RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020
27.4.2017 - (13710/2016 – C8‑0005/2017 – 2016/0322(NLE)) - ***
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Tomáš Zdechovský
PR_NLE-AP_Agreement
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020
(13710/2016 – C8-0005/2017 – 2016/0322(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13710/2016),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020 (13711/2016),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 77(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0005/2017),
– wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0174/2017),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja.
NOTA SPJEGATTIVA
Fl-2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (il-Fruntieri u l-Viża tal-Fond għas-Sigurtà Interna) għall-perjodu 2014 sal-2020 (ir-Regolament (UE) Nru 515/2014).
L-għan ewlieni tal-Fruntieri u l-Viża tal-Fond għas-Sigurtà Interna huwa li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà fl-Unjoni filwaqt li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu, permezz ta' livell uniformi u għoli ta' kontroll fil-fruntieri esterni u l-ipproċessar effikaċi tal-viżi ta' Schengen. Il-finanzjament ta' madwar EUR 2,8 biljun sal-2020 - l-aktar permezz ta' programmi nazzjonali - għandu jintuża, fost oħrajn, għall-bini ta' infrastruttura meħtieġa fil-punti ta' qsim tal-fruntiera u għas-sorveljanza tal-fruntieri, il-finanzjament ta' sistemi tal-IT meħtieġa mis-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR), kif ukoll għal azzjonijiet li jiffaċilitaw ġestjoni effiċjenti tal-flussi migratorji, l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal viżi u kooperazzjoni konsulari.
L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 jistipula li l-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen jipparteċipaw fl-istrument skont id-dispożizzjonijiet tiegħu u li għandhom jiġu konklużi arranġamenti dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom u r-regoli supplimentari meħtieġa għal tali parteċipazzjoni. Din il-proposta - l-abbozz ta' ftehim mar-Renju tan-Norveġja - qed issir biex jiġu stabbiliti eżattament dawk l-arranġamenti, biex tippermetti lill-Kummissjoni tassumi r-responsabilità għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-istrument f'dan il-pajjiż assoċjat u tiddetermina l-kontribuzzjoni tar-Renju tan-Norveġja għall-baġit tal-Unjoni fir-rigward ta' dan l-istrument (madwar EUR 19,8 miljun fis-sena).
Ir-Rapporteur jappoġġa din il-proposta. L-iskop tal-Fruntieri u l-Viża tal-Fond għas-Sigurtà Interna huwa li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' solidarjetà, li jorbot lill-istati parteċipanti bl-istess regoli Ewropej dwar il-kontroll tal-fruntieri esterni fl-interess ta' xulxin u f'isem xulxin. Fil-fehma tar-rapporteur, il-proposta se sservi sabiex jintlaħaq objettiv ewlieni tal-acquis ta' Schengen, jiġifieri li tinqasam ir-responsabilità għal livell effiċjenti, għoli u uniformi ta' kontroll fil-fruntieri esterni, f'konformità mal-impenji tal-Unjoni fil-qasam tal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem.
ANNESS: ITTRA MINGĦAND IL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN
Referenza: D (2017)16766
Is-Sur Claude Moraes
President
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Sur President,
Fit-30 ta' Marzu 2017, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE) kellu skambju ta' fehmiet dwar l-abbozz ta' rakkomandazzjoni mir-rapporteur, is-Sur Tomáš Zdechovský, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020 (2016/0322 NLE).
Waqt il-laqgħa tagħhom tat-13 ta' Diċembru 2016, il-koordinaturi tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (AFET) iddeċidew li lill-Kumitat u lir-rapporteur tiegħek kellha tingħata, f'forma ta' ittra, opinjoni tal-Kumitat AFET dwar il-Ftehim imsemmi hawn fuq. Fil-kapaċità tiegħi ta' President, qed nibgħatlek il-pożizzjoni tal-Kumitat AFET.
Hekk kif speċfikat fil-proposta, l-iskop tal-Fruntieri u l-Viża tal-Fond għas-Sigurtà Interna huwa li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' solidarjetà, li jorbot lill-istati parteċipanti bl-istess regoli Ewropej dwar il-kontroll tal-fruntieri esterni fl-interess ta' xulxin u f'isem xulxin. Konsegwentement, huwa jimmira li r-responsabilità tiġi kondiviża għal "livell effiċjenti, għoli u uniformi ta' kontroll fil-fruntieri esterni", kif stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex b'hekk jintlaħaq objettiv ewlieni tal-acquis ta' Schengen.
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kumitat AFET jaqbel mal-pożizzjoni tar-rapporteur tal-Kumitat LIBE, is-Sur Zdechovský, li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni ta' tali ftehim mar-Renju tan-Norveġja, bħala parti mill-Pajjiżi Assoċjati ta' Schengen.
Dejjem tiegħek,
David McAllister
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Ftehim bejn l-UE u r-Renju tan-Norveġja dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020 |
||||
Referenzi |
13710/2016 – C8-0005/2017 – COM(2016)0658 – 2016/0322(NLE) |
||||
Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni |
20.12.2016 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 16.1.2017 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 16.1.2017 |
BUDG 16.1.2017 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
AFET 13.12.2016 |
BUDG 9.11.2016 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Tomáš Zdechovský 5.12.2016 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
30.3.2017 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
25.4.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
48 2 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Raymond Finch, Monika Flašíková Beňová, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Monica Macovei, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, József Nagy, Péter Niedermüller, Soraya Post, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Pál Csáky, Maria Grapini, Jeroen Lenaers, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Salvatore Domenico Pogliese, Emil Radev, Barbara Spinelli, Jaromír Štětina, Axel Voss |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Karoline Graswander-Hainz, Stefano Maullu, Momchil Nekov, Dariusz Rosati, Marco Valli, Julie Ward |
||||
Data tat-tressiq |
27.4.2017 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
48 |
+ |
|
ALDE |
Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Sophia in 't Veld |
|
ECR |
Jussi Halla-aho, Monica Macovei, Branislav Škripek, Helga Stevens |
|
EFDD |
Marco Valli |
|
GUE/NGL |
Malin Björk, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat |
|
NI |
Udo Voigt |
|
EPP |
Heinz K. Becker, Michał Boni, Pál Csáky, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Jeroen Lenaers, Stefano Maullu, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, József Nagy, Salvatore Domenico Pogliese, Emil Radev, Dariusz Rosati, Jaromír Štětina, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Axel Voss, Tomáš Zdechovský |
|
S&D |
Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Sylvie Guillaume, Cécile Kashetu Kyenge, Dietmar Köster, Marju Lauristin, Momchil Nekov, Péter Niedermüller, Soraya Post, Birgit Sippel, Julie Ward, Josef Weidenholzer |
|
VERTS/ALE |
Eva Joly, Bodil Valero |
|
2 |
- |
|
EFDD |
Raymond Finch |
|
ENF |
Auke Zijlstra |
|
1 |
0 |
|
EFDD |
Kristina Winberg |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni