RAPPORT dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fis-Slovakkja, il-Bulgarija, Franza, ir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, in-Netherlands, l-Ungerija, Ċipru, l-Estonja, Malta, ir-Rumanija u l-Finlandja u li tissostitwixxi d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/682/UE, 2010/758/UE, 2011/355/UE, 2011/434/UE, 2011/888/UE, 2012/46/UE, 2012/446/UE, 2012/672/UE, 2012/710/UE, 2013/153/UE, 2013/229/UE u 2013/792/UE

28.3.2017 - (13526/2016 – C8-0520/2016 – 2016/0820(CNS)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Tomáš Zdechovský
(Proċedura simplifikata - Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2016/0820(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0092/2017
Testi mressqa :
A8-0092/2017
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fis-Slovakkja, il-Bulgarija, Franza, ir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, in-Netherlands, l-Ungerija, Ċipru, l-Estonja, Malta, ir-Rumanija u l-Finlandja u li tissostitwixxi d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/682/UE, 2010/758/UE, 2011/355/UE, 2011/434/UE, 2011/888/UE, 2012/46/UE, 2012/446/UE, 2012/672/UE, 2012/710/UE, 2013/153/UE, 2013/229/UE u 2013/792/UE

(13526/2016 – C8-0520/2016 – 2016/0820(CNS))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13526/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0520/2016),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78(c) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0092/2017),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-iskambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fis-Slovakkja, il-Bulgarija, Franza, ir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, in-Netherlands, l-Ungerija, Ċipru, l-Estonja, Malta, ir-Rumanija u l-Finlandja

Referenzi

13526/2016 – C8-0520/2016 – 2016/0820(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

13.12.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.12.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Tomáš Zdechovský

9.2.2017

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

13.2.2017

Eżami fil-kumitat

23.3.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

23.3.2017

 

 

 

Data tat-tressiq

28.3.2017