RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015

28.3.2017 - (2016/2166(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Inés Ayala Sender

Proċedura : 2016/2166(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0085/2017
Testi mressqa :
A8-0085/2017
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2166(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija[1],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0052/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0085/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2166(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija[6],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[7] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0052/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0085/2017),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2166(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0085/2017),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 12/2016 tal-Qorti tal-Awdituri dwar "L-użu li l-aġenziji jagħmlu minn għotjiet: mhuwiex dejjem xieraq u mhux dejjem jista' jintwera li huwa effettiv",

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 49 156 474, li jirrappreżenta żieda ta' 6,50 % meta mqabbel mal-2014, billi 74 % tal-baġit tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

C.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza speċjali li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u r-responsabilità, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,36 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,5 %;

Impenji u riporti

2.  Jinnota li r-riporti mill-2015 għall-2016 kienu ta' EUR 4 944 739, li jirrappreżenta ċifra simili meta mqabbel mas-sena ta' qabel; jinnota li 57 % tal-ammont riportat fit-Titolu III (nefqa operattiva) jirrappreżenta l-pagament finali tal-kontribuzzjoni għall-2015 liċ-Ċentri Tematiċi Ewropej li kellu jitħallas wara l-preżentazzjoni tar-raba' progress trimestrali fl-2016; jinnota li r-riporti jistgħu sikwit ikunu ġustifikati, parzjalment jew għal kollox, min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji u ma jindikawx neċessarjament dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u lanqas ma jmorru dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati min qabel mill-Aġenzija u kkomunikati lill-Qorti;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

3.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija naqqset l-għadd ta' membri tal-persunal tagħha b'5 %, f'konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja[11]; jinnota li l-Kummissjoni kklassifikat l-Aġenzija bħala "aġenzija li qabdet it-triq", u dan jimplika li hu mistenni tnaqqis addizzjonali ta' 5 %; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija implimentat is-sensji mingħajr ma ppreġudikat il-kapaċità tagħha li twettaq il-partijiet prinċipali tal-programm ta' ħidma pluriennali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe miżura ta' ffrankar ta' spejjeż ulterjuri li tista' tittieħed ma xxekkilx il-kapaċità tal-Aġenzija li twettaq il-mandat tagħha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

4.  Jinnota li f'Novembru 2014 il-Bord ta' Mmaniġġjar tal-Aġenzija adotta l-istrateġija tagħha kontra l-frodi, bil-għan li tiġi żgurata ġestjoni xierqa fi kwistjonijiet ta' kunflitt ta' interess u li jiġu żviluppati attivitajiet bħala parti mill-ġlieda kontra l-frodi, speċjalment permezz tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, is-sensibilizzazzjoni u kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF); jinnota li, bi qbil mal-"Metodoloġija u gwida għal strateġiji kontra l-frodi għall-aġenziji deċentralizzati tal-UE" tal-OLAF, l-Aġenzija wettqet valutazzjoni tar-riskju ta' frodi fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha bbażata fuq il-probabbiltà ta' frodi u l-impatt li dan jista' jkollu;

5.  Jinnota li l-Aġenzija ħolqot reġistru ta' dokumenti u għamlitu aċċessibbli għall-pubbliku permezz tas-sit web tagħha; josserva li l-politika tal-Aġenzija dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, adottata fl-2014, ġiet eżaminata mill-ġdid fl-2016 u żdiditilha informazzjoni addizzjonali dwar id-dikjarazzjonijiet ta' interess u l-obbligi tal-membri tal-persunal li jitilqu mill-Aġenzija;

6.  Jinnota bi tħassib li l-membri tal-Bord ta' Mmaniġġjar tal-Aġenzija mhumiex obbligati jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tagħhom, u għalhekk ftit biss huma disponibbli fis-sit web tagħha; jistieden lill-Aġenzija tieħu l-miżuri kollha li hemm bżonn biex tirranġa s-sitwazzjoni u tiżgura s-sorveljanza u l-iskrutinju meħtieġa fir-rigward tal-maniġment tagħha; jinnota li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tad-diriġenti tal-Aġenzija huma ppubblikati fis-sit;

7.  Jinnota b'sodisfazzjon li f'Diċembru 2016 il-Bord ta' Mmaniġġjar tal-Aġenzija adotta linji gwida interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta;

8.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma wettqet l-ebda inizjattiva speċifika sabiex toħloq jew iżżid it-trasparenza rigward il-kuntatti tagħha mal-lobbisti;

9.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politika li tittratta l-kunflitti ta' interess, pari passu mal-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin diġà, u tinkludi l-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju waqt il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni;

Awditi interni

10.  Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu fuq il-ġestjoni tad-data/tal-informazzjoni, inkluż komponent tal-IT, li ġie ffinalizzat fl-2015; jinnota b'sodisfazzjon li, skont il-konklużjonijiet tal-IAS, is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll stabbiliti mill-Aġenzija biex jappoġġjaw il-ġestjoni tad-data/tal-informazzjoni huma effikaċi fiċ-ċirkustanzi attwali; jinnota, barra minn hekk, li, sabiex tiffaċċja l-isfidi li ġejjin, bħalma huma ż-żieda kbira mistennija fil-volum ta' data u informazzjoni li jeħtieġ tkun kapaċi tlaħħaq miegħu, l-Aġenzija għandha tiżviluppa aktar il-ġestjoni tad-data/tal-informazzjoni;

Kontrolli interni

11.  Jirrikonoxxi l-fatt li, f'konformità mar-rekwiżiti l-ġodda tal-2014, il-pjanijiet tal-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) għall-2015 u l-2016 ġew approvati mill-Bord ta' Mmaniġġjar tal-Aġenzija; jinnota li l-pjanijiet jinkludu inkarigi ta' awditjar, kompiti konsultattivi u kuntatt ma' awdituri oħrajn bħala t-tliet oqsma ta' kontribut ewlenin;

12.  Jinnota li l-IAC stabbiliet valutazzjoni tar-riskju biex jintgħażlu benefiċjarji għal verifiki fuq il-post, li rriżulta fil-verifika ta' pagamenti għal tliet għotjiet differenti sabiex tiġi żgurata l-eżattezza u l-affidabbiltà tal-ispejjeż tal-persunal iddikjarati; josserva li, abbażi tal-politika l-ġdida, approvata f'Ottubru 2015, saru aktar verifiki fuq il-post fl-2016;

Komunikazzjoni

13.  Jinnota li fl-2015 l-Aġenzija wettqet reviżjoni importanti tal-portafoll ta' prodotti tagħha bil-għan li timmodernizzah u tadattah għall-mod kif l-udjenza tagħha tikkonsma l-informazzjoni; jinnota wkoll li l-Aġenzija investiet f'titjib fid-disinn, il-viżwalizzazzjoni tad-data u l-infografika u aġġornat l-identità korporattiva tagħha għal dan l-iskop, u għamlet ukoll aktar sforzi fejn tidħol il-midja soċjali u r-relazzjonijiet mal-mezzi tax-xandir;

14.  Jissottolinja li l-Aġenzija għandha tkompli tippromwovi d-djalogu mal-partijiet ikkonċernati u maċ-ċittadini u tinkorporah bħala parti mill-prijoritajiet u l-attivitajiet li jridu jiġu implimentati;

Kummenti oħra

15.  Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-proċeduri ta' akkwist li ġew awditjati wrew li l-Aġenzija ffirmat kuntratti qafas ma' kuntrattur wieħed li ntużaw għal diversi servizzi fl-ambitu ta' kuntratti speċifiċi bi prezzijiet fissi; jinnota bi tħassib li, b'konsegwenza tat-talba għal offerta bi prezz fiss minn kuntrattur wieħed fl-ambitu ta' dawn il-kuntratti, il-kompetizzjoni dwar il-prezz ġiet newtralizzata u d-dipendenza fuq il-kuntrattur żdiedet;

16.  Jinnota li l-livell ta' kompetizzjoni tas-suq tal-produzzjoni u l-analiżi tal-immaġni satellitari huwa relattivament limitat minħabba l-għadd żgħir ta' fornituri tas-servizz li joperaw fis-setturi relatati u l-istabbiltà u l-konsistenza tal-prezzijiet applikati; jinnota, barra minn hekk, li n-natura teknika u l-kumplessità tas-servizzi pprovduti jeħtieġu taħlita ta' tipi differenti ta' kompetenzi li l-fornituri tas-servizz li joperaw f'dan is-suq jistgħu jipprovdu biss meta jgħaqqdu l-forzi f'konsorzju; jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija għamlet għażla konxja li tagħti kuntratt qafas lil operatur ekonomiku wieħed li kienet tirriżulta minn valutazzjoni ta' fatturi tanġibbli mis-suq relatat;

17.  Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija qed tagħmel ħilitha biex issib bilanċ aħjar bejn is-sessi fil-livelli inferjuri tal-maniġment iżda jinnota bi tħassib żbilanċ sostanzjali fir-rappreżentanza tas-sessi fil-livelli superjuri tal-maniġment tagħha; iħeġġeġ lill-Aġenzija tikkoreġi dan l-iżbilanċ u tikkomunika r-riżultati lill-Parlament mill-aktar fis possibbli;

18.  Ifakkar li, sa mit-twaqqif tagħha, l-Aġenzija, flimkien man-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (EIONET), kienet sors ta' informazzjoni għal dawk involuti fl-iżvilupp, l-adozzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-klima, kif ukoll il-politiki dwar l-iżvilupp, u kienet ukoll sors ta' informazzjoni għall-pubbliku ġenerali;

19.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tal-ħames rapport annwali tal-Aġenzija dwar l-Istat tal-Ambjent (SOER 2015);

20.  Jieħu nota tal-iżvilupp tas-sistemi ta' informazzjoni u tal-proċessi tal-immaniġġjar tal-flussi tad-data tal-Aġenzija biex jingħata appoġġ lill-pajjiżi u l-kumpaniji permezz tar-rappurtar u t-titjib fil-kwalità tad-data, b'mod partikolari fir-rigward tas-sistema emendata tar-rappurtar fil-qafas tar-Regolament dwar il-Gassijiet Fluworurati (F-Gas), u fir-rigward tar-rappurtar dwar l-impjanti kbar tal-kombustjoni (LCPs), li fl-2015 għaddew mill-Kummissjoni għal għand l-Aġenzija;

21.  Ifakkar fl-importanza tal-evalwazzjoni li għaddejja bħalissa dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-netwerk EIONET tagħha – li mistennija titlesta fi tmiem l-2017 – sabiex jiġi vvalutat aħjar kemm l-Aġenzija laħqet l-objettivi tagħha u kemm implimentat il-kompiti stabbiliti fil-mandat u fil-programm ta' ħidma pluriennali tagħha;

22.  Jirrakkomanda li l-Aġenzija tiżviluppa indikaturi tal-impatt, u jemmen li dawn l-indikaturi tal-impatt ikunu għodda essenzjali biex titkejjel l-effikaċja tal-Aġenzija;

°

°  °

23.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2017][12] [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].).

1.2.2017

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2166(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Giovanni La Via

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li fl-2015, il-baġit totali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ("l-Aġenzija") kien ta' EUR 49 200 000, li minnhom EUR 36 309 240 kienu saru disponibbli permezz tal-finanzjament ewlieni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

2.  Ifakkar li sa mit-twaqqif tagħha, l-Aġenzija, flimkien man-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (EIONET), kienet sors ta' informazzjoni għal dawk involuti fl-iżvilupp, l-adozzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-klima, kif ukoll tal-politiki dwar l-iżvilupp, u kienet ukoll sors ta' informazzjoni għall-pubbliku ġenerali;

3.  Jinnota li l-Aġenzija naqqset l-ammont ta' persunal b'konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti għal istituzzjonijiet tal-Unjoni (tnaqqis ta' 5 % fil-perjodu 2013–2018); jenfasizza li l-Kummissjoni kklassifikat l-Aġenzija bħala "aġenzija li qiegħda taħdem b'mod stabbli", u dan jimplika l-ħtieġa ta' tnaqqis addizzjonali ta' 5 %;

4.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tal-ħames rapport annwali tal-Aġenzija, dwar l-Istat tal-Ambjent (SOER 2015);

5.  Jinnota l-iżvilupp tas-sistemi ta' informazzjoni u tal-proċessi tal-immaniġjar tal-flussi tad-data tal-Aġenzija biex tappoġġja l-pajjiżi u l-kumpaniji permezz tar-rappurtar u t-titjib fil-kwalità tad-data, b'mod partikolari fir-rigward tas-sistema emendata tar-rappurtar taħt ir-Regolament dwar il-Gassijiet Fluworurati (F-Gas), u fir-rigward tar-rapportar dwar l-impjanti kbar ta' kombustjoni (LCPs), li għaddew mill-Kummissjoni f'idejn l-Aġenzija fl-2015;

6.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politika li tittratta l-kunflitti ta' interess, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin u l-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punti li jridu jiġu diskussi b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni;

7.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ħabbret li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 kienu legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

8.  Ifakkar l-importanza tal-"Evalwazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tan-netwerk EIONET tagħha" li għaddejja u li hi mistennija lejn tmiem l-2017, sabiex tivvaluta aħjar sa fejn l-Aġenzija laħqet l-objettivi tagħha u implimentat il-kompiti stabbiliti fil-mandat tagħha u fil-programm ta' ħidma pluriennali tagħha;

9.  Jirrakkomanda li l-Aġenzija tiżviluppa indikaturi tal-impatt, u jemmen li dawn l-indikaturi tal-impatt huma għodda neċessarja biex titkejjel l-effettività tal-Aġenzija;

10.  Jissottolinja li l-Aġenzija għandha tkompli tippromwovi djalogu mal-partijiet interessati u maċ-ċittadini u tinkorporah bħala parti mill-prijoritajiet u l-attivitajiet li jridu jkunu implimentati;

11.  Jirrakkomanda, abbażi tal-fatti disponibbli, li tingħata l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

31.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

57

11

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Alberto Cirio, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Pavel Poc, Julia Reid, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Estefanía Torres Martínez, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Martin Häusling, Jan Huitema, Peter Jahr, Merja Kyllönen, Gesine Meissner, James Nicholson, Gabriele Preuß, Bart Staes, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Dieter-Lebrecht Koch, Jiří Maštálka, Clare Moody

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Bogusław Liberadzki, Monica Macovei, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Hannu Takkula, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Gerben-Jan Gerbrandy, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Julia Pitera, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Raymond Finch, Jens Geier, Janusz Zemke

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ALDE

ECR

PPE

S&D

VERTS/ALE

Martina Dlabajová, Gerben-Jan Gerbrandy, Hannu Takkula

Monica Macovei

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Joachim Zeller, Patricija Šulin

Inés Ayala Sender, Jens Geier, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Derek Vaughan, Janusz Zemke

Benedek Jávor, Bart Staes

6

-

ECR

EFDD

ENF

GUE/NGL

Richard Ashworth, Notis Marias

Raymond Finch

Jean-François Jalkh

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

  • [1]  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 87.
  • [2]  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 87.
  • [3]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [4]  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
  • [5]  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [6]  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 87.
  • [7]  ĠU C 449, 1.12.2016, p. 87.
  • [8]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [9]  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
  • [10]  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [11]  Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).
  • [12]  Testi adottati ta' din id-data, P[8_TA(-PROV)(2017)0000].