RAPPORT dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA fis-Slovakkja, il-Portugall, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, Ċipru, il-Polonja, l-Iżvezja, Malta u l-Belġju u li tissostitwixxi d-Deċiżjonijiet 2010/689/UE, 2011/472/UE, 2011/715/UE, 2011/887/UE, 2012/58/UE, 2012/299/UE, 2012/445/UE, 2012/673/UE, 2013/3/UE, 2013/148/UE, 2013/152/UE u 2014/410

28.3.2017 - (13525/2016 – C8-0522/2016 – 2016/0819(CNS)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Judith Sargentini
(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2016/0819(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0091/2017
Testi mressqa :
A8-0091/2017
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA fis-Slovakkja, il-Portugall, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, Ċipru, il-Polonja, l-Iżvezja, Malta u l-Belġju u li tissostitwixxi d-Deċiżjonijiet 2010/689/UE, 2011/472/UE, 2011/715/UE, 2011/887/UE, 2012/58/UE, 2012/299/UE, 2012/445/UE, 2012/673/UE, 2013/3/UE, 2013/148/UE, 2013/152/UE u 2014/410

(13525/2016 – C8-0522/2016 – 2016/0819(CNS))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13525/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0522/2016),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78(c) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0091/2017),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

Skont l-Artikolu 39(1) tal-ex-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li l-Qorti tal-Ġustizzja fis-16 ta' April 2015 fil-Kawżi konġunti C-317/13 u C-679/13 u fil-Kawża C-540/13 iddeċidiet li għadu japplika, f'konformità mal-Artikolu 9 tal-Protokoll 36, meta l-Kunsill jadotta miżuri ta' implimentazzjoni fuq il-bażi tal-acquis ibbażati fuq it-Titolu VI tal-ex-Trattat tal-UE, il-Kunsill jista' jistabbilixxi limitu ta' żmien li fih il-Parlament Ewropew jista' jagħti l-opinjoni tiegħu u fin-nuqqas ta' opinjoni f'dak il-limitu ta' żmien, il-Kunsill jista' jaġixxi.

Sfortunatament, dan ma jirriflettix l-opinjoni tar-rapporteur rigward il-kontroll parlamentari. Ir-rapporteur jiddispjaċiha li l-Kummissjoni għadha ma pproponietx, bħala kwistjoni ta' prijorità, proposta leġiżlattiva li tissostitwixxi l-istrumenti adottati skont dak li kien it-tielet pilastru – inkluż wieħed dwar is-sostituzzjoni tal-hekk imsejħa Deċiżjoni Prüm (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali[1]). Peress li l-bażi ġuridika l-iktar xierqa se tkun l-Artikolu 87(2)(a) tat-TFUE, il-Parlament se jieħu sehem fl-abbozzar ta' din il-leġiżlazzjoni fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

  • [1]  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-iskambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dwar id-DNA fis-Slovakkja, il-Portugall, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, Ċipru, il-Polonja, l-Iżvezja, Malta u l-Belġju

Referenzi

13525/2016 – C8-0522/2016 – 2016/0819(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

13.12.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.12.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Judith Sargentini

9.2.2017

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

13.2.2017

Eżami fil-kumitat

23.3.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

23.3.2017

 

 

 

Data tat-tressiq

28.3.2017