Proċedura : 2016/2233(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0104/2017

Testi mressqa :

A8-0104/2017

Dibattiti :

PV 04/04/2017 - 15
CRE 04/04/2017 - 15

Votazzjonijiet :

PV 05/04/2017 - 9.11

Testi adottati :

P8_TA(2017)0113

RAPPORT     
PDF 600kWORD 53k
29.3.2017
PE 595.627v01-00 A8-0104/2017

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/435 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza

(COM(2016)0607 – C8-0387/2016 – 2016/2233(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Jan Olbrycht, Isabelle Thomas

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/435 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza

(COM(2016)0607 – C8-0387/2016 – 2016/2233(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0607 – C8-0387/2016),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6 u 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari l-punt 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ftehim fil-prinċipju tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2017 dwar ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020(3),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2015/435 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza(4);

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2014(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar it-tħejjija tar-reviżjoni postelettorali tal-QFP 2014-2020: l-input tal-Parlament qabel il-proposta tal-Kummissjoni(6), u tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP 2014-2020(7),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0104/2017),

A.  billi fl-2014 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill immobilizzaw il-marġni ta' kontinġenza b'ammont ta' EUR 3 168 233 715 f'approprjazzjonijiet ta' pagament; billi ammont ta' EUR 350 miljun kien inkluż fil-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-istennija ta' ftehim dwar it-trattament ta' pagamenti għal strumenti speċjali;

B.  billi ġie deċiż li matul il-perjodu 2018-2020 jiġi kkumpensat l-ammont ta' EUR 2 818 233 715 u l-Kummissjoni tiġi mistiedna tippreżenta fi żmien xieraq proposta dwar l-ammont li jifdal ta' EUR 350 miljun;

C.  billi, skont it-tbassir dwar il-pagamenti fuq terminu ta' żmien medju ppreżentat fil-kuntest tal-analiżi/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, hija mistennija pressjoni fuq il-limiti tal-pagamenti annwali għas-snin 2018-2020;

D.  billi l-baġit għas-sena 2017 juri marġni taħt il-limitu ta' pagament ta' EUR 9,8 biljun, u dan jippermetti li jiġi kkumpensat l-ammont sħiħ mobilizzat fl-2014.

1.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li jiġu ppreżentati bħala parti mill-pakkett ta' analiżi/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP;

2.  Jikkunsidra li l-kumpens ta' ammont totali ta' EUR 2 818 233 715 mobilizzat fl-2014 mill-marġni taħt il-limitu massimu għas-sena 2017 se jipprovdi aktar flessibbiltà għat-tieni parti tal-QFP u se jgħin biex tkun evitata kriżi ġdida tal-pagamenti;

3.  Jenfasizza li l-esklużjoni tal-bqija tal-ammont ta' EUR 350 miljun mill-kumpens jikkonferma l-pożizzjoni li ilu jieħu l-Parlament li l-approprjazzjonijiet ta' pagament għal strumenti speċjali huma magħduda oltre l-limiti massimi tal-QFP;

4.   Jilqa' pożittivament, fil-prinċipju, il-ftehim tal-Kunsill għad-deċiżjoni annessa li huwa konformi mal-interpretazzjoni tal-Parlament;

5.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(2)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)

7030/2017 u 7031/2017 COR1.

(4)

ĠU L 72, 17.3.2015, p. 4.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2014)0088.

(6)

Testi adottati, P8_TA(2016)0309.

(7)

Testi adottati, P8_TA(2016)0412.


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/435 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikolari it-tieni paragrafu tal-punt 14 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(2) stabbilixxa Marġni ta' Kontinġenza sa massimu ta' 0,03 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni,

(2)  Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont assolut tal-Marġni ta' Kontinġenża għall-2014(3).

(3)  Bid-Deċiżjoni (UE) 2015/435(4), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill mobilizzaw il-Marġni ta' Kontinġenza biex isiru disponibbli approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali fl-2014, li jiġu kkumpensati fil-perjodu 2018-2020.

(4)  Skont it-tbassir dwar il-pagament fuq terminu medju ta' żmien ppreżentat fil-kuntest tal-analiżi ta' nofs it-terminu, hija mistennija pressjoni fuq il-limiti tal-pagament annwali għas-snin 2018-2020.

(5)  L-abbozz tal-baġit għas-sena 2017 juri marġni taħt il-limitu ta' pagament ta' EUR 9,6 biljun, u dan jippermetti li jiġi kkumpensat l-ammont sħiħ mobilizzat fl-2014.

(6)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/435 jenħtieġ li għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (UE) 2015/435 hija emendata kif ġej:

(1)  L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Marġni ta' Kontinġenza għandu jkun mobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta' EUR 2 818 233 715 f'approprjazzjonijiet ta' pagament oltre l-limitu massimu għall-pagamenti tal-qafas finanzjarju pluriennali.".

(2)  L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 2

L-ammont ta' EUR 2 818 233 715 għandu jkun ikkumpensat bil-marġni li jidħol fi ħdan il-limitu massimu ta' pagament għas-sena 2017.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

(1)

  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(3)

  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew tal-20 ta' Diċembru 2013 bit-titolu "Aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2014 f'konformità mal-movimenti fl-ING" (COM(2013)928).

(4)

  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/435 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 4).


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

27.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Tiemo Wölken, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Heidi Hautala, Ivana Maletić, Marco Valli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Iratxe García Pérez, Ramón Jáuregui Atondo, Arndt Kohn, Luigi Morgano, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

24

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

PPE

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Fernando Ruas, Paul Rübig, Patricija Šulin, Ramón Luis Valcárcel Siso

S&D

Nicola Caputo, Iratxe García Pérez, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Ramón Jáuregui Atondo, Arndt Kohn, Clare Moody, Luigi Morgano, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tiemo Wölken

Verts/ALE

Heidi Hautala

1

-

NI

Eleftherios Synadinos

3

0

ECR

Bernd Kölmel

EFDD

Marco Valli

ENF

Stanisław Żółtek

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali - Politika tal-privatezza