Proċedura : 2016/2162(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0111/2017

Testi mressqa :

A8-0111/2017

Dibattiti :

PV 26/04/2017 - 19
CRE 26/04/2017 - 19

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.51
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0182

RAPPORT     
PDF 713kWORD 59k
29.3.2017
PE 593.882v02-00 A8-0111/2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2162(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Inés Ayala Sender

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2162(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0049/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0111/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2162(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0049/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0111/2017),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2162(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0111/2017),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (il-''Fondazzjoni'') għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 20 860 000, ammont li jfisser żieda ta' 0,42 % meta mqabbel mal-2014;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2015 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

C.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza speċjali li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Segwitu għall-kwittanza 2014

1.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Fondazzjoni kellha impenn biex iżżid l-għadd ta' dikjarazzjonijiet ta' interess u CVs disponibbli fuq is-sit web tagħha u li kellha l-għan li tiġbor dikjarazzjonijiet mill-membri kollha tal-Bord peress li l-Bord Governattiv il-ġdid kellu jinħatar wara l-iskadenza tal-mandat tal-Bord attwali f'Novembru 2016; jinnota, madankollu, li wħud mis-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-Bord Governattiv għadhom nieqsa; jistieden lill-Fondazzjoni tikseb u tippubblika dawk id-dokumenti sabiex tiżgura s-sorveljanza u l-iskrutinju pubbliċi meħtieġa tal-maniġment tagħha;

2.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, b'rabta mal-kumment fir-rapport 2013 tal-Qorti rigward ftehim komprensiv dwar il-kwartieri ġenerali bejn il-Fondazzjoni u l-Istat Membru li jospita l-Fondazzjoni, l-azzjoni korrettiva hija mmarkata bħala "Ikkompletata";

3.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, b'rabta mal-kumment fir-rapport 2014 tal-Qorti rigward nuqqas ta' osservanza tal-Fondazzjoni fil-konfront tar-Regolamenti tal-Persunal, l-azzjoni korrettiva hija mmarkata bħala "Ikkompletata";

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota li l-Fondazzjoni qed tagħmel sforzi biex tiżgura t-twettiq sħiħ tal-programm ta' ħidma, li jirrikjedi l-użu sħiħ tal-fondi baġitarji; jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,9 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,35 %, liema rata tirrappreżenta żieda ta' 7,55 % meta mqabbla mal-2014;

Impenji u riporti

5.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2016 kien ta' EUR 2 135 164 (31,2 %) għat-Titolu III (nefqa operattiva), meta mqabbel ma' EUR 3 814 156 (53,7 %) fl-2014; jirrikonoxxi l-fatt li l-approprjazzjonijiet impenjati tal-Fondazzjoni huma għoljin prinċipalment minħabba proġetti pluriennali implimentati skont l-iskeda;

6.  Jinnota li r-riporti ħafna drabi jkunu parzjalment jew għalkollox ġustifikabbli min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li mhux dejjem imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk jiġu ppjanati minn qabel u kkomunikati lill-Qorti; jilqa' l-fatt li l-Fondazzjoni, flimkien mal-Qorti, stabbiliet proċedura li tippermetti distinzjoni trasparenti bejn riporti "ppjanati" u riporti "mhux ippjanati";

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

7.  Jinnota li l-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwisti u l-Kuntratti tal-Fondazzjoni (KKAK), li jagħti opinjoni dwar proposti ta' kuntratti b'valur ta' mill-inqas EUR 250 000, eżamina ħames dossiers fl-2015 u li l-opinjonijiet kollha tiegħu kienu favorevoli; jinnota, barra minn hekk, li l-KKAK wettaq verifika ex post annwali ta' tnejn mill-ħames kuntratti aġġudikati fl-2015; jinnota li, għalkemm il-KKAK ħareġ kummenti u rakkomandazzjonijiet speċifiċi, kien sodisfatt li l-Fondazzjoni osservat il-proċeduri ta' akkwist;

Prestazzjoni

8.  Jinnota li l-mira tal-Fondazzjoni ta' 80 % rigward in-numru ta' outputs ippjanati fil-programm ta' ħidma tagħha ma ntlaħqitx, avolja l-Fondazzjoni tejbet il-prestazzjoni tagħha b'paragun mal-2014; jirrikonoxxi l-fatt li r-raġunijiet li minħabba fihom il-Fondazzjoni ma laħqitx il-mira tagħha huma prinċipalment relatati ma' dewmien min-naħa tal-kuntratturi u l-iskarsezza tar-riżorsi umani; jinnota, barra minn hekk, li għadd iżjed realistiku ta' proġetti u riżultati ġie ppjanat u implimentat fl-2016, skont ir-riżorsi mnaqqsa tal-Fondazzjoni; jinsab imħasseb li, fil-perspettivi attwali tar-riżorsi, l-istħarriġ pan-Ewropew tal-Fondazzjoni mhuwiex żgurat fuq perjodu twil, kif ukoll li l-Fondazzjoni ma tistax timpenja ruħha biex tagħti bidu għal ħidma ulterjuri, bħal pereżempju dwar il-migranti u r-rifuġjati jew dwar xogħol mhux iddikjarat, minkejja talbiet ifformulati b'mod deċiż mill-Bord Governattiv; jistieden lill-Fondazzjoni u lill-Kummissjoni jindirizzaw l-iskarsezza tar-riżorsi tal-persunal u jirrapportaw lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-soluzzjonijiet possibbli;

9.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li t-tnaqqis ġenerali tal-persunal ta' 10 % kellu impatt fuq id-dewmien ta' xi wħud mill-proġetti tal-Fondazzjoni u kkontribwixxa għal diskussjonijiet diffiċli fir-rigward ta' prijoritajiet negattivi mal-bureau tal-Bord Governattiv; jirrikonoxxi l-fatt li l-Fondazzjoni rnexxielha tosserva t-tnaqqis impost mill-Kummissjoni avolja l-karigi kollha tal-organigramma tagħha kienu mimlijin fis-snin preċedenti; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe miżura potenzjali ta' ffrankar ta' spejjeż ulterjuri ma xxekkilx il-kapaċità tal-Fondazzjoni li twettaq il-mandat tagħha; jistieden lill-awtorità baġitarja tieħu kont ta' dan waqt il-proċedura baġitarja;

Kontrolli interni

10.  Jinnota li, skont il-prijoritizzazzjoni magħmula fl-2014, il-koordinatur ta' kontroll intern tal-Fondazzjoni ffoka fuq l-iżvilupp ulterjuri tat-tliet standards ta' kontroll intern relatati mal-allokazzjoni u l-mobbiltà tal-persunal, mal-proċessi u l-proċeduri, kif ukoll mal-ġestjoni tad-dokumenti; jinnota, barra minn hekk, li żewġ membri tal-kumitat għall-kontroll intern attendew taħriġ tat-tip "ħarreġ lil min iħarreġ" dwar il-ġlieda kontra l-frodi organizzat mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi;

Awditu intern

11.  Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) ma wettaq ebda awditu fil-Fondazzjoni matul l-2015; jinnota li t-tliet rakkomandazzjonijiet pendenti, li rriżultaw mill-awditu dwar "il-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-klijenti u mal-partijiet interessati" li sar mill-IAS fl-2013, ingħalqu fl-2015;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

12.  Jilqa' l-fatt li fl-2016 il-Fondazzjoni wettqet sensibilizzazzjoni rigward il-politiki tagħha dwar il-kunflitti ta' interess u kontra l-frodi fost il-persunal tagħha bl-użu ta' taħriġ speċifiku offrut lill-membri kollha tal-persunal; jinnota b'sodisfazzjon, barra minn hekk, li dawk is-sessjonijiet ta' taħriġ huma maħsuba biex isiru elementi standard tal-programm introduttorju għall-membri l-ġodda tal-persunal;

Kummenti oħra

13.  Jinnota li, fl-2015, 17-il membru tal-persunal ipparteċipaw f'żewġ away days li swew EUR 2 136 (jiġifieri EUR 126 għal kull persuna);

14.  Jinnota l-effiċjenza tal-pjattaforma eTendering għall-ġestjoni tas-sejħiet għall-offerti, li tikkonsisti fil-pubblikazzjoni tad-dokumenti tal-offerta u l-ġestjoni tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċedura;

15.  Jilqa' l-pubblikazzjoni tad-dokument ta' programmazzjoni attwali 2017-2020, li jistabbilixxi l-politika u l-kuntest istituzzjonali għall-programm, jiddeskrivi l-programm pluriennali għall-perjodu ta' erba' snin, u jistabbilixxi programm ta' ħidma għall-2017;

16.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Istat Membru ospitanti tal-Fondazzjoni għandu jipprovdi l-aħjar kondizzjonijiet possibbli biex jiżgura l-funzjonament tal-Fondazzjoni, inklużi skejjel multilingwi b'orjentazzjoni Ewropea u kollegamenti xierqa tat-trasport;

17.  Jinnota li l-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Fondazzjoni fl-Istat Membru ospitanti għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn il-Fondazzjoni u l-Istat Membru kkonċernat;

18.  Jirrikonoxxi l-progress tal-Fondazzjoni fl-implimentazzjoni tal-programm attwali ta' erba' snin 2013-2016 dwar ir-riċerka biex jiġi megħjun l-iżvilupp ta' politiki soċjali u relatati max-xogħol; jilqa' l-kontribut tagħha għall-iżvilupp tal-politiki permezz ta' numru konsistentement għoli ta' stħarriġ, studji, preżentazzjonijiet, avvenimenti u proġetti ta' kwalità sabiex b'mod kontinwu jitjiebu l-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fl-Unjoni; jinnota l-bidu tal-proġett pilota tal-Parlament Ewropew, "Il-futur tal-manifattura fl-Ewropa"; iqis li huwa importanti li tinżamm kooperazzjoni b'saħħitha bejn il-Fondazzjoni u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali sabiex jibqgħu jsiru diskussjonijiet kostruttivi u bbażati fuq l-evidenza; jistieden lill-Fondazzjoni tkompli tissorvelja mill-qrib, tanalizza u tirrapporta dwar il-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol u tipprovdi għarfien espert biex dawn jittejbu;

19.  Jinnota l-impatt ta' livell għoli tal-Fondazzjoni, b'mod partikolari fl-appoġġ tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif rifless fl-indikaturi tal-prestazzjoni ppreżentati fir-rapport konsolidat tal-attività annwali;

°

°  °

20.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu [ta' xx xxxx 2017](11) [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].).

31.1.2017

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2162(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Marian Harkin

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li t-tranżazzjonijiet sottostanti tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2015 kienu skont il-liġi u regolari u li l-pożizzjoni finanzjarja tagħha sal-31 ta' Diċembru 2015 hija rappreżentata b'mod ġust;

2.  Jirrikonoxxi l-progress tal-Fondazzjoni fl-implimentazzjoni tal-programm attwali ta' erba' snin mill-2013 sal-2016 dwar ir-riċerka biex jiġi megħjun l-iżvilupp ta' politiki soċjali u tax-xogħol; jilqa' l-kontribut tagħha għall-iżvilupp tal-politika permezz ta' numru konsistentement għoli ta' stħarriġ, studji, preżentazzjonijiet, avvenimenti u proġetti ta' kwalità sabiex b'mod kontinwu jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fl-Unjoni; jinnota l-bidu tal-proġett pilota tal-Parlament Ewropew, "Il-futur tal-manifattura fl-Ewropa"; iqis li huwa importanti li tinżamm kooperazzjoni b'saħħitha bejn il-Fondazzjoni u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali sabiex jibqgħu jsiru diskussjonijiet kostruttivi u bbażati fuq l-evidenza; jistieden lill-Fondazzjoni tkompli tissorvelja mill-qrib, tanalizza u tirrapporta dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol u tipprovdi għarfien espert biex dawn jittejbu;

3.  Jinnota l-impatt ta' livell għoli tal-Fondazzjoni, b'mod partikolari fl-appoġġ tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif rifless fl-indikaturi tal-prestazzjoni ppreżentati fir-rapport konsolidat tal-attività annwali;

4.  Ifaħħar ferm ir-rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit fl-2015 (99,9 %) u t-twettiq ġenerali tajjeb tal-miri;

5.  Jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kien għoli għat-Titolu III (31,2 %, meta mqabbel ma' 53,7 % fl-2014); jinnota li dan huwa prinċipalment relatat mal-proġetti pluriennali implimentati skont l-iskeda; jenfasizza, madankollu, li jinħtieġu aktar sforzi biex tintlaħaq il-mira ta' twettiq f'waqtu tal-attivitajiet ippjanati;

6.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-miżuri ta' segwitu tal-Fondazzjoni fir-rigward tal-kummenti tal-awtorità tal-kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tas-snin preċedenti;

7.   Jilqa' l-konklużjoni ta' ftehim dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-Irlanda u l-Fondazzjoni f'Novembru 2015.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Lynn Boylan, Dieter-Lebrecht Koch, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Evelyn Regner, Csaba Sógor, Helga Stevens, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Valli

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Bogusław Liberadzki, Monica Macovei, Notis Marias, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Hannu Takkula, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Gerben-Jan Gerbrandy, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Julia Pitera, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Raymond Finch, Jens Geier, Piernicola Pedicini, Janusz Zemke

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

25

+

ALDE

ECR

EFDD

GUE/NGL

PPE

S&D

VERTS/ALE

Martina Dlabajová, Gerben-Jan Gerbrandy, Hannu Takkula

Monica Macovei

Piernicola Pedicini

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Joachim Zeller, Patricija Šulin

Inés Ayala Sender, Jens Geier, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Georgi Pirinski, Derek Vaughan, Janusz Zemke

Benedek Jávor, Bart Staes

4

-

ECR

EFDD

ENF

Richard Ashworth, Notis Marias

Raymond Finch

Jean-François Jalkh

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 188.

(2)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 188.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(5)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(6)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 188.

(7)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 188.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(9)

ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(10)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(11)

Testi adottati ta' din id-data, P[8_TA(-PROV)(2017)0000].

Avviż legali - Politika tal-privatezza