RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (kodifikazzjoni)

    28.3.2017 - (COM(2015)0616 – C8-0388/2015 – 2015/0283(COD)) - ***I

    Kumitat għall-Affarijiet Legali
    Rapporteur: Tadeusz Zwiefka
    (Kodifikazzjoni – Artikolu 103 tar-Regoli ta' Proċedura)


    Proċedura : 2015/0283(COD)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    A8-0088/2017
    Testi mressqa :
    A8-0088/2017
    Dibattiti :
    Votazzjonijiet :
    Testi adottati :

    ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (kodifikazzjoni)

    (COM(2015)0616 – C8-0388/2015 – 2015/0283(COD))

    Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni

    Il-Parlament Ewropew,

    –  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0616),

    –  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 50(1) u (2)(g) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0388/2015),

    –  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    –  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016[1],

    –  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[2],

    –  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    –  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0088/2017),

    A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda tibdil sostanzjali;

    1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

    2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    • [1]    ĠU C 264, 20.7.2016, p. 82.
    • [2]    ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

    ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

     

     

     

     

    GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

    TAS-SERVIZZI LEGALI

    Brussell, id-9 ta' Ġunju 2016

    OPINJONI

      GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

        TAL-KUNSILL

        TAL-KUMMISSJONI

    Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (kodifikazzjoni)

    COM(2015)0616 tal-9.9.2016 – 2015/0283(COD)

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fit-3 ta' Frar, it-18 ta' Marzu u t-13 ta' April 2016 kellu laqgħa ddedikata għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

    Waqt l-eżami, f'dawk il-laqgħat[1], tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill intenzjonata li tikkodifika d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE[2], id-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE[3], id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[4], id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5], id-Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6] u d-Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7], il-Grupp, bi qbil komuni, innota dan li ġej:

    1) Fil-premessa 2, il-kliem inkluż bejn vleġeġ ta' adattament ('tiffaċilita l-integrazzjoni tal-ekonomiji tal-Istati Membri. Hija') jenħtieġ li jitħassar

    2) Fil-premessa 79, il-kelma 'impriżi' jenħtieġ li tiġi sostitwita b''kumpaniji'.

    3) L-Artikolu 134 jenħtieġ li jitneħħa mit-test ikkodifikat. Bħala konsegwenza ta' dan, l-Artikoli 135 sa 168 jenħtieġ li jiġu nnumerati mill-ġdid.

    4) Fl-Artikolu 160, il-paragrafu 1 jenħtieġ li jitħassar. Bħala konsegwenza ta' dan, il-formulazzjoni tal-paragrafu ta' wara jenħtieġ li tiġi adattata biex tinqara kif ġej: 'L-Istati Membri m'għandhomx għalfejn japplikaw l-Artikoli 145 u 146 fir-rigward ta' detenturi ta' obbligazzjonijiet u titoli oħra li jistgħu jiġu konvertiti f'ishma jekk, fiż-żmien meta d-dispożizzjonijiet imsemmijin f'paragrafu 1 jew 2 tal-Artikolu 26 tad-Direttiva tal-Kunsill 82/891 daħlu fis-seħħ, il-pożizzjoni ta' dawk id-detenturi fil-każ ta' diviżjoni tkun ġiet stabbilita minn qabel mill-kondizzjonijiet tal-ħruġ.'

    5) Jenħtieġ li tiġi ppubblikata rettifika fir-rigward tal-entrati li jikkorrispondu għall-Ungerija u Malta li jinsabu fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2011/35/UE.

    Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

    F. DREXLER      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

    Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

    • [1]  Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu l-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.
    • [2]  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat-Trattat dwar id-diviżjoni ta' kumpanniji b'responsabbilta pubblika limitata (82/891/KEE) (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 47).
    • [3]  Il-Ħdax il-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-ħtiġiet tal-iżvelar rigward il-fergħat miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta' kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta' Stat ieħor (89/666/KEE) (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 36).
    • [4]  Id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1).
    • [5]  Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11).
    • [6]  Id-Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta' April 2011 dwar il-mergers ta' kumpanniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (ĠU L 110, 29.4.2011, p. 1).
    • [7]  Id-Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-formazzjoni ta' kumpanniji pubbliċi ta' responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 74).

    PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

    Titolu

    Ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (kodifikazzjoni)

    Referenzi

    COM(2015)0616 – C8-0388/2015 – 2015/0283(COD)

    Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

    3.12.2015

     

     

     

    Kumitat responsabbli

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    JURI

    14.12.2015

     

     

     

    Rapporteurs

           Data tal-ħatra

    Tadeusz Zwiefka

    28.2.2017

     

     

     

    Data tal-adozzjoni

    23.3.2017

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    21

    0

    0

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, António Marinho e Pinto, Jiří Maštálka, Emil Radev, Julia Reda, Pavel Svoboda, Tadeusz Zwiefka

    Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

    Isabella Adinolfi, Daniel Buda, Angelika Niebler, Virginie Rozière, Rainer Wieland

    Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

    Eugen Freund, Maria Noichl

    Data tat-tressiq

    28.3.2017

    VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

    21

    +

    ALDE

    ECR

    EFDD

    GUE/NGL

    PPE

    S&D

    Verts/ALE

    Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

    Sajjad Karim

    Isabella Adinolfi, Joëlle Bergeron

    Kostas Chrysogonos, Jiří Maštálka

    Daniel Buda, Angelika Niebler, Emil Radev, Pavel Svoboda, Rainer Wieland, Tadeusz Zwiefka

    Eugen Freund, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Maria Noichl, Virginie Rozière

    Max Andersson, Julia Reda

    0

    -

     

     

    0

    0

     

     

    Tifsira tas-simboli użati:

    +  :  favur

    -  :  kontra

    0  :  astensjonijiet