi obbligatorja. Sabiex jiġi żgurat li l-proċedura titnieda b'mod tempestiv, koerenti u effettiv u li l-kundizzjonijiet jiġu vverifikati b'mod uniformi, il-Kummissjoni għandha tkun inkarigata li tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għat-tnedija tal-proċedura humiex sodisfatti. L-evidenza u l-informazzjoni miġbura matul l-azzjoni komuni għandhom jintużaw mingħajr ebda xkiel fil-proċedimenti nazzjonali fejn meħtieġ, |
(19) Fil-każ ta' każijiet ta' ksur mifruxa li għandhom dimensjoni tal-Unjoni li jistgħu jikkawżaw ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi f'maġġoranza tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tniedi u tikkoordina proċedura ta' koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata koerenza proċedurali, il-Kummissjoni għandha tkun inkarigata li tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għat-tnedija tal-proċedura humiex sodisfatti. L-evidenza u l-informazzjoni miġbura matul l-azzjoni kkordinata għandhom jintużaw fil-proċedimenti nazzjonali fejn meħtieġ, | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 20 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(20) Fil-kuntest ta' każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni, id-drittijiet tad-difiża tal-kummerċjanti kkonċernati għandhom ikunu rrispettati. Dan jeħtieġ, b'mod partikolari, li l-kummerċjant jingħata d-dritt li jinstema' u li juża l-lingwa li jixtieq jagħżel matul il-proċedimenti, |
(20) Fil-kuntest ta' każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni, id-drittijiet tad-difiża tal-kummerċjanti kkonċernati għandhom ikunu rrispettati. Dan jeħtieġ, b'mod partikolari, li l-kummerċjant jingħata d-dritt li jinstema' u li juża l-lingwa tal-Istat Membru ta' stabbiliment jew residenza tiegħu. Huwa essenzjali wkoll li tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' kompetenza u informazzjoni tan-negozju mhux żvelati. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 21 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(21) Jekk il-kummerċjant responsabbli għall-ksur mifrux jew il-ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni jonqos milli jwaqqaf il-ksur volontarjament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnominaw awtorità kompetenti fi Stat Membru biex tieħu l-azzjoni ta'infurzar adattata biex tippreżerva d-drittijiet tal-konsumaturi li joqogħdu fl-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati mill-ksur. Dik l-awtorità kompetenti għandha tkun innominata, waqt li titqies il-kapaċità tagħha li tieħu azzjoni kontra l-kummerċjant, pereżempju meta l-kummerċjant ikun stabbilit fl-Istat Membru ta' dik l-awtorità. L-awtorità kompetenti nnominata għandha taġixxi daqslikieku l-konsumaturi tal-Istati Membri l-oħrajn kienu l-konsumaturi tagħha stess. Fejn meħtieġ, sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni ekstraterritorjali ta' din il-liġi, l-Istati Membri kollha jew bosta minnhom li jkunu kkonċernati mill-ksur għandhom jitħallew jadottaw miżuri tal-infurzar fl-istess ħin, biex jipproteġu l-konsumaturi tagħhom stess jew konsumaturi li joqogħdu fi Stati Membri oħrajn. Din tista' tkun meħtieġa, pereżempju, biex twaqqaf ksur ta' natura simili minn sussidjarji ta' kumpanija, li jkunu stabbiliti f'aktar minn Stat Membru wieħed, li jaffettwaw il-konsumaturi ta' dawk l-Istati Membri biss, mingħajr ebda element transkonfinali evidenti (każijiet ta' ksur parallel), |
(21) Jekk il-kummerċjant responsabbli għal każijiet ta' ksur mifruxa jew każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni jonqos milli jwaqqaf dak il-ksur volontarjament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnominaw awtorità kompetenti fi Stat Membru biex tieħu l-azzjoni ta' infurzar adattata biex tippreżerva d-drittijiet tal-konsumaturi li joqogħdu fl-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati minn dak il-ksur. Id-deċiżjoni li tikkonċerna l-awtorità kompetenti li għandha tkun innominata għandha tqis l-aspetti rilevanti kollha għal infurzar effettiv, bħall-kapaċità tagħha li tieħu azzjoni effettiva kontra l-kummerċjant. L-awtorità kompetenti nnominata għandha taġixxi daqslikieku l-konsumaturi fl-Istati Membri l-oħrajn kienu l-konsumaturi tagħha stess. Fejn meħtieġ, l-Istati Membri kollha jew bosta minnhom li jkunu kkonċernati mill-ksur għandhom jadottaw miżuri tal-infurzar simultanji, biex jipproteġu l-konsumaturi tagħhom stess jew konsumaturi li joqogħdu fi Stati Membri oħrajn. Din tista' tkun meħtieġa, pereżempju, biex twaqqaf ksur ta' natura simili minn sussidjarji ta' kumpanija, li jkunu stabbiliti f'aktar minn Stat Membru wieħed, li jaffettwaw il-konsumaturi f'dawk l-Istati Membri biss, mingħajr ebda element transkonfinali evidenti (każijiet ta' ksur parallel), | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 22a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(22a) Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tan-netwerk ta' kooperazzjoni, u titqajjem kuxjenza fost il-konsumaturi u l-pubbliku inġenerali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapporti biannwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jagħtu stampa ġenerali tal-informazzjoni, l-istatistika u l-iżviluppi fil-qasam tal-infurzar tal-liġi dwar il-konsumatur, miġbura fil-qafas tal-kooperazzjoni previst minn dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 23 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(23) L-organizzazzjonijiet tal-konsumatur għandhom rwol essenzjali fl-għoti ta' informazzjoni lill-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom u sabiex jingħataw edukazzjoni u jitħarsu l-interessi tagħhom inkluż fis-soluzzjoni tat-tilwim. Il-konsumaturi għandhom jiġu mħeġġa jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti biex isaħħu l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li jistgħu jkunu nnominati għal kompiti tal-infurzar taħt dan ir-Regolament u ċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur, għandhom ikunu f'pożizzjoni li jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar is-suspett ta' ksur u biex jaqsmu l-informazzjoni meħtieġa biex jaqbdu, jinvestigaw u jwaqqfu każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni u magħhom il-każijiet ta' ksur mifruxa, |
(23) L-organizzazzjonijiet tal-konsumatur għandhom rwol essenzjali fl-għoti ta' informazzjoni lill-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom u sabiex jingħataw edukazzjoni u jitħarsu l-interessi tagħhom inkluż fis-soluzzjoni tat-tilwim. L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u ċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur għandhom ikunu f'pożizzjoni li jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar is-suspett ta' ksur u biex jaqsmu magħhom l-informazzjoni meħtieġa biex jaqbdu, jinvestigaw u jwaqqfu każijiet ta' ksur. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 23a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(23a) L-entitajiet b'ħila esperta xierqa u interess leġittimu fil-protezzjoni tal-konsumatur, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, għandhom jitħallew jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ta' twissija previst minn dan ir-Regolament. Il-parteċipazzjoni ta' assoċjazzjonijiet tal-kummerċjanti fil-mekkaniżmu ta' twissija għandhom ikunu wkoll f'qagħda li jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar suspettat ksur u jikkondividu magħhom l-informazzjoni meħtieġa biex jidentifikaw, jinvestigaw u jwaqqfu ksur tal-liġi, biex jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar investigazzjonijiet jew ksur u biex jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-abbuż tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi. Minkejja li l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx ikunu marbuta li jibdew proċedura jew li jieħdu kwalunkwe azzjoni oħra b'reazzjoni għat-twissijiet u l-informazzjoni pprovduti minn dawn l-entitajiet, sabiex isaħħu t-trasparenza, għandhom jinnotifikaw lill-entità li għamlet it-twissija esterna dwar kwalunkwe azzjoni ta' segwitu meħuda mill-awtorità kompetenti kkonċernata fir-rigward tat-twissijiet, jew fuq talba, tan-nuqqas milli tittieħed azzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 24 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(24) Il-każijiet ta' ksur mifruxa madwar l-Unjoni għandhom ikunu solvuti b'mod effettiv u effiċjenti. Għal dan l-għan, il-prijoritizzazzjoni tal-infurzar u l-ippjanar fil-livell tal-Istati Membri għandhom ikunu kkoordinati u r-riżorsi disponibbli tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jinġabru flimkien. Sistema ta' pjanijiet tal-infurzar kontinwi bijennali għandha tiġi stabbilita biex dan jinkiseb, |
(24) Il-każijiet ta' ksur mifruxa madwar l-Unjoni għandhom ikunu solvuti b'mod effettiv u effiċjenti. Għal dak l-għan, il-prijoritizzazzjoni tal-infurzar u l-ippjanar fil-livell tal-Istati Membri għandhom ikunu kkoordinati u r-riżorsi disponibbli tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jinġabru flimkien. Sistema ta' pjanijiet tal-infurzar biannwali għandha tiġi stabbilita biex dan jinkiseb. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 25 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(25) Id-dejta relatata mal-ilmenti tal-konsumatur tista' tgħin lil dawk li jfasslu l-politika fuq livell nazzjonali u tal-Unjoni biex jevalwaw il-funzjonament tas-swieq tal-konsumaturi u sabiex jaqbdu l-każijiet ta' ksur. Bil-għan li tiffaċilita l-iskambju ta' tali data fuq il-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar l-użu ta' metodoloġija armonizzata għall-klassifikazzjoni u r-rapportar tal-ilmenti u l-inkjesti tal-konsumaturi59. Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tkun implimentata biex tappoġġa bis-sħiħ il-kooperazzjoni fl-infurzar u tiffaċilita l-qbid ta' każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta' ksur mifruxa. |
(25) Id-data relatata mal-ilmenti tal-konsumatur tista' tgħin lil dawk li jfasslu l-politika fuq livell nazzjonali u tal-Unjoni biex jevalwaw il-funzjonament tas-swieq tal-konsumaturi u sabiex jaqbdu l-każijiet ta' ksur. L-iskambju ta' tali data fuq il-livell tal-Unjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni ta' attivitajiet li jikkontribwixxu għas-sorveljanza u l-infurzar għandhom jiġu promossi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
59 Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu ta' metodoloġija armonizzata għall-ikklassifikar tal-ilmenti u t-talbiet tal-konsumaturi (2010/304/UE, ĠU L 136, 2.6. 2010, p. 1-31). |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 26 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(26) L-isfidi tal-infurzar jmorru lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni, u l-interessi tal-konsumaturi tal-Unjoni għandhom ikunu protetti minn kummerċjanti diżonesti bbażati f'pajjiżi terzi. Għalhekk, għandhom jiġu nnegozjati ftehimiet internazzjonali ma' pajjiżi terzi rigward l-assistenza reċiproka fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni li tipproteġi l-interessi tal-konsumaturi. Dawk il-ftehimiet internazzjonali għandhom jinkludu s-suġġett stabbilit f'dan ir-Regolament u għandhom jiġu nnegozjati fil-livell tal-Unjoni sabiex jiżguraw l-aqwa protezzjoni tal-konsumaturi tal-Unjoni u kooperazzjoni bla xkiel ma' pajjiżi terzi. |
(26) L-isfidi tal-infurzar imorru lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni. L-interessi tal-konsumaturi Ewropej għandhom ikunu protetti kontra kummerċjanti diżonesti bbażati f'pajjiżi terzi. Għandhom jiġu nnegozjati ftehimiet internazzjonali ma' pajjiżi terzi rigward l-assistenza reċiproka fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni li tipproteġi l-interessi tal-konsumaturi. Dawk il-ftehimiet internazzjonali għandhom jinkludu s-suġġett stabbilit f'dan ir-Regolament u għandhom jiġu nnegozjati fil-livell tal-Unjoni sabiex jiżguraw l-aqwa protezzjoni tal-konsumaturi tal-Unjoni u kooperazzjoni bla xkiel ma' pajjiżi terzi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 27 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(27) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat minimi tal-awtoritajiet kompetenti, biex jiġu stabbiliti skadenzi u dettalji oħrajn ta' proċeduri biex jiġu indirizzati każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni, każijiet ta' ksur mifruxa u dettalji tal-mekkaniżmu ta' sorveljanza u kooperazzjoni amministrattiva fost l-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60, |
(27) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni, biex tistabbilixxi l-formoli standard u l-istadji tal-proċedura taħt il-mekkaniżmu ta' assistenza reċiproka; tistabbilixxi limiti u formoli standard għan-notifiki u skambji oħra ta' informazzjoni u talbiet għall-infurzar għal azzjonijiet ikkoordinati fir-rigward ta' każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni; tistabbilixxi d-dettalji tal-proċedura għal sweeps; tistabbilixxi l-formoli standard għas-sottomissjoni ta' twissija u ta' twissija esterna permezz tal-bażi ta' data; u tistabbilixxi formoli elettroniċi standard u mudelli disponibbli fil-bażi ta' data għall-forum ta' diskussjoni. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
__________________ | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
60 Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2. 2011, p. 13-18). |
60 Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2. 2011, p. 13). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 28 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(28) Il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti skont l-Artikoli 10, 11, 12, 13, 15, 20, 27, 31, 32, 34, 35, 36, 37, 39, 43 u 46 ta' dan ir-Regolament peress li dawk l-atti huma ta' portata ġenerali, |
(28) Il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 15a, 20, 32, 34, 35 u 43 ta' dan ir-Regolament, peress li dawk l-atti huma ta' portata ġenerali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 34 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(34) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal penali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-konsumatur u ser tiġi applikata għal ksur nazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, kif xieraq, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li timplimenta dawk id-dispożizzjonijiet, waqt li jitqiesu l-iskala u l-ambitu attwali tal-ksur u l-ħsara kkawżati mill-ksur lil konsumaturi fi Stati Membri oħrajn, |
(34) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal sanzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-konsumatur u ser tiġi applikata għal ksur nazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, kif xieraq, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li timplimenta dawk id-dispożizzjonijiet, waqt li jitqiesu l-iskala u l-ambitu attwali tal-ksur ikkonċernat u l-ħsara kkawżati mill-ksur lil konsumaturi fi Stati Membri oħrajn. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 34a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(34a) Dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat u applikat f'konformità sħiħa mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u kwalunkwe liġi nazzjonali applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 35 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(35) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea67. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat b'rispett għal dawk id-drittijiet u prinċipji. Meta jkunu qed jeżerċitaw is-setgħat minimi stabbiliti minn dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jilħqu bilanċ xieraq bejn l-interessi protetti mid-drittijiet fundamentali bħal livell ogħli tal-protezzjoni tal-konsumatur, il-libertà li wieħed jagħmel negozju u l-libertà tal-informazzjoni. |
(35) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat b'rispett għal dawk id-drittijiet u prinċipji. Meta jkunu qed jeżerċitaw is-setgħat stabbiliti minn dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jilħqu bilanċ xieraq bejn l-interessi protetti mid-drittijiet fundamentali bħal livell ogħli tal-protezzjoni tal-konsumatur, il-libertà li wieħed jagħmel negozju, il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-informazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
__________________ |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
67 ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1. |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li ġew innominati bħala responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi, għandhom jikkoordinaw ma' xulxin u mal-Kummissjoni sabiex jiżguraw konformità ma' dawk il-liġijiet u l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u sabiex itejbu l-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi. |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li ġew innominati bħala responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi, għandhom jikkoordinaw ma' xulxin u mal-Kummissjoni sabiex jiżguraw konformità ma' dawk il-liġijiet u l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u sabiex itejbu l-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Dan ir-Regolament japplika għal każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta' ksur mifruxa ddefiniti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 3. |
1. Dan ir-Regolament japplika għal każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni, każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni kif rispettivament iddefiniti fil-punti (b), (c) u (ca) tal-Artikolu 3, anke meta dawk il-każijiet ta' ksur ikunu waqfu qabel ma tkun bdiet il-proċedura ta' infurzar jew qabel ma setgħet titlesta. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Dan ir-Regolament japplika wkoll għal każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta' ksur mifruxa li jdumu għal żmien qasir, anke jekk dawk il-każijiet ta' ksur ikunu waqfu qabel ma jkun beda l-infurzar jew qabel ma seta' jitlesta. |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. Dan ir-Regolament għandu jkun bla preġudizzju għall-applikazzjoni fl-Istati Membri ta' miżuri dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u ċivili, b'mod partikolari l-operat tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew. |
4. Dan ir-Regolament għandu jkun bla preġudizzju għall-applikazzjoni fl-Istati Membri ta' miżuri dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u ċivili, b'mod partikolari l-operat tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, u għall-applikazzjoni ta' strumenti legali dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 6 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-irwol u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti u l-Awtorità Bankarja Ewropea taħt id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali u d-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi. |
6. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-irwol u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti u l-Awtorità Bankarja Ewropea taħt id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u d-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b. Il-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament m'għandhux japplika għall-ksur fi ħdan l-Unjoni taż-żewġ Direttivi msemmija fl-ewwel subparagrafu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
__________________ | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1b Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 7 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
7. Il-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament m'għandhux japplika għall-ksur fi ħdan l-Unjoni tal-leġiżlazzjoni li ġejja: |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi. |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 8a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
8a. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibilità ta' azzjonijiet ta' infurzar privati u ta' azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) "liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi" tfisser id-Direttivi li huma trasposti fis-sistema ġuridika interna tal-Istati Membri u r-Regolamenti elenkati fl-Anness; |
(a) "liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi" tfisser id-Direttivi li huma trasposti fis-sistema ġuridika interna tal-Istati Membri u r-Regolamenti elenkati fl-Anness tiegħu; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) "ksur fi ħdan l-Unjoni" tfisser kull att jew omissjoni li jkunu jinsabu għaddejjin jew li jkunu waqfu u li jmorru kontra l-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi, u li jkunu għamlu ħsara, qed jagħmlu ħasra jew x'aktarx ser jagħmlu ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi li huma residenti fi Stat Membru apparti l-Istat Membru fejn l-att jew ommissjoni jkunu oriġinaw jew seħħu, fejn il-kummerċjant responsabbli għall-att jew ommissjoni ikun stabbilit jew fejn ikunu jinstabu l-evidenza jew l-assi tal-kummerċjant li għandhom x'jaqsmu mal-att jew ommissjoni; |
(b) "ksur fi ħdan l-Unjoni" tfisser kull att jew omissjoni li jmorru kontra liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi, u li jkunu għamlu ħsara, qed jagħmlu ħasra jew x'aktarx ser jagħmlu ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi li huma residenti fi Stat Membru apparti l-Istat Membru fejn l-att jew ommissjoni jkunu oriġinaw jew seħħu, jew fejn il-kummerċjant responsabbli għall-att jew ommissjoni ikun stabbilit jew fejn ikunu jinstabu l-evidenza jew l-assi tal-kummerċjant li għandhom x'jaqsmu mal-att jew ommissjoni; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c – punt 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) kull att jew ommissjoni li jmorru kontra l-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi li għamlu ħsara, jagħmlu ħasra jew x'aktarx ser jagħmlu ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi li huma residenti f'ta' mill-inqas żewġ Stat Membri apparti l-Istat Membru fejn oriġinaw jew seħħu l-att jew ommissjoni, jew fejn il-kummerċjant responsabbli għall-att jew l-ommissjoni huwa stabbilit, jew fejn jistgħu jinstabu l-evidenza jew l-assi li għandhom x'jaqsmu mal-att jew ommissjoni; irrispettivament jekk l-att jew l-ommissjoni għadhomx għaddejjin jew waqfux; or |
(1) kull att jew ommissjoni li jmorru kontra l-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi li għamlu ħsara, jagħmlu ħasra jew x'aktarx ser jagħmlu ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi li huma residenti f'ta' mill-inqas żewġ Stat Membri apparti l-Istat Membru fejn oriġinaw jew seħħu l-att jew ommissjoni, jew fejn il-kummerċjant responsabbli għall-att jew l-ommissjoni huwa stabbilit, jew fejn jistgħu jinstabu l-evidenza jew l-assi li għandhom x'jaqsmu mal-att jew ommissjoni; irrispettivament jekk l-att jew l-ommissjoni għadhomx għaddejjin jew waqfux; or | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c – punt 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(2) kwalunkwe att jew ommissjoni kontra l-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumatur li għandhom karatteristiċi komuni, bħal l-istess prattika illegali, il-ksur tal-istess interess jew li jkunu qegħdin iseħħu fl-istess ħin, f'mill-inqas żewġ Stati Membri; |
(2) kwalunkwe att jew ommissjoni kontra liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumatur li għamlu ħsara, jew li huwa probabbli li jagħmlu ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi u li għandhom karatteristiċi komuni, bħal l-istess prattika illegali jew il-ksur tal-istess interess, jew li jkunu qegħdin iseħħu fl-istess ħin, f'mill-inqas żewġ Stati Membri; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(ca) "każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni" tfisser ksur mifrux li għamel ħsara, li jagħmel ħsara jew li x'aktarx li jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi fil-maġġoranza tal-Istati Membri, li flimkien jammontaw għall-maġġoranza tal-popolazzjoni tal-Unjoni; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(cb) "awtorità kompetenti" tfisser kwalunkwe awtorità pubblika stabbilita fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali b'responsabbiltajiet speċifiċi sabiex tinforza l-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt cc (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(cc) "uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni" tfisser l-awtorità pubblika f'kull Stat Membru maħtura biex tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'dak l-Istat Membru; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt cd (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(cd) "korp innominat" tfisser korp li Stat Membru jkun jista' jaħtar u li għandu interess leġittimu fil-waqfien jew fil-projbizzjoni ta' ksur tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(fa) "konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għal finijiet li jmorru lil hinn mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt i | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(i) "ħsara għall-interessi kollettivi tal-konsumaturi" tfisser ħsara attwali jew potenzjali lill-interessi ta' għadd ta' konsumaturi li huma kkonċernati mill-każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni jew il-każijiet ta' ksur mifruxa; u li għandhom jiġu preżunti b'mod partikolari meta l-ksur ikun potenzjalment; jew effettivament għamel ħsara, jew x'aktarx ser jagħmel ħsara lil numru sinifikanti ta' konsumaturi fl-istess sitwazzjoni. |
(i) "ħsara għall-interessi kollettivi tal-konsumaturi" tfisser ħsara attwali jew potenzjali lill-interessi ta' għadd ta' konsumaturi li huma kkonċernati mill-każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni, il-każijiet ta' ksur mifruxa jew il-każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(ia) "riskju ta' ħsara serja u irreparabbli lill-konsumaturi" tfisser ir-riskju ta' sitwazzjoni li x'aktarx tikkawża dannu serju li ma jistax jiġi rrimedjat aktar; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1- punt ib (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(ib) "sweeps" tfisser investigazzjoni miftiehma tas-swieq tal-konsumaturi permezz ta' azzjonijiet simultanji kkoordinati ta' kontroll sabiex jiġu identifikati każijiet ta' ksur tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 4 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 4 |
Artikolu 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Perjodi ta' preskrizzjoni għal każijiet ta' ksur |
Perjodu ta' preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet, sabiex jiġi ordnat il-kumpens tal-konsumaturi u sabiex tiġi ordnata r-restituzzjoni ta' profitti miksuba b'riżultat ta' każijiet ta' ksur | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinvestigaw każijiet ta' ksur imsemmija fl-Artikolu 2 u jipprojbixxu lill-kummerċjanti milli jwettqu tali ksur fil-futur. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu penali għal dawk il-każijiet ta' ksur sa żmien ta' ħames snin mit-tmiem tal-ksur. |
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinvestigaw każijiet ta' ksur imsemmija fl-Artikolu 2(1) u jipprevjenu lill-kummerċjanti milli jwettqu tali ksur fil-futur. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżerċitaw dawn is-setgħat li ġejjin sa żmien ħames snin mit-tmiem tal-ksur: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) is-setgħa li jimponu sanzjonijiet, kif previst fil-punt (m) tal-Artikolu 8(2); | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) is-setgħa li jordnaw lill-kummerċjant responsabbli mill-ksur jikkumpensa lill-konsumaturi li jkunu sofrew ħsara bħala konsegwenza ta' dak il-ksur, kif previst fil-punt (n) tal-Artikolu 8(2); kif ukoll | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) is-setgħa li jordnaw ir-restituzzjoni ta' profitti miksuba b'riżultat ta' ksur, kif previst fil-punt (o) tal-Artikolu 8(2). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jeżerċitaw dawn is-setgħat fuq il-bażi ta' evidenza li hija barra l-perjodu ta' preskrizzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Il-perjodu ta' preskrizzjoni għall-impożizzjoni tal-penali għandu jibda jiddekorri mill-jum meta jkun intemm il-ksur. |
2. Il-perjodu ta' preskrizzjoni għall-eżerċitar tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jibda jiddekorri mill-jum meta jkun intemm il-ksur. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Kull azzjoni meħudha mill-awtorità kompetenti, għall-finijiet tal-investigazzjoni jew il-proċedimenti tal-infurzar fir-rigward tal-ksur, għandha tissospendi l-perjodu ta' preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta' penali sakemm tiġi adottata d-deċiżjoni finali li tikkonċerna l-kwistjoni. Il-perjodu ta' preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta' penali għandu jiġi sospiż sakemm id-deċiżjoni, l-ordni jew kull azzjoni oħra mill-awtorità kompetenti tkun soġġetta għal proċeduri pendenti quddiem qorti. |
3. Kull azzjoni meħuda mill-awtorità kompetenti, għall-finijiet tal-investigazzjoni jew il-proċedimenti tal-infurzar fir-rigward tal-ksur, għandha tissospendi l-perjodu ta' preskrizzjoni għall-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 sakemm tiġi adottata d-deċiżjoni finali li tikkonċerna l-kwistjoni. Dak il-perjodu ta' preskrizzjoni għandu jiġi sospiż sakemm id-deċiżjoni, l-ordni jew kull azzjoni oħra mill-awtorità kompetenti tkun soġġetta għal proċeduri pendenti quddiem qorti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 5 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 5 |
Artikolu 5 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Awtoritajiet kompetenti u uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni |
Awtoritajiet kompetenti u uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar bħala awtoritajiet kompetenti awtoritajiet pubbliċi stabbiliti fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, b'responsabbiltajiet speċifiċi biex jinfurzaw il-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi. |
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtoritajiet kompetenti u uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni li huma responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament daqslikieku kienu qed jaġixxu f'isem il-konsumaturi tal-Istat Membru tagħhom stess u f'isimhom propju. |
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament daqslikieku kienu qed jaġixxu f'isem il-konsumaturi tal-Istat Membru tagħhom stess u f'isimhom propju. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità kompetenti waħda bħala uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni. |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. L-uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni ta' attivitajiet ta' investigazzjoni u infurzar relatati ma' każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta' ksur mifruxa mill-awtoritajiet kompetenti, awtoritajiet pubbliċi oħrajn kif stipulat fl-Artikolu 6, korpi nnominati kif stipulat fl-Artikolu 13 u entitajiet li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ta' twissija kif stipulat fl-Artikolu 34. |
4. L-uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni, bħal bejn l-awtoritajiet kompetenti, bejn awtoritajiet pubbliċi oħra kif imsemmi fl-Artikolu 6, bejn il-korpi nnominati u bejn entitajiet li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ta' twissija kif imsemmi fl-Artikolu 35, ta' attivitajiet ta' investigazzjoni u infurzar li jirrelataw ma' każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni, każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-uffiċji uniċi ta' kooperazzjoni jkollhom ir-riżorsi adegwati meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għall-użu effettiv tas-setgħat tagħhom skont l-Artikolu 8, fosthom riżorsi baġitarji suffiċjenti jew riżorsi oħrajn, kompetenza, proċeduri u l-arranġamenti oħrajn. |
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-uffiċji uniċi ta' kooperazzjoni jkollhom ir-riżorsi neċessarji għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, fosthom riżorsi baġitarji jew riżorsi oħrajn, kompetenza, proċeduri u l-arranġamenti oħrajn. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6. Meta jkun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dmirijiet rispettivi tagħhom ikunu ddefiniti b'mod ċar u li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jaqdu d-dmirijiet rispettivi tagħhom b'mod effettiv. |
6. Meta jkun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dmirijiet rispettivi tagħhom ikunu ddefiniti b'mod ċar u li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jaqdu d-dmirijiet rispettivi tagħhom b'mod effettiv. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. Kull Stat Membru jista' jaħtar korpi li jkollhom interess leġittimu fit-tmiem jew il-projbizzjoni tal-ksur ("korpi nnominati") sabiex jiġbru l-informazzjoni meħtieġa u sabiex jieħdu l-miżuri tal-infurzar meħtieġa li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom taħt il-liġi nazzjonali f'isem awtorità kompetenti rikjesta. |
4. Kull Stat Membru jista' jimponi obbligu fuq il-korpi nnominati sabiex jiġbru l-informazzjoni meħtieġa u sabiex jieħdu l-miżuri tal-infurzar meħtieġa li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom taħt il-liġi nazzjonali f'isem awtorità kompetenti rikjesta. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 5 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi nnominati, b'mod partikolari biex jiżguraw li l-każijiet ta' ksur imsemmija fl-Artikolu 2 jinġiebu għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien. |
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi nnominati, b'mod partikolari biex jiżguraw li l-każijiet ta' ksur imsemmija fl-Artikolu 2(1) jinġiebu għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Kull Stat Membru għandu jikkomunika mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn l-identitajiet tal-awtoritajiet kompetenti, l-uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni, tal-korpi nnominati kif stabbiliti fl-Artiklu 13 u tal-entitajiet li qed jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ta' twissija stabbiliti fl-Artikolu 34, kif ukoll kull bidla li jkun hemm f'dan ir-rigward. |
1. Kull Stat Membru għandu jikkomunika mingħajr dewmien lill-Kummissjoni: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) l-identitajiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti, tal-uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni, tal-korpi nnominati u tal-entitajiet li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ta' twissija kif imsemmi fl-Artikolu 35; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) informazzjoni dwar l-organizzazzjoni, is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti; kif ukoll | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) kwalunkwe tibdil tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Il-Kummissjoni għandha żżomm u taġġorna lista li hija disponibbli għall-pubbliku bl-uffiċji uniċi ta' kooperazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti, il-korpi nnominati u l-entitajiet nominati fuq il-websajt tagħha. |
2. Il-Kummissjoni għandha żżomm u taġġorna fuq il-websajt tagħha l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u tagħmilha disponibbli pubblikament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 8 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 8 |
Artikolu 8 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Setgħat minimi tal-awtoritajiet kompetenti |
Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Kull awtorità kompetenti għandu jkollha is-setgħat ta' investigazzjoni u ta' infurzar meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandha teżerċitahom f'konformità ma' dan ir-Regolament u mal-liġi nazzjonali. |
1. Kull Stat Membru għandu jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tieħu s-setgħat ta' investigazzjoni u ta' infurzar u għandu jipprovdihom bir-riżorsi meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a. Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux is-setgħat kollha lil kull awtorità kompetenti, basta li kull setgħa tista' tiġi eżerċitata b'mod effettiv. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Kull awtorità kompetenti għandha mill-inqas is-setgħat li ġejjin u għandha teżerċitahom taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9, sabiex: |
2. Sabiex jitwettqu d-dmirijiet assenjati lilhom minn dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru għandu jkollhom mill-inqas is-setgħat li ġejjin u għandhom jeżerċitawhom taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) ikollha aċċess għal kull dokument, dejta jew informazzjoni rilevanti relatati ma' ksur taħt dan ir-Regolament, fi kwalunkwe forma jew format u irrispettivament mill-mezz jew il-post fejn jinħażnu; |
(a) is-setgħa li jkollha aċċess għal kull dokument, data jew informazzjoni rilevanti relatati ma' ksur taħt dan ir-Regolament, fi kwalunkwe forma jew format u irrispettivament mill-mezz jew il-post fejn jinħażnu; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) titlob il-provvista minn kull persuna fiżika jew ġuridika, fosthom banek, fornituri tas-servizzi tal-internet, reġistri u reġistraturi tad-dominji u fornituri ta' servizzi ta' hosting ta' kwalunkwe informazzjoni, dejta jew dokumenti relevanti f'kull format jew forma u irrespettivament mill-mezz jew il-post fejn ikunu maħżuna, bl-iskop li fost affarijiet oħrajn jidentifikaw u jsegwu l-flussi finanzjarji jew tad-dejta, jew sabiex jaċċertaw l-identità tal-persuni involuti fil-flussi finanzjarji jew tad-dejta, informazzjoni dwar kontijiet bankarji u s-sjieda ta' websajts; |
(b) is-setgħa li titlob il-provvista minn kull persuna fiżika jew ġuridika, fosthom banek, fornituri ta' servizzi ta' pagament, fornituri tas-servizzi tal-internet, reġistri u reġistraturi tad-dominji u fornituri ta' servizzi ta' hosting ta' kwalunkwe informazzjoni, data jew dokumenti relevanti fil-format jew forma li fihom hija maħżuna u irrespettivament mill-mezz jew il-post fejn ikunu maħżuna, il-post tal-ħażna, bl-iskop li jidentifikaw u jsegwu l-flussi finanzjarji jew tad-data, jew sabiex jaċċertaw l-identità tal-persuni involuti fil-flussi finanzjarji jew tad-data, informazzjoni dwar kontijiet bankarji u s-sjieda ta' websajts meta l-informazzjoni, id-data jew id-dokument inkwistjoni jkun relatat mas-suġġett ta' investigazzjoni; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) tirrikjedi lil kull awtorità, korp jew aġenzija pubblika fi ħdan l-Istat Membru tal-awtorità kompetenti biex jipprovdu kull informazzjoni, data jew dokument rilevanti fi kwalunkwe format jew forma u irrispettivament mill-mezz jew post fejn ikunu maħżuna, bl-iskop li fost affarijiet oħrajn jidentifikaw u jsegwu l-flussi finanzjarji jew tad-data, jew sabiex jaċċertaw l-identità tal-persuni involuti fil-flussi finanzjarji jew tad-data, informazzjoni dwar kontijiet bankarji u s-sjieda ta' websajts; |
(c) is-setgħa li tirrikjedi lil kull awtorità, korp jew aġenzija pubblika fi ħdan l-Istat Membru tal-awtorità kompetenti biex jipprovdu kull informazzjoni, data jew dokument rilevanti fi kwalunkwe format jew forma u irrispettivament mill-mezz jew post fejn ikunu maħżuna, bl-iskop li jidentifikaw u jsegwu l-flussi finanzjarji jew tad-data, jew sabiex jaċċertaw l-identità tal-persuni involuti fil-flussi finanzjarji jew tad-data, informazzjoni dwar kontijiet bankarji u s-sjieda ta' websajts meta l-informazzjoni, id-data jew id-dokument inkwistjoni jkun relatat mas-suġġett ta' investigazzjoni; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(d) twettaq spezzjonijiet fuq il-post, li jinkludu b'mod partikolari is-setgħa ta' dħul fi kwalunkwe bini, art jew mezz ta' trasport jew biex titlob lil awtoritajiet oħrajn biex jagħmlu dan sabiex jeżaminaw, jikkonfiskaw, jieħdu jew jiksbu kopji ta' informazzjoni, data jew dokumenti, irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna; tissiġilla kull bini jew informazzjoni, data jew dokumenti għaż-żmien meħtieġ u sal-punt meħtieġ għall-ispezzjoni; titlob lil kwalunkwe rappreżentant jew membru tal-persunal tal-kummerċjant ikkonċernat biex jagħti spjegazzjonijiet dwar fatti, informazzjoni jew dokumenti relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni u tirreġistra t-tweġibiet; |
(d) is-setgħa li twettaq spezzjonijiet fuq il-post, li jinkludu s-setgħa ta' dħul fi kwalunkwe bini, art jew mezz ta' trasport li l-kummerċjant juża għall-finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tiegħu, jew biex titlob lil awtoritajiet oħrajn biex jagħmlu dan sabiex jeżaminaw, jikkonfiskaw, jieħdu jew jiksbu kopji ta' informazzjoni, data jew dokumenti, irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna; tissiġilla kull bini jew informazzjoni, data jew dokumenti għaż-żmien meħtieġ u sal-punt meħtieġ għall-ispezzjoni; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(da) is-setgħa li titlob lil kwalunkwe rappreżentant jew membru tal-persunal tal-kummerċjant ikkonċernat biex jagħti spjegazzjonijiet jew jipprovdi fatti, informazzjoni jew dokumenti relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni u tirreġistra t-tweġibiet; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(e) tixtri prodotti jew servizzi bħala xiri tal-ittestjar sabiex taqbad każijiet ta' ksur taħt dan ir-Regolament u tikseb l-evidenza; |
(e) is-setgħa li tixtri prodotti jew servizzi bħala xiri tal-ittestjar, inkluż b'identità moħbija, li tispezzjona u li twettaq minnhom inġinerija inversa sabiex taqbad każijiet ta' ksur taħt dan ir-Regolament u tikseb l-evidenza; skont in-natura tal-użu maħsub tagħhom, il-kampjuni li ma jistgħux jintbagħtu lura lill-kummerċjant fil-kundizzjoni oriġinali tagħhom għandhom ikunu mixtrija; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(f) tixtri prodotti jew servizzi b'identità moħbija sabiex taqbad każijiet ta' ksur u tikseb evidenza; |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(g) tadotta miżuri interim biex tipprevjeni r-riskju ta' ħsara serja u irreparabbli lill-konsumaturi, b'mod partikolari s-sospensjoni ta' websajt, dominju jew ta' sit, servizz jew kont diġitali simili; |
(g) is-setgħa li tadotta miżuri interim, fejn m'hemm l-ebda mezzi oħra disponibbli biex tipprevjeni r-riskju ta' ħsara serja u irreparabbli għall-interessi kollettivi tal-konsumaturi, b'mod partikolari dawk li jeħtieġu lill-fornituri ta' servizzi ta' hosting biex ineħħi l-kontenut jew jissospendi websajt, servizz jew kont, jew li jeħtieġu reġistri u reġistraturi tad-dominji li jissospendu għal perjodu ta' żmien speċifikat isem tad-dominju kompletament ikkwalifikat; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(h) tibda investigazzjonijiet jew proċeduri sabiex iġġib il-waqfien jew il-projbizzjoni ta' każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni jew każijiet ta' ksur mifruxa fuq l-inizjattiva tagħha stess u fejn xieraq, tippubblika informazzjoni dwar dan; |
(h) is-setgħa li tibda investigazzjonijiet jew proċeduri sabiex iġġib il-waqfien ta' każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni, każijiet ta' ksur mifruxa jew każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess u fejn xieraq tippubblika informazzjoni dwar dan; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(i) tikseb impenn mill-kummerċjant responsabbli għall-ksur fi ħdan l-Unjoni jew il-ksur mifrux sabiex jitwaqqaf il-ksur u fejn xieraq, jingħata kumpens lill-konsumaturi għall-ħsara kkawżata; |
(i) is-setgħa li tikseb u/jew taċċetta impenn mill-kummerċjant responsabbli għall-ksur fi ħdan l-Unjoni, il-każijiet ta' ksur mifruxa jew ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni sabiex jitwaqqaf il-ksur u fejn xieraq jingħata kumpens lill-konsumaturi għall-ħsara kkawżata; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(j) titlob bil-miktub it-tmiem tal-ksur mill-kummerċjant; |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(k) iġġib fit-tmiem jew il-projbizzjoni tal-ksur; |
(k) is-setgħa li ġġib fit-tmiem jew il-projbizzjoni tal-ksur; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(l) tagħlaq websajt, dominju jew sit, servizz jew kont diġitali simili jew parti minnhom, inkluż billi titlob lil parti terza jew awtorità pubblika oħra biex timplimenta tali miżuri; |
(l) is-setgħa, fl-assenza ta' mekkaniżmu effettiv ta' reazzjoni fi żmien raġonevoli mill-kummerċjant permezz ta' talba bil-miktub mill-awtorità kompetenti għall-waqfien jew il-projbizzjoni ta' ksur, sabiex tordna lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting ineħħi kontenut jew jagħlaq websajt, servizz jew kont jew għal parti minnha, jew tordna li r-reġistri tad-domains jew r-reġistraturi jħassru l-isem tad-dominju kompletament ikkwalifikat u jippermettu lill-awtorità kompetenti kkonċernata tirreġistraha, inkluż billi titlob lil parti terza jew awtorità pubblika oħra timplimenta tali miżuri, sabiex ma jkunx hemm riskju ta' dannu gravi u irreparabbli għall-interessi kollettivi tal-konsumaturi; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(m) timponi penali, inklużi multi u ħlasijiet ta' penali, għal każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta' ksur mifruxa u għan-nuqqas ta' konformità ma' kull deċiżjoni, ordni, miżura interim, impenn jew miżura oħra adottata skont dan ir-Regolament; |
(m) is-setgħa li timponi sanzjonijiet, inklużi multi u ħlasijiet ta' penali, għal każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni, każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni u għan-nuqqas ta' konformità ma' kull deċiżjoni, ordni, miżura interim, impenn jew miżura oħra adottata skont dan ir-Regolament; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(n) tordna lill-kummerċjant responsabbli għall-ksur fi ħdan l-Unjoni jew il-każijiet ta' ksur mifruxa sabiex hu jikkumpensa lill- konsumaturi li batew ħsara bħala konsegwenza tal-ksur billi, fost affarijiet oħrajn, billi jagħti kumpens monetarju, joffri lill-konsumaturi l-għażla li jtemmu l-kuntratt jew jieħu miżuri oħra li jiżguraw rimedju lill-konsumaturi li sofrew ħsara bħala riżultat tal-ksur; |
(n) is-setgħa li tordna lill-kummerċjant responsabbli għall-ksur fi ħdan l-Unjoni , każijiet ta' ksur mifruxa jew il-każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni sabiex hu jikkumpensa lill-konsumaturi li batew ħsara bħala konsegwenza ta' dak il-ksur billi, inter alia, jagħti kumpens monetarju, joffri lill-konsumaturi l-għażla li jtemmu l-kuntratt jew jieħu miżuri oħra li jiżguraw rimedju lill-konsumaturi li sofrew ħsara bħala riżultat tal-ksur; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(o) tordna r-restituzzjoni tal-profitti miksuba b'riżultat ta' dan il-ksur, inkluża ordni li dawk il-profitti jitħallsu lit-teżor pubbliku jew lil benefiċjarju nominat mill-awtorità kompetenti jew taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali; |
(o) is-setgħa li tordna r-restituzzjoni tal-profitti miksuba b'riżultat tal-ksur; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(p) tippubblika d-deċiżjonijiet finali, il-miżuri interim jew l-ordnijiet, li jinkludu l-pubblikazzjoni tal-identità tal-kummerċjant responsabbli għall-ksur fi ħdan l-Unjoni jew il-ksur mifrux; |
(p) is-setgħa li tippubblika d-deċiżjonijiet finali, il-miżuri finali, l-impenji min-naħa tal-kummerċjanti jew l-ordnijiet adottati skont dan ir-Regolament, li jinkludu l-pubblikazzjoni tal-identità lill-kummerċjant responsabbli għall-każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni, il-każijiet ta' ksur mifruxa, jew il-każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(q) tikkonsulta lill-konsumaturi, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, korpi nnominati u persuni oħrajn ikkonċernati mill-effettività u l-impenji proposti dwar it-tmiem tal-ksur u t-tneħħija tal-ħsara kkawżata minnu. |
(q) is-setgħa li tikkonsulta lill-konsumaturi, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet tal-kummerċjanti, korpi nnominati, fejn ikun applikabbli, u persuni oħrajn ikkonċernati mill-effettività u l-impenji proposti dwar it-tmiem tal-ksur u t-tneħħija tal-ħsara kkawżata minnu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 9 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 9 |
Artikolu 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Eżerċitar ta' setgħat minimi |
Eżerċitar ta' setgħat mill-awtoritajiet kompetenti | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat stipulati fl-Artikolu 8 skont dan ir-Regolament u l-liġi nazzjonali jew: |
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat stipulati fl-Artikolu 8: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) direttament taħt l-awtorità tagħhom stess; jew |
(a) direttament taħt l-awtorità tagħhom stess; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(aa) bl-għajnuna ta' awtoritajiet pubbliċi oħra jew taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet ġudizzjarji, fejn xieraq; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(ab) billi jagħtu struzzjonijiet lill-korpi nominati, fejn rilevanti; jew | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) b'rikors lill-qrati kompetenti biex jagħtu d-deċiżjoni meħtieġa, inkluż b'appell, fejn dan ikun xieraq, jekk ir-rikors biex tingħata d-deċiżjoni meħtieġa ma jintlaqax. |
(b) b'rikors lill-qrati kompetenti biex jagħtu d-deċiżjoni meħtieġa, inkluż b'appell, fejn dan ikun xieraq, jekk ir-rikors biex tingħata d-deċiżjoni meħtieġa ma jintlaqax. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi kwalunkwe każ, jeżerċitaw is-setgħat stabbiliti fil-punti (d), (g) u (l) tal-Artikolu 8(2) skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Safejn l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'rikors lill-qrati, dawk il-qrati għandhom is-setgħa li jagħtu d-deċiżjonijiet meħtieġa u għandhom jaġixxu fi ħdan il-qafas ta' dan ir-Regolament. |
2. Sa fejn l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'rikors lill-qrati, dawk il-qrati għandhom is-setgħa li jagħtu d-deċiżjonijiet meħtieġa. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2a. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 8 b'mod proporzjonat, effiċjenti u effettiv skont id-dritt tal-Unjoni, inklużi l-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, is-salvagwardji proċedurali applikabbli u r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, u l-liġi nazzjonali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b. L-investigazzjoni u l-miżuri ta' infurzar adottati fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jirriflettu b'mod xieraq in-natura tal-ksur u l-ħsara globali reali jew potenzjali kkawżata minnu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2c. Meta tkun qed tittieħed deċiżjoni dwar jekk tiġix imposta sanzjoni u dwar l-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta f'kull każ individwali, għandha tingħata l-konsiderazzjoni dovuta lil dawn li ġejjin: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) in-natura, il-gravità u t-tul tal-ksur, billi jitqiesu l-għadd ta' konsumaturi milquta u l-livell ta' dannu mġarrab minnhom; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi d-danni mġarrba mill-konsumaturi; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(d) kwalunkwe ksur preċedenti rilevanti mwettaq mill-kummerċjant; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(e) il-grad sa fejn il-kummerċjant ikun ikkoopera mal-awtorità kompetenti sabiex jirrimedja l-ksur u jtaffi l-effetti avversi possibbli tal-ksur. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffi tal-qorti u spejjeż oħrajn marbuta mal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti fil-proċedimenti mibdija b'applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ikunu proporzjonati u ma jfixklux l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffi tal-qorti u spejjeż oħrajn marbuta mal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti fil-proċedimenti mibdija b'applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ikunu proporzjonati u ma jfixklux l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 10 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 10 |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Setgħat ta' implimentazzjoni |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat minimi tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 8. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 11 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 11 |
Artikolu 11 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Talbiet għal informazzjoni |
Talbiet għal informazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-awtorità mitluba għandha, fuq talba minn awtorità applikanti, tipprovdi kull informazzjoni rilevanti meħtieġa biex tistabbilixxi jekk seħħx ksur fi ħdan l-Unjoni u biex twaqqaf dak il-ksur. L-awtorità mitluba għandha tinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar it-talba għall-informazzjoni u r-risposta tagħha. |
1. L-awtorità mitluba għandha, fuq talba minn awtorità applikanti, tipprovdi lill-awtorità applikanti mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien 30 jum, kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa biex tistabbilixxi jekk seħħx ksur fi ħdan l-Unjoni u biex twaqqaf dak il-ksur. L-awtorità mitluba għandha tinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar it-talba għall-informazzjoni u r-risposta tagħha. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-awtorità rikjesta għandha twettaq l-investigazzjonijiet xierqa jew tieħu kull miżura oħra li tkun meħtieġa jew xierqa sabiex tiġbor l-informazzjoni meħtieġa. Jekk ikun meħtieġ, dawk l-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu bl-assistenza ta' awtoritajiet pubbliċi u korpi nnominati oħrajn. |
2. L-awtorità rikjesta għandha twettaq l-investigazzjonijiet xierqa jew tieħu kull miżura oħra li tkun meħtieġa jew xierqa sabiex tiġbor l-informazzjoni meħtieġa. Jekk ikun meħtieġ, dawk l-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu bl-assistenza ta' awtoritajiet pubbliċi u korpi nnominati oħrajn. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Fuq talba mill-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba tista' tippermetti lil uffiċjali kompetenti tal-awtorità applikanti biex jakkumpanjaw lill-uffiċjali tal-awtorità mitluba matul l-investigazzjonijiet tagħhom. |
3. Fuq talba mill-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba tista' tippermetti lil uffiċjali kompetenti tal-awtorità applikanti biex jakkumpanjaw lill-uffiċjali tal-awtorità mitluba matul l-investigazzjonijiet tagħhom. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. L-awtorità mitluba għandha twieġeb għat-talba billi tuża l-proċedura għal talbiet għal informazzjoni u fi ħdan l-iskadenzi stabbiliti mill-Kummissjoni fl-att ta' implimentazzjoni. |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw l-iskadenzi, il-formoli standard u d-dettalji tal-proċeduri għat-talbiet għall-informazzjoni. L-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 12 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 12 |
Artikolu 12 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Talbiet għal miżuri ta' infurzar |
Talbiet għal miżuri ta' infurzar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-awtorità mitluba għandha, fuq talba minn awtorità applikanti, tieħu kull miżura ta' infurzar meħtieġa biex iġġib fit-tmiem jew il-projbizzjoni tal-ksur fi ħdan l-Unjoni, inkluż billi timponi penali u tordna jew tiffaċilita l-kumpens lill-konsumaturi għall-ħsara kkawżata mill-ksur. |
1. L-awtorità mitluba għandha, mingħajr dewmien żejjed, fuq talba minn awtorità applikanti, tieħu kull miżura ta' infurzar meħtieġa biex iġġib fit-tmiem il-ksur fi ħdan l-Unjoni billi teżerċita s-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 8 u kwalunkwe setgħa addizzjonali mogħtija lilha skont il-liġi nazzjonali, inkluż billi timponi sanzjonijiet u tordna jew tiffaċilita l-kumpens lill-konsumaturi għall-ħsara kkawżata minn dak il-ksur. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha stabbiliti fil-paragrafu 1, l-awtorità mitluba għandha teżerċita s-setgħat stipulati taħt l-Artikolu 8 u kull setgħa addizzjonali mogħtija lilha taħt il-liġi nazzjonali. L-awtorità mitluba għandha tiddetermina l-miżuri ta' infurzar xierqa biex iġġib it-tmiem jew il-projbizzjoni tal-ksur fi ħdan l-Unjoni b'mod proporzjonat, effiċjenti u effettiv. Jekk ikun meħtieġ, dawk il-miżuri għandhom ikunu ddeterminati u implimentati bl-assistenza ta' awtoritajiet pubbliċi oħrajn. |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. L-awtorità mitluba għandha tinforma regolarment u tikkonsulta lill-awtorità applikanti dwar il-passi u l-miżuri meħuda. L-awtorità mitluba għandha tinnotifika, permezz tal-bażi tad-data stipulata fl-Artikolu 43, lill-awtorità applikanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u l-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda u l-effetti tagħhom fuq il-ksur fi ħdan l-Unjoni mingħajr ebda dewmien, li jinkludu dawn li ġejjin: |
3. L-awtorità mitluba għandha tinforma regolarment lill-awtorità applikanti dwar il-passi u l-miżuri meħuda u għandha tikkonsulta lill-awtorità applikanti dwar il-passi u l-miżuri li l-awtorità rikjesta biħsiebha tieħu. L-awtorità mitluba għandha tinnotifika, permezz tal-bażi tad-data, prevista fl-Artikolu 43, dwar il-miżuri meħuda u l-effett tagħhom fuq il-ksur fi ħdan l-Unjoni, inklużi dawn li ġejjin: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) jekk ġewx imposti miżuri interim; |
(a) jekk ġewx imposti miżuri interim; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) jekk il-ksur intemmx; |
(b) jekk il-ksur intemmx; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) liema penali ġew imposti; |
(c) liema miżuri, inklużi sanzjonijiet, ġew imposti u jekk dawk il-miżuri ġewx implimentati; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(d) sa liema punt il-konsumaturi ġew ikkumpensati |
(d) sa liema punt il-konsumaturi ġew ikkumpensati. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(e) jekk il-miżuri meħuda ġewx implimentati. |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. L-awtorità mitluba għandha twieġeb għat-talba billi tuża l-proċeduri għal talbiet għal miżuri ta' infurzar u fi ħdan l-iskadenzi stipulati mill-Kummissjoni fl-att ta' implimentazzjoni. |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-iskadenzi, il-formoli standard u d-dettalji tal-proċeduri għat-talbiet għall-informazzjoni. L-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 6 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw l-iskadenzi, il-formoli standard u d-dettalji tal-proċeduri għat-talbiet għall-informazzjoni. L-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. F'talbiet għal assistenza reċiproka, l-awtorità applikanti għandha tipprovdi informazzjoni suffiċjenti biex tippermetti lill-awtorità mitluba tissodisfa t-talba, inkluża kwalunkwe evidenza meħtieġa li tista' tinkiseb biss fl-Istat Membru tal-awtorità applikanti. |
1. F'talbiet għal assistenza reċiproka, l-awtorità applikanti għandha tipprovdi informazzjoni neċessarja biex tippermetti lill-awtorità mitluba tissodisfa t-talba, inkluża kwalunkwe evidenza meħtieġa li tista' tinkiseb biss fl-Istat Membru tal-awtorità applikanti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 15 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 15 |
Artikolu 15 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Rifjut ta' konformità ma' talba għal assistenza reċiproka |
Rifjut ta' konformità ma' talba għal assistenza reċiproka | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-awtorità mitluba tista' tirrifjuta li tikkonforma ma' talba għall-informazzjoni taħt l-Artikolu 11 jekk tapplika waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin: |
1. L-awtorità mitluba tista' tirrifjuta li tikkonforma ma' talba għall-informazzjoni taħt l-Artikolu 11 jekk tapplika waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) fl-opinjoni tagħha, wara konsultazzjoni mal-awtorità applikanti, l-informazzjoni mitluba ma tkunx meħtieġa mill-awtorità applikanti biex tistabbilixxi jekk seħħx ksur fi ħdan l-Unjoni jew biex tistabbilixxi jekk hemmx xi suspett raġonevoli li dan jista' jseħħ; |
(a) wara konsultazzjoni mal-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba tipprovdi raġunijiet iġġustifikati li juru li l-informazzjoni mitluba ma tkunx meħtieġa mill-awtorità applikanti biex tistabbilixxi jekk seħħx ksur fi ħdan l-Unjoni jew biex tistabbilixxi jekk hemmx xi suspett raġonevoli li dan jista' jseħħ; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
b) l-awtorità applikanti ma taqbilx li l-informazzjoni hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali u kummerċjali stipulati fl-Artikolu 41; |
b) l-awtorità applikanti ma taqbilx li l-informazzjoni hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali u kummerċjali stipulati fl-Artikolu 41; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) diġà jkunu nbdew investigazzjonijiet kriminali jew ġudizzjarji jew diġà tkun ingħatat sentenza finali fir-rigward tal-istess ksur fi ħdan l-Unjoni u kontra l-istess kummerċjant quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istat Membru tal-awtorità mitluba jew dik applikanti. |
(c) diġà jkunu nbdew investigazzjonijiet kriminali jew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-istess ksur fi ħdan l-Unjoni u kontra l-istess kummerċjant quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istat Membru tal-awtorità mitluba jew dik applikanti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-awtorità mitluba tista' tirrifjuta li tikkonforma ma' talba għal miżuri tal-infurzar taħt l-Artikolu 12 wara konsultazzjoni mal-awtorità applikanti, jekk tapplika waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin: |
2. L-awtorità mitluba tista' tirrifjuta li tikkonforma ma' talba għal miżuri tal-infurzar taħt l-Artikolu 12 wara konsultazzjoni mal-awtorità applikanti, jekk tapplika waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) l-investigazzjoni kriminali jew il-proċedimenti ġudizzjarji diġà jkunu nbdew jew tkun diġà ingħatat sentenza finali fir-rigward tal-istess ksur fi ħdan l-Unjoni u kontra l-istess kummerċjant, quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istat Membru tal-awtorità mitluba jew dik applikanti; |
(a) l-investigazzjoni kriminali jew il-proċedimenti ġudizzjarji diġà jkunu nbdew jew ikun hemm deċiżjoni amministrattiva finali, sentenza finali jew soluzzjoni bil-qorti fir-rigward tal-istess ksur fi ħdan l-Unjoni u kontra l-istess kummerċjant, quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istat Membru tal-awtorità mitluba jew dik applikanti; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) fil-fehma tagħha, wara investigazzjoni adatta, ma jkun seħħ ebda ksur fi ħdan l-Unjoni; |
(b) fil-fehma tagħha, wara investigazzjoni adatta, ma jkun seħħ ebda ksur fi ħdan l-Unjoni; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) fil-fehma tagħha, l-awtorità applikanti ma tkunx ipprovdiet informazzjoni suffiċjenti skont l-Artikolu 12(1), |
(c) fil-fehma tagħha, l-awtorità applikanti ma tkunx ipprovdiet informazzjoni neċessarja skont l-Artikolu 14(1), | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
It-talba għal miżuri tal-infurzar ma tistax tiġi miċħuda fuq il-bażi li ma ġietx ipprovduta informazzjoni suffiċjenti jekk it-talba għall-informazzjoni fuq l-istess ksur fi ħdan l-Unjoni kienet ġie miċħuda fuq il-bażi li diġà nbdew investigazzjonijiet kriminali jew proċedimenti ġudizzjarji jew li diġà ngħatat sentenza finali fir-rigward tal-istess ksur fi ħdan l-Unjoni u kontra l-istess kummerċjant, kif imsemmi fil-paragrafu (1)(c). |
It-talba għal miżuri tal-infurzar ma tistax tiġi miċħuda fuq il-bażi li ma ġietx ipprovduta informazzjoni suffiċjenti jekk it-talba għall-informazzjoni fuq l-istess ksur fi ħdan l-Unjoni kienet ġie preċedentement miċħuda fuq il-bażi kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. L-awtorità mitluba għandha tinforma lill-awtorità applikanti u lill-Kummissjoni dwar ir-rifjut li tikkonforma ma' talba għal assistenza reċiproka u għandha tagħti raġunijiet għaċ-ċaħda. |
3. L-awtorità mitluba għandha tinforma lill-awtorità applikanti u lill-Kummissjoni dwar ir-rifjut li tikkonforma ma' talba għal assistenza reċiproka u għandha tagħti raġunijiet għaċ-ċaħda. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtorità applikanti u dik mitluba, l-awtorità applikanti jew l-awtorità mitluba għandha mingħajr dewmien tirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni li għandha toħroġ opinjoni. Jekk il-kwistjoni ma tiġix riferuta lilha, il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni ex officio. |
4. F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtorità applikanti u dik mitluba, l-awtorità applikanti jew l-awtorità mitluba tista' tirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni li għandha toħroġ opinjoni mingħajr dewmien. Jekk il-kwistjoni ma tiġix riferuta lilha, il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni ex officio. Għall-finijiet tal-ħruġ ta' opinjoni, il-Kummissjoni tista' titlob għall-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti skambjati bejn l-awtorità applikanti u l-awtorità mitluba. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' assistenza reċiproka, il-konformità tal-awtoritajiet kompetenti mal-proċeduri u l-iskadenzi għall-ipproċessar ta' talbiet għal assistenza reċiproka. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għat-talbiet għal assistenza reċiproka u għall-informazzjoni u d-dokumenti skambjati bejn l-awtorità applikanti u dik mitluba. |
5. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' assistenza reċiproka u l-konformità tal-awtoritajiet kompetenti mal-proċeduri u l-iskadenzi għall-ipproċessar ta' talbiet għal assistenza reċiproka. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għat-talbiet għal assistenza reċiproka. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' toħroġ gwida u tagħti parir lill-Istati Membri biex tiżgura l-funzjonament effettiv u effiċjenti tal-mekkaniżmu ta' assistenza reċiproka. |
6. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' toħroġ gwida u tagħti parir lill-Istati Membri biex tiżgura l-funzjonament effettiv u effiċjenti tal-mekkaniżmu ta' assistenza reċiproka. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
7. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw id-dettalji tal-proċeduri biex jiġu indirizzati każijiet ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti taħt il-paragrafi 3 u 4. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 15a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 15a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Atti ta' implimentazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-formoli standard u l-passi tal-proċedura msemmija fl-Artikoli 11, 12 u 15. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 75 Proposta għal regolament Kapitolu IV – titolu | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
SORVELJANZA KKOORDINATA, INVESTIGAZZJONI U MEKKANIŻMU TA' INFURZAR GĦAL KAŻIJIET TA' KSUR MIFRUXA |
INVESTIGAZZJONI KKOORDINATA U MEKKANIŻMU TA' INFURZAR GĦAL KAŻIJIET TA' KSUR MIFRUXA U KAŻIJIET TA' KSUR MIFRUXA B'DIMENSJONI TAL-UNJONI | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 76 Proposta għal regolament Kapitolu IV – taqsima I – titolu | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Każijiet ta' ksur |
Każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 16 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 16 |
Artikolu 16 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ftuħ ta' azzjoni kkoordinata u n-nominazzjoni tal-koordinatur |
Tnedija ta' azzjonijiet ikkoordinati u n-nominazzjoni tal-koordinatur | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Meta awtorità kompetenti jkollha suspett raġonevoli li qed iseħħ ksur mifrux, hija għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati bil-ksur mifrux u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. |
1. Meta awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni jkollha suspett raġonevoli li qed iseħħ ksur mifrux, hija għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati b'dak il-ksur u lill-Kummissjoni, kif applikabbli, mingħajr dewmien. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Meta l-Kummissjoni jkollha suspett raġonevoli li qed iseħħ ksur mifrux, hija għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bil-ksur mifrux. |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Wara li jirċievu n-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bil-ksur mifrux għandhom, waqt li jaġixxu b'kunsens, jinnominaw l-awtorità kompetenti li għandha tikkoordina l-azzjoni. |
3. Wara li jirċievu n-notifika kif imsemmi fil-paragrafu 1, fil-każ ta' ksur mifrux, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati b'dan il-ksur għandhom, waqt li jaġixxu b'kunsens, jiddeċiedu jekk inidux azzjoni koordinata. L-awtorità kompetenti notifikanti għandha tikkoordina l-azzjoni sakemm l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bil-każijiet ta' ksur mifruxa ma jaqblux li għandha tkun awtorità kompetenti oħra jew il-Kummissjoni li tikkoordina l-azzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. L-awtoritajiet kompetenti kkornċernati jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni sabiex tassumi l-irwol ta' koordinazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati mingħajr dewmien dwar jekk taċċettax jew le l-irwol ta' koordinazzjoni. |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. Meta tinnotifika lill-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista' tipproponi biex tassumi l-irwol ta' koordinazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar jekk jaċċettawx li l-Kummissjoni tikkoordina l-azzjoni. |
5. Meta tkun il-Kummissjoni li tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 1, hija tista' tipproponi biex tassumi r-rwol ta' koordinazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar jekk jaqblux li l-Kummissjoni tikkoordina l-azzjoni, jew jekk jaqblux dwar awtorità kompetenti li għandha tikkoordina l-azzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6. Jekk il-Kummissjoni tirrifjuta li tassumi l-irwol ta' koordinazzjoni jew jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jaċċettawx li l-Kummissjoni tikkoordina l-azzjoni, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinnominaw awtorità kompetenti li għandha tikkoordina l-azzjoni. Jekk ma jintlaħaq ebda ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-awtorità kompetenti li l-ewwel innotifikat il-ksur suspettat lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn għandha tikkoordina l-azzjoni. |
6. Jekk il-Kummissjoni tirrifjuta li tassumi l-irwol ta' koordinazzjoni jew jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jaċċettawx li l-Kummissjoni tikkoordina l-azzjoni, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinnominaw awtorità kompetenti li għandha tikkoordina l-azzjoni. Jekk ma jintlaħaq ebda ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-awtorità kompetenti li l-ewwel innotifikat il-ksur suspettat lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn għandha tikkoordina l-azzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
6a. Wara li tagħti jew tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, flimkien mal-uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jivverifikaw l-evidenza preliminari rigward l-eżistenza ta' każijiet ta' ksur mifruxa. Meta l-livell limitu għal każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni jintlaħaq, il-Kummissjoni għandha tniedi azzjoni koordinata. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha li tniedi l-azzjoni kkoordinata lill-uffiċji uniċi ta' kooperazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati minn dik l-azzjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 16a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 16a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Parteċipazzjoni f'azzjonijiet ikkoordinati | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1. Awtorità kompetenti tista' tirrifjuta li tieħu sehem f'azzjoni kkoordinata għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) diġà tkun inbdiet investigazzjoni kriminali jew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-istess każijiet ta' ksur mifruxa jew każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni u kontra l-istess kummerċjant fl-Istat Membru kkonċernat; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) diġà tkun ingħatat deċiżjoni amministrattiva finali, sentenza finali jew soluzzjoni bil-qorti fir-rigward tal-istess każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni u kontra l-istess kummerċjant fl-Istat Membru kkonċernat; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) il-każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni rilevanti ma jkunux seħħew fl-Istat Membru kkonċernat. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. Wara d-deċiżjoni li tniedi azzjoni kkoordinata skont l-Artikolu 16, meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li ma tiħux sehem fl-azzjoni kkoordinata, hija għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u lill-uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni kkonċernati dwar id-deċiżjoni tagħha, tagħti r-raġunijiet għal dan u tipprovdi d-dokumenti ta' appoġġ meħtieġa. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3. Awtorità kompetenti tista' tingħaqad ma' azzjoni kkoordinata jekk jidher biċ-ċar matul l-azzjoni kkoordinata li hija kkonċernata mill-każijiet ta' ksur mifruxa jew mill-każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni li huwa s-suġġett tal-azzjoni kkoordinata. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 17 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 17 |
Artikolu 17 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Miżuri ta' investigazzjoni f'azzjonijiet ikkoordinati |
Miżuri ta' investigazzjoni f'azzjonijiet ikkoordinati | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jiżguraw li l-evidenza, id-data u l-informazzjoni meħtieġa jinġabru b'mod effettiv u effiċjenti. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jiżguraw li l-investigazzjonijiet u l-ispezzjonijiet jitmexxew fl-istess ħin u li l-miżuri interim jiġu applikati fl-istess ħin. |
1. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jiżguraw li l-evidenza, id-data u l-informazzjoni meħtieġa jinġabru b'mod effettiv u effiċjenti. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jiżguraw li l-investigazzjonijiet u l-ispezzjonijiet jitmexxew fl-istess ħin u li l-miżuri interim jiġu applikati fl-istess ħin sal-punt li d-dritt proċedurali nazzjonali jkun jippermetti dan. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jużaw il-mekkaniżmu ta' assistenza reċiproka skont il-Kapotilu III, b'mod partikolari biex jiġbru evidenza u informazzjoni mingħand Stati Membri minbarra l-Istati Membri kkonċernati bl-azzjoni kkoordinata jew biex jiżguraw li l-kummerċjant kkonċernat ma jevitax il-miżuri tal-infurzar. |
2. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jużaw il-mekkaniżmu ta' assistenza reċiproka skont il-Kapitolu III, b'mod partikolari biex jiġbru evidenza u informazzjoni mingħand Stati Membri minbarra l-Istati Membri kkonċernati bl-azzjoni kkoordinata jew biex jiżguraw li l-kummerċjant kkonċernat ma jevitax il-miżuri tal-infurzar. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Fejn xieraq, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jistabbilixxu l-eżitu tal-investigazzjoni u l-valutazzjoni tal-każijiet ta' ksur mifruxa f'pożizzjoni komuni miftiehma bejniethom. |
3. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jistabbilixxu l-eżitu tal-investigazzjoni u l-valutazzjoni tal-każijiet ta' ksur mifruxa jew, fejn applikabbli, il-każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni, f'pożizzjoni komuni miftiehma bejniethom. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3a. Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, il-koordinatur għandu jikkomunika l-pożizzjoni komuni lill-kummerċjant responsabbli għall-ksur, li għandu jingħata l-opportunità li jiġi mismugħ dwar il-kwistjonijiet li jiffurmaw parti mill-pożizzjoni komuni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. Fejn xieraq u mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali stipulati fl-Artikolu 41, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jippubblikaw il-pożizzjoni komuni jew partijiet minnha fuq il-websajts tagħhom u fuq il-websajt tal-Kummissjoni u jitolbu l-opinjonijiet ta' partijiet oħrajn ikkonċernati. |
4. Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali stipulati fl-Artikolu 41, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jippubblikaw il-pożizzjoni komuni jew partijiet minnha fuq il-websajts tagħhom u fuq il-websajt tal-Kummissjoni u jistgħu jitolbu l-opinjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-konsumatur, l-organizzazzjonijiet tal-kummerċjanti, u partijiet oħrajn ikkonċernati. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 18 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 18 |
Artikolu 18 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Miżuri ta' infurzar f'azzjonijiet ikkoordinati |
Impenji f'azzjonijiet ikkoordinati | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jistiednu lill-kummerċjant responsabbli għall-ksur biex jipproponi impenji għall-waqfien tal-ksur u fejn xieraq, biex jikkumpensaw jew jieħdu miżuri oħra li jiffaċilitaw il-kumpens lil konsumaturi li jkunu ġarrbu ħsara. Il-kummerċjant jista' wkoll, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, jipproponi impenji biex jintemm il-ksur u biex jingħata kumpens lill-konsumaturi. |
1. Fuq il-bażi ta' pożizzjoni komuni adottata skont l-Artikolu 17, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jistiednu lill-kummerċjant responsabbli għall-każijiet ta' ksur mifruxa jew għall-każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni biex jipproponi impenji għall-waqfien tal-ksur u fejn xieraq, biex jikkumpensaw jew jieħdu miżuri oħra li jiffaċilitaw il-kumpens lil konsumaturi li jkunu ġarrbu ħsara. Il-kummerċjant jista' wkoll, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, jipproponi impenji biex itemm il-ksur u biex jagħti kumpens lil dawn il-konsumaturi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Fejn il-kummerċjant jipproponi impenji, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu, fejn xieraq, jippubblikaw l-impenji proposti fuq il-websajts tagħhom jew, fejn xieraq, fuq il-websajt tal-Kummissjoni biex jintalbu l-fehmiet ta' partijiet ikkonċernati oħrajn u sabiex jiġi vverifikat jekk l-impenji humiex suffiċjenti biex iwaqqfu il-ksur u jikkumpensaw lill-konsumaturi. |
2. Fejn il-kummerċjant jipproponi impenji, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu, fejn xieraq, jippubblikaw l-impenji proposti fuq il-websajts tagħhom jew, fejn xieraq, fuq il-websajt tal-Kummissjoni, biex jinfurmaw lill-partijiet ikkonċernati, inklużi organizzazzjonijiet tal-konsumatur u organizzazzjonijiet tal-kummerċjanti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2a. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jivvalutaw l-impenji proposti mill-kummerċjant responsabbli għall-ksur u jikkomunikaw lill-kummerċjant l-eżitu tal-valutazzjoni miftiehma bejniethom. Meta dawk l-impenji jkunu meqjusa li huma biżżejjed biex jiżguraw it-tmiem tal-każijiet ta' ksur mifruxa jew il-każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni u, fejn xieraq, il-kumpens tal-konsumaturi li jkunu sofrew ħsara minħabba fih, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaċċettaw dawk l-impenji u jistabbilixxu limitu taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-impenji. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Meta ma jkunx probabbli li l-każijiet ta' ksur mifruxa jew każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni ser jintemmu bħala riżultat tal-impenji mill-kummerċjant responsabbli għal dak il-ksur, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri ta' infurzar skont l-Artikolu 18a. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-impenji. B'mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li l-kummerċjant responsabbli għall-ksur jirrapporta regolarment lill-koordinatur dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-impenji. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jinnominaw awtorità kompetenti waħda biex tieħu miżuri ta' infurzar f'isem l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn sabiex ittemm jew tipprojbixxi l-ksur mifrux, sabiex tiżgura kumpens għall-konsumaturi jew timponi penali. Meta jinnominaw awtorità kompetenti biex tieħu miżuri tal-infurzar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-lokalità tal-kummerċjant ikkonċernat. Ladarba l-awtorità kompetenti tiġi nnominata biex tieħu l-miżuri ta' infurzar mill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ikkonċernati, hija għandha ssir kompetenti biex taġixxi f'isem il-konsumaturi ta' kull tali Stat Membru daqslikieku kienu l-konsumaturi tagħha stess. |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jieħdu miżuri tal-infurzar fl-istess ħin fl-Istat Membri kollha jew uħud minnhom li jkunu kkonċernati mill-każ ta' ksur mifrux. F'dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawk il-miżuri ta' infurzar jitnedew fl-istess ħin fl-Istati Membri kollha kkonċernati. |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. L-għoti ta' struzzjonijiet lil korp innominat biex jieħu miżuri tal-infurzar skont il-paragrafi 1 sa 4 għandu jkun possibbli biss jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jagħtu l-kunsens tagħhom għal dak l-għoti ta' struzzjonijiet, u dan meta dak l-għoti ta' struzzjonijiet ma jwassalx għall-iżvelar ta' informazzjoni li tkun soġġetta għar-regoli ta' segretezza professjonali u kummerċjali stipulati fl-Artikolu 41. |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 18a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 18a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Miżuri ta' infurzar f'azzjonijiet ikkoordinati | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jaqblu dwar liema awtorità kompetenti, jew, fejn meħtieġ, awtoritajiet kompetenti, għandha tieħu, f'isem l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn, miżuri ta' infurzar, inkluża l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fuq il-kummerċjant u ta' ordni li titolbu jħallas kumpens lill-konsumaturi li sofrew ħsara minħabba fih, meta: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) ikun improbabbli li l-ksur se jintemm bħala riżultat tal-impenji li jkunu ġew proposti mill-kummerċjant responsabbli għall-ksur; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) il-kummerċjant responsabbli għall-ksur ma jipproponix impenji qabel l-iskadenza ta' limitu ta' żmien stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) il-kummerċjant responsabbli għall-ksur jipproponi impenji li mhumiex biżżejjed biex jiżguraw it-tmiem tal-ksur u l-kumpens tal-konsumaturi li sofrew ħsara minħabba l-ksur; or | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(d) il-kummerċjant responsabbli għall-ksur jonqos milli jimplimenta l-impenji qabel l-iskadenza tal-limitu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 18(2a). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. Ladarba awtorità kompetenti tkun ġiet innominata biex tieħu miżuri tal-infurzar mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħrajn, hija għandu jkollha l-kompetenza li taġixxi f'isem il-konsumaturi f'kull wieħed mill-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati daqslikieku kienu l-konsumaturi tagħha. Meta jinnominaw awtorità kompetenti biex tieħu miżuri tal-infurzar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-aspetti rilevanti kollha li jwasslu għal infurzar effettiv. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3. Meta l-awtoritajiet kompetenti ma jipproċedux skont il-paragrafu 2, huma għandhom jieħdu miżuri tal-infurzar fl-istess ħin f'bosta Stati Membri jew fl-Istati Membri kollha kkonċernati mill-każijiet ta' ksur mifruxa jew mill-każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4. L-awtorità kompetenti nnominata tista' tingħata struzzjonijiet biex tieħu miżuri tal-infurzar skont il-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu biss jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati minn dawk il-miżuri jagħtu l-kunsens tagħhom u biss jekk dan ma jwassalx għall-iżvelar ta' informazzjoni li tkun soġġetta għar-regoli dwar segretezza professjonali u kummerċjali stabbiliti fl-Artikolu 41. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 19 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 19 |
Artikolu 19 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għeluq ta' azzjonijiet ikkoordinati |
Għeluq ta' azzjonijiet ikkoordinati | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jiddeċiedu li jagħlqu l-azzjoni kkoordinata meta jikkonkludu li: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) ma seħħ l-ebda każ ta' ksur mifrux jew ta' ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) wara l-implimentazzjoni tal-impenji mill-kummerċjant responsabbli għaliha, il-każijiet ta' ksur mifruxa jew tal-ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni jkunu intemmu; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) wara l-miżuri ta' infurzar, il-każijiet ta' ksur mifruxa jew il-ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni jkunu intemmu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-awtorità ta' koordinazzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien meta l-ksur mifrux ikun intemm jew ikun ġie pprojbit. |
2. Il-koordinatur għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, fejn applikabbli, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien dwar l-għeluq tal-azzjoni kkoordinata. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 19a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 19a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-ftuħ mill-ġdid ta' azzjonijiet ikkoordinati | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-koordinatur għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-Kummissjoni, fejn applikabbli, u lill-awtoritajiet kompetenti u lill-uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati jekk il-każijiet ta' ksur mifruxa jew il-każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni jerġgħu jseħħu u b'hekk għandhom jittieħdu miżuri ulterjuri. F'dak il-każ, il-koordinazzjoni tista' sseħħ mingħajr ma tiġi mnedija azzjoni kkoordinata ġdida. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 20 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċeduri għal azzjonijiet komuni għal każijiet ta' ksur mifruxa, b'mod partikolari l-formoli standard għal notifiki u skambji oħrajn bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). |
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-limiti ta' żmien u l-formoli standard għal notifiki u skambji oħra ta' informazzjoni u talbiet għal infurzar bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għal azzjonijiet ikkoordinati fir-rigward ta' każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 85 Proposta għal regolament Kapitolu IV – taqsima II | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
[...] |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 86 Proposta għal regolament Kapitolu IV – taqsima III – titolu | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għal azzjonijiet ikkoordinati u għal azzjonijiet komuni taħt dan il-kapitolu |
Dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għal azzjonijiet ikkoordinati | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – parti introduttorja | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Il-koordinatur maħtur skont l-Artikoli 16, 21 jew 32 għandu b'mod partikolari: |
1. Il-koordinatur maħtur skont l-Artikoli 16 jew 32 għandu b'mod partikolari: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u l-Kummissjoni huma informati kif meħtieġ u b'mod tempestiv dwar il-progress tal-azzjoni tal-infurzar, il-passi antiċipati li jmiss u l-miżuri li għandhom jiġu adottati; |
(a) jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u, fejn applikabbli, il-Kummissjoni huma informati kif meħtieġ u b'mod tempestiv dwar il-progress tal-azzjoni tal-infurzar, il-passi antiċipati li jmiss u l-miżuri li għandhom jiġu adottati; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt b | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) jikkoordina l-investigazzjonijiet, l-ispezzjonijiet u l-adozzjoni tal-miżuri interim deċiżi mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati skont it-taqsimiet I u II, jissorvelja l-investigazzjonijiet, l-ispezzjonijiet u l-miżuri interim, kif ukoll miżuri oħrajn, skont l-Artikolu 8; |
(b) jikkoordina u jissorvelja l-investigazzjonijiet, l-ispezzjonijiet u l-adozzjoni tal-miżuri interim deċiżi mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati skont it-taqsima I; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt c | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) jikkoordina t-tħejjija u l-kondiviżjoni tad-dokumenti kollha meħtieġa fost l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u l-Kummissjoni; |
(c) jikkoordina t-tħejjija u l-kondiviżjoni tad-dokumenti kollha meħtieġa fost l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u, fejn applikabbli, il-Kummissjoni; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt d | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(d) iżomm kuntatt mal-kummerċjanti u partijiet oħrajn ikkonċernati bis-sorveljanza, l-investigazzjoni u l-miżuri ta' infurzar, ħlief jekk jiġi miftiehem mod ieħor mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u l-Kummissjoni; |
(d) iżomm kuntatt mal-kummerċjanti u partijiet oħrajn ikkonċernati bis-sorveljanza, l-investigazzjoni u l-miżuri ta' infurzar, ħlief jekk jiġi miftiehem mod ieħor mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, il-koordinatur u, fejn applikabbli, il-Kummissjoni; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt f | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(f) jikkoordina miżuri tal-infurzar oħrajn adottati mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, li jinkludu rikorsi lill-qrati għall-ordnijiet u d-deċiżjonijiet meħtieġa, l-impożizzjoni ta' penali u l-adozzjoni ta' miżuri li jiżguraw l-għoti ta' kumpens lill-konsumaturi; |
(f) jikkoordina miżuri tal-infurzar oħrajn adottati mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, li jinkludu rikorsi lill-qrati għall-ordnijiet u d-deċiżjonijiet meħtieġa, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet u l-adozzjoni ta' miżuri li jiżguraw l-għoti ta' kumpens lill-konsumaturi; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom ta' sorveljanza tas-suq l-miżuri ta' investigazzjoni u infurzar sabiex jindirizzaw każijiet ta' ksur mifruxa skont it-taqsimiet I u II. Huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa u jipprovdu lil xulxin u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe assistenza oħra meħtieġa mingħajr dewmien. |
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom ta' sorveljanza tas-suq l-miżuri ta' investigazzjoni u infurzar sabiex jindirizzaw każijiet ta' ksur mifruxa skont it-taqsima I. Huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa u jipprovdu lil xulxin u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe assistenza oħra meħtieġa mingħajr dewmien. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Il-lingwi użati mill-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għan-notifiki u l-komunikazzjonijiet kollha marbuta mal-azzjonijiet ikkoordinati, l-azzjonijiet komuni u l-investigazzjonijiet miftiehma tas-swieq tal-konsumaturi skont skont dan il-Kapitolu għandhom ikunu miftiehma mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u mill-Kummissjoni. |
3. Il-lingwi użati mill-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għan-notifiki u l-komunikazzjonijiet kollha marbuta mal-azzjonijiet ikkoordinati u sweeps skont dan il-Kapitolu għandhom ikunu miftiehma mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u mill-Kummissjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. Jekk ma jista' jintlaħaq ebda ftehim, in-notifiki u l-komunikazzjonijiet l-oħra għandhom jintbagħtu bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li jagħmel in-notifika jew komunikazzjoni oħra. F'dak il-każ, kull awtorità kompetenti kkonċernata għandha tiżgura li jkun hemm it-traduzzjonijiet meħtieġa tan-notifiki, il-komunikazzjonijiet u d-dokumenti l-oħra li tirċievi minn awtoritajiet kompetenti oħrajn. |
4. Jekk ma jista' jintlaħaq ebda ftehim, in-notifiki u l-komunikazzjonijiet l-oħra għandhom jintbagħtu bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li jagħmel in-notifika jew komunikazzjoni oħra. F'dak il-każ, kull awtorità kompetenti kkonċernata għandha jekk meħtieġ tiżgura li jkun hemm il-produzzjoni tat-traduzzjonijiet tan-notifiki, il-komunikazzjonijiet u d-dokumenti l-oħra li tirċievi minn awtoritajiet kompetenti oħrajn. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 5 – parti introduttorja | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. Meta l-azzjonijiet ikkoordinati jew komuni skont it-taqsimiet I u II jikkonċernaw każijiet ta' ksur mifruxa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li ġejja, il-koordinatur għandu jistieden lill-Awtorità Bankarja Ewropea biex tassumi rwol ta' osservatur. |
5. Meta azzjonijiet ikkoordinati skont it-taqsima I jikkonċernaw każijiet ta' ksur mifruxa jew każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni li jiksru l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li ġejja, il-koordinatur għandu jistieden lill-Awtorità Bankarja Ewropea biex taġixxi ta' osservatur. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 31 – titolu | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Pożizzjoni komuni u smigħ tal-kummerċjanti |
Arranġamenti dwar il-lingwa għall-komunikazzjoni mal-kummerċjanti | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Il-pożizzjoni komuni msemmija fl-Artikoli 17 u 23 għandha tiġi kkomunikata lill-kummerċjant responsabbli għall-ksur. Il-kummerċjant responsabbli għall-ksur għandu jingħata l-opportunità li jinstema' dwar il-kwistjonijiet li huma parti mill-pożizzjoni komuni. |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Il-kummerċjant għandu jkun intitolat li jikkomunika bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-istabbiliment jew tar-residenza tiegħu. Il-kummerċjant jista' jirrinunzja dak id-dritt jew jitlob li tintuża lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti. |
2. Il-kummerċjant għandu jkun intitolat li jikkomunika bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-istabbiliment jew tar-residenza tiegħu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw id-dettalji tal-implimentazzjoni tad-drittijiet tad-difiża tal-kummerċjanti f'azzjonijiet ikkoordinati u komuni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 32 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 32 |
Artikolu 32 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Investigazzjonijiet miftiehma tas-swieq tal-konsumaturi |
Sweeps | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Meta x-xejriet tas-suq, l-ilmenti tal-konsumaturi jew indikazzjonijiet oħrajn jissuġġerixxu li setgħu seħħu, qegħdin iseħħu jew jistgħu jseħħu każijiet ta' ksur mifruxa, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jwettqu investigazzjoni miftiehma tas-swieq tal-konsumaturi ("sweep"). Tali investigazzjoni miftiehma għandha tkun ikkoordinata mill-Kummissjoni. |
1. Meta x-xejriet tas-suq, l-ilmenti tal-konsumaturi jew indikazzjonijiet oħrajn jissuġġerixxu li setgħu seħħu, qegħdin iseħħu jew jistgħu jseħħu każijiet ta' ksur mifruxa, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jwettqu sweeps. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a. Sweeps għandhom ikunu kkoordinati mill-Kummissjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Meta jwettqu investigazzjonijiet miftiehma, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jagħmlu użu effettiv mis-setgħat stipulati fl-Artikolu 8 u s-setgħat oħrajn mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali. |
2. Meta jwettqu sweeps, l-awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw fihom għandhom jagħmlu użu effettiv mis-setgħat stipulati fl-Artikolu 8 u s-setgħat oħrajn mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistiednu lil uffiċjali tal-Kummissjoni u persuni oħrajn li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni biex jipparteċipaw fi sweeps. |
3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistiednu lill-korpi nnominati, lil uffiċjali tal-Kummissjoni u persuni oħrajn li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni, meta jkun xieraq u debitament ġġustifikat, biex jipparteċipaw fi sweeps. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċeduri għall-isweeps. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). |
4. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċeduri għall-isweeps. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 34 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 34 |
Artikolu 34 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Mekkaniżmu ta' twissija |
Mekkaniżmu ta' twissija | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Awtorità kompetenti għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-Kummissjoni u lil awtoritajiet kompetenti oħrajn dwar kull suspett raġonevoli li qed iseħħ ksur fit-territorju tagħha li jista' jaffettwa l-interessi tal-konsumaturi fi Stati Membri oħrajn ("twissija") billi tuża l-formola standard permezz tal-bażi ta' data msemmija fl-Artikolu 43. |
1. Awtorità kompetenti għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-Kummissjoni u lil awtoritajiet kompetenti oħrajn dwar kull suspett raġonevoli li jkun qed iseħħ każ ta' ksur madwar l-Unjoni jew każ ta' ksur mifrux fit-territorju tagħha li jista' jaffettwa l-interessi tal-konsumaturi fI Stati Membri oħrajn ("twissija") billi tuża l-formola standard permezz tal-bażi ta' data msemmija fl-Artikolu 43. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinnotifika l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati dwar kwalunkwe suspett raġonevoli li seħħ ksur fit-territorju tal-Unjoni ("twissija") permezz tal-bażi ta' data msemmija fl-Artikolu 43. |
2. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinnotifika l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati dwar kwalunkwe suspett raġonevoli li seħħ każ ta' ksur madwar l-Unjoni jew każ ta' ksur mifrux fit-territorju tal-Unjoni ("twissija") permezz tal-bażi ta' data msemmija fl-Artikolu 43. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Fit-twissija, l-awtorità kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jipprovdu, fejn disponibbli, b'mod partikolari l-informazzjoni li ġejja dwar il-suspett ta' ksur: |
3. Fit-twissija, l-awtorità kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jipprovdu, fejn disponibbli, b'mod partikolari l-informazzjoni li ġejja dwar il-suspett ta' ksur madwar l-Unjoni jew ksur mifrux; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) deskrizzjoni tal-att jew l-ommissjoni li jikkostitwixxu l-ksur; |
(a) deskrizzjoni tal-att jew l-ommissjoni li jikkostitwixxu l-ksur; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) il-prodott jew is-servizz ikkonċernat mill-ksur; |
(b) il-prodott jew is-servizz ikkonċernat mill-ksur; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) l-Istati Membri kkonċernati jew possibilment ikkonċernati mill-ksur; |
(c) l-Istati Membri kkonċernati jew possibilment ikkonċernati mill-ksur; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(d) il-kummerċjant responsabbli jew suspettat li huwa responsabbli għall-ksur; |
(d) il-kummerċjant responsabbli jew suspettat li huwa responsabbli għall-ksur; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(e) il-bażi legali għall-azzjonijiet possibbli b'referenza għal-liġi nazzjonali u għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-atti tal-Unjoni fl-Anness ta' dan ir-Regolament; |
(e) il-bażi legali għall-azzjonijiet possibbli b'referenza għal-liġi nazzjonali u għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-atti tal-Unjoni elenkati fl-Anness; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(f) in-natura tal-proċedimenti legali, il-miżuri tal-infurzar jew miżuri oħrajn meħuda fir-rigward tal-ksur u d-dati u t-tul ta' żmien tagħhom; |
(f) in-natura u l-istatus tal-proċedimenti legali, il-miżuri tal-infurzar jew miżuri oħrajn meħuda fir-rigward tal-ksur u d-dati u t-tul ta' żmien tagħhom; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(g) l-istatus tal-proċedimenti legali, tal-miżura ta' infurzar jew miżuri oħrajn li ttieħdu fir-rigward tal-ksur; |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(h) l-awtorità kompetenti li qed tmexxi l-proċedimenti legali u miżuri oħrajn; |
(h) l-awtorità kompetenti li qed tmexxi l-proċedimenti legali u miżuri oħrajn. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(i) jekk it-twissija saritx "għal informazzjoni" jew "għal azzjoni". |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4 F'każ ta' twissija "għal azzjoni", l-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni tista' titlob lill-awtoritajiet kompetenti oħra u l-Kummissjoni biex jivverifikaw jekk humiex qegħdin iseħħu każijiet ta' suspett ta' ksuri simili fit-territorju ta' Stati Membri oħrajn jew jekk ittieħdux diġà xi miżuri ta' infurzar kontra dawk il-każijiet ta' ksur fi Stati Membri oħrajn. |
4 F'każ ta' twissija, l-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni għandha titlob lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u, kif xieraq, lill-Kummissjoni biex jivverifikaw jekk humiex qegħdin iseħħu każijiet ta' suspett ta' ksur simili fit-territorju ta' Stati Membri oħrajn jew jekk ittieħdux diġà xi miżuri ta' infurzar kontra dawk il-każijiet ta' ksur fi Stati Membri oħrajn. Dawk l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u l-Kummissjoni għandhom iwieġbu għat-talba mingħajr dewmien. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5 Biex jindirizzaw il-każijiet ta' suspett ta' ksuri b'mod effettiv, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom, skont ir-risposti għat-twissija, jieħdu l-miżuri meħtieġa stipulati fil-Kapitoli III u IV. |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6 Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw id-dettalji għall-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' twissija, inkluż partikolarment fil-forom standard għat-twissijiet. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). |
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli standard għas-sottomissjoni ta' twissija permezz tal-bażi ta' data msemmija fl-Artikolu 43. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 35 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 35 |
Artikolu 35 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Parteċipazzjoni ta' entitajiet oħrajn fil-mekkaniżmu ta' twissija |
Parteċipazzjoni ta' entitajiet oħrajn fil-mekkaniżmu ta' twissija | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Il-korpi nnominati u ċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi għandhom jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tat-twissija stabbilit fl-Artikolu 34. L-Istati Membri għandhom jinnominaw organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, u entitajiet oħra bħal assoċjazzjonijiet tal-kummerċjanti, li għandhom il-kompetenza xierqa u interess leġittimu fil-protezzjoni tal-konsumatur, li għandhom jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ta' twissija. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni b'dawk l-entitajiet mingħajr dewmien. |
1. Il-korpi nnominati, iċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi, organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi kif ukoll assoċjazzjonijiet tal-kummerċjanti li għandhom il-kompetenza xierqa u l-interess leġittimu fil-protezzjoni tal-konsumatur ikunu jistgħu jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u lill-Kummissjoni b'każijiet suspetti ta' ksur u jipprovdu l-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 34(3), billi jużaw il-forma standard għal notifiki esterni permezz tal-bażi ta' data msemmija fl-Artikolu 43 ("twissija esterna"). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli standard għas-sottomissjoni ta' twissija esterna permezz tal-bażi ta' data msemmija fl-Artikolu 43. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Il-Kummissjoni jistgħu jinnominaw entitajiet oħrajn biex jirrapreżentaw l-interessi tal-konsumaturi u tan-negozju fil-livell tal-Unjoni li għandhom jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ta' twissija. |
2. Il-Kummissjoni għandha tagħti d-dritt lil entitajiet oħrajn biex jirrapreżentaw l-interessi tal-konsumaturi u tan-negozju fil-livell tal-Unjoni sabiex iwettqu twissija esterna. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. L-entitajiet deskritti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu intitolati li jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u lill-Kummissjoni b'każijiet ta' suspett ta' ksuri u li jipprovdu l-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 34(3), billi jużaw il-forma standard għal notifiki esterni pprovduta permezz tal-bażi ta' data msemmija fl-Artikolu 43 ("twissija esterna"). |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. It-twissijiet esterni għandhom ikunu biss "għall-informazzjoni". L-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx ikunu obbligati li jibdew proċedura jew jieħdu azzjoni oħra b'risposta għat-twissijiet u l-informazzjoni pprovduti minn dawk l-entitajiet. L-entitajiet li jagħmlu twissijiet esterni għandhom jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta tkun korretta, aġġornata u preċiża u għandhom jikkoreġu l-informazzjoni mibgħuta mingħajr dewmien jew jirtirawha skont kif ikun xieraq. Għal dak l-iskop, huma għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li jkunu pprovdew, soġġett għal-limitazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 41 u 43. |
4. L-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx ikunu obbligati li jibdew proċedura jew jieħdu azzjoni oħra b'risposta għat-twissijiet esterni. L-entitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 li jagħmlu twissijiet esterni għandhom jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta tkun korretta, aġġornata u preċiża, u għandha tikkoreġi kwalunkwe żball fl-informazzjoni mibgħuta mingħajr dewmien jew jirtirawha skont kif ikun xieraq. Għal dak l-iskop, huma għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li jkunu pprovdew, soġġett għal-limitazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 41 u 43. Dawk l-entitajiet għandhom ukoll jiġu nnotifikati dwar kwalunkwe azzjoni ta' segwitu meħuda mill-awtorità kompetenti kkonċernata f'dak li għandu x'jaqsam ma' twissijiet esterni, jew, fuq talba, dwar in-nuqqas ta' kwalunkwe azzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw id-dettalji tan-nominazzjoni u l-parteċipazzjoni ta' entitajiet oħrajn fil-mekkaniżmu ta' twissija. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – parti introduttorja | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Permezz tal-bażi ta' data msemmija fl-Artikolu 43, l-awtoritajiet kompetenti għandhom mingħajr dewmien jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lil awtoritajiet kompetenti oħrajn dwar kull miżura li huma jkunu ħadu biex jindirizzaw ksur tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi fit-territorju tagħhom, jekk huma jissuspettaw li l-ksur jista' jaffettwa l-interessi tal-konsumaturi fi Stati Membri oħrajn, b'mod partikolari: |
1. Permezz tal-bażi ta' data msemmija fl-Artikolu 43, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħrajn mingħajr dewmien dwar kull miżura meħuda minnhom biex jindirizzaw ksur tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi fit-territorju tagħhom, jekk huma jissuspettaw li l-ksur inkwistjoni jista' jaffettwa l-interessi tal-konsumaturi fi Stati Membri oħrajn. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) kull notifika, ordni, deċiżjoni jew miżura simili ta' awtorità kompetenti jew awtorità oħra relatata mal-ftuħ ta' proċedimenti nazzjonali li tikkonċerna ksur jew suspett ta' ksur; |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt b | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) kull deċiżjoni ta' qorti jew ta' awtorità ġudizzjarja oħra, ordni ġudizzjarja, inġunzjoni jew miżura simili oħra li tikkonċerna ksur jew suspett ta' ksur; |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt c | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) kull informazzjoni, deċiżjoni, ordni jew att ieħor ta' awtoritajiet nazzjonali jew korpi nnominati oħrajn, kif xieraq, li jistgħu jikkonċernaw ksur jew suspett ta' ksur. |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-iskambju ta' informazzjoni oħra rilevanti għall-qbid ta' każijiet ta' ksur taħt dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 37 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 37 |
Artikolu 37 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Koordinazzjoni ta' attivitajiet oħrajn li jikkontribwixxu għas-sorveljanza u l-infurzar |
Koordinazzjoni ta' attivitajiet oħrajn li jikkontribwixxu għas-sorveljanza u l-infurzar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tagħhom fl-oqsma li ġejjin: |
1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tagħhom fl-oqsma li ġejjin: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) it-taħriġ tal-uffiċjali tagħhom involuti fl-infurzar tal-protezzjoni tal-konsumaturi, li jinkludi taħriġ dwar il-lingwa, u l-organizzazzjoni ta' seminars ta' taħriġ; |
(a) l-iżvilupp ta' riżorsi tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż it-taħriġ tal-uffiċjali tagħhom; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) il-ġbir, il-klassifikazzjoni u l-iskambju ta' data dwar ilmenti lill-konsumatur; |
(b) il-ġbir, il-klassifikazzjoni u l-iskambju ta' data dwar ilmenti lill-konsumatur; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) l-iżvilupp ta' netwerks speċifiċi għas-settur ta' uffiċjali kompetenti; |
(c) l-iżvilupp ta' netwerks speċifiċi għas-settur ta' uffiċjali kompetenti; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(d) l-iżvilupp ta' għodda ta' informazzjoni u komunikazzjoni; |
(d) l-iżvilupp ta' għodda ta' informazzjoni u komunikazzjoni; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(e) l-iżvilupp ta' standards, metodoloġiji u linji gwida għal uffiċjali involuti fl-infurzar tal-protezzjoni tal-konsumaturi; |
(e) l-iżvilupp ta' standards, metodoloġiji u linji gwida li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(f) l-iskambju tal-uffiċjali tagħhom, inkluża l-ħila li jwettqu attivitajiet taħt il-Kapitoli III u IV. |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw u jorganizzaw flimkien l-attivitajiet stipulati fil-paragrafu 1. |
2. L-Istati Membri jistgħu jikkoordinaw u jorganizzaw flimkien l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaqsmu regolarment informazzjoni u data dwar ilmenti tal-konsumaturi. Għal dak l-iskop, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u żżomm metodoloġija armonizzata għall-klassifikazzjoni u r-rapportar tal-ilmenti tal-konsumaturi f'kooperazzjoni mal-Istati Membri. |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkunu meħtieġa biex tiżviluppa qafas għal kooperazzjoni taħt il-paragrafi 1 u 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-Istati Membri jistgħu, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, iwettqu attivitajiet komuni fl-oqsma stipulati fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jiżviluppaw qafas komuni għall-attivitajiet stipulati fil-punt (e) tal-paragrafu 1. |
2. L-Istati Membri jistgħu, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, iwettqu attivitajiet komuni fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1. Huma jistgħu, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jiżviluppaw qafas komuni għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkun meħtieġa biex tiżviluppa l-qafas għall-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 8 li tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandha tintuża biss għall-iskopijiet li tiġi żgurata konformità mal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi. |
1. L-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni jew ikkomunikata lilhom għandha tintuża biss għall-fini li tiġi żgurata konformità mal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 113 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 3 – parti introduttorja | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Minkejja il-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw u jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa: |
3. Minkejja l-paragrafu 2 u dment li d-drittijiet fundamentali, bħad-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni u l-ipproċessar tad-data personali, jiġu rrispettati b'mod sħiħ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw u jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(ba) għal raġunijiet ta' interess pubbliku, bħas-sikurezza pubblika, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-protezzjoni ambjentali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-evidenza, dokumenti, informazzjoni, spjegazzjonijiet jew sejbiet ta' investigazzjoni kkonstatati minn awtorità kompetenti fi Stat Membru skont l-Artikolu 8 jistgħu jintużaw għal proċedimenti mibdija b'applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħrajn mingħajr aktar rekwiżiti formali. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-evidenza, dokumenti, informazzjoni, spjegazzjonijiet jew sejbiet ta' investigazzjoni kkonstatati minn awtorità kompetenti fi Stat Membru jistgħu jintużaw għal proċedimenti mibdija b'applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħrajn mingħajr aktar rekwiżiti formali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm il-bażi ta' data elettronika meħtieġa, li fiha għandha taħżen u tipproċessa l-informazzjoni riċevuta biex tappoġġa t-talbiet għal assistenza reċiproka skont il-Kapitolu III, miżuri skont il-Kapitolu IV u l-mekkaniżmu ta' sorveljanza skont il-Kapitolu V. Il-bażi ta' data għandha tkun disponibbli għal konsultazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni. |
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm il-bażi ta' data elettronika meħtieġa għall-komunikazzjonijiet kollha bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni u l-Kummissjoni skont dan ir-Regolament. Dik il-bażi ta' data għandha tkun aċċessibbli direttament għall-awtoritajiet kompetenti, għall-uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni u għall-Kummissjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-informazzjoni pprovduta minn awtoritajiet, entitajiet u korpi nnominati oħrajn għandha tinħażen u tiġi pproċessata fil-bażi ta' data elettronika, iżda dawk l-awtoritajiet, entitajiet u korpi nnominati m'għandux ikollhom aċċess għal dik il-bażi ta' data. |
2. L-informazzjoni pprovduta minn awtoritajiet, entitajiet imsemmija fl-Artikolu 35 u korpi nnominati oħrajn pubbliċi għandha tinħażen u tiġi pproċessata fil-bażi ta' data elettronika, iżda dawk l-awtoritajiet, entitajiet u korpi nnominati m'għandux ikollhom aċċess għal dik il-bażi ta' data. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 2a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2a. Meta awtorità kompetenti, korp innominat jew entità imsemmija fl-Artikolu 35 jistabbilixxu li notifika ta' ksur mogħtija minnhom skont l-Artikoli 34 u 35 sussegwentement uriet li kienet mingħajr bażi, huma għandhom jirtiraw dik in-notifika. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tneħħi l-informazzjoni rilevanti mill-bażi ta' data, u għandha tinforma lill-partijiet dwar ir-raġunijiet għal din it-tneħħija. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 119 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 3 – punt a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) l-awtorità mitluba tinnotifika lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 12(3), li l-ksur fi ħdan l-Unjoni ntemm; |
(a) l-awtorità kompetenti mitluba tinnotifika lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 12(3), li l-ksur fi ħdan l-Unjoni ntemm; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 3 – punt b | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) l-awtorità li tikkoordina tinnotifika lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19, li l-ksur mifrux intemm jew ġie pprojbit; |
(b) il-koordinatur jinnotifika lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19, li l-azzjoni kkoordinata hija magħluqa; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 121 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 3 – punt c | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) il-Kummissjoni tiddeċiedi li, skont l-Artikolu 26, ingħalqet l-azzjoni komuni rigward il-ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni, iżda li l-impenji tal-kummerċjanti għandhom jinħażnu għal 10 snin sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi. |
(c) il-Kummissjoni, bħala koordinatur, tiddeċiedi li, skont l-Artikolu 19, ingħalqet l-azzjoni kkoordinata rigward il-każ ta' ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni, iżda li l-impenji tal-kummerċjanti għandhom jinħażnu għal ħames snin sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 122 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta' implimentazzjoni meħtieġa biex timplimenta l-bażi ta' data. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). |
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli elettroniċi standard u mudelli disponibbli fil-bażi ta' data għall-forum ta' diskussjoni li minnu għandhom jiġu skambjati t-talbiet u t-tweġibiet kollha kif ukoll dokumenti oħra. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 45 – titolu | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Pjanijiet ta' infurzar nazzjonali u prijoritizzazzjoni |
Pjanijiet ta' infurzar u prijoritizzazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 124 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 1 – parti introduttorja | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Kull sentejn minn xx/xx/20xx [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni pjanijiet ta' infurzar bijennali, bl-użu ta' forma standard pprovduta apposta fuq l-internet mill-Kummissjoni. Il-pjanijiet tal-infurzar għandhom jinkludu b'mod partikolari: |
1. Sa … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull sentejn wara dan, kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni pjanijiet ta' infurzar. Dawk il-pjanijiet tal-infurzar għandhom jinkludu: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) informazzjoni dwar xejriet tas-suq li jistgħu jaffettwaw l-interessi tal-konsumaturi fl-Istat Membru tagħhom, li b'hekk tenfasizza kwistjonijiet li x'aktarx jeżistu fi Stati Membri oħrajn; |
(a) informazzjoni dwar xejriet tas-suq li jistgħu jaffettwaw l-interessi tal-konsumaturi; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 126 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt b | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) fejn xieraq, sommarju tal-implimentazzjoni tal-pjan tal-infurzar bijennali preċedenti, li jinkludi ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament, ilmenti tal-konsumaturi u ilmenti oħrajn irċevuti, attivitajiet ta' sorveljanza u infurzar u azzjonijiet tal-qorti, sentenzi u ordinjiet oħrajn importanti, jew miżuri u raġunijiet għaliex il-pjan bijennali preċedenti seta' ma ġiex implimentat bis-sħiħ; |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt c | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) informazzjoni dwar l-organizzazzjoni, is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll kull bidla jew bidla ppjanata tagħhom; |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt d | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(d) l-oqsma ta' prijorità għall-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi għas-sentejn li ġejjin fl-Istat Membru; |
(d) l-oqsma ta' prijorità għall-infurzar ta' liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi fl-Istat Membru kkonċernat; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt f | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(f) ħarsa ġenerali lejn ir-riżorsi disponibbli u impenjati għall-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi fl-Istat Membru għal sentejn; |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt g | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(g) dikjarazzjoni tar-riżorsi impenjati għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għas-sentejn li ġejjin. |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 131 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 1a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli pubblikament sommarju tal-pjanijiet ta' infurzar. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 132 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Fil-każ ta' bidla sostanzjali fiċ-ċirkostanzi jew fil-kundizzjonijiet tas-suq tul is-sentejn wara s-sottomissjoni tal-aħħar pjan tal-infurzar, l-Istati Membri jistgħu jissottomettu pjan ta' infurzar rivedut. |
2. F'każijiet li jinvolvu bidla sostanzjali fiċ-ċirkostanzi jew fil-kundizzjonijiet tas-suq, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu informazzjoni li tikkonċerna dak it-tibdil meta l-iskop tiegħu jmur lil hinn minn dak li huwa kopert mill-pjan ta' infurzar. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 46 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 46 |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Monitoraġġ u implementazzjoni ta' pjanijiet tal-infurzar nazzjonali |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Il-Kummissjoni tista' tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' infurzar nazzjonali. Il-Kummissjoni tista' toffri pariri dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' infurzar nazzjonali, tistabbilixxi punti ta' referenza fir-rigward tar-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippromwovi l-aħjar prattiċi. |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta' implimentazzjoni meħtieġa biex tiżviluppa l-formoli standard fuq l-internet u d-dettalji tal-pjanijiet tal-infurzar nazzjonali msemmija fl-Artikolu 45. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). |
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 134 Proposta għal regolament Artikolu 47 – titolu | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-prinċipji għall-impożizzjoni ta' penali għal każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni u mifruxa. |
Il-prinċipji għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet għal każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni, każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 135 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 – parti introduttorja | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Meta jkunu qed jimponu penali fil-kuntest ta' ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta' ksur mifruxa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw fost affarijiet oħrajn: |
1. Meta jkunu qed jimponu sanzjonijiet fil-kuntest ta' ksur fi ħdan l-Unjoni, każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw inter alia: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 136 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 137 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien it-test ta' kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw, jew tal-ftehimiet apparti dawk li jittrattaw każijiet individwali li huma jikkonkludu, fuq kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament. |
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien it-test ta' kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw, u tal-ftehimiet, apparti ftehimiet li jittrattaw każijiet individwali, li huma jikkonkludu, fuq kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 138 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sa mhux aktar tard mill-[xx/xx/20xx, u mhux aktar tard minn seba' snin mid-dħul tiegħu fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
Sa ... [ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament li tinkludi valutazzjoni tal-effettività tal-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi taħt dan ir-Regolament u l-eżami ta', fost affarijiet oħrajn, kif il-konformità tal-kummerċjanti mal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi evolviet fi swieq ewlenin tal-konsumaturi ikkonċernati mill-kummerċ transkonfinali. |
Ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament li tinkludi valutazzjoni tal-effettività tal-infurzar ta' liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi taħt dan ir-Regolament u l-eżami ta', inter alia, kif konformità tal-kummerċjanti ma' liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi evolviet fi swieq ewlenin tal-konsumaturi ikkonċernati mill-kummerċ transkonfinali. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, b'mod partikolari, l-effettività ta' dawn li ġejjin: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) is-setgħat mogħtija skont l-Artikolu 8; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) il-livell limitu stabbilit għal każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni; | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) is-sistema tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ksur kif previst mill-Artikolu 43. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, bi proposti leġiżlattivi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 140 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sa ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fih ħarsa ġenerali lejn l-iskambju tal-informazzjoni, l-iżviluppi fil-qasam tal-infurzar tal-liġi dwar il-konsumatur u statistika taħt il-mekkaniżmu ta' sorveljanza stabbilit skont l-Artikolu 33, inklużi twissijiet imtella' u azzjonijiet ta' segwitu meħuda fir-rigward ta' twissijiet esterni, u ħarsa ġenerali lejn il-każijiet ta' ksur mifruxa u l-ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 16. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 141 Proposta għal regolament Artikolu 51 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dan ir-Regolament għandu japplika minn[sena wara d-dħul fis-seħħ tiegħu]. |
Dan ir-Regolament għandu japplika minn ... [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Madankollu, l-Artikolu 51 għandu japplika minn[id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 144 Proposta għal regolament Anness – punt 24a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
24a. Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi): Artikolu 14 (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 145 Proposta għal regolament Anness – punt 24b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
24b. Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 146 Proposta għal regolament Anness – punt 24c (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 147 Proposta għal regolament Anness – punt 24d (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 148 Proposta għal regolament Anness – punt 24e (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 149 Proposta għal regolament Anness – punt 24f (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 150 Proposta għal regolament Anness – punt 24g (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
- [1] ĠU C 34, 2.2.2017, p. 100.
NOTA SJEGATTIVA
L-isfond u l-proposta tal-Kummissjoni
Fl-2003 l-Kummissjoni pproponiet għall-ewwel darba sistema ta' kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet nazzjonali, sabiex tippromwovi sorveljanza, investigazzjoni u prosekuzzjoni aktar effettivi ta' każijiet ta' ksur transkonfinali, biex b'hekk tagħlaq il-lakuni sfruttati mill-kummerċjanti qarrieqa. Ir-Regolament 2006/2004 (l-hekk imsejjaħ "Regolament CPC") ġie adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fis-27 ta' Ottubru 2004 u daħal fis-seħħ fid-29 ta' Diċembru 2006.
Għaxar snin wara, il-Kummissjoni ppreżentat proposta biex tirrevedi r-Regolament CPC, biex ittejjeb l-effettività tar-regoli u l-proċeduri rilevanti għal din il-kooperazzjoni, b'mod partikolari bil-għan li jiġu indirizzati aħjar l-isfidi tas-Suq Uniku Diġitali. Il-proposta għal Regolament, li tħassar ir-Regolament 2006/2004, tifforma parti mill-pakkett tal-kummerċ elettroniku adottat fil-25 ta' Mejju 2016. Id-dispożizzjonijiet riveduti huma maħsuba biex isaħħu l-mekkaniżmi ta' infurzar użati mill-awtoritajiet nazzjonali biex jindirizzaw il-prattiki illegali li huma ta' ħsara għall-konsumaturi f'bosta pajjiżi, b'mod speċjali fir-rigward tal-ksur online.
Il-pożizzjoni tar-Rapporteur
Ir-Rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni u tirrikonoxxi li għad baqa' progress konsiderevoli x'jinkiseb fil-qasam tal-infurzar tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur.
Billi l-kummerċjanti dejjem iżjed qed joperaw fis-Suq Uniku, il-każijiet ta' ksur rilevanti għall-UE għandhom jiġu appoġġjati b'mekkaniżmi effiċjenti biex jiġu evitati approċċi ta' infurzar inkonsistenti rigward l-istess każijiet ta' ksur, u d-duplikazzjoni tal-isforzi għall-infurzar u tal-ispejjeż.
Għalhekk, ir-Rapporteur temmen li l-proposta tal-Kummissjoni ġustament identifikat is-setgħat meħtieġa mill-awtoritajiet tal-infurzar fl-Istati Membri kollha (l-Artikolu 8) u tqis dan is-sett ta' setgħat bħala prerekwiżit għal kooperazzjoni transkonfinali xierqa biex jiġu indirizzati l-każijiet ta' ksur. Sabiex tintlaħaq kooperazzjoni effettiva dawn is-setgħat għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet tal-infurzar fl-Istati Membri kollha.
Il-perjodu ta' preskrizzjoni biex jiġu eżerċitati ċerti setgħat fil-każ ta' ksur huwa stabbilit b'mod raġonevoli bħala 5 snin, biex jipprovdi ċertezza legali u possibbilment ikollu effett ta' deterrent (l-Artikolu 5).
Ir-Rapporteur tappoġġja l-introduzzjoni tal-kunċetti l-ġodda ta' "ksur mifrux" u "ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni". Madankollu, ir-Rapporteur hija tal-opinjoni li l-livell limitu stabbilit għal dan tal-aħħar huwa għoli wisq (l-Artikolu 21). Minħabba l-kumplessità tal-investigazzjoni u l-infurzar ikkoordinat li huwa previst fil-każ ta' ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni, hija meħtieġa l-antiċipazzjoni tal-Kummissjoni bħala l-entità ta' koordinazzjoni. Ir-Rapporteur għalhekk ftiehmet limitu differenti max-Shadow Rapporteurs, jiġifieri maġġoranza ta' Stati Membri li jirrappreżentaw tal-inqas maġġoranza tal-popolazzjoni tal-Unjoni (l-Artikolu 3).
Ir-Rapporteur tappoġġja l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, pereżempju taħt il-mekkaniżmu ta' twissija previst fl-Artikolu 34, għaliex l-entitajiet li għandhom interess leġittimu fil-protezzjoni tal-konsumaturi spiss ħafna jsiru konxji mill-ksur ferm aktar qabel mill-awtoritajiet kompetenti. F'dan ir-rigward, huwa meħtieġ ukoll li jiġi żgurat funzjonament xieraq tal-bażi ta' data u tas-sistema għall-iskambju ta' informazzjoni previsti skont l-Artikolu 43.
Ir-Rapporteur temmen li ladarba jkun hemm konformità mal-kriterji tas-segretezza, il-pożizzjonijiet komuni - l-eżitu tal-investigazzjoni u l-valutazzjoni ta' każijiet ta' ksur mifruxa - jew partijiet minnhim għandhom jiġu ppubblikati sabiex titjieb it-trasparenza u l-konsumaturi jiġu infurmati dwar każijiet ta' ksur li ġew ippruvati.
Ir-Rapporteur taqbel li numru sostanzjali ta' liġijiet dwar il-konsumatur għandhom jiżdiedu mal-lista ta' leġiżlazzjoni li r-Regolament ikopri biex jgħin lill-korpi ta' infurzar jindirizzaw kwistjonijiet bħad-diskriminazzjoni tal-konsumaturi għal raġunijiet ta' residenza/nazzjonalità tar-riċevitur u l-każijiet kollha ta' ksur transkonfinali inġenerali.
Il-preżentazzjoni ta' pjanijiet ta' infurzar biannwali minn kull Stat Membru (l-Artikolu 45) hija aċċettata mir-Rapporteur bħala mezz għall-Istati Membri biex jipprijoritizzaw aħjar u jżidu l-applikazzjoni effiċjenti. Madankollu, ir-Rapporteur tipproponi li jiġu llimitati l-obbligi stabbiliti dwar x'inhu meħtieġ, filwaqt li tiġi rrispettata s-sussidjarjetà.
Ir-Rapporteur tipproponi li l-Kummissjoni tippreżenta kull sentejn rapport li fih ħarsa ġenerali lejn l-informazzjoni skambjata taħt il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni stabbilit minn dan ir-Regolament, inklużi twissijiet innotifikati miż-żewġ awtoritajiet kompetenti u minn entitajiet esterni. Dan ir-rapport disponibbli pubblikament għandu jagħti sommarju tax-xejriet u l-iżviluppi fil-qasam tal-infurzar tal-liġijiet dwar il-konsumatur.
Barra minn hekk, ir-Rapportuer temmen li l-proposta tista' tgawdi minn numru ta' titjib u fittxet biex bl-emendi tagħha tindirizza dan li ġej:
• Li jiġi previst sett ta' definizzjonijiet ċari, inklużi "ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni", "awtorità kompetenti", "uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni", "sweep", filwaqt li jinżammu definizzjonijiet ikkodifikati fl-acquis eżistenti tal-konsumatur (konsumatur, kummerċjant);
• Li jiġu estiżi sweeps għas-settur offline għaliex il-protezzjoni tal-konsumaturi għandha tiġi infurzata irrispettivament mill-mezz (ksur li jseħħ online jew offline);
• Li jiġu indirizzati d-diversi għotjiet ta' setgħa lill-Kummissjoni li huma stabbiliti fil-proposta b'mod mhux suffiċjenti u mhux ċar. Fost l-oħrajn, ir-Rapporteur ftehmet max-Shadow Rapporteurs li tipproponi li jiġi stabbilit fl-att bażiku limitu taż-żmien ta' 30 ġurnata għat-tweġiba għat-talbiet (Artikolu 11) u titlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi limiti taż-żmien raġonevoli għall-iskambju ta' informazzjoni u talbiet għall-infurzar ta' azzjonijiet ikkoordinati, permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni;
• Li tiġi ssimplifikata l-istruttura tat-test tal-proposta, b'mod speċjali tal-Kapitolu IV, fost l-oħrajn sabiex tiġi evitata r-ripetizzjoni mhux meħtieġa. Dwar is-sustanza, li jiġu ċċarati l-proċeduri għall-kooperazzjoni filwaqt li jiġu rrispettati t-tradizzjonijiet legali fir-rigward tal-infurzar tal-liġi;
• Li jiġi ċċarat ir-rwol tal-Kummissjoni, b'mod speċjali taħt il-Kapitolu III dwar il-mekkaniżmu ta' assistenza reċiproka u taħt il-Kapitolu IV dwar każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni;
• Li tiġi ċċarata l-proċedura tal-ftuħ ta' azzjonijiet ikkoordinati u n-nominazzjoni tal-koordinatur meta jiġi nnotifikat suspett ta' ksur mifrux;
• Li jiġi indirizzat ir-rwol ta' koordinazzjoni tal-uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni, li għandu jkun fdat f'kull Stat Membru lil awtorità li jkollha r-riżorsi neċessarji biex twettaq dan ir-rwol ewlieni;
• Li jitneħħa l-post tal-kummerċjant bħala l-aktar kriterju importanti għan-nominazzjoni tal-awtorità kompetenti li tieħu l-miżuri ta' infurzar (l-Artikolu 25 kif emendat fl-Artikolu 18a).
ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI R-RAPPORTEUR IRĊEVIET INPUT MINGĦANDHOM
Il-lista li ġejja hija kkompilata fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklussiva tar-Rapporteur. Ir-Rapporteur irċeviet kontribut mingħand dawn l-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija tal-abbozz ta' rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:
Entità u/jew persuna |
|
BEUC, Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi |
|
BUSINESSEUROPE |
|
CENTR, Kunsill tar-Reġistri Ewropej tad-Dominju tal-Ogħla Livell Nazzjonali |
|
česká obchodní inspekce (l-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni tal-Kummerċ) |
|
Uffiċċju tat-Telekomunikazzjonijiet Ċek |
|
CDE, Konfederazzjoni tal-Intrapriża Daniża |
|
ECC France, Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi Franza |
|
EUROCOMMERCE |
|
ECTAA, L-Aġenti tal-Ivvjaġġar u l-Operaturi Turistiċi Ewropej |
|
EUROISPA, L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Fornituri tas-Servizz tal-Internet |
|
Prof. Dr. Evelyne Terryn, professur tal-liġi dwar il-konsumaturi u tal-liġi kummerċjali, KU Leuven, il-Belġju |
|
FEDMA, Federazzjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni Diretta u Interattiva Ewropea |
|
|
|
HDE, Handelsverband Deutschland (Federazzjoni Ġermaniża tal-Bejgħ bl-Imnut) |
|
Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi tal-Portugall, Direttorat Ġenerali għall-Konsumaturi |
|
Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija tar-Repubblika Ċeka |
|
Rappreżentanza Permanenti tar-Repubblika tal-Bulgarija għall-UE |
|
Il-Gvern tar-Renju Unit |
|
WKO, Wirtschaftskammer Österreich (Kamra Ekonomika Federali Awstrijaka) |
|
ZAW, Zentralverband der deutschen Werbewirtschaft (Federazzjoni Ġermaniża tar-Reklamar) |
|
OPINJONItal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (8.3.2017)
għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi
(COM(2016)0283 – C8-0194/2016 – 2016/0148(COD))
Rapporteur għal opinjoni:Kostas Chrysogonos
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa -1 (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(-1) Il-punt (f) tal-Artikolu 4(2), l-Artikolu 12, l-Artikolu 114(3) u l-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jikkostitwixxu l-liġi primarja li tirregola l-politika dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, | ||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa -1a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(-1a) L-Artikolu 169 tat-TFUE jiddefinixxi bħala objettivi speċifiċi tal-politika tal-Unjoni l-promozzjoni tal-interessi tal-konsumaturi u l-iżgurar ta' livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Unjoni tikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll għall-promozzjoni tad-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-organizzazzjoni tagħhom infushom għas-salvagwardja tal-interessi tagħhom, | ||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa -1b (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(-1b) L-Artikolu 197 tat-TFUE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva jirrikonoxxi l-importanza tal-implimentazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni mill-Istati Membri u jiffissa l-limiti li fihom l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jaġixxu f'dan ir-rigward, | ||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill58 jipprovdi regoli u proċeduri armonizzati biex jiffaċilità l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet transkonfinali dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. L-Artikolu 21a jipprovdi għal reviżjoni tal-effettività u l-mekkaniżmi operattivi ta' dak ir-Regolament u skont dak l-Artikolu, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 mhuwiex suffiċjenti biex jindirizza b'mod effettiv l-isfidi tal-infurzar tas-Suq Uniku, u b'mod partikolari s-Suq Uniku Diġitali, |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill58 jipprovdi regoli u proċeduri armonizzati biex jiffaċilità l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet transfruntiera dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. L-Artikolu 21a tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 jipprovdi għal reviżjoni tal-effettività u l-mekkaniżmi operattivi ta' dak ir-Regolament u skont dak l-Artikolu, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 mhuwiex suffiċjenti biex jindirizza b'mod effettiv l-isfidi tal-infurzar tas-Suq Uniku, b'mod speċjali s-Suq Uniku Diġitali. Ir-rapport tal-Kummissjoni juri li jenħtieġ li r-Regolament attwali jiġi sostitwit biex jirrispondi għall-isfidi tal-ekonomija diġitali u l-iżvilupp ta' kummerċ bl-imnut transfruntier fl-UE, | ||||||||||||
_________________ |
_________________ | ||||||||||||
58 Regolament (KE) 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ĠU L 364, 9.12.2004 p. 1). |
58 Regolament (KE) 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ĠU L 364, 9.12.2004 p. 1). | ||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(2) L-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali adottata mill-Kummissjoni fis-6 ta' Mejju 2015 identifikat bħala waħda mill-prijoritajiet tagħha l-bżonn li ttejjeb il-fiduċja tal-konsumatur b'infurzar aktar rapidu, aġli u konsistenti tar-regoli tal-konsumatur. L-Istrateġija għal Suq Uniku adottata mill-Kummissjoni fit-28 ta' Ottubru 2015 tenniet li l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għandu jissaħħaħ aktar permezz tar-Regolament dwar il-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumatur, |
(2) L-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali adottata mill-Kummissjoni fis-6 ta' Mejju 2015 identifikat bħala waħda mill-prijoritajiet tagħha l-bżonn li ttejjeb il-fiduċja tal-konsumatur b'infurzar aktar rapidu u konsistenti tar-regoli tal-konsumatur. L-Istrateġija għal Suq Uniku adottata mill-Kummissjoni fit-28 ta' Ottubru 2015 tenniet li l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għandu jissaħħaħ aktar permezz tar-Regolament dwar il-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumatur, | ||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(3) L-infurzar ineffettiv riżultanti tal-każijiet ta' ksur transfruntier, partikolarment fl-ambjent diġitali, jippermetti lill-kummerċjanti jaħarbu mill-infurzar billi jmorru x'imkien ieħor fl-Unjoni stess, li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni għall-kummerċjanti li josservaw il-liġi u li joperaw domestikament jew b'mod transfruntier, u b'hekk jagħmel ħsara direttament lill-konsumaturi u jnaqqas il-kunfidenza tal-konsumaturi fit-transazzjonijiet transfruntieri u fis-Suq Uniku. Għalhekk huwa meħtieġa livell ogħla ta' armonizzazzjoni li jistabbilixxi kooperazzjoni effettiva u effiċjenti fl-infurzar bejn l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti sabiex jaqbdu, jinvestigaw u jordnaw it-tmiem ta' każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta' ksur mifruxa, |
(3) L-infurzar ineffettiv riżultanti tal-każijiet ta' ksur transfruntier, partikolarment fl-ambjent diġitali, jippermetti lill-kummerċjanti jaħarbu mill-infurzar billi jmorru x'imkien ieħor fl-Unjoni stess, li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni għall-kummerċjanti li josservaw il-liġi u li joperaw (kemm jekk online kif ukoll offline) domestikament jew b'mod transfruntier, u b'hekk jagħmel ħsara direttament u b'mod sinifikanti lis-suq uniku u lill-konsumaturi u jimmina l-kunfidenza tal-konsumaturi fit-transazzjonijiet transfruntiera u fis-Suq Uniku. Għalhekk huwa meħtieġ livell ogħla ta' armonizzazzjoni li jistabbilixxi kooperazzjoni effettiva u effiċjenti fl-infurzar bejn l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti sabiex jaqbdu, jinvestigaw u jordnaw it-tmiem ta' każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni u jipprovdu reazzjoni effiċjenti u proporzjonata għal każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni li jagħmlu ħsara sinifikanti lill-konsumaturi u lis-suq uniku, | ||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(5a) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u l-effettività tal-miżuri ta' implimentazzjoni li jirrelataw ma' każijiet ta' ksur transfruntier li jkunu waqfu, jenħtieġ li jiġi introdott perjodu ta' preskrizzjoni. Dan se jinvolvi l-iffissar ta' perjodu ta' żmien mhux ambigwu li fih l-awtoritajiet kompetenti, meta jinfurzaw ir-regoli li jirregolaw il-każijiet ta' ksur transfruntier, jenħtieġ li jkunu jistgħu jimponu sanzjonijiet, jordnaw il-kumpens tal-konsumaturi jew jordnaw ir-restituzzjoni tal-profitti miksuba b'riżultat tal-ksur, | ||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 6 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(6) L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom sett minimu ta' setgħat ta' investigazzjoni u infurzar biex japplikaw dan ir-Regolament b'mod effettiv, biex jikkooperaw ma' xulxin, u biex jiskoraġġixxu lill-kummerċjanti milli jikkommettu ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta' ksur mifruxa. Dawn is-setgħat għandhom ikunu adegwati biex jindirizzaw l-isfidi tal-infurzar tal-kummerċ elettroniku u tal-ambjent diġitali fejn il-possibbiltajiet li kummerċjant jista' jaħbi b'mod faċli jew ibiddel l-identità tiegħu huma ta' tħassib partikolari. Dawn is-setgħat għandhom jiżguraw li l-evidenza tkun tista' tiġi skambjata b'mod validu bejn l-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb infurzar effettiv fuq livell ugwali fl-Istati Membri kollha, |
(6) L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkollhom ġabra minima ta' setgħat ta' investigazzjoni u infurzar biex japplikaw dan ir-Regolament b'mod effettiv, biex jiżguraw kooperazzjoni transfruntiera effiċjenti u legali ma' xulxin, u biex jiskoraġġixxu lill-kummerċjanti milli jikkommettu ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta' ksur mifruxa. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jkunu bilanċjati, adegwati u suffiċjenti biex jindirizzaw l-isfidi tal-infurzar tal-kummerċ elettroniku u tal-ambjent diġitali meta l-possibbiltajiet li kummerċjant jista' jaħbi b'mod faċli jew ibiddel l-identità tiegħu huma ta' tħassib partikolari. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiżguraw li l-informazzjoni u l-evidenza jkunu jistgħu jiġu skambjati b'mod validu bejn l-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb infurzar effettiv fuq livell ugwali fl-Istati Membri kollha, | ||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 7 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(7) L-Istati Membri jistgħu jagħżlu jekk l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitawx dawn is-setgħat direttament taħt l-awtorità tagħhom stess jew b'rikors lill-qrati kompetenti. Jekk Stat Membru jagħżel li l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'rikors lill-qrati kompetenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk is-setgħat jistgħu jiġu eżerċitati b'mod effettiv u f'waqtu, u li l-ispiża tal-eżerċitar ta' dawn is-setgħat tkun proporzjonata u ma tfixkilx l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, |
(7) Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jagħżlu s-sistema ta' infurzar li jqisu xierqa. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu jekk l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitawx dawn is-setgħat direttament taħt l-awtorità tagħhom stess jew b'rikors lill-qrati kompetenti. Jekk Stat Membru jagħżel li l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'rikors lill-qrati kompetenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk is-setgħat jistgħu jiġu eżerċitati b'mod effettiv u f'waqtu, u li l-ispiża tal-eżerċitar ta' dawn is-setgħat tkun proporzjonata u ma tfixkilx l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, | ||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 9 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(9) L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu f'pożizzjoni li jistgħu jitfħu investigazzjonijiet fuq l-inizjattiva tagħhom stess jekk isiru jafu b'każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni jew b'każijiet ta' ksur mifruxa b'mezzi oħra minbarra lmenti tal-konsumaturi. Dan huwa partikolarment meħtieġ biex jiżgura kooperazzjoni effettiva fost l-awtoritajiet kompetenti meta jkunu qegħdin jindirizzaw każijiet ta' ksur mifruxa. |
(9) L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu f'pożizzjoni li jistgħu jitfħu investigazzjonijiet fuq l-inizjattiva tagħhom stess jekk isiru jafu b'każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni jew b'każijiet ta' ksur mifruxa b'mezzi oħra minbarra lmenti tal-konsumaturi. Dan huwa partikolarment meħtieġ biex jiżgura kooperazzjoni effettiva fost l-awtoritajiet kompetenti meta jkunu qegħdin jindirizzaw każijiet ta' ksur mifruxa, kif ukoll biex jappoġġa l-ġurisdizzjonijiet nazzjonali meta jkunu qegħdin jimplimentaw ir-Regolament tal-Kunsill 44/20011a, | ||||||||||||
|
_________________ | ||||||||||||
|
1a Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1). | ||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 10 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(10) L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għall-evidenza, id-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa, biex jiddeterminaw jekk seħħx ksur fi ħdan l-Unjoni jew ksur mifrux, u b'mod partikolari biex jidentifikaw il-kummerċjant responsabbli, irrispettivament minn min jippossjedi l-evidenza, l-informazzjoni jew id-dejta, minn fejn tinstab, jew x'inhu l-format tagħha. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jitolbu direttament li partijiet terzi fil-katina ta' valur diġitali jipprovdu l-evidenza, id-dejta u l-informazzjoni kollha meħtieġa. |
(10) L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkollhom aċċess għall-evidenza, id-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa, biex jiddeterminaw jekk seħħx ksur fi ħdan l-Unjoni jew ksur mifrux, u b'mod partikolari biex jidentifikaw il-kummerċjant responsabbli, irrispettivament minn min jippossjedi l-evidenza, l-informazzjoni jew id-data, minn fejn tinstab, jew x'inhu l-format tagħha. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu kapaċi jitolbu direttament li partijiet terzi fil-katina ta' valur diġitali, inklużi dawk li jinsabu f'pajjiżi mhux tal-UE, jipprovdu l-evidenza, id-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa; fl-ambjent diġitali, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-kummerċjanti u s-servizzi li jikkawżaw ksur mifrux tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b u tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1c, li jista' jiġġustifika azzjoni komuni skont l-Artikolu 21, | ||||||||||||
|
_________________ | ||||||||||||
|
1a Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31). | ||||||||||||
|
1b Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37). | ||||||||||||
|
1c Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). | ||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(10a) L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu kapaċi jwettqu l-ispezzjonijiet fuq il-post meħtieġa, u jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jidħlu fi kwalunkwe bini, art jew mezz ta' trasport li l-kummerċjant juża għal skopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, l-attivitajiet ta' artiġjanat jew il-professjoni tiegħu, | ||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 12 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(12) B'mod partikolari fl-ambjent diġitali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jwaqqfu l-ksur malajr u b'mod effettiv, b'mod partikolari meta l-kummerċjant li jkun qed ibiegħ l-oġġetti u s-servizzi jaħbi l-identità tiegħu jew imur f'post ieħor fl-Unjoni jew ġo pajjiż terz biex jevita l-infurzar. F'każijiet fejn ikun hemm riskju ta' ħsara serja u irreparabbli lill-konsumaturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jadottaw miżuri interim biex jipprevjenu tali ħsara jew inaqqsuha, li jinkludu, fejn meħtieġ, is-sospensjoni ta' websajt, dominju jew sit, servizz jew kont diġitali simili. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom is-setgħa li jneħħu websajt, dominju jew sit, servizz jew kont diġitali simili, jew li jġiegħlu lil fornitur terz ta' servizzi jagħmel dan. |
(12) B'mod partikolari fl-ambjent diġitali, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu kapaċi jieħdu miżuri effettivi u trasparenti biex iwaqqfu l-ksur malajr u b'mod effettiv, b'mod partikolari meta l-kummerċjant li jkun qed ibiegħ l-oġġetti u s-servizzi jaħbi l-identità tiegħu jew imur f'post ieħor fl-Unjoni jew ġo pajjiż terz biex jevita l-infurzar. F'każijiet meta jkun hemm riskju ta' ħsara serja u irreparabbli lill-konsumaturi, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu kapaċi jadottaw miżuri interim biex jipprevjenu tali ħsara jew inaqqsuha, li jinkludu, fejn meħtieġ, it-talba lill-fornituri ta' servizzi ta' hosting biex ineħħu l-kontenut, jissospendu sit web, servizz jew kont, jew it-talba li reġistru jew reġistratur ta' dominju jissospendi isem ta' dominju kkwalifikat bis-sħiħ għal perjodu speċifiku ta' żmien. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jitolbu lil fornitur ta' servizzi ta' hosting ineħħi kontenut, jagħlaq sit web, servizz jew kont jew parti minnhom, jew li jitolbu lir-reġistru jew lir-reġistratur iħassar isem ta' dominju kkwalifikat bis-sħiħ. Madankollu, miżuri biex jitneħħa kontenut mhux biss jistgħu jkunu ta' ħsara għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, iżda jistgħu wkoll jirriżultaw ineffettivi, peress li f'ambjent diġitali li jiżviluppa malajr, il-kontenut jerġa' jitfaċċa malajr daqskemm jista' jitneħħa malajr. Għalhekk, il-miżuri meħuda biex jillimitaw id-distribuzzjoni online, jew inkella għat-tqegħid għad-dispożizzjoni, ta' kontenut lill-pubbliku jenħtieġ li jkunu dejjem konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ikunu limitati għal dak li hu neċessarju u proporzjonat u mwettqa fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel, | ||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 12a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(12a) L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jtemm b'mod effettiv il-ksur u li jevita u jikkumpensa l-ħsara kkawżata lill-konsumaturi. Għalhekk, kull miżura ta' infurzar jenħtieġ li jkollha l-għan li tindirizza s-sors tal-ksur pjuttost milli l-forma li jieħu tali ksur, u l-miżuri mmirati lejn isem ta' dominju jenħtieġ li jintużaw biss bħala l-aħħar miżura f'każijiet fejn it-tneħħija tal-kontenut ma tkunx irnexxiet, | ||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 15 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(15) L-effettività u l-effikaċja tal-mekkaniżmu ta' assistenza reċiproka għandhom jitjiebu. L-informazzjoni mitluba għandha tkun ipprovduta b'mod tempestiv u l-miżuri tal-infurzar meħtieġa għandhom ikunu adottati b'mod tempestiv. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tiffissa perjodi ta' żmien vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti biex iwieġbu għal talbiet għall-informazzjoni u għall-infurzar, u jiċċaraw aspetti proċedurali u ta' natura oħra għall-immaniġġjar tal-informazzjoni u talbiet għall-infurzar, permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni. |
(15) L-effettività u l-effikaċja tal-mekkaniżmu ta' assistenza reċiproka jenħtieġ li jitjiebu. L-informazzjoni mitluba jenħtieġ li tkun ipprovduta b'mod tempestiv, fi ħdan skadenzi ċari, u l-miżuri tal-infurzar meħtieġa jenħtieġ li jkunu adottati b'mod tempestiv u trasparenti. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffissa perjodi ta' żmien ċari u vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti biex iwieġbu għal talbiet għall-informazzjoni u għall-infurzar, u jiċċaraw aspetti proċedurali u ta' natura oħra għall-immaniġġjar tal-informazzjoni u talbiet għall-infurzar, permezz ta' miżuri ta' implimentazzjoni, | ||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 18 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(18) L-iskrining ikkoordinat ta' websajts tal-kummerċ elettroniku online (sweeps) huwa forma oħra ta' koordinazzjoni tal-infurzar li rriżulta li huwa għodda effettiva kontra l-ksur li għandu jinżamm u jissaħħaħ fil-futur, |
(18) L-iskrining ikkoordinat ta' siti web tal-kummerċ elettroniku online (sweeps) huwa forma oħra ta' koordinazzjoni tal-infurzar li rriżulta li huwa għodda effettiva kontra l-ksur li għandu jinżamm u jissaħħaħ fil-futur, fosthom billi l-applikazzjoni tiegħu tiġi estiża għal setturi offline, | ||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 19 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(19) Il-każijiet ta' ksur mifruxa li għandhom dimensjoni tal-Unjoni jistgħu jikkawżaw ħsara fuq skala kbira lill-maġġoranza tal-konsumaturi fl-Unjoni. Dawn għalhekk jeħtieġu proċedura speċifika ta' koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni, bil-Kummissjoni bħala koordinatriċi obbligatorja. Sabiex jiġi żgurat li l-proċedura titnieda b'mod tempestiv, koerenti u effettiv u li l-kundizzjonijiet jiġu vverifikati b'mod uniformi, il-Kummissjoni għandha tkun inkarigata li tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għat-tnedija tal-proċedura humiex sodisfatti. L-evidenza u l-informazzjoni miġbura matul l-azzjoni komuni għandhom jintużaw mingħajr ebda xkiel fil-proċedimenti nazzjonali fejn meħtieġ, |
(19) Fil-każ ta' każijiet ta' ksur mifruxa li għandhom dimensjoni tal-Unjoni li jistgħu jikkawżaw ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi f'maġġoranza tal-Istati Membri, il-Kummissjoni jenħtieġ li tniedi u timmaniġġja proċedura ta' koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata koerenza proċedurali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun inkarigata li tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għat-tnedija tal-proċedura humiex sodisfatti. L-evidenza u l-informazzjoni miġbura matul l-azzjoni kkoordinata jenħtieġ li jintużaw mingħajr ebda xkiel fil-proċedimenti nazzjonali fejn meħtieġ, | ||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 20 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(20) Fil-kuntest ta' każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni, id-drittijiet tad-difiża tal-kummerċjanti kkonċernati għandhom ikunu rrispettati. Dan jeħtieġ, b'mod partikolari, li l-kummerċjant jingħata d-dritt li jinstema' u li juża l-lingwa li jixtieq jagħżel matul il-proċedimenti, |
(20) Fil-kuntest ta' każijiet ta' ksur, każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni, l-aċċess għall-ġustizzja u d-drittijiet tad-difiża tal-kummerċjanti kkonċernati jenħtieġ li jkunu rrispettati. Inter alia, dan jeħtieġ, b'mod partikolari, li l-kummerċjant jingħata d-dritt li jinstema' u li juża l-lingwa li jixtieq jagħżel matul il-proċedimenti, | ||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 22a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(22a) Sabiex jiġu analizzati l-iżviluppi fil-qasam tal-infurzar tal-liġi tal-protezzjoni tal-konsumaturi u jitjiebu n-netwerks ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tissottometti rapporti pubbliċi regolari li jinkludu statistika u li jiġbru fil-qosor l-iżviluppi fil-qasam tal-infurzar tal-liġi tal-protezzjoni tal-konsumaturi, miġbura fi ħdan il-qafas tal-kooperazzjoni prevista f'dan ir-Regolament, | ||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 25 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(25) Id-dejta relatata mal-ilmenti tal-konsumatur tista' tgħin lil dawk li jfasslu l-politika fuq livell nazzjonali u tal-Unjoni biex jevalwaw il-funzjonament tas-swieq tal-konsumaturi u sabiex jaqbdu l-każijiet ta' ksur. Bil-għan li tiffaċilita l-iskambju ta’ tali data fuq il-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar l-użu ta’ metodoloġija armonizzata għall-klassifikazzjoni u r-rapportar tal-ilmenti u l-inkjesti tal-konsumaturi59. Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tkun implimentata biex tappoġġa bis-sħiħ il-kooperazzjoni fl-infurzar u tiffaċilita l-qbid ta' każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta' ksur mifruxa. |
(25) Id-data relatata mal-ilmenti tal-konsumatur tista' tgħin lil dawk li jfasslu l-politika fuq livell nazzjonali u tal-Unjoni biex jivvalutaw il-funzjonament tas-swieq tal-konsumaturi u sabiex jaqbdu l-każijiet jew ir-riskji ta' ksur. Bil-għan li tiffaċilita l-iskambju ta' tali data fuq il-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar l-użu ta' metodoloġija armonizzata għall-klassifikazzjoni u r-rapportar tal-ilmenti u l-inkjesti tal-konsumaturi59. L-Istati Membri jenħtieġ li jimplimentaw dik ir-Rakkomandazzjoni biex jappoġġaw bis-sħiħ u jħeġġu l-kooperazzjoni transfruntiera fl-infurzar u jiffaċilitaw il-qbid ta' każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta' ksur mifruxa, | ||||||||||||
_________________ |
_________________ | ||||||||||||
59Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu ta' metodoloġija armonizzata għall-ikklassifikar tal-ilmenti u t-talbiet tal-konsumaturi (2010/304/UE, ĠU L 136, 2.6. 2010, p. 1-31). |
59Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu ta' metodoloġija armonizzata għall-ikklassifikar tal-ilmenti u t-talbiet tal-konsumaturi (2010/304/UE, ĠU L 136, 2.6. 2010, p. 1-31). | ||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 29a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(29a) Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar jenħtieġ li tiġi promossa bħala alternattiva għall-proċeduri eżistenti skont il-liġijiet tal-Istati Membri. Is-sentenza mogħtija fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija rikonoxxuta u eżegwibbli fl-Istati Membri l-oħrajn kollha mingħajr il-bżonn ta' dikjarazzjoni ta' eżegwibilità. Din il-proċedura tipprovdi mod li ma jiswix ħafna flus u faċli għas-segwitu ta' talba transfruntiera f'materji ċivili u kummerċjali; | ||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 35 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(35) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea67. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat b'rispett għal dawk id-drittijiet u prinċipji. Meta jkunu qed jeżerċitaw is-setgħat minimi stabbiliti minn dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jilħqu bilanċ xieraq bejn l-interessi protetti mid-drittijiet fundamentali bħal livell ogħli tal-protezzjoni tal-konsumatur, il-libertà li wieħed jagħmel negozju u l-libertà tal-informazzjoni. |
(35) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea67. Għalhekk dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi interpretat u applikat fir-rigward ta' dawk id-drittijiet u prinċipji. Meta jkunu qed jeżerċitaw is-setgħat minimi stabbiliti minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li l-prinċipju tal-proporzjonalità jiġi rrispettat u jilħqu bilanċ xieraq bejn l-interessi protetti mid-drittijiet fundamentali bħal livell għoli tal-protezzjoni tal-konsumatur, il-libertà li wieħed jagħmel negozju, il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-informazzjoni. | ||||||||||||
_________________ |
_________________ | ||||||||||||
67 ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1. |
67 ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1. | ||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 35a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(35a) Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi interpretat u applikat f'konformità sħiħa mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni u l-ipproċessar ta' data personali, | ||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 8a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
8a. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibilità ta' azzjonijiet ta' infurzar privati u ta' azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali. | ||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 8b (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
8b. Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. | ||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt i | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(i) "ħsara għall-interessi kollettivi tal-konsumaturi" tfisser ħsara attwali jew potenzjali lill-interessi ta' għadd ta' konsumaturi li huma kkonċernati mill-każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni jew il-każijiet ta' ksur mifruxa; u li għandhom jiġu preżunti b'mod partikolari fejn il-ksur ikun potenzjalment; jew effettivament għamel ħsara, jew x'aktarx ser jagħmel ħsara lil numru sinifikanti ta' konsumaturi fl-istess sitwazzjoni. |
(i) "ħsara għall-interessi kollettivi tal-konsumaturi" tfisser ħsara attwali jew potenzjali lill-interessi ta' għadd raġonevoli ta' konsumaturi li huma kkonċernati mill-każijiet ta' ksur fi ħdan l-Unjoni jew il-każijiet ta' ksur mifruxa; u li għandhom jiġu preżunti b'mod partikolari meta l-ksur ikun potenzjalment; jew effettivament għamel ħsara, qed jagħmel ħsara jew x'aktarx se jagħmel ħsara lil numru raġonevoli ta' konsumaturi fl-istess sitwazzjoni. | ||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinvestigaw każijiet ta' ksur imsemmija fl-Artikolu 2 u jipprojbixxu lill-kummerċjanti milli jwettqu tali ksur fil-futur. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu penali għal dawk il-każijiet ta' ksur sa żmien ta' ħames snin mit-tmiem tal-ksur. |
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinvestigaw każijiet ta' ksur imsemmija fl-Artikolu 2 u jipprojbixxu lill-kummerċjanti milli jwettqu tali ksur fil-futur. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw is-setgħat imsemmija fil-punti (m), (n) u (o) tal-Artikolu 8(2) fi żmien perjodu ta' ħames snin mit-tmiem tal-ksur. | ||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Il-perjodu ta' preskrizzjoni għall-impożizzjoni tal-penali għandu jibda jiddekorri mill-jum meta jkun intemm il-ksur. |
2. Il-perjodu ta' preskrizzjoni għall-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jibda jiddekorri mill-jum meta jkun intemm il-ksur. | ||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Kull azzjoni meħudha mill-awtorità kompetenti, għall-finijiet tal-investigazzjoni jew il-proċedimenti tal-infurzar fir-rigward tal-ksur, għandha tissospendi l-perjodu ta' preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta' penali sakemm tiġi adottata d-deċiżjoni finali li tikkonċerna l-kwistjoni. Il-perjodu ta' preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta' penali għandu jiġi sospiż sakemm id-deċiżjoni, l-ordni jew kull azzjoni oħra mill-awtorità kompetenti tkun soġġetta għal proċeduri pendenti quddiem qorti. |
3. Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-awtorità kompetenti, għall-finijiet tal-proċedimenti ta' investigazzjoni jew ta' infurzar fir-rigward tal-ksur, għandha tissospendi l-perjodu ta' preskrizzjoni għall-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 sakemm tiġi adottata d-deċiżjoni finali li tikkonċerna l-kwistjoni. Il-perjodu ta' preskrizzjoni għall-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi sospiż sakemm id-deċiżjoni, l-ordni jew azzjoni oħra mill-awtorità kompetenti tkun soġġetta għal proċeduri pendenti quddiem qorti. | ||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 5 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-uffiċji uniċi ta' kooperazzjoni jkollhom ir-riżorsi adegwati meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għall-użu effettiv tas-setgħat tagħhom skont l-Artikolu 8, fosthom riżorsi baġitarji suffiċjenti jew riżorsi oħrajn, kompetenza, proċeduri u l-arranġamenti oħrajn. |
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-uffiċji uniċi ta' kollegament ikollhom ir-riżorsi li jkunu meħtieġa u suffiċjenti għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għall-użu effettiv tas-setgħat tagħhom skont l-Artikolu 8, fosthom riżorsi baġitarji u riżorsi oħrajn, kompetenza esperta, proċeduri u arranġamenti oħrajn. | ||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Kull awtorità kompetenti għandu jkollha is-setgħat ta' investigazzjoni u ta' infurzar meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandha teżerċitahom f'konformità ma' dan ir-Regolament u mal-liġi nazzjonali. |
1. Kull awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħat ta' investigazzjoni u ta' infurzar u r-riżorsi meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandha teżerċitahom f'konformità ma' dan ir-Regolament u mal-liġi nazzjonali. | ||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Kull awtorità kompetenti għandha mill-inqas is-setgħat li ġejjin u għandha teżerċitahom taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9, sabiex: |
2. Kull awtorità kompetenti għandu jkollha mill-inqas is-setgħat li ġejjin u għandha teżerċitahom, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9, għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti assenjati lilhom minn dan ir-Regolament, sabiex: | ||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(b) titlob il-provvista minn kull persuna fiżika jew ġuridika, fosthom banek, fornituri tas-servizzi tal-internet, reġistri u reġistraturi tad-dominji u fornituri ta' servizzi ta' hosting ta' kwalunkwe informazzjoni, dejta jew dokumenti relevanti f'kull format jew forma u irrespettivament mill-mezz jew il-post fejn ikunu maħżuna, bl-iskop li fost affarijiet oħrajn jidentifikaw u jsegwu l-flussi finanzjarji jew tad-dejta, jew sabiex jaċċertaw l-identità tal-persuni involuti fil-flussi finanzjarji jew tad-dejta, informazzjoni dwar kontijiet bankarji u s-sjieda ta' websajts; |
(b) titlob, f'konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u b'rispett sħiħ għad-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-provvista, minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, fosthom banek, fornituri tas-servizzi tal-internet, fornituri ta' servizzi ta' pagament, reġistri u reġistraturi tad-dominji u fornituri ta' servizzi ta' hosting, ta' kwalunkwe informazzjoni, data jew dokument rilevanti fi kwalunkwe format jew forma u irrispettivament mill-mezz jew il-post fejn ikunu maħżuna, bl-iskop li jidentifikaw u jsegwu l-flussi finanzjarji jew tad-data, jew sabiex jaċċertaw l-identità tal-persuni involuti fil-flussi finanzjarji jew tad-data, informazzjoni dwar kontijiet bankarji u s-sjieda ta' siti web dment li l-informazzjoni, id-data jew id-dokument inkwistjoni jkunu rilevanti għall-investigazzjoni; | ||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(c) tirrikjedi lil kull awtorità, korp jew aġenzija pubblika fi ħdan l-Istat Membru tal-awtorità kompetenti biex jipprovdu kull informazzjoni, data jew dokument rilevanti fi kwalunkwe format jew forma u irrispettivament mill-mezz jew post fejn ikunu maħżuna, bl-iskop li fost affarijiet oħrajn jidentifikaw u jsegwu l-flussi finanzjarji jew tad-data, jew sabiex jaċċertaw l-identità tal-persuni involuti fil-flussi finanzjarji jew tad-data, informazzjoni dwar kontijiet bankarji u s-sjieda ta' websajts; |
(c) tirrikjedi lil kwalunkwe awtorità, korp jew aġenzija pubblika fi ħdan l-Istat Membru tal-awtorità kompetenti biex jipprovdu kull informazzjoni, data jew dokument rilevanti fi kwalunkwe format jew forma u irrispettivament mill-mezz jew post fejn ikunu maħżuna, bl-iskop li jiġu identifikati u segwiti l-flussi finanzjarji jew tad-data, jew sabiex tiġi aċċertata l-identità tal-persuni involuti fil-flussi finanzjarji jew tad-data, informazzjoni dwar kontijiet bankarji u s-sjieda ta' siti web meta l-informazzjoni, id-data jew id-dokument inkwistjoni jkunu rilevanti għall-investigazzjoni; | ||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt g | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(g) tadotta miżuri interim biex tipprevjeni r-riskju ta' ħsara serja u irreparabbli lill-konsumaturi, b'mod partikolari s-sospensjoni ta' websajt, dominju jew ta' sit, servizz jew kont diġitali simili; |
(g) tadotta miżuri interim biex tipprevjeni r-riskju ta' ħsara serja u irreparabbli lill-konsumaturi, b'mod partikolari miżuri li jeħtieġu lill-fornituri ta' servizzi ta' hosting jissospendu sit web, servizz jew kont, jew li jeħtieġu lir-reġistri u r-reġistraturi tad-dominji jissospendu isem ta' dominju li huwa kkwalifikat bis-sħiħ għal perjodu limitat ta' żmien, dment li kwalunkwe miżura meħuda biex tillimita d-distribuzzjoni online, jew inkella għat-tqegħid għad-dispożizzjoni, ta' kontenut lill-pubbliku tkun f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat; | ||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt l | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(l) tagħlaq websajt, dominju jew sit, servizz jew kont diġitali simili jew parti minnhom, inkluż billi titlob lil parti terza jew awtorità pubblika oħra biex timplimenta tali miżuri; |
(l) fin-nuqqas ta' reazzjoni effettiva fi żmien raġonevoli mill-kummerċjant għal talba bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti għal waqfien ta' ksur, biex tordna lil fornitur ta' servizz ta' hosting biex jagħlaq sit web, servizz jew kont jew parti minnhom, jew tordna lir-reġistru jew reġistratur ta' dominju jħassar isem ta' dominju li huwa kkwalifikat bis-sħiħ u jippermetti lill-awtorità kompetenti kkonċernata biex tirreġistrah; tagħlaq sit web, dominju jew sit, servizz jew kont diġitali simili jew parti minnhom, bil-kundizzjoni li kwalunkwe miżura meħuda biex tillimita d-distribuzzjoni online, jew inkella t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ta' kontenut, tkun f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat, u mwettqa fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel, | ||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat stipulati fl-Artikolu 8 skont dan ir-Regolament u l-liġi nazzjonali jew: |
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat stipulati fl-Artikolu 8 skont dan ir-Regolament u l-liġi nazzjonali u f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jew: | ||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat minimi tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 8. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 10a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 10a | ||||||||||||
|
Protezzjoni tad-data personali | ||||||||||||
|
Dan ir-Regolament għandu japplika f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data personali stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b. | ||||||||||||
|
___________________ | ||||||||||||
|
1a Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31). | ||||||||||||
|
1b Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). | ||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-awtorità mitluba għandha, fuq talba minn awtorità applikanti, tipprovdi kull informazzjoni rilevanti meħtieġa biex tistabbilixxi jekk seħħx ksur fi ħdan l-Unjoni u biex twaqqaf dak il-ksur. L-awtorità mitluba għandha tinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar it-talba għall-informazzjoni u r-risposta tagħha. |
1. L-awtorità mitluba għandha, fuq talba minn awtorità applikanti, tipprovdi lill-awtorità applikanti mingħajr dewmien, iżda fi kwalunkwe każ fi żmien 14-il jum, kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa biex tistabbilixxi jekk seħħx ksur fi ħdan l-Unjoni u biex twaqqaf dak il-ksur. L-awtorità mitluba għandha tinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar it-talba għall-informazzjoni u r-risposta tagħha. | ||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. L-awtorità mitluba għandha, fuq talba minn awtorità applikanti, tieħu kull miżura ta' infurzar meħtieġa biex iġġib fit-tmiem jew il-projbizzjoni tal-ksur fi ħdan l-Unjoni, inkluż billi timponi penali u tordna jew tiffaċilita l-kumpens lill-konsumaturi għall-ħsara kkawżata mill-ksur. |
1. L-awtorità mitluba għandha mingħajr dewmien żejjed, fuq talba minn awtorità applikanti, tieħu kull miżura ta' infurzar meħtieġa biex iġġib fit-tmiem jew tipprojbixxi l-ksur fi ħdan l-Unjoni, inkluż billi timponi penali u tordna jew tiffaċilita l-kumpens lill-konsumaturi għall-ħsara kkawżata mill-ksur. | ||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. F'talbiet għal assistenza reċiproka, l-awtorità applikanti għandha tipprovdi informazzjoni suffiċjenti biex tippermetti lill-awtorità mitluba tissodisfa t-talba, inkluża kwalunkwe evidenza meħtieġa li tista' tinkiseb biss fl-Istat Membru tal-awtorità applikanti. |
1. F'talbiet għal assistenza reċiproka, l-awtorità applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha biex tippermetti lill-awtorità mitluba tissodisfa t-talba, inkluża kwalunkwe evidenza meħtieġa li tista' tinkiseb biss fl-Istat Membru tal-awtorità applikanti. | ||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt c | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(c) fil-fehma tagħha, l-awtorità applikanti ma tkunx ipprovdiet informazzjoni suffiċjenti skont l-Artikolu 12(1), |
(c) fil-fehma tagħha, l-awtorità applikanti ma tkunx ipprovdiet l-informazzjoni rilevanti kollha skont l-Artikolu 12(1), | ||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
4. Fejn xieraq u mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali stipulati fl-Artikolu 41, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jippubblikaw il-pożizzjoni komuni jew partijiet minnha fuq il-websajts tagħhom u fuq il-websajt tal-Kummissjoni u jitolbu l-opinjonijiet ta' partijiet oħrajn ikkonċernati. |
4. Meta jkun xieraq u mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali stipulati fl-Artikolu 41, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jippubblikaw il-pożizzjoni komuni jew partijiet minnha fuq is-siti web tagħhom u fuq is-sit web tal-Kummissjoni u jitolbu l-opinjonijiet ta' partijiet oħrajn ikkonċernati, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur u l-organizzazzjonijiet tal-kummerċjanti. | ||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Fejn il-kummerċjant jipproponi impenji, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu, fejn xieraq, jippubblikaw l-impenji proposti fuq il-websajts tagħhom jew, fejn xieraq, fuq il-websajt tal-Kummissjoni biex jintalbu l-fehmiet ta' partijiet ikkonċernati oħrajn u sabiex jiġi vverifikat jekk l-impenji humiex suffiċjenti biex iwaqqfu il-ksur u jikkumpensaw lill-konsumaturi. |
2. Meta l-kummerċjant jipproponi impenji, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu, fejn xieraq, jippubblikaw l-impenji proposti fuq is-siti web tagħhom jew, fejn xieraq, fuq is-sit web tal-Kummissjoni biex jintalbu l-fehmiet ta' partijiet ikkonċernati oħrajn u sabiex jiġi vverifikat jekk l-impenji humiex suffiċjenti biex iwaqqfu l-ksur u jikkumpensaw lill-konsumaturi. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonsultaw ukoll lill-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur u l-organizzazzjonijiet tal-kummerċjanti. | ||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jinnominaw awtorità kompetenti waħda biex tieħu miżuri ta' infurzar f'isem l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn sabiex ittemm jew tipprojbixxi l-ksur mifrux, sabiex tiżgura kumpens għall-konsumaturi jew timponi penali. Meta jinnominaw awtorità kompetenti biex tieħu miżuri tal-infurzar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-lokalità tal-kummerċjant ikkonċernat. Ladarba l-awtorità kompetenti tiġi nnominata biex tieħu l-miżuri ta' infurzar mill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ikkonċernati, hija għandha ssir kompetenti biex taġixxi f'isem il-konsumaturi ta' kull tali Stat Membru daqslikieku kienu l-konsumaturi tagħha stess. |
3. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jinnominaw awtorità kompetenti waħda biex tieħu miżuri ta' infurzar f'isem l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn sabiex ittemm jew tipprojbixxi l-ksur mifrux, sabiex tiżgura kumpens għall-konsumaturi jew timponi penali. Meta jinnominaw awtorità kompetenti biex tieħu miżuri tal-infurzar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-lokalità tal-ksur ikkonċernat. Ladarba l-awtorità kompetenti tiġi nnominata biex tieħu l-miżuri ta' infurzar mill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ikkonċernati, hija għandha ssir kompetenti biex taġixxi f'isem il-konsumaturi ta' kull tali Stat Membru daqslikieku kienu l-konsumaturi tagħha stess. | ||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jieħdu miżuri tal-infurzar fl-istess ħin fl-Istat Membri kollha jew uħud minnhom li jkunu kkonċernati mill-każ ta' ksur mifrux. F'dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawk il-miżuri ta' infurzar jitnedew fl-istess ħin fl-Istati Membri kollha kkonċernati. |
4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jieħdu miżuri tal-infurzar xierqa u effettivi fl-istess ħin f’uħud mill-Istati Membri jew fl-Istati Membri kollha li jkunu kkonċernati mill-każ ta' ksur mifrux. F'dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawk il-miżuri ta' infurzar jitnedew fl-istess ħin fl-Istati Membri kollha kkonċernati. | ||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 19 – titolu | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Għeluq ta' azzjonijiet ikkoordinati |
Terminazzjoni ta' azzjonijiet ikkoordinati | ||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 19a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 19a | ||||||||||||
|
Informazzjoni ta' segwitu | ||||||||||||
|
L-awtorità ta' koordinazzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien fil-każ li l-ksur jirrikorri u jkollhom jittieħdu miżuri ulterjuri. F'dak il-każ, l-azzjoni ta' koordinazzjoni tista' sseħħ mingħajr l-ebda tnedija ta' proċedura ta' azzjoni kkoordinata ġdida. | ||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Jekk ikun hemm suspett raġonevoli li ksur mifrux għamel ħsara, qed jagħmel ħsara jew aktarx li ser jagħmel ħsara lil konsumaturi f'ta' mill-inqas tlett kwarti tal-Istati Membri li flimkien jammontaw għal mill-inqas tlett kwarti tal-popolazzjoni tal-Unjoni ("ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni"), il-Kummissjoni għandha tniedi azzjoni komuni. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni tista' titlob l-informazzjoni jew id-dokumenti meħtieġa mingħand l-awtoritajiet kompetenti. |
1. Jekk ikun hemm suspett raġonevoli li ksur mifrux għamel ħsara, qed jagħmel ħsara jew aktarx li se jagħmel ħsara lil konsumaturi fil-maġġoranza tal-Istati Membri li flimkien jammontaw għal mill-inqas terz tal-popolazzjoni tal-Unjoni ("ksur mifrux b'dimensjoni tal-Unjoni"), il-Kummissjoni għandha tniedi azzjoni komuni, sabiex tgħin lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tikkoopera magħhom bil-għan li jitħarsu l-interessi tal-konsumaturi fl-Unjoni meta l-azzjoni proposta ma tkunx tista' tinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, kif ukoll biex jiġi żgurat li l-liġijiet tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur jiġu infurzati kif xieraq fl-Unjoni. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni tista' titlob l-informazzjoni jew id-dokumenti meħtieġa mingħand l-awtoritajiet kompetenti. | ||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 3 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Awtorità kompetenti tista' tirrifjuta li tieħu sehem fl-azzjoni komuni għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin: |
3. Awtorità kompetenti tista' tirrifjuta li tieħu sehem fl-azzjoni komuni jekk tkun diġà ngħatat sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali fir-rigward tal-istess ksur kontra l-istess kummerċjant f'dak l-Istat Membru. Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tirrifjuta li tieħu sehem f'tali azzjoni, hija għandha tiddikjara r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. | ||||||||||||
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 3 – punt a | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(a) diġà jkunu nbdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-istess ksur, kontra l-istess kummerċjant f'dak l-Istat Membru; |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 3 – punt b | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(b) diġà tkun ingħatat sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali fir-rigward tal-istess ksur kontra l-istess kummerċjant f'dak l-Istat Membru. |
imħassar | ||||||||||||
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
4. Wara n-notifika tad-deċiżjoni li tniedi l-azzjoni komuni skont il-paragrafu 2, meta awtorità kompetenti tiddeċiedi biex ma tieħux sehem fl-azzjoni komuni, hija għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lil kull awtorità kompetenti oħra kkonċernata dwar id-deċiżjoni tagħha, tagħti r-raġunijiet għal dan skont il-paragrafu 3 u tipprovdi d-dokumenti ta' appoġġ meħtieġa. |
4. Wara n-notifika tad-deċiżjoni li tniedi l-azzjoni komuni skont il-paragrafu 2, meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li ma tiħux sehem fl-azzjoni komuni, hija għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati dwar id-deċiżjoni tagħha, tagħti bil-miktub ir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni skont il-paragrafu 3 u tipprovdi d-dokumenti ta' appoġġ meħtieġa. | ||||||||||||
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Fejn ikun xieraq, u mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali stabbiliti fl-Artikolu 41, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jippubblikaw il-pożizzjoni komuni jew partijiet minnha fuq il-websajts tagħhom jew fuq il-websajt tal-Kummissjoni jew fejn ikun xieraq biex jinkisbu l-opinjonijiet ta' partijiet ikkonċernati oħrajn. |
3. Meta jkun xieraq u mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali stipulati fl-Artikolu 41, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jippubblikaw il-pożizzjoni komuni jew partijiet minnha fuq is-sit web tagħhom u fuq is-sit web tal-Kummissjoni u jitolbu l-opinjonijiet ta' partijiet oħrajn ikkonċernati, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur u l-organizzazzjonijiet tal-kummerċjanti. | ||||||||||||
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Meta n-negozjant jipproponi impenji, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu, fejn xieraq, jippubblikaw l-impenji tagħhom fuq il-websajts tagħhom u fuq il-websajt tal-Kummissjoni sabiex jinkisbu l-fehmiet ta' partijiet ikkonċernati oħrajn u sabiex jiġi vverifikat jekk dawk l-impenji humiex biżżejjed biex jintemm il-ksur u biex jingħata kumpens lill-konsumaturi. |
2. Meta n-negozjant jipproponi impenji, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu, fejn xieraq, jippubblikaw l-impenji tagħhom fuq is-siti web tagħhom u fuq is-sit web tal-Kummissjoni, sabiex jinkisbu l-fehmiet ta' partijiet ikkonċernati oħrajn, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur u l-organizzazzjonijiet tal-kummerċjanti, u sabiex jiġi vverifikat jekk dawk l-impenji humiex biżżejjed biex jintemm il-ksur u biex jingħata kumpens lill-konsumaturi. | ||||||||||||
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. Ladarba awtorità kompetenti tkun innominata biex tieħu miżuri ta' infurzar mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħrajn, hija għandha jkollha l-kompetenza biex taġixxi f'isem il-konsumaturi ta' kull Stat Membru daqslikieku kienu l-konsumaturi tagħha. Meta jinnominaw awtorità kompetenti biex tieħu miżuri ta' infurzar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-lokalità tal-kummerċjant ikkonċernat. |
2. Ladarba awtorità kompetenti tkun innominata biex tieħu miżuri ta' infurzar mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħrajn, hija għandha jkollha l-kompetenza biex taġixxi f'isem il-konsumaturi ta' kull Stat Membru daqslikieku kienu l-konsumaturi tagħha. Meta jinnominaw awtorità kompetenti biex tieħu miżuri ta' infurzar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-lokalità tal-kummerċjant ikkonċernat, filwaqt li jikkunsidraw b'mod konsistenti l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur. | ||||||||||||
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 34a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Artikolu 34a | ||||||||||||
|
Proċeduri oħrajn tal-mekkaniżmu ta' twissija | ||||||||||||
|
1. Jekk it-testijiet tal-laboratorju jew il-valutazzjonijiet tekniċi ma jikkonfermawx il-fatturi li skattaw it-twissija, l-awtoritajiet kompetenti jew il-Kummissjoni, kif xieraq, għandhom jipproċedu mingħajr dewmien biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirrimedjaw il-kwistjonijiet u jiksbu lura bilanċ fis-suq intern u/jew fis-settur tas-suq fejn jopera l-kummerċjant, sabiex il-kummerċjant ikun protett u l-interessi tiegħu ma ssirilhomx ħsara. | ||||||||||||
|
F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti jew il-Kummissjoni, kif xieraq, għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi malajr kemm jista' jkun wara li twissija tkun ġiet identifikata bħala waħda żbaljata. | ||||||||||||
|
2. Meta l-interessi tal-kummerċjant tkun saritilhom ħsara bħala riżultat, l-awtoritajiet kompetenti jew il-Kummissjoni, kif xieraq, għandhom jieħdu azzjoni biex jikkumpensawh. | ||||||||||||
|
3. Il-miżuri meħuda biex jikkumpensaw lill-kummerċjant jenħtieġ li, b'mod partikolari, ifittxu li jerġgħu jiksbu l-kredibilità tiegħu fis-settur(i) tas-suq fejn jopera u/jew fis-suq intern, kif xieraq. | ||||||||||||
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
1. Il-korpi nnominati u ċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi għandhom jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tat-twissija stabbilit fl-Artikolu 34. L-Istati Membri għandhom jinnominaw organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, u entitajiet oħra bħal assoċjazzjonijiet tal-kummerċjanti, li għandhom il-kompetenza xierqa u interess leġittimu fil-protezzjoni tal-konsumatur, li għandhom jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ta' twissija. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni b'dawk l-entitajiet mingħajr dewmien. |
1. Il-korpi nnominati u ċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi, fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-Unjoni, għandhom jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tat-twissija stabbilit fl-Artikolu 34. L-Istati Membri għandhom jinnominaw organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, u entitajiet oħra bħal assoċjazzjonijiet tal-kummerċjanti, li għandhom il-kompetenza xierqa u interess leġittimu fil-protezzjoni tal-konsumatur, li għandhom jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ta' twissija. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni b'dawk l-entitajiet mingħajr dewmien. | ||||||||||||
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 4 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
4. It-twissijiet esterni għandhom ikunu biss "għall-informazzjoni". L-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx ikunu obbligati li jibdew proċedura jew jieħdu azzjoni oħra b'risposta għat-twissijiet u l-informazzjoni pprovduti minn dawk l-entitajiet. L-entitajiet li jagħmlu twissijiet esterni għandhom jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta tkun korretta, aġġornata u preċiża u għandhom jikkoreġu l-informazzjoni mibgħuta mingħajr dewmien jew jirtirawha skont kif ikun xieraq. Għal dak l-iskop, huma għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li jkunu pprovdew, soġġett għal-limitazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 41 u 43. |
4. It-twissijiet esterni għandhom ikunu prinċipalment "għall-informazzjoni" u għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw jekk it-twissijiet humiex ibbażati fuq suspett motivat f'konformità mal-Artikolu 34(1). L-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx ikunu obbligati jibdew miżuri ta' infurzar jew jieħdu azzjoni oħra b'reazzjoni għall-informazzjoni pprovduta minn dawk l-entitajiet li jagħmlu twissijiet esterni kif previst fl-Artikolu 35(3). L-entitajiet li jagħmlu twissijiet esterni għandhom jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta tkun korretta, aġġornata u preċiża u għandhom jikkoreġu kwalunkwe żball fl-informazzjoni mibgħuta mingħajr dewmien jew jirtirawha skont kif ikun xieraq. Għal dak l-iskop, huma għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li jkunu pprovdew, soġġett għal-limitazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 41 u 43. Għandhom ikunu nnotifikati wkoll dwar kwalunkwe azzjoni ta' segwitu meħuda mill-awtorità kompetenti kkonċernata fir-rigward tat-twissijiet esterni, jew dwar in-nuqqas ta' kwalunkwe azzjoni, filwaqt li f'dan il-każ tal-aħħar jingħataw ir-raġunijiet li għalihom it-twissija ma tteħditx azzjoni dwarha. In-notifika mill-awtorità kompetenti tal-azzjonijiet meħuda jew tan-nuqqas ta' azzjoni għandha tirrispetta l-ħtieġa li tinżamm il-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni. | ||||||||||||
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 4a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
4a. Meta jkun rilevanti, l-entitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu kkonsultati u l-pożizzjoni tagħhom għandha titqies fil-prijoritizzazzjoni tal-azzjonijiet ta' infurzar. | ||||||||||||
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 5 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
5. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw id-dettalji tan-nominazzjoni u l-parteċipazzjoni ta' entitajiet oħrajn fil-mekkaniżmu ta' twissija. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). |
5. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tan-nominazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u l-assoċjazzjonijiet tal-kummerċjanti fil-mekkaniżmu ta' twissija kif ukoll il-mezz għan-notifika ta' kwalunkwe azzjoni ta' segwitu meħuda fir-rigward tat-twissijiet esterni, jew in-nuqqas ta' kwalunkwe azzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). | ||||||||||||
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 3 – parti introduttorja | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
3. Minkejja il-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw u jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa: |
3. Minkejja l-paragrafu 2 u dment li d-drittijiet fundamentali, bħad-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni u l-ipproċessar tad-data personali, jiġu rrispettati b'mod sħiħ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw u jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa: | ||||||||||||
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(ba) għal raġunijiet ta' interess pubbliku, bħas-sikurezza pubblika, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-protezzjoni ambjentali, | ||||||||||||
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
2. L-evidenza, dokumenti, informazzjoni, spjegazzjonijiet jew sejbiet ta' investigazzjoni kkonstatati minn awtorità kompetenti fi Stat Membru skont l-Artikolu 8 jistgħu jintużaw għal proċedimenti mibdija b'applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħrajn mingħajr aktar rekwiżiti formali. |
2. L-evidenza, dokumenti, informazzjoni, spjegazzjonijiet jew sejbiet ta' investigazzjoni kkonstatati minn awtorità kompetenti fi Stat Membru skont l-Artikolu 8 jistgħu jintużaw għal proċedimenti mibdija b'applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħrajn, dment li d-drittijiet fundamentali tal-konsumaturi jiġu rrispettati bis-sħiħ. | ||||||||||||
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 1 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Sa mhux aktar tard mill-[xx/xx/20xx, u mhux aktar tard minn seba' snin mid-dħul tiegħu fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
Sa mhux aktar tard mill-[xx/xx/20xx, u mhux aktar tard minn ħames snin mid-dħul tiegħu fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. | ||||||||||||
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
Ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament li tinkludi valutazzjoni tal-effettività tal-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi taħt dan ir-Regolament u l-eżami ta', fost affarijiet oħrajn, kif il-konformità tal-kummerċjanti mal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi evolviet fi swieq ewlenin tal-konsumaturi ikkonċernati mill-kummerċ transkonfinali. |
Ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament li tinkludi valutazzjoni tal-effettività tal-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi taħt dan ir-Regolament u l-eżami ta', fost affarijiet oħrajn, kif il-konformità tal-kummerċjanti mal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi evolviet fi swieq ewlenin tal-konsumaturi kkonċernati mill-kummerċ transfruntier. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, b'mod partikolari, l-effettività ta' dawn li ġejjin: | ||||||||||||
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(a) is-setgħat mogħtija skont l-Artikolu 8; | ||||||||||||
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt b (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(b) is-soll stabbilit għal każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni; | ||||||||||||
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt c (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(c) is-sistema tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ksur prevista mill-Artikolu 43. | ||||||||||||
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, meta meħtieġ, bi proposti leġiżlattivi. | ||||||||||||
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 2b (ġdid) | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
Sa... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull sentejn wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jkun fih: | ||||||||||||
|
(a) ħarsa ġenerali lejn l-informazzjoni u l-iżviluppi fil-qasam tal-infurzar tal-liġi tal-konsumatur, kif ukoll statistika skambjata skont il-mekkaniżmu ta' sorveljanza stabbilit skont l-Artikolu 33, inklużi t-twissijiet pubblikati u l-azzjonijiet ta' segwitu meħuda fir-rigward ta' twissijiet esterni; | ||||||||||||
|
(b) analiżi ta' każijiet ta' ksur mifruxa u każijiet ta' ksur mifruxa b'dimensjoni tal-Unjoni, li tispeċifika azzjonijiet ikkoordinati meħuda skont l-Artikolu 16, miżuri ta' infurzar meħuda skont l-Artikolu 18, azzjonijiet komuni mnedija skont l-Artikolu 21 u l-impenji meħuda minn kummerċjanti li wettqu ksur u r-riżultati tagħhom, kif ukoll il-miżuri ta' infurzar li meħuda skont l-Artikolu 25. | ||||||||||||
|
Ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku u għandu jinkludi proposti leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi ulterjuri jekk dan ikun meħtieġ għall-adattament għal żviluppi teknoloġiċi ġodda jew fenomeni potenzjali futuri fl-ambjent diġitali. | ||||||||||||
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1 Regolament (KE) Nru 2006/2004 Anness – punt 24 a (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1 Regolament (KE) Nru 2006/2004 Anness – punt 24b (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1 Regolament (KE) Nru 2006/2004 Anness – punt 24c (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1 Regolament (KE) Nru 2006/2004 Anness – punt 24d (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1 Regolament (KE) Nru 2006/2004 Anness – punt 24e (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 1 Regolament (KE) Nru 2006/2004 Anness – punt 24f (ġdid) | |||||||||||||
|
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) |
||||
Referenzi |
COM(2016)0283 – C8-0194/2016 – 2016/0148(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 9.6.2016 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 9.6.2016 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Kostas Chrysogonos 11.7.2016 |
||||
Eżami fil-kumitat |
31.1.2017 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
28.2.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
21 2 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Laura Ferrara, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Jiří Maštálka, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Daniel Buda, Evelyne Gebhardt, Virginie Rozière, Tiemo Wölken |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Pál Csáky |
||||
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi |
||||
Referenzi |
COM(2016)0283 – C8-0194/2016 – 2016/0148(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
25.5.2016 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 9.6.2016 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 9.6.2016 |
ITRE 9.6.2016 |
CULT 9.6.2016 |
JURI 9.6.2016 |
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 15.6.2016 |
ITRE 14.6.2016 |
CULT 20.6.2016 |
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Olga Sehnalová 17.6.2016 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
11.10.2016 |
9.11.2016 |
5.12.2016 |
6.2.2017 |
|
|
13.3.2017 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
21.3.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
33 0 3 |
|||
Data tat-tressiq |
27.3.2017 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
33 |
+ |
|
ALDE |
Dita Charanzová, Morten Løkkegaard, Jasenko Selimovic |
|
ECR |
Edward Czesak, Vicky Ford, Ulrike Trebesius, Anneleen Van Bossuyt |
|
EFDD |
Marco Zullo |
|
PPE |
Pascal Arimont, Carlos Coelho, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Ildikó Gáll-Pelcz, Antonio López-Istúriz White, Jiří Pospíšil, Andreas Schwab, Ivan Štefanec, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mihai Ţurcanu, Sabine Verheyen |
|
S&D |
Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Arndt Kohn, Marlene Mizzi, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler |
|
Verts/ALE |
Jan Philipp Albrecht, Julia Reda |
|
0 |
- |
|
|
|
|
3 |
0 |
|
EFDD |
Robert Jarosław Iwaszkiewicz |
|
ENF |
Marcus Pretzell, Mylène Troszczynski |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni