RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007
27.4.2017 - (COM(2016)0401 – C8-0224/2016 – 2016/0187(COD)) - ***I
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Gabriel Mato
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007
(COM(2016)0401 – C8-0224/2016 – 2016/0187(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0401),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0224/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2016[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0173/2017),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7) Ir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT għall-pjan multiannuali għall-irkupru tat-Tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, ġiet implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009. Dan ir-Regolament ma jkoprix pjan multiannwali ta' rkupru. |
(7) Ir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT għall-pjan multiannwali għall-irkupru tat-Tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, ġiet implimentata permezz tar-Regolament (UE) Nru 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan ir-Regolament ma jkoprix pjan multiannwali ta' rkupru. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8) Dan ir-Regolament lanqas ma jkopri l-opportunitajiet tas-sajd li jiġu deċiżi mill-ICCAT, billi l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-miżuri dwar l-iffissar ta' prezzijiet, ta' imposti, ta' għajnuna u ta' limiti kwantitattivi u dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu adottati mill-Kunsill. |
(8) L-opportunitajiet tas-sajd li jiġu deċiżi mill-ICCAT huma allokati lill-Istati Membri mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, mill-Istati Membri lis-sidien tal-bastimenti, skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 2016/1627, skont liema kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika, għandhom jiġu użati għall-allokazzjoni sussegwenti mill-Istati Membri lis-sidien tal-bastimenti jew tipi ta' rkaptu. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu selettiv tas-sajd jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas, bħal tnaqqis ta' konsum tal-enerġija jew ta' ħsara għall-ħabitat. Jenħtieġ li dan jinkludi, b'mod partikolari, il-promozzjoni ta' attivitajiet ta' sajd kostali u l-użu ta' rkaptu u tekniki tas-sajd li jkunu selettivi u li jkollhom impatt ambjentali mnaqqas, inklużi t-tagħmir u t-tekniki użati f'sajd tradizzjonali u artiġjanali, u b'hekk jikkontribwixxu għal livell ġust ta' għajxien għall-ekonomiji lokali. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(9a) Jenħtieġ li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni sempliċiment tittrasponi r-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT sabiex tpoġġi s-sajjieda tal-Unjoni u ta' pajjiżi terzi fuq l-istess livell u tiżgura li r-regoli jistgħu jiġu aċċettati minn kulħadd. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 9b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(9b) Jenħtieġ li l-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni previsti f'dan ir-Regolament ikunu bla ħsara għat-traspożizzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet futuri tal-ICCAT fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 13a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(13a) Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, kif jinqraw flimkien mar-regoli applikabbli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, jippermettu li l-bastimenti kbar tas-sajd pelaġiku bil-konz jittrażbordaw fuq il-baħar f'ilmijiet mhux tal-Unjoni fiż-żona tal-ICCAT. Madankollu, jenħtieġ li l-Unjoni tindirizza serjament u sistematikament dik il-kwistjoni fil-qafas tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd bil-għan li testendi l-projbizzjoni tal-Unjoni għall-ilmijiet kollha. |
Ġustifikazzjoni | |
It-trażbord fuq il-baħar huwa wieħed mill-kawżi ewlenin tan-nuqqas ta' trasparenza fis-settur tas-sajd globalment, li jiffaċilita l-attivitajiet tas-sajd illegali, mhux irrapurtat u mhux irregolat. Ħafna drabi dan jiġi operat minn flotot barranin b'kunsiderazzjonijiet ambjentali u soċjali baxxi jew nulli. Għalhekk, filwaqt li r-Rakkomandazzjoni rilevanti tal-ICCAT, li tippermetti t-trażbord minn bastimenti kbar tas-sajd pelaġiku bil-konz, trid tiġi trasposta b'mod preċiż, jenħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea tissokta bil-pressjoni tagħha fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd biex dan jitwaqqaf. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt ba (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi u bastimenti ta' pajjiżi terzi involuti fis-sajd rikreattiv li jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-bastimenti ta' pajjiżi terzi. | |
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw flimkien ma' dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fir-Regolament (KE) Nru 1005/2008. |
Ġustifikazzjoni | |
Għal raġunijiet ta' ċarezza, għandu jissemma li r-Regolamenti dwar il-Kontroll u s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat jibqgħu applikabbli. | |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 24 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(24) "is-sajd IUU" tfisser attivitajiet tas-sajd illegali, mhux irrappurtati u mhux irregolati; |
(24) "is-sajd IUU" tfisser attivitajiet tas-sajd illegali, mhux irrappurtati u mhux irregolati, kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tal-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008; |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 4 – punt 25 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(25) "il-lista tal-IUU tal-ICCAT" hija lista ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' partijiet li mhumiex konraenti u li l-ICCAT hija tal-fehma li wettqu attivitajiet tas-sajd IUU; |
(25) "il-lista tal-IUU tal-ICCAT" tfisser lista ta' bastimenti li l-ICCAT hija tal-fehma li wettqu attivitajiet tas-sajd IUU; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-lista tal-IUU għandha tinkludi t-tipi kollha ta' bastimenti involuti f'sajd IUU, sew jekk huma partijiet kontraenti tal-ICCAT jew le. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-awtorizzazzjonijiet għall-bastimenti li jintużaw għal kull tip ta' għajnuna għall-bastimenti msemmijin fil-paragrafu 1. |
2. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-awtorizzazzjonijiet għall-appoġġ tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li jintużaw għal kull tip ta' għajnuna għall-bastimenti msemmijin fil-paragrafu 1. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-bastimenti li jistadu għat-tonn obeż fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT jistgħu jinbidlu biss b'bastimenti tal-istess kapaċità jew ta' inqas kapaċità. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-dispożizzjoni mhijiex prevista mil-leġiżlazzjoni rilevanti tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT. | |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt f | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(f) jekk wara ż-żjara jsir sett, ir-riżultati tas-sett f'termini tal-qbid u l-qbid aċċessorju, kemm jekk dan jinżamm jew jiġi skartat, ikunx ħaj jew mejjet. |
(f) jekk wara ż-żjara jsir sett, ir-riżultati tas-sett f'termini tal-qbid u l-qbid aċċessorju, kemm jekk dan jinżamm jew jiġi skartat, ikunx ħaj jew mejjet, jew, jekk iż-żjara tkunx segwita minn sett, ir-raġuni (pereżempju ħut mhux biżżejjed jew ħut żgħir wisq). |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-dispożizzjoni hija inkluża fir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 2015-01, il-paragrafu 21(vi). | |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri li jistadu għall-pixxispad tat-Tramuntana tal-Atlantiku għandhom iressqu l-pjanijiet ta' ġestjoni tagħhom lill-Kummissjoni sal-15 ta' Awwissu ta' kull sena. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-15 ta' Settembru ta' kull sena. |
L-Istati Membri li ġew allokati kwota u li l-bastimenti tagħhom jistadu għall-pixxispad tat-Tramuntana tal-Atlantiku għandhom iressqu l-pjanijiet ta' ġestjoni tagħhom lill-Kummissjoni sal-15 ta' Awwissu ta' kull sena. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-15 ta' Settembru ta' kull sena. |
Ġustifikazzjoni | |
Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li jiġi speċifikat li l-pjanijiet ta' ġestjoni għandhom jiġu ppreżentati minn dawk l-Istati Membri li għandhom kwota allokata. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Sal-1 ta' Jannar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu b'mod elettroniku u fil-format stabbilit fil-Linji gwida għas-Sottomissjoni tad-Dejta u tal-Informazzjoni Meħtieġa mill-ICCAT: |
2. Sal-1 ta' Jannar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu fil-format stabbilit fil-Linji gwida għas-Sottomissjoni tad-Data u tal-Informazzjoni Meħtieġa mill-ICCAT: |
Ġustifikazzjoni | |
Il-punt 1 tar-rakkomandazzjoni tal-ICCAT 2013-04 ma jispeċifikax li d-data għandhom jiġu ppreżentati elettronikament. | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. B'deroga mill-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, l-għadd massimu ta' snanar li jistgħu jiġu kalati jew jittieħdu abbord il-bastimenti li jistadu għall-pixxispad għandu jkun iffissat għal 2800 sunnara. |
1. B'deroga mill-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, l-għadd massimu ta' snanar li jistgħu jiġu kalati jew jittieħdu abbord il-bastimenti li jistadu għall-pixxispad għandu jkun iffissat għal 2800 sunnara. It-tieni sett ta' snanar armati jistgħu jitħallew abbord għall-vjaġġi itwal minn jumejn, sakemm dawn ikunu marbuta u stivati kif xieraq taħt il-gverta b'tali mod li ma jistgħux jintużaw faċilment. |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-possibilità hija stipulata fil-paragrafu 9 tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 2013-04. | |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Istati Membri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-marlin blu u l-marlin abjad jinħelsu b'mod li jagħtihom l-ikbar ċans li jibqgħu ħajjin. |
2. L-Istati Membri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-marlin blu u l-marlin abjad jinħelsu b'mod li jimmassimmizza ċ-ċansijiet tagħhom li jibqgħu ħajjin. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' lettijiet bin-naffara ta' monofilament fuq it-torniketti biex il-marlin blu u l-marlin abjad ħaj ikun jista' jinħeles aktar faċilment. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-dispożizzjoni mhijiex inkluża fil-paragrafu 2 tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 2015-05. | |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta Stat Membru jkun uża l-kwota tiegħu kollha, dak l-Istat Membru għandu jiżgura li l-marlin blu u l-marlin abjad mejjet li jinħatt l-art mill-bastiment ma jitqiegħedx għall-bejgħ jew jiġi kkummerċjalizzat. |
Meta Stat Membru jkun uża l-kwota tiegħu kollha, dak l-Istat Membru għandu jiżgura li l-marlin blu u l-marlin abjad mejjet li jinħatt l-art mill-bastiment ma jitqegħidx għall-bejgħ jew ma jiġix kkummerċjalizzat iżda jista' jintuża għal skopijiet ta' riċerka xjentifika. Tali ħatt l-art m'għandux jgħodd kontra l-limiti tal-qbid ta' dak l-Istat Membru kif stipulat fil-paragrafu 1 tar-Rakkomandazzjoni 2015-05 tal-ICCAT, sakemm tali projbizzjoni tkun spjegata b'mod ċar fir-Rapport Annwali msemmi fl-Artikolu 70. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan huwa previst mil-paragrafu 2 tar-Rakkomandazzjoni 12-04 tal-ICCAT. | |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Istati Membri għandhom iwettqu r-riċerka dwar l-ispeċijiet ta' klieb il-baħar li jinqabdu fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT biex tittejjeb l-għażla tat-tagħmir tas-sajd, biex jiġu identifikati żoni potenzjali tat-tkabbir u biex jiġi previst l-għeluq ta' żminijiet u ta' żoni, u miżuri oħrajn xierqa. Din ir-riċerka għandha tipprovdi l-informazzjoni dwar il-parametri ewlenin bijoloġiċi u ekoloġiċi, dwar il-ġrajja tul il-ħajja u l-karatteristiki tal-imġiba, kif ukoll dwar l-identifikazzjoni ta' żoni potenzjali ta' tagħmir, twelid u tkabbir. |
2. L-Istati Membri għandhom, meta possibbli, iwettqu r-riċerka dwar l-ispeċijiet ta' klieb il-baħar li jinqabdu fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT biex tittejjeb l-għażla tat-tagħmir tas-sajd, biex jiġu identifikati żoni potenzjali tat-tkabbir u biex jiġi previst l-għeluq ta' żminijiet u ta' żoni, u miżuri oħrajn xierqa. Din ir-riċerka għandha tipprovdi l-informazzjoni dwar il-parametri ewlenin bijoloġiċi u ekoloġiċi, dwar il-ġrajja tul il-ħajja u l-karatteristiki tal-imġiba, kif ukoll dwar l-identifikazzjoni ta' żoni potenzjali ta' tagħmir, twelid u tkabbir. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kliem "meta possibbli" qed jiddaħħlu fil-partijiet li ġejjin tar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT: 2004-10, paragrafu 8; 2007-06, paragrafu 4; 2009-07, paragrafu 5; 2010-08, paragrafu 5. | |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Għandu jkun ipprojbit li l-karkassi sħaħ jew partijiet mill-karkassi tal-pixxiplamtu jinżammu abbord, jiġu ttrażbordati jew jinħattu l-art. |
1. Iż-żamma abbord, it-trażbord jew il-ħatt l-art ta' kwalunkwe parti tal-karkassa tal-kelb il-baħar, maqbud f'assoċjazzjoni mas-sajd tal-ICCAT, jew il-karkassa sħiħa għandhom ikunu pprojbiti. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan huwa previst mil-paragrafu 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 2015-06. | |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex inaqqsu l-mortalità fl-attivitajiet tas-sajd li jkollhom fil-mira l-pixxitondu tat-Tramuntana tal-Atlantiku, u jirrappurtaw annwalment fir-rapport annwali lill-Kummissjoni, imsemmi fl-Artikolu 70, dwar il-progress li jkun sar. |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa biex inaqqsu l-mortalità fl-attivitajiet tas-sajd li jkollhom fil-mira l-pixxitondu tat-Tramuntana tal-Atlantiku, u jirrappurtaw annwalment fir-rapport annwali lill-Kummissjoni, imsemmi fl-Artikolu 70, dwar il-progress li jkun sar. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan huwa previst mil-paragrafu 2 tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 2007-06. | |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) il-kampjuni bijoloġiċi jittieħdu fil-qafas ta' proġett ta' riċerka li jkun innotifikat lill-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika tal-ICCAT u li jkun ġie żviluppat b'konformità mal-prijoritajiet rakkomandati għar-riċerka ta' dak il-Kumitat; |
(b) il-kampjuni bijoloġiċi jittieħdu fil-qafas ta' proġett ta' riċerka li jkun innotifikat lill-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika tal-ICCAT u li jkun ġie żviluppat b'konformità mal-prijoritajiet rakkomandati għar-riċerka ta' dak il-Kumitat. Il-proġett ta' riċerka, meta jkun xieraq, għandu jinkludi dokument iddettaljat li jiddeskrivi l-objettiv tal-ħidma, il-metodoloġiji li għandhom jintużaw, in-numru u t-tip ta' kampjuni li għandhom jinġabru, id-distribuzzjoni temporali/spazjali tat-teħid ta' kampjuni u kronogramma tal-attivitajiet li għandhom jitwettqu; |
Ġustifikazzjoni | |
Dan huma inkluż fil-paragrafu 1 tar-Rakkomandazzjoni 2013-10 tal-ICCAT. | |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Għandhom jintużaw arblu tori u lett tori oħrajn meta jkun hemm abbundanza kbira ta' għasafar jew ħafna attività mill-għasafar. |
3. Jekk din tkun ħaġa prattika, għandhom jintużaw arblu tori u lett tori oħrajn meta jkun hemm abbundanza kbira ta' għasafar jew ħafna attività mill-għasafar. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan huwa previst mil-paragrafu 4, it-3 inċiż tar-Rakkomandazzjoni 2007-07 tal-ICCAT, | |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-bastimenti pelaġiċi tas-sajd bil-konz għandhom iġorru u jużaw tagħmir li jippermetti li l-fkieren tal-baħar jinqabdu mingħajr ma ssirilhom ħsara, jitneħħewlhom ix-xbieki li jkunu tħabblu fihom, u jinħelsu b'mod li jagħtihom l-iżjed ċans kbir li jibqgħu ħajjin. |
2. Il-bastimenti pelaġiċi tas-sajd bil-konz għandhom iġorru u jużaw tagħmir li jippermetti li l-fkieren tal-baħar jinqabdu mingħajr ma ssirilhom ħsara, jitneħħewlhom ix-xbieki li jkunu tħabblu fihom, u jinħelsu b'mod li jimmassimizza ċ-ċansijiet tagħhom li jibqgħu ħajjin. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Titolu II – Kapitolu VIIa (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Kapitolu VIIa |
|
|
L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tat-tonn u tal-pixxispad |
|
|
Artikolu 42a |
|
|
Prinċipju ġenerali |
|
|
F'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tat-tonn u tal-pixxispad disponibbli għalihom, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika, u għandhom jagħmlu wkoll ħilithom biex iqassmu l-kwoti nazzjonali b'mod ġust bejn id-diversi sezzjonijiet tal-flotta b'kunsiderazzjoni speċjali għas-sajd tradizzjonali u artiġjanali, u biex jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu selettiv tas-sajd jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-osservaturi jkunu segwew it-taħriġ meħtieġ u li jkunu approvati qabel ma jiġu assenjati. L-osservaturi għandu jkollhom il-kwalifiki li ġejjin: |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-osservaturi jkunu segwew it-taħriġ meħtieġ, li jkunu kwalifikati kif xieraq u li jkunu ġew approvati qabel ma jiġu assenjati. L-osservaturi għandu jkollhom il-kwalifiki li ġejjin: |
Emenda 27 Proposta għal regolament Titolu III – Kapitolu VI – titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-kontroll ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi fil-portijiet tal-Istati Membri |
Il-kontroll ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi fil-portijiet tal-Istati Membri |
Ġustifikazzjoni | |
Qed tiżdied l-ispeċifikazzjoni ta' bastiment "tas-sajd" għal skopijiet ta' aktar ċarezza. Dan huwa previst mil-paragrafi 7 u 9 tar-Rakkomandazzjoni 2012-07 tal-ICCAT. | |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom iressqu rapport annwali lill-Kummissjoni dwar is-sena kalendarja preċedenti, u dan għandu jkun fih l-informazzjoni dwar is-sajd, ir-riċerka, l-istatistika, il-ġestjoni, l-attivitajiet ta' spezzjoni u kull informazzjoni oħra rilevanti. |
1. Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom iressqu rapport annwali lill-Kummissjoni dwar is-sena kalendarja preċedenti, u dan għandu jkun fih l-informazzjoni dwar is-sajd, ir-riċerka, l-istatistika, il-ġestjoni, l-attivitajiet ta' spezzjoni u ta' prevenzjoni tas-sajd IUU, u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 72 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Biex timplimenta l-emendi għar-rakkomandazzjonijiet eżistenti tal-ICCAT fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 73 li jemenda: |
Meta jkun meħtieġ, sabiex timplimenta l-emendi għar-rakkomandazzjonijiet eżistenti tal-ICCAT fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li jsiru vinkolanti għall-Unjoni, u sakemm l-emendi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma jmorrux lil hinn mir-rakkomadazzjonijiet tal-ICCATil-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 73 għall-fini li temenda: |
Ġustifikazzjoni | |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li temenda dan ir-Regolament permezz ta' atti delegati f'każijiet speċifiċi u biss meta tkun ikkonċernata l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT. | |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 72 – paragrafu 1a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Kwalunkwe emenda adottata skont il-paragrafu 1 għandha tkun strettament limitata għall-implimentazzjoni ta' emendi għar-Rakkomandazzjoni rispettiva tal-ICCAT fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni biex temenda dan ir-Regolament permezz ta' atti delegati għandu jkun ifformulat b'mod preċiż. | |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 72 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 72 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni biex temenda dan ir-Regolament permezz ta' atti delegati għandu jkun ifformulat b'mod preċiż. | |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 3a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. |
- [1] ĠU C 34, 2.2.2017, p. 142.
NOTA SPJEGATTIVA
L-ISFOND TAL-PROPOSTA
L-objettiv tal-Politika Komuni tas-Sajd (il-PKS), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huwa li tiżgura li ssir utilizzazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi marini li tipprovdi sostenibilità ambjentali, ekonomika u soċjali għal żmien twil.
L-Unjoni Ewropea ilha Parti Kontraenti fil-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Konvenzjoni tal-ICCAT") mill-14 ta' Novembru 1997.
Il-Konvenzjoni tal-ICCAT tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni reġjonali dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni tat-tonn u ta' speċijiet li jixbhu lit-tonn fl-Oċean Atlantiku u fl-ibħra ta' madwaru permezz tat-twaqqif ta' Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (minn hawn 'il quddiem l-"ICCAT").
L-ICCAT hija awtorizzata li tadotta rakkomandazzjonijiet vinkolanti għall-konservazzjoni u l-ġestjoni taż-żoni tas-sajd fil-kompetenza tagħha. Dawn l-atti huma essenzjalment indirizzati lill-Partijiet Kontraenti tal-ICCAT, iżda jinkludu wkoll l-obbligi għall-operaturi privati (eż. il-kaptani tal-bastimenti). Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT jidħlu fis-seħħ sitt xhur wara li jiġu adottati u fil-każ tal-UE, iridu jiġu ppromulgati fil-liġi tal-Unjoni Ewropea.
IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA
L-objettiv tal-proposta huwa li tiġi trasposta fid-dritt tal-UE l-miżuri għall-konservazzjoni, il-kontroll u l-infurzar adottati mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) fl-Oċean Atlantiku u fl-ibħra ta' madwaru. Il-proposta għal traspożizzjoni hija marbuta mal-miżuri adottati mill-ICCAT sa mill-2008, bl-eċċezzjoni tal-pjan ta' rkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li hu soġġett għal-proċess ta' traspożizzjoni separat.
L-għan ta' din il-proposta huwa li jiġu trasposti 28 rakkomandazzjoni tal-ICCAT. Hija tkopri, b'mod partikolari, il-miżuri ta' kontroll kollha li jmorru lil hinn minn dawk stabbiliti fir-regolamenti dwar il-kontroll u s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU). Dan it-test leġiżlattiv ġdid jiġbor flimkien miżuri ta' kontroll u konservazzjoni, li s'issa kienu regolati f'atti separati (ir-Regolamenti 1936/2001 u 520/2007 rispettivament). Dan jinkludi wkoll il-miżuri statistiċi għall-pixxispad u t-tonn obeż, billi jemenda r-Regolament 1984/2003.
L-elementi prinċipali tal-proposta huma kif ġej:
Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni: Ir-regolament il-ġdid għandu japplika għall-bastimenti tal-Unjoni li jistadu fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT jew, fil-każ tat-trażbord, fiż-żona li tinsab barra miż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT, għall-ispeċijiet li jinqabdu fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT. Hu se japplika wkoll għall-bastimenti ta' pajjiżi terzi li jiġu spezzjonati fil-portijiet tal-Istati Membri u li jkunu qed iġorru speċijiet jew prodotti ta' speċijiet ta' ħut elenkati fl-ICCAT li qatt qabel ma jkunu nħattu jew ġew ittrażbordati fil-portijiet.
Il-miżuri ta' ġestjoni tal-ICCAT: Il-miżuri ta' ġestjoni huma maqsuma f' 7 kapitoli għal kull speċi individwali: (i) it-tonn tropikali; (i) l-alonga tat-Tramuntana tal-Atlantiku; (iii) il-pixxispad (pixxispad tal-Atlantiku kif ukoll dak tal-Mediterran); (iv) il-marlin blu u l-marlin abjad; (v) il-kelb il-baħar; (vi) l-għasafar tal-baħar (bħala qabda aċċessorja) u (vii) il-fkieren tal-baħar (bħala qabda aċċessorja).
Il-miżuri komuni ta' kontroll u ta' monitoraġġ:
Il-proposta fiha miżuri dwar:
- ir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti l-kbar tas-sajd li hija lista li jżomm is-Segretarjat tal-ICCAT, tal-bastimenti l-kbar tas-sajd li huma awtorizzati jistadu l-ispeċijiet tal-ICCAT fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT;
- in-noleġġ;
- il-kontroll tal-qabdiet u, b'mod notevoli, il-konformità mal-kwoti u mar-rekwiżiti tad-daqs minimu, il-kampjunar tal-qabdiet u n-notifikazzjoni tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd.
- it-trażbordi;
- il-programmi tal-osservaturi xjentifiċi;
- il-monitoraġġ tal-flotot ta' pajjiżi terzi;
- il-proċedura f'każ ta' ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT u l-monitoraġġ tal-flotot inklużi fil-lista tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat tal-ICCAT.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur
B'mod ġenerali, jiena favur traspożizzjoni stretta tar-Rakkomandazzjonijiet, sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet indaqs għall-operaturi. L-iżgurar ta' kundizzjonijiet identiċi għal kulħadd huwa kruċjali, jekk irridu ninkludu s-sajjieda.
F'dan il-każ il-Kummissjoni ttrasponiet ir-Rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-ICCAT b'mod preċiż ħafna, apparti minn xi każijiet speċifiċi, jiġifieri:
a) il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament previst mill-Artikolu 2 għandu jkopri wkoll bastimenti tas-sajd minn pajjiżi terzi;
b) l-Artikolu 4(25) dwar id-definizzjoni tal-lista ta' bastimenti involuti f'sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat għandu jkopri mhux biss il-bastimenti tal-partijiet mhux kontraenti tal-ICCAT imma wkoll tal-partijiet kontraenti.
c) fl-Artikolu 7, fil-każ tat-tonn tropikali, il-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi limitazzjoni fir-rigward għas-sostituzzjoni ta' bastimenti: dawn għandhom ikunu ta' kapaċità ekwivalenti jew inferjuri. Din il-limitazzjoni tidher fir-Rakkomandazzjoni 14-01, li m'għadhiex fis-seħħ (din ġiet sostitwita b'15-01, fejn il-miżura ma ddaħħlitx). Jekk din għandha tkun konsistenti mir-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT fis-seħħ, dik id-dispożizzjoni għandha titneħħa.
Huwa għalhekk li jiena qed nipproponi emendi speċifiċi fil-każijiet ta' hawn fuq, konformi ma' dak li ġie maqbul fl-ICCAT.
Wieħed mill-iktar elementi kontroversjali ta' din il-proposta hija l-awtorizzazzjoni ta' trażbordi fl-ilmijiet tal-ICCAT għal bastimenti kbar tas-sajd pelaġiku bil-konz mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar din il-kwistjoni. It-trażbordi fuq il-baħar huma attwalment ipprojbit għall-bastimenti kollha (inklużi l-bastimenti ta' pajjiżi terzi) fl-ilmijiet tal-UE, sabiex jiġu evitati l-prattiki illegali (l-Artikolu 20 tar-Regolament ta' Kontroll 1224/2009). Huwa ċar li hemm kontradizzjoni bejn il-leġiżlazzjoni Ewropea u r-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT. It-traspożizzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT tfisser li bastiment Ewropew jista' jwettaq operazzjonijiet ta' trażbord fuq il-baħar fiż-żona tal-ICCAT, sakemm dawn l-attivitajiet ma jseħħux fl-ilmijiet tal-UE.
Barra minn hekk, fir-rigward tal-ilmijiet mhux tal-UE, l-Artikolu 4 tar-Regolament IUU (1005/2008) jipprojbixxi din l-attività unikament meta din tikkonċerna trażbordi minn bastimenti ta' pajjiżi terzi għal bastimenti tal-UE sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux irreġistrati bħala bastimenti ta' trasport f'organizzazzjoni reġjonali tas-sajd. Ir-Regolament IUU ma jipprojbixxix it-trażbordi minn bastimenti Ewropej għal bastimenti ta' trasport ta' pajjiż terz jew bejn bastimenti tal-UE. Huwa mifhum li, f'każijiet bħal dawn, ir-regolament maħruġ mill-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd jipprevali.
Fil-prattika, m'hemm l-ebda bastiment Ewropew li jagħmel trażbordi fuq il-baħar f'ilmijiet mhux koperti mill-ICCAT. Madankollu, din l-attività hija rikorrenti fl-Oċean Paċifiku.
Ir-rapporteur huwa favur it-traspożizzjoni fidila tar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT sabiex ma tinħoloqx sitwazzjoni ta' diskriminazzjoni kontra l-flotot Ewropej fil-konfront ta' flotot minn pajjiżi terzi. Minkejja dan, huwa jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tindirizza serjament u sistematikament din il-kwistjoni fil-qafas tal-organizzazzjonijiet reġjonali bil-ħsieb li l-projbizzjoni tal-UE tiġi estiża għall-ilmijiet kollha.
Għandna bżonn nikkonvinċu lill-pajjiżi terzi, permezz tal-azzjoni tagħna fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, isegwu l-istandards tal-UE f'dan il-każ.
It-trażbord fuq il-baħar huwa wieħed mill-kawżi ewlenin tan-nuqqas ta' trasparenza fis-settur tas-sajd globalment, li jiffaċilita l-attivitajiet tas-sajd illegali, mhux irrapurtat u mhux irregolat. Ħafna drabi dan jiġi operat minn flotot barranin b'kunsiderazzjonijiet ambjentali u soċjali baxxi jew nulli.
Is-settur tas-sajd tal-UE ilu snin issa jitlob b'mod kostanti li din il-prattika tiġi pprojbita f'diversi organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd. Nixtiequ naraw lill-Kummissjoni Ewropea tissokta l-pressjoni tagħha fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd biex din tintemm.
Fl-aħħar nett, ir-rapporteur jixtieq jenfasizza l-iskuntentizza tiegħu dwar l-aħħar deċiżjoni meħuda minn din l-Organizzazzjoni Reġjonali dwar it-twaqqif, għall-ewwel darba, ta' qabda totali permissibbli (TAC) għall-pixxispad fil-Baħar Mediterran mingħajr ma din qieset il-possibilità li żżid, fl-istess ħin, il-qabda totali permissibbli għat-tonna (bluefin tuna) għall-2017, sabiex tikkumpensa għall-konsegwenzi ta' tali deċiżjoni għall-flotta Ewropea.
Filwaqt li huwa inkontestabbli li l-popolazzjoni tal-pixxispad irreġistrat deterjorament qawwi, l-istokkijiet tat-tonna qed jagħmlu rkupru nett, ħaġa li kieku tiġġustifika żieda fil-qabda totali permissibbli għall-flotta tat-tonna.
Fi kwalunkwe każ, ir-rapporteur jenfasizza l-bżonn li l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku dwar il-PKS (1380/2013), dwar l-allokazzjoni tal-kwoti fil-livell nazzjonali, għandu jiġi implimentat b'mod li tingħata kunsiderazzjoni speċjali għas-sajd tradizzjonali u dak artiġjanali, u li jiġu pprovduti inċentivi għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu tas-sajd selettiv jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas.
NOTA SPJEGATTIVA
L-ISFOND TAL-PROPOSTA
L-objettiv tal-Politika Komuni tas-Sajd (il-PKS), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huwa li tiżgura li l-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi marini jipprovdi sostenibilità ambjentali, ekonomika u soċjali għal żmien twil.
L-Unjoni Ewropea ilha Parti Kontraenti fil-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Konvenzjoni tal-ICCAT") mill-14 ta' Novembru 1997.
Il-Konvenzjoni tal-ICCAT tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni reġjonali dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni tat-tonn u ta' speċijiet li jixbhu lit-tonn fl-Oċean Atlantiku u fl-ibħra ta' madwaru permezz tat-twaqqif ta' Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (minn hawn 'il quddiem l-"ICCAT").
L-ICCAT hija awtorizzata li tadotta rakkomandazzjonijiet vinkolanti għall-konservazzjoni u l-ġestjoni taż-żoni tas-sajd fil-kompetenza tagħha. Dawn l-atti huma essenzjalment indirizzati lill-Partijiet Kontraenti tal-ICCAT, iżda jinkludu wkoll obbligi għall-operaturi privati (eż. il-kaptani tal-bastimenti). Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT jidħlu fis-seħħ sitt xhur wara li jiġu adottati u fil-każ tal-UE, iridu jiġu promulgati fid-dritt tal-Unjoni Ewropea.
IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA
L-objettiv tal-proposta huwa li tiġi trasposta fid-dritt tal-UE l-miżuri għall-konservazzjoni, il-kontroll u l-infurzar adottati mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) fl-Oċean Atlantiku u fl-ibħra ta' madwaru. Il-proposta għal traspożizzjoni hija marbuta mal-miżuri adottati mill-ICCAT sa mill-2008, bl-eċċezzjoni tal-pjan ta' rkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li hu soġġett għal-proċess ta' traspożizzjoni separat.
L-għan ta' din il-proposta huwa li jiġu trasposti 28 rakkomandazzjoni tal-ICCAT. Hija tkopri, b'mod partikulari, il-miżuri ta' kontroll kollha li jmorru lil hinn minn dawk stabbiliti fir-regolamenti dwar il-kontroll u l-IUU. Dan it-test leġiżlattiv ġdid jiġbor flimkien miżuri ta' kontroll u konservazzjoni, li s'issa kienu regolati f'atti separati (ir-Regolamenti 1936/2001 u 520/2007 rispettivament). Dan jinkludi wkoll il-miżuri statistiċi għall-pixxispad u t-tonn obeż, billi jemenda r-Regolament 1984/2003.
L-elementi prinċipali tal-proposta huma kif ġej:
Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni: Ir-regolament il-ġdid għandu japplika għall-bastimenti tal-Unjoni li jistadu fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT jew, fil-każ tat-trażbord, fiż-żona li tinsab barra miż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT, għall-ispeċijiet li jinqabdu fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT. Hu se japplika wkoll għall-bastimenti ta' pajjiżi terzi li jiġu spezzjonati fil-portijiet tal-Istati Membri u li jkunu qed iġorru speċijiet jew prodotti ta' speċijiet ta' ħut elenkati fl-ICCAT li qatt qabel ma jkunu nħattu jew ġew ttrażbordati fil-portijiet.
Il-miżuri ta' ġestjoni tal-ICCAT: Il-miżuri ta' ġestjoni huma maqsuma f' 7 kapitoli għal kull speċi individwali: (i) it-tonn tropikali; (ii) l-alonga tat-Tramuntana tal-Atlantiku (iii) il-pixxispad (pixxispad tal-Atlantiku kif ukoll dak tal-Mediterran); (iv) il-marlin blu u l-marlin abjad; (v) il-klieb il-baħar; (vi) l-għasafar tal-baħar (bħala qabda aċċessorja) u (vii) il-fkieren tal-baħar (bħala qabda aċċessorja).
Il-miżuri komuni ta' kontroll u ta' monitoraġġ:
Il-proposta fiha miżuri dwar:
- ir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti l-kbar tas-sajd li hija lista li jżomm is-Segretarjat tal-ICCAT, tal-bastimenti l-kbar tas-sajd li huma awtorizzati jistadu l-ispeċijiet tal-ICCAT fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT;
- in-noleġġ;
- il-kontroll tal-qabdiet u, b'mod notevoli, il-konformità mal-kwoti u mar-rekwiżiti tad-daqs minimu, il-kampjunar tal-qabdiet u n-notifikazzjoni tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd.
- it-trażbordi;
- il-programmi tal-osservaturi xjentifiċi;
- il-monitoraġġ tal-flotot ta' pajjiżi terzi;
- proċedura f'każ ta' ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT u l-monitoraġġ tal-flotot inklużi fil-lista IUU tal-ICCAT.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur
B'mod ġenerali, jiena favur traspożizzjoni stretta tar-Rakkomandazzjonijiet, sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet indaqs għall-operaturi. L-iżgurar ta' kundizzjonijiet identiċi għal kulħadd huwa kruċjali, jekk irridu ninkludu s-sajjieda.
F'dan il-każ il-Kummissjoni ttrasponiet ir-Rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-ICCAT b'mod preċiż ħafna, apparti minn xi każijiet speċifiċi, jiġifieri:
(a) il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament previst fl-Artikolu 2 għandu jkopri wkoll bastimenti tas-sajd minn pajjiżi terzi;
(b) l-Artikolu 4(25) dwar id-definizzjoni tal-lista ta' bastimenti involuti f'sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat għandu jkopri mhux biss il-bastimenti tal-partijiet mhux kontraenti tal-ICCAT imma wkoll tal-partijiet kontraenti.
(c) fl-Artikolu 7, fil-każ tat-tonn tropikali, il-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi limitazzjoni fir-rigward għas-sostituzzjoni ta' bastimenti: dawn għandhom ikunu ta' kapaċità ekwivalenti jew inferjuri. Din il-limitazzjoni tidher fir-Rakkomandazzjoni 14–01, li m'għadhiex fis-seħħ (ġiet sostitwita b'15–01, fejn il-miżura ma ddaħlitx). Jekk din għandha tkun konsistenti mir-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT fis-seħħ, dik id-dispożizzjoni għandha titneħħa.
Huwa għalhekk li jiena qed nipproponi emendi speċifiċi fil-każijiet ta' hawn fuq, konformi ma' dak li ġie maqbul fl-ICCAT.
Wieħed mill-iktar elementi kontroversjali ta' din il-proposta hija l-awtorizzazzjoni ta' trażbordi fl-ilmijiet tal-ICCAT għal bastimenti kbar tas-sajd pelaġiku bil-konz mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar din il-kwistjoni. It-trażbordi fuq il-baħar huma attwalment ipprojbit għall-bastimenti kollha (inklużi l-bastimenti ta' pajjiżi terzi) fl-ilmijiet tal-UE, sabiex jiġu evitati l-prattiki illegali (l-Artikolu 20 tar-Regolament ta' Kontroll 1224/2009). Huwa ċar li hemm kontradizzjoni bejn il-leġiżlazzjoni Ewropea u r-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT. It-traspożizzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT tfisser li bastiment Ewropew jista' jwettaq operazzjonijiet ta' trażbord fuq il-baħar fiż-żona tal-ICCAT, sakemm dawn l-attivitajiet ma jseħħux fl-ilmijiet tal-UE.
Barra minn hekk, fir-rigward tal-ilmijiet mhux tal-UE, l-Artikolu 4 tar-Regolament IUU (1005/2008) jipprojbixxi din l-attività unikament meta din tikkonċerna trażbordi minn bastimenti ta' pajjiżi terzi għal bastimenti tal-UE sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux irreġistrati bħala bastimenti ta' trasport f'organizzazzjoni reġjonali tas-sajd. Ir-Regolament IUU ma jipprojbixxix it-trażbordi minn bastimenti Ewropej għal bastimenti ta' trasport ta' pajjiż terz jew bejn bastimenti tal-UE. Huwa mifhum li, f'każijiet bħal dawn, ir-regolament maħruġ mill-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd jipprevali.
Fil-prattika, m'hemm l-ebda bastiment Ewropew li jagħmel trażbordi fuq il-baħar f'ilmijiet mhux koperti mill-ICCAT. Madankollu, din l-attività hija rikorrenti fl-Oċean Paċifiku.
Ir-rapporteur huwa favur it-traspożizzjoni fidila tar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT sabiex ma tinħoloqx sitwazzjoni ta' diskriminazzjoni kontra l-flotot Ewropej fil-konfront ta' flotot minn pajjiżi terzi. Minkejja dan, huwa jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tindirizza serjament u sistematikament din il-kwistjoni fil-qafas tal-organizzazzjonijiet reġjonali bil-ħsieb li l-projbizzjoni tal-UE tiġi estiża għall-ilmijiet kollha.
Għandna bżonn nikkonvinċu lill-pajjiżi terzi, permezz tal-azzjoni tagħna fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, isegwu l-istandards tal-UE f'dan il-każ.
It-trażbord fuq il-baħar huwa wieħed mill-kawżi ewlenin tan-nuqqas ta' trasparenza fis-settur tas-sajd globalment, li jiffaċilita l-attivitajiet ta' sajd IUU. Ħafna drabi dan jiġi operat minn flotot barranin b'kunsiderazzjonijiet ambjentali u soċjali baxxi jew nulli.
Is-settur tas-sajd tal-UE ilu snin issa jitlob b'mod kostanti li din il-prattika tiġi probita f'diversi organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd. Nixtiequ naraw lill-Kummissjoni Ewropea tissokta l-pressjoni tagħha fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd biex din tintemm.
Fl-aħħar nett, ir-rapporteur jixtieq jenfasizza l-iskuntentizza tiegħu dwar l-aħħar deċiżjoni meħuda minn din l-Organizzazzjoni Reġjonali dwar it-twaqqif, għall-ewwel darba, ta' qabda totali permissibbli (TAC) għall-pixxispad fil-Baħar Mediterran mingħajr ma din qieset il-possibilità li żżid, fl-istess ħin, il-qabda totali permissibbli għat-tonna (bluefin tuna) għall-2017, sabiex tikkumpensa għall-konsegwenzi ta' tali deċiżjoni għall-flotta Ewropea.
Filwaqt li huwa inkontestabbli li l-popolazzjoni tal-pixxispad irreġistrat deterjorament qawwi, l-istokkijiet tat-tonna qed jagħmlu rkupru nett, ħaġa li kieku tiġġustifika żieda fil-qabda totali permissibbli għall-flotta tat-tonna.
Fi kwalunkwe każ, ir-rapporteur jenfasizza l-bżonn li l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku dwar il-PKS (1380/2013), dwar l-allokazzjoni tal-kwoti fil-livell nazzjonali, għandu jiġi implimentat b'mod li tingħata kunsiderazzjoni speċjali għas-sajd tradizzjonali u dak artiġjanali, u li jiġu provduti inċentivi għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu tas-sajd selettiv jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (22.3.2017)
għall-Kumitat għas-Sajd
dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007
(COM 2016/0401 – C8-0224/2016 – 2016/0187(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Renata Briano
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tittrasponi miżuri ta' ġestjoni, konservazzjoni u kontroll relatati mas-sajd ta' ċerti speċi ta' ħut migratorju ħafna, kif adottati mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT). L-Unjoni Ewropea ilha parti kontraenti għall-ICCAT mill-1997.
Il-Kummissjoni pproponiet it-traspożizzjoni tar-rakkomandazzjonijiet adottati mill-2008, b'approċċ li l-għan tiegħu hu l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, f'konformità mal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). Ir-rapporteur, madankollu, tilmenta li l-Kummissjoni ma kinitx ċara dwar liema rakkomandazzjonijiet jenħtieġ jiġu trasposti; dan jagħmilha diffiċli li l-koleġiżlaturi jivverifikaw il-konsistenza u l-konformità skont il-prerogattivi mogħtija mit-Trattat ta' Lisbona. Fil-fatt, fil-Premessa 9, il-Kummissjoni tispjega li r-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT adottati wara l-2008 jintroduċu modifiki lil diversi rakkomandazzjonijiet adottati qabel dik id-data u jistabbilixxu bosta dispożizzjonijiet ġodda, mingħajr ma tispeċifika x'inhuma.
Il-proposta tipprevedi miżuri għal ċerti speċijiet tal-baħar: it-tonn tropikali (it-tonn obeż, it-tonn isfar u l-palamit), l-alonga tal-Atlantiku, il-pixxispad, il-marlin blu u dak abjad, kif ukoll speċijiet partikolarment vulnerabbli bħall-klieb il-baħar, l-għasafar tal-baħar u l-fkieren tal-baħar. Min-naħa l-oħra, it-tonna mhuwiex kopert iżda huwa soġġett għal proċedura ta' traspożizzjoni distinta, li ġiet konkluża fil-pjan multiannwali l-aktar reċenti għall-irkupru tal-istokk adottat fl-2016.
Ir-rapporteur għal opinjoni tqis bħala ta' importanza partikolari l-istandards ta' verifika komuni li jestendu wkoll għall-bastimenti li joperaw taħt il-bnadar ta' pajjiżi terzi fil-portijiet tal-UE. Fil-fatt, il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jestendi għal dawn tal-aħħar bil-għan li jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' diskriminazzjoni fejn diversi pajjiżi għandhom il-fruntiera tagħhom tmiss ma' baħar wieħed (bħal fil-każ tal-Baħar Mediterran).
Il-proposta tipprevedi wkoll għat-twaqqif ta' programmi tal-osservaturi xjentifiċi li għalihom l-Istati Membri huma responsabbli. Dawn tal-aħħar għandhom l-obbligu li jimmonitorjaw, permezz ta' osservaturi kwalifikati, kwota minima tal-attivitajiet tas-sajd, bil-għan li jtejbu l-għarfien xjentifiku u jiggarantixxu l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet futuri tas-sajd. Dawn id-dispożizzjonijiet iridu jkunu konformi mar-Regolament Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
Fl-aħħar nett, f'dak li għandu x'jaqsam mal-ispezzjonijiet tal-bastimenti ta' pajjiżi terzi fil-portijiet tal-UE, kif ukoll f'każijiet ta' ksur allegat u nuqqas ta' konformità, il-proposta tirreferi għar-Regolament Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.
Ir-rapporteur ma pprovatx tagħmel emendi sinifikanti lit-test tal-proposta, li minnha nnifisha diġà hija ambjentalment sensittiva ħafna.
L-emendi proposti, għalhekk, huma intenzjonati biex iżidu l-protezzjoni tal-ispeċijiet l-aktar vulnerabbli, spiss vittmi ta' qabdiet inċidentali u li l-mortalità tagħhom hija marbuta b'mod partikolari ma' ċerti prattiki tas-sajd, u jerġgħu jistabbilixxu l-bilanċi kif previsti fir-Regolament Nru 1380/2013.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7) Ir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT għall-pjan multiannuali għall-irkupru tat-Tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, ġiet implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009. Dan ir-Regolament ma jkoprix pjan multiannwali ta' rkupru. |
(7) Ir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT għall-pjan multiannuali għall-irkupru tat-Tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, ġiet implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009, li tħassar mir-Regolament (UE) Nru 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan ir-Regolament ma jkoprix pjan multiannwali ta' rkupru. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8) Dan ir-Regolament lanqas ma jkopri l-opportunitajiet tas-sajd li jiġu deċiżi mill-ICCAT, billi l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-miżuri dwar l-iffissar ta' prezzijiet, ta' imposti, ta' għajnuna u ta' limiti kwantitattivi u dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu adottati mill-Kunsill. |
(8) Dan ir-Regolament lanqas ma jkopri l-opportunitajiet tas-sajd li jiġu deċiżi mill-ICCAT, billi l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-miżuri dwar l-iffissar ta' prezzijiet, ta' imposti, ta' għajnuna u ta' limiti kwantitattivi u dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu adottati mill-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni. L-allokazzjoni sussegwenti mill-Istati Membri lis-sidien ta' bastimenti jew tipi ta' rkaptu jenħtieġ li ssir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bl-użu ta' kriterji trasparenti u oġġettivi inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu selettiv tas-sajd jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas, bħal tnaqqis ta' konsum tal-enerġija jew ta' ħsara għall-ħabitat. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(9a) L-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni previsti f'dan ir-Regolament ma għandhomx jimpedixxu l-integrazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet futuri tal-ICCAT fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10) Biex l-emendi vinkolanti tar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT li għad ikun hemm fil-ġejjieni jiddaħħlu fil-liġi tal-Unjoni malajr, jeħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward l-emendar tal-Annessi ta' dan ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, il-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti. Waqt li tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni jinħtieġ li tiżgura li tittrażmetti d-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'mod simultanju, f'waqtu u xieraq. |
(10) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward l-emendar u l-inkorporazzjoni ta' elementi mhux essenzjali speċifiċi tal-Annessi ta' dan ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, il-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti. Waqt li tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li tittrażmetti d-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'mod simultanju, f'waqtu u xieraq. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) Bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, u bastimenti tal-Unjoni involuti fis-sajd rikreattiv, li jaħdmu fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT, u fil-każ tat-trażbord, barra ż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT ukoll, jekk dawn jittrażbordaw speċijiet li jinqabdu f'dik iż-żona; |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) bastimenti ta' pajjiżi terzi li jkunu spezzjonati fil-portijiet tal-Istati Membri, u li jkunu qed iġorru speċijiet jew prodotti ta' speċijiet ta' ħut elenkat fl-ICCAT li qatt qabel ma nħatt jew ġie ttrażbordat fil-portijiet. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi u dgħajjes ta' pajjiżi terzi involuti fis-sajd rikreattiv, li jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 4 – punt 9 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9) "is-sajd waqt il-ħin liberu" ifisser attivitajiet ta' sajd mhux kummerċjali li jużaw ir-riżorsi akkwatiċi ħajjin għar-rikreazzjoni, għat-turiżmu jew għall-isport; |
(9) "is-sajd waqt il-ħin liberu" tfisser attivitajiet ta' sajd mhux kummerċjali li jużaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għar-rikreazzjoni, għat-turiżmu jew għall-isport; |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 4 – punt 24 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(24) "is-sajd IUU" tfisser attivitajiet tas-sajd illegali, mhux irrappurtati u mhux irregolati; |
(24) "is-sajd IUU" tfisser attivitajiet tas-sajd kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tal-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008; |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-awtorizzazzjonijiet għall-bastimenti li jintużaw għal kull tip ta' għajnuna għall-bastimenti msemmijin fil-paragrafu 1. |
2. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-awtorizzazzjonijiet għall-appoġġ tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li jintużaw għal kull tip ta' għajnuna għall-bastimenti msemmijin fil-paragrafu 1. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bastimenti kbar li ma jkunux imniżżlin fir-Reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti awtorizzati li jistadu għat-tonn tropikali ma għandhomx jitħallew jistadu fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT, jew iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw, jittrasferixxu jew jipproċessaw it-tonn tropikali li jkun ġej minn din iż-żona. |
3. B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bastimenti kbar li ma jkunux imniżżlin fir-Reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti awtorizzati li jistadu għat-tonn tropikali ma għandhomx jitħallew jistadu fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT, jew iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw, jipproċessaw jew iħottu t-tonn tropikali li jkun ġej minn din iż-żona. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jiżdied l-għarfien dwar il-karatteristiki tal-FAD, dwar il-karatteristiki tal-bagi, dwar is-sajd u l-isforz tas-sajd bl-FAD, u dwar l-impatti relatati fuq l-ispeċijiet fil-mira u fuq dawk mhux fil-mira; |
(a) jiżdied l-għarfien dwar il-karatteristiki tal-FAD, dwar il-karatteristiki tal-bagi, dwar is-sajd u l-isforz tas-sajd bl-FAD, u dwar l-impatti ambjentali relatati fuq l-ispeċijiet fil-mira u fuq dawk mhux fil-mira; |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) jitnaqqsu u jiġu limitati l-impatti tal-FAD u tas-sajd permezz tas-sajd bil-FAD fuq l-ekosistema, anki billi, fejn ikun jixraq, tittieħed azzjoni fuq il-komponenti differenti li huma kaġun tal-mortalità mis-sajd (eż. fuq l-għadd ta' FAD li jintużaw, dan jinkludi l-għadd ta' FAD issettjati skont il-bastimenti li jużaw it-tartarun tal-borża, skont il-kapaċità tas-sajd, skont l-għadd ta' bastimenti tal-għajnuna). |
(c) jitnaqqsu u jiġu limitati l-impatti tal-FAD u tas-sajd permezz tas-sajd bil-FAD fuq l-ekosistema u fuq l-aktar speċijiet vulnerabbli billi, fuq kollox, tittieħed azzjoni fuq il-komponenti differenti li huma kaġun tal-mortalità mis-sajd (eż. fuq l-għadd ta' FAD li jintużaw, dan jinkludi l-għadd ta' FAD issettjati skont il-bastimenti li jużaw it-tartarun tal-borża, skont il-kapaċità tas-sajd, skont l-għadd ta' bastimenti tal-għajnuna). |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) il-parti tal-istruttura tal-FAD li tkun f'wiċċ il-baħar, jew ma tkunx mgħottija minn ebda materjal, jew tkun mgħottija biss b'materjali li għandhom l-inqas riskju li jitħabblu fihom speċijiet li ma jkunux fil-mira; |
(a) il-parti tal-istruttura tal-FAD u l-komponenti taħt l-ilma, jew ma tkunx mgħottija minn ebda materjal, jew tkun mgħottija biss b'materjali li m'għandhom ebda riskju li jitħabblu fihom speċijiet li ma jkunux fil-mira; |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Fit-tfassil tal-FAD, jeħtieġ li jingħataw prijorità l-materjali bijodegradabbli biex l-FAD li mhumiex bijodegradabbli jitnaqqsu ftit ftit u ma jintużawx iżjed sal-2018. |
2. Fit-tfassil tal-FAD, jenħtieġ li jintużaw materjali bijodegradabbli biex l-FAD li mhumiex bijodegradabbli jitnaqqsu ftit ftit u ma jintużawx iżjed sal-2018. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt f | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(f) jekk wara ż-żjara jsir sett, ir-riżultati tas-sett f'termini tal-qbid u l-qbid aċċessorju, kemm jekk dan jinżamm jew jiġi skartat, ikunx ħaj jew mejjet. |
(f) jekk wara ż-żjara jsir sett, ir-riżultati tas-sett f'termini tal-qbid u l-qbid aċċessorju, kemm jekk dan jinżamm jew jiġi skartat, ikunx ħaj jew mejjet. Jekk iż-żjara ma tkunx segwita minn sett, għandha tiġi ddikjarata r-raġuni. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jekk is-Segretarju Eżekuttiv tal-ICCAT jinnotifika lill-Kummissjoni dwar possibbiltà ta' ksur minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni tal-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 14(1) u (2), il-Kummissjoni għandha, mingħar dewmien, tgħarraf lill-Istat Membru li tkun qed tittajjar il-bandiera tiegħu. L-Istat Membru tal-bandiera minnufih għandu jinvestiga l-każ u, jekk il-bastiment ikun qed jistad b'rabta ma' oġġetti li jistgħu jaffettwaw l-aggregazzjoni tal-ħut, fosthom l-FAD, għandu jeżiġi li l-bastiment jieqaf mis-sajd u, jekk ikun hemm bżonn, jitlaq minn dik iż-żona minnufih. L-Istat Membru tal-bandiera għandu, mingħajr dewmien, jirrapporta r-riżultati tal-investigazzjoni u l-miżuri korrispondenti li jkunu ttieħdu, lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-Istat ta' min tkun il-kosta u lis-Segretarju Eżekuttiv tal-ICCAT. |
Jekk is-Segretarju Eżekuttiv tal-ICCAT jinnotifika lill-Kummissjoni dwar possibbiltà ta' ksur minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni tal-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 14(1) u (2), il-Kummissjoni għandha, mingħar dewmien, tgħarraf lill-Istat Membru li tkun qed tittajjar il-bandiera tiegħu. L-Istat Membru tal-bandiera minnufih għandu jinvestiga l-każ u, jekk il-bastiment ikun qed jistad b'rabta ma' oġġetti li jistgħu jaffettwaw l-aggregazzjoni tal-ħut, fosthom l-FAD, għandu jeżiġi li l-bastiment jieqaf mis-sajd u jitlaq minn dik iż-żona minnufih. L-Istat Membru tal-bandiera għandu, mingħajr dewmien, jirrapporta r-riżultati tal-investigazzjoni u l-miżuri korrispondenti li jkunu ttieħdu, lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-Istat ta' min tkun il-kosta u lis-Segretarju Eżekuttiv tal-ICCAT. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Istati Membri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-marlin blu u l-marlin abjad jinħelsu b'mod li jagħtihom l-ikbar ċans li jibqgħu ħajjin. |
2. L-Istati Membri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-marlin blu u l-marlin abjad jinħelsu b'mod li jimmassimmizza ċ-ċansijiet tagħhom li jibqgħu ħajjin. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta Stat Membru jkun uża l-kwota tiegħu kollha, dak l-Istat Membru għandu jiżgura li l-marlin blu u l-marlin abjad mejjet li jinħatt l-art mill-bastiment ma jitqiegħedx għall-bejgħ jew jiġi kkummerċjalizzat. |
Meta Stat Membru jkun uża l-kwota tiegħu kollha, dak l-Istat Membru għandu jiżgura li l-marlin blu u l-marlin abjad mejjet li jinħatt l-art mill-bastiment ma jitqiegħedx għall-bejgħ jew jiġi kkummerċjalizzat iżda jista' jintuża għal skopijiet ta' riċerka xjentifika. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003, jinfurzaw il-projbizzjoni ġenerali tal-prattika tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar, li tikkonsisti fit-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar filwaqt li l-kumplament ta' ġisimhom jintrema fil-baħar. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex inaqqsu l-mortalità fl-attivitajiet tas-sajd li jkollhom fil-mira l-pixxitondu tat-Tramuntana tal-Atlantiku, u jirrappurtaw annwalment fir-rapport annwali lill-Kummissjoni, imsemmi fl-Artikolu 70, dwar il-progress li jkun sar. |
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex inaqqsu l-mortalità fl-attivitajiet tas-sajd li jkollhom fil-mira l-pixxitondu tat-Tramuntana tal-Atlantiku, u jirrappurtaw annwalment fir-rapport annwali lill-Kummissjoni, imsemmi fl-Artikolu 70, dwar il-progress li jkun sar. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) il-kampjuni bijoloġiċi jittieħdu biss minn annimali li jkunu mejtin meta jittellgħu x-xbieki; |
(a) il-kampjuni bijoloġiċi jittieħdu biss minn annimali li jkunu mejtin meta jittellgħu x-xbieki u jkunu identifikati b'mod ċar u preċiż; |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 3a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Is-sejbiet mill-proġetti ta' riċerka msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu ppubblikati hekk kif isiru disponibbli. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 5 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) l-Istati Membri tal-bandiera tal-bastimenti li japplikaw din id-deroga għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bis-sejbiet xjentifiċi li jirriżultaw mill-programmi ta' osservazzjoni ta' dawn il-bastimenti. |
(c) l-Istati Membri tal-bandiera tal-bastimenti li japplikaw din id-deroga għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bis-sejbiet xjentifiċi li jirriżultaw mill-programmi ta' osservazzjoni ta' dawn il-bastimenti kemm jista' jkun malajr. Ladarba dawk is-sejbiet jiġu riċevuti, il-Kummissjoni għandha tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-bastimenti li jużaw il-konzijiet għandhom jiġbru l-informazzjoni dwar l-interazzjonijiet mal-għasafar tal-baħar, fosthom meta dawn ikunu parti mill-qabda inċidentali, u jibagħtu din l-informazzjoni lill-Istat Membru tal-bandiera. L-Istati Membri għandhom jgħaddu din l-informazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr dewmien. |
1. Il-bastimenti li jużaw il-konzijiet għandhom jiġbru l-informazzjoni dwar l-interazzjonijiet mal-għasafar tal-baħar, fosthom meta dawn ikunu parti mill-qabda inċidentali, u jibagħtu din l-informazzjoni lill-Istat Membru tal-bandiera. L-Istati Membri għandhom jgħaddu din l-informazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr dewmien u għandha tagħmilha disponibbli għall-pubbliku. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża għandhom jevitaw li jagħlqu lill-fkieren fil-borża u għandhom jeħilsu l-fkieren tal-baħar li jingħalqu jew jitħabblu fix-xbieki, anki fuq il-FAD. Għandhom jirrapportaw l-interazzjonijiet bejn it-tartaruni tal-borża jew l-FAD u l-fkieren tal-baħar lill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom. |
1. Il-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża għandhom jevitaw li jagħlqu lill-fkieren fil-borża u għandhom jeħilsu l-fkieren tal-baħar li jingħalqu jew jitħabblu fix-xbieki, anki fuq il-FAD. Għandhom jirrapportaw l-interazzjonijiet bejn it-tartaruni tal-borża jew l-FAD u l-fkieren tal-baħar lill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom. Ċerti prattiki tas-sajd max-xatt li għandhom impatt qawwi fuq l-ekosistema fraġli tal-fkieren tal-baħar għandhom jiġu evitati matul il-perjodu li fih ikunu qed ibidu. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-bastimenti pelaġiċi tas-sajd bil-konz għandhom iġorru u jużaw tagħmir li jippermetti li l-fkieren tal-baħar jinqabdu mingħajr ma ssirilhom ħsara, jitneħħewlhom ix-xbieki li jkunu tħabblu fihom, u jinħelsu b'mod li jagħtihom l-iżjed ċans kbir li jibqgħu ħajjin. |
2. (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. L-Istati Membri għandhom iħarrġu lil dawn is-sajjieda fit-tekniki tal-qbid bl-idejn u l-ħelsien tal-fkieren. |
4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lil dawk is-sajjieda bir-riżorsi ta' taħriġ meħtieġa għal tekniki sikuri tal-qbid bl-idejn u l-ħelsien tal-fkieren. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni dwar l-interazzjonijiet tal-flotot tagħhom mal-fkieren tal-baħar, fl-attivitajiet tas-sajd b'rabta mal-ICCAT, skont it-tipi ta' tagħmir, u għandhom jirrappurtaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-31 ta' Lulju. Dan it-tagħrif għandu jinkludi: |
1. L-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni dwar l-interazzjonijiet tal-flotot tagħhom mal-fkieren tal-baħar, fl-attivitajiet tas-sajd b'rabta mal-ICCAT, skont it-tipi ta' tagħmir, u għandhom jirrappurtaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-31 ta' Lulju u, fl-istess ħin, għandha tagħmilha disponibbli għall-pubbliku. Dan it-tagħrif għandu jinkludi: |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) ir-rati tal-qbid, il-karatteristiki tat-tagħmir, il-ħinijiet u ż-żoni, l-ispeċijiet fil-mira, u l-istat tal-fkieren meta jinħelsu (jiġifieri mejtin u skartati jew meħlusa ħajjin); |
(a) ir-rati tal-qbid, il-karatteristiki tat-tagħmir, il-ħinijiet u ż-żoni, l-ispeċijiet fil-mira, u l-istat tal-irkupru, inkluż rekwiżit biex il-ħut mejjet kollu jingħata lill-awtoritajiet tal-port, sabiex jiġi pprevenut il-bejgħ illegali, u għall-finijiet ta' statistika; is-sajjieda li b'dan il-mod iġibu karkassa ta' fekruna tal-baħar m'għandhomx ikunu soġġetti għall-pieni imposti għall-qbid tal-fkieren tal-baħar; |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) kif inqabdu b'sunnara jew b'xibka (inklużi l-FAD), it-tip ta' lixka, id-daqs u t-tip ta' sunnara, u d-daqs tal-annimal. |
(c) kif inqabdu b'sunnara jew b'xibka, it-tip ta' lixka, id-daqs u t-tip ta' sunnara jew ta' apparat, u d-daqs tal-annimal. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 42a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Kapitolu VIIa |
|
|
Artikolu 42a |
|
|
L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd |
|
|
Prinċipji ġenerali |
|
|
F'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika, u għandhom jagħmlu wkoll ħilithom biex iqassmu l-kwoti nazzjonali b'mod ġust bejn id-diversi sezzjonijiet tal-flotta b'konsiderazzjoni speċjali għas-sajd tradizzjonali u artiġjanali, u biex jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu tas-sajd selettiv tas-sajd jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 57 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-osservatur tal-ICCAT ikollu l-kompitu li jivverifika l-konformità ma' dan il-Kapitolu, u, b'mod speċjali, li l-kwantitajiet trażbordati jkunu konsistenti mal-qabda rrappurtata fid-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-ICCAT u mal-qabdiet irreġistrati fil-ġurnal ta' abbord tal-bastiment tas-sajd. |
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-osservatur tal-ICCAT għandu jkollu l-kompitu li jivverifika l-konformità ma' dan il-Kapitolu, u, b'mod speċjali, li l-kwantitajiet trażbordati jkunu konsistenti mal-qabda rrappurtata fid-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-ICCAT u mal-qabdiet irreġistrati fil-ġurnal ta' abbord tal-bastiment tas-sajd. |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-osservaturi jkunu segwew it-taħriġ meħtieġ u li jkunu approvati qabel ma jiġu assenjati. L-osservaturi għandu jkollhom il-kwalifiki li ġejjin: |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-osservaturi jkunu segwew it-taħriġ meħtieġ, li jkunu kwalifikati kif xieraq u li jkunu approvati qabel ma jiġu assenjati. L-osservaturi għandu jkollhom il-kwalifiki li ġejjin: |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 62 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li jintużaw protokolli għall-ġbir tad-dejta li jkunu robusti, u fejn hemm bżonn jintużaw ukoll il-kameras u r-ritratti. |
2. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li jintużaw protokolli, metodi u tagħmir speċjalizzat għall-ġbir tad-dejta li jkunu robusti, u fejn hemm bżonn jintużaw ukoll il-kameras u r-ritratti. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom iressqu rapport annwali lill-Kummissjoni dwar is-sena kalendarja preċedenti, u dan għandu jkun fih l-informazzjoni dwar is-sajd, ir-riċerka, l-istatistika, il-ġestjoni, l-attivitajiet ta' spezzjoni u kull informazzjoni oħra rilevanti. |
1. Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom iressqu rapport annwali lill-Kummissjoni dwar is-sena kalendarja preċedenti, u dan għandu jkun fih l-informazzjoni dwar is-sajd, ir-riċerka, l-istatistika, il-ġestjoni, l-attivitajiet ta' spezzjoni u prevenzjoni tas-sajd IUU, u kull informazzjoni oħra rilevanti. |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 70 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni li tirċievi u tibgħatha lill-ICCAT mingħajr dewmien. |
3. Il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni li tirċievi, tibgħatha lill-ICCAT mingħajr dewmien u tagħmilha disponibbli għall-pubbliku. |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 72 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Biex timplimenta l-emendi għar-rakkomandazzjonijiet eżistenti tal-ICCAT fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 73 li jemenda: |
Biex timplimenta l-emendi għar-rakkomandazzjonijiet eżistenti tal-ICCAT fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u sa fejn l-emendi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma jmorrux lil hin mill-punt indikat fir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 73 li temenda: |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 72 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 72 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 73 – paragrafu 3a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti magħżula minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
|
Titolu |
Miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) |
||||
|
Referenzi |
COM(2016)0401 – C8-0224/2016 – 2016/0187(COD) |
||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 22.6.2016 |
|
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 22.6.2016 |
||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Renata Briano 13.9.2016 |
||||
|
Eżami fil-kumitat |
27.2.2017 |
|
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
21.3.2017 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
54 4 0 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Pavel Poc, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Estefanía Torres Martínez, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Damiano Zoffoli |
||||
|
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Nikolay Barekov, Nicola Caputo, Stefano Maullu, Gesine Meissner, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska |
||||
|
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Keller, Arne Lietz |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
|
54 |
+ |
|
|
ALDE |
Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Frédérique Ries, Nils Torvalds |
|
|
ECR |
Julie Girling |
|
|
EFDD |
Piernicola Pedicini |
|
|
ENF |
Mireille D'Ornano, Sylvie Goddyn |
|
|
GUE/NGL |
Stefan Eck, Josu Juaristi Abaunz, Kateřina Konečná, Estefanía Torres Martínez |
|
|
NI |
Zoltán Balczó |
|
|
PPE |
Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, György Hölvényi, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Stefano Maullu, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean |
|
|
S&D |
Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nicola Caputo, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jan Keller, Arne Lietz, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Pavel Poc, Damiano Zoffoli |
|
|
Verts/ALE |
Marco Affronte, Margrete Auken, Bas Eickhout, Benedek Jávor, Michèle Rivasi, Davor Škrlec |
|
|
4 |
- |
|
|
ECR |
Nikolay Barekov, Ian Duncan, Urszula Krupa |
|
|
EFDD |
Julia Reid |
|
|
0 |
0 |
|
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjonijiet
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
|
Titolu |
Miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll li japplikaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) |
||||
|
Referenzi |
COM(2016)0401 – C8-0224/2016 – 2016/0187(COD) |
||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
17.6.2016 |
|
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 22.6.2016 |
|
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 22.6.2016 |
|
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Gabriel Mato 13.9.2016 |
|
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
11.10.2016 |
10.11.2016 |
27.2.2017 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
25.4.2017 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 1 0 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Richard Corbett, Linnéa Engström, Sylvie Goddyn, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Ulrike Rodust, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa |
||||
|
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Jens Gieseke, Seán Kelly, Verónica Lope Fontagné |
||||
|
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew |
||||
|
Data tat-tressiq |
27.4.2017 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
|
20 |
+ |
|
|
ALDE |
António Marinho e Pinto, Norica Nicolai |
|
|
ECR |
Remo Sernagiotto, Ruža Tomašić, Peter van Dalen |
|
|
ENF |
Sylvie Goddyn |
|
|
PPE |
Alain Cadec, Jens Gieseke, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, Verónica Lope Fontagné, Gabriel Mato, Jarosław Wałęsa |
|
|
S&D |
Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Richard Corbett, Ulrike Rodust, Ricardo Serrão Santos |
|
|
VERTS/ALE |
Marco Affronte, Linnéa Engström |
|
|
1 |
- |
|
|
EFDD |
John Stuart Agnew |
|
|
0 |
0 |
|
|
|
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni