Proċedura : 2016/2064(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0200/2017

Testi mressqa :

A8-0200/2017

Dibattiti :

PV 14/06/2017 - 17
CRE 14/06/2017 - 17

Votazzjonijiet :

PV 15/06/2017 - 7.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0270

RAPPORT     
PDF 993kWORD 120k
22.5.2017
PE 597.724v01-00 A8-0200/2017

dwar l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

(2016/2064(INI))

Kumitat għall-Baġit

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: José Manuel Fernandes, Udo Bullmann

Proċedura b'kumitati konġunti – Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura

Rapporteurs għall-opinjoni (*):

Marian-Jean Marinescu, Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Inés Ayala Sender u Dominique Riquet, Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

NOTA SPJEGATTIVA – SOMMARJU TAL-FATTI U S-SEJBIET
 MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija(*)
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu(*)
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

NOTA SPJEGATTIVA – SOMMARJU TAL-FATTI U S-SEJBIET

F'Lulju 2015, daħal fis-seħħ ir-Regolament għall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi. Dan kien preċedut minn negozjati intensivi – kemm fil-kontenut kif ukoll fiż-żmien – bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew. F'dawn in-negozjati, il-Parlament Ewropew insista fuq sensiela ta' aġġustamenti politiċi u tekniċi u rnexxielu jtejjeb b'mod sinifikanti l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, li kienet ġiet innegozjata minn qabel mal-Bank Ewropew tal-Investiment.

Ħarsa lura: X'kiseb il-Parlament Ewropew fin-negozjati tat-Trilogu

Fi spirtu eċċezzjonali ta' kooperazzjoni tajba bejn il-gruppi politiċi, f'66 siegħa ta' negozjati tat-Trilogu, il-Parlament Ewropew irnexxielu jikseb:

•  li l-FEIS iġib miegħu addizzjonalità reali. Ħafna proġetti li għandhom il-potenzjal li jġibu l-ekonomija Ewropea 'l quddiem – bħal investimenti fl-effiċjenza enerġetika, il-broadband u t-trasport – huma nieqsa minn finanzjament sempliċement għaliex huma riskjużi wisq. Il-Parlament Ewropew introduċa gwida ċara – permezz ta' kriterji ta' eliġibbiltà, linji gwida ta' investiment u tabella ta' valutazzjoni – dwar l-għażla ta' proġetti, b'tali mod li l-investimenti orjentati lejn il-futur ikunu l-mira ċara tal-FEIS.

•  l-iżgurar tal-finanzjament ta' EUR 8 biljun għall-fond ta' garanzija tal-UE permezz ta' biljun euro addizzjonali mill-marġnijiet (jiġifieri approprjazzjonijiet "ġodda"), li wasslu biex jitnaqqsu EUR 500 miljun anqas mill-Orizzont 2020 u mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (meta mqabbel mal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni). Dan l-ammont żied il-kontribuzzjoni totali mill-marġnijiet għal 3 biljuni, u naqqas konsegwentement il-kontribuzzjoni taż-żewġ programmi.

•  struttura intermedjarja b'saħħitha. Minħabba li l-Istati Membri ħabbru n-nuqqas ta' rieda tagħhom li jinvolvu ruħhom fl-istruttura FEIS u filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol ta' suċċess li l-Banek Promozzjonali Nazzjonali diġà għandhom fl-Ewropa llum, il-Parlament Ewropew estenda l-ispazju għal manuvra tal-FEIS billi introduċa struttura intermedjarja.

•  appoġġ għall-SMEs. Dawn huma l-ixprunaturi tat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, u għaldaqstant se jibbenefikaw mill-FEIS, b'mod partikulari, iżda mhux biss, permezz tat-tieqa għall-SMEs tal-FEI.

•  kontribuzzjoni sinifikanti għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif ukoll l-istimular tal-impjiegi.

•  il-prevenzjoni ta' konċentrazzjoni ġeografika u tematika qawwija tal-interventi tal-FEIS.

•  il-provvista mill-EIAH ta' għarfien kompetenti mingħajr ħlas għal promoturi tal-proġetti pubbliċi u l-limitazzjoni tat-tariffi imposti fuq l-SMEs għal terz tal-kost tagħhom sabiex jiġi żgurat aċċess ġust għall-finanzjament tal-FEIS madwar l-Unjoni.

•  l-estensjoni tal-garanzija għal proġetti f'pajjiżi terzi.

Il-Parlament Ewropew irnexxa fl-espansjoni tal-opportunitajiet tal-FEIS biex jikkontribwixxi għat-tkabbir u l-impjiegi permezz tal-promozzjoni ta' investimenti orjentati lejn il-futur, li ma kinux fuq quddiem nett tal-proposta li oriġinarjament l-Kummissjoni Ewropea kienet ipprevediet u l-Kunsill kien iddefenda.

Fejn ninsabu wara sena u nofs mill-istabbiliment tal-FEIS?

L-FEIS issa ilu stabbilit għal madwar sena u nofs. Għalkemm dan ma jippermettix valutazzjoni komprensiva u lanqas finali, l-evidenza miġbura sa issa tista' tagħti l-ewwel indikazzjoni ta' kif ġie implimentat ir-Regolament.

L-impressjoni ġenerali hija li l-FEIS, mil-lat kwantitattiv, ta r-riżultati mistennija vis-à-vis il-parametru referenzjarju ta' EUR 315-il biljun fil-perjodu ta' żmien previst, filwaqt li fit-Tieqa għall-SMEs dawn ir-riżultati saħanistra qabżu sew l-aspettattivi. Madankollu, mil-lat kwalitattiv, hemm tħassib dwar jekk ir-Regolament ġiex implimentat b'mod sħiħ f'konformità ma' dak li kien previst mill-koleġiżlaturi. Minflok il-promozzjoni ta' proġetti innovattivi, il-BEI uża l-garanzija tal-UE wkoll biex jippromvowi proġetti li jitfgħu dubju fuq jekk humiex konformi mal-kriterji tal-għażla tal-proġetti stabbiliti. Minflok ma jikkoopera mal-Banek Promozzjonali Nazzjonali biex isib l-aħjar proġetti fl-Ewropa u jassistihom matul iċ-ċiklu kollu tal-proġett, jidher li l-BEI jippromwovi l-kompetizzjoni ma' dawn l-atturi. Minflok ma ħadem b'mod proattiv flimkien mal-Parlament Ewropew, il-fluss ta' informazzjoni ma kienx ottimali.

Din l-impressjoni hija sottolinjata minn diversi studji, valutazzjonijiet u evalwazzjonijiet dwar l-FEIS. Il-valutazzjoni tal-impatt indipendenti l-aktar prominenti u riċenti, ikkummissjonata u mħallsa mill-Kummissjoni Ewropea, tasal għall-konklużjoni li hemm diversi insuffiċjenzi fl-implimentazzjoni tal-FEIS mill-Bank Ewropew tal-Investiment.

Is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjonijiet u r-rapporti differenti huma:

•  Rilevanza. Minkejja d-distakk persistenti fl-investiment, il-FEIS kien rilevanti fl-indirizzar tal-ħtiġijiet ta' investiment u tas-suq fl-Ewropa billi ffoka fuq ir-rekwiżit ta' finanzjament ta' riskju għoli.

•  Multiplikatur u kapital privat. B'multiplikatur tal-portafoll ta' 14,1 għal operazzjoni ffirmata u l-mobilizzazzjoni ta' 63 % ta' investiment privat, il-FEIS ikkontribwixxa għal żieda fl-aċċess għall-finanzjament u l-mobilizzazzjoni tal-kapital privat.

•  Addizzjonalità. Filwaqt li l-volum tal-firem mill-BEI kien bejn wieħed u ieħor kostanti mill-2012 (madwar 75 biljun euro), il-volum ta' attivitajiet speċjali kiber b'mod sinifikanti (minn madwar 4 biljun euro fl-2013 għall-20-24 biljun ippjanati fl-2016/18); Barra minn hekk, għall-perjodu li jispiċċa fit-30 ta' Ġunju 2016, il-kontropartijiet ġodda kienu responsabbli għal 85 % tal-operazzjonijiet iffirmati taħt l-IIW, u 38 % taħt l-SMEW. Minkejja dawn iċ-ċifri, jidher li mhux il-proġetti kollha appoġġjati permezz tal-FEIS jidhru li huma verament addizzjonali. Dawk li wieġbu għall-istħarriġiet u l-intervisti mwettqa indikaw li xi wħud mill-proġetti ffinanzjati setgħu ġew iffinanzjati mingħajr l-appoġġ tal-FEIS. Għal proġetti oħra l-investiment ma setax twettaq sal-istess punt bħal fil-każ tal-appoġġ tal-FEIS. Madankollu, l-istudju sab li l-imġiba ta' riskju tal-BEI fir-rigward tal-attivitajiet tal-FEIS tiegħu tjiebet xi ftit matul iż-żmien.

•  Komplementarjetà ma' sorsi ta' finanzjament oħra tal-UE. Il-problemi ewlenin jidhru li huma d-differenzjar tal-għanijiet u l-kundizzjonijiet tal-finanzjament tal-FEIS minn sorsi ta' finanzjament oħra u dawk simili, li jwasslu għal kompetizzjoni ma' fondi oħra tal-UE. Dan huwa veru b'mod partikolari fir-rigward tal-komplementarjetà mal-istrumenti ta' dejn skont il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), li għandhom fil-mira l-istess tip ta' proġetti li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-FEIS taħt l-IIW, kif ukoll għal ċerti strumenti ġestiti mill-BEI taħt l-Orizzont 2020. Barra minn hekk, hemm komplimentarjetà għolja mal-COSME u l-InnovFin taħt l-SMEW. Madankollu, xi benefiċjarji indikaw li l-FEIS huwa attraenti minħabba li huwa irħas meta mqabbel ma' investituri oħra, u l-appoġġ iservi aktar fit-tul minn strumenti ta' appoġġ alternattivi. Fir-rigward tal-FSIE, huwa rikonoxxut li hemm valur miżjud fil-kombinazzjoni tal-FEIS mal-FSIE; madankollu, kwistjonijiet regolatorji jikkomplikaw din il-kombinazzjoni.

•  Tabella ta' valutazzjoni. Hemm insuffiċjenzi fl-applikazzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni. F'termini ta' valur miżjud, il-proġetti jingħataw punti mill-BEI fuq kriterji differenti, bħall-kontribuzzjoni għall-objettivi tal-FEIS, l-addizzjonalità, il-vijabbiltà ekonomika u teknika tal-proġetti u l-massimizzazzjoni tal-investiment privat. Madankollu, jidher li ma hemm l-ebda definizzjoni ċara dwar livell limitu minimu għal kull kriterju, u lanqas koeffiċjent ta' korrezzjoni.

•  Effiċjenza tal-proċedura. L-appoġġ għall-FEIS huwa effettiv f'termini ta' approvazzjonijiet (terz ta' investimenti mistennija ġew mobilizzati wara terz tal-ħajja inizjali). Madankollu, benefiċjarji u intermedjarji indikaw il-ħtieġa li jitħaffef il-proċess ta' approvazzjoni/diliġenza dovuta.

•  Distribuzzjoni ġeografika. Tintlaħaq kopertura globali wiesgħa skont is-settur u l-Istat Membru. Madankollu, ħarsa aktar mill-qrib tiżvela li fit-30 ta' Ġunju 2016, l-appoġġ tal-FEIS ma kienx distribwit b'mod uniformi: l-UE15 irċevew 91 % tal-appoġġ tal-FEIS, filwaqt li l-UE13 irċevew sempliċement 9 % biss (minbarra l-operazzjonijiet li jinkludi pajjiżi multipli). Fi ħdan l-IIW, ir-Renju Unit, l-Italja u Spanja rċevew 63,4 %, filwaqt li għall-SMEW l-Italja, Franza u l-Ġermanja rċevew 36,1 % tal-appoġġ totali tal-FEIS.

•  Distribuzzjoni settorjali. Fir-rigward tas-setturi, l-operazzjonijiet iffirmati skont l-IIW kienu mifruxa fuq seba' setturi tal-FEIS. Minn dawn, l-enerġija kienet prevalenti, u ammontat għal madwar 46 % tal-finanzjament totali tal-FEIS taħt l-IIW u għaldaqstant qabżet il-limitu ta' konċentrazzjoni tas-settur indikattiv ta' 30 % għal setturi kif stabbilit fl-Orjentazzjoni Strateġika tal-FEIS. L-operazzjonijiet iffirmati tal-SMEW huma mifruxa fuq erba' setturi tal-FEIS. Minn dawn, ir-RŻI kien is-settur l-aktar fid-deher, u ammonta għal 69 % tal-finanzjament totali tal-FEIS taħt l-SMEW.

•  Pjattaformi ta' investiment. Ġiet identifikata diffikultà serja biex jiġu stabbiliti l-pjattaformi ta' investiment (ma nħolqot l-ebda pjattaforma bħal din sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament), u li jenħtieġ li jiġu intensifikati l-isforzi fil-kuntest tal-EIAH biex tiġi provduta assistenza teknika f'dan il-qasam. Barra minn hekk, mhuwiex ċar għall-partijiet ikkonċernati kollha x'se jkun ir-rwol tal-BEI f'dawk il-pjattaformi. Il-persuni intervistati indikaw ukoll li hemm domanda kbira għal proġetti ta' innovazzjoni li huma taħt il-livell limitu għall-proġetti tal-FEIS taħt l-IIW. Attwalment, jidher li l-ħtieġa għall-finanzjament ta' proġetti iżgħar mhijiex indirizzata biżżejjed permezz tal-istabbiliment ta' pjattaformi jew permezz tad-distribuzzjoni tar-riżorsi permezz ta' intermedjarji finanzjarji.

•  Komunikazzjoni u Viżibbiltà. Tinħtieġ aktar komunikazzjoni dwar il-FEIS fost il-partijiet ikkonċernati għal aktar sensibilizzazzjoni, sabiex tittejjeb ukoll il-kooperazzjoni mal-Banek Promozzjonali Nazzjonali (NPBs) u l-atturi lokali.

•  EIAH. Ġiet identifikata l-ħtieġa li tiżdied il-komunikazzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar servizzi potenzjali, flimkien mal-ħtieġa li tiżdied il-kapaċità u jissaħħu r-rabtiet ma' fornituri ta' servizzi oħra.


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

(2016/2064(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(1) (ir-Regolament dwar l-FEIS),

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-ġestjoni tal-fond ta' garanzija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi tal-31 ta' Mejju 2006 (COM(2016)0353),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-1 ta' Ġunju 2016 (COM(2016)0359),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali mill-Bank Ewropew tal-Investiment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Operazzjonijiet ta' Finanzjament u Investiment tal-Grupp tal-BEI għall-2015 taħt l-FEIS(2),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2016)0297, l-Evalwazzjoni tal-funzjonament tal-Fond Ewropew għall-Investiment Strateġiċi (FEIS) mill-Bank Ewropew tal-Investiment(3), lill-verifika ad-hoc tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1017 minn Ernst and Young(4) u l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri(5),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2016 u (UE) 2015/1017 (COM(2016)0597),

  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi adottat fil-wieħed u għoxrin sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet (COP21) tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), li saret f'Pariġi, fi Franza f'Diċembru 2015,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

  –  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tfassil tar-rapporti fuq inizjattiva proprja, u l-Anness 3 għaliha,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0200/2017),

1.  Jinnota d-distakk kbir fl-investiment fl-Ewropa, li l-Kummissjoni tistma li huwa ta' EUR 200-300 biljun fis-sena; jenfasizza b'mod partikulari, f'dan il-kuntest, il-ħtiġijiet fl-Ewropa għal finanzjament b'riskju għoli, b'mod partikolari fl-oqsma ta' finanzjament tal-SMEs, R&Ż, l-ICT u l-infrastruttura tat-trasport, tal-komunikazzjoni u tal-enerġija, li huma neċessarji biex isostnu l-iżvilupp ekonomiku inklużiv; huwa mħasseb għall-fatt li l-aktar data riċenti dwar il-kontijiet nazzjonali ma tindika l-ebda żieda f'daqqa fl-investiment minn meta tnieda l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), u dan wassal għal tħassib li, jekk ma jsirx tibdil, se jibqa' jkun hemm tkabbir imrażżan u r-rati għolja ta' qgħad se jibqgħu, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ u l-ġenerazzjonijiet il-ġodda; jenfasizza li l-għeluq ta' dan id-distakk fl-investiment billi jinħoloq ambjent li jwassal għall-investiment f'ċerti oqsma strateġiċi huwa kruċjali għall-għoti tal-ħajja mill-ġdid lit-tkabbir, il-ġlieda kontra l-qgħad, il-promozzjoni tal-iżvilupp ta' industrija b'saħħitha, sostenibbli u kompetittiva u l-kisba tal-objettivi ta' politika tal-UE fit-tul;

2.  Jenfasizza r-rwol tal-FEIS biex jgħin biex jissolvew diffikultajiet u jitneħħew l-ostakli għall-finanzjament kif ukoll biex jiġu implimentati investimenti strateġiċi, trasformattivi u produttivi li jipprovdu livell għoli ta' valur miżjud għall-ekonomija, l-ambjent u s-soċjetà, li jirriforma u jimmodernizza l-ekonomiji tal-Istati Membri, biex joħloq it-tkabbir u l-impjiegi li għalihom il-finanzjament tas-suq ma jkunx inkiseb minkejja l-vijabilità ekonomika, u li jinkoraġġixxi l-investiment privat fir-reġjuni kollha tal-UE;

3.  Ifakkar ir-rwol tal-Parlament kif ipprovdut fir-regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-FEIS; jirrikonoxxi, madankollu, li għadu kmieni wisq biex tiġi finalizzata valutazzjoni komprensiva bbażata fuq l-evidenza tal-funzjonament tal-FEIS u l-impatt tiegħu fuq l-ekonomija tal-UE, iżda huwa tal-opinjoni li evalwazzjoni preliminari bbażata fuq data komprensiva dwar il-proġetti magħżula u rrifjutati u d-deċiżjonijiet relatati hija kruċjali sabiex jiġu identifikati l-oqsma possibbli ta' titjib għal FEIS 2.0 u wara; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti b'valutazzjoni komprensiva malli l-informazzjoni ssir disponibbli;

Addizzjonalità

4.  Ifakkar li l-għan tal-FEIS huwa li tiġi żgurata l-addizzjonalità billi jgħin biex jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali, billi jappoġġja operazzjonijiet li ma setgħux jitwettqu, jew mhux sal-istess punt, taħt strumenti finanzjarji eżistenti tal-Unjoni jew permezz ta' sorsi privati mingħajr l-involviment tal-FEIS; jinnota, madankollu, li hemm il-ħtieġa għal aktar kjarifika tal-kunċett ta' addizzjonalità;

5.  Ifakkar li l-proġetti appoġġjati mill-FEIS, filwaqt li kellhom l-għan li joħolqu x-xogħol, t-tkabbir sostenibbli, il-koeżjoni ekonomika, territorjali u soċjali b'mod konsistenti mal-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament dwar il-FEIS, jitqiesu li jipprovdu addizzjonalità jekk ikollhom riskju korrispondenti għall-attivitajiet speċjali tal-BEI, kif definit fl-Artikolu 16 tal-Istatut tal-BEI u fil-linji gwida dwar il-politika tar-riskju tal-kreditu tal-BEI; ifakkar li l-proġetti appoġġjati mill-FEIS għandhom ġeneralment ikollhom profil tar-riskju ogħla minn proġetti appoġġjati mill-operazzjonijiet normali tal-BEI; jissottolinja li l-proġetti tal-BEI li għandhom riskju aktar baxx mir-riskju minimu taħt attivitajiet speċjali tal-BEI jistgħu jiġu appoġġjati wkoll mill-FEIS anke jekk l-użu tal-garanzija tal-UE huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-addizzjonalità;

6.  Jinnota li, filwaqt li l-proġetti kollha approvati taħt il-FEIS huma preżentati bħala "attivitajiet speċjali", evalwazzjoni indipendenti sabet li xi proġetti setgħu ġew iffinanzjati mingħajr l-użu tal-garanzija tal-UE;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-BEI u mal-istrutturi ta' governanza tal-FEIS, biex tfassal inventarju tal-finanzjament kollu tal-BEI appoġġjat mill-UE li jaqa' taħt il-kriterji tal-addizzjonalità u biex tipprovdi spjegazzjonijiet ċari u komprensivi tal-evidenza li l-proġetti ma setgħux twettqu permezz ta' modi oħra;

8.  Jinnota li jista' jkun hemm kontradizzjoni bejn l-għanijiet kwalitattivi u kwantitattivi tal-FEIS fis-sens li, biex tintlaħaq il-mira tal-investiment privat attirat, il-BEI jista' jiffinanzja proġetti anqas riskjużi fejn l-interess tal-investituri diġà jkun jeżisti; iħeġġeġ lill-BEI u l-istrutturi ta' governanza tal-FEIS jimplimentaw addizzjonalità reali kif definit fl-Artikolu 5 tar-Regolament dwar il-FEIS u biex jiġi żgurat li l-fallimenti tas-suq u s-sitwazzjonijiet subottimali jiġu indirizzati bis-sħiħ;

9.  Jistieden lill-BEI jiżgura t-trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġestjoni ta' fondi u mal-oriġini ta' kwalunkwe kontribuzzjoni minn entitajiet pubbliċi, privati u minn partijiet terzi, u biex jipprovdi data konkreta, inkluż fuq proġetti speċifiċi u fuq investituri barranin, u jenfasizza r-rekwiżiti ta' rappurtar lill-Parlament fir-Regolament dwar il-FEIS; itenni l-fatt li l-kontributuri kollha futuri potenzjali ta' pajjiżi terzi jridu jissodisfaw ir-regoli kollha tal-UE dwar l-akkwist pubbliku, il-liġi tax-xogħol u r-regolamenti ambjentali u jistenna li l-kriterji soċjali u ambjentali applikabbli għall-proġetti tal-BEI jiġu rispettati bis-sħiħ fid-deċiżjonijiet ta' ffinanzjar ta' proġetti tal-FEIS;

It-tabella ta' valutazzjoni u l-għażla tal-proġett

10.  Jinnota li, kif previst fir-Regolament, qabel ma jintgħażel proġett għall-appoġġ mill-FEIS, irid jgħaddi minn proċessi ta' diliġenza dovuta u ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-istrutturi ta' governanza kemm tal-BEI kif ukoll tal-FEIS; josserva li l-promoturi tal-proġetti esprimew xewqa għal rispons mgħaġġel u trasparenza msaħħa fir-rigward kemm tal-kriterji tal-għażla kif ukoll tal-ammont u t-tip/segment ta' appoġġ possibbli tal-FEIS; isejjaħ għal aktar ċarezza sabiex tkompli tħeġġeġ lill-promoturi tal-proġetti biex japplikaw għal appoġġ tal-FEIS, inkluż billi t-tabella ta' valutazzjoni tkun disponibbli għall-applikanti għal finanzjament mill-FEIS; jitlob li l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet isir aktar trasparenti fir-rigward tal-kriterji tal-għażla u l-appoġġ finanzjarju u biex jitħaffef, filwaqt li jkompli jiżgura diliġenza dovuta robusta sabiex jiġu protetti r-riżorsi tal-UE; jissottolinja li sabiex jiġi ssimplifikat il-proċess ta' evalwazzjoni, b'mod partikolari għall-pjattaformi ta' investiment, jenħtieġ li tiġi inkoraġġita diliġenza dovuta konġunta minn naħa tal-BEI u tal-Banek Promozzjonali Nazzjonali (NPBs), jew delega mill-BEI għall-NPBs;

11.  Iqis li l-kriterji li skonthom jiġu valutati l-proġetti u l-kontropartijiet eliġibbli jenħtieġ li jiġu ċċarati aktar; jitlob aktar informazzjoni mill-korpi governattivi tal-FEIS dwar l-evalwazzjonijiet imwettqa fuq il-proġetti kollha approvati taħt il-FEIS kif xieraq, b'mod partikolari fir-rigward tal-addizzjonalità tagħhom u l-kontribut tagħhom għat-tkabbir sostenibbli u kapaċità tagħhom tal-ħolqien tal-impjiegi, kif definit fir-regolament; jitlob, f'dak li għandu x'jaqsam ma' kontropartijiet eliġibbli, għal regoli stretti dwar il-governanza korporattiva għal dawn it-tipi ta' entità biex isiru sħab tal-FEIS aċċettabbli fir-rigward tal-prinċipji tal-UE u l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO);

12.  Ifakkar li t-tabella ta' valutazzjoni hija għodda biex il-Kumitat tal-Investiment (IC) jipprijoritizza l-użu tal-garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet li jivviżwalizzaw punteġġi u valur miżjud ogħla, u li għandha tintuża mill-Kumitat tal-Investiment kif xieraq; għandu l-ħsieb li jevalwa jekk it-tabella ta' valutazzjoni u l-indikaturi tagħha humiex jiġu kkonsultati, applikati u wżati b'mod xieraq; jitlob li l-kriterji tal-għażla tal-proġetti jiġu applikati kif suppost u li dan il-proċess isir aktar trasparenti; ifakkar li, skont l-anness għar-regolament attwali, il-Kumitat ta' Investiment irid jassenja importanza ugwali għal kull pilastru tat-tabella ta' valutazzjoni meta jipprijoritizza l-proġetti, irrispettivament minn jekk il-pilastru individwali jrendix punteġġ numeriku jew jekk huwiex kompost minn indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi mingħajr punteġġ; jiddispjaċih li l-Pilastru 3, rilevanti għall-aspetti tekniċi tal-proġetti, fit-tabelli ta' valutazzjoni attwali huwa mogħti l-istess mportanza daqs il-Pilastri 1 u 2, li jirrigwardaw r-riżultati mixtieqa l-aktar importanti; jikkritika l-fatt li l-BEI nnifsu jammetti li l-esperti tal-Kumitat tal-Investiment jagħmlu użu biss mir-raba' pilastru għal finijiet ta' informazzjoni, iżda mhux għat-teħid ta' deċiżjonijiet; jitlob li t-tabelli ta' valutazzjoni, bl-esklużjoni ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva, isiru pubbliċi wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni finali dwar proġett;

13.  Jirrikonoxxi li jista' jieħu xi ftit tas-snin biex jitħejjew proġetti innovattivi ġodda u li l-BEI huwa taħt pressjoni biex jintlaħaq l-għan ta' EUR 315-il biljun u għalhekk ma kellu ebda għażla ħlief li jniedi immedjatament attivitajiet tal-FEIS; huwa mħasseb, madankollu, li l-BEI, fl-implimentazzjoni tal-FEIS, irrikorriet b'mod eċċessiv għall-proġetti eżistenti tiegħu, li fil-parti l-kbira tagħhom kienu proġetti ta' riskju aktar baxx, u għaldaqsant naqqas il-finanzjament konvenzjonali tiegħu stess; jibża' li l-FEIS ma jipprovdix finanzjament komplementari għal proġetti innovattivi ta' riskju għoli; jissottolinja li għalkemm proġett jikkwalifika bħala attività speċjali, dan mhux neċessarjament jimplika li huwa riskjuż; madankollu l-klassifikazzjoni bħala attività speċjali tista' tirriżulta wkoll mill-fatt li l-finanzjament tagħha ġie strutturat b'mod artifiċjalment riskjuż, li jimplika li proġetti ta' riskju baxx ħafna jistgħu faċilment jispiċċaw ukoll bħala proġetti ta' riskju għoli; jenfasizza li l-kriterji tal-proġett m'għandhomx jiddgħajfu għall-fini li tintlaħaq il-mira politika ta' EUR 315 biljun f'investimenti mobilizzati;

14.  Jitlob li l-BEI jipprovdi stima tal-kapaċità tas-self annwali potenzjali tiegħu fuq terminu medju, filwaqt li jqis il-FEIS u l-iżviluppi regolatorji possibbli u biex ikompli bis-self tiegħu b'rati ta' EUR 70-75 biljun fis-sena, bl-użu ta' profitti, ħlasijiet lura mill-programmi eċċ., u juża l-FEIS bħala għodda komplementari; jinnota li dan ikun ifisser li l-volum tan-negozju tal-BEI jilħaq tal-anqas total ta' EUR 90 biljun, mhux ta' EUR 75 biljun;

15.  Iqis li hu importanti li jkun diskuss jekk l-effett ta' lieva previst ta' 15 huwiex xieraq sabiex l-FEIS ikun jista' jappoġġa proġetti ta' kwalità għolja b'riskju ogħla, u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi valutazzjoni f'dan is-sens; ifakkar li dan l-effett ta' lieva ta' 15 huwa bbażat fuq il-portafoll u jirrifletti l-esperjenza ta' finanzjament tal-BEI bil-għan li jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq; jitlob li ssir valutazzjoni tal-għanijiet pubbliċi li għandhom jinkisbu permezz tal-FEIS bħala komplement għar-rekwiżit tal-volum; jissuġġerixxi li għandhom jittieħdu wkoll inkunsiderazzjoni l-miri tal-Unjoni kif stabbiliti fil-Konferenza ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21); jistieden lill-BEI jiżvela l-effett ta' lieva miksub sa issa, flimkien mal-metodu tal-kalkolu sottostanti;

16.  Jindika li proġetti ta' skala żgħira spiss jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex jiksbu l-finanzjament li jeħtieġu; jinnota bi tħassib li proġetti żgħar jiġu skoraġġiti milli japplikaw għall-finanzjament tal-FEIS, jew anke jiġu ddikjarati ineliġibbli għal dak il-finanzjament, abbażi tad-daqs tagħhom; jindika l-impatt sinifikanti li proġett żgħir jista' madankollu jkollu fuq skala nazzjonali jew reġjonali; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi intensifikata l-assistenza teknika disponibbli miċ-Ċentru ta' Konsulenza Ewropew għall-Investiment (EIAH), li huwa strumentali fl-għoti ta' pariri u ta' akkumpanjament lill-promoturi ta' proġetti fuq skala żgħira fl-istrutturar u r-raggruppament tal-proġetti permezz ta' pjattaformi ta' investiment jew ftehimiet qafas; jitlob lill-Bord ta' Tmexxija jinvestiga din il-kwistjoni u jressaq proposti biex tiġi kkoreġuta din is-sitwazzjoni;

Diversifikazzjoni settorjali

17.  Jenfasizza li l-FEIS huwa strument immexxi mid-domanda, li jenħtieġ, madankollu, li jkun iggwidat mill-objettivi politiċi stabbiliti fir-Regolament u definiti mill-Bord ta' Tmexxija; jitlob li jkun hemm aktar ilħuq u għoti ta' informazzjoni lil setturi li għandhom domanda mhux sodisfatta għall-investiment imma ma kinux kapaċi jagħmlu użu sħiħ mill-FEIS; jinnota f'dan ir-rigward li, fuq livell makroekonomiku tal-UE, jenħtieġ li jittieħdu aktar miżuri biex jagħtu spinta lid-domanda għall-investiment;

18.  Jilqa' l-fatt li s-setturi kollha definiti fir-Regolament dwar il-FEIS ġew koperti mill-finanzjament tal-FEIS; jindika, madankollu, li ċerti setturi huma sottorappreżentati, b'mod partikolari s-setturi tal-infrastruttura soċjali, tas-saħħa u tal-edukazzjoni, li għalihom ġie ddedikat biss 4 % tal-finanzjament approvat tal-FEIS; jinnota li dan jista' jkun minħabba diversi raġunijiet, pereżempju li xi setturi setgħu sofrew minn nuqqas ta' esperjenza u għarfien tekniku ta' kif wieħed għandu jaċċessa l-FEIS, jew li huma diġà kienu joffru opportunitajiet ta' investiment aħjar f'termini ta' proġetti bankabbli fi stadju ta' żvilupp avvanzat meta nbeda l-FEIS; jistieden f'dan l-isfond lill-BEI jiddiskuti kif jista' jtejjeb id-diversifikazzjoni settorjali, filwaqt li jorbotha mal-għanijiet stabbiliti fir-regolament kif ukoll il-kwistjoni ta' jekk l-appoġġ għall-FEIS jenħtieġx li jiġi estiż lil setturi oħra;

19.  Ifakkar li l-COP21 dwar il-klima approvat mill-UE teħtieġ bidla radikali lejn l-investiment sostenibbli li l-FEIS għandu jappoġġa bis-sħiħ; jenfasizza li l-investimenti tal-FEIS għandhom ikunu kompatibbli ma' dan l-impenn; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rappurtaġġ dwar it-tibdil fil-klima;

20.  Jinnota l-ħtieġa li jiżdied il-perċentwal tar-riżorsi allokati għal proġetti fit-tul bħan-netwerks tat-telekomunikazzjoni jew għal proġetti li jinvolvu grad relattivament għoli ta' riskju tipikament assoċjat ma' teknoloġiji ġodda emerġenti aktar avvanzati; jinnota li l-investiment fl-infrastruttura tal-broadband u l-5G, iċ-ċibersigurtà, id-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija tradizzjonali, il-mikroelettronika u l-informatika ta' prestazzjoni għolja (HPC) jista' jnaqqas aktar id-distakk diġitali;

21.  Jiddispjaċih minħabba n-nuqqas ta' limiti tal-konċentrazzjoni fil-fażi inizjali ta' eskalazzjoni; ifakkar li s-settur tat-trasport għamel l-akbar kontribut lill-fond tal-FEIS, b'EUR 2.2 biljun minn EUR 8 biljun, li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tat-total tal-fond ta' garanzija; jinnota bi tħassib li s-settur tat-trasport irċieva biss madwar 13 % tal-investiment kollu li ġie mobilizzat u magħmul disponibbli s'issa taħt it-tieqa tal-infrastruttura u l-innovazzjoni tal-FEIS, perċentwal li huwa 'l bogħod mil-limitu ta' 30 % stabbilit għal kull wieħed mis-setturi speċifiċi; jistieden lill-Kumitat tal-Investiment jagħti attenzjoni partikolari lill-proġetti tas-settur tat-trasport, peress li dawn għadhom ftit li xejn rappreżentati fil-portafoll tal-investiment, u t-trasport jaqdi rwol sinifikanti fit-tkabbir ekonomiku u fis-sikurezza tal-konsumatur;

Governanza

22.  Josserva li l-istrutturi ta' governanza tal-FEIS ġew implimentati bis-sħiħ fi ħdan il-BEI; iqis li, bil-għan li jittejbu l-effiċjenza u l-obbligu ta' rendikont tal-FEIS, jenħtieġ li jiġu diskussi l-opzjonijiet biex l-istruttura ta' governanza tal-FEIS issir kompletament separata minn dik tal-BEI;

23.  Ifakkar li d-Direttur Maniġerjali huwa responsabbli għall-ġestjoni ta' kuljum tal-FEIS, it-tħejjija u kif jiġu preseduti l-laqgħat tal-Kumitat ta' Investiment u għar-rappreżentanza esterna; ifakkar li d-Direttur Maniġerjali huwa assistit mid-Deputat Direttur Maniġerjali; jiddispjaċih għall-fatt li, fil-prattika, ir-rwoli rispettivi, b'mod speċjali dawk tad-Deputat Direttur Maniġerjali, ma ġewx identifikati b'mod ċar; jistieden lill-BEI jirrifletti dwar id-deskrizzjoni tal-kompiti tad-Direttur Maniġerjali u d-Deputat Direttur Maniġerjali b'mod aktar ċar sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont; iqis li huwa importanti li d-Direttur Maniġerjali, assistit mid-Deputat Direttur Maniġerjali, ikompli jistabbilixxi l-aġenda tal-laqgħat tal-Kumitat ta' Investiment; jissuġġerixxi, barra minn hekk, li d-Direttur Maniġerjali jenħtieġ li jfassal proċeduri għall-indirizzar ta' kunflitti ta' interess potenzjali fi ħdan il-Kumitat ta' Investiment, jirrapporta lill-Bord ta' Tmexxija, u jipproponi sanzjonijiet għal ksur kif ukoll il-mezzi biex dawn jiġu implimentati; jemmen li l-awtorità tad-Direttur Maniġerjali u d-Deputat Direttur Maniġerjali fit-twettiq ta' dawn il-kompiti tissaħħaħ jekk igawdu awtonomija aktar qawwija fil-konfront tal-BEI; għaldaqstant jistieden lill-BEI jesplora l-opzjonijiet biex tiżdied l-indipendenza tad-Direttur Maniġerjali u d-Deputat Direttur Maniġerjali;

24.  Ifakkar li l-esperti tal-Kumitat ta' Investiment huma responsabbli għall-għażla tal-proġetti tal-FEIS, l-għoti tal-garanzija tal-UE u għall-approvazzjoni ta' operazzjonijiet bi pjattaformi ta' investiment u l-NPBs jew istituzzjonijiet; ikompli jfakkar li dawn huma indipendenti; huwa mħasseb, għaldaqstant, dwar kunflitti ta' interess dokumentati min-naħa tal-membri tal-IC, li għandhom, fiċ-ċirkostanzi kollha, ikunu evitati fil-futur;

25  Iqis li l-għażla tal-proġetti mhijiex trasparenti biżżejjed; jenfasizza li l-BEI għandu jagħmel titjib f'dak li għandu x'jaqsam mal-iżvelar ta' informazzjoni dwar il-proġetti li huwa japprova taħt il-FEIS, b'ġustifikazzjoni xierqa ta' addizzjonalità u t-tabella ta' valutazzjoni kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-proġetti fil-kisba tal-objettivi tal-FEIS, b'enfasi partikolari fuq l-impatt mistenni tal-operazzjonijiet tal-FEIS fuq id-distakk fl-investiment fl-Unjoni;

26.  Jistieden lill-BEI jirrifletti dwar il-modi kif tista' tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Kumitat ta' Investiment, permezz tad-Direttur Maniġerjali u l-Bord ta' Tmexxija; iqis li huwa importanti li d-Direttur Maniġerjali jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija, li jippermetti lid-Direttur Maniġerjali jinforma lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-attivitajiet fil-futur;

27.  Jipproponi d-diskussjoni ta' mezzi ta' titjib tat-trasparenza tal-istrutturi ta' governanza tal-FEIS għall-Parlament u ż-żieda ta' membru sħiħ ieħor fil-Bord ta' Tmexxija maħtur mill-Parlament; iħeġġeġ lill-korpi governattivi tal-FEIS jikkondividu informazzjoni mal-Parlament fuq bażi proattiva;

Banek Promozzjonali Nazzjonali

28.  Ifakkar li, b'riżultat tal-kompetenzi tagħhom, il-Banek Promozzjonali Nazzjonali huma essenzjali għas-suċċess tal-FEIS, billi huma qrib tas-swieq lokali, kif ukoll familjari magħhom; jikkonstata li sa issa s-sinerġiji għadhom ma ġewx sfruttati sal-punt meħtieġ; josserva r-riskju li l-istituzzjonijiet lokali jiġu eliminati mill-BEI u jistieden lill-BEI itejjeb il-ħila tiegħu li jiġbor sħab nazzjonali u subnazzjonali; jitlob lill-BEI jappoġġja t-tisħiħ ta' strutturi bankarji pubbliċi eżistenti, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat b'mod attiv l-iskambju ta' prattiki tajba u l-għarfien tas-suq fost dawn l-istituzzjonijiet; iqis, għal dak l-għan, li l-NPBs għandhom jimmiraw biex jidħlu fi ftehimiet ta' kollaborazzjoni mal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI); jirrikonoxxi li l-FEIS u l-BEI huma dejjem aktar lesti jieħdu segmenti minuri/subordinati mal-Banek Promozzjonali Nazzjonali u jħeġġiġhom ikomplu jagħmlu dan; jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI jiddiskutu jekk ikunx utli li l-kompetenzi tal-Banek Promozzjonali Nazzjonali jiġu inkorporati fil-Bord ta' Tmexxija;

Pjattaformi ta' investiment

29.  Ifakkar li strumenti diversifikati b'fokus ġeografiku jew tematiku jenħtieġ li jsiru possibbli permezz ta' għajnuna għal proġetti ta' finanzjament u raggruppati u fondi minn sorsi differenti; jinnota bi tħassib li l-ewwel pjattaforma ta' investiment ġiet stabbilita biss fit-tielet kwart tal-2016 u li d-dewmien biex isir dan qed ifixkel l-opportunità li proġetti fuq skala żgħira jibbenefikaw mill-FEIS kif ukoll l-iżvilupp ta' proġetti transfruntiera; jenfasizza l-bżonn li jiġu ssimplifikati r-regoli għall-istabbiliment ta' pjattaformi ta' investiment; jitlob li l-BEI u ċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (EIAH) jippromwovu l-użu ta' pjattaformi ta' investiment bħala mezz biex tintlaħaq d-diversifikazzjoni tal-investimenti ġeografiċi u tematiċi;

30.  Iħeġġeġ lill-korpi governattivi tal-FEIS jagħtu aktar attenzjoni lill-pjattaformi ta' investiment bil-għan li jiġu massimizzati l-benefiċċji li dawn tal-aħħar jistgħu jiksbu biex jiġu megħluba l-ostakoli għall-investimenti, b'mod speċjali fi Stati Membri bi swieq finanzjarji anqas żviluppati; jistieden lill-BEI jipprovdi lill-partijiet ikkonċernati, inklużi korpi nazzjonali, lokali u reġjonali, aktar informazzjoni dwar il-pjattaformi u l-kundizzjonijiet u l-kriterji li jirregolaw l-istabbiliment tagħhom; jirrikonoxxi r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-identifikazzjoni ta' proġetti strateġiċi u billi jħeġġu l-parteċipazzjoni;

31.  Jipproponi diskussjoni dwar mezzi addizzjonali tal-promozzjoni ta' pjattaformi ta' investiment, bħall-prijoritizzazzjoni tal-approvazzjoni ta' proġetti ppreżentati permezz ta' pjattaforma, l-ippuljar ta' proġetti iżgħar u kuntratti ta' gruppi u l-istabbiliment ta' mekkaniżmi għall-finanzjament ta' raggruppamenti ta' kuntratti; jemmen li jenħtieġ li jiġu promossi b'mod partikolari l-pjattaformi transnazzjonali, minħabba li ħafna proġetti tal-enerġija u diġitali għandhom dimensjoni transnazzjonali;

Strumenti finanzjarji

32.  Ifakkar li l-BEI żviluppa strumenti finanzjarji ġodda għall-finijiet tal-FEIS sabiex jipprovdi prodotti mfassla apposta għal finanzjament ta' riskju għoli; iħeġġeġ lill-BEI iżid aktar il-valur miżjud tiegħu billi jiffoka fuq prodotti finanzjarji aktar riskjużi bħal finanzjament subordinat u strumenti tas-suq kapitali; jesprimi tħassib dwar il-kritika tal-promoturi tal-proġetti li l-istrumenti finanzjarji provduti mhumiex kompatibbli mal-ħtiġijiet tal-prodotti tagħhom (ta' spiss proġetti ta' riskju għoli jeħtieġu flus bil-quddiem biex jagħtu imbuttatura lill-investimenti, u mhux f'ammonti iżgħar fuq bażi annwali) u dwar investituri li jenfasizzaw li attwalment mhumiex f'pożizzjoni li jipparteċipaw fil-finanzjament tal-FEIS minħabba nuqqas ta' strumenti ta' ekwità privati xierqa; jistieden lill-BEI jeżamina dan f'kooperazzjoni mal-promoturi tal-proġetti u l-investituri; barra minn hekk jistieden lill-BEI jesplora kif l-iżvilupp ta' bonds ħodor jista' jimmassimizza l-potenzjal tal-FEIS fil-finanzjament ta' proġetti li għandhom benefiċċji pożittivi għall-ambjent u/jew il-klima;

Diversifikazzjoni ġeografika

33.  Jilqa' l-fatt li sal-aħħar tal-2016, kull wieħed mit-28 pajjiż kien irċieva finanzjament tal-FEIS; jinnota bi tħassib, madankollu, li mit-30 ta' Ġunju 2016, l-UE-15 kienu rċevew 91 % filwaqt li l-UE-13 kienu rċevew biss 9 % tal-appoġġ tal-FEIS; jiddispjaċih li l-appoġġ tal-FEIS kien ta' benefiċċju prinċipalment għal numru limitat ta' pajjiżi fejn il-marġnijiet ta' investiment diġà huma taħt il-medja tal-UE; jinnota li fil-pajjiżi benefiċjarji, spiss ikun hemm distribuzzjoni ġeografika inugwali ta' proġetti ffinanzjati mill-FEIS; iqis li hemm riskju ta' konċentrazzjoni territorjali u jenfasizza l-bżonn li tingħata attenzjoni akbar lil reġjuni inqas żviluppati madwar it-28 Stat Membru kollha kemm huma; jistieden lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jipprovdi aktar assistenza teknika lil dawn il-pajjiżi u reġjuni li bbenefikaw anqas mill-FEIS;

34.  Jirrikonoxxi li l-PDG u n-numru ta' proġetti approvati huma marbuta ma' xulxin; jirrikonoxxi li Stati Membri akbar jistgħu jieħdu vantaġġ minn swieq kapitali aktar żviluppati u għalhekk huma aktar probabbli li jibbenefikaw minn strument immexxi mis-suq bħall-FEIS; jissottolinja li appoġġ tal-FEIS aktar baxx fl-UE-13 jista' jkun attribwibbli għal fatturi oħra, bħad-daqs żgħir tal-proġetti, il-pożizzjoni ġeografika periferali ta' reġjun partikolari u kompetizzjoni mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE); madankollu, josserva bi tħassib il-benefiċċju sproporzjonat għal ċerti pajjiżi u jissottolinja l-ħtieġa li tkompli tiġi diversifikata d-distribuzzjoni ġeografika, b'mod speċjali f'setturi kruċjali bħall-modernizzar u t-titjib tal-produttività u s-sostenibbiltà tal-ekonomiji, b'attenzjoni ewlenija fuq l-iżvilupp teknoloġiku; jitlob lill-Kummissjoni tkompli tinvestiga u tieħu nota tar-raġunijiet għad-distribuzzjoni ġeografika attwali;

Iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (EIAH)

35.  Jagħti l-akbar importanza għat-tħaddim tal-EIAH; iqis li l-missjoni tiegħu li jaġixxi bħala punt tad-dħul uniku għal assistenza konsultattiva u teknika komprensiva matul l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-proġett twieġeb fil-parti l-kbira tagħha għall-ħtieġa dejjem akbar għall-appoġġ tal-assistenza teknika fost l-awtoritajiet u promoturi tal-proġetti;

36.  Jinsab kuntent li l-EIAH ilu jiffunzjona minn Settembru 2015, u għaddej minn fażi ta' implimentazzjoni mgħaġġla; jirrikonoxxi li, minħabba l-perjodu limitat tal-eżistenza tiegħu u n-nuqqas ta' persunal fl-istadju inizjali, mhux is-servizzi tal-EIAH kollha ġew żviluppati b'mod sħiħ u li l-attività ffukat b'mod predominanti fuq il-provvista ta' appoġġ għall-iżvilupp u l-istrutturar tal-proġetti, il-konsulenza politika, u l-iskrinjar tal-proġetti; jenfasizza l-ħtieġa li l-EIAH jirrekluta esperti minn oqsma differenti fi sforz biex jiġu mmirati aħjar il-pariri, il-komunikazzjoni u l-appoġġ tiegħu, lejn setturi li ma jużawx il-massimu tal-FEIS;

37.  Jinsab konvint li l-EIAH għandu l-potenzjal li jkollu rwol strumentali fl-indirizzar ta' ħafna min-nuqqasijiet tal-implimentazzjoni tal-FEIS; jemmen b'mod qawwi li, sabiex isir dan, jeħtieġ li tiġi adottata pożizzjoni aktar proattiva fil-provvista ta' assistenza f'oqsma bħall-istabbiliment ta' pjattaformi ta' investiment, anke fid-dawl tal-importanza ta' dawn tal-aħħar fil-finanzjament ta' proġetti iżgħar; jenfasizza wkoll ir-rwol tal-EIAH fil-provvista ta' pariri billi jikkombina sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni mal-FEIS;

38.  Iqis, b'mod simili, li l-EIAH jista' jikkontribwixxi b'mod attiv lejn id-diversifikazzjoni ġeografika u settorjali, mhux biss billi jkopri r-reġjuni kollha u aktar setturi fil-provvista tas-servizzi tiegħu, iżda anke billi jassisti lill-BEI fit-tnedija tal-operazzjonijiet; jemmen li l-EIAH jista' jkollu rwol importanti fil-kontribuzzjoni għall-objettiv ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

39.  Ifakkar li r-Regolament dwar l-FEIS jagħti mandat lill-EIAH għall-effett ta' lieva ta' għarfien lokali bil-għan li jiġi faċilitat l-appoġġ tal-FEIS madwar l-Unjoni; jemmen li hemm bżonn ta' titjib sinifikanti f'dan il-qasam, b'mod partikolari aktar kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet nazzjonali xierqa; jagħti importanza kbira lill-provvista ta' servizzi fil-livell lokali, anke sabiex jitqiesu sitwazzjonijiet speċifiċi u ħtiġijiet lokali, b'mod speċjali f'pajjiżi li m'għandhomx Istituzzjonijiet Promozzjonali Nazzjonali (NPIs) jew Banek Promozzjonali Nazzjonali b'esperjenza; iqis li r-rabtiet ma' fornituri lokali oħra għandhom jissaħħu biex dan jiġi kkunsidrat;

40.  Jistenna li l-EIAH jikkonkludi l-proċessi ta' reklutaġġ tiegħu u jilħaq il-livelli kompluti ta' persunal tiegħu mingħajr dewmien; jesprimi dubji, madankollu, li l-kapaċità tal-persunal ipprovduta tkun suffiċjenti biex l-EIAH jipprovdi s-servizzi ta' konsulenza meħtieġa u biex ikun jista' jlaħħaq mal-volum tax-xogħol, kif ukoll mandat usa';

41.  Jenfasizza li l-EIAH jeħtieġ li jsaħħaħ il-profil tas-servizzi tiegħu, itejjeb il-komunikazzjoni u jżid is-sensibilizzazzjoni u l-fehim dwar l-attivitajiet tiegħu fost il-partijiet ikkonċernati tal-EIAH; iqis li jenħtieġ li jintużaw il-mezzi kollha ta' komunikazzjoni rilevanti biex jinkiseb dan l-għan, inkluż fil-livell nazzjonali u lokali;

Il-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment (EIPP)

42.  Jiddispjaċih li l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment (EIPP) tnieda biss mill-Kummissjoni fl-1 ta' Ġunju 2016, kważi sena wara l-adozzjoni tar-Regolament dwar l-FEIS; jinnota li issa l-portal qiegħed jopera, b'139 proġett attwalment murija, iżda jqis li dan għadu 'l bogħod ħafna mill-potenzjal mistenni meta ġie adottat l-ewwel regolament dwar l-FEIS;

43.  Iqis li l-EIPP jipprovdi pjattaforma faċli għall-utent sabiex il-promoturi tal-proġetti jagħtu spinta lill-viżibbiltà tal-proġetti ta' investiment tagħhom b'mod trasparenti; jemmen, madankollu, li l-element fundamentali għas-suċċess tal-portal huwa li tiżdied il-viżibbiltà tiegħu stess b'mod sinifikanti, sabiex jikseb rikonoxximent komuni bħala għodda utli, affidabbli u effiċjenti kemm fost l-investituri kif ukoll il-promoturi tal-proġetti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem b'mod attiv f'din id-direzzjoni permezz ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni sodi;

44.  Jinnota li l-kostijiet relatati mal-istabbiliment u l-iżvilupp, il-ġestjoni, l-appoġġ u l-manutenzjoni, u l-ospitar tal-EIPP huma attwalment koperti mill-baġit tal-UE, fi ħdan l-allokazzjoni annwali ta' EUR 20 miljun prevvista għall-EIAH; ifakkar, madankollu, li t-tariffi imposti fuq promoturi tal-proġetti privati li jirreġistraw il-proġett tagħhom fuq il-portal għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern għall-EIPP u fil-futur se jkunu s-sors prinċipali ta' finanzjament tiegħu;

Garanzija

45.  Ifakkar li l-Unjoni tipprovdi garanzija irrevokabbli u mingħajr kundizzjoni għall-BEI għall-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment taħt l-FEIS; jinsab konvint li l-Garanzija tal-UE ppermettiet lill-BEI jieħu riskju ogħla għat-Tieqa ta' Infrastruttura u Investiment (IIW) u ppermettiet li jittejjeb u jiġi kkonċentrat fil-fażi inizjali tiegħu l-finanzjament ta' SMEs, kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja taħt COSME u InnovFin appoġġjat mit-Tieqa għall-SMEs (SMEW); jemmen li l-limitu minimu ta' EUR 25 miljun, li jidher li jintuża mill-BEI għall-operazzjonijiet ta' self normali tiegħu, ma għandux ikun applikabbli għall-FEIS, bil-għan li jiżdied il-finanzjament ta' proġetti iżgħar u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-SMEs u benefiċjarji potenzjali oħra;

46.  Jenfasizza li, minħabba teħid qawwi ħafna li jirrifletti d-domanda għolja tas-suq, it-Tieqa għall-SMEs kompliet tissaħħaħ permezz ta' EUR 50 miljun mill-Portafoll tad-Dejn tal-IIW taħt il-qafas leġiżlattiv eżistenti; jilqa' l-fatt li, minħabba l-flessibbiltà tar-Regolament dwar l-FEIS, ingħata finanzjament addizzjonali għall-benefiċċju tal-SMEs u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja; beħsiebu jimmonitorja mill-qrib l-allokazzjoni tal-garanzija taħt iż-żewġ twieqi; jinnota wkoll li, mit-30 ta' Ġunju 2016, l-operazzjonijiet iffirmati skont l-IIW laħqu biss 9 % tal-volum totali fil-mira;

47.  Ifakkar li l-Fond ta' Garanzija tal-UE huwa ffinanzjat b'mod predominanti mill-baġit tal-UE; iqis l-evalwazzjonijiet rilevanti kollha li jissuġġerixxu li r-rata ta' proviżjonament attwali tal-Fond ta' Garanzija ta' 50 % tidher li hi kawta u prudenti f'termini tal-kopertura ta' telf potenzjali u li l-baġit tal-Unjoni jkun diġà protett b'rata ta' mira aġġustata ta' 35 %; għandu l-intenzjoni jeżamina jekk proposti għal rata ta' mira aktar baxxa jkollhomx riperkussjonijiet fuq il-kwalità u n-natura tal-proġettti magħżula; jenfasizza li, sa issa, ma kien hemm l-ebda talba b'riżultat ta' inadempjenzi tal-operazzjonijiet tal-BEI jew l-FEI;

Finanzjament futur, kapaċità tal-fond

48.  Jinnota li l-Kummissjoni pproponiet estensjoni tal-FEIS, f'termini kemm ta' dewmien kif ukoll ta' kapaċità finanzjarja, u li din ikollha impatt fuq il-baġit tal-UE; jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jressaq proposti finanzjarji alternattivi;

49.  Ifakkar li l-Istati Membri ġew mistiedna jikkontribwixxu għall-FEIS sabiex titwessa' l-kapaċità tiegħu, biex b'hekk ikun jista' jappoġġja aktar investimenti ta' riskju ogħla; jiddispjaċih li minkejja li dan l-investiment jitqies bħala miżura ta' darba fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika u l-Artkolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv, l-Istati Membri ma ħadux din l-inizjattiva; jitlob informazzjoni mill-BEI u l-Kummissjoni dwar jekk sadanittant sarux sforzi biex jikkonvinċu lill-Istati Membri li għandhom jikkontribwixxu għall-FEIS, u jekk ikunux jistgħu jattiraw investituri oħra; jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI jżidu l-isforzi tagħhom f'din id-direzzjoni;

Komplementarjetajiet ma' sorsi ta' finanzjament oħra tal-UE

50.  Jinnota li s-sensibilizzazzjoni tat-trikkib u l-kompetizzjoni bejn l-FEIS u strumenti finanzjarji tal-baġit tal-UE min-naħa tal-Kummissjoni u l-BEI wasslet għall-adozzjoni ta' linji gwida li jirrakkomandaw il-kombinazzjoni tal-finanzjament tal-FEIS u tal-Fond SIE; jenfasizza li kwalunkwe taħlita ta' finanzjament permezz ta' Fondi FEIS u SIE m'għandha bl-ebda mod tkun ta' detriment għal-livell u l-orjentazzjoni ta' għoti tal-finanzjament permezz tal-Fond ESI; jindika, madankollu, id-differenzi persistenti fil-kriterji ta' eliġibbiltà, ir-regolamenti, il-perjodu ta' żmien għar-rapportar u l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, li jfixlu l-użu kombinat; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni bdiet tindirizza dawn il-kwistjonijiet fil-proposta tagħha għal reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju u jittama li din ir-reviżjoni titwettaq f'waqtha sabiex tiġi ssimplifikata l-kombinazzjoni tal-finanzjament u jiġu evitati l-kompetizzjoni u t-trikkib; jemmen li jinħtieġu aktar sforzi u li t-tieni u t-tielet pilastri tal-pjan ta' investiment huma kruċjali għal dan il-għan;

51.  Jissuġġerixxi li jenħtieġ li l-Kummissjoni, fir-rapporti regolari tagħha, telenka l-proġetti li jibbenefikaw mit-taħlit tal-għotjiet tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa mal-FEIS;

52.  Jinnota li l-proġetti ta' infrastruttura tat-trasport ta' sħubija pubblika-privata (PPP) normalment għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju ta' min juża jħallas sabiex jitnaqqas il-piż impost fuq il-baġits pubbliċi u fuq il-kontribwenti tat-taxxa għall-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura; jinnota li huwa importanti li jiġu kkoordinati tipi varji ta' finanzjament tal-UE sabiex jiġi żgurat li l-objettivi tal-politika tal-UE dwar it-trasport jintlaħqu madwar l-UE kollha, u li m'għandhomx jiġu promossi fondi tat-tip PPP b'detriment tal-Fondi Strutturali;

Tassazzjoni

53.  Jinsab ferm imħasseb għall-fatt li, f'xi każijiet, il-BEI kien qed jagħmel pressjoni permezz tal-FEIS biex jiġu appoġġjati proġetti li ġew strutturati permezz ta' ditti f'rifuġji fiskali; iħeġġeġ lill-BEI u l-FEI biex iżommu lura milli jagħmlu użu minn jew jinvolvu ruħhom fl-istrutturi tal-evitar tat-taxxa, b'mod partikolari skemi tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa, jew prattiki li ma jikkonformawx ma' prinċipji ta' governanza tajba tal-UE dwar it-tassazzjoni, kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inklużi r-rakkomandazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni; jinsisti li l-ebda proġett jew promotur ma jista' jkun dipendenti fuq persuna jew kumpanija f'pajjiż inkluż fil-lista komuni tal-UE prospettiva ta' ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx;

Komunikazzjoni u viżibilità

54.  Josserva li ħafna promoturi tal-proġetti mhumiex konxji mill-eżistenza tal-FEIS, jew għandhom stampa mhux ċara biżżejjed ta' x'jista' joffri l-FEIS, il-kriterji ta' eliġibbiltà speċifiċi u l-passi konkreti li għandhom jieħdu meta japplikaw għall-finanzjament; jissottolinja li jeħtieġ li jsiru aktar sforzi, inkluż appoġġ tekniku mmirat fl-Istati Membri li bbenefikaw anqas mill-FEIS, fil-lingwa tal-UE rispettiva tagħhom, għas-sensibilizzazzjoni ta' x'inhu l-FEIS, liema prodotti u servizzi speċifiċi jista' joffri u tar-rwoli tal-pjattaformi ta' investiment u l-Banek Promozzjonali Nazzjonali;

55.  Jitlob li l-materjal ta' informazzjoni kollu u l-materjal li jifforma parti mill-proċedura ta' finanzjament jiġi tradott fil-lingwi kollha tal-Istati Membri, sabiex jiġu ffaċilitati l-informazzjoni u l-aċċess fil-livell lokali;

56.  Jesprimi tħassib li l-appoġġ dirett mogħti lill-intermedjarji finanzjarji, li min-naħa tagħhom huma responsabbli għall-allokazzjoni tal-finanzjament, jista' jwassal għal sitwazzjonijiet fejn il-benefiċjarju finali mhuwiex konxju li qed jibbenefika mill-finanzjament tal-FEIS u jitlob soluzzjonijiet biex tittejjeb il-viżibbiltà tal-FEIS; jistieden, għalhekk, lill-BEI jinkludi fil-kuntratti tal-FEIS, klawżola speċifika li tagħmilha ċara lill-promotur tal-proġetti li l-finanzjament li jirċievi sar possibbli mill-baġit tal-FEIS/UE;

Estensjoni

57.  Jirrikonoxxi li l-FEIS waħdu – u fuq skala limitata – probabbliment ma jkunx jista' jagħlaq id-distakk fl-investiment fl-Ewropa, iżda li madankollu jikkostitwixxi pilastru ċentrali tal-pjan ta' investiment tal-UE u jindika id-determinazzjoni tal-UE li tindirizza din il-kwistjoni; jitlob li jsiru aktar proposti dwar kif tingħata spinta b'mod permanenti lill-investiment fl-Ewropa;

°

°  °

58.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1)

ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.

(2)

http://www.eib.org/attachments/strategies/efsi_2015_report_ep_council_en.pdf

(3)

http://www.eib.org/attachments/ev/ev_evaluation_efsi_en.pdf, Settembru 2016

(4)

Rapport tal-14 ta' Novembru 2016, https://ec.europa.eu/priorities/sites/beta-political/files/ey-report-on-efsi_en.pdf

(5)

ĠU C 465/1, 13.12.2016.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija(*) (6.4.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

(2016/2064(INI))

Rapporteur għal opinjoni (*): Marian-Jean Marinescu

(*) Kumitat assoċjat – l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitati responsabbli, biex jinkorporaw is-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tagħhom:

1.  Jilqa' l-implimentazzjoni rapida tal-FEIS u l-investiment mobilizzat mistenni tal-operazzjonijiet approvati tiegħu mill-BEI u l-FEI, li jammontaw għal aktar minn EUR 160 biljun, u li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tat-total ta' investiment immirat biex jiġi mmobilizzat sal-2018; ifakkar, madankollu, li jenħtieġ li tittieħed inkunsiderazzjoni d-differenza bejn il-firem u l-iżborzi; jinnota, barra minn hekk, li madwar 60 % tal-investiment totali mistenni mobilizzat mill-FEIS ġej minn finanzjament privat, il-bqija ġej mill-BEI (20-25 % bħala medja), u minn kombinazzjoni ta' riżorsi minn Banek Promozzjonali Nazzjonali, awtoritajiet pubbliċi u fondi tal-UE (FSIE, CEF);

2.  Ifakkar li l-informazzjoni kollha disponibbli tikkonferma l-mobilizzazzjoni mistennija tal-investiment tal-FEIS imma jenfasizza li hu kruċjali għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet li jkunu jafu liema volumi diġà ġew trasferiti lill-kumpaniji; iqis li l-kalkolu tal-perċentwal tal-investiment privat imħallas huwa fundamentali fil-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-FEIS; iqis li għat-trasparenza tad-data pprovduta mill-BEI u l-Kummissjoni, il-pubblikazzjoni tal-ammont imħallas tkun importanti ħafna;

3.  Jinnota li fl-UE għad hemm diskrepanza fl-investiment, u jirrikonoxxi li l-FEIS jista' jikkontribwixxi biex din tingħalaq; jissottolinja l-fatt li l-għan tal-FEIS huwa l-appoġġ għal proġetti sostenibbli li jagħtu spinta lill-ekonomija reali u joħolqu wkoll benefiċċji ambjentali u soċjetali fit-tul filwaqt li jiżguraw l-addizzjonalità u l-kwalità, aktar milli jimmassimizzaw il-fatturi ta' lieva jew il-veloċità u l-volumi tal-investiment;

4  Jiddeplora n-nuqqas ta' informazzjoni fil-ħin reali fuq l-ammont ta' garanzija utilizzat; jinnota li diversi evalwazzjonijiet jindikaw effett ta' lieva ta' 14.1; jitlob lill-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS jippubblika l-multiplikatur tal-ħin reali u juża l-metodoloġija ta' kalkolu tal-OECD;

5.  Jinnota li mill-31 ta' Jannar 2017 il-benefiċjarji ewlenin kienu: f'termini assoluti, l-Italja, Spanja, Franza, ir-Renju Unit u l-Ġermanja (aktar minn 60 % tat-total tal-investiment mobilizzat); per capita, il-Finlandja, l-Irlanda, l-Estonja, Spanja u l-Italja: u f'termini ta' PDG (f'miljuni ta' EUR), l-Estonja, il-Bulgarija, Spanja, il-Litwanja u l-Portugall;

6.  Jinnota li, skont l-evalwazzjoni indipendenti(1), sa tmiem Ġunju 2016 l-UE-15 irċeviet aktar minn 90 % tal-appoġġ tal-FEIS filwaqt li t-13-il Stat Membru l-ġodda rċevew inqas minn 10 %; jiddispjaċih dwar l-iżbilanċ ġeografiku fl-allokazzjoni tal-appoġġ tal-FEIS sallum, u jfakkar li tliet Stati Membri m'għandhomx jgħoddu aktar minn 45 % tat-total tal-fondi taħt l-Opportunità tal-FEIS għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni (IIW); jistieden, għalhekk, lill-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS biex jissorlvelja u jtejjeb kontinwament il-firxa ġeografika, jippromwovi bilanċ u jtejjeb il-produttività u s-sostenibbiltà tal-ekonomiji tal-Istati Membri kollha;

7.  Iqis li t-taħlita ta' għotjiet tal-UE ma' strumenti finanzjarji tista' tikkontribwixxi għall-addizzjonalità tal-FEIS; jinnota li huma biss 11-il proġett skont l-IIW u tnejn skont l-SMEW, li jikkorrispondu għal disa' Stati Membri, li bbenefikaw minn finanzjament imħallat FEIS/FSIE; jinkoraġġixxi l-adozzjoni f'waqtha tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regolament Omnibus li tippermetti s-simplifikazzjoni tal-fondi FEIS u FSIE ikkumbinati bil-ħsieb li jiġu evitati l-kompetizzjoni u x-xogħol doppju u tiġi żgurata l-komplementarjetà u biex jiġu promossi aktar sinerġiji;

8.  Jinnota li, taħt iż-żewġ opportunitajiet, 30 % tal-finanzjament tal-FEIS intużat għall-SMEs, 23 % fis-settur tal-enerġija (7 % biss għall-effiċjenza enerġetika), 21 % fis-settur tal-RŻI u 10 % fis-settur diġitali; ifakkar li l-addizzjonalità hija prinċipju ewlieni għal proġetti biex jirċievu appoġġ mill-FEIS, u jiddispjaċih rigward in-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-livell ta' addizzjonalità tal-proġetti ffinanzjati kif ukoll dwar it-tabella ta' valutazzjoni dettaljata; ifakkar li t-tabella ta' valutazzjoni għandha tkun għodda ta' għajnuna għat-teħid ta' deċiżjonijiet; jitlob trasparenza dwar is-sistema ta' punteġġi u ta' valutazzjoni, u jitlob il-pubblikazzjoni bikrija ladarba tkun saret evalwazzjoni tal-proġett; jenfasizza li hi meħtieġa l-konformità sħiħa mal-kriterji ta' addizzjonalità kif ukoll il-proċedura xierqa ta' diliġenza dovuta qabel jingħata l-appoġġ; iqis, madankollu, li d-diversifikazzjoni settorjali għandha tittejjeb;

9.  Jenfasizza l-bżonn li tiġi riveduta d-definizzjoni attwali ta' addizzjonalità billi ssir aktar ċara u effettiva; iqis li l-addizzjonalità tista' tkun valutata aħjar jekk il-Kumitat tal-Investiment jagħmel il-profil ta' riskju ta' kull proġett tal-FEIS disponibbli; ifakkar li r-regolament attwali jippermetti l-possibbiltà ta' proġetti b'riskju aktar baxx mill-minimu mill-Attivitajiet Speċjali tal-BEI; jistieden lill-BEI jiżgura addizzjonalità reali, u jqis li l-FEIS għandu jikkunsidra biss dawk il-proġetti li l-BEI iqis li huma inaċċettabbli minħabba n-natura riskjuża tagħhom, u li l-FEIS m'għandux iwassal biex tinbidel il-marka ta' proġetti, bħal pereżempju, l-appoġġ wiesa' tal-FEIS mogħti għall-enerġija, l-effiċjenza fl-enerġija u proġetti ta' enerġija rinnovabbli, li kienu akkumpanjati minn tnaqqis korrispondenti f'investiment ordinarju tal-BEI f'dawk is-setturi; jitlob li jkun hemm trasparenza fil-proċedura ta' teħid tad-deċiżjonijiet billi tiġi żgurata d-divulgazzjoni pubblika ta' data finanzjarja aggregata relatata ma' proġetti ffinanzjati mill-BEI;

10.  Jinnota l-ħtieġa li jiżdied il-perċentwal tar-riżorsi allokati għal proġetti fit-tul bħan-netwerks tat-telekomunikazzjoni jew għal proġetti li jinvolvu l-grad relattivament għoli ta' riskju tipikament assoċjat ma' teknoloġiji ġodda emerġenti aktar avvanzati; jinnota li l-investiment fl-infrastruttura tal-broadband u l-5G, iċ-ċibersigurtà, id-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija tradizzjonali, il-mikroelettronika u l-informatika ta' prestazzjoni għolja (HPC) jista' jnaqqas aktar id-distakk diġitali;

11.  Jiddispjaċih li minkejja l-fatt li l-karatteristiċi tal-investimenti f'setturi bħat-teknoloġiji ta' tnaqqis tal-ispazju jew tal-emissjonijiet jenħtieġ li jaqblu mar-rekwiżiti tal-FEIS, s'issa f'dawn is-setturi huma biss ftit proġetti li ġew iffinanzjati taħt l-umbrella tal-FEIS u jqis li l-FEIS jenħtieġ li jiġi adattat għar-restrizzjonijiet ta' dawn is-setturi;

12.  Iqis bħala importanti, minħabba l-fatt li l-objettiv tal-FEIS hu li jalloka fondi għal proġetti ta' riskju għoli, li f'każijiet li fihom ir-reġjun fejn kien qed iseħħ il-proġett jew minn fejn kien ġej il-benefiċjarju għandhom livell baxx ta' żvilupp, dan jiġi meqjus bħala fattur ta' riskju addizzjonali;

13.  Isostni li, sabiex titjieb il-prestazzjoni tal-FEIS kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak reġjonali, jeħtieġ li jkun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-BEI, li jmexxi l-FEIS u l-Banek jew Istituzzjonijiet Promozzjonali Nazzjonali u Reġjonali;

14.  Jinnota, madankollu, li l-Banek Promozzjonali Nazzjonali jew Reġjonali jew Istituzzjonijiet Promozzjonali mhumiex ilkoll stabbiliti sew b'mod ugwali fl-Istati Membri kollha u li l-firxa ġeografika limitata tagħhom tqiegħed ostakli addizzjonali għall-kopertura ġeografika tal-FEIS; iqis li l-istabbiliment ta' Banek Promozzjonali Nazzjonali jew Reġjonali għandu jkun prijorità għolja għall-Istati Membri u l-FEIS sabiex jiġu indirizzati reġjuni fejn l-appoġġ hu meħtieġ; jitlob lill-BEI u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-Banek jew l-Istituzzjonijiet Promozzjonali Nazzjonali jkunu fuq nett bħala prijoritajiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (EIAH) u li l-għarfien meħtieġ u l-assistenza teknika jkunu provduti lill-Istati Membri; jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi u tappoġġja l-istabbiliment ta' Banek Promozzjonali Nazzjonali f'reġjuni fejn il-preżenza tagħhom hija limitata, sabiex tagħti spinta lill-proġetti fuq skala żgħira u ttejjeb id-diversifikazzjoni reġjonali u settorjali;

15.  Jitlob lill-BEI, minħabba l-importanza tal-allokazzjoni ta' fondi għal proġetti u żoni b'fattur ta' riskju għoli, biex ma jħallix li r-rata ta' imgħax fuq fondi mogħtija fil-forma ta' self tirriżulta f'deterrent u piż għall-benefiċjarji; jistieden ukoll lill-BEI iżid it-trasparenza fir-rigward tar-rata tal-imgħax u l-kummissjoni li trid titħallas għal proġetti tal-FEIS madwar l-Unjoni, u biex jiġi żgurat li dawn ma jsirux elementi ta' diskriminazzjoni bejn kategoriji differenti ta' benefiċjarji jew fost ir-reġjuni;

16.  Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-EIAH għas-suċċess tal-FEIS; jirrimarka l-bidu promettenti tiegħu, imma jinnota b'dispjaċir li ma kienx kapaċi jiffunzjona bil-potenzjal sħiħ tiegħu; jenfasizza li għandhom jiġu provduti l-mezzi meħtieġa għall-EIAH, li jikkorrispondu għal minimu ta' EUR 20 000 000 kull sena, biex ikopru l-ispejjeż tiegħu u jippermettilu jwettaq u jintensifika l-azzjonijiet u s-servizzi tiegħu; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li tissolva l-problema ta' nuqqas ta' persunal malajr kemm jista' jkun sabiex l-EIAH jista' jwettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet kollha tiegħu;

17.  Jitlob lill-EIAH iżid il-preżenza tiegħu f'pajjiżi li kellhom diffikultajiet biex jużaw il-FEIS u li għandhom nuqqas ta' kapaċità amministrattiva biex jippreżentaw proġetti vijabbli, partikolarment pajjiżi ta' koeżjoni; jistieden, barra minn hekk, lill-EIAH jipprovdi konsulenza speċifika sabiex jgħin proġetti partikolari kull fejn ikun hemm grad għoli ta' averżjoni għar-riskju jew ir-riskju huwa frammentat fost l-investituri (kif jista' jkun il-każ, pereżempju, bi proġetti transkonfinali/multinazzjonali jew proġetti ta' infrastruttura/li jiġġeneraw dħul fit-tul);

18.  Jistieden lill-EIAH jikkollabora mal-istituzzjonijiet nazzjonali xierqa sabiex tinkiseb kopertura ġeografika u settorjali aktar bilanċjata; jenfasizza r-responsabbiltà importanti tal-EIAH biex iwassal lill-FEIS fil-livell lokali kif ukolli r-rwol tiegħu bħala punt uniku ta' servizz għal konsulenza teknika u finanzjarju biex jiġu identifikati, ippreparati u żviluppati proġetti, u l-missjoni tiegħu li jiġbor flimkien b'mod proattiv proġetti fuq skala żgħira u jistabbilixxi pjattaformi ta' investiment; jenfasizza li dawn il-kompiti ma twettqux b'mod suffiċjenti u jenħtieġ li jiġu intensifikati matul il-perjodu li ġej;

19.  Jinnota li pjattaformi ta' investiment jeħtieġu aktar żmien biex isiru operattivi; jenfasizza r-rwol tagħhom fl-aggregazzjoni ta' proġetti multipli iżgħar dwar l-istess tema jew ir-raggruppament u l-iffaċilitar ta' proġetti transkonfinali;

20.  Ifakkar li wieħed mill-għanijiet tal-FEIS hu li tingħata spinta lill-proġetti fuq skala żgħira, innovattivi u riskjużi billi, fost l-oħrajn, jiġu raggruppati, possibbilment permezz ta' pjattaformi ta' investiment, f'raggruppamenti akbar li huma aktar imħejjija għall-investiment; jistieden lill-EIAH jipprevedi l-istabbiliment ta' raggruppamenti reġjonali deċentralizzati sabiex isir adattament aħjar għall-ispeċifiċitajiet ta' settur jew reġjun partikolari, bħall-effiċjenza fl-enerġija fl-Ewropa tax-Xlokk;

21.  Jistieden lill-BEI isaħħaħ il-kapaċità konsultattiva tiegħu u lill-Kummissjoni Ewropea biex iżżid l-isforzi ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni bil-ħsieb li jiżdied l-użu tal-FEIS fl-Istati Membri u r-reġjuni kollha; jiddispjaċih li ħafna partijiet ikkonċernati għadhom ma jafux dwar il-FEIS, il-possibbiltajiet tiegħu jew il-modi biex japplikaw għall-appoġġ mill-FEIS; jinnota, barra minn hekk, li f'xi każijiet il-benefiċjarji kienu jinjoraw il-fatt li diġà kellhom appoġġ mill-FEIS, l-aktar minħabba n-nuqqas ta' trasparenza min-naħa tal-intermedjarju finanzjarju li naqas milli jinfurmahom dwar l-appoġġ mill-FEIS; jemmen li n-nuqqas ta' għarfien dwar id-disponibbiltà tal-appoġġ mill-FEIS, kif ukoll in-nuqqas ta' għarfien li wieħed effettivament jista' jibbenefika mill-appoġġ mill-FEIS huma t-tnejn opportunitajiet mitlufa għall-UE; jenfasizza l-ħtieġa, għalhekk, ta' komunikazzjoni u ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni aħjar;

22.  Jitlob li l-materjal ta' informazzjoni kollu u l-materjal li jifforma parti mill-proċedura ta' finanzjament jiġi tradott fil-lingwi kollha tal-Istati Membri, sabiex jiġu ffaċilitati l-informazzjoni u l-aċċess fil-livell lokali;

23  Jiddeplora l-fatt li, minħabba l-FEIS, għadd ta' linji baġitarji kienu mnaqqsa għall-perjodu 2015–2020, dan affettwa b'mod negattiv programmi bħal Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; iqis li f'dan il-kuntest tar-reviżjoni tal-QFP dan id-defiċit baġitarju għandu jiġi rimedjat u li l-EFSI għandu jkun finanzjat minn sorsi indipendenti mill-programmi tal-UE li diġà ġew approvati; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi skeda ta' ħlas lura sħiħ f'dan ir-rigward u tibda mir-reviżjoni tal-QFP;

24.  Itenni l-importanza ta' attenzjoni fuq l-istrumenti finanzjarji biex tinkiseb informazzjoni utli għall-estensjoni tal-FEIS (FEIS II); iqis li l-finanzjament permezz tal-FEIS m'għandux jissostitwixxi għotjiet mis-sorsi ta' finanzjament tal-UE bħall-FSIE, is-CEF u Orizzont 2020; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika sorsi alternattivi ta' finanzjament għal kull estensjoni futura;

25.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' trasparenza fl-applikazzjoni tat-tabella ta' valutazzjoni għall-għażla tal-operazzjonijiet tal-FEIS. speċjalment il-ħtieġa ta' informazzjoni aċċessibbli, akkurata u aġġornata dwar l-addizzjonalità u l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet għall-għoti tal-garanzija tal-UE; jitlob lill-BEI jippubblika l-informazzjoni kollha dwar il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-impatt relatati ma' operazzjonijiet imwettqa fuq il-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment (PEPI), filwaqt li jiddikjara l-valur miżjud u l-addizzjonalità ta' kull proġett iffinanzjat; jemmen li l-BEI jenħtieġ li jippubblika data analitika għal kull proġett iffinanzjat, inkluż is-self tal-FEIS permezz ta' intermedjarji finanzjarji, billi jagħti valutazzjonijiet ex ante u ex post ta' kull proġett bi spjegazzjoni dettaljata tal-indikaturi tal-għażla u tal-valutazzjoni u l-kriterji użati; iqis, finalment, li jeħtieġ li jkunu ppubblikati ċifri objettivi dwar impjiegi diretti u indiretti maħluqa permezz tal-FEIS; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid il-potenzjal u l-viżibbiltà tal-PEPI;

26.  Hu tal-opinjoni li qabel l-adozzjoni ta' proposta għall-estensjoni tal-FEIS huwa mixtieq li jkun hemm studju aktar fil-fond u evalwazzjoni ulterjuri tar-regolament oriġinali tal-FEIS; jistenna li l-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport, speċjalment dwar diversifikazzjoni reġjonali, diversifikazzjoni settorjali, addizzjonalità, trasparenza tal-proċess tal-għażla tal-kumitati ta' tmexxija u ta' investiment, u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri ser jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-elaborazzjoni finali tar-Regolament li jestendi l-FEIS.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

3.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Edward Czesak, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, Rebecca Harms, Eva Kaili, Kaja Kallas, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Csaba Molnár, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Herbert Reul, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Vladimir Urutchev, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Rosa D’Amato, Françoise Grossetête, Barbara Kudrycka, Marian-Jean Marinescu, Victor Negrescu, Sofia Sakorafa, Davor Škrlec, Theodor Dumitru Stolojan

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

György Hölvényi, Julia Reda

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

49

+

ALDE

Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Lieve Wierinck

ECR

Edward Czesak, Ashley Fox, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Jaromír Kohlíček, Sofia Sakorafa, Neoklis Sylikiotis

PPE

Pilar Ayuso, Bendt Bendtsen, Jerzy Buzek, Françoise Grossetête, György Hölvényi, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Barbara Kudrycka, Marian-Jean Marinescu, Angelika Niebler, Herbert Reul, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Theodor Dumitru Stolojan, Vladimir Urutchev, Hermann Winkler, Anna Záborská

S&D

José Blanco López, Adam Gierek, Theresa Griffin, Eva Kaili, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Csaba Molnár, Victor Negrescu, Dan Nica, Patrizia Toia, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Verts/ALE

Reinhard Bütikofer, Rebecca Harms, Julia Reda, Davor Škrlec

2

-

EFDD

Rosa D’Amato, Dario Tamburrano

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Evalwazzjoni indipendenti tal-Pjan ta' Investiment minn EY 2016, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/commission/publications/independent-evaluation-investment-plan_mt


OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu(*) (23.3.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

(2016/2064(INI))

Rapporteurs (*): Inés Ayala Sender and Dominique Riquet

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitati responsabbli, biex jinkorporaw s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tagħhom:

1.  Jitlob lill-Kummissjoni tqis ir-rimarki magħmula mill-Parlament f'dan ir-rapport ta' implimentazzjoni meta tkun qed tagħmel il-valutazzjoni u tkun qed tfassal l-abbozz tal-proposta leġiżlattiva l-ġdida;

2.  Jilqa' l-istabbiliment tal-korpi tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u l-proċedura tal-għażla trasparenti għall-membri tal-istruttura ta' governanza tagħhom; jistieden lill-korpi tal-FEIS, madankollu, jinfurmaw lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-pubbliku b'mod regolari, fid-dettall u b'mod aktar trasparenti dwar il-proġetti tal-FEIS; jissuġġerixxi li jenħtieġ li ċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment (EIAH) isaħħaħ l-informazzjoni li huwa jagħti lill-SMEs u lill-mikrointrapriżi, fost oħrajn;

3.  Jilqa' l-Orjentament Strateġiku approvat mill-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS f'Diċembru 2015, li jinkludi limiti indikattivi tal-konċentrazzjoni ġeografika; jinnota distribuzzjoni ġeografika żbilanċjata fost il-benefiċjarji tal-FEIS; jinnota li matul l-ewwel sena tal-operazzjonijiet 92 % tal-investiment kollu kien ikkonċentrat fl-UE-15, filwaqt li 8 % biss wasal għand l-UE-13 u li, sal-ġurnata tal-lum, 10 Stati Membri, l-aktar fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, ibbenefikaw minn operazzjonijiet biss taħt it-Tieqa għall-SMEs tal-FEIS; ifakkar li l-kriterju tal-proporzjon tal-PDG huwa rilevanti, fost affarijiet oħra biex tiġi żgurata l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, bil-ħsieb li tiġi ggarantita firxa bbilanċjata ta' proġetti, b'kont meħud tal-attività ekonomika kumplessiva ta' kull pajjiż, il-ħtieġa ta' investimenti u l-livell ta' impjieg; jenfasizza li l-konċentrazzjoni tal-kapital twessa' d-disparitajiet soċjali u ekonomiċi fl-UE;

4.  Jinnota li l-investimenti b'riskju għoli ma jistgħux jiġu imposti u, f'ambjent ta' rata ta' tkabbir baxxa u ta' domanda baxxa, fil-biċċa l-kbira tagħhom ma jkunux utli; jitlob, għaldaqstant, li flimkien ma' distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata, il-finanzjament tal-FEIS jintrabat aktar mill-qrib mal-iżviluppi li jirnexxu fil-politika ekonomika u fiskali;

5.  Jiddispjaċih minħabba n-nuqqas ta' limiti tal-konċentrazzjoni fil-fażi inizjali ta' eskalazzjoni; ifakkar li s-settur tat-trasport għamel l-akbar kontribut lill-FEIS, b'EUR 2.2 biljun minn EUR 8 biljun, li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tat-total tal-fond ta' garanzija; jinnota bi tħassib li s-settur tat-trasport irċieva biss madwar 13 % tal-investiment kollu li ġie mobilizzat u magħmul disponibbli s'issa taħt it-tieqa tal-infrastruttura u l-innovazzjoni tal-FEIS, persentaġġ li huwa 'l bogħod mil-limitu ta' 30 % stabbilit għal kull wieħed mis-setturi speċifiċi; jistieden lill-Kumitat tal-Investiment jagħti attenzjoni partikolari lill-proġetti tas-settur tat-trasport, peress li dawn għadhom qed ikunu ftit li xejn rappreżentati fil-portafoll tal-investiment u t-trasport jaqdi rwol sinifikanti fit-tkabbir ekonomiku u fis-sikurezza tal-konsumatur;

6.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintroduċi regoli għall-għażla ta' proġetti sostenibbli, li jorbtuhom mal-għanijiet u l-miri prinċipali tal-politiki tal-UE, bħalma huma l-mobilità b'emissjonijiet baxxi u b'żero emissjonijiet, jew li jorbtuhom ma' inizjattivi eżistenti bħalma huma n-netwerks trans-Ewropej taċ-ċikliżmu flimkien mal-ivvjaġġar bil-ferrovija jew inizjattivi li għandhom il-għan li jerġgħu jistabbilixxu l-konnessjonijiet ferrovjarji transfruntiera reġjonali li kienu ġew abbandunati jew żarmati(1);

7.  Ifakkar li r-riżultati tat-tabella ta' valutazzjoni kemm tal-operazzjonijiet approvati u kemm ta' dawk miċħuda trid titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b'mod trasparenti u aċċessibbli u fuq bażi regolari;

8.  Jesprimi dubji dwar l-addizzjonalità ta' xi wħud mill-ewwel proġetti tat-trasport li ntgħażlu peress li x'aktarx li setgħu ġew iffinanzjati mingħajr il-FEIS;

9.  Jirrikonoxxi li l-proġetti ta' infrastruttura mressqa lill-BEI spiss jaqgħu taħt l-operazzjonijiet tradizzjonali tal-BEI peress li jitressqu mill-awtoritajiet sostnuti b'garanziji pubbliċi, u għalhekk jikkostitwixxu riskju aktar baxx; jistieden lill-BEI janalizza parametri oħra li jkunu jippermettu lil tali proġetti jikkwalifikaw bħala addizzjonali u xierqa għall-FEIS, kif ukoll isaħħaħ il-promozzjoni tal-opportunitajiet tal-FEIS fost is-sħab privati sabiex ġenwinament iżid il-għadd ta' proġetti taħt din is-sejħa tal-bidu tal-FEIS;

10.  Jitlob li fil-proċess tal-għażla jitqies il-Valur Miżjud Ewropew u li l-FEIS ikun konformi mal-għanijiet ta' politika tal-UE, b'mod partikolari l-proġetti transfruntiera u proġetti oħra identifikati minn qabel fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u inizjattivi ewlenin oħra tal-UE fil-qasam tat-trasport (bħalma huma l-ERTMS u s-SESAR); jenfasizza li għandhom jiġu kkunsidrati prijoritajiet ta' politika oħra tal-Unjoni, bħalma huma l-mobilità intermodali b'emissjonijiet baxxi u b'żero emissjonijiet, l-impjiegi ta' kwalità għolja, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, l-infrastrutturi sostenibbli, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u s-sinerġiji bejn in-netwerks trans-Ewropej tat-trasport, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjonijiet ;

11.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffoka fuq l-investiment fi proġetti li jikkontribwixxu biex jitnaqqsu l-ispejjeż esterni;

12.  Iqis li t-taħlit tal-għotjiet tal-UE ma' strumenti finanzjarji jista' wkoll jiżgura l-addizzjonalità meħtieġa u se jimmobilizza lill-investituri biex iressqu proġetti li inkella ma kinux jitwettqu; jitlob lill-BEI u lill-Kummissjoni jippromwovu t-taħlit tal-għotjiet tal-UE (diversi mekkaniżmi tal-UE bħalma huma l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, Orizzont 2020, il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE)) mal-FEIS sabiex itejbu l-profil finanzjarju tal-proġetti ta' infrastruttura li jipprovdu Valur Miżjud Ewropew;

13.  Jinnota li l-proġetti ta' infrastruttura tat-trasport ta' sħubija pubblika-privata (PPP) normalment għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju ta' min juża jħallas sabiex jitnaqqas il-piż impost fuq il-baġits pubbliċi u fuq il-kontribwenti għall-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura; jinnota li huwa importanti li jiġu kkoordinati tipi varji ta' finanzjament tal-UE sabiex jiġi żgurat li l-objettivi tal-politika tal-UE dwar it-trasport jintlaħqu madwar l-UE kollha, u li m'għandhomx jiġu promossi fondi tat-tip PPP b'detriment tal-Fondi Strutturali;

14.  Jenfasizza l-bidu promettenti li ngħata liċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (EIAH) u jirrikonoxxi l-konċentrazzjoni ġeografika u settorjali tal-investimenti li hemm s'issa; jistieden l-EIAH itejjeb il-prestazzjoni ġenerali tiegħu u jżid il-preżenza tiegħu fil-pajjiżi li fihom l-FEIS kellu diffikultajiet biex jaqbad u fejn hemm nuqqas ta' kapaċità amministrattiva biex jitressqu proġetti vijabbli, b'mod partikolari fil-pajjiżi ta' koeżjoni; jistieden lill-EIAH, barra minn hekk, jipprovdi parir speċifiku sabiex jgħin lil proġetti ta' trasport speċifiċi kulfejn hemm l-averżjoni għolja għar-riskju jew fejn ir-riskju huwa frammentat fost l-investituri (bħalma huma l-proġetti transfruntiera/multinazzjonali, proġetti infrastrutturali għall-ġejjieni 'l bogħod/li jiġġeneraw dħul);

15.  Jemmen li sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tal-FEIS kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell reġjonali u sabiex jittejjeb ukoll il-valur miżjud għall-Ewropa, hemm il-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni bejn il-BEI, li jorjenta lill-FEIS, u l-banek promozzjonali nazzjonali u reġjonali, kif ukoll mal-awtoritajiet lokali;

16.  Jinnota bi tħassib li l-għadd żgħir ta' proġetti tat-trasport fil-FEIS jidhru li huma xhieda li dan is-settur isibha diffiċli biex jikseb finanzjament fil-biċċa l-kbira jew esklużivament minn investituri privati, anke fejn il-finanzjament tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ġie kważi eżawrit u l-ebda finanzjament alternattiv tal-UE ma huwa disponibbli sal-2020; jitlob, għalhekk, li l-finanzjament taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) jingħata spinta taħt il-qafas finanzjarju li jmiss;

17.  Jiddeplora n-nuqqas ta' data disponibbli dwar l-ammont totali tal-operazzjonijiet iffirmati taħt "it-Tieqa għall-SMEs" tal-FEIS u tal-investimenti relatati, speċjalment fir-rigward tal-katina tal-provvista tat-trasport, fl-aeronawtika u fis-settur ferrovjarju, u l-fatt li dan jagħmel il-verifika tal-proġetti, tar-riżultati, tal-istejjer ta' suċċess u tal-punti ta' riferiment diffiċli; jinsisti li l-problema tan-nuqqas ta' data disponibbli tiġi rettifikata; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-għoti ta' aktar appoġġ lill-SMEs kif ukoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

18.  Jissuġġerixxi li jenħtieġ li l-Kummissjoni, fir-rapporti regolari tagħha, telenka l-proġetti li jibbenefikaw mit-taħlit tal-għotjiet tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa mal-FEIS;

19.  Jirrakkomanda li tiżdied il-viżibilità tal-finanzjament tal-FEIS billi tittieħed azzjoni soda fl-UE kollha permezz ta' kampanja ta' informazzjoni u permezz tal-varar ta' logo tal-FEIS.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Peter Lundgren, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Mark Demesmaeker, Bas Eickhout, Markus Ferber, Patricija Šulin, Matthijs van Miltenburg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Herbert Dorfmann

(1)

www.missing-rail-links.eu


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (10.11.2016)

għall-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

(2016/2064(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Emmanuel Maurel

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitati responsabbli, biex jinkorporaw s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tagħhom:

1.  Jemmen li l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), li jintuża biex jiffinanzja proġetti riskjużi u innovattivi, jista' jintuża bħala għodda biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-impjiegi fl-UE u jiġi promoss l-iżvilupp ta' industrija b'saħħitha, sostenibbli u kompetittiva, sakemm dan jiġi utilizzat ma' strumenti ta' difiża kummerċjali effettivi; jappella f'dan ir-rigward għat-tisħiħ tar-rwol tal-FEIS fl-aġenda ta' koeżjoni permezz ta' titjib fil-bilanċ ġeografiku u settorjali tal-investimenti magħmula taħt dan il-qafas; huwa tal-fehma li l-ostakoli li jista' jirrappreżenta t-taħlit tal-FEIS ma' strumenti oħra tal-UE (b'mod partikolari l-FSIE) għandhom jitneħħew u li s-setturi eliġibbli tal-FEIS għandhom jiġu estiżi;

2.  Ifakkar li ċ-Ċina biħsiebha tikkontribwixxi għall-FEIS u li l-Kummissjoni indikat li ċ-Ċina mhux se tingħata xi tip ta' vantaġġ bħala kumpens, b'mod partikolari f'termini ta' governanza; jenfasizza li kwalunkwe kontribuzzjoni min-naħa taċ-Ċina m'għandhiex tkun marbuta mal-kwistjoni tal-istatus ta' ekonomija tas-suq u jistieden lill-BEI jiżgura trasparenza fl-immaniġġjar tal-fondi fir-rigward tal-oriġini ta' kwalunkwe kontribuzzjoni pubblika, privata u partijiet terzi, u jipprovdi data konkreta, inkluż fuq proġetti speċifiċi u fuq l-investituri barranin, u jenfasizza r-rekwiżiti ta' rappurtar lill-Parlament fir-regolament tal-FEIS; itenni l-fatt li l-kontributuri kollha futuri possibbli ta' pajjiżi terzi jridu jissodisfaw ir-regoli kollha tal-UE dwar l-akkwist pubbliku, il-liġi tax-xogħol u r-regolamenti ambjentali u jistenna li l-kriterji soċjali u ambjentali applikabbli għall-proġetti tal-BEI jiġu rispettati bis-sħiħ f'deċiżjonijiet ta' proġetti tal-FEIS;

3.  Iqis li huwa essenzjali li l-UE tiddiversifika kemm jista' jkun is-sorsi ta' finanzjament tagħha u li, l-ewwel u qabel kollox tattira investiment privat;

4.  Jirrimarka li l-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea, iżda li 13 % biss tal-SMEs iwettqu kummerċ barra l-UE; huwa tal-fehma li l-FEIS, f'sinerġija mal-programm COSME, għandu jagħti prijorità lill-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs billi jappoġġa proġetti konkreti li jkollhom bħala l-għan tagħhom l-attivitajiet ta' esportazzjoni tal-SMEs Ewropej; itenni t-talba tiegħu biex jitjiebu l-għodod eżistenti, u jitlob li jkun hemm komunikazzjoni aħjar bejn il-Kummissjoni u l-BEI dwar l-appoġġ disponibbli u biex jissaħħaħ ir-rwol taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (EIAH) billi jingħatalu missjoni ta' għajnuna dwar l-esportazzjoni; iqis li l-SMEs għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn interlokutur regolari fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet;

5.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tniedi Pjan ta' Investiment Estern għall-Ewropa (PIE) sabiex timmobilizza bejn EUR 44 biljun u EUR 88 biljun f'investimenti fl-Afrika u l-viċinat tal-UE, filwaqt li jiġi rikonoxxut ir-rwol tal-investiment privat fl-istrateġiji ta' żvilupp; jenfasizza li dawn l-istrumenti għandhom jiġu evalwati b'mod regolari u ma għandhomx jieħdu post investimenti eżistenti, għandhom jikkonformaw mal-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp kif ukoll mal-prinċipju ta' addizzjonalità fir-rigward ta' strumenti oħra, u għandhom ikunu mmirati lejn proġetti riskjużi u ta' strutturar u, fejn possibbli, proġetti fuq skala żgħira, u orjentati lejn il-ħtiġijiet reali ta' pajjiżi speċifiċi sabiex ikun hemm titjib tanġibbli fil-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-popolazzjoni lokali permezz tal-ħolqien fuq bażi lokali ta' impjiegi deċenti; u b'hekk jikkontribwixxu biex itaffu l-kriżi tal-migrazzjoni;

6.  Jinsisti, b'rabta mal-pjan ta' investiment estern, li l-ebda investitur jew promotur tal-proġetti ma jista' jkun jiddependi fuq persuna jew kumpanija li qiegħda topera f'pajjiż inkluż fil-lista Ewropea prospettiva ta' ġurisdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx;

7.  Huwa tal-fehma li strumenti ta' dan it-tip għandhom ikunu kompatibbli mal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-UE kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u li l-konformità ma' dawk il-prinċipji għandha tkun inkluża mar-riżultati miksuba bħala l-aktar kriterji importanti fil-valutazzjoni tal-effiċjenza tal-PIE f'rapporti dwar l-implimentazzjoni tiegħu; jenfasizza li l-PIE tal-futur għandu jħeġġeġ l-investiment privat fl-Afrika u bejn l-UE u l-pajjiżi tal-viċinat sabiex tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU u l-ftehim ta' Pariġi dwar il-klima;

8.  Jissuġġerixxi li l-PIE jgħin jiffinanzja attivitajiet ta' mikrokreditu għall-gruppi l-aktar vulnerabbli;

9.  Jenfasizza l-potenzjal kbir tad-delegazzjonijiet tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jistabbilixxu kuntatti bejn l-investituri u pajjiżi li huma pajjiżi benefiċjarji tal-proġetti; jitlob li l-Parlament ikun involut mill-qrib fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' investiment estern permezz ta' rapporti ta' progress fuq bażi regolari tal-Kummissjoni.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

9.11.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Karoline Graswander-Hainz, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Nicola Danti, Syed Kamall, Frédérique Ries, Fernando Ruas, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Philippe Loiseau


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (12.4.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

(2016/2064(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Hannu Takkula

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitati responsabbli, biex jinkorporaw is-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tagħhom:

A.  billi l-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa huwa parti minn strateġija usa' mmirata lejn it-treġġigħ lura tax-xejra negattiva osservata fl-investiment pubbliku u privat permezz tal-mobilizzazzjoni ta' likwidità finanzjarja ġdida u privata li trid tiġi injettata fl-ekonomija reali bil-għan li jitrawmu investimenti strateġiċi u sostenibbli fit-tul madwar l-Unjoni; billi l-Pjan ta' Investiment huwa msejjes fuq tliet pilastri: li jiġi mobilizzat il-finanzjament għall-investiment, li jiġi żgurat li l-investiment jilħaq l-ekonomija reali u li jittejjeb l-ambjent tal-investiment fl-Unjoni; billi, għall-finijiet ta' diversifikazzjoni ġeografika, huwa essenzjali li l-ambjent tal-investiment fl-Unjoni hija jittejjeb billi jitneħħew l-ostakoli għall-investiment; billi l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) għandhom jitqiesu bħala komplementari għal azzjonijiet oħrajn meħtieġa biex jitnaqqsu l-lakuni fl-investiment fl-Unjoni u, billi jaġixxi bħala fond ta' garanzija, bħala stimolu għal investimenti ġodda;

B.  billi l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) kien inizjalment maħsub biex jindirizza diversi forom ta' falliment tas-suq u sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali li jirriżultaw minħabba għadd ta' diffikultajiet regolatorji;

C.  billi l-FEIS huwa għodda sinifikanti li tikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif ukoll li tappoġġa l-opportunitajiet ta' impjiegi, b'mod partikolari billi tagħti appoġġ qawwi lill-SMEs;

D.  billi huwa importanti li l-FEIS jipprevedi kontribuzzjonijiet xierqa sabiex ikun jista' jirreaġixxi b'mod adegwat għall-ħtiġijiet tas-suq u sabiex jirnexxilu jattira kapital sinifikanti mis-settur privat;

E.  billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ħarġet opinjoni li sabet li "l-pjanijiet tal-Kummissjoni Ewropea li żżid u testendi l-fond ta' investiment fil-qalba tal-"Pjan Juncker" tfasslu malajr wisq u bi ftit evidenza li ż-żieda hija ġustifikata"; billi l-QEA stqarret ukoll li "[l-]Proposta tnediet mingħajr valutazzjoni komprensiva tal-impatt", u kkritikat "it-tneħħija tad-dispożizzjoni li torbot il-kontinwazzjoni [...] tal-FEIS mar-riżultati ta' evalwazzjoni indipendenti";

F.  billi l-QEA enfasizzat ukoll ir-riskju li l-effett multiplikatur huwa esaġerat, u li l-għanijiet u r-riżultati ċċitati kienu projezzjonijiet u ma kinux ikkonfermati minn statistika tanġibbli, preċiża, ċara u aġġornata;

1.  Jinnota li l-għan tal-FEIS huwa li jimmobilizza, permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), b'appoġġ mill-baġit tal-UE, total ta' EUR 315 biljun f'investiment addizzjonali u proġetti ġodda fl-ekonomija reali sal-2018; itenni li l-FEIS huwa għodda maħsuba bħala stimolu għall-investimenti privati, ibbażati fuq is-suq;

2.  Jinnota l-evalwazzjoni tal-BEI dwar il-funzjonament tal-FEIS ippubblikata f'Settembru 2016; jilqa' l-flussi ta' investiment pożittivi li l-FEIS għadda lejn l-SMEs, filwaqt li jinnota li 58 % tal-mira ta' finanzjament tal-SMEs kienet diġà ntlaħqet f'Ġunju 2016; jilqa' l-opinjoni tal-QEA Nru 2/2016 bit-titolu "Il-FEIS: proposta bikrija għall-estensjoni u l-espansjoni" dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-estensjoni tal-FEIS (COM(2016)0597) u l-evalwazzjoni tagħha dwar l-użu tal-garanzija tal-UE u l-funzjonament tal-Fond ta' Garanzija (SWD(2016)0297);

3.  Ifakkar li l-proġetti kollha appoġġati mill-FEIS għandhom jissodisfaw il-kriterji ta' addizzjonalità u li l-bażi għal din il-valutazzjoni għandha tkun dokumentata; jiddispjaċih li t-tabelli ta' valutazzjoni għall-operazzjonijiet approvati mhumiex ippubblikati; ifakkar li dan in-nuqqas ta' pubblikazzjoni joħloq kwistjonijiet kemm ta' responsabbiltà kif ukoll ta' trasparenza; jisħaq fuq il-fatt li hemm bżonn aktar trasparenza u pubbliċità rigward il-kriterji applikabbli għall-proġetti ewlenin iffinanzjati mill-FEIS sabiex jiżdiedu l-fiduċja u l-attrattiva tas-swieq għall-FEIS bħala għodda effiċjenti ta' finanzjament;

4.  Ifakkar li l-objettiv tal-FEIS, li b'differenza għal strumenti ta' finanzjament tal-BEI oħrajn eżistenti huwa appoġġat mill-baġit tal-UE, huwa li jidentifika profili ta' proġetti distinti, ġenwinament addizzjonali u innovattivi u aktar riskjużi flimkien ma' kontropartijiet ġodda mis-settur privat, kif ukoll li jenfasizza l-potenzjal tiegħu għall-finanzjament ta' intrapriżi ta' teknoloġija għolja u setturi orjentati lejn il-ġejjieni, li għandhom ikunu fil-qalba tal-programm ta' finanzjament;

5.  Jirrikonoxxi li t-tnedija tal-FEIS malajr biddlet il-profil u l-mudell kummerċjali tal-BEI f'termini ta' proċessi u monitoraġġ tal-firem u tal-kuntratti;

6.  Iqis li, biex id-domanda għall-investiment tingħata reazzjoni adegwata u biex il-ħtiġijiet tal-pajjiżi u tas-setturi jiġu indirizzati aħjar, ikun xieraq li titwettaq analiżi preliminari fil-livell nazzjonali dwar il-kawżi possibbli tal-lakuni fis-suq u fl-investiment privat li jeżistu fis-setturi u t-tip ta' attività assenjati lill-FEIS;

7.  Jenfasizza li huwa kruċjali li fl-implimentazzjoni tal-proġetti magħżula jiġi kkunsidrat u jissaħħaħ il-valur miżjud Ewropew transkonfinali u li jiġi mistoqsi jekk tali proġetti jagħtux kontribut effikaċi għall-objettivi ekonomiċi u ta' politika komuni eżistenti tal-UE;

8.  Jinnota li d-distribuzzjoni ġeografika tal-proġetti sa issa kienet irregolari; ifakkar li, għall-benefiċċju tal-objettivi ta' koeżjoni u sostenibbiltà, għandha titqies firxa ġeografika aħjar fl-implimentazzjoni tar-riżerva ta' proġetti tal-FEIS, li tieħu kont tal-potenzjal taż-żoni skarsament popolati fl-UE, filwaqt li ssir enfasi fuq il-fattibbiltà, il-prattikabbiltà u l-kriterji finanzjarji sabiex jittejjeb ir-rendiment tal-fondi u jissaħħu l-objettivi primarji tal-fond; ifakkar li, bħala strument ibbażat fuq is-suq, il-FEIS ma jistax jaffronta waħdu l-lakuni ġeografiċi fl-investiment fl-Unjoni;

9.  Iħeġġeġ lill-Bord ta' Tmexxija u lill-Kumitat tal-Investiment tal-FEIS jiżguraw li l-finanzjament għall-proġetti ma jkunx ikkonċentrat fi swieq jew f'investimenti fejn huwa anqas ovvju jew meħtieġ;

10.  Ifakkar li l-Opportunità ta' Infrastruttura u Innovazzjoni kienet laħqet biss 9 % tal-mira sa Ġunju 2016; jinkoraġġixxi aktar kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar il-possibbiltajiet li joffri l-FEIS għal innovazzjonijiet aktar riskjużi;

11.  Jitlob lill-BEI biex itejjeb l-iżbilanċ ġeografiku kemm jista' jkun u biex jiftaħ is-setturi kkonċentrati fil-portafoll tal-FEIS, b'mod partikolari fil-qafas tal-Opportunità ta' Infrastruttura u Innovazzjoni (IIW) u l-Opportunità għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEW), billi jsaħħaħ l-attivitajiet ta' konsulenza tiegħu għad-disinn ta' proġetti fl-Istati Membri u l-assistenza teknika permezz taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (EIAH), inkluża l-possibbiltà ta' żieda fil-baġit meta dan ikun iġġustifikat;

12.  Jappella biex il-BEI jissemplifika l-proċess ta' applikazzjoni u jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-viżibbiltà tal-FEIS, l-interess fih u l-għarfien dwaru, speċjalment għall-SMEs fl-Istati Membri;

13.  Jistieden lill-BEI jikkunsidra wkoll li jespandi l-għadd ta' setturi eliġibbli għal finanzjament mill-FEIS (b'mod li jkunu inklużi, pereżempju, l-ambjent, il-bijoekonomija u l-infrastruttura soċjali) jew li jadatta aħjar it-tip u d-daqs tal-proġetti għall-ħtiġijiet tas-suq fl-Istati Membri;

14.  Jemmen li l-atturi lokali u reġjonali għandhom jingħataw linji gwida strateġiċi jew kjarifiki adegwati, b'mod partikolari fir-rigward tal-objettivi tal-FEIS, il-pożizzjonament tiegħu u l-possibbiltà li jiġi kkombinat ma' fondi oħra tal-Unjoni jew tal-BEI; jirrimarka li l-FEIS m'għandux jiġi kkunsidrat sempliċiment bħala sors finanzjarju addizzjonali ġdid u li għandha tingħata l-attenzjoni dovuta biex jiġu evitati l-immirar doppju u l-finanzjament doppju;

15.  Jappella biex il-BEI, matul il-proċess ta' għażla, jikkunsidra b'attenzjoni l-addizzjonalità reali u d-dinamiċi ġodda kif ukoll l-iskala tal-effett multiplikatur, li jistgħu jvarjaw minn proġett għall-ieħor, b'mod partikolari f'oqsma fejn il-BEI jew il-FEI ma kinux diġà involuti, f'każijiet ta' falliment tas-suq jew f'sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali;

16.  Jilqa' ż-żieda fil-volum tal-attivitajiet speċjali tal-BEI wara l-ewwel sena u nofs tal-FEIS, li tirrifletti evoluzzjoni fil-kawtela tal-BEI f'dak li għandu x'jaqsam mal-kultura tar-riskju u l-politika tas-self tiegħu;

17.  Jemmen li l-attivitajiet speċjali tal-BEI appoġġati mill-FEIS għandhom jitqiesu bħala vetturi ta' addizzjonalità meta mqabblin ma' strumenti finanzjarji oħrajn tal-BEI, tal-FEI jew tal-Unjoni, sabiex jiġu indirizzati aħjar il-fallimenti tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali;

18.  Iqis li l-ingranaġġ ivarja minn proġett għal proġett skont l-iskala u l-kumplessità tal-proġetti u skont il-korrelazzjoni bejn sfidi settorjali importanti u l-aspettattivi tal-benefiċjarji aħħarin fi sfond ta' fondi pubbliċi skarsi; huwa tal-fehma li l-ipoteżi ta' kwalunkwe effett ta' ingranaġġ medju tista' titkejjel biss fi tmiem iċ-ċiklu tal-investiment filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi; jipproponi li l-Metodoloġija tal-Multiplikatur tal-FEIS tiġi allinjata mal-metodoloġija suġġerita mill-OECD, filwaqt li jitqiesu l-proġetti ta' investiment li l-investituri ħadu impenn lejhom jew li jiffurmaw parti minn programmi nazzjonali li kienu jeżistu diġà jew li kienu mħabbra minn qabel ma tnieda l-FEIS;

19.  Jappella biex il-BEI jagħti informazzjoni ulterjuri dwar l-effett ta' ingranaġġ għal kull operazzjoni u mhux biss fuq bażi tal-medja, filwaqt li juri wkoll l-iskala tal-finanzjament privat li jkun ġie attirat; iqis, barra minn hekk, li l-effikaċja tal-interventi għandha tiġi vvalutata abbażi tal-potenzjal tal-istrumenti finanzjarji, filwaqt li jitqiesu wkoll ir-riżultati kwantifikabbli li jistgħu jinkisbu;

20.  Jisħaq fuq l-importanza li ma jingħatax finanzjament għal proġetti li altrimenti kienu jiġu ffinanzjati mingħajr l-appoġġ tal-FEIS, għax dan inaqqas il-possibbiltajiet ta' finanzjament għal dawk il-proġetti li ġenwinament jeħtieġu finanzjament mill-FEIS; jappella, għalhekk, biex il-BEI, u b'mod partikolari l-Kumitat tal-Investiment tal-FEIS, jagħtu attenzjoni partikolari għall-prinċipju ewlieni tal-addizzjonalità u l-mod kif dan il-prinċipju jiġi mifhum, interpretat u implimentat, sabiex jevitaw li jagħmlu tibdiliet inġusti fis-swieq;

21.  Jinnota li l-addizzjonalità għandha mnejn tkun ta' sfida bħala kejl; għaldaqstant, rekwiżiti oħra, bħalma hija l-innovazzjoni, għandhom jingħataw importanza ugwali fl-għażla tal-proġetti li jridu jiġu ffinanzjati;

22.  Jitlob li tiġi pprovduta informazzjoni kwalitattiva kompluta u rilevanti dwar il-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-objettivi ddikjarati tal-FEIS, li tkun turi l-impatt u l-addizzjonalità reali tagħhom meta mqabblin mal-valuri referenzjarji, bil-ħsieb ukoll tal-estensjoni tal-FEIS lil hinn mill-2017;

23.  Huwa tal-fehma li għandha tiġi pprovduta informazzjoni kwalitattiva rilevanti dwar il-ġestjoni għal kull proġett kopert mill-garanzija tal-FEIS, abbażi ta' indikaturi ta' monitoraġġ jew ta' addizzjonalità, sabiex jiġu evalwati l-valur miżjud u l-effikaċja jew il-kontribut għall-politiki tal-UE; jitlob li l-BEI, fir-rappurtar tiegħu, jinkludi valutazzjoni tal-kwalità tal-operazzjonijiet, l-esponiment għar-riskju tagħhom u l-ispejjeż amministrattivi tagħhom;

24.  Iqis li huwa importanti għall-mobilizzazzjoni tal-kapital tas-settur privat li l-BEI jeħles lill-investituri minn uħud mir-riskji li jkunu jinvolvu l-proġetti potenzjali; jistieden ukoll lill-BEI jsaħħaħ kemm l-attrattiva tal-FEIS kif ukoll il-viżibbiltà tiegħu fil-linji gwida ta' investiment u l-proġetti li jridu jiġu ffinanzjati billi jkompli jiżviluppa politika aktar effikaċi għas-sensibilizzazzjoni fost l-investituri privati potenzjali u l-promoturi tal-proġetti fil-livell lokali u reġjonali;

25.  Jinsisti, għal finijiet ta' responsabbiltà, fuq l-iżvilupp ta' investimenti mmexxija mir-riżultati li jridu jiġu vvalutati regolarment mill-Kumitat tal-Investiment permezz tat-tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi, bil-għan li jiġu identifikati proġetti mmirati sew f'termini tal-effikaċja tal-impatt makroekonimku tagħhom jew tal-effett ta' stimolu tagħhom fuq it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, u jappella għal stampa oġġettiva tal-addizzjonalità u l-valur miżjud ta' dawn il-proġetti, kif ukoll il-koerenza tagħhom mal-politiki tal-Unjoni jew ma' operazzjonijiet klassiċi oħrajn tal-BEI;

26.  Jitlob lill-BEI jiżvela informazzjoni sħiħa dwar ir-riżultati miksuba mill-proġetti li jibbenefikaw mill-garanzija tal-FEIS abbażi tat-tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi tal-FEIS u l-kriterji u l-koeffiċjenti tal-korrezzjoni relatati, inklużi, fost l-oħrajn, il-kontribut tagħhom għall-objettivi tal-FEIS, l-addizzjonalità, il-vijabbiltà ekonomika u teknika u l-massimizzazzjoni tal-investiment privat;

27.  Iħeġġeġ titjib fit-trasparenza tal-proċess tal-għażla tal-operazzjonijiet u l-iżvelar tal-informazzjoni operattiva kollha dwar l-operazzjonijiet iffirmati permezz tat-tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi, kif ukoll ir-responsabbiltà tal-operazzjonijiet; iqis, barra minn hekk, li l-konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandha tissaħħaħ u tiġi ddokumentata kif xieraq matul il-valutazzjoni tal-proġetti;

28.  Jitlob li l-arranġamenti ta' governanza jiġu razzjonalizzati sabiex jiġu definiti aħjar ir-responsabbiltajiet rispettivi tal-Kummissjoni u tal-BEI, tkun żgurata l-indipendenza, jiġu impeduti l-kunflitti ta' interess tad-diversi atturi li jipparteċipaw fil-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet, speċjalment il-membri tal-Kumitat tal-Investiment tal-FEIS, u jiġi stabbilit – għal finijiet ta' responsabbiltà – min għandu jwieġeb quddiem l-awtoritajiet baġitarji u leġiżlattivi tal-UE għall-prestazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju tal-FEIS;

29.  Jisħaq fuq il-fatt li d-dispożizzjonijiet b'rabta mat-trasparenza u dawk ta' natura fiskali għandhom jiżdiedu u jissaħħu, b'mod partikolari d-dispożizzjoni dwar l-evitar tat-taxxa;

30.  Itenni li l-Parlament għandu rwol ewlieni x'jiżvolġi fil-monitoraġġ tal-valur miżjud u l-addizzjonalità tal-FEIS;

31.  Itenni r-rwol tal-QEA fil-qasam tal-awditjar stabbilit fl-Artikolu 20 tar-Regolament dwar il-FEIS; jiġbed l-attenzjoni għall-opinjoni tal-QEA Nru 2/2016 bit-titolu "Il-FEIS: proposta bikrija għall-estensjoni u l-espansjoni"; jinnota bi tħassib l-osservazzjoni tal-QEA li ftit li xejn hemm evidenza għaż-żieda proposta tal-Garanzija tal-UE; ifakkar li d-drittijiet tal-QEA fil-qasam tal-awditjar stabbiliti fl-Artikolu 287 tat-TFUE għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ;

32.  Jiddispjaċih li l-proposta għall-estensjoni tal-FEIS mhijiex akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt kif previst mil-linji gwida għal regolamentazzjoni aħjar u minn evalwazzjoni ex ante kif meħtieġ skont l-Artikoli 30 u 140 tar-Regolament Finanzjarju għall-programmi ta' nfiq u l-istrumenti finanzjarji; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2016)0597) għall-estensjoni tad-durata tal-FEIS; jilqa' t-titjib propost għar-Regolament dwar il-FEIS; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-proposta ma ġietx akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt u ma tirrispettax il-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar; ifakkar li, bil-ħsieb għal possibbiltà ta' estensjoni għal wara l-2020, il-valutazzjoni tal-impatt għandha titwettaq qabel ma l-proposta tiġi ppreżentata lill-Parlament u lill-Kunsill;

33.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-FEIS tqies bħala eċċezzjoni għar-rekwiżit tar-Regolament Finanzjarju, minkejja li l-baġit tal-UE jipprovdi l-biċċa l-kbira tal-finanzjament għall-Fondi ta' Garanzija u li l-garanzija baġitarja għall-BEI toħloq obbligazzjonijiet kontinġenti sinifikanti għall-baġit tal-UE;

34.  Jinnota li l-impatt tar-riskju tal-FEIS ġie esaġerat; jaqbel mal-QEA meta din osservat illi l-impatt tal-finanzjament tal-Fond ta' Garanzija mill-baġit tal-UE kien ikun aktar baxx li kieku l-Kummissjoni kienet adottat l-istess ipoteżijiet għall-proposta inizjali tal-FEIS;

35.  Jitlob kjarifika dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal proġetti li jikkombinaw finanzjament mill-FEIS u mill-Fondi Strutturali.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

12.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Inés Ayala Sender, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Bogusław Liberadzki, Fulvio Martusciello, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Bart Staes, Hannu Takkula, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Julia Pitera, Miroslav Poche

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

ENF

PPE

S&D

GREENS

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Hannu Takkula

Jean-François Jalkh

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Fulvio Martusciello, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Joachim Zeller

Inés Ayala Sender, Cătălin Sorin Ivan, Arndt Kohn, Bogusław Liberadzki, Miroslav Poche, Derek Vaughan

Bart Staes, Indrek Tarand

2

-

EFDD

Jonathan Arnott, Marco Valli

1

0

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (31.1.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

(2016/2064(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Romana Tomc

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jemmen li l-għan prinċipali tal-proġetti ffinanzjati taħt il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) għandu jkun li joħloq tkabbir sostenibbli u suq tax-xogħol li kapaċi joffri impjiegi ta' kwalità fl-Ewropa u b'hekk isaħħaħ il-benesseri taċ-ċittadini tal-UE, il-koeżjoni u l-inklużjoni soċjali; jilqa', għalhekk, il-fatt li l-fond diġà għen biex jingħata aċċess aħjar għall-finanzjament;

2.  Ifakkar li l-FEIS għandu l-għan li jimla l-lakuni eżistenti u s-sitwazzjonijiet ta' investiment suboptimali fl-UE bl-użu ta' fondi pubbliċi sabiex tiżdied id-disponibbiltà ta' finanzjament tar-riskju, kif ukoll biex jimmobilizza l-kapital privat u jiżgura li l-investimenti jilħqu l-ekonomija reali; jemmen li proġetti ffinanzjati taħt il-FEIS għandhom joħolqu tkabbir fuq terminu twil, immexxi mill-innovazzjoni, sostenibbli u inklużiv, li jistimula l-ħolqien tal-impjiegi, inkluż f'żoni fl-Ewropa fejn il-qgħad huwa għoli u problematiku, u jinvestu f'setturi li huma kritiċi għall-futur tal-Ewropa, notevolment permezz tal-kapital soċjali u uman, l-infrastrutturi Ewropej u l-industrija; jenfasizza li l-proġetti kollha appoġġjati mill-FEIS għandhom ikunu bbażati fuq il-kunċett tal-addizjonalità, jiġifieri li huma ma setgħux jitwettqu mingħajr l-appoġġ tal-FEIS; jappoġġja l-valutazzjoni tal-BEI, li titlob definizzjoni aħjar tal-addizzjonalità;

3.  Jinnota li l-FEIS beda jiffunzjona b'suċċess, u diġà qed jagħti riżultati konkreti f'xi Stati Membri u għalhekk jaġixxi bħala strument pożittiv biex jegħleb in-nuqqas ta' investiment u biex jiġġieled il-qgħad fl-Ewropa permezz ta' azzjoni kkoordinata;

4.  Jemmen li l-FEIS jista' jkun pass importanti biex tintwera l-effikaċja ta' użu aktar innovattiv mill-baġit tal-UE, bl-użu tal-baġit tal-UE bħala lieva biex jagħti spinta lill-investiment fl-ekonomija reali; jenfasizza li, skont il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), għadu kmieni wisq biex jinħarġu konklużjonijiet dwar l-effikaċja ġenerali tiegħu;

5.  Jinsab imħasseb ħafna minħabba l-fatt li l-maġġoranza tal-investimenti tal-FEIS huma kkonċentrati fl-aqwa ħames ekonomiji tal-UE, b'tali mod li jinħolqu aktar diverġenzi; jiddispjaċih li għad hemm numru ta' Stati Membri fejn l-ebda proġett tal-FEIS ma ġie ffirmat jew approvat;

6.  Jenfasizza li l-FEIS irid jitqies bħala pjan ta' emerġenza u jinkoraġġixxi lill-BEI sabiex jagħmel l-aħjar użu mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) u l-Orizzont 2020 (H2020) b'mod komplementari mal-FEIS; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-BEI xi kultant jipprivileġġa lill-FEIS fuq dawk il-programmi; jirrikonoxxi l-importanza li jappoġġja l-estensjoni tal-ħajja tal-FEIS lil hinn mill-2020 u ż-żieda meħtieġa fil-ġaranzija tal-baġit tal-UE, iżda jenfasizza l-ħtieġa għal valutazzjoni tal-impatt komprensiva sabiex tiġġustifika ż-żieda proposta mill-Kummissjoni;

7.  Jappella għal tisħiħ kemm tal-addizzjonalità tal-proġetti appoġġjati taħt il-FEIS biex itejbu l-kopertura ġeografika kif ukoll l-assorbiment, b'mod partikolari f'oqsma b'livelli għoljin ta' qgħad biex ikun hemm impatt b'saħħtu fuq iċ-ċifri tal-qgħad; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat aktar l-investiment fi proġetti transfruntieri;

8.  Jenfasizza li s-sitwazzjoni tal-investimenti fl-Ewropa qed titjieb bil-mod, iżda li l-pass għadu timidu u jista' jkun riversibbli; jirrimarka li l-livelli ta' investiment għadhom taħt il-livell ta' qabel il-kriżi u d-diskrepanza fl-investiment tibqa' wiesgħa – f'dak is-sens, il-FEIS irid ikun orjentat lejn kwalunkwe tip ta' proġett li jwassal għall-ħolqien tax-xogħol u għat-tkabbir u l-iżvilupp sostenibbli;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Grupp tal-BEI jgħinu lill-SMEs, lill-mikrointrapriżi u lill-intrapriżi soċjali jkollhom aċċess għall-finanzjament b'mod aktar faċli u b'hekk iżidu l-kapaċità tagħhom li jikbru, jimplimentaw proġetti u joħolqu impjiegi ta' kwalità, billi jippromwovu l-FEIS b'mod aktar effiċjenti u billi jippermettu aċċess aħjar għal appoġġ tekniku fil-livell lokali; jinnota li l-finanzjament tal-SMEs jidher li huwa l-aktar parti ta' suċċess f'dak li jikkonċerna l-finanzjament tal-FEIS; jinnota li s-suċċess tat-Tieqa tal-SMEs huwa dovut għal frontloading ta' inizjattivi oħra tal-SMEs tal-UE, iżda li hemm argument ieħor favur li tiżdied din it-tieqa jekk ir-rekwiżiti tal-kwalità jinżammu; jirrakkomanda li l-SMEs u l-mikrointrapriżi għandhom jingħataw aċċess għall-informazzjoni dwar il-finanzjament li huwa disponibbli;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI jkomplu l-kampanji lokali/nazzjonali tagħhom biex jgħinu jispjegaw u jippromwovu l-benefiċċji tal-Pjan ta' Investiment madwar l-Unjoni; jilqa' l-ftuħ ta' uffiċċji ġodda mill-BEI fl-Istati Membri biex jipprovdu aktar appoġġ u anke jsaħħu l-kooperazzjoni mal-Banek Promozzjonali Nazzjonali (NPBs) li jikkontribwixxu biex jiġġeneraw aktar proġetti f'żoni b'livell għoli ta' qgħad li sa issa kienu inqas koperti;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-BEI jżidu l-isforzi tagħhom u jsaħħu l-impatt soċjali u tal-impjiegi tal-FEIS, filwaqt li jżommu l-għan tiegħu li jgħin biex jegħleb id-diskpreanza fl-investiment attwali fl-UE billi jimmobilizza l-finanzjament privat għal investimenti strateġiċi;

12.  Jilqa' t-tisħiħ tal-Garanzija tal-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) taħt it-Tieqa tal-SME tal-FEIS kif ukoll l-iżvilupp tal-Istrument ta' Ekwità tal-FEIS iffokat fuq li jiżgura kontribut adegwat għall-iżvilupp tas-suq f'oqsma bħall-impatt soċjali; jappella għal impenn kontinwu għall-iżvilupp ta' intraprenditorija soċjali u ekonomija soċjali u ta' solidarjetà biex jitwessgħu aktar l-għanijiet soċjali, kulturali u ambjentali f'oqsma bħat-tnaqqis tal-faqar, il-kura tas-saħħa u l-iżvilupp tal-komunità;

13.  Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw pjattaformi nazzjonali u reġjonali u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom ma' diversi partijiet ikkonċernati, inklużi s-sħab soċjali, biex jiġu ffaċilitati l-investimenti li jistgħu joħolqu impjiegi ta' kwalità u titjieb il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u li jintuża l-FEIS, fejn ikun xieraq, biex isiru investimenti intelliġenti għall-iżvilupp ta' servizzi soċjali, tal-kura u tas-saħħa ta' kwalità għolja għaċ-ċittadini tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Grupp tal-BEI, u lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom, jibnu l-kapaċità, jissensibilizzaw, jiżviluppaw ekosistema xierqa u jżidu l-attraenza tal-investiment fis-servizzi soċjali bħall-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni;

14.  Ifakkar li l-interess u l-parteċipazzjoni qawwijin fil-proġetti tal-FEIS murija mill-banek intermedjarji fl-UE biex jipprovdu finanzjament lill-SMEs irnexxew bil-kbir;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS biex tisfrutta l-opportunitajiet eżistenti kollha b'tali mod li ssaħħaħ dan l-aċċess għall-finanzjamenti għall-SMEs bil-għan li jiżdied il-volum ġenerali tal-azzjonijiet għal dawn l-istrumenti;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-BEI jippermettu lill-FEIS jaħdem aktar mill-qrib flimkien mal-Fondi Strutturali u ma' fondi u strumenti finanzjarji varji tal-UE, bħalma huma l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), il-Programm EaSI, COSME, InnovFin, il-Faċilità ta' Mikrofinanzjament Progress u fondi rilevanti oħra, iżda biex jiġi evitat finanzjament doppju u bil-għan li jiġi żgurat finanzjament effikaċi u ottimali b'mod aktar komplementari; jenfasizza li din l-artikulazzjoni trid tiġi ssimplifikata aktar u jridu jitneħħew l-ostakli amministrattivi; jappella, għalhekk, għal koordinazzjoni adegwata bejn l-awtoritajiet rilevanti u biex ir-reġjuni l-aktar affettwati mill-qgħad għoli u l-faqar jitqiegħdu wkoll fil-mira sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi billi jinħolqu impjiegi ta' kwalità u tkabbir sostenibbli, titrawwem l-inklużjoni soċjali u tittejjeb is-sostenibbiltà ambjentali; jenfasizza li l-FEIS għandu jaqdi funzjoni supplementari u komplementari fir-rigward tal-politika ta' koeżjoni;

17.  Jenfasizza li r-riżultati inizjali jiżvelaw li l-Istati Membri b'kapaċità teknika u amministrattiva akbar, kif ukoll l-istituzzjonijiet finanzjarji, qed jieħdu vantaġġ akbar mill-FEIS; iwissi li dan jista' jwassal għall-estensjoni tad-diskrepanza bejn ir-reġjuni b'saħħithom u dawk dgħajfa; jenfasizza li l-BEI u l-Kummissjoni għandhom jiżvolġu rwol akbar biex jappoġġjaw lil dawk li għadhom lura permezz ta' assistenza teknika lokali akbar u tisħiħ tal-kapaċità ta' xi pajjiżi li jieħdu vantaġġ mill-FEIS;

18.  Isostni li, filwaqt li ma għandu jkun hemm l-ebda preallokazzjoni settorjali jew reġjonali meta jkunu qed jintefqu l-flus tal-FEIS, il-FEIS qed jiġi kkonċentrat l-aktar f'pajjiżi fejn id-diskrepanza fis-suq rigward l-investiment hija inqas evidenti, li twassal għall-konklużjoni li mhux qed tingħata biżżejjed attenzjoni biex jiġu indirizzati b'mod ġenwin id-diskrepanzi fis-suq u r-restrizzjonijiet tas-suq tax-xogħol; huwa tal-fehma li l-FEIS għandu jopera b'mod aktar effiċjenti bil-Fondi Strutturali biex jgħin lir-reġjuni inqas b'saħħithom biex jegħlbu l-ostakli u jqis li l-iżvilupp ta' Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (EIAH) li jaġixxi b'mod aktar lokali, jipprovdi l-assistenza teknika u l-bini ta' kapaċità, iwassal għal żieda fl-għadd tal-applikazzjonijiet;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-BEI jinvolvu ruħhom b'mod aktar attiv f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi, il-banek tal-investiment pubbliku, kif ukoll il-banek promozzjonali nazzjonali u s-sħab soċjali, speċjalment f'pajjiżi li sa issa wrew riżultati batuti fl-assorbiment tal-Fond; jemmen li l-FEIS għandu jiffoka b'mod partikolari fuq proġetti li jnaqqsu l-qgħad u proġetti ffokati fuq l-investiment soċjali fil-kapaċitajiet attwali u futuri tal-persuni biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, li għandhom livell għoli ta' valur miżjud Ewropew u jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u li jippromwovu l-koeżjoni u l-investiment fil-kapital uman; iqis li huwa importanti li l-FEIS ikopri setturi ewlenin għall-UE kif ukoll l-objettivi bbażati fuq it-Trattat tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jitnaqqsu l-inugwaljanzi reġjonali; isostni li proġetti ta' suċċess inaqqsu l-qgħad;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-BEI jappoġġjaw l-Istati Membri fiż-żieda, b'mod ġenerali kif ukoll permezz tal-FEIS sa fejn ikun possibbli, tal-investiment fi proġetti mmirati lejn l-inklużjoni soċjali u t-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali fir-reġjuni l-inqas abitati, l-aktar imbiegħda u ultraperiferiċi li qed ibatu l-aktar mill-kriżi bil-għan li jnaqqsu d-diverġenzi, b'mod partikolari fir-rigward tal-livelli tal-qgħad u tal-impjiegi u dawk ir-reġjuni u l-pajjiżi b'rati għolja ta' qgħad u faqar, li huma partikolarment żvantaġġati minħabba nuqqas ta' investiment f'opportunitajiet ta' impjieg, li jirriżulta f'qgħad, esklużjoni soċjali u emigrazzjoni;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kampanja ta' komunikazzjoni tal-FEIS u żżid is-sensibilizzazzjoni dwar il-FEIS billi tħejji informazzjoni li tispjega lill-SMEs, b'mod sempliċi u intelleġibbli bl-użu ta' eżempji speċifiċi, il-mod li bih jistgħu jiksbu finanzjament u t-tipi ta' proġetti ffinanzjati mill-FEIS;

22.  Ifakkar li l-FEIS jibqa' mingħajr valutazzjoni u analiżi tal-kawżi tad-diskrepanza fl-investiment u tal-ħtiġijiet tas-suq u kif l-aħjar li jiġu indirizzati; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi l-valutazzjoni f'dan is-sens; iqis bħala ta' dispjaċir kbir ħafna l-fatt li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-FEIS naqset milli tirreġistra n-numru, it-tipi u l-prospetti tal-impjiegi maħluqa sa issa taħt il-Fond u milli tivvaluta l-impatt tiegħu fir-rigward tas-sessi; jistieden lill-Kummissjoni ddaħħal fis-seħħ il-miri tal-impjiegi u tiżgura li l-kontribut tal-FEIS għat-tkabbir u l-impjiegi huwa mkejjel u mmonitorjat b'mod adegwat, tistudja u tivvaluta l-impatt tal-proġetti tal-FEIS fuq in-numru ta' impjiegi maħluqa u l-impatt reali ta' dan l-investiment f'impjiegi diretti u indiretti u tirreġistra r-riżultati miksuba permezz tal-Fond kemm fis-setturi kif ukoll fil-pajjiżi, b'enfasi partikolari fuq l-SMEs;

23.  Ifakkar fl-importanza li b'mod regolari jiġu rilaxxati ċifri u aġġornamenti ġodda, inklużi valutazzjonijiet indipendenti, abbażi tal-esperjenza miksuba sa issa; jirrikonoxxi d-diffikultajiet fil-valutazzjoni ta' dan il-komponent minħabba ż-żmien meħtieġ għall-proġetti biex jimmaturaw u biex l-impatt tagħhom jiġi vvalutat, u jistieden f'dan ir-rigward lill-Grupp tal-BEI jiżviluppa l-aħjar metodi biex jiġbor u jevalwa dawn ir-riżultati fl-evalwazzjoni li jmiss, billi jqis ukoll l-impatt fit-tul lil hinn mid-durata tal-FEIS; jemmen li jridu jsiru sforzi akbar biex jiġu stabbiliti indikaturi bbażati fuq il-prestazzjoni li jkejlu l-objettivi u l-kontributi ta' kull proġett; jilqa' l-eżistenza tar-rapporti dwar it-Tkabbir u l-Impjiegi għall-istrumenti implimentati taħt it-Tieqa tal-SMEs tal-FEIS (SMEW) u tar-rapportar dwar l-Impatt Soċjali taħt l-istrument finanzjarju tal-Garanzija tal-EaSI u l-istrumenti pilota tal-impatt soċjali tal-SMEW tal-FEIS, u jinkoraġġixxi l-użu kontinwu ta' dan ir-rappurtar;

24.  Iqis li l-proġetti ta' infrastruttura transfruntieri huma element fundamentali għat-tlestija tas-Suq Uniku, kif ukoll għat-tisħiħ tal-opportunitajiet ta' impjieg; jistieden lill-Kummissjoni u lill-EIAH jiffokaw fuq li jipprovdu appoġġ tekniku u fuq il-bini ta' kapaċità sabiex jagħtu spinta lin-numru ta' dawn il-proġetti u jżidu l-kwalità u l-impatt tagħhom;

25.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu prijoritajiet ta' investiment aktar ċari inkluż fir-rigward tal-ħolqien tax-xogħol u tal-investiment soċjali u jfasslu proġetti rilevanti bl-appoġġ tal-EIAH; iqis li l-BEI għandu jiżgura ċirku xieraq ta' feedback ta' informazzjoni mal-Kummissjoni rigward l-ostakli regolatorji eventwali, li jistgħu jkunu qed jipprevjenu proġetti tajba milli jitwettqu f'livelli differenti; jistieden lill-Kummissjoni taħdem f'kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Istati Membri fil-proċess tas-Semestru Ewropew sabiex tgħinhom jibdew jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet kemm jista' jkun malajr, b'mod partikolari billi jwettqu riformi ekonomiċi u soċjali, b'tali mod li jneħħu l-ostakli għall-investiment u joħolqu ambjent li jiffavorixxi n-negozju; ifakkar li huwa biss it-"trijanglu virtwuż" tar-riformi strutturali identifikat fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, il-politiki fiskali responsabbli u l-investiment li jwassal għal suċċess; jenfasizza l-ħtieġa għal trasparenza mtejba tal-FEIS, li għandu l-obbligu li jagħti rendikont lill-Parlament billi jiżgura d-divulgazzjoni ta' informazzjoni baġitarja eżawrjenti u soda u l-aċċess għad-data finanzjarja relatata ma' proġetti ffinanzjati mill-BEI;

26.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni fit-tieni fażi tal-FEIS biex tiżdied it-trasparenza dwar kif jintgħażlu l-proġetti billi l-Kumitat tal-Investimenti (IC) tal-FEIS jintalab jispjega d-deċiżjonijiet tiegħu u jagħti raġunijiet għall-għoti ta' appoġġ, kif ukoll il-proposta biex it-Tabella ta' Valutazzjoni għall-proġetti tal-FEIS issir pubblika hekk kif il-proġetti jiġu ffirmati, bl-esklużjoni ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva; jinnota li indikaturi bħall-ħolqien tax-xogħol u l-iżvilupp ta' ħiliet huma element ewlieni;

27.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BEI, se ssaħħaħ aktar il-komunikazzjoni dwar il-FEIS u dwar l-EIAH sabiex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-finanzjament u l-assistenza teknika madwar l-Unjoni; jissuġġerixxi li l-informazzjoni dwar is-soluzzjonijiet ta' finanzjament, l-assistenza u l-proċeduri tekniċi, inkluż permezz ta' eżempji ta' prattiki tajba u studji ta' każi, tista' tistimola ideat ġodda u tagħti spinta lill-inizjattivi tal-investiment;

28.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-proġetti tal-FEIS jikkonformaw mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż id-dritt għal kundizzjonijiet ta' xogħol ekwi u ġusti; jenfasizza, b'mod partikolari, il-ħtieġa li jiġi żgurat ir-rispett lejn id-drittijiet tal-ħaddiema għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

10

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Lynn Boylan, Dieter-Lebrecht Koch, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Evelyn Regner, Csaba Sógor, Helga Stevens, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Valli

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

41

+

ALDE

ECR

PPE

S&D

VERTS/ALE

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Marian Harkin, Robert Rochefort, Yana Toom, Renate Weber

Arne Gericke, Czesław Hoc, Helga Stevens, Ulrike Trebesius, Jana Žitňanská

Georges Bach, Heinz K. Becker, Dieter-Lebrecht Koch, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Csaba Sógor, Romana Tomc

Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Agnes Jongerius, Jan Keller, Javi López, Edouard Martin, Georgi Pirinski, Evelyn Regner, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

Jean Lambert, Terry Reintke

 

10

-

EFDD

ENF

GUE/NGL

NI

 

Laura Agea, Marco Valli

Dominique Martin, Joëlle Mélin

Lynn Boylan, Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, Paloma López Bermejo, João Pimenta Lopes

Lampros Fountoulis

 

0

0

 

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (11.10.2016)

għall-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

(2016/2064(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Nicola Danti

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li, wara perjodu qasir li fih kien kompletament operattiv, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) beda b'suċċess, filwaqt li wassal għal riżultati konkreti u ta spinta lill-investiment biex jingħeleb in-nuqqas ta' investiment u ta' kompetittività fl-Ewropa permezz ta' azzjoni koordinata; jenfasizza, madankollu, li jeħtieġ li r-ritmu b'mod sinifikanti biex ikun hemm riżultati aktar tanġibbli, partikolarment fl-Istati Membri li fihom il-finanzjament fornut mill-FEIS kien baxx, sabiex l-istrument jikseb b'mod sħiħ l-objettivi tiegħu;

2.  Jissottolinja li l-prinċipju gwida tal-FEIS huwa l-mobilizzazzjoni ta' investimenti privati bbażati fuq is-suq immexxija totalment mid-domanda, u għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina l-opportunitajiet biex tuża l-garanziji FEIS ħalli tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni ta' għejun ta' investimenti aktar estiżi bħal fondi ta' pensjoni, fondi ta' investimenti sovrani u investimenti soċjali bħala kofinanzjaturi ta' proġetti prinċipali;

3.  Jenfasizza li l-FEIS għandu jiżgura addizzjonalità akbar għall-proġetti tiegħu fir-rigward tal-attivitajiet normali tal-BEI, kif definit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/1017; jenfasizza li fid-dawl tal-fatt li l-fondi FEIS ġew iddevjati mill-programmi ta' riċerka, innovazzjoni u infrastruttura tal-UE, il-FEIS għandu jappoġġa investimenti strateġiċi relatati ma' proġetti li ma jistgħux jiksbu finanzjament minħabba fallimenti tas-suq, sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali jew livelli għoljin ta' riskju; iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni bir-reqqa tal-addizzjonalità tal-proġetti diġà ffinanzjati fl-ambitu tal-FEIS u, abbażi tar-riżultati, tistabbilixxi regoli u kriterji ċari għad-definizzjoni tal-addizzjonalità; ifakkar, barra minn hekk, li meta jistabbilixxi l-kriterji għall-użu tal-garanzija tal-UE, il-FEIS m'għandux iqis biss il-fattur tal-profitabbiltà, iżda għandu jqis ukoll l-effetti pożittivi fit-tul għas-Suq Uniku f'termini ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, ħolqien tal-impjiegi u koeżjoni;

4.  Josserva li minkejja l-bosta proġetti infrastrutturali u ta' innovazzjoni li kellhom suċċess, il-limitu massimu għoli għall-ammonti minimi ta' proġett (EUR 50 miljun) jirrestrinġi l-għadd ta' proġetti li jistgħu jkunu implimentati permezz tal-FEIS, partikolarment fl-Istati Membri ż-żgħar; jappella, għalhekk, li jitbaxxa l-limitu massimu għall-finanzjament tal-proġetti;

5.  Jenfasizza li, filwaqt li t-tieqa tal-SMEs tal-FEIS hija suċċess u tirrappreżenta opportunità tajba għal negozji ġodda, SMEs u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja biex jiksbu aċċess rapidu għall-finanzjamenti, għad hemm ħtieġa ta' titjib kif jeħtieġ ukoll titjib għall-investiment fit-tieqa tal-infrastruttura u l-innovazzjoni; jilqa', għalhekk, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tespandi u ssaħħaħ it-tieqa ta' sostenn tal-SMEs; jissottolinja l-ħtieġa li jkunu esplorati r-riżorsi finanzjarji li jappoġġaw l-SMEs fl-implimentazzjoni ta' proġetti f'livell internazzjonali u jitlob il-ħolqien ta' opportunitajiet ulterjuri għall-SMEs biex jiksbu finanzjamenti għal proġetti ta' riskju ogħla, partikolarment fis-settur diġitali; jirrimarka wkoll li ma għandhomx jitħallew barra proġetti ta' investimenti prinċipali, partikolarment proġetti infrastrutturali u ta' innovazzjoni; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-fondi jsiru disponibbli għall-programm ta' trasformazzjoni diġitali bil-għan li l-SMEs milquta mit-tranżizzjoni diġitali, irawmu żvilupp teknoloġiku ġdid u innovattiv, b'kooperazzjoni eqreb bejn il-kumpaniji konsolidati u n-negozji ġodda;

6.  Josserva li l-interess u l-parteċipazzjoni qawwija min-naħa tal-banek intermedjarji fil-proġetti tal-FEIS madwar l-UE biex jingħata finanzjament lill-SMEs irnexxew bil-kbir; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni taħdem mal-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS biex tisfrutta l-possibbiltajiet eżistenti kollha fl-ambitu tar-Regolament tal-FEIS ħalli ssaħħaħ dan l-aċċess għall-finanzjamenti għall-SMEs, bil-għan li jiżdied il-volum ġenerali tal-azzjonijiet għal dawn l-istrumenti u biex il-FEI jkun jista' jiffinanzja volum addizzjonali sinifikanti ta' operazzjonijiet;

7.  Jappella għal sinerġija u koordinament aħjar bejn il-FEIS u fondi oħra tal-UE, b'mod partikolari l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE), b'tali mod li jiġu promossi infiq aħjar u koeżjoni akbar fl-Ewropa u jiġi żgurat li l-FEIS ikollu kopertura ġeografika wiesgħa, partikolarment f'dawk il-pajjiżi b'finanzjament baxx tal-FEIS, sabiex tkun żgurata uniformità akbar ta' investiment u jitnaqqsu d-disparitajiet reġjonali; jitlob, barra minn hekk, li jkun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib ma' banek promozzjonali nazzjonali, awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż aktar inkoraġġiment biex jiġu stabbiliti pjattaformi ta' investiment li jikkombinaw l-opportunitajiet settorjali u ġeografiċi ta' investiment;

8.  Jissottolinja l-ħtieġa li tiżdied it-trasparenza tal-operazzjonijiet tal-FEIS u biex tkun disseminata ulterjorment l-informazzjoni dwar il-proġetti u r-riżultati tagħhom liċ-ċittadini u l-benefiċjarji potenzjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiddedika komunikazzjoni u sforzi ta' konsulenza aktar immirati dsbiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-FEIS; jissuġġerixxi li titħejja informazzjoni li tispjega lill-SMEs, b'mod sempliċi u intelleġibbli u bl-użu ta' eżempji speċifiċi, il-mod li bih jistgħu jiksbu finanzjament u t-tipi ta' proġetti ffinanzjati mill-FEIS;

9.  Jemmen li l-kuntratti kollha ffirmati bejn il-BEI u l-klijenti tiegħu, sew pubbliċi sew privati, għandhom ikunu divulgati fuq bażi sistematika, bil-għan li tintwera bil-provi l-addizzjonalità tal-proġetti tal-FEIS u jintwera lill-pubbliku l-istandards għolja applikabbli għall-proġetti ffinanzjati mill-FEIS; jindika l-ħtieġa li jissaħħu l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment (PEPI) u ċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (EIAH) sabiex tiġi stabbilita rabta mal-ekonomija reali, inkluża kooperazzjoni msaħħa mal-Banek Promozzjonali Nazzjonali, tingħata viżibbiltà lill-proġetti u tiġi pprovduta assistenza teknika ta' kwalità għolja lil promoturi potenzjali;

10.  Iqis li l-FEIS huwa strumentali fl-ikkompletar u t-tisħiħ tas-Suq Uniku; jissottolinja, f'dan ir-rigward, l-importanza li jissaħħaħ it-tielet pilastru tal-''Pjan ta' Investiment għall-Ewropa'', anke fil-kuntest tal-proċess tas-Semestru Ewropew, sabiex l-ambjent regolatorju tal-UE jsir aktar ċert, omoġenju u favorevoli għall-investimenti, billi jkun hemm enfasi fuq objettivi strateġiċi bħall-ikkompletar ta' Suq Uniku kompletament integrat, kompettiv u li jiffunzjona sew u l-iżvilupp ta' Suq Uniku Diġitali mmexxi mill-innovazzjoni, u fuq azzjonijiet ewlenin li jappoġġaw dawn l-objettivi; jinnota li l-impenji tal-FEIS fi proġetti tas-settur diġitali huma ferm insuffiċjenti;

11.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-partijiet konċernati jesploraw u jippromovu opportunitajiet ta' investiment fil-qasam tal-kontenut u tas-servizzi diġitali u f'infrastruttura tat-telekomunikazzjonijiet u tal-broadband b'veloċità għolja, sikuri, affordabbli u mifruxa, li huma prerekwiżit sabiex jissaħħu d-drittijiet tal-konsumaturi f'termini ta' aċċess għal kontenut, kwalità tas-servizz u spejjeż baxxi; jisħaq fuq l-importanza li jingħelbu l-livelli differenti tal-iżvilupp tal-infrastruttur fost ir-reġjuni fl-Ewropa u bejn iż-żoni urbani u rurali; jissottolinja l-importanza li jkun iffinanzjat l-istabbiliment ta' ċentri tat-teknoloġija fir-reġjuni inqas industrijalizzati biex jitnaqqsu d-disparitajiet reġjonali, tingħata spinta lill-ekonomiji lokali billi jiġu pprovduti impjiegi ta' kwalità għolja u sostenn għall-iżvilupp tal-ħiliet;

12.  Jilqa' l-proposta reċenti tal-Kummissjoni biex testendi l-FEIS lil hinn mill-2018 sabiex tingħeleb id-diskrepanza attwali fl-investiment fl-Ewropa u jkompli jiġi mobilizzat il-kapital mis-settur privat.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

11.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Catherine Bearder, Dita Charanzová, Carlos Coelho, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Antonio López-Istúriz White, Marlene Mizzi, Eva Paunova, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Birgit Collin-Langen, Morten Løkkegaard, Julia Reda, Marc Tarabella, Sabine Verheyen


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (13.10.2016)

għall-Kumitat għall-BaġitsKumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

(2016/2064(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Mercedes Bresso

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-BaġitsKumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li l-politika ta' koeżjoni hija l-politika ewlenija ta' investiment tal-Unjoni, li timmira li tnaqqas id-disparitajiet reġjonali u tikkontribwixxi għall-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; jinnota r-riżultati inizjali tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) fil-mobilizzazzjoni tal-investimenti privati, b'mod partikolari għall-SMEs; ifakkar li l-FEIS irid jikkontribwixxi wkoll għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jinħtieġu sforzi biex jissaħħu s-sinerġiji u l-komplementarjetà bejn il-FEIS u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) u programmi oħra tal-UE; jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-addizzjonalità tal-FEIS fir-rigward ta' inizjattivi oħra tal-BEI u programmi ffinanzjati mill-UE, peress li fil-passat dan l-aspett sikwit ġie injorat fil-proċess ta' implimentazzjoni, billi jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali;

2.  Jilqa' l-proġetti ta' investiment approvati mill-Bord tad-Diretturi tal-BEI li juru ġabra ta' operazzjoni b'livell ogħla ta' risku li ma kinux jiġu finanzjati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew operazzjonijiet tal-politika ta' koeżjoni; jinnota, madankollu, li bosta mill-operazzjonijiet ikopru kriterji ta' intervent u ta' eliġibbiltà tal-FSIE, b'mod partikolari fir-rigward tal-FEŻR; jitlob għal profil ta' riskju ogħla ta' proġetti ta' investiment approvati biex iġib aktar valur għall-ekonomija u biex ikopri niċeċ tas-swieq li inkella se jibqgħu lakuni kbar fl-investiment;

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-BEI jżidu l-isforzi u jistabbilixxu mekkaniżmi, inkluż sett ta' kriterji li jiżguraw li l-addizzjonalità tkun ivverifikata;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, f'kollaborazzjoni mal-BEI - bl-għan li jiġi vvalutat is-siwi tal-appoġġ tal-FEIS, il-prospetti għal appoġġ tal-FEIS fil-futur u estensjoni possibbli tal-FEIS - tippreżenta analiżi komprensiva ta' proġetti appoġġati s'issa, inkluż il-pilastru tal-SMEs, u biex tipprovdi data u informazzjoni sħiħa dwar il-progress tal-SMEs Window;

5.  Jirrikonoxxi li l-pubblikazzjoni tal-linji gwida ġodda tal-Kummissjoni tat-22 ta' Frar 2016 dwar l-ikkombinar tal-FSIE u l-FEIS u l-pubblikazzjoni tal-Kummissjoni u tal-BEI tat-18 ta' Marzu dwar ir-regoli tal-FEIS relatati mal-pjattaformi ta' investiment; jinnota, madankollu, li l-għadd ta' sinerġiji eżistenti bejn l-FEIS u l-FSIE għadu baxx ħafna, u jistieden lill-Kummissjoni, lill-BEI, lill-banek u lill-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u reġjonali u lill-awtoritajiet tal-ġestjoni biex iħaffu r-ritmu tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' aktar sinerġiji sabiex tkun żgurata koperatura ġeografikament usa' tal-FEIS;

6.  Jinsab imħasseb dwar il-proposta tal-Kummissjoni li titlob li l-parti tal-investiment bl-ogħla riskju tkun koperta mill-FSIE u mhux mill-FEIS meta l-istrumenti jiġu kkombinati; jemmen li dan iwassal għal inċertezza ġuridika fl-użu tal-FSIE, u jmur kontra l-loġika inizjali tal-FEIS li jkun hemm provvediment għal kapaċità ġdida ta' teħid ta' riskji għall-investiment tal-UE;

7.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-rwol limitat tal-Parlament fl-implimentazzjoni tal-FEIS u n-nuqqas ta' trasparenza rigward kriterji speċifiċi għall-għażla tal-proġetti, kif ukoll l-ammonti allokati f'kull każ, li ħafna minnhom huma "mhux divulgati";

8.  Josserva li l-linji gwida tal-Kummissjoni u l-azzjoni dwar il-kisba ta' sinerġiji ma jidħlux f'biżżejjed dettall; jinnota li s'issa t-taħlitiet eżistenti FSIE-FEIS huma xprunati minn domanda minn isfel għal fuq mill-awtoritajiet u l-atturi lokali;

9.  Iqis li l-Kummissjoni, il-BEI, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni, inklużi dawk fil-livell reġjonali, għandhom jikkooperaw aħjar biex jiġi żgurat li jitressqu aktar proġetti integrati u komplementari FSIE-FEIS b'valur miżjud Ewropew biex jagħtu spinta lill-iżvilupp territorjali u l-politika ta' koeżjoni; jinnota li proġetti fl-ekonomija ċirkolari jistgħu jipprovdu eżempju ta' proġetti integrati FSIE-FEIS, peress li dawn jippromwovu r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jippermettu tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, filwaqt li joqogħdu fil-profil tal-investiment ta' proġetti li jistgħu jingħataw fondi mill-FEIS;

10.  Iqis li huwa essenzjali li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u infrastrutturali differenti tar-reġjuni u d-diversità territorjali tal-Istati Membri, filwaqt li jiġi żgurat li l-eliġibbiltà tal-proġetti tkun protetta minn kwalunkwe indħil li jista' jwassal biex l-approprjazzjonijiet jitqassmu b'mod mifrux iżżejjed; jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati wkoll proġetti tematiċi jew transfruntiera li jistgħu joffru koeżjoni u aktar valur miżjud Ewropew u jindika għaldaqstant li għandhom jitfasslu linji gwida unifikati dwar proġetti transfruntiera; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jidentifikaw u jiffaċilitaw il-proċess ta' involviment tal-Banek Promozzjonali Nazzjonali u Reġjonali, li huma essenzjali għat-twaqqif ta' pjattaformi tal-investiment b'konċentrazzjoni tematika jew reġjonali;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għall-fini tat-tħaffif tal-implimentazzjoni tal-proġetti tal-FEIS u s-sinerġiji tagħhom ma' FSIE, biex jiffaċilitaw l-użu ta' mudelli alternattivi ta' finanzjament bħas-Sħubiji Pubbliċi-Privati, kif ukoll li jissemplifikaw il-qafas leġiżlattiv tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat; jistieden lill-Istati Membri jħejju riżervi ta' proġetti ta' investiment maturi bl-għajnuna taċ-Ċentru ta' Konsulenza, waqt li jistrutturawhom bl-aħjar mod biex jiżguraw użu akbar tal-istrumenti finanzjarji u l-komplementaritajiet bejn l-FEIS u l-FSIE;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI biex jinvestu sforzi sabiex isaħħu lir-reġjuni mhux parteċipanti permezz tal-investiment f'assistenza teknika fuq il-post għall-fini ta' operazzjonijiet ta' proġetti bbilanċjati f'termini reġjonali; jemmen li għandu jiġi aċċelerat il-ħolqien ta' pjattaformi ta' investiment lokali - punt fejn il-fondi pubbliċi u l-finanzjament privat jiltaqgħu;

13.  Jirreferi għall-esperjenza miksuba minn operazzjonijiet tal-politika ta' koeżjoni li turi li l-assistenza teknika lil benefiċjarji privati u pubbliċi hija meħtieġa l-aktar fil-livell reġjonali u lokali; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-BEI biex jinvolvu lill-intermedjarji finanzjarji u lill-organizzazzjonijiet umbrella b'mod flessibbli u miftuħ; jemmen li għandha ssir kampanja ta' komunikazzjoni rigoruża dwar proġetti ta' investiment tal-FEIS fir-reġjuni tal-UE bi prestazzjoni dgħajfa;

14.  Iqis li proġetti tal-FEIS jeħtieġ li jirrispettaw ir-rekwiżiti għal konċentrazzjoni tematika meta jikkomplementaw il-finanzjament tal-FSIE; jinnota li jeħtieġ li tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni ta' proġetti tal-FEIS u li jitqiesu l-prijoritajiet tal-Istati Membri taħt l-FSIE u l-FEIS;

15.  Jemmen li l-għażla tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-FEIS u l-ġestjoni tal-proġetti għandhom ikunu aktar trasparenti, responsabbli u msejsa fuq kriterji definiti, u għandhom jinvolvu lill-partijiet interessati lokali u reġjonali fi stadju bikri fejn ikun meħtieġ; jinnota l-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti aktar mill-qrib fl-għażla ta' proġetti ta' interess lokali u reġjonali; jenfasizza li ċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (EIAH) u l-kumitat tal-investimenti tal-FEIS għandhom jużaw il-kompetenzi tal-awtoritajiet reġjonali u lokali għall-promozzjoni ta' proġetti integrati u komplementari FSIE-FEIS; fil-perspettiva ta' dan, l-EIAH għandu jkollu rwol attiv fil-proċess biex jingħata lok lil saħansitra aktar awtoritajiet lokali u reġjonali jagħmlu l-aħjar użu mill-FEIS; iħeġġeġ lill-Istati Membri, kif ukoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, biex jippreżentaw proġetti li jistgħu jiġu ffinanzjati b'mod komplementari mill-FEIS u l-FSIE fi ħdan il-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment, sabiex jattira l-investiment fit-territorju tagħhom;

16.  Jenfasizza l-bżonn li tissaħħaħ il-pjattaforma nazzjonali u reġjonali biex jiġu appoġġati l-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejn il-fondi tal-UE u programmi oħra; jappella, fl-istess ħin, biex jiġu introdotti strumenti amministrattivi fil-livell tal-Istati Membri sabiex il-proġetti ppreżentati għal finanzjament jistgħu jiġu ggwidati lejn l-istrumenti xierqa, skont in-natura tal-proġett;

17.  Jitlob lill-Kummissjoni tevita l-immirar doppju, fejn il-finanzjament tal-FEIS ikun immirat lejn proġetti li jistgħu jiġu ffinanzjati wkoll mill-FSIE; jitlob, fid-dawl tal-importanza tal-addizzjonalità u l-komplementarjetà, li jkun hemm viżibilità aħjar għall-FSIE u komunikazzjoni aqwa dwarhom, minflok l-enfasi attwali, pjuttost żbilanċjat, fuq il-FEIS mill-Kummissjoni;

18.  Ifakkar li l-Parlament jeħtieġ jiżvolġi rwol fundamentali fil-monitoraġġ tal-impatt ta' dawn l-istrateġiji u proġetti bl-għan li tingħata spinta lill-impjiegi u lit-tkabbir sostenibbli u ekonomiku; jenfasizza li l-PE jeħtieġ li jkollu rwol sinifikanti fil-monitoraġġ tal-impatt tas-sinerġiji u l-komplementaritajiet tal-FEIS mal-FSIE u l-programmi l-oħra tal-UE.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

11.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Mercedes Bresso, Rosa D’Amato, Krzysztof Hetman, Ivan Jakovčić, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Iskra Mihaylova, Jens Nilsson, Andrey Novakov, Konstantinos Papadakis, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Julia Reid, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Maria Spyraki, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Viorica Dăncilă, Josu Juaristi Abaunz, Bronis Ropė, Peter Simon, Branislav Škripek, Damiano Zoffoli


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (23.3.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

(2016/2064(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Jill Evans

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitati responsabbli, biex jinkorporaw is-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tagħhom:

1.  Jinnota b'diżappunt li 4 % biss tal-finanzjament tal-FEIS – kemm fit-Tieqa tal-Infrastruttura u l-Innovazzjoni kif ukoll f'dik tal-SMEs – ġew allokati għall-objettiv tematiku stabbilit fl-Artikolu 9(2)(g) tar-Regolament tal-FEIS, u li frazzjoni biss minn dawk l-4 % waslet għand is-setturi tal-kultura u l-edukazzjoni;

2.  Jieħu nota wkoll tal-ħtieġa ta' distribuzzjoni ġeografika aktar ibbilanċjata tal-finanzjament tal-FEIS; Ifakkar li l-parti l-kbira tal-proġetti tal-FEIS qed jiġu approvati fir-reġjuni ekonomikament aktar sodi tal-Ewropa tal-Punent; jitlob, għaldaqstant, li jsiru aktar sforzi biex ikomplu jiġu investigati u rieżaminati aktar il-ħtiġijiet u l-lakuni speċifiċi fil-pajjiżi li jagħmlu inqas użu mill-appoġġ tal-FEIS u li jiġu provduti aktar assistenza teknika u appoġġ lokali u settorjali, sabiex ikun żgurat li l-FEIS jilħaq l-Istati Membri kollha;

3.  Jenfasizza l-interess fost il-partijiet interessati tas-settur kulturali u kreattiv fil-finanzjament tal-FEIS kif ukoll il-potenzjal tat-Tieqa tal-SMEs għas-settur; jiddispjaċih, madankollu, minħabba n-nuqqas ta' kuxjenza dwar il-FEIS u l-għażliet u l-għodod ta' finanzjament tiegħu; jinsisti li l-Kummissjoni tadotta inizjattivi ta' komunikazzjoni ġodda, u żżid dawk eżistenti, li jeħtieġ li jitfasslu skont il-ħtiġijiet tas-settur kulturali u kreattiv u implimentati lokalment fl-Istati Membri, inkluż permezz tal-Uffiċċji tal-Ewropa Kreattiva;

4.  Jinnota li s-settur kulturali u kreattiv jikkonsisti prinċipalment f'SMEs b'livell ogħla ta' riskju; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-pjattaformi ta' investiment jistgħu jiffaċilitaw it-twassil tal-finanzjament tal-FEIS, għax jistgħu jirraggruppaw flimkien il-proġetti ż-żgħar u jiġbru flimkien il-kuntratti; iħeġġeġ lill-korpi governattivi tal-FEIS jagħtu aktar attenzjoni lill-pjattaformi ta' investiment bil-għan li jiġu massimizzati l-benefiċċji li dawn tal-aħħar jistgħu joffru biex jingħelbu l-ostakli għall-investimenti; jistieden lill-BEI jipprovdi lill-partijiet interessati aktar informazzjoni dwar il-pjattaformi; ifakkar li l-assoċjazzjonijiet Ewropej attivi fil-kultura u l-edukazzjoni għandhom netwerks eżistenti ta' assoċjazzjonijiet tal-membri b'għarfien settorjali u ġeografiku li jistgħu jgħinu biex jorjentaw aħjar il-miżuri ta' sensibbilizzazzjoni; jindika r-rwol sinifikanti li jista' jaqdi ċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti biex jgħin il-ħolqien ta' pjattaformi ta' investiment, li min-naħa tagħhom jistgħu jgħinu l-iżgurar ta' bilanċ ġeografiku u settorjali aħjar;

5.  Jemmen li s-settur kulturali u kreattiv jeħtieġ ukoll konsulenza mmirata biex jifhem l-għażliet u l-proċeduri ta' finanzjament fl-ambitu tal-FEIS, u li l-intermedjarji finanzjarji jridu jiġu appoġġati biex jifhmu aħjar lis-settur kulturali u kreattiv u l-bżonnijiet tiegħu; jilqa', f'dan ir-rigward, il-proposta FEIS 2.0 biex tingħata spinta lir-rwol taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u tissaħħaħ il-preżenza tiegħu fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali; jinsisti li ċ-Ċentru jiġi mgħammar bir-riżorsi xierqa sabiex jipprovdi appoġġ imfassal apposta lis-settur tal-edukazzjoni u lil dak kulturali matul il-proċess kollu;

6.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-BEI jibnu u jintegraw l-għarfien espert, b'fokus speċifiku fuq l-investiment kulturali fiċ-Ċentru; jitlob liċ-Ċentru jaħdem mill-qrib kemm jista' jkun mal-Banek Promozzjonali Nazzjonali u mal-parteċipanti mis-settur kulturali u kreattiv biex jiġi pprovdut l-aqwa appoġġ;

7.  Jinnota li, minħabba li l-iskejjel u l-universitajiet fil-parti l-kbira tal-Istati Membri huma legalment ipprojbiti milli jissellfu l-flus, il-FEIS b'mod ġenerali mhuwiex adattat għas-settur; jiddispjaċih li, minkejja li l-finanzjament ġie ddevjat minn Orizzont 2020, l-universitajiet pubbliċi ma gawdewx b'mod adegwat mill-appoġġ tal-FEIS għar-riċerka u l-innovazzjoni; jinsisti, għalhekk, li l-finanzjament jiġi restitwit lil Orizzont 2020;

8.  Jinnota li n-nies minn żoni rurali jħabbtu wiċċhom ma' żvantaġġ partikolari fl-aċċess għall-edukazzjoni u għaldaqstant jitlob l-implimentazzjoni ta' konnettività, infrastruttura u aċċessibilità aħjar;

9.  Jappella għal sinerġiji akbar bejn il-FEIS u fondi oħra tal-UE, b'mod partikolari l-Fondi SIE, Orizzont 2020 u l-Faċilità ta' Garanzija tal-Ewropa Kreattiva; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel forniment ta' fondi minn qabel lill-Faċilità ta' Garanzija tal-Ewropa Kreattiva permezz tal-FEIS għall-benefiċċju tal-SMEs; jenfasizza li ċ-Ċentru jista' jkollu rwol fl-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikkombinar ta' fondi tal-UE u li għandhom jiġu pprovduti pariri u taħriġ għal dan il-għan; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi portal online li jservi ta' punt uniku ta' servizz li jippermetti lill-benefiċjarji potenzjali fis-settur tal-kultura u l-edukazzjoni jivvalutaw l-għażliet kollha ta' finanzjament u l-mod kif dawn jistgħu jiġu kkombinati b'mod effikaċi; jinsab kuntent li jinnota, f'dan ir-rigward, il-linji gwida tal-Kummissjoni ppubblikati reċentement dwar l-ikkumbinar tal-FEIS ma' Fondi SIE;

ANNESS: Lista ta' entitajiet jew persuni

li mingħandhom ir-rapporteur għal opinjoni rċeviet kontribut

Il-lista li ġejja hija mfassla fuq bażi purament volontarja, taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur għal opinjoni. Ir-rapporteur għal opinjoni irċeviet kontribut mingħand l-entitajiet li ġejjin fit-tħejjija tal-abbozz ta' opinjoni:

Entità

Bank Ewropew għall-Investiment

Fond Ewropew tal-Investiment

International Union of Cinemas

Performing Arts Employers’ Associations League Europe (Pearle)

Culture Action Europe

Assoċjazzjoni Ewropea tal-Universitajiet (EUA)

Assoċjazzjoni Ewropea tal-Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Għolja (EURASHE)

Lifelong Learning Platform

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos Chountis, Jill Evans, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Andrew Lewer, Svetoslav Hristov Malinov, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Michaela Šojdrová, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Therese Comodini Cachia, Dietmar Köster, Emma McClarkin, Martina Michels

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

22

+

ECR

Andrew Lewer, Emma McClarkin

GUE/NGL

Nikolaos Chountis, Martina Michels

PPE

Andrea Bocskor, Therese Comodini Cachia, Svetoslav Hristov Malinov, Michaela Šojdrová, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

S&D

Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Dietmar Köster, Krystyna Łybacka, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Julie Ward

Verts/ALE

Jill Evans, Helga Trüpel

1

-

EFDD

Isabella Adinolfi

1

0

ENF

Dominique Bilde

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

15.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

63

10

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Gerolf Annemans, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Reimer Böge, Udo Bullmann, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Jonás Fernández, Eider Gardiazabal Rubial, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Barbara Kappel, Othmar Karas, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Olle Ludvigsson, Marisa Matias, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Clare Moody, Luigi Morgano, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Luděk Niedermayer, Jan Olbrycht, Stanisław Ożóg, Urmas Paet, Pina Picierno, Paul Rübig, Pirkko Ruohonen-Lerner, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Jordi Solé, Theodor Dumitru Stolojan, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Paul Tang, Michael Theurer, Isabelle Thomas, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Daniele Viotti, Marco Zanni, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Richard Corbett, Andrea Cozzolino, Bas Eickhout, Heidi Hautala, Ramón Jáuregui Atondo, Eva Kaili, Krišjānis Kariņš, Jeppe Kofod, Eva Maydell, Nils Torvalds, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Julia Reda, Bart Staes, Jarosław Wałęsa, Lambert van Nistelrooij


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

63

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez, Petr Ježek, Urmas Paet, Michael Theurer, Nils Torvalds, Ramon Tremosa i Balcells

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Stanisław Ożóg

PPE

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Othmar Karas, Krišjānis Kariņš, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Gabriel Mato, Eva Maydell, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Theodor Dumitru Stolojan, Tom Vandenkendelaere, Jarosław Wałęsa, Tomáš Zdechovský, Lambert van Nistelrooij, Patricija Šulin

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Richard Corbett, Andrea Cozzolino, Jonás Fernández, Eider Gardiazabal Rubial, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Ramón Jáuregui Atondo, Eva Kaili, Jeppe Kofod, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Clare Moody, Luigi Morgano, Victor Negrescu, Pina Picierno, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Manuel dos Santos

VERTS/ALE

Bas Eickhout, Heidi Hautala, Julia Reda, Jordi Solé, Bart Staes

10

-

ECR

Bernd Kölmel

EFDD

Jonathan Arnott, Marco Valli

ENF

Gerolf Annemans, Marco Zanni, Stanisław Żółtek

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Marisa Matias, Miguel Viegas

NI

Eleftherios Synadinos

2

0

ECR

Pirkko Ruohonen-Lerner

ENF

Barbara Kappel

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali - Politika tal-privatezza